|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2018/C 373/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2018/C 373/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Südzucker AG vs Hauptzollamt Karlsruhe
(Kawża C-423/18)
(2018/C 373/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Südzucker AG
Konvenut: Hauptzollamt Karlsruhe
Domandi preliminari
|
1 |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li t-terminu previst fiha japplika wkoll għar-rettifika ta’ komunikazzjoni magħmula fi żmien xieraq tal-imposta fuq l-ammont żejjed, li tirriżulta mir-rettifika tad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ zokkor żejjed li għandu jiġi suġġett għal imposta li saret wara l-iskadenza tat-terminu wara kontroll imwettaq skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 (2)? |
|
2. |
Fil-każ li l-ewwel domanda titlob risposta fl-affermattiv: Meta komunikazzjoni magħmula fi żmien xieraq hija rrettifikata wara konstatazzjonijiet magħmula f’kontrolli, il-kundizzjonijiet li taħthom is-sentenza tal-10 ta’ Jannar 2002, British Sugar (C-101/99, EU:C:2002:7) tippermetti qbiż tat-terminu previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81, fil-verżjoni emendata bir-Regolament Nru 3559/91 (3), jgħoddu wkoll għal qbiż tat-terminu previst mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 967/2006? |
|
3. |
Jekk l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 ma tapplikax għar-rettifiki kkomunikati wara kontrolli (ara l-ewwel domanda) jew meta l-kundizzjonijiet ta’ qbiż tat-terminu jkunu ssodisfatti (ara t-tieni domanda), it-terminu li fih għandha tiġi kkomunikata r-rettifika tal-imposta fuq l-ammont żejjed għandu jiġi stabbilit għall-1 ta’ Mejju jew għandhom jiġu applikati r-regoli tad-dritt intern? |
|
4. |
Jekk, skont ir-risposta għat-tielet domanda, it-terminu ma għandux jiġi stabbilit għall-1 ta’ Mejju u r-regoli tad-dritt intern ma għandhomx jiġu applikati: Huwa konformi mal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, inkużi wkoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, li, f’każ bħal dan il-każ ineżami, minħabba t-tul tal-kontroll, iż-żmien sabiex jiġi stabbilit ir-rapport ta’ kontroll, u l-analiżi tiegħu, l-imposta għas-sena 2007/2008 tiġi kkomunikata fl-20 ta’ Ottubru 2010 u fis-27 ta’ Ottubru 2011? Il-fatt li l-manifattur taz-zokkor ikkontesta jew ma kkontestax id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda huwa rilevanti f’dan ir-rigward? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (ĠU 2006, L 176, p. 22).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti (ĠU 2006, L 178, p. 39).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3559/91 tas-6 ta’ Diċembru 1991 li jemenda Regolament (KEE) Nru 2670/81 li jistabbilixxi regolamenti implimentati dettaljati għall-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 12, p. 131).
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja) fit-28 ta’ Ġunju 2018 – Berta Fernández Álvarez, BMM, TGV, Natalia Fernández Olmos u María Claudia Téllez Barragán vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid
(Kawża C-429/18)
(2018/C 373/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Berta Fernández Álvarez, BMM, TGV, Natalia Fernández Olmos u María Claudia Téllez Barragán
Konvenut: Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid
Domandi preliminari
|
1) |
Hija konformi mal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1) l-interpretazzjoni mogħtija mill-Juzgado Contencioso-Administrativo, li r-reklutaġġ temporanju tar-rikorrenti jikkostitwixxi abbuż, sa fejn il-persuna pubblika li timpjega tuża forom differenti ta’ reklutaġġ, kollha temporanji, għat-twettiq[,] b’mod permanenti u stabbli, ta’ funzjonijiet ordinarji li jsiru mill-impjegati statutorji fissi; ikopru difetti strutturali u ħtiġijiet li, fil-fatt, ma humiex provviżorji, iżda permanenti u stabbli? Huwa għalhekk li dan ir-reklutaġġ temporanju hawn deskritt ma huwiex iġġustifikat fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas, bħala raġuni oġġettiva, sa fejn tali użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien iddeterminat jipprekludi direttament it-tieni paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim Qafas u l-punti 6 u 8 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali ta’ dan il-ftehim, peress li ċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw tali kuntratti ta’ xogħol għal żmien iddeterminat ma humiex issodisfatti? |
|
2) |
Hija konformi mal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE l-interpretazzjoni mogħtija mill-Juzgado Contencioso-Administrativo, li l-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ selezzjoni ordinarja li għandha l-karetteristiċi deskritti[,] ma hijiex miżura ekwivalenti, u lanqas ma tista’ titqies bħala sanzjoni, peress li ma hijiex proporzjonali għall-abbuż imwettaq, li l-konsegwenza tiegħu huwa t-tmiem tas-servizz tal-ħaddiem temporanju, bi ksur tal-għanijiet tad-Direttiva u ż-żamma tal-qagħda sfavorevoli tal-impjegati statutorji temporanji, u lanqas ma tista’ tiġi kkunsidrata bħala miżura effettiva minħabba li ma tikkawża l-ebda ħsara lill-persuna li timpjega u lanqas ma tissodisfa kwalunkwe funzjoni dissważiva, u għalhekk ma tikkonformax mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70 peress li ma tiggarantixxix li l-Istat Spanjol jilħaq ir-riżultati stabbiliti fid-Direttiva? |
|
3) |
Hija konformi mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70 u mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża C-16/15 (2) l-interpretazzjoni mogħtija mill-Juzgado Contencioso-Administrativo, li l-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ selezzjoni konformi mal-prinċipju ta’ kompetizzjoni libera ma tikkostitwixxix sanzjoni adegwata sabiex tissanzjona l-abbuż fir-reklutaġġ temporanju suċċessiv, peress li l-leġiżlazzjoni Spanjola ma tipprovdix għal mekkaniżmu ta’ sanzjoni effettiva u dissważiva li ttemm l-abbuż fil-ħatra ta’ persunal statutorju temporanju, u ma tippermettix li dawn il-pożizzjonijiet strutturali jimtlew mill-persunal li kien is-suġġett ta’ abbuż, b’tali mod li s-sitwazzjoni ta’ prekarjetà ta’ dawn il-ħaddiema tippersisti? |
|
4) |
Hija konsistenti l-interpretazzjoni mogħtija mill-Juzgado Contencioso-Administrativo, li l-konverżjoni ta’ impjiegi tal-ħaddiema temporanji vittmi ta’ abbuż “għal żmien indeterminat mhux permanenti” ma tikkostitwixxix sanzjoni effettiva, sa fejn jistgħu jintemmu l-funzjonijiet ta’ ħaddiem li jkun kiseb dan l-istatus, jew billi l-pożizzjoni tiegħu tiġi koperta permezz ta’ proċedura ta’ selezzjoni jew bit-tneħħija ta’ din il-pożizzjoni, u għalhekk ma hijiex konformi mal-Ftehim Qafas sabiex jiġi evitat l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien iddeterminat, sa fejn ma jiġix issodisfat l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70 peress li ma tiggarantixxix li l-Istat Spanjol jilħaq ir-riżultati stabbiliti fid-Direttiva? Minħabba f’din is-sitwazzjoni huwa meħtieġ li wieħed itenni d-domandi li ġejjin magħmula fil-kuntest tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari tat-30 ta’ Jannar 2018, imressaq mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 8 de Madrid (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali no 8 ta’ Madrid, Spanja) fil-proċedura mħaffa 193/2017 (3): |
|
5) |
Peress li l-qorti nazzjonali kkonstatat l-abbuż fir-reklutaġġ suċċessiv tal-impjieg pubbliku statutorju temporanju interim għas-servizz ta’ SERMAS [is-servizz tas-saħħa ta’ Madrid tal-Komunità Awtonoma ta’ Madrid], li huwa intiż sabiex ikopri neċessitajiet permanenti u strutturali tal-provvista ta’ servizzi tal-impjegati statutorji fissi, peress li fl-ordinament ġuridiku nazzjonali ma teżisti ebda miżura effettiva sabiex dan l-abbuż jiġi ssanzjonat u li jiġu eliminati l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt Komunitarju, il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-qorti nazzjonali li tadotta miżuri effettivi u dissważivi li jiggarantixxu l-effett utli tal-Ftehim Qafas, u għaldaqstant, li tissanzjona dan l-abbuż u telimina l-konsegwenzi tal-ksur ta’ din ir-regola Ewropea, u b’hekk tipprekludi milli tiġi applikata r-regola nazzjonali li timpedixxi dan? F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, u fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 41 tas-sentenza tagħha tal-14 ta’ Settembru 2016, C-184/15 u C-197/15 (4): Il-konverżjoni tar-relazzjoni statutorja ta’ xogħol temporanja interim/eventwali/sostituzzjoni, f’relazzjoni statutorja stabbli, permezz ta’ din il-ħatra bħala impjegat pubbliku fiss jew għal żmien indeterminat, bl-istess stabbiltà fl-impjieg bħall-impjegati statutorji fissi paragunabbli, u dan fid-dawl tal-fatt li l-liġi Spanjola tipprojbixxi b’mod assolut, fis-settur pubbliku, il-konverżjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat f’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat u ma tinkludix xi miżura effettiva oħra sabiex tevita u, jekk ikun il-każ, tissanzjona l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat, hija konformi mal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva 1999/70/KE, bħala miżura għall-prevenzjoni u għall-issanzjonar tal-abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol temporanja suċċessiva u sabiex tiġi eliminata l-konsegwenza tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni? |
|
6) |
Fil-każ ta’ abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol temporanja suċċessiva, il-konverżjoni tar-relazzjoni statutorja temporanja interim f’relazzjoni għal żmien indeterminat jew fissa tista’ tinftiehem li titwettaq biss skont l-għanijiet tad-Direttiva 1999/70/KE u tal-Ftehim Qafas tagħha, meta l-impjegat statutorju temporanju li jkun safa vittma tal-abbuż igawdi mill-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol fir-rigward tal-persunal statutorju fiss (fil-qasam ta’ protezzjoni soċjali, promozzjoni professjonali, ħruġ ta’ pożizzjonijiet vakanti, taħriġ professjonali, leave mingħajr ħlas, sitwazzjonijiet amministrattivi, leave ta’ tip ieħor, drittijiet għall-pensjoni, u waqfien ta’ pożizzjonijiet ta’ xogħol, kif ukoll il-parteċipazzjoni għall-kompetizzjonijiet organizzati sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti u l-promozzjoni professjonali), konformement mal-prinċipji ta’ permanenza u ta’ irremovibbiltà, bid-drittijiet u obbligi inerenti kollha, fuq livell ta’ ugwaljanza mal-ispeċjalisti informatiċi statutorji fissi? |
|
7) |
Fil-każ tal-eżistenza ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti temporanji ta’ impjieg sabiex jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet permanenti, mingħajr ma tkun teżisti raġuni oġġettiva, liema kuntratti ma jkunux jissodisfaw il-ħtieġa urġenti u imperattiva li tiġġustifikahom, fl-assenza ta’ sanzjonijiet jew limiti effettivi fid-dritt nazzjonali [Spanjol], kumpens, ekwiparabbli għal dak li jingħata fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva, bħala sanzjoni adegwata, proporzjonat, effettiva u dissważiva, huwa konformi mal-għanijiet li d-Direttiva 1999/70/KE tipprova tilħaq, bħala miżura għall-prevenzjoni tal-abbuż u sabiex konsegwentement jiġi eliminat il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, meta l-persuna li timpjega ma toffrix pożizzjoni permanenti lill-ħaddiem? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
(2) Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C-16/15, EU:C:2016:679).
(3) Kawża C-103/18, Sánchez Ruiz.
(4) Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2016, Martínez Andrés u Castrejana López (C-184/15 u C-197/15, EU:C:2016:680).
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-29 ta’ Ġunju 2018 – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez
(Kawża C-431/18)
(2018/C 373/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Zaragoza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España
Konvenuta: Irene Conte Sánchez
Domanda preliminari
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1) jipprekludi interpretazzjoni li tinkludi, fil-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, id-danni kkawżati mill-perikolu maħluq mir-rilaxx ta’ likwidi minn vettura f’post ta’ parkeġġ fejn tkun ipparkjata din il-karozza jew waqt manuvri ta’ pparkjar fi spazju ta’ parkeġġ privat, li jinsab f’koproprjetà, fil-konfront tal-utenti l-oħra ta’ din il-koproprjetà?
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-2 ta’ Lulju 2018 – OH vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria
(Kawża C-439/18)
(2018/C 373/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: OH
Konvenuta: Agencia Estatal de la Administración Tributaria
Domanda preliminari
Id-dispożizzjoni li tinsab fi ftehim kollettiv u l-prattika ta’ impriża, li skonthom, għall-finijiet ta’ remunerazzjoni u għall-finijiet ta’ promozzjoni, l-anzjanità ta’ ħaddiema part-time għandha tiġi kkalkolata fil-forma ta’ distribuzzjoni vertikali tal-ħin tax-xogħol fis-sena, filwaqt li jitqies biss il-ħin fl-eżerċizzju tal-attività, jiksru d-dispożizzjonijiet tal-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas Ewropew dwar ix-xogħol part-time – Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 (1), u l-Artikoli 2(1)(b) u 14(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (2)?
(1) Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).
(2) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU 2006, L 204, p. 23).
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Lulju 2018 – Vaselife International BV, Chrysal International BV vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden
(Kawża C-445/18)
(2018/C 373/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vaselife International BV, Chrysal International BV
Konvenuta: College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden
Domandi preliminari
|
1) |
Wara li tkun ħadet deċiżjoni għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-prodott ta’ referenza, tista’ l-awtorità kompetenti, il-College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden (l-awtorità kompetenti għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-prodotti bijoċidali, il-Pajjiżi l-Baxxi), timmodifika, kemm jekk ex officio jew le, konformement mad-data – sussegwenti – ta’ skadenza li tapplika għad-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-prodott ta’ referenza, it-tul ta’ żmien ta’ validità ta’ permess kummerċjali parallel imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, (1) meta dan il-permess kien ġie mogħti qabel id-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni mill-ġdid? |
|
2) |
Jekk l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta fl-affermattiv, il-modifika tat-tul ta’ żmien ta’ validità ta’ permess kummerċjali parallel hija konsegwenza awtomatika, li tirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 innifsu, ta’ deċiżjoni għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-prodott ta’ referenza? Għaldaqstant, l-indikazzjoni tad-data ġdida ta’ validità tal-permess kummerċjali parallel fid-database tal-awtorità kompetenti hija att purament amministrattiv jew ikun hemm bżonn, ex officio jew wara talba, li tittieħed deċiżjoni f’dan ir-rigward? |
|
3) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda preliminari hija li għandha tittieħed deċiżjoni, japplika l-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u b’mod partikolari il-paragrafu 3 ta’ din id-dispożizzjoni, f’dan il-kuntest? |
|
4) |
Jekk it-tielet domanda preliminari tingħata risposta fin-negattiv, liema hija d-dispożizzjoni jew liema huma d-dispożizzjonijiet li jkunu effettivament applikabbli? |
|
5) |
Jista’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti diġà jitqies li ma huwiex identiku fis-sens tal-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jekk il-prodott ta’ referenza ma joriġinax (jew ma għadux joriġina) mill-istess kumpannija? Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba, meta twieġeb din id-domanda preliminari, li tikkunsidra wkoll jekk il-kunċett ta’ impriża “assoċjata” jew ta’ impriża “taħt liċenzja skont l-istess proċess ta’ manifattura” jistax ukoll jinkludi kumpannija li, bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet, timmanifattura l-prodott skont l-istess formula. F’dan ir-rigward, huwa rilevanti li jkun magħruf jekk, fir-rigward tas-sustanzi attivi, il-proċess ta’ manifattura – skont liema huma mmanifatturati l-prodott ta’ referenza u l-prodott li huwa s-suġġett tal-importazzjoni parallela – huwiex imwettaq mill-istess kumpannija? |
|
6) |
Hija rilevanti, għall-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk il-prodott huwiex identiku, is-sempliċi modifika tal-post ta’ produzzjoni tal-prodott ta’ referenza? |
|
7) |
Jekk ir-risposta għall-ħames domanda preliminari u/jew għas-sitt domanda preliminari hija fl-affermattiv, tista’ l-konklużjoni li tirriżulta minn din (li l-prodott ma huwiex identiku) tiġi affettwata mill-fatt li l-awtorità kompetenti diġà kkonstatat li, fir-rigward tal-kompożizzjoni, il-prodott ma ġarrab l-ebda modifika jew inkella ġarrab modifika ta’ ftit importanza? |
|
8) |
Min għandu jipprova, u sa liema punt, li l-Artikolu 52(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġie ssodisfatt meta d-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodott ta’ referenza u dak ta’ permess kummerċjali parallel ma jkunux tal-istess opinjoni f’dan ir-rigward? |
(1) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fis-16 ta’ Lulju 2018 – Argenta Spaarbank NV vs Belgische Staat
(Kawża C-459/18)
(2018/C 373/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tistabbilixxi li, għall-kalkolu tal-profitt taxxabbli tagħha, kumpannija li hija suġġetta għat-taxxa b’mod sħiħ fil-Belġju u li għandha, fi Stat Membru ieħor, stabbiliment permanenti li l-profitti minnu huma totalment eżentati fil-Belġju bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja bejn il-Belġju u l-Istat Membru l-ieħor:
|
— |
it-tnaqqis tal-kapital f’riskju għandu jitnaqqas minn ammont ta’ tnaqqis għal kapital f’riskju kkalkulat fuq id-differenza pożittiva bejn, minn naħa, il-valur kontabbli net ta’ elementi tal-attiv tal-istabbiliment permanenti u, min-naħa l-oħra, it-total tal-elementi tal-passiv li ma jifformawx parti mill-kapitali proprji tal-kumpannija u li huma attribwibbli lill-istabbiliment permanenti u |
|
— |
l-imsemmi tnaqqis ma għandux jiġi applikat meta l-ammont tat-tnaqqis ikun inqas mill-profitt ta’ dan l-istabbiliment permanenti, |
filwaqt li m’għandu jsir l-ebda tnaqqis mit-tnaqqis għall-kapital f’riskju jekk din id-differenza pożittiva tkun tista’ tiġi attribwita lil stabbiliment permanenti li jinsab fil-Belġju?
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fid-19 ta’ Lulju 2018 – ER vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria
(Kawża C-472/18)
(2018/C 373/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ER
Konvenuta: Agencia Estatal de la Administración Tributaria
Domanda preliminari
Id-dispożizzjoni li tinsab fi ftehim kollettiv u l-prattika ta’ impriża, li skonthom, għall-finijiet ta’ remunerazzjoni u għall-finijiet ta’ promozzjoni, l-anzjanità ta’ ħaddiema part-time għandha tiġi kkalkolata fil-forma ta’ distribuzzjoni vertikali tal-ħin tax-xogħol fis-sena, filwaqt li jitqies biss il-ħin fl-eżerċizzju tal-attività, jiksru d-dispożizzjonijiet tal-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas Ewropew dwar ix-xogħol part-time – Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 (1), u l-Artikoli 2(1)(b) u 14(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (2)?
(1) Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).
(2) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU 2006, L 204, p. 23).
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Lulju 2018 – Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-477/18)
(2018/C 373/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV
Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Domandi preliminari
|
1) |
Il-frażijiet “impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali” li tinsab fil-punt 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 882/2004”) u “impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali” (*1) li tinsab fil-punt 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ispejjeż (tas-salarji) li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ispejjeż għall-kontrolli uffiċjali, jistgħu jkunu biss spejjeż (tas-salarji) ta’ veterinarji uffiċjali u persunal awżiljarju uffiċjali li jwettqu l-ispezzjonijiet uffiċjali, jew fis-sens li l-ispejjeż (tas-salarji) ta’ persunal ieħor impjegat man-Nederlandse Voedsel- en Warenautoriteit (NVWA) (l-Awtorità Olandiża għall-Ikel u għall-Prodotti) jew mal-kumpannija privata Kwaliteitskeuring Dierlijke Sector (KDS) (Spezzjoni tal-Kwalità fis-Settur tal-Annimali) jistgħu jiġu inklużi wkoll? |
|
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-ispejjeż (tas-salarji) ta’ persunal ieħor impjegat man-NVWA jew mal-KDS jistgħu jiġu inklużi wkoll fil-frażi “impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali” li tinsab fil-punt 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u “impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali” (*2) li tinsab fil-punt 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, f’liema ċirkustanzi u f’liema limiti jibqa’ jkun hemm bejn il-kontrolli uffiċjali u l-ispejjeż esposti għal dan il-persunal l-ieħor relazzjoni tali li r-rimbors ta’ dawn l-ispejjeż (tas-salarji) ikun jista’ jiġi bbażat fuq l-Artikolu 27(4) u l-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004? |
|
3) |
|
|
4) |
Il-parti inizjali tal-Artikolu 27, is-subparagrafu (a) tal-Artikolu 27(4) u l-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dan l-Artikolu 27(4) jipprekludi li tiġi ffatturata rata medja lill-biċċeriji għax-xogħol imwettaq għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali minn veterinarji impjegati min-NVWA u minn veterinarji provviżorji (mħallsin inqas), b’mod li l-biċċeriji jiġu ffatturati rata ogħla minn dik imħallsa lill-veterinarji provviżorji? |
|
5) |
L-Artikolu 26, il-parti inizjali tal-Artikolu 27, is-subparagrafu (a) tal-Artikolu 27(4) u l-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kalkolu tal-ispejjeż għal kontrolli uffiċjali jista’ jieħu inkunsiderazzjoni spejjeż sabiex jiġi kkostitwit fond li jkopri spejjeż futuri ta’ kumpannija privata (KDS) li għaliha l-awtorità kompetenti tirrikorri sabiex ikollha uffiċjali awżiljarji, fond li, fil-każ ta’ kriżi, ikun jista’ jintuża għall-ħlas tas-salarji u ta’ spejjeż ta’ taħriġ tal-persunal li effettivament iwettaq il-kontrolli uffiċjali kif ukoll tal-persunal li jippermetti t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali? |
|
6) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-[ħames] domanda, x’inhu l-limitu ta’ dan il-fond u kemm huwa t-tul tal-perijodu li jista’ jiġi kopert minn dan il-fond? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200.
(*1) NB: Kuntrarjament għall-verżjoni fil-lingwa Maltija li ssemmi bl-istess mod fil-punti 1 u 2 lill-“impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali”, il-verżjoni fil-lingwa Olandiża tal-punt 2 iċċitat tinkludi fil-konfront tal-punt 1 (fit-twettiq): “impjegati nvoluti (fit-twettiq) tal-kontrolli uffiċjali”.
(*2) NB: Kuntrarjament għall-verżjoni fil-lingwa Maltija li ssemmi bl-istess mod fil-punti 1 u 2 l-“impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali”, il-verżjoni fil-lingwa Olandiża tal-punt 2 iċċitat tinkludi fil-konfront tal-punt 1 (fit-twettiq): “impjegati nvoluti (fit-twettiq) tal-kontrolli uffiċjali”.
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Lulju 2018 – Compaxo Vlees Zevenaar BV, Ekro BV, Vion Apeldoorn BV, Vitelco BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-478/18)
(2018/C 373/10)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Compaxo Vlees Zevenaar BV, Ekro BV, Vion Apeldoorn BV, Vitelco BV
Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Domandi preliminari
|
1) |
Il-frażijiet “impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali” li tinsab fil-punt 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 882/2004”) u “impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali” (*1) li tinsab fil-punt 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ispejjeż (tas-salarji) li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ispejjeż għall-kontrolli uffiċjali, jistgħu jkunu biss spejjeż (tas-salarji) ta’ veterinarji uffiċjali u persunal awżiljarju uffiċjali li jwettqu l-ispezzjonijiet uffiċjali, jew fis-sens li l-ispejjeż (tas-salarji) ta’ persunal ieħor impjegat man-Nederlandse Voedsel- en Warenautoriteit (NVWA) (l-Awtorità Olandiża għall-Ikel u għall-Prodotti) jew mal-kumpannija privata Kwaliteitskeuring Dierlijke Sector (KDS) (Spezzjoni tal-Kwalità fis-Settur tal-Annimali) jistgħu jiġu inklużi wkoll? |
|
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-ispejjeż (tas-salarji) ta’ persunal ieħor impjegat man-NVWA jew mal-KDS jistgħu jiġu inklużi wkoll fil-frażi “impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali” li tinsab fil-punt 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u “impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali” (*2) li tinsab fil-punt 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, f’liema ċirkustanzi u f’liema limiti jibqa’ jkun hemm bejn il-kontrolli uffiċjali u l-ispejjeż esposti għal dan il-persunal l-ieħor relazzjoni b’tali mod li r-rimbors ta’ dawn l-ispejjeż (tas-salarji) ikun jista’ jiġi bbażat fuq l-Artikolu 27(4) u l-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004? |
|
3) |
Il-parti inizjali tal-Artikolu 27, is-subparagrafu (a) tal-Artikolu 27(4) u l-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li din il-parti inizjali tal-Artikolu 27, is-subparagrafu (a) tal-Artikolu 27(4) u dawn il-punti 1 u 2 ta’ dan l-Anness VI jipprekludu l-fatturazzjoni ta’ spejjeż lil biċċeriji għal kontrolli uffiċjali ta’ ħmistax-il minuta li dawn il-biċċeriji talbu mill-awtorità kompetenti iżda li ma ġewx maħduma effettivament? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200.
(*1) NB: Kuntrarjament għall-verżjoni fil-lingwa Maltija li ssemmi bl-istess mod fil-punti 1 u 2 l-“impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali”, il-verżjoni fil-lingwa Olandiża tal-punt 2 iċċitat tinkludi fil-konfront tal-punt 1 (fit-twettiq): “impjegati nvoluti (fit-twettiq) tal-kontrolli uffiċjali”.
(*2) NB: Kuntrarjament għall-verżjoni fil-lingwa Maltija li ssemmi bl-istess mod fil-punti 1 u 2 l-“impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali”, il-verżjoni fil-lingwa Olandiża tal-punt 2 iċċitat tinkludi fil-konfront tal-punt 1 (fit-twettiq): “impjegati nvoluti (fit-twettiq) tal-kontrolli uffiċjali”.
Il-Qorti Ġenerali
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2018 – Villeneuve vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-671/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/303/15 (AD 7) - Verifika mill-EPSO tal-kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni - Esperjenza professjonali ta’ tul inqas mit-tul minimu rikjest - Natura tal-istħarriġ tal-kundizzjoni għall-ammissjoni relatata mal-esperjenza professjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2018/C 373/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vincent Villeneuve (Montpellier, Franza) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-5 ta’ Novembru 2015 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-kompetizzjoni miftuħa bbażata fuq kwalifiki u testijiet EPSO/AD/303/15 – Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u Maniġment tal-Għajnuna lil Pajjiżi li mhumiex fl-UE (AD 7).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Vincent Villeneuve huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/11 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 – PT vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
(Kawża T-418/18)
(2018/C 373/12)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrent: PT (irrappreżentat minn: E. Nordh, lawyer)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tal-4 ta’ April 2018 li tkeċċi lir-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ kumpens lill-konvenut għad-danni materjali li jammontaw għal EUR 2 240,31 u għad-danni morali li jammontaw għal EUR 50 000, u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażata fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża
|
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni deċiżiv
|
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/12 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 – Triantafyllopoulos et vs BĊE
(Kawża T-451/18)
(2018/C 373/13)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Panaghiote Triantafyllopoulos (Patras, il-Greċja) u 487 rikorrent ieħor (rappreżentant: N. Ioannou, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew sabiex iħallas kumpens għad-dannu attwali li huma soffrew, kif speċifikat minn kull wieħed minnhom fir-rikors u li jammonta għal EUR 83,77 għal kull sehem fil-kumpannija, immultiplikat bin-numru ta’ ishma li għandu kull wieħed mir-rikorrenti, kemm jekk ikun persuna fiżika jew ġuridika; |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Is-suġġett tar-rikors huwa talba għall-kumpens għad-dannu li ġie allegatament kkawżat fil-konfront tar-rikorrenti bħala detenturi tal-ishma f’“Achaiki Syneteristiki Trapeza SYN.P.E.” (il-Bank Kooperattiv ta’ Achaiki), minħabba l-istralċ speċjali tiegħu, li jikkonsisti f’dannu attwali suffiċjentement serju, b’mod partikolari minħabba l-valur tal-ishma li għandu kull wieħed mir-rikorrenti. Id-dannu ġie allegatament ikkawżat minħabba awditjar u sorveljanza mhux adegwata mwettqa minn Τrapeza tis Ellados (il-Bank Nazzjonali tal-Greċja) fil-konfront tal-Bank Kooperattiv ta’ Achaiki mill-1999 sal-2012, iżda wkoll minħabba awditjar u sorveljanza mhux adegwata mwettqa mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-konfront tal-Bank Nazzjonali tal-Greċja u, permezz tiegħu iżda anki direttament, fil-konfront tal-Bank Kooperattiv ta’ Achaiki.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi segwenti.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatti, il-proċess fil-proċeduri kriminali u d-dritt nazzjonali.
|
|
2. |
It-tieni motiv motiv ibbażat fuq l-Artikolu 340 TFUE.
|
|
3. |
It-tielet motiv motiv ibbażat fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali.
|
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/13 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Bezouaoui u HB Consultant vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-478/18)
(2018/C 373/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Hacène Bezouaoui (Avanne, Franza), HB Consultant (Beure, Franza) (rappreżentanti: J.-F. Henrotte u N. Neyrinck, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat. Konsegwentement, |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2075 finali, tal-10 ta’ April 2018, fuq il-Każ SA.46897 (2018/NN) – Franza għajnuna preżunta – CACES; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kunċett ta’ “imputabbiltà” li għalih isir riferiment fl-Artikolu 107 TFUE, sa fejn ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ taħriġ ta’ sigurtà għas-sewqan ta’ vetturi f’impjanti ta’ kostruzzjoni mill-organi ta’ ġbir awtorizzati mill-Istat [Organismes paritaires de collecte agréés] (OPCA) jinvolvi użu ta’ riżorsi tal-Istat, b’riżultat ta’ miżura imputabbli lill-Istat. B’hekk, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni li tagħha huma jitolbu l-annullament tmur kontra l-ġurisprudenza Pearle (sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Pearle et, C-345/02, EU:C:2004:448). |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbżat fuq il-ksur tal-kunċett ta’ “vantaġġ” li għalih isir riferiment fl-Artikolu 107 TFUE, inkwantu l-miżuri adottati mill-Istat Franċiż f’dan il-każ jagħtu vantaġġ lill-impriżi li jipprovdu taħriġ imsejjaħ “CACES®” (Certificat d’Aptitude à la Conduite En Sécurité), meta mqabbla ma’ dawk li jipprovdu taħriġ imsejjaħ “PCE®” (Permis à la Conduite d’Engins). |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-kunċett ta’ “selettività” li għalih isir riferiment fl-Artikolu 107 TFUE, inkwantu l-miżuri adottati huma ta’ natura selettiva. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet:
|
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/14 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2018 – XB vs BĊE
(Kawża T-484/18)
(2018/C 373/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: XB (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tas-6 ta’ Novembru u tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jinformaw lir-rikorrent li huwa ma kellux dritt għal ċerti allowances (l-allowance tad-dar, l-allowance għal ulied dipendenti, l-allowance tal-edukazzjoni u l-allowance tal-edukazzjoni preprimarja); |
|
— |
konsegwentement, tordna l-ħlas tal-ammonti rispettivi mid-dati mitluba, miżjuda bl-interessi moratorji (ir-rata tal-BĊE miżjuda b’żewġ punti). Għandu jitqies li l-ħlasijiet ta’ aġġustament, li ma jirrigwardawx ix-xahar li matulu tħallsu, għandhom jiġu imposti għat-taxxa li għaliha kienu jkunu suġġetti li kieku saru fiż-żmien xieraq, skont ir-Reglament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (1); |
|
— |
jekk ikun hemm il-bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2018 li tiċħad il-proċedura ta’ ilment mibdija mir-rikorrent fid-29 ta’ Marzu 2018; |
|
— |
jekk ikun hemm il-bżonn, tannulla d-deċiżjonijiet tat-2 ta’ Frar 2018 li jiċħdu t-talba għal eżami mill-ġdid amministrattiv tar-rikorrent tal-15 ta’ Diċembru 2017; |
|
— |
tikkundanna lill-kunvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-persuni li għandhom kuntratti ta’ xogħol għal żmien qasir u tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għal żmien qasir tal-BĊE (motiv ta’ illegalità).
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ drittijiet kollettivi, billi l-Kumitat tal-Persunal tal-BĊE ma ġiex ikkonsultat kif suppost fl-adozzjoni tal-kundizzjonijiet u tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għal żmien qasir tal-BĊE. |
(1) Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 33).
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/15 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2018 – Puma vs EUIPO – Destilerias MG (MG PUMA)
(Kawża T-500/18)
(2018/C 373/16)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Trieb u M. Schunke, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Destilerias MG SL (Vilanova i la Geltru, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea MG PUMA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 108 848
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2019/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001. |
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/15 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2018 – Pharmadom vs EUIPO – IRF (MediWell)
(Kawża T-502/18)
(2018/C 373/17)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: M-P. Dauquaire, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IRF s. r. o. (Bratislava, is-Slovakkja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MediWell – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 078 645
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 6/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni; |
|
— |
tiċħad it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/16 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2018 – – Haba Trading vs EUIPO – Vida (vidaXL)
(Kawża T-503/18)
(2018/C 373/18)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Haba Trading BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Schneiders u A. Brittner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vida AB (Alvesta, l-Isvezja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “vidaXL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 603 024
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 190/2016-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/17 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2018 – XG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-504/18)
(2018/C 373/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: XG (rappreżentanti: S. Kaisergruber u A. Burghelle-Vernet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
konsegwentement:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Lulju 2018 meħuda minn [kunfidenzjali] (1) il-Kummissjoni Ewropea, li jinżamm ir-rifjut ta’ aċċess tar-rikorrent għas-siti tal-Kummissjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att ikkontestat. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3 tad- Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU 2015, L 72, p. 41) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni 2015/443”), kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ bażi legali tal-att ikkontestat. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, b’mod partikolari fuq il-ksur tal-Artikolu 67 TFUE, tal-Artikolu 6 TUE, tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2015/443, kif ukoll tal-Artikoli 6, 7, 8, 15, 27, 31, 41, 42, 47, 48 u 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Dan il-motiv jinqasam fi tliet partijiet:
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-prinċipji ta’ motivazzjoni proċedurali u sostantiva tal-atti unilaterali. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet:
|
(1) Informazzjoni kunfidenzjali moħbija.
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/18 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2018 – OLX vs EUIPO – Stra (STRADIA)
(Kawża T-508/18)
(2018/C 373/20)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: OLX BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Lodge, K. Gilbert, Solicitors u V. Jones, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stra Lda (Coimbra, il-Portugal)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “STRADIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 841 985
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 fil-Każijiet R 2228/2017-4 u R 2229/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex tgħid li l-oppożizzjoni għandha tintbagħad lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni bil-għan li din teżamina mill-ġdid l-oppożizzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors kif ukoll l-ispejjeż quddiem il-Bord tal-Appell. Sussidjarjament, jekk tintervjeni l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jbatu in solidum l-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors kif ukoll l-ispejjeż quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/19 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2018 – Kaddour vs Il-Kunsill
(Kawża T-510/18)
(2018/C 373/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Khaled Kaddour (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: V. Davies u V. Wilkinson, solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-miżuri tal-2018 sa fejn dawn japplikaw għal K. Kaddour; u |
|
— |
tordna lill-Kunsill iħallas lil K. Kaddour l-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018 L 131, p. 16) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2018 L 131, p. 1), sa fejn dawn il-miżuri japplikaw għar-rikorrent (iktar ’il quddiem il-“miżuri tal-2018”).
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-miżuri tal-2018 huma vvizzjati minn żbal manifest ta’ evalwazzjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrent għandu d-dritt li jibbenefika mill-Artikoli 27 u 28(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1836 (3) u mill-Artikolu 15(1b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1828 (4). |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-miżuri tal-2018 jammontaw għal ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u/jew il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tad-drittijiet tar-rikorrent għar-rispett tar-reputazzjoni tiegħu u t-tgawdija paċifika tal-proprjetà tiegħu u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013 L 147, p. 14).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU 2012 L 16, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1836 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015 L 266, p. 75).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1828 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015 L 266, p. 1).
|
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/19 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2018 – Zott vs EUIPO – TSC Food Products (prodotti tal-furnara)
(Kawża T-517/18)
(2018/C 373/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Zott SE & Co. KG (Mertingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Schalast, R. Lange u C. Böhler, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TSC Food Products GmbH (Wels, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 2487983-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1341/2017-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikoli 4, 6(1) u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |