|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2018/C 364/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2018/C 364/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-28 ta’ Ġunju 2018 – Jörg Paul Konrad Fritz Bode vs Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social
(Kawża C-428/18)
(2018/C 364/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jörg Paul Konrad Fritz Bode
Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social
Domanda preliminari
L-Artikolu 48 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għal pensjoni tal-irtirar antiċipat, li l-ammont tal-pensjoni li għandha tiġi riċevuta għandu jkun ogħla mill-ammont minimu ta’ pensjoni li l-persuna kkonċernata jkollha dritt li tirċievi skont din l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali, meta l-kunċett ta’ “pensjoni li għandha tiġi riċevuta” jinftiehem bħala l-pensjoni effettiva li titħallas unikament mill-Istat Membru kompetenti (f’dan il-każ, Spanja), mingħajr ma tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-pensjoni effettiva li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tirċievi abbażi ta’ benefiċċji oħra tal-istess natura li jitħallsu minn Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra?
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/2 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 minn Mylène Troszczynski mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-626/16, Troszczynski vs Il-Parlament
(Kawża C-462/18 P)
(2018/C 364/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Mylène Troszczynski (rappreżentant: F. Wagner, avocat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-626/16;
Għaldaqstant:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-23 ta’ Ġunju 2016, meħuda skont l-Artikolu 68 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew 2009/C 159/01 tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008“dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew” kif emendat, li tikkonstata dejn fl-ammont ta’ EUR 56 554; |
|
— |
tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-888 innotifikata fit-30 ta’ Ġunju 2016 li tinforma lill-appellanti li ġie kkonstatat dejn fil-konfront tagħha wara d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tat-23 ta’ Ġunju 2016 dwar “irkupru ta’ somom indebitament imħallsa fuq il-bażi tal-assistenza parlamentari, skont l-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ Implimentezzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju”; |
|
— |
tiddeċiedi skont il-liġi dwar l-ammont li għandu jiġi allokat lill-appellanti bħala kumpens għad-danni morali li jirriżultaw minn akkużi infondati magħmula qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni, kemm mill-ħsara li saret għar-reputazzjoni tagħha, kif ukoll mill-problemi kbar ħafna kkawżati fil-ħajja personali u politika tagħha bid-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiddeċiedi skont il-liġi dwar l-ammont li għandu jiġi allokat lill-appellanti fir-rigward tal-ispejjeż proċedurali; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha; |
|
— |
qabel ma tiddeċiedi: tistieden lill-Parlament jipproduċi l-fajl amministrattiv ta’ J.O. u l-fajl rilevanti tal-OLAF. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi tal-ksur tal-forom essenzjali. Minn naħa, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi Bilde u Montel jikkostitwixxu fatt ġdid, li seħħ wara l-għeluq tal-parti bil-miktub tal-proċedura, li jiċċaraw in-natura u n-numru ta’ provi li għandhom jiġu prodotti. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura ġew issodisfatti. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta affermat li ma setgħetx tkun taf fatti oħra minn dawk issottomessi lis-Segretarju Ġenerali. Il-proċedura għall-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament huwa simili għal rikors ta’ ġurisdizzjoni sħiħa, fejn id-dokumenti kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni xierqa tat-tilwima jistgħu jiġu pprovduti, anki waqt il-proċedura.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tad-drittijiet tad-difiża u tar-rekwiżiti formali essenzjali. Minn naħa, il-Qorti Ġenerali ma ppermettietx dibattitu ġust u kontradittorju billi ma imponietx ir-rispett fil-Parlament tal-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Parlament jiddisponi mill-fajl amministrattiv u mill-fajl tal-OLAF li minnu jista’ jikseb vantaġġji, peress li prova tax-xogħol tista’ tinstab fiż-żewġ fajls iżda tibqa’ mhux disponibbli għall-appellanti. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ evalwazzjoni meta qieset bħala regolari l-assenza ta’ smigħ tall-appellanti mis-Segretarju Ġenerali.
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, żball fil-klassifikazzjoni tan-natura ġuridika tal-fatti u tal-provi, ta’ diskriminazzjoni, fumus persecutionis, ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ legalità kif ukoll użu ħażin ta’ poter. L-ewwel nett, l-assenza ta’ analiżi kritika tad-dokumenti prodotti jikkostitwixxi nuqqas ta’ motivazzjoni. It-tieni nett, hemm ksur tad-drittijiet politiċi tal-assistenti. It-tielet nett, fir-rigward tal-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament, ir-riskju tal-prova għandha l-ewwel tinġarr mill-amministrazzjoni, li għandha tipprovdi raġunijiet iġġustifikati sabiex tikkontesta dak li ġie kweżit. Ir-raba’ nett, kien hemm trattament diskriminatorju mill-President u mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament kontra id-deputati ta’ Front national. Fl-aħħar nett, ir-rifjut li jiġi pprovdut il-fajl amministrattiv u l-fajl tal-OLAF iqajjem dubji dwar il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ legalità u jikkostitwixxi użu ħażin ta’ poter.
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-26 ta’ Lulju 2018 – UB vs VA, Tiger SCI, WZ, fil-kwalità ta’ likwidatur ġudizzjarju jew riċevent ta’ UB, Banque patrimoine et immobilier SA
(Kawża C-493/18)
(2018/C 364/04)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UB
Konvenuti: VA, Tiger SCI, WZ, fil-kwalità ta’ likwidatur ġudizzjarju jew riċevent ta’ UB, Banque patrimoine et immobilier SA
Domandi preliminari
|
1) |
L-azzjoni tar-riċevent appuntant mill-qorti tal-Istat Membru li tkun fetħet il-proċedura ta’ insolvenza li għandha l-għan li jiġi ddikjarat li ipoteki rreġistrati fuq immobbli tad-debitur li jinsabu fi Stat Membru ieħor kif ukoll il-bejgħ ta’ dawn l-immobbli mwettaq f’dan l-Istat ma humiex effettivi kontra din il-proċedura, bil-ħsieb tar-restituzzjoni ta’ dawn il-beni fil-patrimonju tad-debitur, hija dderivata direttament mill-proċedura ta’ insolvenza u hija marbuta strettament magħha? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-qrati tal-Istat Membru fejn infetħet il-proċedura ta’ insolvenza għandhom ġurisdizzjoni esklużiva sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ din l-azzjoni tar-riċevent jew, għall-kuntrarju, il-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn jinsabu l-immobbli għandhom ġurisdizzjoni esklużiva għal dan l-għan, jew teżisti bejn dawn il-qrati differenti ġurisdizzjoni kondiviża, u taħt liema kundizzjonijiet? |
|
3) |
Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-qorti tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza tawtorizza lir-riċevent jibda, fi Stat Membru ieħor, azzjoni, li taqa’, bħala prinċipju, taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedura, jista’ jkollha bħala effett li timponi l-ġurisdizzjoni ta’ dan l-Istat l-ieħor fis-sens li, b’mod partikolari, din id-deċiżjoni tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala deċiżjoni dwar l-iżvolġiment ta’ proċedura ta’ insolvenza fis-sens tal-Artikolu 25.1 tar-Regolament [(KE) Nru 1346/2000] (1) u tista’, għal dan l-għan, tinstema’ mingħajr ebda formalità oħra, skont dan l-istess artikolu? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Lulju 2018 – BT vs Balgarska narodna banka
(Kawża C-501/18)
(2018/C 364/05)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BT
Konvenut: Balgarska narodna banka
Domandi preliminari
|
1) |
Mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, irrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni, jirriżulta li qorti nazzjonali hija obbligata tikklassifika ex officio rikors bħala rikors għal nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu taħt l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) meta r-rikors ikun jikkonċerna r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istat Membru għal danni kkawżati minn ksur tad-dritt tal-Unjoni allegatament imwettaq minn awtorità ta’ Stat Membru, u meta:
|
|
2) |
Mill-premessa 27 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (1) jirriżulta li rakkomandazzjoni maħruġa fuq il-bażi tal-Artikolu 17(3) ta’ dan ir-regolament, li tikkonstata ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru fir-rigward tat-terminu għall-ħlas tad-depożiti ggarantiti lid-depożitanti fl-istituzzjoni ta’ kreditu rispettiva, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali:
|
|
3) |
Mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Ottubru 2004, Paul et (C-222/02, EU:C:2004:606, punti 38, 39, 43 u 49 sa 51), tal-5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C-46/93 u C-48/93, EU:C:1996:79, punti 42 u 51), tal-15 ta’ Ġunju 2000, Dorsch Consult vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C-237/98 P, EU:C:2000:321, punt 19), u tat-2 ta’ Diċembru 1971, Zuckerfabrik Schöppenstedt vs Il-Kunsill (5/71, EU:C:1971:116 punt 11), fid-dawl ukoll tal-pożizzjoni attwali tad-dritt tal-Unjoni rilevanti għall-kawża prinċipali, jirriżulta li:
|
|
4) |
Mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1), flimkien mal-punt 3(i) tal-Artikolu 1 u mal-Artikolu 7(6) tad-Direttiva 94/19, kif ukoll mill-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Diċembru 2016, Vervloet et (C-76/15, EU:C:2016:975, punti 82 sa 84), jirriżulta li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/19 jinkludi d-depożitanti:
|
Mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, jew minn xi dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni, jirriżulta li l-qorti nazzjonali ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni tali klawżola prevista fil-kuntratt tad-depożitu u għandha teżamina r-rikors ippreżentat minn depożitant intiż għall-ħlas ta’ interessi minħabba dewmien fil-ħlas tad-depożiti fl-ammont iggarantit skont dan il-kuntratt fid-dawl tal-kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali għad-danni kkawżati minn ksur tad-dritt tal-Unjoni u fuq il-bażi legali tal-Artikolu 7(6) tad-Direttiva 94/19?
(1) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU 2010, L 331, p. 12).
(2) Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 252).
(3) Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15).
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Lulju 2018 – COPEBI SCA vs Établissement national des produits de l'agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
(Kawża C-505/18)
(2018/C 364/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: COPEBI SCA
Konvenut: Établissement national des produits de l'agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
Parti oħra fil-proċedura: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation
Domanda preliminari
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE tat-28 ta’ Jannar 2009 dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza (C 29/05 (ex NN 57/05)) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri l-għajnuna mħallsa mill-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (l-Uffiċċju Nazzjonali Interprofessjonali tal-Frott, tal-Ħaxix u tal-Ortikultura) (iktar ’il quddiem l-“ONIFLHOR”) lill-Comité économique agricole du bigarreau d’industrie (il-Kumitat Ekonomiku Agrikolu taċ-Ċirasa għal Finijiet Industrijali) (iktar ’il quddiem iċ-“CEBI”) u attribwita lill-produtturi ta’ ċirasa għal finijiet industrijali mill-gruppi ta’ produtturi membri ta’ dan il-kumitat, minkejja li ċ-CEBI ma huwiex inkluż fost it-tmien kumitati ekonomiċi agrikoli msemmija fil-punt 15 tad-deċiżjoni u minkejja li l-għajnuna inkwistjoni, b’inkongruwenza mal-mekkaniżmu ta’ finanzjament deskritt fil-punti 24 sa 28 ta’ din id-deċiżjoni, kienet iffinanzjata biss minn sussidji tal-ONIFLHOR u mhux ukoll minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-produtturi, imsejħa partijiet professjonali?
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Minister for Justice and Equality vs OG
(Kawża C-508/18)
(2018/C 364/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister for Justice and Equality
Konvenut: OG
Domandi preliminari
|
1) |
L-indipendenza ta’ prosekutur pubbliku mill-poter eżekuttiv għandha tiġi deċiża skont il-pożizzjoni tiegħu taħt l-ordinament ġuridiku nazzjonali rilevanti? Fil-każ ta’ risposta negattiva, liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom għandha tiġi deċiża l-indipendenza mill-poter eżekuttiv? |
|
2) |
Prosekutur pubbliku li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa suġġett għal ordni jew istruzzjoni, kemm direttament jew indirettament mill-Ministeru tal-Ġustizzja, huwa suffiċjentement indipendenti mill-poter eżekuttiv sabiex jiġi kkunsidrat bħala awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru (1)? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-prosekutur pubbliku għandu jkun ukoll indipendenti fil-funzjonijiet tiegħu mill-poter eżekuttiv u liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom għandha tiġi deċiża indipendenza tal-funzjonijiet? |
|
4) |
Jekk jitqies li huwa indipendenti mill-poter eżekuttiv, prosekutur pubbliku li l-funzjonijiet tiegħu huma limitati għal li jibda u jmexxi investigazzjonijiet u li jiżgura li tali investigazzjonijiet jitwettqu b’mod oġġettiv u legali, li joħroġ atti ta’ akkuża, li jeżegwixxi deċizjonijiet ġudizzjarji u li jmexxi l-prosekuzzjoni ta’ reati, u li ma għandux kompetenza li joħroġ mandati ta’ arrest nazzjonali u lanqas ma jista’ jwettaq funzjonijiet ġudizzjarji, jista’ jitqies li huwa “awtorità ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru? |
|
5) |
Il-Prosekutur Pubbliku ta’ Lübeck huwa awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri? |
(1) Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Minister for Justice and Equality vs PF
(Kawża C-509/18)
(2018/C 364/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Minister for Justice and Equality
Konvenut: PF
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kriterji li jippermettu li jiġi stabbilit jekk prosekutur innominat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas (1) huwiex awtorità ġudizzjarja fis-sens awtonomu msemmi f’din id-dispożizzjoni huma (1) l-indipendenza tal-prosekutur fil-konfront tas-setgħa eżekuttiva u (2) il-fatt li l-prosekutur jitqies, fi ħdan l-ordinament ġuridiku tiegħu stess, bħala responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja jew li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, liema huma l-kriterji li permezz tagħhom qorti nazzjonali għandha tiddetermina jekk prosekutur innominat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas huwiex awtorità ġudizzjarja fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? |
|
3) |
Sa fejn il-kriterji jinkludu r-rekwiżit li l-prosekutur ikun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja jew jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, dan ir-rekwiżit għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-istatus li huwa jokkupa fi ħdan l-ordinament ġuridiku tiegħu stess jew fid-dawl ta’ ċerti kriterji oġġettivi? F’dan il-każ tal-aħħar, liema huma l-kriterji oġġettivi rilevanti? |
|
4) |
Il-prosekutur tar-Repubblika tal-Litwanja huwa awtorità ġudizzjarja fis-sens awtonomu msemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI? |
(1) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, u rettifika ĠU 2009, L 17, p. 45).
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Fédération des fabricants de cigares vs Premier ministre, Ministre des Solidarités et de la Santé
(Kawża C-517/18)
(2018/C 364/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fédération des fabricants de cigares
Konvenuti: Premier ministre, Ministre des Solidarités et de la Santé
Parti oħra fil-proċedura: Société nationale d’exploitation industrielle des tabacs et allumettes (SEITA)
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) u (3) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu l-użu, fuq il-pakketti individwali, fuq l-ippakkjar estern u fuq il-prodotti tat-tabakk, ta’ kull isem ta’ trade mark li jevoka ċerti kwalitajiet, indipendentement mir-reputazzjoni tagħha? |
|
2) |
Skont l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 13(1) u (3) tad-direttiva, id-dispożizzjonijiet tagħhom, inkwantu japplikaw għall-ismijiet u għat-trade marks kummerċjali, jirrispettaw id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta’ espressjoni, il-libertà ta’ intrapriża u l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) u (3) tad-direttiva, meħuda flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 24(2) tal-istess direttiva, jirrispettaw id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta’ espressjoni u ta’ intrapriża u l-prinċipju ta’ proporzjonalità? |
(1) Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1).
Il-Qorti Ġenerali
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2018 – Simpson vs Il-Kunsill
(Kawża T-646/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Avvanz fil-grad - Klassifikazzjoni fi grad - Deċiżjoni li l-persuna kkonċernata ma tingħatax il-grad AD 9 wara li għaddiet minn kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza wara li l-Qorti Ġenerali bgħatet lura l-kawża - Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti li ta d-digriet fl-ewwel istanza - Proċedura ta’ ħatra ta’ Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Qorti stabbilita bil-liġi - Prinċipju ta’ qorti legali”))
(2018/C 364/10)
Lingwa tal-kawża: T-646/16
Partijiet
Appellant: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Velardo, avukat)
Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11 RENV, EU:F:2016:136), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
|
1) |
Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11 RENV), huwa annullat. |
|
2) |
Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem awla tal-Qorti Ġenerali li ma hijiex dik li ddeċidiet dan l-appell. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2018 – HG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-693/16 P) (1)
((“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Kariga f’pajjiż terz - Akkomodazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-amministrazzjoni - Sanzjoni dixxiplinari - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza - Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti li ta s-sentenza fl-ewwel istanza - Proċedura ta’ ħatra ta’ Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Qorti stabbilita bil-liġi - Prinċipju ta’ qorti legali”))
(2018/C 364/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: HG (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, sussegwentement minn G. Berscheid u T. Bohr, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016, HG vs Il-Kummissjoni (F-149/15, EU:F:2016:155), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016, HG vs Il-Kummissjoni (F-149/15), hija annullata. |
|
2) |
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku differenti minn dik li ddeċidiet dwar dan l-appell. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/12 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2018 – Gollnisch vs Il-Parlament
(Kawża T-375/18)
(2018/C 364/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata n-natura irregolari tad-deċiżjoni tal-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun, innotifikata fl-20 ta’ Marzu 2018; |
|
— |
tannulla din id-deċiżjoni; |
|
— |
tannula fl-istess waqt id-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-President tal-Parlament Ewropew kif ukoll dik tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew dwar l-ilmenti mressqa quddiemhom fit-2 ta’ Mejju 2018; |
|
— |
tirrelata l-atti u l-miżuri meħuda fil-konfront tal-atti msemmija iktar ’il fuq; |
|
— |
tattribwixxi lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 1 bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-esklużjoni tiegħu mill-vjaġġ parlamentari u min-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kumpens li għalih kien intitolat; |
|
— |
tattribwixxilu wkoll is-somma ta’ EUR 3 500 bħala l-ispejjeż marbuta mat-tħejjija ta’ dan ir-rikors; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv: ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jirregolaw ix-xogħol tad-delegazzjonijiet u tal-missjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea tad-deputati Ewropej. |
|
2. |
It-tieni motiv: ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u għal amministrazzjoni tajba. |
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/13 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – SFIE-PE vs Il-Parlament
(Kawża T-401/18)
(2018/C 364/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Sindakat tal-Uffiċjali Internazzjonali u Ewropej – Taqsima tal-Parlament Ewropew (SFIE-PE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors odjern ammissibbli u fondat; |
|
— |
konsegwentement:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal rikors għal azzjonijiet kollettivi u tad-dritt għall-informazzjoni u għall-konsulatazzjoni, kif sanċiti fl-Artikoli 28 u 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u d-Direttiva 2002/14/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-11 ta’ Marzu 2003 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea [– Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219) u speċifikati u implementati mill-ftehim qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-organizzazzjonijiet sindikali jew professjonali tal-persunal tal-istituzzjoni tat-12 ta’ Lulju 1990, kif ukoll fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif sanċit fl-Artikolu 41 ta-Karta. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas kompetenza tal-awtur tal-att u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal rikors effettiv kif previst fl-Artikolu 47 tal-Karta. |
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/14 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – Aquino et vs Il-Parlament
(Kawża T-402/18)
(2018/C 364/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Roberto Aquino (Brussell, il-Belġju) u 30 rikorrent ieħor (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors odjern ammissibbli u fondat; |
|
— |
konsegwentement:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-401/18, SFIE-PE vs Il-Parlament.
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/14 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 – RATP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-422/18)
(2018/C 364/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Régie autonome des transports parisiens (RATP) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery, P. Delelis u C. Lavin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2018 li kienet tikkonsisti fl-għoti ta’ aċċess għal dokumenti koperti minn talba għal aċċess għad-dokumenti rreġistrati taħt ir-referenza GestDem 2017/7530 skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u |
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-Kummissjoni tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3. p. 331), kif ukoll tal-Artikolu 5(3)(b) u tal-Artikolu 5(6) tat-taqsima dwar id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw ir-Regolament Nru 1049/2001 tal-Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba tal-Kummissjoni annessa mar-regolament intern ta’ dan tal-aħħar [K(2000) 3614 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 213)], peress li l-Kummissjoni ma setgħet bl-ebda mod tgħaddi d-dokumenti kontenzjużi mingħajr ma tinforma lir-rikorrenti dwar dan. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur, mill-Kummissjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit permezz tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem, tad-dmir ta’ diliġenza tagħha kif speċifikat mill-ġurisprudenza rilevanti, u għaldaqstant, tal-għan tar-Regolament Nru 1049/2001 li, skont it-termini tal-Artikolu 1(ċ), dan huwa intiż sabiex “jimmpromwovi prattika amministrattiv tajba fl-aċċess għad-dokumenti”. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur, mill-Kummissjoni, tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li hija rrifjutat li tapplika l-eċċezzjonijiet li madankollu ġew invokati mir-rikorrenti. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet:
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur, mill-Kummissjoni, tal-Artikolu 4(1)(b), kif ukoll tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102, rettifika fil-ĠU 2013, L 298, p. 50), peress li hija rrifjutat li taħbi l-identità tal-persuna fiżika li hija l-awtriċi tad-dokumenti kontenzjużi. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur, mill-Kummissjoni, tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni impost fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 296 TFUE, peress li hija bl-ebda mod ma informat lir-rikorrenti, la qabel u lanqas wara li bagħtet id-dokumenti, dwar ir-raġunijiet li mmotivaw ix-xewqa tagħha li tibgħat l-imsemmija dokumenti. |
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/15 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-437/18)
(2018/C 364/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Tilly-Sabco (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior u S. Charbonnel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tilqa’ bħala ammissibbli r-rikors għal kumpens tar-rikorrenti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 687/2013 tat-18 ta’ Lulju 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur għal żero (ĠU L 196, p. 13, tad-19 ta’ Lulju 2013); |
|
— |
tiddikjara li l-Kummissjoni għandha tħallas lir-rikorrenti s-somma prinċipali ta’ EUR 3 238 000, li minnhom: |
|
— |
EUR 2 848 000 huma ekwivalenti għal rifużjonijiet mhux miġbura fir-rigward tal-bejgħ matul il-perijodu bejn id-19 ta’ Lulju u l-31 ta’ Diċembru 2013; |
|
— |
EUR 390 000 huma rifużjonijiet relatati mat-telf fid-dħul marbut mal-bejgħ li ma seħħx ta’ 3 550 tunnellata addizzjonali lill-PMO matul l-istess perijodu; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma prinċipali ta’ EUR 3 238 000; |
|
— |
evalwata mill-ġdid b’interessi kumpensatorji, dekorribbli mill-20 ta’ Settembru 2017 u sa meta tingħata s-sentenza, bir-rata ta’ inflazzjoni annwali stabbilita, għall-perijodu kkonċernat, mill-Eurostat (l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea) fl-Istat Membru li fih hija stabbilita din il-kumpannija; |
|
— |
miżjuda b’interessi moratorji, dekorribbli mill-għoti ta’ din is-sentenza u sakemm isir il-ħlas sħiħ, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti perċentwali; |
|
— |
tawtorizza lir-rikorrenti tadatta r-risposta u t-talbiet tagħha fl-ipoteżi li l-Kummissjoni tadotta regolament ta’ implimentazzjoni li jissostitwixxi r-Regolament Nru 689/2013 qabel it-tmiem tal-fażi bil-miktub tal-proċeudra f’dan ir-rikors; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li jikkorrispondu għat-tliet kundizzjonijiet sostantivi tar-rikors għad-danni, li fil-fehma tagħha huma kumulattivament issodisfatti f’dan il-każ, jiġifieri l-eżistenza ta’ fatt dannuż li jikkorrispondi għall-illegalità tal-aġir ikkritikat, ta’ dannu, u ta’ rabta kawżali bejn il-fatt dannuż u d-dannu.
L-ewwel nett, ir-rikorrenti tqis li l-adozzjoni mill-Kummissjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 689/2013 tat-18 ta’ Lulju 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU 2013, L 196, p. 13), annullat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-20 ta’ Settembru 2017, Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni (C-183/16 P, EU:C:2017:704), tikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Unjoni suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju.
It-tieni nett, hija tikkunsidra li l-Kummissjoni, billi wettqet att b’mod illegali li ffissa għal żero l-ammont ta’ rifużjonijiet għall-bejgħ ta’ tiġieġ iffriżati lejn ċerti pajjiżi barra ż-żona UE, wettqet ksur suffiċjentement serju li jikkostitwixxi fatt dannuż li ħoloq dannu reali u ċert fir-rigward tagħha. Dan id-dannu jikkonsisti, skont ir-rikorrenti, mill-fatt li ma bbenefikatx minn rifużjonijiet sad-data tal-31 ta’ Diċembru 2013.
It-tielet nett, il-kumpannija rikorrenti tqajjem li hija ġġustifikata li titlob il-kumpens għat-telf imġarrab relatat mat-tneħħija illegali tar-rifużjonijiet tal-perijodu mid-19 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-aġir żbaljat tal-Kummissjoni kien il-kawża determinanti għad-dannu allegatament subit minnha u, għalhekk, teżisti rabta immedjata u diretta bejn dan l-iżball u l-imsemmi dannu.
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/17 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – Lotte vs EUIPO – Générale Biscuit-Glico France (PEPERO original)
(Kawża T-459/18)
(2018/C 364/17)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Lotte Corp. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: G. Ringeisen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Générale Biscuit-Glico France (Clamart, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni PEPERO original bil-kuluri aħmar, kannella, isfar, abjad
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 913/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija annullat it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 413 651 tal-kumpannija LOTTE u kkundannatha tirrimborsa l-ispejjeż u t-taxxi tal-kumpannija Générale Biscuit-Glico France; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija Générale Biscuit-Glico France jirrimborsaw lill-kumpannija LOTTE l-ispejjeż tar-rappreżentanza professjonali f’kull waħda mill-proċeduri; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija Générale Biscuit-Glico France għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 64 Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/17 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – Telenet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-470/18)
(2018/C 364/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Telenet (Mechelen, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Desmedt u E. Monard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-att ikkontestat kollu kemm hu; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3410 finali tal-25 ta’ Mejju 2018, adottata skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (1), rigward il-Kawża BE/2018/2073: Aċċess lokali bl-ingrossa pprovdut f’post fiss fil-Belġju, il-Kawża BE/2018/2074: Aċċess ċentrali bl-ingrossa pprovdut f’post fiss għal prodotti tas-suq tal-massa fil-Belġju u l-Kawża BE/2018/2075: Aċċess bl-ingrossa għax-xandir fil-Belġju.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/21/KE u abbużat mis-setgħa diskrezzjonali tagħha billi ma fetħitx investigazzjoni tal-Fażi II
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma mmotivatx il-konstatazzjoni tagħha li d-definizzjoni tas-suq magħżula ma twassalx għal riżultat regolatorju differenti.
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kkonformatx ruħha mal-garanziji proċedurali previsti mid-Direttiva 2002/21/KE.
|
(1) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/18 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2018 – WV vs SEAE
(Kawża T-471/18)
(2018/C 364/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Novembru 2017 bir-referenza “eeas.ba.hr.3(2017)6459331” li tirriżulta minn [kunfidenzjali] (1), li timponi tnaqqis mis-salarju sa 72 jum kalendarju fuq ir-rikorrenti; |
|
— |
tannulla, sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni ta’ ċaħda espliċita tat-2 ta’ Mejju 2018 (“eeas.ba.hr.3/ED/ld(2018)2309062”) wara lment imressaq mir-rikorrenti fit-3 ta’ Jannar 2018; |
|
— |
tiddeċiedi li l-ammonti li għandhom jitħallsu lura lir-rikorrenti wara dan l-annullament ser jiżdiedu b’interessi moratorji bir-rata ta’ 5 % fis-sena jew għal kull rata oħra li l-Qorti Ġenerali ser tistabbilixxi, ikkalkolata fil-jum tar-rimbors effettiv u skont id-data tat-tnaqqis differenti applikat; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, konformement mal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1(e)(2), 12, 12a, 21, 25, 26, 55 u 60 tar-Regolamenti tal-Persunal, tad-dmir ta’ premura, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll tal-ksur tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102). Hija tinvoka wkoll il-ksur, b’mod partikolari, tal-Artikoli 41, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-drittijiet tad-difiża, il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE kif ukoll abbużi ta’ dritt u użu ħażin ta’ proċedura, minbarra l-ksur manifest tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet. Fl-aħħar nett ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju li jimponi fuq l-amministrazzjoni li tieħu deċiżjoni unikament fuq il-bażi ta’ motivi legalment ammissibbli, jiġifieri rilevanti u mhux ivvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, ta’ fatt jew ta’ liġi, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, tal-kontradittorju u taċ-ċertezza legali, minbarra l-ksur tal-prinċipju tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(1) Data kunfidenzjali moħbija
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/19 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2018 – XF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-482/18)
(2018/C 364/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: XF (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-2 ta’ Ottubru 2017 li tirrifjutalu l-benefiċċju tal- allowance tal-installazzjoni fl-okkażjoni taċ-ċaqliq tiegħu u tal-bidu tal-funzjonijiet tiegħu fis-sede tas-SEAE. |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 5 tal-Anness VII tiegħu.
|
8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/20 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2018 – Currency One vs EUIPO — Cinkiarz.pl (CINKCIARZ)
(Kawża T-501/18)
(2018/C 364/21)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Currency One S.A. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentant: P. Szmidt, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cinkiarz.pl sp. z o. o. (Zielona Góra, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “CINKCIARZ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 678 991
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2598/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tal-istess regolament. |