|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF |
|
|
2018/C 386/01 |
Rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF — 2016 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF
|
25.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/1 |
RAPPORT DWAR L-ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT TA’ SORVELJANZA TAL-OLAF — 2016
(2018/C 386/01)
Il-Membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF
Tuomas PÖYSTI, Membru tal-Kumitat u President sat-12 ta’ Lulju 2016
|
|
Awditur Ġenerali tal-Finlandja sal-1 ta’ Ottubru 2015, wara Sottosegretarju tal-Istat, il-Finlandja |
Johan DENLOF, Membru tal-Kumitat sat-22 ta’ Jannar 2016, President ad interim13 ta’ Lulju 2016 – 6 ta’ Settembru 2016
|
|
Kap Kummissarju tal-Pulizija Federali, |
|
|
Membru tal-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF), il-Belġju. |
Colette DRINAN, Membru tal-Kumitat mit-13 ta’ Lulju 2016, President mis-7 ta’ Settembru 2016
|
|
Direttur tal-Awditjar, Uffiċċju tal-Kontrollur u Awditur Ġenerali, l-Irlanda |
Herbert BÖSCH, Membru tal-Kumitat sat-12 ta’ Lulju 2016
|
|
Eks-Membru tal-Parlament Ewropew, |
|
|
Eks-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew, Kontrollur tal-belt ta’ Bregenz, l-Awstrija |
Catherine PIGNON, Membru tal-Kumitat sat-22 ta’ Jannar 2017
|
|
Kap Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Appell f’Angers u wara f’Bordeaux, President tal-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ġenerali, Franza |
Dimitrios ZIMIANITIS, Membru tal-Kumitat sat-22 ta’ Jannar 2017
|
|
Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Appel f’Ateni, il-Greċja, |
|
|
Deputat Kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Prim’Istanza tal-Qorti f’Ateni |
Grażyna STRONIKOWSKA, Membru tal-Kumitat mit-13 ta’ Lulju 2016
|
|
Prosekutur Pubbliku fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Prosekutur, Warsaw, il-Polonja |
KELMTEJN QABEL MILL-PRESIDENT
Bħala President tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), huwa pjaċir tiegħi li nippreżenta r-Rapport Annwali tal-Kumitat tagħna, f’konformità mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013. Jien ħadt it-tmexxija mingħand is-Sur Pöysti, li flimkien mas-Sur Bösch ġew issostitwiti mis-Sinjura Stronikowska u minni biex nimplimentaw it-tiġdid kif previst fir-Regolament.
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza, bħala korp ta’ sorveljanza ta’ livell għoli u indipendenti, jikkontribwixxi għall-istat tad-dritt u għall-effiċjenza u l-effettività tal-ġlieda tal-Unjoni Ewropea kontra l-frodi, l-irregolaritajiet serji u attivitajiet illegali oħra. Abbażi tal-analiżi ta’ informazzjoni li jirċievi mingħand id-Direttur Ġenerali tal-OLAF, il-Kumitat joħroġ opinjonijiet u rapporti. L-Opinjonijiet jista’ jkun fihom rakkomandazzjonijiet indirizzati lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF. Il-Kumitat għandu jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni tal-funzjoni investigattiva tal-OLAF, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-OLAF fit-twettiq xieraq tal-kompetenzi tal-Uffiċċju.
Dan huwa l-ħames u l-aħħar Rapport tal-Attivitajiet tal-Kumitat ta’ Sorveljanza kif inhu kompost fil-preżent. Huwa jkopri l-attivitajiet tal-Kumitat sat-22 ta’ Jannar 2017 u jagħti ħarsa ġenerali tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ, li wħud minnhom wasslu għall-pubblikazzjoni ta’ opinjonijiet jew rapporti matul is-sena 2016. Peress li huwa r-rapport finali tal-Kumitat li nħatar f’Jannar tal-2012, dan jinkludi kapitli twal dwar kif il-Kumitat iqis it-tul tal-investigazzjonijiet u kif iqis l-applikazzjoni ta' garanziji proċedurali fl-investigazzjonijiet tal-OLAF.
Fl-2016, il-ħidma tal-Kumitat iffokat fuq il-valutazzjoni tal-indipendenza investigattiva u l-immunità tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, l-indikaturi ta’ prestazzjoni tal-OLAF kif ippreżentati mill-OLAF fir-Rapport tal-Attivitajiet tal-2015, il-kontroll kwalitattiv u kwantitattiv dwar it-tul tal-investigazzjonijiet, is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari, is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF, u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF.
Il-Kumitat kellu l-appoġġ tal-Istituzzjonijiet Ewropej li emendaw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 biex jassiguraw l-indipendenza baġitarja tal-Kumitat u l-indipendenza funzjonali tas-Segretarjat tiegħu. Dawn taw ukoll l-Opinjoni Konġunta tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea dwar tliet aspetti tar-relazzjoni bejn l-OLAF u l-Kumitat ta’ Sorveljanza tiegħu. Dan wassal għal aktar ċarezza fil-qafas legali u saħħaħ l-indipendenza tal-Kumitat.
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza huwa kommess li jtejjeb il-kontabilità u t-trasparenza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Il-Kumitat japprezza ferm il-ħidma li wettaq il-persunal tal-OLAF fil-missjoni importanti tiegħu.
Brussell, l-20 ta’ Jannar 2017.
Colette DRINAN
President, Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF
WERREJ
| STQARRIJA TAL-MISSJONI | 4 |
| AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI LILL-FUNZJONI TA’ SORVELJANZA | 5 |
| VALUTAZZJONI TAL-INDIPENDENZA TAD-DIRETTUR ĠENERALI | 6 |
| GARANZIJI PROĊEDURALI U DRITTIJIET FUNDAMENTALI FL-INVESTIGAZZJONIJIET TAL- OLAF | 7 |
| Rieżami u verifika tal-legalità | 7 |
| Ilmenti dwar l-investigazzjonijiet tal-OLAF | 7 |
| Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali | 7 |
| TUL TAL-INVESTIGAZZJONIJIET TAL-OLAF | 8 |
| Investigazzjonijiet li jieħdu aktar minn 12-il xahar | 8 |
| Tul tal-immaniġġar tal-informazzjoni qabel tinfetaħ investigazzjoni | 9 |
| Analiżi kwalitattiva ta’ 477 rapport dwar investigazzjonijiet li damu aktar minn 12-il xahar | 9 |
| PRIJORITAJIET TAL-POLITIKA TA’ INVESTIGAZZJONI GĦAS-SENA 2017 | 10 |
| SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-OLAF | 10 |
| Rakkomandazzjonijiet dixxiplinarji | 10 |
| Rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji | 11 |
| Rakkomandazzjonijiet finanzjarji | 13 |
| Rakkomandazzjonijiet amministrattivi | 13 |
| ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT 2017 | 13 |
| IR-RAPPORT ANNWALI TAL-ATTIVITAJIET TAL-OLAF 2015 | 14 |
| L-O LAF ISEGWI R-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KUMITAT TA’ SORVELJANZA | 15 |
| IL-GOVERNANZA TAL-KUMITAT TA' SORVELVANZA | 15 |
| Laqgħat ma’ istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-UE | 15 |
| Metodi ta’ ħidma u trasparenza | 15 |
| Emenda tar-regolament (UE ,Euratom) 883/2013 dwar is-segretarjat tal-kumitat ta’ sorveljanza | 16 |
| Kwistjonijiet baġitarji | 16 |
| QAFAS LEĠIŻLATTIV | 16 |
| Valutazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 | 16 |
| Proposta għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew | 17 |
| ANNESS | 18 |
STQARRIJA TAL-MISSJONI
|
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni mill-Uffiċċju tal-funzjoni investigattiva tiegħu, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Uffiċċju fit-twettiq tajjeb tal-kompetenzi mogħtija lilu permezz ta’ dan ir-Regolament. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu b’mod partikolari jimmonitorja l-iżviluppi dwar l-applikazzjoni ta’ garanziji proċedurali u t-tul tal-investigazzjonijiet fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mid-Direttur Ġenerali f’konformità mal-Artikolu 7(8). |
Il-missjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF, kif deskritta fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), hija li jsaħħaħ l-indipendenza tal-OLAF fit-twettiq xieraq tal-kompetenzi mogħtija lilu (2). Sabiex iwettaq din il-missjoni, il-leġiżlatur tal-UE inkariga lill-KS bi rwol li jinqasam fi tliet partijiet:
|
— |
Il-KS huwa l-korp ta’ sorveljanza tal-OLAF u l-kustodju tal-indipendenza tal-OLAF; huwa jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni mill-OLAF tal-funzjoni investigattiva tiegħu u b'mod partikolari, l-iżviluppi dwar l-applikazzjoni tal-garanziji proċedurali u t-tul tal-investigazzjonijiet. |
|
— |
Il-KS għandu rwol konsultattiv mad-Direttur Ġenerali tal-OLAF u jassistih fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu:
|
|
— |
Il-KS huwa msieħeb fid-djalogu tal-istituzzjonijiet tal-UE, li għandhom jirrapporta l-attivitajiet tiegħu, li fuq talba tagħhom jista’ joħroġ opinjonijiet, u li magħhom jagħmel skambju ta' opinjonijiet fil-livell politiku, biex b'hekk jipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-UE kompetenza unika bbażata fuq l-esperjenza tiegħu ta' monitoraġġ. |
AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI GĦALL-FUNZJONI TA’ SORVELJANZA
|
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni mill-Uffiċċju tal-funzjoni investigattiva tiegħu […] L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 1999 li jistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi: […] Il-Kumitat ta’ [Sorveljanza] għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ regolari tal-qadi mill-Uffiċċju tal-funzjoni investigattiva tiegħu. |
|
1. |
Fir-rapport tal-attivitajiet tal-Kumitat tal-2015, l-aċċess restritt għall-informazzjoni mill-OLAF kien enfasizzat bħala kwistjoni urġenti. Din il-kwistjoni baqgħet tippersisti matul l-2016, u b’hekk ostakolat l-effettività tal-irwol ta’ sorveljanza tal-Kumitat. |
|
2. |
Il-preokkupazzjoni ewlenija hija differenza fundamentali bejn il-Kumitat ta’ Sorveljanza u d-Direttur Ġenerali tal-OLAF fil-perċezzjoni tal-irwol tal-Kumitat. Id-Direttur Ġenerali jidher li hu tal-fehma li l-irwol ewlieni tal-Kumitat hu li jappoġġja l-indipendenza tiegħu u li jimmonitorja l-istatistika f’livell ġenerali. Il-Kumitat jenfasizza l-irwol ta’ sorveljanza tiegħu bħala l-unika entità li tista’ tassigura l-kontabilità tal-funzjoni investigattiva tal-OLAF. Il-perspettiva tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF tfisser li l-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jaġixxi biss abbażi tal-informazzjoni li d-Direttur Ġenerali tal-OLAF jagħżel li jipprovdi. Il-perspettiva tal-Kumitat teħtieġ l-aċċess indipendenti tagħha għall-informazzjoni sabiex tassigura monitoraġġ oġġettiv. |
|
3. |
Fl-2016, il-Kumitat ma seta jaċċessa l-ebda fajl individwali ta’ każijiet li għamel talba għalihom. Minflok huwa ngħata kampjun ta’ fajls magħżul mill-OLAF. Barra minn hekk, kien hemm diffikultà biex tiġi aċċessata informazzjoni f’oqsma oħra. Din kienet tinkludi lmenti, talbiet għall-aċċess ta’ dokumenti minn partijiet esterni u dettalji ta’ azzjonijiet meħuda mill-OLAF bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat. Il-Kumitat innota wkoll li r-rapporti ppreżentati mill-OLAF dwar każijiet li damu aktar minn 12-il xahar ma kinux dettaljati biżżejjed biex jippermettu kontroll effettiv. |
|
4. |
Minħabba dawn id-diffikultajiet, kemm il-Kumitat ta’ Sorveljanza kif ukoll id-Direttur Ġenerali tal-OLAF talbu lill-Viċi President tal-Kummissjoni jistieden lis-Servizzi Legali tal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill biex joħorġu Opinjoni Konġunta dwar tliet aspetti tar-relazzjoni bejn l-OLAF u l-Kumitat. Din l-opinjoni ħarġet fil-5 ta’ Settembru 2016. |
|
5. |
Il-Kumitat jinnota li t-tliet Servizzi Legali qablu mal-pożizzjoni tal-Kumitat dwar l-obbligi ta’ rapportar tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF u dwar l-aċċess tal-Kumitat għall-fajls tal-każijiet tal-OLAF, inklużi l-każijiet miċħuda u dawk li għadhom għaddejjin. |
|
6. |
B’riżultat ta’ dan, u billi tiċċara u tikkonferma l-obbligi ta’ rapportar tal-OLAF vis-à-vis il-Kumitat ta’ Sorveljanza, l-Opinjoni Konġunta għandha tiffaċilita l-prestazzjoni tal-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-Kumitat. Konsegwentement, din se sservi wkoll bħala gwida biex jiġu adottati r-Regoli ta’ Proċedura ġodda interni tal-Kumitat ta’ Sorveljanza u d-deċiżjoni dwar il-ħtieġa ta’ arranġamenti ta’ ħidma bejn il-Kumitat ta’ Sorveljanza u l-OLAF. |
VALUTAZZJONI TAL-INDIPENDENZA TAD-DIRETTUR ĠENERALI
|
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni mill-Uffiċċju tal-funzjoni investigattiva tiegħu, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Uffiċċju fit-twettiq tajjeb tal-kompetenzi mogħtija lilu permezz ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jadotta mill-inqas rapport wieħed dwar l-attivitajiet tiegħu kull sena, li jkun ikopri partikolarment l-evalwazzjoni tal-indipendenza tal-Uffiċċju, l-applikazzjoni ta’ garanziji proċedurali u d-durata ta’ investigazzjonijiet. Dawk ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. L-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Id-Direttur Ġenerali ma għandu la jfittex, u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fil-qadi ta’ dmirijietu fir-rigward tal-ftuħ u t-tmexxija ta’ investigazzjonijiet esterni u interni jew fl-abbozzar ta’ rapporti wara investigazzjonijiet bħal dawk. Jekk id-Direttur iqis li miżura meħuda mill-Kummissjoni titfa’ dubju fuq l-indipendenza tiegħu, huwa għandu jinforma minnufih lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, u għandu jiddeċiedi jekk iressaqx azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. L-Artikolu 17(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Qabel ma timponi kwalunkwe penali dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat ta’ Sorveljanza. |
|
7. |
Fit-2 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni (3) neħħiet parzjalment l-immunità mill-proċedimenti legali tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF bi tweġiba għal talba mill-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani. Fl-14 ta’ Marzu 2016, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF informa (4) lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, abbażi tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, li huwa qies id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu bħala miżura li titfa’ dubju fuq l-indipendenza tiegħu. |
|
8. |
Minkejja talbiet kemm lill-Kummissjoni u kemm lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, il-Kumitat ta’ Sorveljanza ma ngħatax kopja tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kumitat ma ra s-sottomissjonijiet dettaljati tal-ebda parti lill-Qorti Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE), fejn id-Direttur Ġenerali ressaq rikors biex ifittex jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
|
9. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza nnota li l-Ordni tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2016 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri temporanji f’dan il-każ (5), hija disponibbli pubblikament. L-Ordni ċaħdet it-tieni applikazzjoni li ressaq id-Direttur Ġenerali tal-OLAF fejn talab lill-President tal-Qorti jissospendi l-operat tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-raġunijiet ta’ urġenza sabiex tiġi evitata ħsara serja u irreparabbli għall-indipendenza tiegħu nnifsu u għall-indipendenza u l-ħidma xierqa tal-OLAF. |
|
10. |
Ir-rikors ewlieni li ressaq id-Direttur Ġenerali tal-OLAF quddiem il-Qorti, biex ifittex jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, għadu pendenti. Għalhekk, il-Kumitat f’dan l-istadju, mhuwiex f’pożizzjoni li jifforma opinjoni konklużiva ta’ x’impatt potenzjali jista’ jkollha t-tneħħija tal-immunità tad-Direttur Ġenerali fuq l-indipendenza tal-OLAF. Il-Kumitat se jimmonitorja mill-qrib żviluppi oħrajn, meta jitqies li l-prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, tal-imparzjalità, tal- indipendenza u tal-governanza tajba, u l-kwistjonijiet ta’ impunità u kontabilità huma materji ewlenin f’din is-sitwazzjoni bla preċedent. |
|
11. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza nnota li skont l-Artikolu 17(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat ta’ Sorveljanza qabel timponi kwalunkwe penali dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali tal-OLAF. Dan ir-rekwiżit ma ġiex stabbilit għal sitwazzjoni meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tneħħi l-immunità tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF. |
|
12. |
Il-Kumitat ta parir lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF sabiex jikkunsidra jieħu miżuri operazzjonali biex inaqqas il-possibbiltà ta’ kunflitti ta’ interess, jew perċezzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, li tista’ tinħoloq f’interazzjonijiet mal-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani (6). L-Artikolu 17(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, b’mod partikolari, jagħti skop għal miżuri bħal dawn. Il-Kumitat ma ġie infurmat bl-ebda miżura bħal din. |
GARANZIJI PROĊEDURALI U DRITTIJIET FUNDAMENTALI FL-INVESTIGAZZJONIJIET TAL-OLAF
|
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu b’mod partikolari jimmonitorja l-iżviluppi dwar l-applikazzjoni ta’ garanziji proċedurali (…). L-Artikolu 17(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Id-Direttur Ġenerali għandu jimplimenta mekkaniżmu intern ta’ konsulenza u kontroll, inkluża verifika ta’ legalità, dwar fost l-oħrajn ir-rispett tal-garanziji proċedurali u d-drittijiet fundamentali tal-persuni konċernati (…). |
|
13. |
Skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu mandat espliċitu li jimmonitorja, b’mod partikolari, l-applikazzjoni ta’ garanziji proċedurali fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF. Il-Kumitat indirizza l-kwistjoni f’diversi okkażjonijiet, f’opinjonijiet, rapporti speċjali u rapporti ta’ attivitajiet. Sommarju mhux komprensiv ta’ din il-ħidma li saret bejn l-2012 u l-2016 mill-Kumitat li wasal biex jispiċċa nġabar f’kompendju (7). Dan jikkonċerna b’mod partikolari tliet oqsma ewlenin, spjegati hawn taħt. |
Rieżami u verifika tal-legalità
|
14. |
Fl-Opinjoni tiegħu Nru 2/2015, il-Kumitat ta’ Sorveljanza analizza l-verifika u r-rieżami tal-legalità li twettqu matul l-attivitajiet investigattivi tal-OLAF, filwaqt li ffoka fuq ir-rispett tal-garanziji proċedurali u tad-drittijiet fundamentali. |
|
15. |
Il-Kumitat irrakkomanda b’mod partikolari li l-OLAF jiżviluppa l-aħjar prattiċi tar-rieżaminaturi fir-rigward tal-verifika tar-rispett tal-garanziji proċedurali u t-tul proporzjonat tal-investigazzjonijiet. |
|
16. |
Il-Kumitat irrakkomanda wkoll li d-Direttur Ġenerali tal-OLAF jadotta pjan b’azzjonijiet speċifiċi bil-għan li jsaħħaħ b’mod effettiv il-mekkaniżmu intern ta’ kontroll u konsulenza previst fir-Regolament. L-adozzjoni ta’ pjan bħal dan għadha pendenti. |
Ilmenti dwar l-investigazzjonijiet tal-OLAF
|
17. |
Fl-Opinjoni Nru 2/2013 tiegħu, il-Kumitat eżamina l-għażliet għal rimedju li hemm għal persuni involuti fl-investigazzjonijiet tal-OLAF, fir-rigward ta’ ksur potenzjali tad-drittijiet tagħhom u l-garanziji proċedurali. Il-Kumitat sab li persuni bħal dawn ma kellhomx rimedji suffiċjenti u immedjati biex jikkumpensaw il-ksur potenzjali permezz ta’ mekkaniżmu estern jew intern. |
|
18. |
Għalhekk, il-Kumitat ta’ Sorveljanza rrakkomanda li d-Direttur Ġenerali tal-OLAF biex jistabbilixxi u jippubblika proċedura interna bħal din wara li jikkonsulta l-Kumitat dwar id-dettalji u wara jirrapporta regolarment lill-Kumitat dwar l-ilmenti li jirċievi l-OLAF u s-segwitu tagħhom. |
|
19. |
Madankollu l-Kumitat ma rċeviex rapport dettaljat dwar l-ilmenti ppreżentati kontra l-attivitajiet tal-OLAF u marbuta mad-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali tal-persuni affettwati bl-investigazzjonijiet, inklużi l-ilmenti magħrufa mill-OLAF u ppreżentati quddiem istanzi jew korpi oħra. |
Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali
|
20. |
Fl-2016, il-Kumitat ta’ Sorveljanza beda skambju ta’ fehmiet mal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) ta’ Vjenna li għandha s-setgħa li tipprovdi kompetenza u pariri lill-Istati Membri, lill-Istituzzjonijiet u lill-korpi tal-UE. |
|
21. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza identifika għadd ta’ oqsma — bħall-proposta leġiżlattiva dwar l-UPPE — fejn il-possibbiltà ta’ konsultazzjoni bejn l-OLAF u l-FRA setgħet potenzjalment twassal biex jitjieb il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni affettwati bl-investigazzjonijiet (kemm jekk huma persuni konċernati u kemm jekk le). |
|
22. |
Konsegwentement, il-Kumitat ta’ Sorveljanza jqis li huwa utli li l-OLAF jistabbilixxi kuntatt mal-FRA bil-għan li jidħol f’kooperazzjoni formali b’mod partikolari rigward is-sottomissjoni tal-proċeduri tal-OLAF għall-verifika mill-FRA tad-drittijiet fundamentali. |
TUL TAL-INVESTIGAZZJONIJIET TAL-OLAF
|
L-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Jekk investigazzjoni ma tkunx tista’ tingħalaq fi żmien 12-il xahar wara li tkun infetħet, id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta, malli jiskadi dak il-perjodu ta’ 12-il xahar u f’intervalli ta’ sitt xhur wara dan, lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, filwaqt li jindika r-raġunijiet u l-miżuri ta’ rimedju previsti bil-ħsieb li titħaffef l-investigazzjoni. |
Investigazzjonijiet li jieħdu aktar minn 12-il xahar
|
23. |
Fl-2016, il-Kumitat ta’ Sorveljanza analizza 477 rapport dwar 377 investigazzjoni li ħadu aktar minn 12-il xahar irrapportati mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF. 274 każ kienu ngħalqu filwaqt li 103 kienu għadhom miftuħa. F’Lulju 2016, fuq talba tal-Kumitat, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF ipprovda statistika addizzjonali dwar dawk ir-rapporti, sabiex jippermetti li l-Kumitat jidentifika aħjar ix-xejriet u t-tendenzi ġenerali.
Tul tal-investigazzjonijiet sa minn meta ġiet adottat d-Deċiżjoni tal-Ftuħ: kampjun ta' 377 każ Lulju 2016
|
|
24. |
Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF stabbilixxa punt ta’ riferiment ta’ 20 xahar għat-tul tal-investigazzjonijiet fil-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali tiegħu (ir-Regolament jistabbilixxi punt ta’ riferiment ta’ 12-il xahar). Fil-kampjun kien hemm 42 każ (11 %) li ħadu anqas minn 20 xahar u 335 każ (89 %) li ħadu aktar minn 20 xahar, 157 minnhom (47 %) ħadu aktar minn 30 xahar. |
|
25. |
L-analiżi tad-dejta pprovduta f’Lulju 2016 uriet li subsett sinifikanti — 28 każ — ġej minn azzjoni aggregata fit-2 ta’ Frar 2012, li fiha 423 każ infetħu fl-istess ġurnata (8) Il-Kumitat ta’ Sorveljanza huwa tal-opinjoni li dawk it-28 każ jenħtieġ jiġu partikolarment immonitorjati mill-OLAF biex jiġi evitat it-tfixkil fil-prestazzjoni billi jittrattaw il-ħin kollu sistemi li huma wirt tal-passat. |
Tul tal-immaniġġar tal-informazzjoni qabel tinfetaħ investigazzjoni
|
26. |
It-tul tal-investigazzjonijiet jitkejjel mill-OLAF minn meta tittieħed id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni. Peress li deċiżjonijiet bħal dawk huma preċeduti b’perjodu ta’ valutazzjoni tal-informazzjoni rrapportata, il-Kumitat ta’ Sorveljanza qies li huwa importanti li jiġi eżaminat ukoll it-tul tat-trattament tal-informazzjoni mid-data ta’ meta rċeviha l-OLAF sal-ftuħ jew ċaħda tal-każ. |
|
27. |
Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF stabbilixxa limitu ta’ żmien indikattiv ta’ xahrejn għall-valutazzjoni. Mhuwiex ċar għall-Kumitat jekk iż-żmien jibdiex jgħodd minn meta l-OLAF jirċievi l-informazzjoni, minn meta jingħata n-numru tal-każ, minn meta l-informazzjoni li tkun dieħla tiġi attribwita lil selettur jew mill-ewwel azzjoni tas-selettur fil-każ. L-OLAF informa lill-Kumitat li hemm għodod ta' monitoraġġ disponibbli biex jiġu evitati nuqqasijiet ta’ azzjoni fl-immaniġġar tal-informazzjoni. |
|
28. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza se jqis il-possibbiltà li jeżamina aktar mill-qrib dawk l-għodda ta’ monitoraġġ u d-dejta dwar it-tul tal-immaniġġar tal-informazzjoni li tkun dieħla. |
Analiżi kwalitattiva ta’ 477 rapport dwar investigazzjonijiet li jieħdu aktar minn 12-il xahar
|
29. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għamel analiżi komprensiva ta’ 477 rapport dwar investigazzjonijiet li jieħdu aktar minn 12-il xahar (9) bil-għan li jivvaluta b’mod partikolari:
|
|
30. |
Fi ftit aktar min-nofs ir-rapporti, jew ma kien hemm l-ebda raġuni għan-nuqqas ta’ tlestija tal-investigazzjonijiet jew ir-raġunijiet indikati kienu meqjusa insuffiċjenti. In-nuqqas ta’ dettalji ta’ sostenn inklużi fir-rapport ma ppermettewx aktar verifika dwar din l-informazzjoni. |
|
31. |
F’għadd sostanzjali ta’ rapporti, il-Kumitat ta’ Sorveljanza sab li l-ebda miżura ta’ rimedju ma kienet indikata l-adegwatezza ta’ dawk il-miżuri jew li kien hemm raġuni għal tħassib dwar dan. |
|
32. |
F’għadd kbir ta’ rapporti, il-Kumitat sab li l-miżuri ta’ rimedju adottati mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF biex jitħaffu l-investigazzjonijiet, jew it-test indikat, ma kinux skont ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa fl-Opinjoni tal-KS Nru 4/2014. |
|
33. |
Bħala konklużjoni, il-Kumitat sab li ma kienx hemm evoluzzjoni sinifikanti fil-prattiċi tal-OLAF. Filwaqt li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 saħħaħ l-irwol tal-Kumitat fil-monitoraġġ tat-tul tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, ma jistax jassigura li l-investigazzjonijiet isiru b’mod kontinwu u mingħajr dewmien żejjed meta jitqiesu ċ-ċirkustanzi u l-kumplessità tal-każijiet. Din hija kwistjoni ta’ tħassib b’mod partikolari għal dawk l-investigazzjonijiet li jieħdu l-aktar fit-tul. |
PRIJORITAJIET TAL-POLITIKA TA’ INVESTIGAZZJONI GĦAS-SENA 2017
|
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Id-Direttur Ġenerali għandu kull sena jiddetermina, fil-kuntest tal-pjan ta’ ġestjoni annwali, il-prijoritajiet tal-politika ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju u għandu, qabel il-pubblikazzjoni tagħhom, jibgħathom lill-Kumitat ta’ Sorveljanza. Artikolu 5(1): id-Deċiżjoni tad-DĠ tal-OLAF jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le għandha tqis l-IPPs u l-AMP. |
|
34. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza rċieva l-abbozz tal-Prijoritajiet tal-Politika Investigattiva tal-OLAF għall-2017 fit-22 ta’ Diċembru 2016. Il-Kumitat kien mistieden jagħti l-kummenti tiegħu sat-13 ta’ Jannar 2017. Il-Prijoritajiet tal-Politika Investigattiva mhumiex sostanzjalment differenti minn dawk għall-2014, għall-2015 u għall-2016. |
|
35. |
Il-Kumitat qiegħed jistenna d-dettalji tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Prijoritajiet tal-Politika Investigattiva tal-OLAF għall-2016. |
SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-OLAF
|
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-Kumitat ta’ Sorveljanza perjodikament:
|
|
36. |
Ladarba investigazzjoni tal-OLAF tiġi magħluqa, ir-Rapport Finali li jistabbilixxi l-fatti (bis-sostenn tal-elementi ta’ evidenza u lista sħiħa ta’ elementi rreġistrati tal-fajl tal-każ) u kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF jenħtieġ li jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet u fil-korpi tal-UE li huma responsabbli għall-azzjonijiet sussegwenti. |
|
37. |
Hemm erba’ tipi ta’ rakkomandazzjonijiet li joħroġ id-Direttur Ġenerali tal-OLAF: amministrattivi (prevenzjoni ta’ frodi fil-kuntratti, ftehimiet ta’ għotja, legiżlazzjoni u prassi amministrattivi), finanzjarji (irkupru ta’ ammonti mhux dovuti), ġudizzjarji (proċedura kriminali mill-awtoritajiet nazzjonali) u dixxiplinarji (proċedura dixxiplinarja mill-Istituzzjonijiet, mill-agenziji u mill-korpi tal-UE). |
|
38. |
Skont l-Artikolu 17(5), id-Direttur Ġenerali tal-OLAF għandu jinforma lill-Kumitat perjodikament bil-każijiet li fihom ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu ma ġewx segwiti. |
|
39. |
F’Mejju u Ġunju 2016, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF bagħat aġġornament lill-Kumitat ta’ Sorveljanza (11). Dawn kienu jiġbru fil-qosor it-tweġibiet li rċieva mingħand l-awtoritajiet relevanti sad-29 ta’ Frar 2016 fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-OLAF mill-1 ta’ Ottubru 2013, li ma ġewx segwiti. |
Rakkomandazzjonijiet dixxiplinarji
|
40. |
L-OLAF jirrapporta (12) li mill-1 ta’ Jannar 2013 ħareġ 55 rakkomandazzjoni dixxiplinarja (24 rakkomandazzjoni fl-2013; 15-il rakkomandazzjoni fl-2014 u 16-il rakkomandazzjoni fl-2015). |
|
41. |
Sa mill-1 ta’ Ottubru 2013, l-OLAF irrapporta lill-Kumitat ta’ Sorveljanza li tmien rakkomandazzjonijiet dixxiplinari ma ġewx segwiti mill-awtoritajiet li għandhom setgħat dixxiplinari. Il-Kumitat ma rċeviex aktar dettalji fir-rapport, għalhekk l-osservazzjonijiet li ġejjin huma bbażati fuq l-informazzjoni mqassra li pprovda d-Direttur Ġenerali tal-OLAF. |
|
42. |
F’żewġ każijiet, l-awtoritajiet sabu li l-fatti ma kinux stabbiliti biżżejjed mill-attivitajiet investigattivi li twettqu. F’wieħed mill-każijiet l-awtoritajiet qiesu li l-fatti stabbiliti mill-OLAF ma kinux serji biżżejjed biex jinbdew proċeduri dixxiplinari. F’żewġ każijet, il-fatti stabbiliti mill-OLAF ġew valutati mill-ġdid u l-awtoritajiet iddeċiedew li ma jieħdu l-ebda azzjoni dixxiplinarja. Waħda mill-awtoritajiet qalet li l-fatti stabbiliti ma kinux ta’ natura li tinvolvi responsabbiltà dixxiplinarja. |
|
43. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza beda analiżi tas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari. Matul il-perjodu ta’ rapportar, ir-rapporteur responsabbli għall-analiżi tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji, amministrattivi u dixxiplinari tal-OLAF wetttaq ħidma esploratorja biex jiddefinixxi l-iskop tal-possibbiltà ta’ Opinjoni jew Rapport. L-analiżi inizjali tar-rakkomandazzjonijiet saret abbażi ta’ kampjun ipprovdut mill-OLAF. L-analiżi msemmija kienet ikkumplimentata b’kuntatti bilaterali mal-Kumitat ta’ Dixxiplina Intern tal-Kummissjoni u bit-tnedija ta’ kwestjonarju għall-partijiet interessati tal-OLAF. Diversi aġenziji regolatorji, Istituzzjonijiet u korpi tal-UE wieġbu u pprovdew informazzjoni siewja ħafna. Madankollu, is-Segretarju Ġenerali (13) tal-Kummissjoni Ewropea rrifjuta li jwieġeb il-kwestjonarju tal-Kumitat ta’ Sorveljanza u li jiżvela kwalunkwe informazzjoni, u f’żewġ okkażjonijiet stieden lill-Kumitat, biex jaħdem esklussivament abbażi tal-informazzjoni pprovduta mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF. |
|
44. |
Konsegwentement, il-Kumitat ta’ Sorveljanza ma għandux informazzjoni kwalitattiva biżżejjed għad-dispożizzjoni tiegħu biex jissorvelja l-utilità tar-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari tal-OLAF. Barra minn hekk, il-Kumitat ma għandux informazzjoni kwantitattiva biżżejjed biex jivvaluta l-proporzjon ta’ rakkomandazzjonijiet segwiti mqabbla mat-total tal-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa, peress li l-informazzjoni disponibbli ma tirrelatax għall-istess perjodu ta’ żmien. |
Rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji
|
45. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza wettaq aktar ħidma dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji u l-monitoraġġ li wettaq l-OLAF f’dan il-qasam. Saru diversi laqgħat ta’ ħidma għal dan il-għan u l-OLAF ipprovda dokumentazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jitjieb il-monitoraġġ kif ukoll il-kwalità tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji. |
|
46. |
Fl-2012, l-OLAF stabbilixxa sistema għal ġbir ta’ informazzjoni mill-Istati Membri kif ukoll linji gwida ta’ monitoraġġ, li jagħmluha possibbli li jiġu segwiti d-deċiżjonijiet dwar ċaħdiet jew prosekuzzjonijiet kif meħuda mill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali wara li jkunu għaddewlhom ir-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF. Il-Kumitat jixtieq jirrikonoxxi l-isforzi sinifikanti meħtieġa mill-OLAF biex jiġbor din l-informazzjoni. |
|
47. |
L-OLAF jirrapporta (14) li ħareġ 284 rakkomandazzjoni li ntbagħtu lil awtoritajiet ġudizzjarji mill-1 ta’ Jannar 2013 (85 rakkomandazzjoni fl-2013; 101 rakkomandazzjoni fl-2014 u 98 rakkomandazzjoni fl-2015). |
|
48. |
Skont l-informazzjoni pprovduta mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, 18-il rakkomandazzjoni li ntbagħtu lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ma ġewx implimentati minn Ottubru 2013 sa Frar 2016 (15). |
|
49. |
Ir-raġunijiet mogħtija għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li rċevew l-awtoritajiet ġudizzjarji kienu kif ġej:
|
|
50. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza jinnota, madankollu li l-OLAF jirrapporta li minn 317-il rakkomandazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet ġudizzjarji sa mill-2008, 168 wasslu biex l-informazzjoni tiġi rrifjutat jew biex ma titieħed l-ebda azzjoni. |
|
51. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza ma jista’ jiġbed l-ebda konklużjoni mingħajr dejta li taqbel mal-perjodi ta’ rapportar identifikati mill-OLAF. |
|
52. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza ma għandux informazzjoni sostanzjali biżżejjed għad-dispożizzjoni tiegħu biex jissorvelja l-proporzjon ta’ rakkomandazzjonijiet segwiti mqabbla mat-total tal-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa, li għandhom jgħinuh jivvaluta l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Mill-inqas il-Kumitat għandu ħtieġa jirċievi:
|
|
53. |
Konsegwentement, il-Kumitat ta’ Sorveljanza jqis li l-informazzjoni mgħoddija mill-OLAF mhix suffiċjenti biex tissodisfa l-obbligi tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF stabbiliti fl-Artikolu 17(5) tar-Regolamenet (UE, Euratom) Nru 883/2013. |
|
54. |
L-analiżi tar-raġunijiet għad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda meħuda mill-Istati Membri (16) u komunikati mill-OLAF turi li żewġ raġunijiet ewlenin għaċ-ċaħdiet kienu:
|
|
55. |
L-OLAF esprima t-tħassib tiegħu li huwa kien ossserva “tendenza fost ċerti prosekuturi nazzjonali li ma jagħtux l-istess livell ta’ prijorità lill-każijiet peress li jaffettwaw l-interessi tal-Istat, tal-UE jew l-interessi nazzjonali” (17). L-OLAF għamel analiżi li tindika li l-evidenza miġbura fl-investigazzjonijiet amministrattivi tiegħu mhix direttament rikonoxxuta mill-Istati Membri, speċjalment meta jwettaq jew jibda mill-ġdid investigazzjonijiet kbar ta’ dimensjoni transnazzjonali. |
|
56. |
Il-Kumitat ma ġiex infurmat fl-aħħar tal-perjodu kurrenti ta’ rapportar tal-analiżi tal-OLAF b’sostenn għall-konklużjonijiet tiegħu u, b’mod partikolari, bil-kontenut tal-ħidma tiegħu fi gruppi ta’ ħidma mal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni. Il-Kumitat jinnota li r-riforma tar-Regolament tal-2013 saħħet u ċċarat is-setgħat investigattivi tal-OLAF fil-ġbir ta’ evidenza fiżika. |
|
57. |
Wara l-laqgħat ta’ ħidma u d-diskussjonijiet sostanzjali mal-OLAF, il-Kumitat identifika għadd ta’ kwistjonijiet li jeħtieġu analiżi komprensiva:
|
|
58. |
Fit-tweġiba tiegħu għat-talba tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għall-informazzjoni dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF qal “stabbilixxejt grupp ta’ ħidma biex nindirizza t-talba tagħkom u nistenna li l-konklużjonijiet ikunu disponibbli f’Mejju [2016]. L-istaff tal-OLAF jeħtieġ ukoll jikkuntattja lis-Segretarjat tal-KS għall-kjarifiki relatati ma’ wħud minn dawn it-talbiet” (19). Fl-aħħar tal-perjodu kurrenti ta’ rapportar, il-Kumitat ta’ Sorveljanza ma jkunx irċieva r-riżultati tal-ħidma li wettaq l-OLAF. |
Rakkomandazzjonijiet finanzjarji
|
59. |
L-OLAF jirrapporta (20) li ħareġ 706 rakkomandazzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2013 (233 rakkomandazzjoni fl-2013; 253 rakkomandazzjoni fl-2014 u 220 rakkomandazzjoni fl-2015). |
|
60. |
Skont l-informazzjoni pprovduta mid-Direttur Ġenerali f’Mejju u f'Ġunju 2016, ħames rakkomandazzjonijiet finanzjarji, maħruġa bejn Ottubru 2013 u Frar 2016, ma ġewx implimentati mill-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ċara għaliex ir-rakkomandazzjonijiet ma ġewx segwiti. Ir-raġunijiet varjaw minn bażi insuffiċjenti, għan-nuqqas ta’ dritt legali ta' rkupru, sa irregolaritajiet mhux ippruvati jew li ma jaffettwawx il-fondi tal-UE. |
|
61. |
Indikatur importanti fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji hu kemm mill-ammont rakkomandat li jiġi rkuprat hu attwalment irkuprat. Qabel l-2012, l-ammonti rkuprati kienu jintrabtu mill-OLAF mas-sena speċifika li fiha kienet tingħata r-rakkomandazzjoni, u jippermettu li r-rata ta’ rkupru tintuża bħala indikatur tal-prestazzjoni. Wara l-2012, ma baqax aktar possibbli li tiġi kkalkulata r-rata ta’ rkupru. Ikun partikolarment utli meta l-kalkolu tal-awtoritajiet relevanti tal-ammont li jkollu jiġi rkuprat ikun differenti mill-kalkolu tal-OLAF. Wara d-diskussjonijiet mal-Kumitat, l-OLAF impenja ruħu li jwettaq valutazzjoni interna sabiex jirfina aktar l-abbozzar tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tiegħu. B’riżultat ta’ dan, l-Istruzzjonijiet dwar l-abbozzar tar-rakkomandazzjonijiet u t-taqsimiet relatati tar-Rapport Finali tal-OLAF ħarġu fis-7 ta’ Ottubru 2016 mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF. |
|
62. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza jirrikonoxxi wkoll li l-OLAF qiegħed jwettaq valutazzjoni interna fir-rigward tal-proċess ta’ monitoraġġ finanzjarju u li din il-valutazzjoni tinkludi approċċi alternattivi biex titkejjel l-effettività tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-Uffiċċju. Essenzjalment, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF għandu l-intenzjoni jistaqsi lil dawk li jirċievu r-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tiegħu biex jikkomunikaw l-ammonti li aċċettaw għall-irkupru. |
Rakkomandazzjonijiet amministrattivi
|
63. |
Sa mill-1 ta’ Jannar 2013, l-OLAFjirrapporta (21) li ħareġ 69 rakkomandazzjoni amministrattiva (11 fl-2013, 28 fl-2014 u 30 fl-2015). |
|
64. |
Madankollu, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF ma rrapportax dwar ir-rakkomandazzjonijiet amministrattivi maħruġa minnu li ma ġewx segwiti minn dawk li rċevewhom, peress li ma hemmx rekwiżit li jagħmel dan. Minkejja dan, il-Kumitat ta’ Sorveljanza jqis li din l-informazzjoni tkun utli. |
ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT 2017
|
L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE tat-28 ta’ April 1999 li jistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, kif emendata bid-Deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2013 2013/478/UE: “2. Wara li jikkonsulta l-Kumitat ta’ Sorveljanza, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat lid-Direttur Ġenerali tal-Baġit abbozz preliminari tal-baġit biex jiddaħħal fl-anness li jikkonċerna l-Uffiċċju tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.” L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jindirizza opinjonijiet lid-Direttur Ġenerali, inkluż meta xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar fost l-oħrajn, ir-riżorsi meħtieġa biex titwettaq il-funzjoni investigattiva tal-Uffiċċju, […] |
|
65. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza appoġġja l-Abbozz tal-Baġit Preliminari tal-OLAF għas-sena 2017 bil-kondizzjoni li r-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet tiegħu jittieħdu kollha inkunsiderazzjoni fil-baġit tal-OLAF tal-2018, li l-Kumitat se jeżamina mill-ġdid fl-opinjoni annwali tiegħu. |
|
66. |
Il-Kumitat huwa tal-fehma li r-riżorsi tal-OLAF jenħtieġ ikunu kkonċentrati fuq il-ħidma ewlenija tiegħu jiġifieri li jinvestiga attivitajiet illegali, irregolaritajiet serji, frodi, ksur ta’ dmirijiet professjonali, u elementi oħra ta’ detriment għall-interessi tal-UE. Abbażi tal-kummenti tal-OLAF, il-Kumitat madankollu jaqbel li sabiex tiġi ppreservata l-indipendenza tal-OLAF xi riżorsi ta’ sostenn limitati u ġustifikati għandhom jinżammu ġewwa l-OLAF. |
|
67. |
F’dak li jikkonċerna l-istaff investigattiv, il-Kumitat jirrikonoxxi l-ispjegazzjonijiet ipprovduti għal 171 membru tal-persunal li jaħdmu fil-qasam investigattiv — “Minbarra l-persunal li d-deskrizzjoni tal-impjieg tiegħu hi ta’ “investigatur”, din iċ-ċifra tinkludi wkoll staff investigattiv ieħor, bħal “uffiċjal selettur responsabbli mill-każ” jew “analista tal-intelligence”. Il-kapijiet tas-settur u d-depudati kapijiet tal-unitajiet investigattivi huma wkoll persunal investigattiv, minkejja li għandhom titli tal-impjieg differenti. |
|
68. |
Esperti legali interni jikkontribwixxu sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-OLAF fl-applikazzjoni korretta tal-liġi nazzjonali u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet fil-ġlieda kontra l-frodi fl-UE kollha. L-OLAF għalhekk jenħtieġ jkompli jirrekluta persunal mill-UE bi kwalifiki legali ċertifikati fil-lingwa relatata. Il-Kumitat iqis li n-nuqqas ta’ esperti legali nazzjonali interni mhux possibbli li jiġi kkumpensat permezz ta’ taħriġ intern għal dawk li mhumiex avukati jew għal dokumentazzjoni ta’ sostenn limitata, bħal “profili qosra tal-pajjiżi” disponibbli fuq l-intranet tal-OLAF u analizzati mill-Kumitat. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-kompetizzjonijiet speċjalizzati li għaddejjin. |
IR-RAPPORT ANNWALI TAL-ATTIVITAJIET TAL-OLAF 2015
|
L-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: “Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni mill-Uffiċċju tal-funzjoni investigattiva tiegħu, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Uffiċċju fit-twettiq tajjeb tal-kompetenzi mogħtija lilu permezz ta’ dan ir-Regolament.” |
|
69. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza jirrikonoxxi li l-OLAF tejjeb il-preżentazzjoni tar-Rapport tal-OLAF u r-Rapport Annwali tal-Attivitajiet tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-qari, iċ-ċarezza tar-rapportar kif ukoll iċ-ċarts u ċ-ċifri pprovduti, li jieħdu inkunsiderazzjoni r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Sorveljanza. B’mod partikolari, il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjoni l-indikazzjoni fir-Rapport tal-OLAF għas-sena 2015 “tal-Medja tat-tul tal-investigazzjonijiet magħluqa biss” li tikkonferma l-approċċ adottat fir-Rapport tal-OLAF tal-2014. |
|
70. |
Il-Kumitat identifika modi biex itejjeb ir-rapportar dwar it-tul tal-investigazzjonijiet. In-nuqqas ta’ dejta dwar ir-rieżami u l-kontroll tat-tul tal-investigazzjonijiet hija raġuni għat-tħassib. Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll ġustifikazzjoni raġjonata għall-użu tal-punt ta’ riferiment ta’ 20 xahar. |
|
71. |
Ir-rapportar tal-OLAF dwar ilmenti marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali mhuwiex eżawrejenti. L-OLAF jirrapporta lill-Kumitat biss dwar l-ilmenti ppreżentati skont proċedura ppubblikata f’websajt. Il-Kumitat identifika l-eżistenza ta’ lmenti oħra li għandhom possibbilment rabta mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali. Il-Kumitat iqis li hu importanti li r-rapportar tal-ilmenti jkun komprensiv minħabba l-irwol tiegħu f’dan il-qasam. |
|
72. |
Ir-rapportar tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Sorveljanza ma jaqbilx mal-valutazzjoni tal-Kumitat. Il-Kumitat jinsab mħasseb dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti li d-Direttur Ġenerali tal-OLAF jikkondividi f’dan ir-rigward. |
L-OLAF ISEGWI R-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KUMITAT TA’ SORVELJANZA
|
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013: Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jindirizza opinjonijiet lid-Direttur Ġenerali, inkluż meta xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar fost l-oħrajn, ir-riżorsi meħtieġa biex titwettaq il-funzjoni investigattiva tal-Uffiċċju, dwar il-prijoritajiet investigattivi tal-Uffiċċju u dwar it-tul tal-investigazzjonijiet. Dawk l-opinjonijiet jistgħu jingħataw fuq inizjattiva tiegħu stess, fuq talba tad-Direttur Ġenerali jew fuq talba ta’ istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, madanakollu mingħajr ma jfixklu t-twettiq ta’ investigazzjonijiet li jkunu għaddejja. |
|
73. |
Matul il-perjodu kopert b’dan ir-rapport, il-Kumitat ta’ Sorveljanza mmonitorja l-progress li għamel l-OLAF fir-rigward ta’ 26 mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Anness fih dettalji tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi u aġġornament dwar l-istatus ta’ kull waħda minnhom. |
|
74. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza jikkategorizza bħala “prijorità għolja” ir-rakkomandazzjonijiet li huma relatati mad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE, mal-obbligi regolatorji tal-OLAF u mas-salvagwardji tal-indipendenza tal-OLAF. |
|
75. |
Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF qabel mal-lista ta’ rakkomandazzjonijiet li għandha tiġi segwita u ma kienx formalment kontra l-kontenut tal-ebda waħda mis-26 rakkomandazzjoni maħruġa. Madankollu, huwa wettaq biss awtovalutazzjoni ta’ 15 minnhom (22). Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kumitat ta’ Sorveljanza vvaluta l-livell ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kif ġej: 3 implimentati, 1 parzjalment implimentata, 11 mhux implimentati, 7 l-istatus mhux magħruf (23), 4 skaduti. |
|
76. |
Rigward l-opinjonijiet għall-ġejjieni, il-Kumitat ta’ Sorveljanza se jitlob impenn formali mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF biex jieħu azzjoni(jiet) bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet. Il-Kumitat mhu se jsegwi l-ebda rakkomandazzjoni li għaliha ma jkunx ittieħed dan l-impenn, u dan minħabba n-nuqqas ta’ qbil dwar dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
77. |
Ir-rapportar tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF ma jirriflettix il-pożizzjoni attwali tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Sorveljanza. Il-Kumitat jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-ħames rakkomandazzjonijiet tiegħu ta’ “prijorità għolja” u n-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti mingħand id-Direttru Ġenerali tal-OLAF. |
IL-GOVERNANZA TAL-KUMITAT TA' SORVELVANZA
Laqgħat ma’ istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-UE
|
78. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza kkontribwixxa b’mod attiv għall-iskambju ta’ opinjonijiet mal-Istituzzjonijiet kif previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u regolarment organizza laqgħat mal-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-OLAF, mal-Parlament Ewropew (il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit) u mal-Grupp Kontra l-Frodi tal-Kunsill u pprovdielhom assistenza esperta. |
|
79. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza jkompli jimpenja ruħu ma’ partijiet interessati oħra bħall-Qorti Ewropew tal-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Aġenzija Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali. |
Metodi ta’ ħidma u trasparenza
|
80. |
Fl-2016 il-Kumitat ta’ Sorveljanza organizza 11-il laqgħa plenarja. Il-President, ir-rapporteurs u l-persunal tas-Segretarjat tal-Kumitat ukoll iltaqgħu regolarment biex jaħdmu fuq kwistjonijiet partikolari. Għal kull kwistjoni importanti li eżamina, il-Kumitat ħatar rapporteur. Ir-rapporteurs ħadmu mas-Segretarjat biex iħejju abbozzi ta’ rapporti, opinjonijiet jew dokumenti biex jiġu diskussi fil-laqgħat plenarji. Huma ltaqgħu wkoll mal-maniġment u l-persunal tal-OLAF fil-qafas tat-tħejjija ta’ opinjonijiet u rapporti tal-Kumitat. |
|
81. |
L-opinjonijiet tal-Kumitat ta’ Sorveljanza dejjem ġew diskussi b’mod estensiv mal-OLAF qabel ġew finalizzati. Fl-2016, il-Kumitat ikkonsulta mal-OLAF u żviluppa l-proċedura tiegħu għall-adozzjoni ta’ opinjonijiet u rapporti. Sabiex jassigura t-trasparenza massima tal-ħidma tiegħu, il-Kumitat iddeċieda li jippubblika dokumenti mhux kunfidenzjali ta’ interess pubbliku fil-websajt tiegħu stess (http://europa.eu/supervisory-committee-olaf/). |
Emenda tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar is-segretarjat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza
|
82. |
Is-Segretarjat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza huwa magħmul minn avukati u assistenti li jassiguraw il-monitoraġġ ta' kuljum tal-attivitajiet investigattivi tal-OLAF u jassistu lill-Membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Is-Segretarjat jirċievi informazzjoni intenzjonata għall-Kumitat li fuqha huwa jwettaq rieżami inizjali. Is-Segretarjat huwa responsabbli wkoll biex jagħti pariri legali lill-Membri tal-Kumitat. Fl-2016, is-Segretarjat kellu total ta’ tmien membri. |
|
83. |
Is-Segretarjat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu rwol kruċjali billi jassisti lill-Kumitat fl-implimentazzjoni tal-funzjonijiet ta’ monitoraġġ tiegħu b’mod leali u effiċjenti. Matul il-perjodu ta’ rapportar, madankollu, il-persunal tas-Segretarjat baqa’ amministrattivament subordinat għad-Direttur Ġenerali tal-OLAF (notevolment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ taħriġ, valutazzjoni, żvilupp tal-karriera, u promozjoni). |
|
84. |
Wara l-emenda tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013013 (24), sa mill-1 ta’ Jannar 2017 is-Segretarjat tal-Kumitat jiġi pprovdut direttament mill-Kummissjoni, indipendentement mill-OLAF u b’kooerazzjoni mill-qrib mal-Kumitat. |
Kwistjonijiet baġitarji
|
85. |
Fl-2016, il-baġit ta’ € 200 000 tal-Kumitat ġie ttrasferit mill-OLAF għall-Kummissjoni Ewropea biex tiġi assigurata l-indipendenza tal-Kumitat mill-OLAF. |
|
86. |
Fuq it-talba tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea ħejja rapport dwar il-governanza, l-ippjanar, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-linja baġitarja tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rapport tal-awditur u jqisu bħala għodda siewja għall-ġestjoni aħjar tal-baġit tiegħu u aktar skont il-prassi tas-servizzi tal-Kummissjoni. Diversi mir-rakkomandandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern diġà ġew implimentati u integrati fil-ġestjoni ta’ kuljum tal-baġit tal-Kumitat ta’ Sorveljanza. |
QAFAS LEĠIŻLATTIV
Valutazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013
|
L-Artikolu 19 tar-Regolament 883/2013: “Sat-2 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn opinjoni tal-Kumitat ta’ Sorveljanza u għandu jiddikjara jekk hemmx bżonn li jiġi emendat dan ir-Regolament. |
|
87. |
Skont il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (25),ġew identifikati kwistjonijiet ewlenin tal-effettività, tal-effiċjenza, tar-relevanza u tal-koerenza li għandhom jiġu indirizzati. L-aspetti ta’ governanza tal-valutazzjoni se jinkludu l-kompiti ta’ monitoraġġ tal-Kumitat ta’ Sorveljanza. Il-valutazzjoni se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013. |
|
88. |
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza beda il-proċess tiegħu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament. Dan se jkun ibbażat fuq ir-riżultati tal-Kumitat, tal-analiżi, tal-monitoraġġ u tas-segwitu tal-attivitajiet investigattivi tal-OLAF. |
|
89. |
Matul il-perjodu ta’ rapportar xi membri tal-Kumitat ġew ikkuntattjati mill-konsulenti tal-Kummissjoni għal intervisti individwali biex jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tar-Regolament. Huma aċċettaw li jipparteċipaw biss meta jintemm il-mandat tal-Kumitat tagħhom biex jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kunflitt potenzjali fl-irwoli. |
Proposta għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
|
90. |
L-adozzjoni tar-Regolament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) kienet imniżżla fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2017 bħala prijorità għall-koleġiżlaturi. |
|
91. |
X’aktarx li t-twaqqif tal-UPPE se jkollu impatt fuq il-ħidma u r-riżorsi tal-OLAF u b’riżultat ta’ dan, fuq l-irwoll ta’ monitoraġġ tal-Kumitat ta’ Sorveljanza. Dan jista’ jeħtieġ aktar reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013. Il-Kumitat segwa regolarment, sa mill-bidu tal-proġett, l-iżviluppi relevanti u se jkompli jagħmel hekk. |
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(2) L-Artikolu 15.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1449 final.
(4) Ares((2016)1280862).
(5) L-Ordni tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2016 — Direttur Ġenerali tal-OLAF vs il-Kummissjoni fil-każ T-251/16R
(6) Ares(2016)6451016 tas-16 ta’ Novembru 2016.
(7) Ara l-Kompendju fil-websajt tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF.
(8) Cf. Rapport ta’ Sorveljanza Nru3/2014 dwar il-Ftuħ ta’ Każijiet fl-OLAF fl-2012.
(9) L-OLAF ta lill-Kumitat ta’ Sorveljanza aċċess ukoll għall-kampjun ta’ 62 każ li jieħdu aktar minn 12-il xahar. Il-Kumitat adotta grid ta’ analiżi u l-analiżi ta’ dawk il-każijiet li għadhom għaddejjin.
(10) Fl-Opinjoni tiegħu Nru 4/2014 — “Kontroll tat-tul tal-investigazzjonijiet li wettaq l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi”, il-Kumitat irrakkomanda, fost l-oħrajn, li l-OLAF: (1) Jarrikkixxi l-kontenut tar-rapporti tat-12-il xahar b’informazzjoni rikorrenti, fattwali relatata mal- każijiet, sabiex il-KS jkun jista’ jifhem l-isfond tal-każijiet u l-progress tal-investigazzjonijiet; (2) Jissostanzja aħjar l-informazzjoni fattwali dwar ir-raġunijiet għall-investigazzjonijiet li jieħdu aktar minn 12-il xahar u (3) Jissostanzja aħjar l-informazzjoni fir-rigward ta’ miżuri ta’ rimedju biex jitħaffu l-investigazzjonijiet.
(11) Ares(2016)2867755 tal-20 ta’ Ġunju 2016 u Ares(2016)2336179 tad-19 ta’ Mejju 2016.
(12) Ir-Rapport tal-Operat tal-OLAF tal-2015, ara l-grafika 12 “rakkomandazzjonijiet maħruġa” f’paġna 20 u l-grafika 24 “azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-ħatra wara r-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari tal-OLAF li ħarġu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015” f’paġna 30.
(13) Ara n-noti Ares(2016)2996187 tat-28 ta’ Ġunju 2016 u Ares(2016) 6032504 tal-20 ta’ Ottubru 2016 iffirmati mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea.
(14) Ir-Rapport tal-Operat tal-OLAF tal-2015, ara l-grafika 12 “rakkomandazzjonijiet maħruġa” f’paġna 20 u l-grafika 24 “azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-ħatra wara r-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari tal-OLAF li ħarġu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015” f’paġna 30.
(15) Ir-rapportar komunikat jinkludi 14-il każ b’rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji li ma kellhomx suċċess, 9 minnhom minħabba evidenza insuffiċjenti.
(16) Din l-analiżi speċifika saret matul is-snin 2012 u 2013.
(17) Rapport Annwali tal-2015.
(18) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 espressament enfasizza l-importanza li l-OLAF ikollu t-tagħrif sħiħ tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li lilhom jgħaddi r-rapporti investigattivi tiegħu. L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013. “Fit-tfassil ta’ tali rapporti u rakkomandazzjonijiet, għandu jittieħed kont tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat”.
(19) Ares(2016)980350 — 25 ta’ Frar 2016.
(20) Ir-Rapport tal-Operat tal-OLAF tal-2015, ara l-grafika 12 “rakkomandazzjonijiet maħruġa” f’paġna 20 u l-grafika 24 “azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-ħatra wara r-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari tal-OLAF li ħarġu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015” f’paġna 30.
(21) Ir-Rapport tal-Operat tal-OLAF tal-2015, ara l-grafika 12 “rakkomandazzjonijiet maħruġa” f’paġna 20.
(22) Nota ARES(2016)222388 tal-15 ta’ Jannar 2016, fejn id-Direttur Ġenerali tal-OLAF jistabbilixxi li “l-OLAF iqis 11 mill-15-il rakkomandazzjoni bħala implimentati u waħda bħala mhijiex applikabbli. L-implimentazzjoni ta’ tliet rakkomandazzjonijiet, li huma marbuta mad-diskussjoni dwar l-Arranġamenti ta’ Ħidma bejn l-OLAF u l-KS għadha għaddejja”.
(23) Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF ma pprovda l-ebda informazzjoni lill-Kumitat dwar 11 minn 26 rakkomandazzjoni maħruġa fl-Opinjoni Nru 2/2015 dwar il-Verifika tal-Legalità u r-Rieżami fl-OLAF u fl-Opinjoni Nru 3/2015 dwar l-abbozz tal-Projoritajiet tal-Politika ta’ Investigazzjoni tal-2016.
(24) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2016/2030 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, rigward is-segretarjat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF). Ir-regolament huwa japplikabbli mill-1 ta’ Jannar 2017.
(25) Ara http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/docs/2017_olaf_001_evaluation_of_regulation_883_2013_en.pdf
ANNESS
SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KUMITAT TA’ SORVELJANZA MILL-OLAF
|
PRIJORITÀ |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KUMITAT TA' SORVELJANZA |
VALUTAZZJONI PROPRJA TAL-OLAF |
VALUTAZZJONI FINALI KS |
||||||||||||
|
|
Opinjoni 3/2014 dwar l-Abbozz Baġitarju Preliminari tal-OLAF tal-2015:
|
Implementata |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
|
implimentata: |
IMPLEMENTATI |
||||||||||||
|
|
|
Implimentata |
OBSOLETA |
||||||||||||
|
|
|
implimentata: |
OBSOLETA |
||||||||||||
|
|
|
Mhux applikabbli |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
GĦOLJA |
Opinjoni 4/2014 dwar il-Kontroll tat-tul tal-investigazzjonijiet li twettaq l-OLAF: L-OLAF għandu jtejjeb l-informazzjoni trażmessa lill-KS għall-finijiet ta’ monitoraġġ tat-tul tal-investigazzjonijiet, sabiex jippermetti lill-KS biex effettivament u effikaċament iwettaq ir-rwol tiegħu ta’ monitoraġġ u b’hekk jissodisfa l-obbligu tiegħu li jirrapporta għand l-istituzzjonijiet tal-UE. L-OLAF għandu wkoll jottimizza l-użu tal-għodda li ħoloq biex jimmaniġġja t-tul tal-investigazzjonijiet. Meta jagħmel dan l-OLAF għandu:
Biex jimplimenta din ir-rakkomandazzjoni, il-KS jissuġġerixxi li r-rapporti jkun fihom informazzjoni bħall-bażi ġuridika għall-ftuħ tal-investigazzjonijiet, deskrizzjoni qasira tal-investigazzjoni (allegazzjoni, kategorija tas-sors tal-informazzjoni, it-tip ta’ frodi jew irregolarità, il-qasam konċernat, l-istituzzjoni tal-UE, il-korp, l-uffiċċju, l-aġenzija jew l-Istat Membru konċernat, il-leġiżlazzjoni li allegatament inkisret, stima tal-impatt finanzjarju jekk possibbli), l-attivitajiet investigattivi prinċipali mwettqa jew li se jitwettqu u kif ġraw wara xulxin, u kwistjonijiet ta’ preskrizzjoni. |
Għaddejja |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
Biex jimplimenta din ir-rakkomandazzjoni, il-KS jissuġġerixxi li fir-rapporti ta’ 12-il xahar l-OLAF jinkludi kategoriji u sottokategoriji ta’ raġunijiet predefiniti u mhux eżawrijenti li jispjegaw għala l-investigazzjonijiet ma tlestewx fi żmien 12-il xahar, issuplimentati b’informazzjoni speċifika relatata mal-informazzjoni. L-OLAF jista’ jipprovdi wkoll linji gwida u/jew taħriġ lill-investigaturi. |
Għaddejja |
PARZJALMENT IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
|
Għaddejja |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
|
implimentata: |
MHUX IKKOMUNIKATAI |
||||||||||||
|
GĦOLJA |
|
implimentata: |
MHUX IKKOMUNIKATA |
||||||||||||
|
|
Opinjoni Nru 5/2014 dwar ir-Rappurtar Estern tal-OLAF dwar it-Tul tal-Investigazzjonijiet:
|
implimentata: |
IMPLEMENTATA I |
||||||||||||
|
|
|
implimentata: |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
GĦOLJA |
|
implimentata: |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
Opinjoni Nru 1/2015 dwar l-Abbozz Baġitarju Preliminari tal-OLAF tal-2016:
|
implimentata: |
OBSOLETAI |
||||||||||||
|
|
|
implimentata: |
OBSOLETA |
||||||||||||
|
GĦOLJA |
Opinjoni 2/2015 dwar il-verifika u r-rieżami tal-Legalità fl-OLAF:
|
Mhux ikkomunikata |
MHUX IKKOMUNIKATA |
||||||||||||
|
|
|
Mhux ikkomunikata |
MHUX IKKOMUNIKATA |
||||||||||||
|
|
|
Mhux ikkomunikata |
MHUX IKKOMUNIKATA |
||||||||||||
|
|
|
Mhux ikkomunikata |
MHUX IKKOMUNIKATA |
||||||||||||
|
GĦOLJA |
|
Mhux ikkomunikata |
MHUX IKKOMUNIKATA |
||||||||||||
|
|
|
Mhux Adottata |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
Opinjoni 3/2015 dwar l-abbozz tal-Prijoritajiet tal-Politika ta’ Investigazzjoni tal-OLAF (PPI) għas-sena 2016:
|
Mhux ikkomunikata |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
|
Mhux ikkomunikata |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
|
Mhux ikkomunikata |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
|
Mhux ikkomunikata |
MHUX IMPLIMENTATA |
||||||||||||
|
|
|
Mhux ikkomunikata |
IMPLEMENTATA |