ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 384

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
24 ta' Ottubru 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 384/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9079 — Advent International Corporation/KN Group) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 384/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 384/03

Avviż tal-Gvern tad-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 384/04

Sejħa għall-proposti 2019 — EAC/A03/2018 — Il-Programm Erasmus+

4

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 384/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8881 — Bergé/GEFCO/JV) ( 1 )

8

2018/C 384/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9049 — E.ON/Clever/UFC Scandinavia JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2018/C 384/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8832 — Knauf/Armstrong) ( 1 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9079 — Advent International Corporation/KN Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 384/01)

Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9079. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Ottubru 2018

(2018/C 384/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1478

JPY

Yen Ġappuniż

128,76

DKK

Krona Daniża

7,4603

GBP

Lira Sterlina

0,88103

SEK

Krona Żvediża

10,3606

CHF

Frank Żvizzeru

1,1424

ISK

Krona Iżlandiża

136,30

NOK

Krona Norveġiża

9,5053

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,814

HUF

Forint Ungeriż

322,81

PLN

Zloty Pollakk

4,2960

RON

Leu Rumen

4,6670

TRY

Lira Turka

6,6227

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6243

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5047

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9990

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7514

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5822

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 305,81

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,4759

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9613

HRK

Kuna Kroata

7,4275

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 435,02

MYR

Ringgit Malażjan

4,7778

PHP

Peso Filippin

61,716

RUB

Rouble Russu

75,0301

THB

Baht Tajlandiż

37,705

BRL

Real Brażiljan

4,2412

MXN

Peso Messikan

22,2469

INR

Rupi Indjan

84,4435


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

24.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/3


Avviż tal-Gvern tad-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi

(2018/C 384/03)

F'konformità mal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi (1), id-Danimarka b'dan l-avviż tinnotifika l-impenn tagħha li żżomm ħażniet speċifiċi.

1.   

Il-livell tal-ħażniet speċifiċi li d-Danimarka impenjat ruħha li żżomm huwa ekwivalenti għal 30 jum ta' konsum medju ta' kuljum.

2.   

Dan l-impenn japplika għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Lulju 2018 u t-30 ta' Ġunju 2019.

3.   

Il-ħażniet speċifiċi se jkunu magħmula mill-kategoriji tal-prodotti li ġejjin:

Petrol għall-magni

Diżil

4.   

Il-ħażniet se jinżammu bi sjieda mill-entità ċentrali Daniża għaż-żamma tal-ħażniet, Foreningen Danske Olieberedskabslagre (FDO).


(1)  ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/4


Sejħa għall-proposti 2019 — EAC/A03/2018

Il-Programm Erasmus+

(2018/C 384/04)

1.   Introduzzjoni u għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-“Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (1) kif ukoll fuq il-programmi ta’ ħidma annwali Erasmus+ tal-2018 u l-2019. Il-Programm Erasmus+ ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikoli 4, 5, 11 u 16 tar-Regolament.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Masters Konġunti Erasmus Mundus

L-Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Koperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Universitajiet Ewropej

Alleanzi tal-għarfien

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

L-Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għar-riforma politika

Proġetti ta’ Djalogu maż-Żgħażagħ

Attivitajiet Jean Monnet

Seduti Jean Monnet

Moduli Jean Monnet

Ċentri ta’ Eċċellenza Jean Monnet

Appoġġ Jean Monnet għall-Assoċjazzjonijiet

Netwerks Jean Monnet

Proġetti Jean Monnet

L-Isport

Sħubijiet kollaborattivi

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

3.   Eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.

Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (2):

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja,

Il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja.

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi sħab.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja finanzjarja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tirċevix aktar finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn hu possibbli) jew tkun mitlub tieqaf mill-proġett abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja finanzjarja dwar it-terminazzjoni.

4.   Il-baġit u t-tul tal-proġetti

L-implimentazzjoni ta’ din is-sejħa għall-proposti hija suġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2019 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2019 mill-awtorità tal-baġit jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.

L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 2 733,4 miljun:

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ:

EUR

2 503,4 miljun (3)

Iż-Żgħażagħ:

EUR

167,7 miljun

Jean Monnet:

EUR

13,7 miljun

L-Isport:

EUR

48,6 miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus+ u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:

https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_mt

fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.

Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.

5.   L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Azzjoni Ewlenija 1

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-5 ta’ Frar 2019

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

Il-5 ta’ Frar 2019

Il-mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti

Il-5 ta’ Frar 2019

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

It-30 ta’ April 2019

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-1 ta’ Ottubru 2019

Masters Konġunti Erasmus Mundus

L-14 ta’ Frar 2019

Il-lawrji tal-Masters Konġunti Erasmus Mundus – sejħa Konġunta UE-Ġappun

L-1 ta’ April 2019


Azzjoni Ewlenija 2

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-5 ta’ Frar 2019

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

Il-21 ta’ Marzu 2019

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

It-30 ta’ April 2019

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-1 ta’ Ottubru 2019

Universitajiet Ewropej

It-28 ta’ Frar 2019

Alleanzi tal-għarfien

It-28 ta’ Frar 2019

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali

It-28 ta’ Frar 2019

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

Is-7 ta’ Frar 2019

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

L-24 ta’ Jannar 2019


Azzjoni Ewlenija 3

Proġetti ta’ Djalogu maż-Żgħażagħ

Il-5 ta’ Frar 2019

It-30 ta’ April 2019

L-1 ta’ Ottubru 2019


Azzjonijiet Jean Monnet

Sedji, Moduli, Ċentri tal-Eċċellenza, Appoġġ għall-Istituzzjonijiet u għall-Assoċjazzjonijiet, Netwerks, Proġetti

It-22 ta’ Frar 2019


Azzjonijiet tal-Isport

Sħubijiet kollaborattivi

L-4 ta’ April 2019

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

L-4 ta’ April 2019

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

L-4 ta’ April 2019

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Dettalji sħaħ

Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+:

http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/programme-guide_mt

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(2)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(3)  Dan l-ammont jinkludi fondi għad-Dimensjoni Internazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja (EUR 306 miljun b’kollox).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8881 — Bergé/GEFCO/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 384/05)

1.   

Fis-16 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bergé Automotive Logistics, S.L. (“BAL”, Spanja), li tappartjeni għal Bergé y Cía, S.A.,

GEFCO España, S.A. (“GEFCO España”, Spanja), li tappartjeni għal GEFCO, S.A. (GEFCO, Franza).

BAL u GEFCO España jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija li għadha kif ġiet maħluqa li tkun tintegra u tiġġestixxi in-negozji tal-loġistika tal-vetturi rfinuti u l-assi taż-żewġ kumpaniji fi Spanja.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   BAL: il-forniment ta’ servizzi ta’ loġistika għall-industrija tal-karozzi fi Spanja.

—   GEFCO España: il-forniment ta’ servizzi loġistiċi għal varjetà ta’ industriji, inkluż l-għoti ta’ servizzi integrati ta’ loġistika għall-industrija tal-karozzi fi Spanja. GEFCO toffri soluzzjonijiet tal-katina tal-provvista inklużi loġistika tal-karozzi, u hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mill-kumpanija ferrovjarja tal-istat Russu, RZD.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8881 — Bergé/GEFCO/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


24.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9049 — E.ON/Clever/UFC Scandinavia JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 384/06)

1.   

Fis-17 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

E.ON (il-Ġermanja),

Clever A/S (“Clever”, id-Danimarka), ikkontrollata minn SEAS-NVE.

E.ON u Clever jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) ġdida.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

E.ON hija kumpanija tal-enerġija b’attivitajiet fi tliet oqsma prinċipali tan-negozju: (i) networks tal-enerġija; (ii) enerġiji rinovvabbli; u (iii) soluzzjoni għall-klijenti, inkluża provvista bl-imnut tal-elettriku u tal-gass;

Clever hija fornitur tas-servizz tal-mobbiltà bl-elettriku, attiva f’soluzzjonijiet ta’ ċċarġjar lill-kumpaniji, lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lil klijenti finali;

Il-JV se tiżviluppa u tħaddem stazzjonijiet tal-iċċarġjar ultraveloċi (ultra-fast charging, UFC) għall-vetturi elettriċi fin-Norveġja, l-Isvezja u d-Danimarka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9049 — E.ON/Clever/UFC Scandinavia JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


24.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8832 — Knauf/Armstrong)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 384/07)

1.   

Fis-17 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Knauf International GmbH (il-Ġermanja),

Armstrong World Industries, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka)

Knauf International GmbH (“Knauf”) se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani (i) tas-sussidjarji ta’ Armstrong World Industries, Inc. (“Armstrong”) fl-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika, u fl-Asja Paċifiku, u (ii) tas-sussidjarji desinjati tal-joint venture ta’ Armstrong ma’ Worthington Industries b’operazzjonijiet fl-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika u fl-Asja Paċifiku (flimkien “il-Mira”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

Il-konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mill-Awtorità Federali Awstrijaka dwar il-Kompetizzjoni skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Mar-referenza sussegwentament ingħaqdu l-Ġermanja, il-Litwanja, Spanja u r-Renju Unit.

L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Ġunju 2018, iżda l-avviż ġie sussegwentament irtirat fl-24 ta’ Lulju 2018.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Knauf hija manifattur ta’ materjali tal-insulazzjoni, sistemi dry-lining, ġibs, u prodotti oħra,

Armstrong tiddisinja u timmanifattura soqfa kummerċjali u residenzjali, soluzzjonijiet tal-ħitan u ta’ sistemi ta’ sospensjoni,

Il-Mira hi attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ soqfa modulari sospiżi fl-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika u fl-Asja Paċifiku u tikkonsisti fin-negozju tas-soqfa ta’ Armstrong barra mill-Amerki.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8832 — Knauf/Armstrong

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).