ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 357

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
4 ta' Ottubru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2018/C 357/01

Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet

1

2018/C 357/02

Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

315


©Unjoni Ewropea, 2018.Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/1


Image

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1) u (4) tat-TFUE u l-Artikoli 148(1) u 162(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikoli 43, 48 u 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 567/2014

il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Lulju 2018, adottat

IR-RAPPORTI ANNWALI

għas-sena finanzjarja 2017

Ir-rapporti, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, intbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħra.

Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri huma:

Klaus-Heiner LEHNE (President), Henri GRETHEN, Ladislav BALKO, Lazaros S. LAZAROU, Pietro RUSSO, Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Iliana IVANOVA, George PUFAN, Neven MATES, Alex BRENNINKMEIJER, Danièle LAMARQUE, Nikolaos MILIONIS, Phil WYNN OWEN, Oskar HERICS, Bettina JAKOBSEN, Janusz WOJCIECHOWSKI, Samo JEREB, Jan GREGOR, Mihails KOZLOVS, Rimantas ŠADŽIUS, Leo BRINCAT, João FIGUEIREDO, Juhan PARTS, Ildikó GÁLL-PELCZ, Eva LINDSTRÖM, Tony MURPHY, Hannu TAKKULA, Annemie TURTELBOOM.

RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

(2018/C 357/01)

WERREJ

Introduzzjoni ġenerali 7

Kapitolu 1

— Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u informazzjoni ta’ sostenn 9

Kapitolu 2

— Ġestjoni baġitarja u finanzjarja 45

Kapitolu 3

— Kisba ta' riżultati mill-baġit tal-UE 81

Kapitolu 4

— Dħul 167

Kapitolu 5

— “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” 181

Kapitolu 6

— “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” 201

Kapitolu 7

— “Riżorsi naturali” 245

Kapitolu 8

— “Sigurtà u ċittadinanza” 279

Kapitolu 9

— “Ewropa Globali” 291

Kapitolu 10

— “Amministrazzjoni” 305

INTRODUZZJONI ĠENERALI

0.1.   

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġiet stabbilita bħala Istituzzjoni permezz tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (1). It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) jiddefinixxi r-rwol tagħha bħala l-awditur estern tal-finanzi tal-UE. F’din il-kapaċità, aħna naġixxu bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini kollha tal-UE, notevolment billi nikkontribwixxu għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE. Aktar informazzjoni dwar ix-xogħol li nwettqu tista’ tinstab fir-rapporti annwali tal-attività, fir-rapporti speċjali, u fl-analiżijiet panoramiċi tagħna, kif ukoll fl-opinjonijiet tagħna dwar liġijiet ġodda jew liġijiet aġġornati tal-UE jew deċiżjonijiet oħra b’implikazzjonijiet għall-ġestjoni finanzjarja (3).

0.2.   

Dan ir-rapport annwali, li huwa l-41 rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, ikopri s-sena finanzjarja 2017. Rapport annwali separat ikopri l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

0.3.   

Il-baġit ġenerali tal-UE jiġi approvat kull sena mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Ir-rapport annwali tagħna, flimkien mar-rapporti speċjali li noħorġu, jipprovdi bażi għall-proċedura ta’ kwittanza li fiha l-Parlament, filwaqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, jiddeċiedi jekk il-Kummissjoni tkunx wettqet ir-responsabbiltajiet baġitarji tagħha b’mod sodisfaċenti. Ladarba jiġi ppubblikat, aħna ngħadduh lill-parlamenti nazzjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

0.4.   

Il-parti ċentrali tar-rapport annwali tagħna hija d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet konsolidati tal-UE u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet (“regolarità tat-tranżazzjonijiet”). Din id-dikjarazzjoni tiġi ssupplimentata minn valutazzjonijiet speċifiċi għal kull qasam prinċipali ta’ attività tal-UE.

0.5.   

Din is-sena, ir-rapport tagħna huwa strutturat kif ġej:

il-Kapitolu 1 fih id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u sommarju tar-riżultati tal-awditjar li wettaqna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

il-Kapitolu 2 jippreżenta l-analiżi tagħna tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

il-Kapitolu 3 jiffoka fuq l-użu li l-Kummissjoni tagħmel mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni; huwa jippreżenta riżultati sinifikanti mir-Rapporti Speċjali 2017 tagħna relatati mal-prestazzjoni, u janalizza l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-rapporti speċjali li ġew ippubblikati fl-2014;

il-Kapitolu 4 jippreżenta s-sejbiet tagħna dwar id-dħul tal-UE;

il-Kapitoli 5 sa 10 juru, għall-intestaturi prinċipali tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali (4), ir-riżultati tal-ittestjar li wettaqna tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet u tal-eżaminar li sar minna tar-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni, elementi oħra tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħha u arranġamenti oħra ta’ governanza.

0.6.   

Billi ma hemmx rapporti finanzjarji separati għall-intestaturi individwali tal-QFP, il-konklużjonijiet għal kull kapitolu ma jikkostitwux opinjoni tal-awditjar. Minflok, il-kapitoli jiddeskrivu kwistjonijiet sinifikanti li huma speċifiċi għal kull intestatura tal-QFP.

0.7.   

Aħna għandna l-għan li nippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħna b’mod ċar u konċiż. Mhux dejjem inkunu nistgħu nevitaw li nużaw termini li huma speċifiċi għall-UE, għall-politiki u l-baġit tagħha, jew għall-kontabbiltà u l-awditjar. Fuq is-sit web tagħna, aħna ppubblikajna glossarju bid-definizzjonijiet u t-tifsiriet tal-maġġoranza ta’ dawn it-termini speċifiċi (5). It-termini ddefiniti fil-glossarju jidhru bil-korsiv fejn jintużaw għall-ewwel darba f’kull kapitolu.

0.8.   

Ir-risposti tal-Kummissjoni (jew, fejn applikabbli, ir-risposti ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE) għall-osservazzjonijiet tagħna huma ppreżentati ma’ dan ir-rapport u għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni miegħu. Madankollu, hija r-responsabbiltà tagħna, bħala awditur estern, li nirrappurtaw is-sejbiet tal-awditjar tagħna u li naslu għall-konklużjonijiet neċessarji sabiex nipprovdu valutazzjoni indipendenti u imparzjali tal-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.


(1)  L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, magħruf ukoll bħala t-Trattat ta' Maastricht (ĠU C 191, 29.7.1992, p. 1). Madankollu, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġiet stabbilita għall-ewwel darba permezz tat-Trattat ta’ Brussell, bħala l-korp Komunitarju l-ġdid inkarigat mill-funzjoni tal-awditjar estern (ĠU L 359, 31.12.1977, p. 1).

(2)  L-Artikoli 285 sa 287 (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 169-171).

(3)  Disponibbli fuq is-sit web tagħna: www.eca.europa.eu

(4)  Il-Kapitolu 8 jkopri l-Intestatura 3 (“Sigurtà u ċittadinanza”), u l-Kapitolu 9 jkopri l-Intestatura 4 (“Ewropa Globali”). L-analiżi tal-Intestaturi 3 u 4 ma tinkludix il-livell ta’ żball stmat. Aħna ma nipprovdux valutazzjoni speċifika għall-infiq taħt l-Intestatura 6 (“Kumpens”) jew għal infiq li ma jaqax taħt il-QFP.

(5)  https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/GLOSSARY_AR_2017/GLOSSARY_AR_2017_MT.pdf


KAPITOLU 1

Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u informazzjoni ta’ sostenn

WERREJ

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni pprovduta mill-Qorti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — rapport tal-awditur indipendenti I-XXXI
Introduzzjoni 1.1-1.5
Ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 1.1-1.3
L-infiq tal-UE huwa għodda sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ta' politika 1.4-1.5
Sejbiet tal-awditjar għas-sena finanzjarja 2017 1.6-1.46
Il-kontijiet ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali 1.6-1.8
Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar 1.9
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 1.10
L-awditu li wettaqna jkopri l-infiq li ġie aċċettat mill-Kummissjoni fl-2017 1.11-1.15
Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għall-2017 juru li l-iżbalji huma limitati għal oqsma speċifiċi tal-baġit tal-UE 1.16
Il-mod kif il-fondi tal-UE jiġu żborżati għandu impatt fuq ir-riskju ta’ żball 1.17-1.29
L-istima mill-Kummissjoni tal-livell ta’ żball tinsab fil-limitu inferjuri tal-firxa indikata minna 1.30-1.34
Il-komponenti individwali tal-istima mill-Kummissjoni mhux dejjem jikkonformaw mas-sejbiet tagħna 1.35-1.36
Il-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ammont f’riskju fl-għeluq 1.37-1.38
L-istima mill-Kummissjoni għall-korrezzjonijiet u l-irkupri hija bbażata fuq medja storika aġġustata 1.39-1.41
Jeħtieġ li jkun hemm aktar divrenzjar bejn l-impatt tal-azzjonijiet preventivi u dak tal-azzjonijiet korrettivi 1.42-1.46
Aħna nirrappurtaw każijiet ta’ frodi suspettata lill-OLAF 1.47-1.51
Konklużjonijiet 1.52-1.54
Riżultati tal-awditjar 1.53-1.54

Anness 1.1 -

Approċċ u metodoloġija tal-awditjar

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL — RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

Opinjoni

I.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea li jinkludu r-rapporti finanzjarji konsolidati (1) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (2) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017, approvati mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Ġunju 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet, kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

II.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea (UE) għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2017 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-UE fil-31 ta' Diċembru 2017, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli kontabilistiċi bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

III.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha

Pagamenti

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

IV.

Fl-opinjoni tagħna, bl-eċċezzjoni tal-effetti tal-kwistjoni deskritta fil-paragrafu “Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet”, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2017 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Bażi għal opinjoni

V.

Aħna wettaqna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI (ISSAIs). Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawn l-istandards huma deskritti f’aktar dettall fit-taqsima tar-rapport tagħna intitolata “Responsabbiltajiet tal-awditur”. Aħna awdituri indipendenti f'konformità mal-Kodiċi ta’ Etika għall-Kontabilisti Professjonali tal-Bord tal-Istandards Internazzjonal tal-Etika għall-Kontabilisti (IESBA), u wettaqna r-responsabbiltajiet etiċi l-oħra tagħna skont dawn l-istandards u r-rekwiżiti u skont il-Kodiċi tal-IESBA. Aħna nemmnu li l-evidenza għall-awditjar li ksibna hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

VI.

L-infiq irreġistrat fl-2017, u li jkopri l-infiq fuq bażi ta' rimborżi (3), huwa milqut minn livell materjali ta' żball. Il-livell ta' żball stmat minna għall-pagamenti li saru fuq bażi ta' rimborżi huwa ta’ 3,7  %. Il-livell kumplessiv ta' żball stmat minna (2,4  %) għadu ogħla mis-soll ta' materjalità stabbilit minna, iżda dan mhuwiex pervażiv. Pagamenti li saru fuq bażi ta' drittijiet mhumiex milquta minn livell materjali ta' żball (4).

Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar

VII.

Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar huma dawk il-kwistjonijiet li, fil-ġudizzju professjonali tagħna, kellhom l-akbar sinifikat fl-awditu li wettaqna tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu attwali. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-kuntest tal-awditu li wettaqna tar-rapporti finanzjarji fl-intier tagħhom, kif ukoll aħna u nifformulaw l-opinjonijiet tagħna dwarhom, iżda ma nipprovdux opinjoni separata dwar dawn il-kwistjonijiet.

Aħna vvalutajna t-trattament kontabilistiku tal-garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għall-portafolli tal-ekwità

VIII.

Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) huwa inizjattiva konġunta li tniedet fl-2015 (5) mill-UE kollha u mill-Grupp tal-BEI, biex tħeġġeġ l-investiment fl-UE billi żżid il-kapaċità tal-Grupp tal-BEI fl-irfigħ tar-riskji. Taħt din l-inizjattiva, il-baġit tal-UE jipprovdi garanzija massima ta’ EUR 16-il biljun (6) biex tkopri t-telf potenzjali fuq l-operazzjonijiet tal-FEIS għall-investimenti fl-oqsma “Opportunità ta’ Infrastruttura u Innovazzjoni (IIW)” u “Opportunità ta’ Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEW)” (7).

IX.

Fi snin preċedenti aħna ffukajna fuq dan il-qasam peress li l-istruttura tal-FEIS kienet ikkawżat għadd ta’ kwistjonijiet kontabilistiċi kumplessi li rriżultaw mill-arranġamenti bejn l-UE u l-BEI. F’Novembru 2017, l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni kkonsulta l-Grupp Konsultattiv ta’ esperti fir-rigward tat-trattament kontabilistiku xieraq tal-operazzjonijiet ta’ ekwità tas-SMEW, garantiti mill-UE. F’konformità mal-pariri li ngħata, u filwaqt li applika l-ġudizzju professjonali tiegħu, l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni ddeċieda li l-Kummissjoni ma għandhiex kontroll fuq il-FEIS u li ma tikkondividix tali kontroll mal-BEI (8). Għall-kontijiet annwali konsolidati tal-UE għall-2017 dan jimplika li l-garanzija tal-UE mogħtija lill-Grupp tal-BEI hija trattata:

(a)

bħala obbligazzjoni ta’ garanzija finanzjarja għall-portafoll tad-dejn tal-IIW,

(b)

bħala dispożizzjoni finanzjarja għall-portafoll tad-dejn tas-SMEW, u

(c)

bħala derivattiv (assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ bilanċ pożittiv jew ta’ defiċit) għaż-żewġ portafolli tal-ekwità.

X.

Aħna vvalutajna t-trattament kontabilistiku tal-garanzija tal-FEIS għall-portafolli tal-ekwità. Aħna nqisu li dan ma jaffettwax l-istampa ċara u ġusta mogħtija fil-kontijiet annwali konsolidati tal-UE għall-2017.

Aħna vvalutajna l-obbligazzjoni għall-pensjonijiet u għal benefiċċji oħra tal-impjegati

XI.

Il-karta tal-bilanċ tal-UE tinkludi obbligazzjoni għall-pensjonijiet u għal benefiċċji oħra tal-impjegati, li ammontat għal EUR 73,1  biljun fi tmiem l-2017. Din hija waħda mill-obbligazzjonijiet l-aktar sinifikanti fil-karta tal-bilanċ, u tirrappreżenta kważi terz mill-obbligazzjonijiet totali ta' EUR 236,5  biljun għall-2017.

XII.

Il-biċċa l-kbira minn din l-obbligazzjoni għall-pensjonijiet u għal benefiċċji oħra tal-impjegati (EUR 64,0  biljun) hija relatata mal-Iskema tal-Pensjonijiet tal-Uffiċjali u l-Aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (“PSEO”). Din l-obbligazzjoni tal-pensjonijiet tkopri l-“benefiċċju ddefinit” iggarantit permezz tal-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-“Regolamenti tal-Persunal”), u l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (it-“TUE”). L-obbligazzjoni rreġistrata fil-kontijiet tirrifletti l-ammont, li kien ikun inkluż f'fond ta’ pensjoni, li kieku fond ta’ dan it-tip kien ġie stabbilit biex jitħallsu l-obbligi eżistenti għall-pensjonijiet tal-irtirar (9). Minbarra l-pensjonijiet tal-irtirar, dan ikopri pensjonijiet għall-invalidità u pensjonijiet li jitħallsu lin-nisa romol/lill-orfni tal-persunal tal-UE. Skont l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċji mħallsa taħt l-iskema tal-pensjonijiet jitħallsu mill-estimi (baġit) tal-UE. L-Istati Membri flimkien jiggarantixxu l-pagament tal-benefiċċji u l-uffiċjali jikkontribwixxu terz tal-ispiża għall-finanzjament tal-iskema.

XIII.

Il-PSEO hija skema tal-pensjonijiet okkupazzjonali obbligatorja għall-impjegati taċ-ċivil tal-UE, li skontha l-kontribuzzjonijiet mill-persunal u mill-istituzzjonijiet u l-korpi li jimpjegawhom jintużaw għall-finanzjament ta' pensjonijiet futuri. Hija maħsuba biex, permezz ta' aġġustamenti għar-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema u għall-età ta' pensjoni, tkun awtomatikament f'bilanċ attwarju. L-għadd u l-varjetà ta' parametri li jintużaw għall-kalkolu ta' projezzjoni fit-tul tal-ispejjeż għall-pensjonijiet jissottolinjaw in-natura attwarja ta' dan il-kalkolu, li jitwettaq mill-Eurostat fuq bażi annwali.

XIV.

Bħala parti mill-awditu tagħna, aħna evalwajna s-suppożizzjonijiet attwarji u l-valwazzjoni riżultanti għall-obbligazzjoni għall-pensjonijiet. Aħna vverifikajna d-data numerika, il-parametri attwarji u l-kalkolu tal-obbligazzjoni, kif ukoll il-preżentazzjoni li saret fil-karta tal-bilanċ konsolidata u n-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati. Kif indikat fin-Nota 2.9 għar-rapporti finanzjarji konsolidati, il-Kummissjoni qed tkompli taħdem biex issaħħaħ il-proċessi li hija tuża għall-kalkolu tal-obbligazzjoni għall-benefiċċji tal-impjegati, li se nibqgħu neżaminaw.

Aħna vvalutajna l-imposti dovuti li kienu ppreżentati fil-kontijiet

XV.

Fi tmiem is-sena 2017, il-valur stmat tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba li kienu dovuti lill-benefiċjarji iżda li kienu għadhom ma ġewx irrappurtati, kien ta’ EUR 101 biljun (fi tmiem is-sena 2016: EUR 102 biljun). Dawn l-ammonti ġew irreġistrati bħala spejjeż dovuti (10).

XVI.

Aħna eżaminajna l-metodoloġiji u s-sistemi ta' kontroll li ġew applikati għall-istimi ta' tmiem is-sena fid-Direttorati Ġenerali prinċipali. Aħna ħadna kampjuni ta' fatturi u ta' pagamenti ta' prefinanzjament u wettaqna xogħol fuq dawn l-elementi biex nindirizzaw ir-riskju li d-dovuti ma ġewx iddikjarati b'mod korrett. Aħna tlabna lis-servizzi tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni biex jikkjarifikaw aktar il-metodoloġija ġenerali użata.

XVII.

Aħna nistgħu nikkonkludu li l-istima tal-ammont kumplessiv ta' imposti dovuti ddikjarati fil-karta tal-bilanċ konsolidata hija ġusta.

Aħna vvalutajna l-impatt potenzjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq il-kontijiet għall-2017

XVIII.

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika formalment lill-Kunsill Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea (UE). Fit-22 ta’ Mejju 2017, bdew in-negozjati għall-ftehim dwar il-ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit.

XIX.

Il-Parti Ħamsa (Dispożizzjonijiet Finanzjarji) tal-abbozz ta’ ftehim dwar il-ħruġ tad-19 ta’ Marzu 2018 li tirrigwarda s-saldu finanzjarju tiddikjara li r-Renju Unit se jħallas l-obbligi kollha tiegħu taħt l-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali attwali u preċedenti bħallikieku għadu Stat Membru.

XX.

Ibbażat fuq dan, aħna nikkonkludu li l-kontijiet fil-31 ta’ Diċembru 2017 jirriflettu l-proċess tal-ħruġ b’mod korrett.

Kwistjonijiet oħra

XXI.

Il-maniġment huwa responsabbli milli jipprovdi “informazzjoni oħra”, terminu li jinkludi d-Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju iżda ma jinkludix il-kontijiet konsolidati jew ir-rapport tagħna dwarhom. L-opinjoni tagħna dwar il-kontijiet konsolidati ma tkoprix din l-informazzjoni l-oħra, u aħna ma nesprimu l-ebda forma ta’ konklużjoni dwarhom f'dak li jirrigwarda aċċertament. Ir-responsabbiltà tagħna fil-kuntest tal-awditjar tal-kontijiet konsolidati, hija li naqraw l-informazzjoni l-oħra u li nqisu jekk tkunx materjalment inkonsistenti mal-kontijiet konsolidati jew mal-għarfien li nkunu ksibna fl-awditu, jew jekk ikunx fiha xi tip ta' dikjarazzjoni skorretta materjali oħra. Jekk aħna nikkonkludu li jkun hemm dikjarazzjoni skorretta materjali tal-informazzjoni l-oħra, għandna l-obbligu li nirrappurtaw dan kif meħtieġ. Aħna ma għandna xejn x’nirrappurtaw f’dan ir-rigward.

Responsabbiltajiet tal-maniġment

XXII.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet konsolidati tal-UE abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment, u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-Kummissjoni terfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-UE (l-Artikolu 317 tat-TFUE).

XXIII.

Fit-tħejjija tal-kontijiet konsolidati, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-UE li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga kwalunkwe kwistjoni rilevanti u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat dment li huwa ma jkollux l-intenzjoni li jillikwida l-entità jew li jtemm l-operazzjonijiet, jew ma jkollu l-ebda alternattiva realistika ħlief li jagħmel dan.

XXIV.

Il-Kummissjoni hija responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-UE.

XXV.

Skont ir-Regolament Finanzjarju (it-Titolu IX), l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jrid l-ewwel jippreżenta għall-awditjar il-kontijiet konsolidati tal-UE bħala kontijiet proviżorji sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara u mbagħad bħala kontijiet finali sal-31 ta’ Lulju. Il-kontijiet proviżorji jridu jagħtu stampa ċara u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja. Huwa b’hekk imperattiv li l-partiti kollha tal-kontijiet proviżorji jiġu ppreżentati bħala kalkoli finali li jippermettulna nwettqu l-kompitu tagħna f’konformità mat-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju u fi żmien id-dati ta’ skadenza mogħtija. Il-bidliet bejn il-kontijiet proviżorji u dawk finali jridu normalment jirriżultaw biss mill-osservazzjonijiet tagħna.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet konsolidati u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

XXVI.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet konsolidati tal-UE jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li l-awditu jkun neċessarjament qabad il-każijiet kollha ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali jew ta’ nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet konsolidati.

XXVII.

Għad-dħul, l-eżaminar li wettaqna tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING jieħu bħala l-punt tat-tluq tiegħu l-aggregati makroekonomiċi li fuq il-bażi tagħhom dawn jiġu kkalkulati, u jivvaluta s-sistemi tal-Kummissjoni għall-ipproċessar tagħhom sal-punt fejn il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri jkunu ġew riċevuti u rreġistrati fil-kontijiet konsolidati. Għar-riżorsi proprji tradizzjonali, aħna neżaminaw il-kontijiet tal-awtoritajiet doganali u nanalizzaw il-fluss tad-dazji sal-punt fejn l-ammonti jkunu ġew riċevuti mill-Kummissjoni u rreġistrati fil-kontijiet.

XXVIII.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta' pagamenti (inklużi dawk li jkunu saru għax-xiri ta' assi) minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati ladarba r-riċevitur tal-fondi jkun ipprovda evidenza tal-użu xieraq tagħhom, u l-Istituzzjoni jew il-korp ikun aċċetta dik l-evidenza billi japprova l-pagament bil-quddiem, li jista’ ma jseħħx qabel is-sena wara.

XXIX.

Bħala parti minn awditu, f’konformità mal-ISAs u l-ISSAIs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nżommu x-xettiċiżmu professjonali tul l-awditu. Minbarra dan, aħna:

(a)

Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet konsolidati u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-UE, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Aħna nfasslu u nwettqu proċeduri tal-awditjar li jkunu jirrispondu għal dawk ir-riskji, u niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna. Każijiet ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità li jkunu kkaġunati minn frodi huma aktar diffiċli li jinqabdu minn dawk li jkunu kkaġunati minn xi żball, billi l-frodi tista' tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonali, rappreżentazzjonijiet skorretti, jew ordnijiet superjuri fuq kontrolli interni. Konsegwentement, hemm riskju akbar li każijiet bħal dawn ma jinqabdux.

(b)

Niksbu fehim tal-kontroll intern rilevanti għall-awditu sabiex infasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa, iżda mhux bl-iskop li nagħtu opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern.

(c)

Nevalwaw l-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati mill-maniġment u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru minnu.

(d)

Naslu għal konklużjonijiet dwar l-adegwatezza tal-użu li l-maniġment jagħmel mill-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat u, abbażi tal-evidenza għall-awditjar miksuba, nikkonkludu jekk tkunx teżisti inċertezza materjali dovuta għal avvenimenti jew kundizzjonijiet li jistgħu jixħtu dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-entità biex tkompli bħala negozju avvjat. Jekk nikkonkludu li tkun teżisti inċertezza materjali bħal din, aħna meħtieġa li, fir-rapport tagħna, niġbdu l-attenzjoni għad-divulgazzjonijiet relatati fil-kontijiet konsolidati jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, li nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bbażati fuq l-evidenza għall-awditjar li tkun inkisbet sad-data tar-rapport tagħna. Madankollu, minħabba avvenimenti jew kundizzjonijiet fil-ġejjieni, entità tista’ ma tibqax tkompli tiffunzjona bħala negozju avvjat.

(e)

Nevalwaw il-preżentazzjoni, l-istruttura u l-kontenut ġenerali tal-kontijiet konsolidati, inklużi d-divulgazzjonijiet kollha, u nivvalutaw jekk il-kontijiet konsolidati ikunux jirrappreżentaw it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti ta’ bażi b’mod li tinkiseb preżentazzjoni ġusta.

(f)

Niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti u xierqa fir-rigward tal-informazzjoni finanzjarja dwar l-entitajiet koperti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni tal-UE, biex nagħtu opinjoni dwar il-kontijiet konsolidati u t-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Aħna responsabbli mid-direzzjoni, is-superviżjoni u t-twettiq tal-awditu, u aħna l-uniċi responsabbli għall-opinjoni tal-awditjar tagħna.

XXX.

Aħna nikkomunikaw mal-maniġment dwar, fost affarijiet oħra, l-ambitu u l-għażla taż-żmien ippjanati tal-awditu u dwar sejbiet tal-awditjar li jkunu sinifikanti, inklużi sejbiet dwar kwalunkwe defiċjenza sinifikanti fil-kontroll intern.

XXXI.

Mill-kwistjonijiet li jkunu ġew diskussi mal-Kummissjoni u mal-entitajiet awditjati l-oħra, aħna niddeterminaw liema kellhom l-akbar sinifikat fl-awditjar tal-kontijiet konsolidati u huma għalhekk il-kwistjonjiet ewlenin tal-awditjar għall-perjodu attwali. Aħna niddeskrivu dawn il-kwistjonijiet fir-rapport tagħna, dment li l-ebda liġi jew regolament ma jkun jipprekludi d-divulgazzjoni pubblika jew, kif jiġri f’każijiet rari ħafna, aħna niddeterminaw li kwistjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata fir-rapport tagħna minħabba li l-konsegwenzi avversi ta’ dan jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jkunu akbar minn kwalunkwe benefiċċju għall-interess pubbliku.

It-12 ta’ Lulju 2018.

Klaus-Heiner LEHNE

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, Luxembourg, LUXEMBOURG

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

Ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

1.1.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-awditur indipendenti tal-Unjoni Ewropea. Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), aħna:

(a)

nagħtu l-opinjoni tagħna dwar il-kontijiet tal-UE;

(b)

nivverifikaw jekk il-baġit tal-UE jintużax skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli;

(c)

nirrappurtaw dwar jekk l-infiq tal-UE huwiex ekonomiku, effiċjenti u effettiv (11); kif ukoll

(d)

nagħtu parir dwar proposti għal leġiżlazzjoni b’impatt finanzjarju.

 

1.2.

Ix-xogħol li aħna nwettqu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (spjegat fl- Anness 1.1 ) jippermettilna nilħqu l-ewwel u t-tieni objettivi ta' hawn fuq. Fl-oqsma ta' nfiq ewlenin tal-UE (12), ix-xogħol li nwettqu fil-qafas tar-rapport annwali jindirizza wkoll l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tal-infiq. Aħna nirrappurtaw dwar aspetti differenti tas-sistema stabbilita mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jintnefqu sew (13). Meħud fit-totalità tiegħu, ix-xogħol tal-awditjar li nwettqu jipprovdi wkoll kontribut importanti għall-opinjonijiet li nagħtu dwar proposti għal leġiżlazzjoni.

 

1.3.

Dan il-kapitolu tar-rapport annwali:

(a)

jiddeskrivi l-kuntest għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna u jagħti stampa ġenerali tas-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

(b)

jinkludi informazzjoni dwar każijiet ta’ frodi suspettata li nirrappurtaw lill-OLAF;

(c)

jagħti sinteżi tal-approċċ tal-awditjar tagħna (ara l- Anness 1.1 ).

 

L-infiq tal-UE huwa għodda sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ta' politika

1.4.

L-infiq tal-UE huwa mezz importanti — iżda mhux l-uniku wieħed — għall-ilħuq tal-objettivi ta' politika. Mezzi importanti oħra jinkludu l-użu ta' leġiżlazzjoni u l-moviment liberu ta' oġġetti, servizzi, kapital u persuni madwar l-UE. Fl-2017, l-infiq tal-UE ammonta għal EUR 137,4  biljun (14), li jirrappreżenta 2,0  % tal-infiq totali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE u 0,9  % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE (il- Kaxxa 1.1 ).

 

Kaxxa 1.1 —   L-infiq tal-UE fl-2017 bħala perċentwal tal-introjtu nazzjonali gross (ING) u tal-infiq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi

Image

Sors:

ING tal-Istati Membri: kontijiet annwali tal-Kummissjoni Ewropea għall-2017 — Anness A — Dħul;

Infiq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri: L-Eurostat — il-kontijiet nazzjonali annwali;

Infiq tal-UE: il-Kummissjoni Ewropea — Il-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

1.5.

Il-fondi tal-UE jiġu żborżati lill-benefiċjarji jew permezz ta’ pagamenti uniċi/pagamenti akkont annwali jew permezz ta’ serje ta’ pagamenti fi ħdan skemi ta’ nfiq pluriennali. Fl-2017, il-pagamenti li saru mill-baġit tal-UE ammontaw għal EUR 137,4  biljun, li kienu jikkonsistu minn EUR 29,7  biljun f’prefinanzjamenti u EUR 107,7  biljun f’pagamenti uniċi, interim jew finali. Kif jidher fil- Kaxxa 1.2 , l-akbar sehem mill-baġit tal-UE ġie allokat għall-Intestatura “Riżorsi naturali” (EUR 56,7  biljun; 41 % tat-total), segwita mill-Intestatura “Koeżjoni” (EUR 35,7  biljun; 26 % tat-total) u “Kompetittività” (EUR 21,4  biljun; 15,6  % tat-total).

 

Kaxxa 1.2 -   Pagamenti fl-2017 skont l-intestatura tal-QFP

Image

QFP 1a — Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi (“Kompetittività”)

QFP 1b — Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (“Koeżjoni”)

QFP 2 — Riżorsi naturali

QFP 3 — Sigurtà u ċittadinanza

QFP 4 — Ewropa Globali

QFP 5 — Amministrazzjoni

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

SEJBIET TAL-AWDITJAR GĦAS-SENA FINANZJARJA 2017

Il-kontijiet ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali

1.6.

L-osservazzjonijiet tagħna jikkonċernaw il-kontijiet konsolidati (il-“kontijiet”) (15) tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017. Aħna rċevejniehom, flimkien mal-ittra tar-rappreżentazzjonijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà, fis-27 ta' Ġunju 2018, qabel id-data finali għall-preżentazzjoni stabbilita bir-Regolament Finanzjarju (16). Il-kontijiet huma akkumpanjati minn “Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju” (17). Din l-analiżi mhijiex koperta mill-opinjoni tal-awditjar tagħna. Madankollu, skont l-istandards tal-awditjar, aħna wettaqna valutazzjoni tal-konsistenza tagħha mal-informazzjoni fil-kontijiet.

 

1.7.

Il-kontijiet ippubblikati mill-Kummissjoni juru li, fil-31 ta’ Diċembru 2017, l-obbligazzjonijiet totali kienu jammontaw għal EUR 236,5  biljun meta mqabbla ma’ assi totali ta' EUR 166,2  biljun. Ir-riżultat ekonomiku għall-2017 huwa ta’ EUR 8,1  biljun.

 

1.8.

L-awditu tagħna ppermettielna naslu għall-konklużjoni li l-kontijiet ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali. L-osservazzjonijiet tagħna dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja tal-fondi tal-UE huma ppreżentati fil-Kapitolu 2.

 

Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar

1.9.

Il-kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar huma dawk li, fil-ġudizzju professjonali tagħna, kienu tal-akbar sinifikat fl-awditu li wettaqna tar-rapporti finanzjarji tal-perjodu attwali. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-kuntest tal-awditu tagħna tar-rapporti finanzjarji fl-intier tagħhom kif ukoll aħna u nifformulaw l-opinjonijiet tagħna dwarhom, iżda ma nipprovdux opinjoni separata dwar dawn il-kwistjonijiet. Skont l-Istandard Internazzjonali tal-Awditjar ISA 701 (18), aħna nirrappurtaw dwar kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna.

 

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

1.10.

Aħna neżaminaw id-dħul u l-infiq tal-UE biex nivvalutaw jekk dawn ikunux konformi mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għad-dħul huma ppreżentati fil-Kapitolu 4 u għall-infiq fil-Kapitoli 5 sa 10.

 

L-awditu li wettaqna jkopri l-infiq li ġie aċċettat mill-Kummissjoni fl-2017

1.11.

Biex inwettqu l-awditu tagħna, aħna eżaminajna t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-UE. Dawn kienu jinkludu t-trasferimenti ta’ fondi mill-baġit tal-UE lir-riċevituri finali tal-infiq tal-UE, il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-baġit tal-UE u d-dħul minn sorsi oħra. Aħna neżaminaw l-infiq fil-mument meta r-riċevituri finali tal-fondi tal-UE jkunu wettqu attivitajiet jew ġarrbu spejjeż, u meta l-Kummissjoni tkun aċċettat l-infiq (“infiq aċċettat”). Fil-prattika, dan ifisser li l-popolazzjoni tagħna ta’ tranżazzjonijiet tkopri l-pagamenti interim u dawk finali. Aħna ma eżaminajniex l-ammonti prefinanzjati ħlief jekk kienu ġew approvati fl-2017.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

1.12.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għamlu bosta bidliet għal-leġiżlazzjoni settorjali relatata ma’ “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” għall-perjodu 2014–2020 (ara l-paragrafi 6.5 sa 6.10) meta mqabbel mar-regoli applikabbli għall-perjodu 2007–2013. L-aktar ħaġa importanti hi li issa l-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati mill-programmi jridu jippreżentaw pakkett ta’ aċċertament annwali, li jinkludi l-kontijiet u li jkopri l-infiq iċċertifikat lill-Kummissjoni fis-sena kontabilistika. Il-Kummissjoni taċċetta l-kontijiet jekk, fl-opinjoni tal-awtoritajiet tal-awditjar, il-kontijiet ikunu kompleti, preċiżi u veri. Hija tivvaluta l-pakkett ta’ aċċertament biex tiżgura li r-rata tal-iżball residwu tibqa’ taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 % għal kull programm u tapplika korrezzjonijiet finanzjarji jekk ikun meħtieġ.

 

1.13.

Il-modifiki għal-leġiżlazzjoni settorjali għal “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” għandhom impatt fuq dak li l-Kummissjoni tqis li huwa “nfiq aċċettat” f’dan il-qasam. B’riżultat ta’ dan, il-popolazzjoni li awditjajna għal din l-intestatura tal-QFP hija differenti minn dik ta’ snin preċedenti u tikkonsisti f’pagamenti finali (inklużi prefinanzjamenti li kienu ġew approvati) għall-perjodu 2007–2013 u f’infiq kopert mill-kontijiet aċċettati fuq bażi annwali mill-Kummissjoni, għall-perjodu 2014–2020 (ara l-paragrafi 2 sa 6 tal- Anness 1.1 u l-paragrafi 6.16-6.19). Dan ifisser li aħna ttestjajna tranżazzjonijiet li għalihom l-azzjonijiet korrettivi rilevanti kollha kienu ġew implimentati fil-livell tal-Istati Membri.

1.13.

Il-Kummissjoni tinnota li l-infiq aċċettat xorta jista’ jkun soġġett għal korrezzjonijiet finanzjarji fis-snin ta’ wara, fejn xieraq, pereżempju wara verifiki u kontrolli sussegwenti mill-Kummissjoni.

1.14.

Għall-Intestatura 1b tal-QFP, il-pagamenti interim li saru fl-2017 għall-perjodu 2014–2020 ammontaw għal madwar EUR 21 biljun. Aħna se ninkludu dawn il-pagamenti interim u l-prefinanzjamenti fil-popolazzjoni tagħna f’sena aktar ’il quddiem ladarba l-kontijiet ikunu ġew aċċettati mill-Kummissjoni u approvati permezz ta’ deċiżjoni annwali.

 

Kaxxa 1.3 —   Tqabbil bejn il-popolazzjoni li awditjajna għall-2017 u l-Baġit 2017 tal-UE skont l-intestatura tal-QFP

Image

(*)

Għall-Intestatura 1b tal-QFP, l-ammont ta’ EUR 30,7  biljun f’prefinanzjamenti jinkludi pagamenti interim għall-perjodi ta' programmazzjoni 2007–2013 u 2014–2020 li jammontaw għal EUR 21,7  biljun. F’konformità mal-approċċ tagħna għal dan il-qasam, dawn il-pagamenti ma jagħmlux parti mill-popolazzjoni awditjata minna għar-Rapport Annwali 2017.

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

1.15.

Il- Kaxxa 1.3 turi r-ripartizzjoni tal-popolazzjoni li awditjajna għall-2017 f’pagamenti uniċi, interim (fejn ikunu ġew aċċettati mill-Kummissjoni) u finali, approvazzjonijiet ta’ prefinanzjamenti u deċiżjonijiet annwali dwar l-aċċettazzjoni tal-kontijiet. Għall-2017, aħna awditjajna tranżazzjonijiet b’valur totali ta’ EUR 100,2  biljun. Din is-sena, l-Intestatura “Riżorsi naturali” tikkostitwixxi l-akbar sehem mill-popolazzjoni kumplessiva tagħna (57 %), filwaqt li, meta mqabbel ma’ snin preċedenti, l-Intestatura 1b tal-QFP “Koeżjoni” tirrappreżenta proporzjon relattivament żgħir (madwar 8 %) (il- Kaxxa 1.4 ).

 

Kaxxa 1.4 —   Stampa ġenerali tal-popolazzjoni li awditjajna għall-2017 skont l-intestatura tal-QFP

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għall-2017 juru li l-iżbalji huma limitati għal oqsma speċifiċi tal-baġit tal-UE

1.16.

F’dak li jikkonċerna r-regolarità tad-dħul u l-infiq tal-UE, is-sejbiet ewlenin tagħna kienu:

1.16.

(a)

Id-dħul kien ħieles minn żball materjali. Is-sistemi relatati mad-dħul kienu kumplessivament effettivi, iżda l-kontrolli interni ewlenin tar-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) li vvalutajna fil-Kummissjoni u f’ċerti Stati Membri kienu parzjalment effettivi (il-paragrafu 4.21);

 

(b)

Għall-infiq, l-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball kien materjali. Aħna nistmaw li l-livell kumplessiv ta' żball fl-infiq huwa ta' 2,4  %, iżda l-iżbalji materjali kienu limitati prinċipalment għall-infiq ibbażat fuq rimborżi, li jirrappreżenta madwar 47 % tal-popolazzjoni awditjata. Il-livell kumplessiv ta’ żball stmat minna naqas meta mqabbel ma’ snin preċedenti (il- Kaxxa 1.5 ).

(b)

Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li din is-sena tirrappreżenta titjib sinifikanti ulterjuri fejn jidħlu riżultati.

Kaxxa 1.5 —   Il-livell ta’ żball stmat (2015 sa 2017)

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Il-mod kif il-fondi tal-UE jiġu żborżati għandu impatt fuq ir-riskju ta’ żball

1.17.

Minħabba l-evoluzzjoni tar-riżultati tal-awditjar tagħna, il-livell kumplessiv ta’ żball stmat ma għadux l-unika bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna. Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għall-2017 jikkonfermaw is-sejbiet tagħna mill-2015 u mill-2016: jiġifieri, li l-mod kif il-fondi jiġu żborżati għandu impatt fuq ir-riskju ta’ żball. Inġenerali, aħna sibna li l-infiq ibbażat fuq drittijiet (19) kien ħieles minn żball materjali, iżda l-infiq ibbażat fuq rimborżi kompla jkun milqut minn livell materjali ta’ żball (il- Kaxxa 1.6 ).

1.17.

Ir-riżultati dwar il-legalità u r-regolarità qegħdin jitjiebu sena wara sena. Il-Kummissjoni tqis li din hija konsegwenza tal-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex titjieb ulterjorment il-ġestjoni tal-fondi (ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.26, 7.10 u 7.11).

Kaxxa 1.6 —   Il-pagamenti bbażati fuq drittijiet li saru fl-2017 huma ħielsa minn żball materjali

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Il-pagamenti bbażati fuq drittijiet huma ħielsa minn żball materjali

1.18.

Aħna nistmaw li l-livell ta’ żball għal infiq ibbażat fuq drittijiet (bl-esklużjoni ta’ ċerti skemi ta’ żvilupp rurali) huwa taħt is-soll ta' materjalità tagħna ta’ 2 %, kif kien fl-2016. Għall-infiq ibbażat fuq drittijiet, il-benefiċjarji jirċievu pagament jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Pagamenti bħal dawn jirrappreżentaw riskju aktar baxx ta’ żball jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti ma jkunux kumplessi żżejjed. Il-pagamenti kkonċernati (il- Kaxxa 1.7 ) jinkludu fellowships għall-istudenti u għar-riċerka (QFP 1a — il-Kapitolu 5), għajnuna diretta għal bdiewa (QFP 2 — il-Kapitolu 7) u appoġġ baġitarju lil pajjiżi terzi (QFP 4, il-Kapitolu 9). Il-pagamenti amministrattivi jikkonsistu prinċipalment fis-salarji u l-pensjonijiet tal-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE (QFP 5 — il-Kapitolu 10). Kumplessivament, l-infiq ibbażat fuq drittijiet jirrappreżenta madwar 53 % tal-popolazzjoni li awditjajna.

 

Kaxxa 1.7 —   Ripartizzjoni tal-infiq mill-baġit tal-UE (infiq ibbażat fuq rimborżi u infiq ibbażat fuq drittijiet) skont l-intestatura tal-QFP

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

L-infiq ibbażat fuq rimborżi jkompli jkun milqut minn livell materjali ta’ żball

1.19.

Fejn kienu ġew stabbiliti kundizzjonijiet kumplessi, aħna sibna riskju akbar ta’ żball. Dan japplika għall-infiq ibbażat fuq rimborżi u għal proporzjon żgħir tal-infiq ibbażat fuq drittijiet fejn japplikaw kundizzjonijiet kumplessi (ċerti skemi ta’ żvilupp rurali). Dan it-tip ta’ nfiq b’riskju għoli jirrappreżenta madwar 47 % tal-popolazzjoni li awditjajna. Aħna nistmaw li l-livell ta’ żball f’dan it-tip ta’ nfiq huwa ta’ 3,7  % (fl-2016: 4,8  %), li huwa sinifikattivament ogħla mis-soll ta' materjalità ta’ 2 % (il- Kaxxa 1.6 ).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

1.20.

L-infiq ibbażat fuq rimborżi jkopri l-klejms tal-benefiċjarji għal spejjeż eliġibbli li jkunu ġarrbu. Għal dan l-għan, huma jridu jipprovdu informazzjoni li turi li huma jkunu involuti f’attività eliġibbli għall-appoġġ kif ukoll l-ispejjeż imġarrba li għalihom huma jistgħu jikklejmjaw rimborż. Meta jagħmlu dan, huma jridu jsegwu regoli kkumplikati rigward x'jista' jiġi kklejmjat (eliġibbiltà) u kif l-ispejjeż jistgħu jiġġarrbu b'mod xieraq. Din il-kumplessità twassal għal żbalji li jaffettwaw il-konklużjoni tagħna għall-Intestatura 1a tal-QFP “Kompetittività” (il-paragrafi 5.31-5.32), l-Intestatura 1b “Koeżjoni” (il-paragrafi 6.73-6.76), u l-Intestatura 2 “Riżorsi naturali” (il-paragrafi 7.40-7.41).

1.20.

Il-Kummissjoni tinnota li n-nefqa bbażata fuq ir-rimborż tinkludi kemm l-infiq rimborżat fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali u fuq il-bażi ta’ għażliet ta’ spejjeż issimplifikati. Il-QEA kkonfermat fis-snin preċedenti li proġetti implimentati abbażi ta’ għażliet ta’ spejjeż issimplifikati huma inqas suxxettibbli għal żbalji. L-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati jirrappreżentaw perċentwal sinifikanti ta’ operazzjonijiet tal-FSE, il-FEŻR u l-FK (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.77).

Il-proposta Omnibus, fl-abbozzar tagħha li jirriżulta mill-ftehim politiku bejn il-Kunsill u l-Parlament, wessgħet b’mod sinifikanti l-ambitu u l-applikabilità tal-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati u ta’ pagamenti bbażati fuq kundizzjonijiet. Il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni għall-2021-2027 tipprovdi aktar possibilitajiet għall-użu tal-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati u ta’ pagamenti b’kundizzjonijiet sabiex tkompli titnaqqas il-kumplessità.

1.21.

Il-biċċa l-kbira mill-fondi tal-UE bbażati fuq rimborżi jintnefqu fuq proġetti ta’ riċerka (Kompetittività), skemi ta’ taħriġ (Koeżjoni), proġetti fl-iżvilupp reġjonali u rurali (Koeżjoni u Żvilupp rurali) u proġetti ta’ żvilupp (Ewropa Globali). Kif jidher fil- Kaxxa 1.8 , “miżuri tas-suq taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd” u “Kompetittività” kienu l-akbar kontributuri għal-livell ta’ żball stmat minna għall-2017 għall-infiq ibbażat fuq rimborżi, segwiti minn “Koeżjoni” u “Ewropa Globali”. Din id-distribuzzjoni hija differenti minn dik għal snin preċedenti. Dan huwa prinċipalment dovut għall-volum baxx ta’ nfiq aċċettat f’“Koeżjoni”.

 

Kaxxa 1.8 —   Kontribuzzjoni ta’ kull intestatura tal-QFP għal-livell ta’ żball stmat għall-2017 fl-infiq ibbażat fuq rimborżi (%)

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Aħna sibna li l-infiq fuq “Kompetittività”, “Koeżjoni” u “Riżorsi naturali” huwa milqut minn livell materjali ta’ żball

1.22.

Din is-sena, aħna nipprovdu valutazzjoni speċifika għal erba’ intestaturi tal-QFP: “Kompetittività”, “Koeżjoni”, “Riżorsi naturali” u “Nefqa amministrattiva”. Aħna ma nistmawx il-livelli ta' żball għal oqsma oħra ta' nfiq, inklużi l-Intestatura 3 tal-QFP (il-Kapitolu 8) u l-Intestatura 4 (il-Kapitolu 9). B'kollox, l-infiq kopert mid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna f'dawn l-oqsma ammonta għal EUR 11,1  biljun (11,1  % tal-infiq kopert mill-awditu tagħna). Ix-xogħol li twettaq f'dawn l-oqsma jkompli jikkontribwixxi għall-konklużjonijiet kumplessivi tagħna dwar l-2017.

 

1.23.

“Kompetittività” (il-Kapitolu 5): l-infiq f’dan il-qasam huwa milqut minn livell materjali ta’ żball. Madwar 90 % tal-infiq huwa bbażat fuq rimborżi, u l-iżbalji hawnhekk essenzjalment jirriflettu kategoriji differenti ta’ spejjeż ineliġibbli (b’mod partikolari spejjeż għall-persunal u spejjeż oħra, proġetti u benefiċjarji ineliġibbli).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

1.24.

“Koeżjoni” (il-Kapitolu 6): l-infiq f’dan il-qasam huwa ddominat minn rimborżi. It-tip prinċipali ta’ żball li nqabad mill-awtoritajiet tal-awditjar kien dak ta’ spejjeż ineliġibbli. Għal dawn l-iżbalji, l-awtoritajiet tal-Istati Membri ġeneralment applikaw korrezzjonijiet sabiex inaqqsu r-rati tal-iżball residwu tal-programmi għal taħt is-soll ta' materjalità ta’ 2 %. Madankollu, aħna sibna wkoll żbalji li l-awtoritajiet tal-awditjar ma kinux qabdu, inklużi, fil-każ ta’ awtorità tal-awditjar partikolari, riċevituri ineliġibbli li kienu ġew iffinanzjati permezz ta’ strumenti finanzjarji. La l-awtoritajiet tal-Istati Membri u lanqas il-Kummissjoni ma applikaw korrezzjonijiet għal dawn l-iżbalji. Ibbażat fuq l-iżbalji li nqabdu mill-awtoritajiet tal-awditjar jew minna nfusna, u wara li qisna l-korrezzjonijiet finanzjarji rilevanti kollha, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball f’dan il-qasam huwa materjali.

1.24.

Il-Kummissjoni tinnota li l-istima tal-QEA tal-livell ta’ żball għall-politika ta’ Koeżjoni din is-sena tirrappreżenta titjib sinifikanti, fil-kunsiderazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji kollha diġà applikati mill-awtoritajiet tal-programmi. L-infiq aċċettat jista’ jkun xorta waħda soġġett għal korrezzjonijiet finanzjarji fis-snin ta’ wara, skont kif ikun jixraq, pereżempju wara verifiki u kontrolli sussegwenti mill-Kummissjoni.

Is-simplifikazzjoni tirrapreżenta l-iktar mod effettiv ta’ kif jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piż ta’ kontroll u r-riskju ta’ żbalji. L-oqsma ta’ politika li huma suġġetti għal sistemi sodi ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll u ta’ regoli ta’ eliġġibbiltà anqas kumplessi wkoll huma anqas suxxettibbli għal żbalji (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.20).

1.25.

“Riżorsi naturali” (il-Kapitolu 7): jekk jittieħed fl-intier tiegħu, dan il-qasam huwa milqut minn livell materjali ta’ żball. Madankollu, il-pagamenti diretti mill-FAEG jirrappreżentaw madwar tliet kwarti tal-infiq hawnhekk u huma ħielsa minn żball materjali. Il-pagamenti diretti lill-bdiewa huma bbażati fuq drittijiet u jibbenefikaw minn regoli simplifikati relatati mal-eliġibbiltà tal-art u minn sistema ta’ kontroll ex ante effettiva (SIAK) li tippermetti li jsiru kontroverifiki awtomatizzati bejn databases differenti. Aħna nkomplu nsibu livell ta’ żball li huwa persistentement għoli fl-oqsma l-oħra ta’ nfiq (żvilupp rurali, miżuri tas-suq taħt il-FAEG, ambjent, azzjoni klimatika u sajd). L-infiq f’dawn l-oqsma ġeneralment jiġi żborżat permezz tar-rimborż tal-ispejjeż. Benefiċjarji, attivitajiet, proġetti jew infiq ineliġibbli jikkontribwixxu madwar żewġ terzi tal-livell ta’ żball stmat għal din l-intestatura tal-QFP.

 

1.26.

“Amministrazzjoni” (il-Kapitolu 10): dan il-qasam huwa ħieles minn żball materjali. Il-biċċa l-kbira mill-infiq hawnhekk isir fil-forma ta’ salarji, pensjonijiet u allowances imħallsa mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE.

 

L-iżbalji ta’ eliġibbiltà jkomplu jikkontribwixxu l-aktar għal-livell ta’ żball stmat għall-infiq ibbażat fuq rimborżi

1.27.

Din is-sena, aħna ffukajna aktar mill-qrib fuq it-tipi ta’ żball li jinstabu fl-infiq ibbażat fuq rimborżi peress li dan huwa l-qasam fejn jippersisti livell materjali ta’ żball. Il- Kaxxa 1.9 tipprovdi ripartizzjoni, skont it-tip ta’ żball, tal-livell ta’ żball stmat għall-2017, li huwa ta’ 3,7  %, għall-infiq ibbażat fuq rimborżi. Hija tipprovdi wkoll iċ-ċifri kumparabbli għall-istima għall-2016 (4,8  %) (20).

 

Kaxxa 1.9 —   Ripartizzjoni, skont it-tip ta' żball, tal-livell ta' żball stmat għall-infiq ibbażat fuq rimborżi

Image

Sors: Il-QEA.

1.28.

Bħalma kien il-każ fl-2016, l-iżbalji ta’ eliġibbiltà (jiġifieri spejjeż ineliġibbli li kienu inklużi fil-klejms għall-ispejjeż, nuqqas ta’ rispett tal-impenji agroambjentali klimatiċi (żvilupp rurali) u proġetti/attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli) jikkontribwixxu l-aktar għal-livell ta’ żball stmat għall-2017. Madankollu, l-impatt tagħhom żdied b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-2016 (2017: 93 %; 2016: 73 %). Dan kien dovut għall-fatt li aħna sibna ammont żgħir ħafna biss ta’ żbalji fl-akkwist pubbliku din is-sena.

1.28.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-każijiet identifikati mill-QEA u se tipproponi azzjoni skont kif tqis li jkun neċessarju.

Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ ssodisfar ta’ impenji dwar il-klima fil-qasam agri-ambjentali mhix neċessarjament kwistjoni ta’ eliġibbiltà. Hija applikata sanzjoni proporzjonata, li jkun biss f’għadd ta’ każi eċċezzjonali u limitati li tista’ tilħaq il-100 %. Ara wkoll il-paragrafu 7.19.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

1.29.

B’kuntrast għall-2016, żbalji serji fl-akkwist pubbliku kkontribwew inqas minn 1 % (2016: 18 %) għal-livell ta' żball stmat minna. Dan jista’ jiġi spjegat mil-livell relattivament baxx ta’ nfiq li kien aċċettat taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (il-paragrafu 6.18). Ir-riżultati tal-awditjar preċedenti tagħna juru li dawn il-fondi huma aktar suxxettibbli għal żbalji fi proċeduri ta' akkwist pubbliku.

1.29.

Il-Kummissjoni tenfasizza li d-diversi azzjonijiet preventivi u korrettivi tagħha skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2013 tagħha dwar l-akkwist pubbliku kif ukoll il-kundizzjonalità ex ante speċifika fir-rigward tal-akkwist pubbliku introdotta fil-qafas legali tal-2014-2020 għall-fondi SIE ukoll kienu ta’ kontribut fl-indirizzar tad-dgħufijiet identifikati f’dak il-qasam.

L-istima mill-Kummissjoni tal-livell ta’ żball tinsab fil-limitu inferjuri tal-firxa indikata minna

1.30.

Skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni hija fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u timmaniġġja l-infiq tal-UE f’kooperazzjoni mal-Istati Membri (21). Il-Kummissjoni tagħti kont tal-azzjonijiet tagħha fi tliet rapporti li flimkien jiffurmaw il-“Pakkett ta’ Rappurtar Finanzjarju Integrat” (22):

(a)

Il-kontijiet konsolidati tal-UE (proviżorji f’Marzu; finali f’Ġunju);

(b)

Ir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) (l-ebda verżjoni proviżorja; verżjoni finali f’Ġunju);

(c)

Ir-rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza tas-sena finanzjarja preċedenti (Lulju).

 

1.31.

Taħt l-istrateġija tagħna għall-2018–2020, aħna ddeċidejna li nibbażaw id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna fuq approċċ ta’ attestazzjoni, li jfisser li aħna għandna l-intenzjoni li nipprovdu aċċertament dwar id-dikjarazzjoni magħmula mill-(maniġment tal-) Kummissjoni. Dan jibni fuq l-esperjenza li akkwistajna mill-1994 ’il hawn fl-applikazzjoni ta’ dan l-approċċ waqt l-awditjar tal-affidabbiltà tal-kontijiet. Għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, aħna qed naħdmu mal-Kummissjoni biex nistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex isir progress lejn dan l-approċċ. Element importanti huwa d-disponibbiltà ta’ informazzjoni f’waqtha, kemm għall-kompilazzjoni tad-dokumenti kif ukoll għat-twettiq tal-awditjar (23).

1.31.

Il-Kummissjoni tappoġġa l-idea ta’ evoluzzjoni li permezz tagħha jkun jista’ jsir użu akbar tal-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mis-suġġett tal-verifika, inkluża l-azzjoni korrettiva meħuda kif ukoll ta’ aktar elementi kwalitattivi, filwaqt li jiġu akkomodati l-ispeċifiċitajiet tad-diversi oqsma ta’ politika, inkluża l-pluriennalità. Madankollu, f’dan l-istadju, hemm bżonn ta’ aktar kjarifiki fir-rigward tal-implikazzjonijiet eżatti jew il-konsegwenzi ta’ approċċ ta’ attestazzjoni għall-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-benefiċjarji, partikolarment fejn jidħlu spejjeż, piż amministrattiv u żmien.

1.32.

Fl-AMPR, il-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjoni tagħha tal-ammonti f’riskju. L-ammont f’riskju meta jsir il-pagament jirrappreżenta l-istima mill-Kummissjoni tal-ammont mhux imħallas skont ir-regoli applikabbli fil-mument meta jsir il-pagament. Din iċ-ċifra hija l-eqreb għal-livell ta’ żball stmat minna.

1.32.

Il-Kummissjoni għamlet progress fejn tidħol il-limitazzjoni tar-rata ta’ żbalji ġenerali tal-pagament.

Barra minn dan, l-ammont kumplessiv f’riskju fl-għeluq għall-2017, ippreżentat fir-Rapport Annwali tal-Ġestjoni u l-Prestazzjoni huwa stmat li hu inqas minn 2 % tal-infiq rilevanti totali wara li jitqiesu l-korrezzjonijiet stmati fil-futur.

1.33.

Minbarra l-ammont f’riskju meta jsir il-pagament, il-Kummissjoni tippreżenta wkoll indikaturi oħra tar-regolarità. Il- Kaxxa 1.10 turi r-rabta bejn l-ammont f’riskju meta jsir il-pagament u dawn l-indikaturi l-oħra.

 

Kaxxa 1.10 -   Rabta bejn l-ammont f’riskju meta jsir il-pagament u l-ammont f’riskju meta jsir ir-rappurtar /l-ammont kumplessiv f’riskju fl-għeluq

Image

Sors: Il-Kummissjoni – AMPR 2016, p. 71.

1.34.

Il- Kaxxa 1.11 tqabbel iċ-ċifri ppreżentati mill-Kummissjoni għall-ammont f’riskju meta jsir il-pagament mal-firxa tal-livell ta’ żball stmat minna. L-AMPR ma jsegwix l-istess proċedura bħall-kontijiet konsolidati tal-UE, li nirċievu verżjoni proviżorja tagħhom fi tmiem Marzu. Għalhekk, aħna ma neżaminawx l-informazzjoni fl-AMPR fiha nfisha. L-ammont f’riskju meta jsir il-pagament, ikkalkulat mill-Kummissjoni għall-2017 u ppreżentat fl-AMPR, huwa ta’ 1,7  % (meta mqabbel ma’ 2,1  %-2,6  % għall-2016), jiġifieri jinsab fil-limitu inferjuri tal-firxa indikata minna. Il-livell ta' żball stmat minna huwa ta’ 2,4  % (2016: 3,1  %) f’firxa ta’ bejn 1,4  % u 3,4  %.

1.34.

Ir-RAĠP jiġi adotatt f’nofs Ġunju, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u, fil-każ tal-ammont f’riskju fil-waqt tal-pagament, imsemmi mill-QEA, jissejjes fuq l-informazzjoni dettaljata fir-Rapporti ta’ Attività Annwali (RAA) tad-Diretturi Ġenerali. Ir-RAA ikunu, fil-prinċipju, disponibbli għall-QEA malli jkunu ffirmati. Huwa meħtieġ żmien suffiċjenti għall-preparazzjoni tar-RAA u tar-RAĠP sabiex id-data l-aktar kruċjali pprovduta mill-Istati Membri tiġi analizzata u vvalutata.

Kaxxa 1.11 —   L-istima tal-Kummissjoni għall-ammont f’riskju meta jsir il-pagament mqabbla mal-istima tagħna

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Il-komponenti individwali tal-istima mill-Kummissjoni mhux dejjem jikkonformaw mas-sejbiet tagħna

1.35.

Il-Kummissjoni tuża d-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni li jsiru mid-diretturi ġenerali tagħha fir-rapporti annwali tal-attività (RAA) tagħhom bħala l-bażi għall-valutazzjoni kumplessiva tal-legalità u r-regolarità. Il-Kapitoli 4 sa 10 jinkludu taqsima dwar RAA magħżula, fejn aħna neżaminaw jekk dawn humiex konsistenti mas-sejbiet proprji tagħna.

1.35.

Ir-RAA huma r-rapporti kruċjali tad-Diretturi Ġenerali lill-Kulleġġ tal-Kummissarji dwar il-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom. Ir-RAA jagħtu kont ta’ dak li jkun inkiseb mill-objettivi ġenerali u speċifiċi, kif stipulati fil-pjani strateġiċi u maniġerjali tad-Direttorati Ġenerali. Jinkludu wkoll il-kisba fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja, il-kontroll intern kif ukoll il-ġestjoni organizzazzjonali.

1.36.

L-indikaturi tar-regolarità (ċifri ppreżentati fir-rapporti annwali tal-attività għall-ammonti f’riskju meta jsir il-pagament):

1.36.

(a)

jikkonformaw globalment mas-sejbiet proprji tagħna għall-Intestatura 2 tal-QFP “Riżorsi naturali” u mal-Intestatura 5 tal-QFP “Amministrazzjoni”;

 

(b)

huma taħt il-livell ta' żball stmat minna għall-Intestatura 1a tal-QFP “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” u l-Intestatura 1b tal-QFP “Koeżjoni”.

(b)

Għar-rigward tal-intestatura 1a QFP “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni ppreżentata fir-RAA fir-rigward tar-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti tjiebet (ara l-paragrafi 5.23-5.25).

Il-Kummissjoni tinnota li l-ammont tal-2017 aggregat tagħha li hu stmat f’riskju meta jsir il-pagament għal “Koeżjoni” taħt l-intestatura 1b tal-QFP kif jirriżulta mir-RAA tad-DG REGIO u EMPL jaqa’ fil-medda kkalkulata mill-QEA.

Il-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ammont f’riskju fl-għeluq

1.37.

L-ammont f’riskju fl-għeluq, li jidher fil- Kaxxa 1.10 , huwa influwenzat mill-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri li l-maniġers tal-fondi tal-UE jistennew li jagħmlu skont l-istimi tagħhom. Dawn huma għodda importanti ta’ ġestjoni li tista’ tnaqqas l-impatt tal-infiq irregolari fuq il-baġit tal-UE.

1.37.

Il-kunċett “l-ammont f’riskju fl-għeluq” jiffinalizza l-istampa globali tal-programmi pluriennali peress li jagħti informazzjoni addizzjonali dwar l-ammont f’riskju li jifdal ladarba jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-azzjonijiet kollha, inkluż il-“kapaċità korrettiva”, jiġifieri, l-aħjar stima tal-korrezzjonijiet li se jsiru fis-snin wara l-infiq.

1.38.

Il-Kummissjoni tuża l-korrezzjonijiet u l-irkupri applikati fi snin preċedenti biex tagħmel stima tal-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri. L-ammont f’riskju fl-għeluq irrappurtat fl-AMPR huwa l-ammont f’riskju meta jsir il-pagament (il-paragrafu 1.32) bit-tnaqqis tal-istima għall-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri. Il- Kaxxa 1.12 turi r-rabtiet bejn iċ-ċifri reali u l-istimi futuri għall-korrezzjonijiet u l-irkupri, fi tmiem is-sena ta’ rappurtar.

1.38.

L-istimi tad-dipartimenti tal-Kummissjoni huma konservattivi sabiex tiġi evitata kwalunkwe possibilità ta’ stima eċċessiva tal-kapaċità korrettiva. Tali stimi huma tabilħaqq sa ċertu punt ibbażati fuq il-medja tal-korrezzjonijiet attwali li kienu saru fis-snin preċedenti. Madankollu, din il-bażi storika mhux dejjem tkun għal kollox relevanti għall-istima ta’ korrezzjonijiet futuri u jista’ jkun li jkollha tiġi aġġustati kif dovut. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.39.

Kaxxa 1.12 —   Stima mill-Kummissjoni għall-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri, kif ukoll għall-ammonti f’riskju

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

L-istima mill-Kummissjoni għall-korrezzjonijiet u l-irkupri hija bbażata fuq medja storika aġġustata

1.39.

Biex tħejji stima tal-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri, il-Kummissjoni tuża medja storika bbażata fuq it-tranżazzjonijiet li jkunu saru matul is-snin preċedenti. Il-Kummissjoni tqis li din hija l-aħjar indikazzjoni disponibbli tal-kapaċità korrettiva tagħha. Biex jiżgura li din iċ-ċifra tkun rilevanti għall-programmi attwali, id-DĠ BUDG jirrikjedi li d-direttorati ġenerali l-oħra jaġġustaw il-medja storika jew jużaw metodu ta’ stima ieħor kif ikun xieraq (24).

1.39.

Id-data storika tista’ tkun affettwata minn avvenimenti ta’ darba jew relatati ma’ programmi preċedenti bi profili ta’ riskju differenti minn dawk attwali (li jistgħu jkunu ġew issimplifikati u jkunu saru inqas suxxettibbli għall-iżbalji). Għal dawn ir-raġunijiet, id-data storika tiġi aġġustata jew mibdula kif imiss.

1.40.

Filwaqt li osservajna titjib għas-sena finanzjarja 2017, id-data storika kompliet tkun milquta minn żbalji ta’ klassifikazzjoni u ta’ input jew kienet tinkludi elementi li ma kinux rilevanti għall-kalkolu (25).

1.40.

Id-data storika hija rilevanti għall-istima ta’ korrezzjonijiet futuri iżda xi kultant ikun meħtieġ li tiġi aġġustata kif imiss. Din hija preċiżament waħda mir-raġunijiet għalfejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni jintalbu jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ aġġustament/sostituzzjoni tal-bażi storika.

Il-Kummissjoni ilha kontinwament għadejja bit-titjib fir-rappurtar tal-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri u tal-kwalità tad-data sottostanti matul dawn l-aħħar snin.

1.41.

Il-biċċa l-kbira mid-DĠ tal-Kummissjoni kienu aġġustaw l-istimi tagħhom. Aħna sibna li l-istimi għall-2017 kienu aħjar minn dawk fi snin preċedenti. Madankollu, ċerti DĠ baqgħu ma ddivulgawx b’mod suffiċjenti s-suppożizzjonijiet prinċipali sottostanti għall-istima tal-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri, fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom.

1.41.

L-istruzzjonijiet, il-mudell u l-linji gwida għar-RAA tal-2017 ġew iċċarati bħala reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA fl-2016. F’konformità mal-istruzzjonijiet, id-Direttorati Ġenerali, fir-RAA tagħhom tal-2017, tejbu l-preżentazzjoni tagħhom tal-presuppożizzjonijiet prinċipali tal-aġġustamenti/is-sostituzzjonijiet magħmula, sabiex tiġi enfasizzata l-aħjar stima, u li tkun l-aktar waħda konservattiva, għall-korrezzjonijiet u rkupri fil-futur, li jkunu rilevanti għall-programmi attwali.

Jeħtieġ li jkun hemm aktar divrenzjar bejn l-impatt tal-azzjonijiet preventivi u dak tal-azzjonijiet korrettivi

1.42.

Il-Kummissjoni u, għal programmi taħt ġestjoni kondiviża, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, jistgħu jipproteġu l-baġit tal-UE minn infiq irregolari jew billi ma jħalluhx iseħħ jew billi jikkumpensaw l-impatt tiegħu. Il-prevenzjoni hija l-ewwel linja ta’ difiża kontra l-iżbalji. Jekk il-mekkaniżmi preventivi ma jirnexxilhomx jipprevienu l-iżbalji kollha milli jseħħu, il-Kummissjoni trid tieħu azzjoni korrettiva biex tikkumpensa l-impatt tagħhom.

 

1.43.

Il-mekkaniżmi preventivi ewlenin tal-Kummissjoni jinkludu l-interruzzjoni u s-sospensjoni ta’ pagamenti, kif ukoll it-twettiq ta’ kontrolli ex ante li jwasslu biex infiq ineliġibbli jiġi rrifjutat qabel ma l-Kummissjoni taċċettah u tagħmel il-pagamenti. Il-mekkaniżmi korrettivi prinċipali tal-Kummissjoni jinkludu kontrolli ex post fuq ammonti li tkun aċċettat u ħallset. Fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża, dawn iwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji u fil-każ ta’ ġestjoni diretta jew indiretta, jirriżultaw f’irkupri mir-riċevituri finali.

 

1.44.

Aħna sibna li l-Kummissjoni tirrapporta ammonti li jirriżultaw kemm mill-mekkaniżmi preventivi kif ukoll mill-mekkaniżmi korrettivi tagħha taħt intestatura waħda “Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri”, li tidher fit-taqsima Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju (FSDA) tal-kontijiet annwali tal-UE. Minħabba dan, huwa diffiċli li l-qarrej jiddistingwi bejn l-impatt tal-azzjonijiet preventivi u dak tal-azzjonijiet korrettivi.

1.44 u 1.45

L-informazzjoni dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji inklużi fid-Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju (DARF) hija intenzjonata biex jiġu spjegati b’mod konċiż ħafna l-elementi u l-miżuri ewlenin li l-Kummissjoni tuża biex tipproteġi l-baġit tal-UE u l-impatt finanzjarju tagħhom. L-informazzjoni dettaljata kollha dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji hija inkluża fir-RAĠP, li jiddistingwi bejn ammonti li jirriżultaw minn azzjonijiet preventivi u korrettivi. Barra minn hekk, fid-DARF tal-2017, l-ammont għal azzjonijiet korrettivi ġie divulgat b’mod separat u ġiet ipprovduta link għat-taqsimiet rilevanti tar-RAĠP.

1.45.

Madankollu, il-Kummissjoni fil-fatt għandha d-dettalji meħtieġa biex tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ kategoriji. Fir-Rapporti Annwali tagħna għall-2014, l-2015 u l-2016 aħna użajna data li pprovditilna l-Kummissjoni biex nagħmlu distinzjoni bejn l-ammonti li jirriżultaw minn mekkaniżmi preventivi u dawk li jirriżultaw minn mekkaniżmi korrettivi.

1.46.

L-FSDA għall-2017 tirrapporta total ta' EUR 2,8  biljun għall-“korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri” li ġew implimentati. Bħal fi snin preċedenti, din iċ-ċifra tinkludi l-ammonti li jirriżultaw minn mekkaniżmi korrettivi, kif ukoll ir-riżultati ta’ azzjonijiet preventivi, kif jidher hawn taħt:

(a)

fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża, EUR 78 miljun imnaqqsa mill-Istati Membri minn dikjarazzjonijiet ġodda ta’ nfiq lill-Kummissjoni (korrezzjonijiet “f’ras il-għajn”) fl-oqsma ta’ Koeżjoni u ta’ politiki interni, kif ukoll EUR 275 miljun ta’ tnaqqis f’pagamenti fil-qasam tal-Agrikoltura;

(b)

fil-każ ta’ ġestjoni diretta jew indiretta, EUR 539 miljun ta’ nfiq ineliġibbli mnaqqsa minn klejms qabel ma saru l-pagamenti korrispondenti mill-baġit tal-UE.

1.46.

Informazzjoni dettaljata dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji hija pprovduta fir-RAĠP, bħal fl-2016, u qabel dan fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni rispettivi dwar il-Protezzjoni tal-Baġit tal-UE. L-ammonti tal-korrezzjonijiet u tal-irkupri li saru f’ras il-għajn juru li l-Kummissjoni tiffoka fuq miżuri preventivi sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE qabel ma taċċetta l-infiq.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

AĦNA NIRRAPPURTAW KAŻIJIET TA’ FRODI SUSPETTATA LILL-OLAF

1.47.

Aħna nirrappurtaw każijiet ta’ frodi suspettata lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), kemm jekk nidentifikawhom matul l-awditu tagħna (inkluż ix-xogħol tagħna relatat mal-prestazzjoni) kif ukoll jekk nidentifikawhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta direttament lilna minn partijiet terzi. Ma nistgħux nikkummentaw dwar każijiet individwali jew dwar ir-rispons li jingħatalhom mill-OLAF. Fl-2017:

(a)

aħna vvalutajna r-regolarità ta' 703 tranżazzjoni fil-qafas tax-xogħol tal-awditjar li wettaqna għar-rapport annwali u ħriġna 28 rapport speċjali;

(b)

aħna rappurtajna lill-OLAF 13-il każ ta' frodi suspettata li nstabu matul l-awditi tagħna (11 fl-2016), kif ukoll 6 każijiet ibbażati fuq informazzjoni li kienet ġiet ipprovduta minn partijiet terzi (5 fl-2016).

 

1.48.

Fl-2017, il-każijiet ta’ frodi suspettata li rriżultaw mix-xogħol tagħna u li għaddejna lill-OLAF spiss kienu jikkonċernaw il-ħolqien artifiċjali tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkiseb finanzjament mill-UE, id-dikjarazzjoni ta’ spejjeż li ma jissodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà u l-irregolaritajiet fl-akkwist.

 

1.49.

Sal-31 ta’ Diċembru 2017, 7 mit-13-il każ li rriżultaw mix-xogħol tal-awditjar tagħna u li ġew rrappurtati lill-OLAF fl-2017 kienu diġà rriżultaw fil-ftuħ ta’ investigazzjoni u każ ieħor kien qed jiġi eżaminat. L-OLAF iddeċieda li ma jkomplix bl-investigazzjoni tal-ħames każijiet l-oħra minħabba li dawn setgħu jiġu ttrattati aħjar minn awtorità oħra jew minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra tal-UE, minħabba li ma kienx hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi, jew minħabba raġunijiet ta’ proporzjonalità.

 

1.50.

Fir-rigward tas-sitt każijiet li rriżultaw minn informazzjoni li ġiet ipprovduta lilna minn partijiet terzi u li mbagħad aħna għaddejna lill-OLAF, tnejn kienu rriżultaw f’investigazzjoni filwaqt li għall-erbgħa l-oħra l-investigazzjoni ma tkomplietx minħabba li setgħu jiġu ttrattati aħjar minn awtorità oħra jew minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra tal-UE, jew minħabba li ma kienx hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi.

 

1.51.

Bejn l-2010 u l-2017, l-OLAF irrakkomanda li jiġi rkuprat total ta’ EUR 294,7  miljun għall-każijiet li rreferejna lilu. Fejn l-OLAF għalaq każ mingħajr ma rrakkomanda azzjoni ulterjuri, il-konklużjoni l-aktar komuni tiegħu kienet li ma kienx hemm evidenza ta' frodi jew irregolarità li taffettwa l-interessi finanzjarji, jew interessi oħra, tal-UE.

 

KONKLUŻJONIJIET

1.52.

Il-funzjoni ewlenija ta' dan il-kapitolu hija li jsostni l-opinjoni tal-awditjar ippreżentata fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni.

 

Riżultati tal-awditjar

1.53.

Aħna nikkonkludu li l-kontijiet ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

 

1.54.

Fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet, aħna nikkonkludu li d-dħul kien ħieles minn żball materjali. Għall-pagamenti, ir-riżultati tal-awditjar tagħna juru li sar titjib kontinwu matul dawn l-aħħar ftit snin. Bħalma kien il-każ is-sena li għaddiet, aħna nikkonkludu li l-infiq ibbażat fuq drittijiet huwa ħieles minn żball materjali. Livell ta’ żball materjali huwa limitat għall-infiq ibbażat fuq rimborżi, li din is-sena kien jirrappreżenta 47 % tal-popolazzjoni li awditjajna. Fuq il-bażi ta’ dan kollu, aħna nikkonkludu li l-livell ta' żball mhuwiex pervażiv.

 


(1)  Ir-rapporti finanzjarji konsolidati jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti, u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni (inkluż ir-rappurtar fuq is-segmenti).

(2)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu wkoll in-noti ta' spjegazzjoni.

(3)  Dan ammonta għal EUR 46,7 biljun. Aħna nipprovdu aktar informazzjoni fil-paragrafi 1.19 sa 1.21 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

(4)  Dan ammonta għal EUR 53,5 biljun. Aħna nipprovdu aktar informazzjoni fil-paragrafu 1.18 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169 1.7.2015, p. 1) (ir-“Regolament dwar il-FEIS”).

(6)  Il-garanzija nżdiedet għal massimu ta’ EUR 26 biljun skont ir-Regolament dwar il-FEIS emendat f’Diċembru 2017 (ir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017, ĠU L 345, 27.12.2017, p. 34) u l-Ftehim dwar il-FEIS emendat f’Marzu 2018.

(7)  Ara l-paragrafi 1.12-1.16 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna.

(8)  L-istruttura ta’ governanza tal-Faċilità tal-FEIS, kif ukoll l-użu u l-allokazzjoni tal-garanzija tal-UE, jistgħu jservu bħala indikazzjoni li l-FEIS jinsab taħt kontroll konġunt. Madankollu, skont il-Kummissjoni, mhuwiex meħtieġ kunsens unanimu għal deċiżjonijiet dwar l-aktar attivitajiet rilevanti fir-rigward tal-Prodott ta’ Ekwità tas-SMEW jew tal-inizjattiva tal-FEIS fl-intier tagħha, u għalhekk l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni kkonkluda li ma jista’ jeżisti l-ebda kontroll konġunt.

(9)  Ara l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) 25 — Employee benefits (Benefiċċji tal-impjegati). Għall-PSEO, l-obbligu ta' benefiċċju ddefinit jirrifletti l-valur attwali ta' pagamenti futuri mistennija li l-UE tkun meħtieġa li tagħmel biex tħallas l-obbligi tal-pensjonijiet li jirriżultaw mis-servizz tal-impjegati fil-perjodu attwali u f'dawk preċedenti.

(10)  Dan huwa magħmul minn ammont ta’ EUR 64 biljun f’imposti dovuti li jidher fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet fil-karta tal-bilanċ u, ammont ta’ EUR 37 biljun, li jnaqqas il-valur tal-prefinanzjamenti li jidher fuq in-naħa tal-assi fil-karta tal-bilanċ.

(11)  Ara l-glossarju: ġestjoni finanzjarja tajba.

(12)  Ara l-Parti 2 tal-Kapitoli 5, 6 u 7.

(13)  Ara l-Kapitolu 3.

(14)  Ara l-kontijiet annwali konsolidati tal-UE għall-2017, ir-Rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u n-noti ta' spjegazzjoni, 4.3 QFP: Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(15)  Il-kontijiet konsolidati jinkludu:

(a)

ir-rapporti finanzjarji konsolidati li jkopru l-karta tal-bilanċ (li tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet fi tmiem is-sena), ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja (li jirrikonoxxi l-introjtu u l-ispejjeż tas-sena), ir-rapport tal-flussi tal-flus (li juri kif il-bidliet fil-kontijiet jaffettwaw il-flus kontanti u l-ekwivalenti ta' flus kontanti) u r-rapport tal-bidliet fl-assi netti kif ukoll in-noti annessi għar-rapporti finanzjarji;

(b)

ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jkopru d-dħul u l-infiq għas-sena kif ukoll in-noti relatati.

(16)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1), kif emendat.

(17)  Ara l-Linja Gwida ta' Prattika Rakkomandata 2 (RPG 2) intitolata “Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju”, tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSASB).

(18)  B'riżultat tal-introduzzjoni, fl-2015, tal-Istandard Internazzjonali tal-Awditjar ISA 701, l-awdituri huma meħtieġa jirrappurtaw dwar il-kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar.

(19)  L-infiq ibbażat fuq drittijiet jinkludi n-nefqa amministrattiva.

(20)  Dawn iċ-ċifri ma ġewx ippubblikati fil-Kaxxa 1.6 tar-Rapport Annwali 2016.

(21)  L-Artikolu 317 tat-TFUE:

Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti magħmula skont l-Artikolu 322, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tal-approprazzjonijiet, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw li l-approprazzjonijiet ikunu użati skont il-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba.

(22)  http://ec.europa.eu/budget/biblio/media/2018package_en.cfm

(23)  Ara r-Rapport Speċjali Nru 27/2016 “Il-governanza fil-Kummissjoni Ewropea — l-aħjar prattika?”, ir-Rakkomandazzjoni 2(f).

(24)  “Guidance on the content of the AAR Section 2.1: Financial management and internal control” (Gwida dwar il-kontenut tat-Taqsima 2.1 tar-RAA: Ġestjoni finanzjarja u kontroll intern); “Guideline: Key concepts and definitions for determining error rates, amounts at risk and estimated future corrections” (Linja gwida: Kunċetti u definizzjonijiet ewlenin għad-determinazzjoni tar-rati ta' żball, l-ammonti f’riskju u l-istimi tal-korrezzjonijiet futuri), “User's guide to the BO reports for the preparation of the 2017 AAR” (Gwida għall-utent dwar ir-rapporti BO għat-tħejjija tar-RAA 2017).

(25)  Ara pereżempju l-paragrafi 1.13 sa 1.15 tar-Rapport Annwali 2013 tagħna; il-paragrafi 1.43 u 1.44 tar-Rapport Annwali 2014 tagħna u n-Nota 35 f’qiegħ il-paġna tar-Rapport Annwali 2015 tagħna. L-eżaminar li wettaqna tal-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri rreġistrati fl-2017 wera li kien hemm xi żbalji ta’ klassifikazzjoni u ta’ input.

ANNESS 1.1

APPROĊĊ U METODOLOĠIJA TAL-AWDITJAR

1.

L-approċċ tal-awditjar tagħna huwa deskritt fil-Manwal għall-Awditu Finanzjarju u tal-Konformità li huwa disponibbli fuq is-sit web tagħna (1). Aħna nużaw mudell ta’ aċċertament biex nippjanaw ix-xogħol tagħna. Fl-ippjanar, aħna nqisu r-riskju li jseħħu l-iżbalji (riskju inerenti) u r-riskju li l-iżbalji ma jiġux ipprevenuti jew maqbuda u kkoreġuti (riskju tal-kontroll).

PARTI 1 — L-istrateġija tagħna għall-2018–2020 fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

2.

Għan ewlieni tal-istrateġija tagħna għall-2018–2020 huwa li nżidu l-valur miżjud tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna billi nipprovdu aktar valutazzjonijiet kwalitattivi fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE, nirrinfurzaw ir-rapporti dwar il-prestazzjoni u nipprovdu informazzjoni aħjar dwar l-azzjoni tal-UE fl-Istati Membri u fir-reġjuni.

3.

L-approċċ attwali tagħna biex neżaminaw jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet jikkonformawx mar-regoli tal-UE huwa li nibbażaw prinċipalment fuq l-ittestjar dirett tal-konformità għal kampjun kbir u rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet magħżulin b’mod aleatorju. Ir-rapporti annwali reċenti tagħna juru li sar titjib fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u fid-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mill-entitajiet awditjati minna.

4.

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, għad-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni tagħna għall-2018–2020, aħna se nirsistu biex nagħmlu użu aħjar mill-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mill-entitajiet awditjati minna, fl-oqsma fejn dan ikun fattibbli. L-għan aħħari tagħna huwa li fis-snin li ġejjin nevolvu għal approċċ ta’ attestazzjoni (2). Skont dan l-approċċ, l-awditur jiġbor evidenza suffiċjenti u xierqa biex jipprovdi konklużjoni dwar l-aċċertament espress mill-entità responsabbli. Fil-prattika, dan ikun ifisser li fl-oqsma fejn nistgħu niksbu aċċertament mill-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mill-entitajiet awditjati minna, aħna neżaminaw u nwettqu mill-ġdid ix-xogħol li jkun sar minnhom.

5.

Fl-2017, aħna emendajna l-approċċ tal-awditjar tagħna għall-QFP 1b “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” biex nieħdu kont tal-bidliet fit-tfassil tas-sistemi ta’ kontroll għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020. L-objettiv tagħna huwa li mhux biss nikkontribwixxu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni 2017, iżda wkoll li nikkonkludu dwar l-affidabbiltà tal-indikatur ewlieni tal-legalità u r-regolarità rrappurtat mill-Kummissjoni għal dan il-qasam — ir-riskju ta’ żball residwu (3).

6.

Fil-popolazzjoni li awditjajna aħna inkludejna l-pagamenti kollha li huma relatati mad-deċiżjonijiet tal-għeluq (li permezz tagħhom il-Kummissjoni taċċetta l-kontijiet) meħuda mill-Kummissjoni fl-2017 għall-programmi operazzjonali tal-perjodu 2014–2020. Il-Kummissjoni tieħu dawn id-deċiżjonijiet biex tapprova l-infiq li ġġarrab bejn l-1 ta’ Lulju 2015 u t-30 ta’ Ġunju 2016, u li ġie inkluż fil-kontijiet finanzjarji ċċertifikati ppreżentati mill-Istati Membri sal-15 ta’ Frar 2017. Bħala parti minn awditi futuri, aħna se nittestjaw il-pagamenti interim relatati mal-programmi tal-perjodu 2014–2020 li huma rreġistrati fil-kontijiet tal-2017.

PARTI 2 — Approċċ u metodoloġija tal-awditjar għall-affidabbiltà tal-kontijiet

7.

Aħna neżaminaw il-kontijiet konsolidati tal-UE biex niddeterminaw l-affidabbiltà tagħhom. Dawn jikkonsistu:

(a)

fir-rapporti finanzjarji konsolidati; u

(b)

fir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

8.

Il-kontijiet konsolidati jridu jippreżentaw b'mod xieraq, fl-aspetti materjali kollha:

(a)

il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea fi tmiem is-sena;

(b)

ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha; u

(c)

il-bidliet fl-assi netti għas-sena li tkun intemmet.

9.

Fl-awditu tagħna, aħna:

(a)

nevalwaw l-ambjent tal-kontroll kontabilistiku;

(b)

nivverifikaw il-funzjonament ta’ proċeduri kontabilistiċi ewlenin u l-proċess ta’ għeluq fi tmiem is-sena;

(c)

nanalizzaw id-data kontabilistika prinċipali għall-konsistenza u r-raġonevolezza;

(d)

nanalizzaw u nirrikonċiljaw il-kontijiet u/jew il-bilanċi;

(e)

inwettqu testijiet sostantivi ta' impenji, pagamenti u entrati speċifiċi fil-karta tal-bilanċ, ibbażat fuq kampjuni rappreżentattivi;

(f)

nagħmlu użu minn xogħol awdituri oħra fejn possibbli, skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar, partikolarment waqt l-awditjar ta’ attivitajiet mutwatarji u mutwanti mmaniġġjati mill-Kummissjoni, u li għalihom ikun hemm disponibbli ċertifikati tal-awditjar estern.

PARTI 3 — Approċċ u metodoloġija tal-awditjar għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

10.

L-awditjar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet jinvolvi l-ittestjar ta' jekk dawn it-tranżazzjonijiet jikkonformawx mar-regoli u r-regolamenti rilevanti.

11.

Fix-xogħol tal-awditjar li nwettqu, aħna nqisu jekk inkunux nistgħu nagħmlu użu effiċjenti mill-kontrolli fuq ir-regolarità li jkunu diġà twettqu minn ħaddieħor. Jekk inkunu nixtiequ nużaw ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli, f'konformità mal-istandards tal-awditjar, aħna nivvalutaw l-indipendenza u l-kompetenza tal-parti l-oħra kif ukoll l-ambitu u l-adegwatezza ta' xogħolha.

Kif nittestjaw it-tranżazzjonijiet

12.

Taħt kull intestatura tal-QFP fejn nipprovdu valutazzjoni speċifika (il-Kapitoli 5, 6, 7 u 10), aħna nittestjaw kampjun rappreżentattiv ta' tranżazzjonijiet sabiex nistmaw is-sehem ta' tranżazzjonijiet irregolari fil-popolazzjoni kumplessiva.

13.

Għal kull tranżazzjoni magħżula, aħna niddeterminaw jekk il-klejm jew jekk il-pagament ikunx sar għall-iskop approvat fil-baġit u speċifikat fil-leġiżlazzjoni, jew le. Aħna neżaminaw kif l-ammont tal-klejm jew tal-pagament ikun ġie kkalkulat (għal klejms li jkunu akbar: nibbażaw fuq għażla li tkun rappreżentattiva tal-elementi kollha fit-tranżazzjoni). Dan jinvolvi l-ittraċċar tat-tranżazzjoni mill-kontijiet baġitarji sar-riċevitur finali (eż. bidwi, jew l-organizzatur ta' kors ta' taħriġ jew proġett tal-għajnuna għall-iżvilupp), filwaqt li nwettqu testijiet tal-konformità f'kull livell.

14.

Waqt l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għad-dħul, l-eżaminar li nwettqu tar-riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud u fuq l-ING jieħu bħala punt tat-tluq l-aggregati makroekonomiċi li fuq il-bażi tagħhom dawn jiġu kkalkulati. Aħna neżaminaw il-kontrolli tal-Kummissjoni fuq dawn il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri sal-punt meta l-kontribuzzjonijiet ikunu ġew riċevuti u rreġistrati fil-kontijiet konsolidati. Għar-riżorsi proprji tradizzjonali, aħna neżaminaw il-kontijiet tal-awtoritajiet doganali u l-fluss tad-dazji — hawn ukoll sal-punt meta dawn ikunu ġew riċevuti u rreġistrati mill-Kummissjoni.

15.

F’dak li jirrigwarda l-infiq, aħna neżaminaw il-pagamenti ladarba l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan japplika għall-kategoriji kollha ta’ pagamenti (inklużi dawk li jkunu saru għax-xiri ta’ assi). Aħna ma neżaminawx il-pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jkunu saru, iżda pjuttost ladarba:

(a)

ir-riċevitur finali tal-fondi tal-UE (eż. bidwi, istitut ta’ riċerka, kumpanija li tipprovdi xogħlijiet jew servizzi wara proċeduri ta' akkwist pubbliku) ikun ipprovda evidenza dwar l-użu tagħhom; u

(b)

il-Kummissjoni (jew istituzzjoni jew korp ieħor li jimmaniġġja l-fondi tal-UE) tkun aċċettat l-użu finali tal-fondi billi tapprova l-pagament bil-quddiem.

16.

Il-kampjun tal-awditjar tagħna huwa maħsub biex jipprovdi stima tal-livell ta' żball għall-infiq fl-intier tiegħu aktar milli għal tranżazzjonijiet individwali (eż. proġett partikolari). Aħna nużaw kampjunar f'unitajiet monetarji biex nagħżlu klejms jew pagamenti u, f'livell aktar baxx, elementi individwali fi ħdan tranżazzjoni (eż. fatturi ta' proġetti, irqajja' art fi klejm li jsir minn bidwi). Ir-rati ta' żball li jiġu rrappurtati għal dawn l-elementi ma għandhomx jitqiesu bħala konklużjoni dwar it-tranżazzjonijiet rispettivi tagħhom, iżda aktar bħala li jikkontribwixxu direttament għal-livell kumplessiv ta' żball għall-infiq tal-UE fl-intier tiegħu.

17.

Aħna ma neżaminawx tranżazzjonijiet li jsiru f'kull Stat Membru, stat benefiċjarju u reġjun f’sena partikolari. Filwaqt li nistgħu nsemmu ċerti Stati Membri, stati benefiċjarji u/jew reġjuni, dan ma jfissirx li l-eżempji ma jseħħux bnadi oħra wkoll. L-eżempji illustrattivi ppreżentati f'dan ir-rapport ma jiffurmawx bażi biex jinsiltu konklużjonijiet dwar l-Istati Membri, l-istati benefiċjarji u/jew ir-reġjuni speċifiċi kkonċernati.

18.

L-approċċ tagħna mhuwiex maħsub biex jiġbor data dwar il-frekwenza ta' żbalji fil-popolazzjoni kollha. Għalhekk, iċ-ċifri ppreżentati dwar l-għadd ta’ żbalji li jkunu nqabdu f'intestatura tal-QFP, fl-infiq immaniġġjat minn DĠ jew fl-infiq fi Stat Membru partikolari mhumiex indikazzjoni tal-frekwenza ta’ żbalji fi tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-UE jew fi Stati Membri individwali. L-approċċ tagħna għall-kampjunar japplika ponderazzjonijiet differenti għal tranżazzjonijiet differenti, skont xi jkunu l-valur tal-infiq ikkonċernat u l-intensità tax-xogħol tal-awditjar tagħna. Din il-ponderazzjoni titneħħa fl-informazzjoni dwar il-frekwenza, li tagħti l-istess ponderazzjoni għall-iżvilupp rurali bħalma tagħti għall-appoġġ dirett għal riżorsi naturali, u l-istess ponderazzjoni għall-infiq relatat mal-Fond Soċjali Ewropew bħalma tagħti għall-pagamenti relatati mal-politika reġjonali u l-politika ta’ koeżjoni.

Kif nevalwaw u nippreżentaw ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijet

19.

Żball jista' jikkonċerna l-ammont kollu involut fi tranżazzjoni individwali, jew parti minnu. Aħna nqisu jekk l-iżbalji jkunux kwantifikabbli jew mhux kwantifikabbli, jiġifieri jekk ikunx possibbli li jitkejjel kemm mill-ammont eżaminat kien milqut minn żball. Żbalji li jkunu nqabdu u ġew ikkoreġuti qabel it-twettiq tal-kontrolli tagħna u independentement minnhom jiġu esklużi mill-kalkolu u l-frekwenza ta’ żbalji, peress li l-fatt li nqabdu u ġew ikkoreġuti juri li s-sistemi ta' kontroll ikunu ħadmu b'mod effettiv.

20.

Il-kriterji tagħna għall-kwantifikazzjoni ta’ żbalji fl-akkwist pubbliku huma deskritti fid-dokument intitolat “Non-compliance with the rules on public procurement — types of irregularities and basis for quantification” (Nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku — tipi ta' irregolaritajiet u bażi għall-kwantifikazzjoni) (4).

21.

Il-kwantifikazzjoni tagħna tista' tkun differenti minn dik użata mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri meta jkunu qed jiddeċiedu x'għandu jkun ir-rispons tagħhom għall-applikazzjoni skorretta tar-regoli tal-akkwist pubbliku.

Livell ta’ żball stmat

22.

Dak li aħna nistmaw huwa r-rata “tal-iżball l-aktar probabbli” (MLE). Aħna nagħmlu dan għall-biċċa l-kbira mill-intestaturi tal-QFP, u għall-infiq kumplessiv tal-baġit. L-MLE jieħu kont tal-iżbalji kwantifikabbli biss u jiġi espress bħala perċentwal. Eżempji ta’ żbalji huma l-ksur kwantifikabbli tar-regolamenti, tar-regoli, u tal-kundizzjonijiet ta' kuntratti u ta' għotjiet, li jkunu japplikaw. Aħna nissettjaw ukoll il-limitu inferjuri tal-iżball (LEL) u l-limitu superjuri tal-iżball (UEL).

23.

Aħna nużaw il-livell ta’ 2 % bħala s-soll ta' materjalità għall-opinjoni tagħna. Nieħdu wkoll kont tan-natura, l-ammont u l-kuntest tal-iżbalji.

Kif neżaminaw is-sistemi u nirrappurtaw ir-riżultati

24.

Il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-pajjiżi u r-reġjuni benefiċjarji jistabbilixxu sistemi biex jimmaniġġjaw ir-riskji għall-baġit u biex jissorveljaw/jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Huwa utli li dawn is-sistemi jiġu eżaminati sabiex jiġu identifikati oqsma fejn jista' jsir titjib.

25.

Kull intestatura tal-QFP, inkluż id-dħul, tinvolvi ħafna sistemi individwali. Aħna nagħżlu kampjun ta' sistemi kull sena u nippreżentaw ir-riżultati flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet għal titjib.

Kif naslu għall-opinjonijiet tagħna fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

26.

Aħna nippjanaw ix-xogħol tagħna biex niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti, rilevanti u affidabbli għall-formulazzjoni tal-opinjoni tagħna dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet konsolidati tal-UE. Rapport ta’ dan ix-xogħol jingħata fil-Kapitoli 4 sa 10. L-opinjoni tagħna tingħata fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni. Ix-xogħol li nwettqu jippermettilna naslu għal opinjoni infurmata dwar jekk l-iżbalji fil-popolazzjoni jaqbżux jew jaqgħux fi ħdan il-limiti ta’ materjalità.

27.

Fejn insibu livell materjali ta' żball u niddeterminaw l-impatt tiegħu fuq l-opinjoni tal-awditjar, irridu niddeterminaw jekk l-iżbalji, jew in-nuqqas ta' evidenza għall-awditjar, ikunux “pervażivi” jew le. Meta nagħmlu dan, aħna napplikaw il-gwida li tinsab fl-ISSAI 1705 (filwaqt li nestendu din il-gwida biex tapplika għal kwistjonijiet ta' legalità u regolarità, skont il-mandat tagħna). Fejn l-iżbalji jkunu materjali u pervażivi, aħna noħorġu opinjoni avversa.

28.

Żball jew nuqqas ta' evidenza għall-awditjar jitqiesu “pervażivi” jekk, fil-ġudizzju tal-awditur, ma jkunux ristretti għall-elementi, kontijiet jew affarijiet speċifiċi tar-rapporti finanzjarji (jiġifieri jkunu mifruxa fil-kontijiet jew fit-tranżazzjonijiet ittestjati), jew, jekk ikunu ristretti b'dan il-mod, huma jkunu jirrappreżentaw jew jistgħu jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali tar-rapporti finanzjarji, jew ikunu relatati ma' divulgazzjonijiet li jkunu fundamentali għall-fehim tar-rapporti finanzjarji mill-utenti.

29.

L-aħjar stima tagħna tal-livell ta’ żball għall-infiq kumplessiv fl-2017 hija ta' 2,4 %. Aħna ma qisniex li dawn l-iżbalji huma pervażivi, billi huma limitati għal tip speċifiku ta' nfiq u jinsabu biss f'ċerti oqsma ta' nfiq. Il-livell ta' żball stmat li nstab għall-intestaturi differenti tal-QFP ivarja, kif deskritt fil-Kapitoli 5 sa 7 u l-Kapitolu 10.

Frodi suspettata

30.

Jekk ikollna raġuni biex nissuspettaw li tkun twettqet attività frodulenti, aħna nirrappurtaw dan lill-OLAF, l-uffiċċju tal-UE ta’ kontra l-frodi. L-OLAF huwa responsabbli mit-twettiq ta’ kull investigazzjoni li tirriżulta. Aħna nirrappurtaw bosta każijiet kull sena lill-OLAF.

PARTI 4 — Rabta bejn l-opinjonijiet tal-awditjar dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

31.

Aħna ħriġna:

(a)

opinjoni tal-awditjar dwar il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja li ntemmet; kif ukoll

(b)

opinjonijiet tal-awditjar dwar ir-regolarità tad-dħul u l-pagamenti li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

32.

Ix-xogħol li nwettqu u l-opinjonijiet li noħorġu jsegwu l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI.

33.

Fejn l-awdituri joħorġu opinjonijiet tal-awditjar kemm dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet, dawn l-istandards jiddikjaraw li opinjoni modifikata dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, fiha nfisha, ma twassalx għal opinjoni modifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet. Ir-rapporti finanzjarji, li dwarhom nesprimu opinjoni, jirrikonoxxu l-eżistenza ta' problema materjali ta' ksur tar-regoli relatati mal-ispejjeż iddebitati għall-baġit tal-UE. Għaldaqstant iddeċidejna li l-eżistenza ta' livell materjali ta' żball li jkun jolqot ir-regolarità mhijiex, fiha nfisha, raġuni biex nimmodifikaw l-opinjoni separata tagħna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet.

(1)  https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/AuditMethodology.aspx

(2)  Ara ISSAI 4000, il-paragrafu 40.

(3)  Ara d-dokument ta’ sfond intitolat: The ECA’s modified approach to the Statement of Assurance audits in Cohesion (L-approċċ modifikat tal-QEA għall-awditi dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni fil-qasam tal-Koeżjoni) li huwa disponibbli fuq is-sit web tagħna (https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=44524)

(4)  http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/Guideline_procurement/Quantification_of_public_procurement_errors.pdf


KAPITOLU 2

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

WERREJ

Introduzzjoni 2.1-2.2
Ġestjoni baġitarja fl-2017 2.3-2.12
Meta mqabbel mal-baġit, il-livell tal-impenji kien għoli filwaqt li dak tal-pagamenti baqa’ baxx fir-raba’ sena tal-QFP 2.3-2.5
L-impenji baġitarji pendenti qabżu l-ammont rekord tas-sena li għaddiet 2.6-2.8
II-marġni globali għall-pagamenti u l-istrumenti speċjali huma parti importanti mill-flessibbiltà 2.9-2.12
Kwistjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja li huma relatati mal-baġit għall-2017 2.13-2.45
L-Istati Membri għadhom qed isibuha diffiċli biex jużaw ir-riżorsi disponibbli mill-Fondi SIE 2.13-2.19
L-Istati Membri ppreżentaw il-klejms finali tagħhom relatati mal-fondi strutturali għall-QFP 2007–2013 2.20-2.22
Għall-għajnuna li tingħata lil pajjiżi terzi qed isir użu akbar minn mudelli alternattivi ta’ finanzjament 2.23-2.27
Il-finanzjament mill-UE favur l-istrumenti finanzjarji żdied b’mod sostanzjali 2.28-2.41
L-Istrumenti Finanzjarji taħt Ġestjoni Kondiviża qed jiffaċċjaw diffikultajiet 2.29-2.35
Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi żdied fl-importanza 2.36-2.39
Stabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli 2.40-2.41
L-esponiment tal-baġit tal-UE għadu sinifikanti 2.42-2.45
Riskji u sfidi għall-baġit futur tal-UE 2.46-2.51
Teżisti l-possibbiltà ta’ ammonti anormali ta’ arretrati ta’ klejms mhux imħallsa 2.47
Il-finanzjament ta’ impenji pendenti mill-QFP 2014–2020 jippreżenta problema għall-QFP li jmiss 2.48-2.49
Ir-Renju Unit se joħroġ mill-UE 2.50
Hemm ir-riskju li d-diskrepanza fl-obbligu ta’ rendikont tkompli tikber 2.51
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 2.52-2.62
Konklużjonijiet 2.52-2.61
Rakkomandazzjonijiet 2.62

Anness 2.1 —

Punti prinċipali ta’ interess fil-baġits emendatorji

Anness 2.2 —

Żieda fl-istrumenti speċjali

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

2.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta r-riżultati tal-analiżi li wettaqna ta’ kwistjonijiet ewlenin fil-qasam tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja. Huwa jidentifika wkoll xi wħud mir-riskji u l-isfidi għal baġits futuri u jibni, sa ċertu punt, fuq il-fehmiet li esprimejna f’diversi rapporti speċjali u dokumenti informattivi u analitiċi.

 

2.2.

Bħala parti mir-riflessjoni utli dwar il-futur tal-UE, f’Ġunju 2017 il-Kummissjoni ppreżentat “Dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE”, li ġibed l-attenzjoni għal opzjonijiet għall-finanzjament fil-futur (1). Aħna kkontribwejna għad-dibattitu li għaddej bħalissa billi ppubblikajna żewġ dokumenti informattivi u analitiċi (2). Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid li se jibda fl-2021 (3).

 

ĠESTJONI BAĠITARJA FL-2017

Meta mqabbel mal-baġit, il-livell tal-impenji kien għoli filwaqt li dak tal-pagamenti baqa’ baxx fir-raba’ sena tal-QFP

2.3.

Fl-2017, l-UE impenjat EUR 158,7  biljun (99,3  %) mit-total ta’ EUR 159,8  biljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn, li kienu disponibbli fil-baġit adottat (4). Jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni l-istrumenti speċjali, l-ammonti impenjati qabżu l-limitu massimu tal-QFP b’EUR 3,1  biljun (ara l- Kaxxa 2.1 ).

 

Kaxxa 2.1 —   Implimentazzjoni tal-baġit fl-2017

Image

Nota:

Il-limitu massimu tal-QFP huwa l-ammont massimu annwali li jista’ jintuża skont ir-Regolament attwali dwar il-QFP. Madankollu, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-użu tagħhom jistgħu jaqbżu l-limitu massimu bil-valur tal-istrumenti speċjali (ara l-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar il-QFP).

Sors:

Il-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea – Sena finanzjarja 2017, ir-Rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u n-Noti ta' spjegazzjoni 4.1 – 4.3 u l-aġġustament tekniku għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.4.

Bħal fl-2016, il-pagamenti totali fl-2017 kienu ħafna aktar baxxi milli kien antiċipat. Dawn kienu EUR 18,2  biljun inqas mil-limitu massimu stabbilit fil-QFP (ara l- Kaxxa 2.1 ). Billi antiċipat pagamenti aktar baxxi, l-awtorità baġitarja stabbiliet il-baġit inizjali għall-2017 f’ammont ta’ EUR 134,5  biljun, jiġifieri EUR 8,4  biljun inqas mil-limitu massimu tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' pagament ta’ EUR 142,9  biljun (5). Minħabba li, matul l-ewwel tmien xhur tas-sena, l-implimentazzjoni mxiet bil-mod, il-Kummissjoni pproponiet il-baġit emendatorju Nru 6/2017 li naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament b’EUR 7,7  biljun (ara l- Anness 2.1 ). Dan, kif ukoll l-aġġornament li sar fin-naħa tad-dħul (prinċipalment multi), naqqsu l-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri b’EUR 9,8  biljun għall-2017, iżda jistgħu jwasslu għal sejħiet korrispondenti ogħla fis-snin 2018–2020. Ħtiġijiet ta’ pagament sinifikattivament ogħla lejn tmiem il-QFP attwali jistgħu jwasslu għal pressjoni fuq il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' pagament.

2.4.

Il-Kummissjoni tissorvelja kontinwament l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Fejn xieraq, tagħmel proposti lill-awtorità baġitarja biex taġġusta l-livell ta’ approprjazzjonijiet.

2.5.

Il-livell baxx ta’ pagamenti kien prinċipalment dovut għall-fatt li l-Istati Membri ppreżentaw klejms aktar baxxi milli kien antiċipat għall-programmi pluriennali tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) 2014–2020. Għal analiżi tar-raġunijiet li taw il-Kummissjoni u l-Istati Membri, ara l-paragrafi 2.15–2.16.

2.5.

L-implimentazzjoni baġitarja tal-Fondi SIE tal-2017 għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 tjiebet meta mqabbla mal-2016. Il-pagamenti li saru fl-2017 kienu 1,5 drabi ogħla mil-livell tal-2016. Fl-2017, wara t-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament b’EUR 5,9 biljun permezz tal-baġit emendatorju 6/2017 intlaħqet l-implimentazzjoni sħiħa tal-baġit ivvotat. Barra minn hekk, ġew ikkonsmati wkoll EUR 5,4 biljun fi dħul assenjat.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

L-impenji baġitarji pendenti qabżu l-ammont rekord tas-sena li għaddiet

2.6.

L-użu kważi sħiħ tal-ammont disponibbli għall-impenji u l-livell baxx ta’ pagamenti (ara l-paragrafi 2.4–2.5) żiedu l-impenji baġitarji pendenti għal rekord ġdid ta’ EUR 267,3  biljun (2016: EUR 238,8  biljun). Dan huwa EUR 72,9  biljun ogħla mill-ammont tal-impenji baġitarji pendenti fl-2010 (EUR 194,4  biljun), ir-raba’ sena tal-QFP preċedenti (ara l- Kaxxa 2.2 ). Peress li d-daqs tal-QFP 2014–2020 huwa simili għal dak tal-QFP 2007–2013, iż-żieda hija sostanzjali. Il-Kummissjoni qieset li ż-żidiet tal-2016 u l-2017 kienu parti miċ-ċiklu normali ta’ implimentazzjoni għall-Fondi SIE (6)  (7).

 

2.7.

Il-projezzjonijiet tagħna (8) jindikaw li l-impenji baġitarji pendenti se jiżdiedu saħansitra aktar sa tmiem il-QFP, fl-2020 (ara l- Kaxxa 2.2) .

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.8.

Fil-perjodu 2018–2020, ir-riskju li l-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli ma jkunux suffiċjenti biex jitħallsu l-klejms kollha għall-pagament se jiżdied b’mod sinifikanti (ara l-paragrafi 2.12 u 2.47). Previżjoni aktar preċiża dwar il-pagamenti għas-snin futuri tgħin biex dan ir-riskju jiġi mmaniġġjat.

2.8.

Skont it-tbassir dwar il-pagament fuq terminu medju pprovduti lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew f’Ottubru 2017, il-Kummissjoni tqis li l-limitu massimu ta’ pagament aġġustat se jkun sostenibbli sa tmiem il-QFP fl-2020, filwaqt li tqis it-trasferiment tal-Marġni Globali għall-Pagamenti (MGP) tal-2017 għas-snin 2019 u 2020.

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-preċiżjoni tal-previżjoni ta’ nofs it-terminu tiddependi parzjalment fuq il-previżjonijiet ippreżentati mill-Istati Membri għal programmi ġestiti kondiviżi. Barra minn hekk, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament effettivament mogħtija f’kull proċedura annwali tal-baġit jiddependi fuq id-deċiżjoni tal-awtoritajiet baġitarji.

Kaxxa 2.2 —   Impenji pendenti, impenji u pagamenti inklużi projezzjonijiet sa tmiem il-QFP attwali

Image

Sors:

Għall-perjodu 2007–2017: Il-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea. Għal projezzjonijiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-2018–2020: ir-Regolament dwar il-QFP u l-aġġustament tekniku għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

II-marġni globali għall-pagamenti u l-istrumenti speċjali huma parti importanti mill-flessibbiltà

2.9.

B’segwitu għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP (9), l-awtorità baġitarja emendat ir-Regolament dwar il-QFP (10), b’mod partikolari biex iżżid il-Marġni Globali għall-Pagamenti (MGP) (11), u tagħmel bidliet f’erba’ strumenti speċjali  (12).

 

2.10.

L-MGP massimu disponibbli għall-perjodu 2018–2020 se jkun ta’ EUR 36,5  biljun, jiġifieri EUR 5,9  biljun aktar minn qabel (ara l- Kaxxa 2.3 ). Dan huwa ammont sostanzjali li jista’ jikkonribwixxi għat-tnaqqis tal-arretrati ta’ pagamenti fil-futur (ara l-paragrafu 2.47). Il-valur tal-MGP jammonta għad-differenza bejn il-pagamenti li saru u l-limiti massimi tal-pagamenti tal-QFP (13). Sa tmiem l-2017, l-ammonti akkumulati għall-MGP kienu laħqu madwar EUR 33,5  biljun (14).

 

Kaxxa 2.3 —   Marġni globali għall-pagamenti

Image

Sors:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq ir-Regolament dwar il-QFP.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

2.11.

It-titjib fl-istrumenti speċjali sar b’żewġ modi. L-ewwel nett, kien hemm żieda fl-ammonti disponibbli għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u għall-Istrument ta' Flessibbiltà (ara l- Anness 2.2 ). It-tieni nett, mill-2017 'il quddiem, l-ammonti annullati taħt il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea setgħu jiġu ttrasferiti għall-Istrument ta' Flessibbiltà.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.12.

Minkejja l-flessibbiltà akbar tal-baġit biex jindirizza l-isfidi possibbli, hemm ir-riskju li din xorta waħda ma tkunx biżżejjed. Barra minn hekk, bħalma rrappurtajna qabel, il-kwistjoni dwar jekk l-istrumenti speċjali għandhomx jiġu kontabilizzati, jew le, fil-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' pagament (15), għadha ma ġietx riżolta. Din l-inċertezza żżid ir-riskju li jkun hemm arretrati ta’ pagamenti (ara l-paragrafu 2.47).

2.12.

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Kunsill irrifjuta l-proposta tagħha biex issolvi l-kwistjoni tal-pagament ta’ strumenti speċjali matul ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP f’2016/2017.

Fil-proposta tagħha għal Regolament dwar il-QFP għall-perjodu 2021–27, il-Kummissjoni pproponiet biex tissolva din il-problema (ara l-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar il-QFP 2021–2027 (COM (2018) 322 tal-2.5.2018).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li r-riskju ta’ pagamenti pendenti f’dan il-QFP hija limitata ħafna. Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha fil-paragrafu 2.8.

KWISTJONIJIET FIL-QASAM TAL-ĠESTJONI FINANZJARJA LI HUMA RELATATI MAL-BAĠIT GĦALL-2017

L-Istati Membri għadhom qed isibuha diffiċli biex jużaw ir-riżorsi disponibbli mill-Fondi SIE

2.13.

Għal ċerti Stati Membri, l-impenji pendenti tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) jirrappreżentaw perċentwal konsiderevoli tal-infiq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom. Dan huwa ppreżentat fil- Kaxxa 2.4 , fejn jingħata wkoll l-ammont ta’ pagamenti li saru lil kull Stat Membru fl-2017 u l-impenji pendenti tagħhom fi tmiem l-2017.

2.13.

Il-livell ta’ impenji pendenti għall-Fondi SIE f’dak l-istadju hija parti miċ-ċiklu normali ta’ implimentazzjoni osservat għal dawn il-fondi. Il-profil annwali bla xkiel tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn matul il-perjodu 2014–2020, l-introduzzjoni tar-regola n+3 u l-implimentazzjoni bil-mod iwasslu għal żieda sinifikanti f’impenji pendenti.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha fil-paragrafu 2.14 tar-rapport annwali tal-QEA tal-2016.

Kaxxa 2.4 —

Impenji pendenti fi tmiem l-2017 u pagamenti li saru fl-2017, skont l-Istat Membru, f’miljun EUR

Impenji pendenti bħala perċentwal tal-infiq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom għall-2017

Image

Sors:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni. Id-data tal-Eurostat dwar l-infiq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għall-2017: April 2018.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.14.

L-assorbiment (16) mexa partikolarment bil-mod. Fl-2017, ir-raba’ sena tal-QFP, l-Istati Membri assorbew medja ta’ 16,4  % (2010: 22,1  %) tal-ammonti li ġew allokati lilhom. Il- Kaxxa 2.5 turi tqabbil bejn ir-rati ta’ assorbiment ta’ kull Stat Membru fl-2017 (17) u r-rati ta’ assorbiment tagħhom fl-2010 (18).

2.14.

Il-Kummissjoni ma tarax li hemm riskju ogħla ta’ assorbiment fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni għal 2014–2020 meta mqabbel mal-2007–2013. Waqt li tikkunsidra ir-regola tal-n+3 u r-rati tal-għażla attwali kif ukoll pagamenti ċċertifikati, il-Kummissjoni tqis li potenzjalment l-istess livell ta’ assorbiment sal-aħħar tal-perjodu jista’ jinkiseb għall-2014–2020 bħall-2007–2013.

Kaxxa 2.5 —   Rati ta’ assorbiment, skont l-Istat Membru, sa tmiem l-2017 u tmiem l-2010

Image

Sors:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.15.

Il-Kummissjoni sabet li d-dewmien kien prinċipalment dovut għall-għeluq tal-QFP preċedenti li sar aktar tard milli previst, l-adozzjoni tardiva ta’ atti legali u d-diffikultajiet fl-adattament għal u l-implimentazzjoni ta’ bidliet sostanzjali li ġew introdotti fil-QFP attwali (19).

2.15.

Bħal fil-każ tal-FAEŻR, dewmien minħabba l-adozzjoni tardiva tal-atti legali malajr ġew rkuprati u l-pagamenti għall-perjodu 2014–2020 jinsabu tassew fi triqithom.

2.16.

Aħna wettaqna stħarriġ ta’ sitt Stati Membri (20) li kellhom l-aktar livelli baxxi ta’ assorbiment sa tmiem l-2017. Ir-risposti tagħhom fil-biċċa l-kbira kkonfermaw ir-raġunijiet prinċipali tal-Kummissjoni (ara l- Kaxxa 2.6 ).

 

Kaxxa 2.6 —   Riżultati tal-istħarriġ tagħna

Livell ta’ impatt

Raġunijiet li ngħataw mill-Kummissjoni, ikklassifikati skont jekk kellhomx impatt “medju” jew “għoli”:

Image

Kien hemm dewmien fl-assorbiment ta’ ċerti atti legali u gwida għall-programmi operazzjonali 2014–2020, kif ukoll fl-adozzjoni tal-programm(i) operazzjonali stess.

Il-proċess ta’ ħatra tal-awtoritajiet responsabbli ħa aktar fit-tul milli kien mistenni biex jiġi kkompletat.

Id-dewmien fl-assorbiment tal-fondi tal-UE u fil-proċeduri ta’ għeluq għall-perjodu 2007–2013 kellhom riperkussjonijiet fuq il-proċess ta’ ħatra.

Il-validazzjoni tal-ħatra tal-awtoritajiet responsabbli minn korp tal-awditjar indipendenti ħadet aktar fit-tul milli kien mistenni.

Fl-adozzjoni tal-programm(i) operazzjonali, ittieħed aktar żmien milli kien mistenni biex jiġi żgurat li l-kundizzjonalitajiet ex ante jiġu ssodisfati.

Kien hemm inqas urġenza biex jiġu ppreżentati l-klejms għall-pagament lill-Kummissjoni, minħabba li l-perjodu biex isiru l-klejms kien ġie estiż b’sena (regola ta’ diżimpenn N+3).

Nota:

Fi kwestjonarju li ntbagħat lir-Rappreżentanzi Permanenti, aħna tlabna lis-sitt Stati Membri jevalwaw jekk ir-raġunijiet li ngħataw mill-Kummissjoni kellhomx impatt għoli, medju, baxx jew l-ebda impatt fuq id-dewmien fl-assorbiment. Għall-analiżi tagħna, l-impatt li raġuni partikolari kellha ġie kklassifikat bħala “medju” jew “għoli” jekk din kienet il-klassifikazzjoni li ngħatat fil-maġġoranza tar-risposti. L-ebda waħda mir-raġunijiet ma ġiet ikklassifikata bħala li kellha impatt “baxx” jew “l-ebda impatt” minn maġġoranza ta’ rispondenti.

Sors:

Stħarriġ tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.17.

Fir-Rapport Annwali 2016 tagħna, konna diġà indikajna li l-Istati Membri jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet biex jidentifikaw għadd suffiċjenti ta’ proġetti ta’ kwalità għolja. Ix-xogħol tal-awditjar tagħna kkonferma li l-Istati Membri jridu jsibu kompromess bejn l-assorbiment rapidu tal-fondi u l-preżentazzjoni ta’ proġetti ta’ kwalità għolja, proċess li jieħu l-ħin (21).

 

2.18.

Aħna ppubblikajna żewġ rapporti speċjali li huma rilevanti f’dan il-kuntest: wieħed dwar l-arranġamenti għall-għeluq tal-programmi taħt il-QFP 2007–2013 u ieħor dwar l-effettività tal-appoġġ li l-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri għall-assorbiment tal-fondi (22). Fost affarijiet oħra, aħna sibna li l-adozzjoni tardiva tal-qafas legali kienet ħolqot dewmien li kellu riperkussjonijiet matul l-implimentazzjoni, u li t-trikkib bejn il-perjodi tal-QFP kien żied id-dewmien. Biex ikunu jistgħu jiġu evitati problemi fil-QFP li jmiss, se jkun kruċjali li l-atti legali jiġu adottati f’waqthom u li jkun hemm livell għoli ta’ stabbiltà fil-qafas legali li jirregola l-Fondi SIE.

2.18.

F’diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta’ adozzjoni f’waqtha ta’ atti legali mill-koleġiżlaturi. Fir-rigward tal-perjodu ta’ programmazzjoni għal 2021–2027, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi tagħha f'Mejju u f’Ġunju tal-2018, jiġifieri 30 xahar qabel il-bidu ppjanat tal-perjodu ta’ eliġibbiltà tal-perjodu ta’ programmazzjoni.

2.19.

It-trikkib akbar bejn il-perjodi tal-QFP joħloq piż addizzjonali fuq l-amministrazzjoni tal-Istati Membri, u dan jirriżulta f’aktar dewmien.

2.19.

Il-Kummissjoni tqis li t-trikkib bejn il-perjodi ta’ eliġibbiltà huwa wieħed minn għadd ta’ fatturi li jikkontribwixxu għal xi dewmien fl-implimentazzjoni tal-perjodi sussegwenti. Fatturi oħrajn important jinteraġixxu bħal-livell ta’ prefinanzjament, ir-regola ta’ diżimpenn u l-introduzzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji netti jekk jibqgħu irregolaritajiet serji f’kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni. Biex tnaqqas it-trikkib, il-Kummissjoni għamlet diversi proposti għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss tal-2021–2027 (b’ritorn lejn ir-regola tad-diżimpenn n+2, simplifikazzjoni tal-livell ta’ pagamenti bil-quddiem u riportament sħiħa tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll biex tiżgura implimentazzjoni bla xkiel).

L-Istati Membri ppreżentaw il-klejms finali tagħhom relatati mal-fondi strutturali għall-QFP 2007–2013

2.20.

L-Istati Membri ppreżentaw il-klejms finali tagħhom relatati mal-fondi strutturali (23) għall-QFP 2007–2013 qabel tmiem Marzu 2017 (24).

 

2.21.

Fi tmiem l-2017, l-impenji pendenti għall-fondi strutturali ammontaw għal EUR 11,7  biljun jew 3,4  % tal-ammonti totali allokati għall-QFP 2007–2013 (ara l- Kaxxa 2.7 ).

2.21.

Fl-2018 il-Kummissjoni se tagħlaq għadd ta’ programmi importanti li se jnaqqsu drastikament l-impenji pendenti.

Bħal fl-aħħar ta’ Mejju 2018, l-ammont totali ta’ impenji pendenti għall-FEŻR u l-FK huwa EUR 8,1 biljun u għall-FSE EUR 1,9 biljun. Il-Kummissjoni tistenna li tkun tista’ tagħlaq il-maġġoranza l-kbira tal-impenji pendenti fl-2018 u l-2019, kif imsemmi fir-rapporti ta’ Attività Annwali ta’ DĠ REGIO u DĠ EMPL.

Kaxxa 2.7 —   Impenji pendenti fi tmiem l-2017 għall-fondi strutturali taħt il-QFP 2007–2013

Image

Sors:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

2.22.

Id-diżimpenji relatati mal-fondi strutturali kienu jammontaw għal EUR 4,4  biljun (1,3  %) tat-total allokat għall-QFP 2007–2013) (ara l- Kaxxa 2.8 ). Dawn jirrappreżentaw parti żgħira ħafna mit-total tal-impenji (25).

 

Kaxxa 2.8 —   Ammonti ta’ diżimpenji relatati mal-fondi strutturali bejn l-2011 u l-2017, skont l-Istat Membru

Image

Nota:

Iċ-ċifri individwali juru t-total fl-għeluq u għar-regola N+2/N+3.

Sors:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Għall-għajnuna li tingħata lil pajjiżi terzi qed isir użu akbar minn mudelli alternattivi ta’ finanzjament

2.23.

Il-Fondi Fiduċjarji tal-UE u l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija huma differenti mill-mekkaniżmi standard li l-Kummissjoni tuża għat-twassil tal-għajnuna. Dawn jużaw bosta sorsi ta’ finanzjament u diversi mezzi ta’ distribuzzjoni, li jżid il-kumplessità. Il-Fondi Fiduċjarji tal-UE huma mmaniġġjati barra mill-baġit tal-UE, filwaqt li l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija hija mmaniġġjata fi ħdanu. Hawn taħt tingħata stampa ġenerali ta’ dawn il-mekkaniżmi. Strument ieħor ġdid għall-għoti ta’ għajnuna lil pajjiżi terzi huwa l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) (ara l-paragrafi 2.40–2.41).

2.23.

Il-Kummissjoni tqis li l-Fondi Fiduċjarji tal-UE fihom infushom ma jżidux kumplessità billi dawn inħolqu biex jiġbru l-finanzjamenti tal-UE, minn diversi sorsi kif ukoll minn donaturi li jikkontribwixxu, f’mekkaniżmu uniku, u b’hekk inaqqsu l-kumplessità ta’ interventi multipli.

Il-Faċilità hija mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni li tiffaċilita, iktar milli tikkumplika. Mhix strument ġdid. Il-faċilità tippermetti l-mobilizzazzjoni mħaffa, effettiva u effiċjenti ta’ għajnuna tal-UE lir-refuġjati fit-Turkija u tiżgura l-aħjar użu ta’ riżorsi tal-UE u tal-Istati Membri tal-UE, bħala għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp b’mod komprensiv u koordinat.

2.24.

Il-Fondi Fiduċjarji tal-UE huma arranġamenti legali separati bi struttura finanzjarja distinta, li fihom bosta donaturi jiffinanzjaw b’mod konġunt azzjoni bbażat fuq objettivi komuni. Sa issa, il-Kummissjoni ħolqot erba’ Fondi Fiduċjarji tal-UE: il-Fond Bêkou, il-Fond Madad, il-Fond Afrika u l-Fond Kolombja (26) (ara l- Kaxxa 2.9 ).

 

Kaxxa 2.9 —   Informazzjoni ewlenija dwar il-Fondi Fiduċjarji

Image

Nota:

Id-differenzi fis-somma tal-kontribuzzjonijiet imwiegħda huma minħabba arrotondament.

Sors:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni, l-Artikolu 187 tar-Regolament Finanzjarju u l-Ftehimiet Kostituttivi li jistabbilixxu l-Fondi Fiduċjarji.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.25.

Aħna eżaminajna l-istruttura u l-ġestjoni tal-ewwel Fond Fiduċjarju tal-UE li ġie mmaniġġjat mill-Kummissjoni — il-Fond Bêkou (27). Fost affarijiet oħra, aħna osservajna li l-Fond kien attira għajnuna, iżda ftit donaturi addizzjonali.

2.25.

Il-Fond Fiduċjarju ta’ Bekou jopera fir-Repubblika Ċentru-Afrikana li fl-imgħoddi kellu diffikultajiet biex jattira donaturi. Madankollu, il-Fond Fiduċjarju ta’ Bekou rnexxielu jżid b’mod sinifikanti l-għajnuna minn donaturi bħall-Italja, in-Netherlands u l-Ġermanja li ma kinux preċedentement donaturi sostanzjali lir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

2.26.

Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi rekwiżiti stretti biex jiġġustifika l-ħolqien tal-Fondi Fiduċjarji, bħal valur miżjud tal-UE, ġestjoni aħjar, kontroll aħjar tar-riskji, kontroll aħjar tal-iżborżamenti u addizzjonalità (ara l- Kaxxa 2.9 ). Fir-Rapport Anwali 2016 tagħna, aħna indikajna li l-arranġamenti ta’ finanzjament ma għandhomx ikunu aktar kumplessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE u biex jiġu garantiti l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-possibbiltà li jiġu awditjati (28).

2.26.

Il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa fl-2025 nediet dibattitu ġenerali u proċess ta’ riflessjoni li jippreċedu t-tħejjijiet tal-QFP li jmiss. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni adottat dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE f’Ġunju 2017 li stabbilixxa s-sisien għall-proposta tal-Kummissjoni ta’ arkitettura finanzjarja ġdida tal-UE għall-QFP li jmiss. Il-Kummissjoni qed tipproponi baġit aktar koerenti, iffukat u trasparenti li jgħaqqad flimkien sorsi fframmentati ta’ finanzjament fi programmi integrati ġodda u jissimplifika l-użu ta’ strumenti finanzjarji.

2.27.

Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija ġiet stabbilita f’Jannar 2016 biex tgħin lit-Turkija tiffaċċja l-fluss enormi ta’ refuġjati (ara l- Kaxxa 2.10 ).

 

Kaxxa 2.10 —   Informazzjoni ewlenija dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija

Image

Sors:

(a)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2015 dwar il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri permezz ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni — il-Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija.

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2016 dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 tal-24 ta’ Novembru 2015.

(c)

It-Tieni Rapport Annwali dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (COM(2018) 91 final tal-14.3.2018).

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

 

Kaxxa 2.10

Il-Kummissjoni tosserva li l-Istati Membri ssodisfaw l-obbligi kollha tagħhom. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri — bħala dħul assenjat estern — għandhom jitħallsu sal-2019 skont skedi ta’ ħlas miftiehma. Sa issa, hemm qbil sodisfaċenti bejn il-pagamenti tal-Istati Membri lill-Faċilità u l-iżburżar iffinanzjat minn dawn il-kontribuzzjonijiet mill-Faċilità.

Il-finanzjament mill-UE favur l-istrumenti finanzjarji żdied b’mod sostanzjali

2.28.

L-appoġġ baġitarju li jingħata mill-UE favur id-diversi strumenti finanzjarji żdied b’mod sostanzjali (ara l- Kaxxa 2.11 ).

 

Kaxxa 2.11 —   Appoġġ mill-baġit tal-UE favur l-istrumenti finanzjarji

(f’biljun EUR)

 

QFP 2007–2013

QFP 2014–2020

Taħt ġestjoni kondiviża

 

 

Strumenti Finanzjarji taħt Ġestjoni Kondiviża (FISMs)

11,3

20,0

Taħt ġestjoni diretta/indiretta u garanziji baġitarji

 

 

Strumenti finanzjarji taħt ġestjoni indiretta

3,0  (55)

5,9  (56)

Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) — Garanzija

0

26,0

EFSD – Garanzija

0

1,5

Total

14,3

53,4

Is-sitwazzjoni fi tmiem Diċembru 2017

Sors:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq rapporti tal-Kummissjoni u regolamenti rilevanti.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

L-Istrumenti Finanzjarji taħt Ġestjoni Kondiviża qed jiffaċċjaw diffikultajiet

L-għeluq tal-perjodu 2007–2013 żvela ineżattezzi u kontabilizzar doppju

2.29.

Fl-2017, l-Istrumenti Finanzjarji taħt Ġestjoni Kondiviża (FISMs) għall-QFP 2007–2013 kienu fil-proċess li jingħalqu bħala parti mill-għeluq tal-programmi operazzjonali korrispondenti tagħhom.

 

2.30.

Skont il-Kummissjoni (29), il-FISMs tħallsu EUR 11,3  biljun mill-fondi strutturali. Ammont addizzjonali ta’ EUR 5,1  biljun ġie minn kofinanzjament nazzjonali (ara l- Kaxxa 2.12 ).

 

Kaxxa 2.12 —   Ammonti mħallsin lill-Istati Membri u ntużati minnhom, fil-qafas tal-FISMs, sal-31 ta’ Marzu 2017

Image

Sors:

Ir-rapport intitolat: Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja, kif irrappurtata mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 — Perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013; Sitwazzjoni fil-31 ta’ Marzu 2017 (fl-għeluq).

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.31.

Skont id-data li l-Istati Membri pprovdew lill-Kummissjoni, 93 % tal-ammont totali li tħallas għall-FISMs (EUR 15,2  biljun) ġew żborżati favur ir-riċevituri finali. Madankollu, skont l-istima tal-Kummissjoni, ir-rata reali ta’ żborżament favur ir-riċevituri finali tista’ tkun sa seba’ punti perċentwali aktar baxxa, minħabba l-possibbiltà li jiġu inklużi skorrettament xi pagamenti fuq self li jkunu reġgħu ntużaw (30), u mgħax miksub mill-immaniġġar ta’ flus mit-Teżor jew “dħul eċċessiv ta’ entrati”. Dawn l-ammonti kkontabilizzati b’mod eċċessiv jitilgħu għal total ta’ EUR 0,9  biljun. Din is-somma, flimkien mal-EUR 1,2  biljun li jibqa’ f’fondi speċifiċi, huma suġġetti għall-proċeduri ta’ għeluq għall-programmi operazzjonali, u jista’ jkollhom jintraddu lura għall-baġit tal-UE wara li jitnaqqsu l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni. Barra minn hekk, fl-għeluq kien baqa’ 45 fond speċifiku minn 981 li jew kienu għadhom ma rriżultaw fl-ebda investiment jew inkella ma rrappurtawx dwar dan. Għalhekk, ir-rapport ta’ sinteżi intitolat “Summary of data” ma jipprovdix stampa sħiħa u preċiża tas-sitwazzjoni (31).

2.31.

Il-Kummissjoni tenfasizza li “Sommarju tad-data” tagħha jirrifletti l-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri, u li t-tariffi u l-ispejjeż tal-ġestjoni rrapportati mill-Istati Membri jirrappreżentaw EUR 889 miljun.

Proċeduri tal-għeluq għal programmi operattivi għadhom għaddejjin, u l-Kummissjoni se tieħu azzjoni korrettiva fejn xieraq. Deċiżjonijiet dwar l-ammonti li għandhom jintraddu lura lill-baġit tal-UE huma meħuda fil-livell tal-programmi operattivi u mhux fil-livell ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi, li huma biss forma waħda ta’ appoġġ fi programm operattiv.

2.32.

Ir-riżorsi disponibbli fil-FISMs 2007–2013, wara li jintużaw mill-Istati Membri (32), jappartjenu lilhom (l-awtoritajiet maniġerjali stmaw li dan l-ammont huwa ta’ EUR 8,5  biljun, attribwibbli għall-fondi strutturali). L-Istati Membri jkunu jridu jużawhom għall-istess finijiet kif kien intenzjonat oriġinarjament.

 

2.33.

Aħna ppubblikajna rapport speċjali (33) dwar l-implimentazzjoni tal-FISMs 2007–2013. Fost affarijiet oħra, ir-rapport sab li l-fondi fl-Istati Membri kienu esperjenzaw diffikultajiet fl-iżborżament tad-dotazzjonijiet tagħhom, kienu attiraw kapital privat limitat biss u r-rappurtar tagħhom kien sar tard. Aħna rrakkomandajna wkoll li l-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Istati Membri jżommu n-natura rotanti tal-fondi (jiġifieri jkomplu jippermettu li l-istess fondi jintużaw f’bosta ċikli).

2.33.

Il-Kummissjoni tenfasizza li, sa mill-aħħar ta’ Marzu 2017, il-livell ta’ pagamenti lir-riċevituri finali kien ta’ 93 %, li magħhom trid tingħadd in-nefqa ta’ 6,7  % għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni.

Barra minn hekk, fir-Rapport Speċjali tal-QEA 19/2016 il-Kummissjoni indikat li jenħtieġ li l-għan li jiġi attirat il-kapital privat ma jkunx enfasizzat iżżejjed b’mod partikolari għas-setturi esposti għal fallimenti kbar fis-suq u li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma obbligati li jiżguraw u jippreżentaw lill-Kummissjoni miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti legali fir-rigward tar-riżorsi legati.

L-iżborżamenti li saru mill-FISMs favur ir-riċevituri finali taħt il-QFP 2014–2020 kienu baxxi

2.34.

Mir-riżorsi totali impenjati mill-Fondi SIE fil-qafas tal-programmi operazzjonali taħt il-QFP 2014–2020, 30 % tħallsu fil-FISMs. Minn dan il-perċentwal, 38 % (EUR 1,2  biljun) ġew impenjati favur ir-riċevituri finali ta’ dawn l-istrumenti. Sal-bidu tal-2017, wara tliet snin tal-QFP attwali, inqas minn 10 % tal-finanzjament totali mill-Fondi SIE li kien disponibbli permezz tal-FISMs kien wasal għand ir-riċevituri biex jintuża għall-iffinanzjar ta’ investimenti u attivitajiet produttivi (ara l- Kaxxa 2.13 ).

2.34.

Il-Kummissjoni tqis li paragun aktar raġonevoli jkun l-ammonti mħallsa lill-istrumenti finanzjarji u l-ammonti mħallsa lir-riċevituri finali.

Fil-31 ta’ Diċembru 2016, 32 % tal-ammonti mħallsa lil strumenti finanzjarji kienu effettivament imħallsa lir-riċevituri finali.

Kaxxa 2.13 —   Status tal-FISMs għall-QFP 2014–2020, is-sitwazzjoni f’Diċembru 2016

Image

Sors:

Il-Kummissjoni Ewropea, “Financial Instruments under the European Structural and Investment Funds, situation as at 31 December 2016” (Strumenti Finanzjarji taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2016), Diċembru 2017.

2.35.

Il-QFP attwali jirrikjedi li l-Istati Membri jirrappurtaw b’mod aktar komprensiv. Madankollu, l-aħħar rapport disponibbli dwar il-FISMs għall-QFP 2014–2020 huwa r-rapport li ġie ppubblikat f’Diċembru 2017 u li jirreferi għas-sitwazzjoni fi tmiem l-2016. Għalkemm dan huwa konformi mar-rekwiżiti eżistenti, għad hemm wisq żmien bejn tmiem il-perjodu u r-rapport korrispondenti għadha kbira.

2.35.

Il-perjodu ta’ żmien għar-rappurtar bejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u r-rappurtar mill-Kummissjoni jirrifletti l-kuntest ta’ ġestjoni kondiviża.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi żdied fl-importanza

2.36.

L-awtorità baġitarja żiedet il-garanzija tal-FEIS minn EUR 16-il biljun għal EUR 26 biljun (34), u l-mira għall-volum ta’ investiment minn EUR 315-il biljun għal EUR 500 biljun. Il-Fond ta' Garanzija tal-FEIS żdied b’EUR 1,1  biljun (35), minn EUR 8 biljun għal EUR 9,1  biljun, b’riżultat tat-trasferimenti u tar-rimborżi. Din iż-żieda wasslet għal tnaqqis sinifikanti fir-rata ta' proviżjonament, minn 50 % għal 35 %.

 

2.37.

Fi tmiem l-2017, il-Fond ta' Garanzija tal-FEIS kien jikkonsisti f’assi ta’ EUR 3,5  biljun (2016: EUR 1 biljun). Barra minn hekk, ammont ta’ EUR 2,6  biljun kien ġie impenjat mill-baġit tal-UE iżda kien għadu ma tħallasx (36). It-EUR 3 biljun li fadal se jitħallsu gradwalment sal-2022 (37). Sa tmiem l-2017, ma kien sar l-ebda pagament mill-Fond ta' Garanzija tal-FEIS.

 

2.38.

Sa tmiem l-2017, il-Grupp tal-BEI kien iffirma kuntratti b’valur ta’ EUR 36,7  biljun (2016: EUR 21,3  biljun) (38). Il- Kaxxa 2.14 turi d-distribuzzjoni ta’ dan l-ammont, skont l-Istat Membru.

 

Kaxxa 2.14 —   Finanzjament mill-FEIS, skont l-Istat Membru (f’miljun EUR)

Image

Sors:

Ir-Rapport tal-BEI “Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi — IIW u SMEW — Skeda II tal-Ftehim dwar il-FEIS — Rapport Operazzjonali ta’ tmiem is-sena — Data ta’ rappurtar: il-31 ta’ Diċembru 2017”.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.39.

Aħna nosservaw li 64 % tal-valur totali tal-kuntratti taħt il-FEIS li l-Grupp tal-BEI kien iffirma sa tmiem l-2017 kienu kkonċentrati f’sitt Stati Membri. Attwalment, qed neżaminaw jekk il-FEIS huwiex qed jipprogressa tajjeb fl-ilħuq tal-objettiv ta' politika tiegħu, jiġifieri li jappoġġa investimenti addizzjonali fl-Ewropa.

2.39.

Il-FEIS huwa strument immexxi mid-domanda b’ebda preallokazzjonijiet tal-pajjiż. Il-proġetti jintgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti ċarament ta’ eliġibbiltà u addizzjonalità u l-Istati Membri kollha huma mħeġġa jippreżentaw proġetti li jissodisfaw dawn il-kriterji. Barra minn hekk, meta l-investiment mobilizzat mill-FEIS jitqabbel mal-PDG tal-Istati Membri, l-analiżi tiffavorixxi l-Istati Membri iżgħar, bl-aqwa tliet benefiċjarji jkunu l-Estonja, il-Bulgarija u l-Greċja.

Stabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

2.40.

L-awtorità baġitarja stabbiliet l-EFSD f’Settembru 2017 (39). Dan se jsegwi prinċipji simili għal dawk tal-FEIS.

 

2.41.

Ir-Regolament dwar l-EFSD jippermetti lill-Kummissjoni tikkonkludi ftehimiet ta’ Garanzija tal-EFSD anke ma’ korpi terzi bħala kontropartijiet eliġibbli, pereżempju organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi rregolati bid-dritt privat ta’ Stat Membru jew pajjiż sieħeb (40). Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu japprovaw l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment u jagħmlu sejħiet dwar il-Garanzija tal-EFSD li tingħata appoġġ mill-baġit tal-UE. Għall-kuntrarju tal-FEIS, fejn il-BEI huwa effettivament l-uniku intermedjarju, l-EFSD jippermetti lil organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi oħra fis-settur privat jittrażmettu l-benefiċċji tal-Garanzija tal-UE u eventwalment jagħmlu talba għall-garanzija. Għaldaqstant, għalissa l-EFSD jirrappreżenta l-eżempju l-aktar estensiv, f’termini tal-firxa ta’ sħab, tad-delegazzjoni ta’ setgħat f’dak li jirrigwarda t-teħid ta’ impenji f’isem il-baġit tal-UE.

2.41.

L-EFSD+ jopera bħala “one-stop-shop” biex jirċievi proposti ta’ finanzjament mingħand istituzzjonijiet finanzjarji u investituri pubbliċi jew privati u jagħti firxa wiesgħa ta’ appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli. L-għan ewlieni tal-EFSD huwa li jipprovdi pakkett finanzjarju integrat biex jiffinanzja investimenti li jibdew fir-reġjuni tal-Afrika u l-Viċinat, u b’hekk joħloq opportunitajiet ta’ tkabbir u impjiegi, jimmassimizza l-addizzjonalità, jipprovdi prodotti innovattivi u jattira fondi mis-settur privat.

L-esponiment tal-baġit tal-UE għadu sinifikanti

2.42.

Il-baġit tal-UE huwa espost għal akkumulazzjoni ta’ obbligi legali biex isiru pagamenti f’data fil-futur, suġġett għal diversi kundizzjonijiet. Fost dawn l-obbligi, hemm obbligazzjonijiet kontinġenti fil-forma ta’ garanziji li jistgħu jkunu jeħtieġu finanzjament f’każ li jseħħ avveniment futur (41) (ara l- Kaxxa 2.15 ).

 

Kaxxa 2.15 —   Esponiment tal-baġit tal-UE għall-garanziji (is-sitwazzjoni fi tmiem l-2017)

Image

Noti:

(1)

Ara n-Noti 2.4.1 u 4.1.1 fil-kontijiet tal-UE għall-2017.

(2)

Ara n-Noti 2.11.1 u 4.1.2 fil-kontijiet tal-UE għall-2017.

(3)

Ara n-Noti 2.4.1 u 4.1.3 fil-kontijiet tal-UE għall-2017.

(4)

Fil-31.12.2017, ma kien ġie ffirmat l-ebda impenn legali għall-Garanzija tal-EFSD jew għall-Garanzija addizzjonali tal-FEIS.

Sors:

Il-kontijiet tal-UE għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.43.

Meta tippreżenta proposti li jkunu jinkludu l-ħolqien jew iż-żieda ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti mdaqqsin, il-Kummissjoni tħejji analiżi tal-obbligazzjoni kontinġenti partikolari inkwistjoni. Ma tibgħatx magħha stampa ġenerali tal-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha li jingħataw appoġġ mill-baġit tal-UE, u lanqas ma tibgħat analiżi tax-xenarji tas-simulazzjoni ta' kriżi, li kieku jkunu utli biex jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu japprezzaw l-impatt kumplessiv.

2.43.

Il-Kummissjoni qiegħda kontinwament ittejjeb ir-rappurtar tagħha dwar obbligazzjonijiet kontinġenti. F’dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid jipprevedi dokument ta’ ħidma annwali li jakkumpanja l-abbozz tal-proposta tal-baġit b“valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrbin mill-baġit ġenerali tal-Unjoni li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji”.

2.44.

Fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid (42), il-Kummissjoni pproponiet li tiġbor flimkien id-dispożizzjonijiet kollha f’fond ta’ proviżjonament komuni. L-ammont inkluż f’dan il-fond se jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ rata effettiva ta’ proviżjonament, li se tkun perċentwal ta’ kull waħda mir-rati individwali li ntużaw sa issa. Huwa mistenni li dan ikun jista’ jipprovdi aktar flessibbiltà f’termini ta’ mmaniġġar ta’ flus mit-Teżor. Madankollu, il-fondi li jitwarrbu jistgħu ma jkunux suffiċjenti, jekk bosta riskji finanzjarji jimmaterjalizzaw fl-istess ħin.

2.44.

Kif stipulat fl-Artikolu 213(1) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid, ir-rata ta’ proviżjonament effettiva għandha tipprovdi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni kontra l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni li kienet se tiġi pprovduta mingħajr il-ġbir flimkien tal-assi pprovduti. Il-ġbir flimkien u r-rata ta’ proviżjonament effettiva ma jżidux ir-riskju finanzjarju.

2.45.

Barra minn hekk, l-obbligazzjoni tal-pensjonijiet għall-persunal tal-UE żdiedet minn EUR 67,2  biljun fl-2016 għal EUR 73,1  biljun fl-2017 (43). Din hija l-akbar entrata fit-tul fil-karta tal-bilanċ tal-UE (44). Din l-obbligazzjoni teżisti peress li l-UE ma twarrabx ammont kull sena biex tiffinanzja l-pagamenti futuri għall-pensjonijiet. L-Istati Membri jiggarantixxu l-obbligazzjoni tal-pensjonijiet b’mod konġunt (45). Huma jimpenjaw lilhom infushom li jħallsu l-ammonti dovuti għall-pensjonijiet kull sena. Dan l-ammont huwa inkluż fil-baġit tal-UE.

 

RISKJI U SFIDI GĦALL-BAĠIT FUTUR TAL-UE

2.46.

Ibbażat fuq l-analiżi li wettaqna, aħna identifikajna bosta riskji u sfidi b’implikazzjonijiet għall-baġits futuri tal-UE. Għad hemm ir-riskju li jkun hemm ammont anormali ta’ arretrati ta’ pagamenti sal-2020. Jeħtieġ li l-problema ta’ impenji pendenti mill-QFP attwali tiġi ttrattata permezz ta’ ammont adegwat ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament fil-QFP li jmiss. Sfidi addizzjonali għall-baġit tal-UE jirriżultaw mill-ħruġ previst tar-Renju Unit mill-UE fl-2019 u mill-ħtieġa li jsir titijib fl-obbligu ta’ rendikont fid-dawl tar-riflessjoni attwali dwar il-futur tal-baġit tal-UE.

2.46.

Fir-rigward tal-akkumulu ta’ pagamenti pendenti u l-adegwatezz tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament, il-Kummissjoni tqis li l-limitu massimu ta’ pagament aġġustat se jkun sostenibbli sa tmiem il-QFP fl-2020, filwaqt li tqis it-trasferiment tal-Marġni Globali għall-Pagamenti (MGP) tal-2017 għas-snin 2019 u 2020.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġibiet tagħha fil-paragrafi 2.8 u 2.12.

Teżisti l-possibbiltà ta’ ammonti anormali ta’ arretrati ta’ klejms mhux imħallsa

2.47.

Huwa mistenni li l-pagamenti jiżdiedu gradwalment bejn l-2018 u l-2020, billi huwa probabbli li l-klejms għall-pagamenti se jiżdiedu sostanzjalment. Fil-fehma tagħna, għad hemm ir-riskju li jiżviluppa ammont anormali ta’ arretrati ta’ pagamenti, kif ġara matul il-perjodu 2013–2015. Il-flessibbiltà li nħolqot mill-MGP hija fattur mitiganti (ara l-paragrafi 2.6–2.10). Madankollu, ir-riskju jiżdied jekk l-istrumenti speċjali jiġu kontabilizzati fil-limitu massimu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament (ara l-paragrafu 2.12).

2.47.

Ir-riskju ta’ akkumulazzjoni anormali sal-2020 hija pjuttost limitata bis-saħħa tat-tħaddim tal-Marġni Globali għall-pagamenti li żżid il-limiti massimi sa l-ogħla livell fl-2019 u l-2020. Ir-riskju jista’ jimmaterjalizza jekk l-awtorità baġitarja ma adottatx il-baġit annwali fil-livell meħtieġ.

Il-finanzjament ta’ impenji pendenti mill-QFP 2014–2020 jippreżenta problema għall-QFP li jmiss

2.48.

Se jkun jeħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-QFP li jmiss ikopru l-impenji pendenti mill-QFP 2014–2020 kif ukoll il-programmi l-ġodda tal-QFP li jmiss. Possibbiltà oħra hija li jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi taħt il-QFP li jmiss (46). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-riżorsi proprji tirrikjedi li l-Kummissjoni u l-awtorità baġitarja jżommu bilanċ ordnat bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament (47).

2.48.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP li jmiss (COM(2018) 321) tipproponi EUR 1 246 biljun f’pagamenti, li jikkorrispondu għal ħlas massimu ta’ 1,08  % mid-dħul nazzjonali gross tal-EU-27 għall-perjodu 2021–2027. Il-Kummissjoni temmen li dan se jkun biżżejjed biex ikopri l-impenji pendenti (RAL) qabel l-2021 u l-pagamenti fuq impenji ġodda għall-perjodu 2021–2027.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li żżid il-limiti massimi tar-riżorsi proprji fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji sa 1,29  % tal-ING tal-EU-27. Din iż-żieda hija neċessarja biex tiġi akkomodata l-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-ħtiġijiet ta’ pagamenti fuq prijoritajiet ġodda. Se tipprovdi wkoll marġni suffiċjenti bejn il-pagamenti u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji biex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligi finanzjarji fi kwalunkwe ċirkostanza.

2.49.

Sa tmiem l-2017, il-Kummissjoni kienet għadha ma stabbilietx projezzjonijiet komprensivi u fit-tul, li jikkonformaw bis-sħiħ mal-Ftehim Interistituzzjonali (48). Għalkemm il-Kummissjoni ppreżentat previżjoni fis-16 ta’ Ottubru 2017, l-ambitu tagħha kien limitat għal impenji eżistenti, stmati sa tmiem l-2020. Projezzjonijiet aktar komprensivi u fit-tul jgħinu biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati għall-QFP li jmiss (49).

2.49.

Il-Kummissjoni ppreżentat aġġornament tal-previżjoni ta’ pagamenti f’terminu medju f’Ottubru 2017, li jagħti stima tal-evoluzzjoni tar-RAL fi tmiem il-perjodu tal-QFP 2014–2020, u jevalwa s-sostenibbiltà tal-limiti massimi ta’ pagament filwaqt li jqis id-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà ġodda miftiehma mar-rieżami ta’ nofs it-terminu.

Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll previżjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament wara l-2020 f’konformità ma’ punt 9 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013.

Dawn ir-rapporti kienu neċessarjament limitati għal impenji sal-2020 peress li l-Kummissjoni ma setgħetx tipprevedi impenji futuri qabel ma ppreżentat il-proposta tagħha dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, li sar f’Mejju 2018.

Għall-futur, l-Artikolu 247(1) tar-Regolament Finanzjarju jistipula l-obbligu li l-Kummissjoni ta’ kull sena tikkomunika sett ta’ rapporti finanzjarji u kontabilistiċi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża previżjoni tal-flussi tal-flus ’il ġewwa u ’l barra fit-tul li jkopru l-ħames snin li jkunu ġejjin. Dan ir-rapport se janalizza l-impatt ta’ impenji ta’ Qafas Finanzjarju Pluriennali partikolari.

Ir-Renju Unit se joħroġ mill-UE

2.50.

Id-dispożizzjonijiet relatati mas-saldu finanzjarju ġew stipulati f’abbozz ta’ ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (50). Skont l-abbozz ta’ ftehim, ir-Renju Unit biħsiebu jonora l-impenji tiegħu sal-2020 daqslikieku kien Stat Membru. Wara l-2020, huwa biħsiebu jonora l-obbligazzjonijiet assunti sa tmiem l-2020. Għall-obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mal-operazzjonijiet finanzjarji, ir-responsabbiltà tar-Renju Unit tkun tkopri operazzjonijiet ta’ dan it-tip li jiġu deċiżi jew approvati sad-data tal-ħruġ.

 

Hemm ir-riskju li d-diskrepanza fl-obbligu ta’ rendikont tkompli tikber

2.51.

Preċedentement, aħna osservajna diskrepanzi fl-obbligu ta’ rendikont fil-ġestjoni u r-rappurtar dwar il-baġit tal-UE (51). Id-dokument ta’ riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE ppropona li l-obbligu ta’ rendikont għandu jkun wieħed mill-erba’ prinċipji għar-riforma (52), bil-ħsieb li l-baġit jinftiehem aħjar kif ukoll biex jiżdiedu l-kontroll demokratiku, it-trasparenza u l-ġestjoni tajba. Fid-dokument informattiv u analitiku tagħna ġew ippreżentati żewġ proposti (53): li jiġu żviluppati l-prinċipji tal-obbligu ta’ rendikont u tat-trasparenza, u li jiġu stabbiliti mandati tal-awditjar għall-korpi kollha relatati mal-UE, kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk futuri (54).

2.51.

Fir-rigward tal-proposta tal-QEA dwar l-iżvilupp ta’ prinċipji ta’ responsabbiltà u trasparenza, il-Kummissjoni tenfasizza li hija tipproponi għall-QFP 2021–2027 qafas aktar koerenti, iffukat u trasparenti milli għall-baġit tal-UE. L-istruttura tal-baġit il-ġdid se tkun aktar ċara, allinjat ma’ prijoritajiet politiċi u l-għadd ta’ programmi se jonqos ħafna.

Pereżempju, il-Fond ġdid u integrat kompletament “InvestEU” se jġib flimkien taħt programm uniku l-istrumenti finanzjarji immaniġġjati ċentralment, li jappoġġaw l-investiment strateġiku madwar l-UE kollha.

Fir-rigward tal-proposta l-oħra tal-QEA dwar l-istabbiliment ta’ mandati ta’ awditjar għall-korpi relatati mal-UE kollha eżistenti u futuri, il-Kummissjoni ma tixtieqx tikkummenta dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw Istituzzjonijiet oħra u li huma barra mill-mandat tagħha. Il-Kummissjoni tilqa l-kontribut tal-QEA għad-dibattitu dwar ir-responsabbiltà tal-UE u l-arranġamenti tal-awditjar pubbliku.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

2.52.

L-ammonti impenjati (inklużi l-istrumenti speċjali) huma kemxejn ogħla mil-limitu ssettjat fil-QFP. Madankollu, għat-tieni sena konsekuttiva, il-pagamenti kienu ferm inqas mil-livelli antiċipati, li min-naħa tagħhom naqqsu l-kontribuzzjonijiet mitluba mill-Istati Membri. Il-livell baxx ta’ pagamenti kien prinċipalment dovut għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-Fondi SIE (ara l-paragrafi 2.3–2.5).

 

2.53.

B'riżultat ta’ dan, l-impenji baġitarji pendenti qabżu l-ammont rekord tas-sena li għaddiet u probabbilment se jiżdiedu jerġa’ aktar sa tmiem il-QFP attwali. Dan iżid b’mod sinifikanti r-riskju li l-approprjazzjonijiet ta' pagament li se jkunu disponibbli għas-snin finali tal-QFP mhumiex se jkunu suffiċjenti (ara l-paragrafi 2.6–2.8).

2.53.

Il-Kummissjoni tqis li l-limitu massimu ta’ pagament aġġustat se jkun suffiċjenti; ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 2.8.

2.54.

Il-baġit tal-UE sar aktar flessibbli biż-żieda tal-Marġni Globali għall-Pagamenti (MGP) u tal-ammonti disponibbli għal żewġ strumenti speċjali, kif ukoll biż-żieda tal-possibbiltajiet ta’ trasferiment bejn l-istrumenti speċjali. Il-kwistjoni ta’ jekk l-istrumenti speċjali għandhomx jiġu kontabilizzati jew le fil-limitu massimu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għadha ma ġietx riżolta (ara l-paragrafi 2.9–2.12).

2.54.

Il-Kummissjoni għamlet proposta biex issolvi l-kwistjoni ta’ strumenti speċjali fil-QFP 2021–2027; ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 2.12.

2.55.

Sa tmiem l-2017, ir-rata medja kumplessiva ta’ assorbiment għall-QFP 2014–2020 kienet jerġa’ aktar baxxa minn dik fis-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti (2010: 22 %). Dan kien prinċipalment dovut għall-għeluq tal-QFP preċedenti li sar aktar tard milli previst, l-adozzjoni tardiva ta’ atti legali, id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda għall-QFP attwali, il-bidla fir-regoli ta' diżimpenn minn N+2 għal N+3, u l-piż amministrattiv marbut mat-trikkib bejn il-perjodi tal-QFP. Aħna ġbidna l-attenzjoni għall-possibbiltà li dan ikollu impatt fuq il-kwalità tal-proġetti kif ukoll għall-importanza li jkun jeżisti qafas legali stabbli biżżejjed (ara l-paragrafi 2.13–2.19).

2.55.

Sovrapożizzjoni bejn iż-żewġ termini hija kkunsidrata meħtieġa minħabba li ħafna proġetti jieħdu diversi snin biex jiġi implimentat u li dejjem se jkun hemm fażi tal-bidu u fażi ta’ tgeżwir għal kull perjodu ta’ programmazzjoni. Għaldaqstant, l-għeluq dejjem se jirkeb mal-perjodu sussegwenti.

Fl-istess ħin, f’diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta’ adozzjoni f’waqtha ta’ atti legali mill-koleġiżlaturi wkoll.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġibiet tagħha fil-paragrafi 2.14 u 2.18.

2.56.

Fl-2017, il-fondi strutturali taħt il-QFP 2007–2013 kienu fil-proċess li jingħalqu. Il-maġġoranza tal-Istati Membri assorbew il-biċċa l-kbira mir-riżorsi li ġew allokati lilhom (ara l-paragrafi 2.20–2.22).

 

2.57.

Għall-għajnuna li tingħata lil pajjiżi terzi qed isir użu akbar minn mudelli alternattivi ta' finanzjament, li jżidu il-kumplessità tal-istrutturi finanzjarji eżistenti (ara l-paragrafi 2.23–2.27).

2.57.

Il-Kummissjoni tqis li l-mudelli ġodda ta’ finanzjament jikkontribwixxi biex tiżdied l-effikaċja tal-għajnuna lil pajjiżi li mhumiex fl-UE.

2.58.

Il-finanzjament mill-UE favur l-istrumenti finanzjarji żdied b’mod sostanzjali. L-għeluq tal-FISMs għall-QFP 2007–2013 żvela problemi fir-rappurtar li jsir mill-Istati Membri. Filwaqt li taħt ir-rekwiżiti tal-QFP 2014–2020, ir-rappurtar sar aktar komprensiv, għad hemm wisq żmien bejn tmiem il-perjodu ta’ rappurtar u r-rapport korrispondenti (ara l-paragrafi 2.28–2.39).

2.58.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar dwar strumenti finanzjarji fil-programmi 2007–2013 ġew introdotti f’nofs l-implimentazzjoni tal-programm tal-2007–2013. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għamlu sforzi sinifikanti fl-aħħar snin sabiex jitjieb il-proċess ta’ rappurtar u l-kwalità tad-data pprovduta, kif rikonoxxut mill-QEA fir-Rapport Annwali tagħha tal-2016.

Il-perjodu ta’ żmien għar-rappurtar bejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u r-rappurtar mill-Kummissjoni jirrifletti l-kuntest ta’ ġestjoni kondiviża.

2.59.

Inħoloq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD). Il-mudell ta’ governanza tiegħu jippermetti li jkun hemm firxa aktar wiesgħa ta’ sħab li jassumu l-impenji f’isem il-baġit tal-UE (ara l-paragrafi 2.40–2.41).

2.59.

L-għan ewlieni tal-EFSD huwa li jipprovdi pakkett finanzjarju integrat biex jiffinanzja investimenti li jibdew fir-reġjuni tal-Afrika u l-Viċinat, u b’hekk joħloq opportunitajiet ta’ tkabbir u impjiegi, jimmassimizza l-addizzjonalità, jipprovdi prodotti innovattivi u jattira fondi mis-settur privat.

Ara r-risposta tal-Kummissjoni fil-paragrafu 2.41.

2.60.

L-esponiment finanzjarju tal-baġit tal-UE għadu sinifikanti, prinċipalment fir-rigward tal-impenji pendenti, l-obbligazzjoni tal-pensjonijiet għall-persunal tal-UE u impenji legali oħra, kif ukoll l-obbligazzjonijiet kontinġenti fil-forma ta’ garanziji (ara l-paragrafi 2.42–2.45).

 

2.61.

Għadu mhuwiex ċar jekk l-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli humiex se jkunu adegwati biex ikopru l-klejms għall-pagament kollha li jiġu ppreżentati. Il-Kummissjoni għadha ma pproduċietx projezzjonijiet komprensivi u fit-tul biex jgħinu fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għall-QFP li jmiss (ara l-paragrafi 2.47–2.49).

2.61.

Il-Kummissjoni ppreżentat aġġornament tal-previżjoni ta’ pagamenti f’terminu medju f’Ottubru 2017, li jagħti stima tal-evoluzzjoni tar-RAL fi tmiem il-perjodu tal-QFP, u jevalwa s-sostenibbiltà tal-limiti massimi ta’ pagament filwaqt li jqis id-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà ġodda miftiehma mar-rieżami ta’ nofs it-terminu. Previżjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament wara l-2020 ġiet ippreżentat f’konformità ma’ punt 9 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013.

Rakkomandazzjonijiet

2.62.

Aħna nirrakkommandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: tipprovdi informazzjoni preċiża u kompleta dwar l-għeluq tal-FISMs għall-QFP 2007–2013, inklużi l-ammonti finali li jintraddu lura lill-baġit tal-UE u l-ammonti li jappartjenu għall-Istati Membri.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa nofs l-2019.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment.

Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-għeluq f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-leġiżlazzjoni attwali ma teħtieġx li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar l-ammonti li jappartjenu lilhom. F’konformità mar-rakkomandazzjoni 2 aċċettata tar-Rapport Speċjali 04/2017 dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-eżitu finali tal-għeluq għall-perjodu tal-programm fil-kuntest tar-rapport ta’ attività annwali tad-Direttorati Ġenerali rispettivi.

Dan ir-rapport se jinkludi l-ammont eliġibbli fl-għeluq skont il-programm, inkluż għal strumenti finanzjarji fejn disponibbli. Se tinkludi wkoll informazzjoni dwar irkupri skont il-programm operazzjonali, jekk ikun hemm.

Rakkomandazzjoni 2: meta tippreżenta proposti leġiżlattivi li jkunu jinkludu l-ħolqien jew iż-żieda ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti mdaqqsin, tinkludi wkoll stampa ġenerali tal-valur totali tal-obbligazzjonijiet kontinġenti li jingħataw appoġġ mill-baġit, flimkien ma’ analiżi tax-xenarji tas-simulazzjoni ta' kriżi u l-impatt possibbli tagħhom fuq il-baġit.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa nofs l-2019.

Il-Kummissjoni parzjalment taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju l-ġdid adottat mill-koleġiżlatur, annwalment il-Kummissjoni se tevalwa s-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrbin mill-baġit tal-Unjoni li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji. Din l-informazzjoni se takkumpanja l-abbozz tal-baġit sa mill-2021.

Rakkomandazzjoni 3: tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-QFP ta’ wara l-2020, biex jipprevedu mekkaniżmi li jippermettu li ssir ġestjoni aħjar tar-riskju ta’ arretrati ta’ pagamenti, fid-dawl tal-livell għoli ta’ impenji pendenti fil-QFP attwali u f’dak preċedenti.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: sal-bidu tal-perjodu wara l-2020.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-proposti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Element importanti ta’ dawn il-proposti huwa l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tal-limitu massimu ta’ pagament. Il-Kummissjoni temmen li l-limitu massimu ta’ pagament se jkun biżżejjed sabiex jiġu koperti l-impenji pendenti (RAL) ta’ qabel l-2021 u l-pagamenti fuq l-impenji ġodda għall-2021–2027 fil-limiti stabbiliti mil-limitu massimu tar-Riżorsi Proprji skont id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji fis-seħħ.

Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021–2027 tinkludi żewġ mekkaniżmi ewlenin li jiffavorixxu implimentazzjoni aktar f’waqtha: regola ta’ diżimpenn “n+2” flimkien ma’ livell ta’ prefinanzjament li ġie ridott għal pagamenti annwali ta’ 0,5  % fuq il-bażi tal-appoġġ totali mill-Fondi fil-livell tal-programm. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi lill-koleġiżlaturi biex inaqqsu l-livelli ta’ prefinanzjament annwali għall-programmi 2014–2020.


(1)  Dan id-dokument ta’ riflessjoni kien ibbażat fuq id-dokument intitolat “Future financing of the EU” (Il-finanzjament futur tal-UE), Rapport finali u rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji, Jannar 2017.

(2)  Dawn huma: “Future of EU finances: reforming how the EU budget operates” (Il-futur tal-finanzi tal-UE: nirriformaw il-mod kif jopera l-baġit tal-UE), Dokument Informattiv u Analitiku, Frar 2018 (minn hawn ’il quddiem: “id-dokument informattiv u analitiku dwar il-futur tal-finanzi tal-UE”) u “The Commission’s proposal for the 2021–2027 Multiannual Financial Framework” (Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027), Dokument Informattiv u Analitiku, Lulju 2018.

(3)  Din il-proposta kellha tiġi ppreżentata sa tmiem l-2017 — ara l-Artikolu 25 tar-“Regolament dwar il-QFP” (Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014–2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884)).

(4)  Aħna neskludu r-riporti u d-dħul assenjat peress li dawn ma jiffurmawx parti mill-baġit adottat u jsegwu regoli differenti li jbiddlu r-riżultat. Għal aktar informazzjoni, ara l-parti A4-A5 tar-“Report on the budgetary and financial management of the European Commission — Financial year 2017” (Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja — Sena finanzjarja 2017) (RBFM).

(5)  Esklużi r-riporti u d-dħul assenjat. Ara n-Nota 4 f’qiegħ il-paġna.

(6)  Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 2.14 tal-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(7)  Ara n-Nota 2.2 fir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fil-kontijiet annwali konsolidati tal-UE — Sena finanzjarja 2017 (il-“kontijiet tal-UE għall-2017”).

(8)  Ibbażat fuq ir-riżultati eżistenti fi tmiem l-2017 u l-QFP, inkluż l-aġġustament tekniku għall-2017, aħna għamilna s-suppożizzjoni konservattiva li 98 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn se jinbidlu għal impenji. Aħna ħadna l-istima l-aktar reċenti tad-diżimpenji li ġiet ikkalkulata mill-Kummissjoni, u assumejna li 99 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament se jsiru pagamenti, bl-esklużjoni tal-pagamenti relatati ma’ strumenti speċjali f’konformità mas-suppożizzjoni tal-Kummissjoni. Aħna ma ħadniex inkunsiderazzjoni l-użu tal-marġni globali għall-pagamenti (MGP). Madankollu, l-MGP jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-impenji pendenti sal-2020 (ara l-paragrafi 2.9–2.10). Id-dħul assenjat u r-riporti ma ġewx inklużi fil-projezzjonijiet għall-perjodu 2018–2020, billi ftit li xejn għandhom impatt fuq il-projezzjonijiet u l-kalkolu tagħhom huwa diffiċli.

(9)  COM(2016) 603 final — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — “Rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014–2020 — Baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati”. Aħna rreaġejna għal din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni billi, f’Novembru 2016, ippubblikajna d-dokument informattiv u analitiku “EU budget: time to reform?” (Il-baġit tal-UE: wasal iż-żmien għal riforma?).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123 tal-20 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014–2020 (ĠU L 163, 24.6.2017, p. 1).

(11)  L-MGP jippermetti li l-approprjazzjonijiet ta' pagament li ma jkunux intużaw jiġu riportati għal snin fil-futur.

(12)  Ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR), il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), l-Istrument ta' Flessibbiltà (Flex) u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) — ara l-Artikoli 9-12 tar-Regolament dwar il-QFP. Ara wkoll il-paragrafi 2.8–2.10 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(13)  Ara l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-QFP.

(14)  Ibbażat fuq l-aġġustamenti tekniċi għall-qafas finanzjarju u l-istima tal-QEA għall-2017.

(15)  Il-paragrafu 2.8 tar-Rapport Annwali 2014 tagħna u l-paragrafu 2.8(b) tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(16)  Assorbiment huwa l-ammont imħallas mill-Kummissjoni lil Stat Membru bħala kofinanzjament għal proġetti taħt programm(i) operazzjonali tal-Fondi SIE. Ir-rata ta’ assorbiment turi l-ammonti mħallsa mqabbel mal-infiq previst korrispondenti tal-UE.

(17)  Ir-raba’ sena tal-QFP attwali.

(18)  Is-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti.

(19)  Il-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet li hija tqis li huma s-sors tal-problema f’diversi dokumenti: l-analiżi tagħha tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fl-2016; ir-rieżami/reviżjoni tagħha ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014–2020, kif ukoll id-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjawhom, jiġifieri COM(2016) 603 final u SWD(2016) 299 final; u r-risposti tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub li saru lill-Kummissarji Oettinger, Creţu u Thyssen dwar il-proċedura ta’ kwittanza 2016.

(20)  Il-Kroazja, l-Italja, Malta, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.

(21)  Ara r-Rapport Speċjali Nru 1/2018 “Assistenza Konġunta ta' Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (JASPERS) — wasal iż-żmien biex l-assistenza tiġi mmirata aħjar”.

(22)  Ir-Rapport Speċjali Nru 36/2016 “Valutazzjoni tal-arranġamenti għall-għeluq tal-programmi tal-koeżjoni u tal-iżvilupp rurali għall-2007–2013” u r-Rapport Speċjali Nru 17/2018 “L-azzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fl-aħħar snin tal-programmi għall-perjodu 2007–2013 indirizzaw l-assorbiment baxx iżda ma kinux iffukati biżżejjed fuq ir-riżultati”.

(23)  Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni.

(24)  Minbarra l-Kroazja, li għaliha d-data ta' skadenza ġiet estiża għall-31 ta’ Marzu 2018.

(25)  Ara l-paragrafu 2.13 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(26)  L-ismijiet rispettivi sħaħ ta’ dawn il-Fondi Fiduċjarji huma: il-Fond Fiduċjarju tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana; il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana; il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza għall-istabbiltà u li jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament tal-persuni fl-Afrika; il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Kolombja.

(27)  Ir-Rapport Speċjali Nru 11/2017 “Il-Fond Fiduċjarju Bêkou tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana: bidu promettenti minkejja xi nuqqasijiet”.

(28)  Ara r-Rakkomandazzjoni 4 tal-Kapitolu 2 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(29)  Ir-rapport intitolat: Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006 (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja, kif irrappurtata mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006) — Perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 — Sitwazzjoni fil-31 ta’ Marzu 2017 (fl-għeluq).

(30)  Dawn l-ammonti jibqgħu disponibbli biex jintużaw mill-Istati Membri. Ara l-Artikolu 78(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.

(31)  Ara l-paragrafu 6.25 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(32)  Dawn ir-riżorsi jiġu minn self li jkun ġie żborżat u tħallas lura, investimenti li jkunu saru, jew ammonti li jkun fadal wara li jkunu ġew onorati l-garanziji kollha.

(33)  Ir-Rapport Speċjali Nru 19/2016, “L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta’ strumenti finanzjarji — tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007–2013”.

(34)  Ir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 34).

(35)  Il-Premessa 21 tar-Regolament (UE) 2017/2396 tiddikjara li l-finanzjament se jiġi mill-baġit tal-UE, bi trasferiment mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), kif ukoll mid-dħul u r-ripagamenti mill-istrument ta’ dejn tas-CEF u mill-Fond Marguerite.

(36)  Ara n-Nota 4.1 fil-kontijiet tal-UE għall-2017.

(37)  Inklużi mir-rimborżi, jew mill-FEIS innifsu (EUR 525 miljun) jew minn strumenti finanzjarji oħra (EUR 150 miljun mill-istrument ta’ dejn tas-CEF u mill-Fond Marguerite).

(38)  Ara r-rapport: “European Fund for Strategic Investments — IIW and SMEW — Schedule II of the EFSI Agreement — Year-end Operational Report — Reporting date: 31 December 2017” (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi — IIW u SMEW — Skeda II tal-Ftehim dwar il-FEIS — Rapport Operazzjonali ta’ tmiem is-sena — Data ta’ rappurtar: il-31 ta’ Diċembru 2017).

(39)  Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD (ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1).

(40)  L-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) 2017/1601 tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD.

(41)  Obbligazzjonijiet kontinġenti huma obbligazzjonijiet possibbli li jiddependu fuq l-okkorrenza ta’ avvenimenti futuri. L-obbligazzjonijiet kontinġenti prinċipali tal-baġit tal-UE huma: il-garanziji tal-mandat ta’ self estern tal-BEI; il-Garanziji tal-FEIS; l-Assistenza finanzjarja: l-Assistenza Makrofinanzjarja (MFA), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM), il-Bilanċ tal-Pagamenti (BtP), l-Euratom; il-garanziji mogħtija għall-istrumenti finanzjarji tal-UE (prinċipalment Orizzont 2020, il-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa); il-Garanzija tal-EFSD.

(42)  COM (2016) 605 “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”.

(43)  Il-valwazzjoni attwarja tal-obbligazzjoni tal-pensjonijiet tirrappreżenta l-valur attwali tal-pagamenti futuri mistennija. Hija tiġi kkalkulata bl-użu tar-rata rilevanti ta’ skont f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-IPSAS 25. Għal aktar dettalji dwar il-kalkolu ara n-Nota 2.9 fil-kontijiet tal-UE għall-2017.

(44)  Ara l-paġna tal-karta tal-bilanċ fil-kontijiet tal-UE għall-2017.

(45)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna tal-karta tal-bilanċ fil-kontijiet tal-UE għall-2017.

(46)  Ara l-paragrafi 2.36–2.38 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(47)  L-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).

(48)  L-Artikolu 9 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.

(49)  Ara r-Rakkomandazzjoni 2 fil-paragrafu 2.47 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna u d-dokument informattiv u analitiku tagħna dwar il-futur tal-finanzi tal-UE.

(50)  Id-dokument intitolat: Draft Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Community (Abbozz ta' Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika), id-19 ta’ Marzu 2018.

(51)  Ara l-analiżi panoramika tagħna tal-2014 “Lakuni, duplikazzjonijiet u sfidi: analiżi panoramika tal-arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku”, il-paragrafu 2.4 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna u l-paragrafi 2.29–2.31, 2.43 u 2.46 u l-Kaxxa 2.8 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(52)  Il-Kaxxa 4 tad-dokument ta’ riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE.

(53)  Ara l-paragrafi 28, 29 u 39 sa 44 tad-dokument informattiv u analitiku tagħna dwar il-futur tal-finanzi tal-UE.

(54)  Bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), il-Fond Monetarju Ewropew (FME) propost, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) u l-operazzjonijiet tal-BEI li mhumiex relatati mal-baġit tal-UE.

(55)  Din iċ-ċifra ma tinkludix EUR 1,2 biljun ta’ strumenti ta’ finanzjament ikkombinat.

(56)  Ibbażat fuq il-Pakkett Finanzjarju Attwali — COM(2018)600.

ANNESS 2.1

PUNTI PRINĊIPALI TA’ INTERESS FIL-BAĠITS EMENDATORJI

Baġit emendatorju

Spjegazzjoni

Valur f'biljun EUR

Effett fuq il-Baġit 2017

1/2017

Tliet Stati Membri rċevew għajnuna, minħabba li seħħew diżastri kbar jew diżastri reġjonali, permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: (a) ir-Renju Unit: EUR 60,3  miljun, (b) Ċipru: EUR 7,3  miljun u (c) il-Portugall: EUR 3,9  miljun.

0,07

Żieda fl-impenji

2/2017

Il-bilanċ pożittiv tal-2016 intradd lura lill-Istati Membri billi tnaqqsu l-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom

6,40

Tnaqqis fid-dħul

3/2017

Ġiet rinfurzata l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), li kienet ġiet stabbilita fl-2013 bħala rispons għal-livelli għoljin ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-UE, ġiet rinfurzata.

0,50

Żieda fl-impenji

4/2017

Fl-Italja ngħatat assistenza permezz tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), b’segwitu għal sensiela ta’ terremoti li seħħew bejn Awwissu 2016 u Jannar 2017.

1,20

Żieda fl-impenji

5/2017

Inħoloq il-Fond ta’ Garanzija għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD).

0,30

Żieda fl-impenji

6/2017

L-approprjazzjonijiet ta' pagament tal-baġit inizjali tnaqqsu. B’konsegwenza ta’ dan, il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri naqsu bl-istess ammont.

0,06

Tnaqqis fl-impenji

7,70

Tnaqqis fil-pagamenti

Sors: In-Nota A 2.1 fir-Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Kummissjoni għall-2017.

ANNESS 2.2

ŻIEDA FL-ISTRUMENTI SPEĊJALI

Ammonti disponibbli tal-istrumenti speċjali qabel u war ż-żieda

(EUR miljun)

Qabel iż-żieda

 

 

 

 

 

 

 

Sena

 

Flex

EAR

FEG

FSUE

 

Total

2017

 

530

315

169

563

 

1 577

2018

 

541

322

172

574

 

1 609

2019

 

552

328

176

586

 

1 642

2020

 

563

335

179

598

 

1 675

Total

 

2 186

1 300

696

2 321

 

6 503

Wara ż-żieda

 

 

 

 

 

 

 

Sena

 

Flex

EAR

FEG

FSUE

 

Total

2017

 

676

338

169

563

 

1 746

2018

 

689

344

172

574

 

1 779

2019

 

703

351

176

586

 

1 816

2020

 

717

359

179

598

 

1 853

Total

 

2 785

1 392

696

2 321

 

7 194

 

 

 

 

 

 

 

 

Differenza

 

599

92

 

691

Ammont Totali disponibbli għall-użu fil-perjodu 2018-2020 (*1)

 

5 997

Nota: Flex — Strument ta' Flessibbiltà; EAR — Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza; FEG — Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni; FSUE — Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni.


(*1)  Id-differenza bejn EUR 7 194 miljun u EUR 5 997 miljun tikkorrispondi għall-ammonti li ntużaw fl-2017.


KAPITOLU 3

Kisba ta' riżultati mill-baġit tal-UE

WERREJ

Introduzzjoni 3.1
Parti 1 — Il-Kummissjoni tagħmel użu adegwat mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet? 3.2-3.36
Taqsima A — Hemm ċerti limiti għal kemm il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni 3.6-3.13
Taqsima B — Is-sistemi ta’ kejl tal-prestazzjoni tal-Kummissjoni jippermettu li kwantitajiet kbar ta’ data jkunu disponibbli, iżda mhux dejjem b’mod f’waqtu 3.14-3.18
Taqsima C — Il-Kummissjoni tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni biex timmaniġġja l-programmi u l-politiki, għalkemm mhux dejjem tieħu azzjoni xierqa meta l-miri ma jintlaħqux 3.19-3.26
Taqsima D — B’mod ġenerali, il-Kummissjoni ma tispjegax kif tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni 3.27-3.31
Taqsima E — Mistenni li jsir aktar progress dment li l-kultura tal-prestazzjoni tkompli tiżviluppa 3.32-3.36
Parti 2 — Riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni mwettqa mill-Qorti: konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li għandhom l-akbar impatt 3.37-3.67
Introduzzjoni 3.37
Intestaturi 1a “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” u 1b “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” 3.38-3.44
Intestatura 2 “Tkabbir sostenibbli u riżorsi naturali” 3.45-3.48
Intestaturi 3 “Sigurtà u ċittadinanza” u 4 “Ewropa Globali” 3.49-3.58
Intestatura 5 “Amministrazzjoni” u rapporti dwar il-“Funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku u sostenibbiltà tal-Unjoni Monetarja” 3.59-3.67
Parti 3 — Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet 3.68-3.78
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 3.79-3.85
Konklużjonijiet 3.79-3.83
Rakkomandazzjonijiet 3.84-3.85

Anness 3.1 —

Status iddettaljat tar-rakkomandazzjonijiet għal kull rapport

Anness 3.2 —

Titjib importanti u dgħufijiet mhux riżolti għal kull rapport

Anness 3.3 —

Rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri

Anness 3.4 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal kwistjonijiet ta' prestazzjoni

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

3.1.

Kull sena, f’dan il-kapitolu, aħna nanalizzaw għadd ta’ aspetti relatati mal-prestazzjoni: ir-riżultati miksuba mill-baġit tal-UE, li jiġi implimentat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri (1). Din is-sena aħna ħarisna speċifikament lejn:

(i)

l-użu li l-Kummissjoni tagħmel mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet,

(ii)

ir-riżultati magħżula mir-rapporti speċjali dwar il-prestazzjoni li wettaqna fl-2017,

(iii)

l-implimentazzjoni, mill-Kummissjoni, tar-rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-rapporti speċjali tagħna li ġew ippubblikati fl-2014.

3.1.

Il-Kummissjoni tinnota li l-maġġoranza tad-deċiżjonijiet ewlenin b’rabta mal-baġit tal-UE jittieħdu mill-awtorità baġitarja u leġiżlattiva, jiġifieri mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, abbażi ta’ proposti mill-Kummissjoni. Dan japplika kemm għal deċiżjonijiet dwar il-proċedura baġitarja annwali u f’rabta mat-tfassil u r-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u programmi finanzjarji settorjali.

PARTI 1 — IL-KUMMISSJONI TAGĦMEL UŻU ADEGWAT MILL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRESTAZZJONI FIL-PROĊESS TAT-TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET?

3.2.

Is-sena li għaddiet, aħna eżaminajna l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni bi tqabbil mal-prattika tajba. Billi huwa importanti għal organizzazzjoni li jkollha proċeduri tajbin għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni u li ttejjibhom kontinwament, huwa importanti li tuża l-informazzjoni ġġenerata mir-rappurtar dwar il-prestazzjoni biex timmaniġġja l-attivitajiet, tottimizza r-riżultati u tagħmel aġġustamenti fis-sistemi ta’ ġestjoni u fil-proċessi ta’ ppjanar strateġiku, eċċ. Il-mod kif din l-informazzjoni tintuża jinfluwenza s-suċċess fit-tul tal-organizzazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni.

 

3.3.

Skont il-Kummissjoni, il-ġestjoni tal-prestazzjoni hija approċċ sistematiku kontinwu biex isir titjib fl-effettività, l-effiċjenza u r-riżultati tal-operazzjonijiet permezz ta’ ppjannar aħjar, monitoraġġ regolari u teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza (2). L-inizjattiva tal-Kummissjoni “Baġit tal-UE Ffukat fuq ir-Riżultati”, li tniedet fl-2015, tinkludi diversi oqsma ta’ xogħol u objettivi, li wieħed minnhom huwa li jingħata appoġġ lit-teħid ta’ deċiżjonijiet permezz ta’ informazzjoni sinifikattiva dwar il-prestazzjoni (3). Il-linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar (4), li tniedu fl-2015 u li ġew aġġornati f’Lulju 2017, jistipulaw li jenħtieġ li l-evidenza kollha disponibbli tintuża bħala bażi għat-tfassil ta’ politiki u liġijiet tal-UE li jippermettu li l-objettivi tagħhom jintlaħqu b’mod miftuħ, trasparenti u kosteffiċjenti.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

3.4.

Biex nivvalutaw jekk il-Kummissjoni tużax b’mod adegwat l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, aħna ħadna l-passi li ġejjin.

(i)

Wettaqna analiżi dokumentarja dwar l-użu tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, inklużi rapporti mill-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar (5), mill-OECD, mill-gvernijiet, u mill-akkademiċi, kemm dawk mill-UE kif ukoll barra mit-territorju tagħha.

(ii)

Eżaminajna r-rapporti dwar il-prestazzjoni l-aktar reċenti li ġew ippubblikati minn 6 Direttorati Ġenerali (DĠ) (6), inklużi 10 mill-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet tagħhom li ġew ippubblikati dan l-aħħar. Aħna għażilna dawn id-DĠ minħabba li, b’mod raġonevoli, kienu rappreżentattivi tal-Kummissjoni fl-intier tagħha. Dan kien dovut għad-diversi karatteristiċi tagħhom (f’termini ta’ modalità ta’ ġestjoni, kooperazzjoni mal-aġenziji, tip ta’ attività, eċċ.)

(iii)

Intervistajna 30 kap tal-unità u diretturi ta’ dawn is-6 DĠ biex niksbu informazzjoni addizzjonali dwar l-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-DĠ.

(iv)

Wettaqna stħarriġ dwar l-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’dawn is-sitt DĠ. L-istħarriġ kien immirat lejn il-maniġers f’dawn id-DĠ li kienu involuti fil-ġestjoni ta’ politiki, programmi jew proġetti: kapijiet tal-unità, diretturi, deputati diretturi ġenerali u diretturi ġenerali. Ir-rata ta’ rispons finali kienet ta’ 57 % minn popolazzjoni fil-mira ta’ 240.

 

Ambitu

3.5.

L-eżaminar tagħna kopra l-użu li l-Kummissjoni tagħmel mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni għall-programmi ta’ nfiq u għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ politiki. Aħna eskludejna dawn l-aspetti li ġejjin mill-ambitu tal-awditjar tagħna:

 

(i)

L-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni amministrattiva tal-persunal u ta’ riżorsi oħra mill-Kummissjoni, sabiex niffukaw fuq it-twassil tar-riżultati għal politiki u programmi.

 

(ii)

L-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni mill-awtorità baġitarja  (7); l-OECD (8) u riċerkaturi oħra (9) kienu diġà wettqu xi xogħol f’dan il-qasam.

 

Taqsima A — Hemm ċerti limiti għal kemm il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni

Il-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE għandu nuqqas ta’ flessibbiltà fir-rigward tal-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni

3.6.

Fil-qafas tal-ibbaġitjar nazzjonali, ta’ spiss jiġri li r-riżorsi jiġu riallokati kull sena, jew anke b’mod aktar frekwenti. Madankollu, fil-kuntest tal-UE, is-sitwazzjoni hija differenti. Fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 (10), il-Kummissjoni osservat li kien essenzjali li jinstab bilanċ bejn il-prevedibbiltà għall-perjodu medju u l-flessibbiltà biex ikun hemm reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti. Fil-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, madwar 80 % tal-baġit tal-UE jiġi allokat minn qabel; skont il-Kummissjoni, dan “jillimita r-reattività (reazzjoni) tal-baġit għall-ħtiġijiet li dejjem qed jevolvu”.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.7.

Il-baġit tal-UE huwa prinċipalment baġit ta’ investiment. Il-limiti massimi annwali jiġu stabbiliti għad-diversi intestaturi tal-baġit li huma inklużi fil-qafas finanzjarju pluriennali ta’ seba’ snin, u l-ammonti jiġu allokati minn qabel lill-Istati Membri. Filwaqt li diġà hemm xi mekkaniżmi ta’ flessibbiltà marbuta mal-prestazzjoni li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti, bħar-riżerva ta’ prestazzjoni u l-kundizzjonalitajiet ex ante, dawn għandhom limitazzjonijiet (11). Għalkemm l-attivitajiet improduttivi jistgħu jiġu sostitwiti minn oħrajn li jkunu aħjar fl-istess qasam u fi Stat Membru, hemm biss spazju limitat għall-aġġustament tal-prijoritajiet ta’ nfiq bejn l-intestaturi tal-baġit. L-aktar “perjodu ta’ opportunità” importanti għall-allokazzjoni tal-fondi, b’kont meħud tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, huwa l-abbozzar u n-negozjar ta’ regolament ġdid dwar il-qafas finanzjarju pluriennali u l-programmi settorjali li jakkumpanjawh.

 

3.8.

Ir-rieżamijiet ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali jippreżentaw opportunità oħra biex titqies l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni. L-aħħar rieżami (12) ta’ dan it-tip irriżulta f’riallokazzjoni ta’ EUR 12 798  miljun, li jirrappreżentaw 1,18  % tat-total tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020: perċentwal relattivament limitat. Il-motivatur prinċipali għal dawn ir-riallokazzjonijiet tal-fondi kien li jiġu indirizzati l-kriżi tar-refuġjati u theddid ieħor għas-sigurtà, kif ukoll id-diskrepanzi fl-investiment li jirriżultaw mill-kriżi finanzjarja u ekonomika, aktar milli mill-prestazzjoni.

3.8.

Għadd ta’ fatturi jitqiesu meta tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjonijiet baġitarji. Pereżempju, ir-riallokazzjoni ta’ fondi b’reazzjoni għall-kriżi tar-refuġjati u t-theddid għas-sigurtà kienet konsegwenza ta’ żviluppi kbar ġeopolitiċi u soċjetali imprevisti. Il-prestazzjoni tista’ titqies biss sakemm ikun hemm informazzjoni affidabbli u f’waqtha disponibbli, li mhux dejjem se jkun il-każ b’mod partikolari f’sitwazzjoni ta’ kriżi.

Hemm oqfsa strateġiċi paralleli

3.9.

Il-kejl tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE u mill-Kummissjoni, biex jintlaħqu l-objettivi ta’ livell għoli huwa kumpless, minħabba li bosta oqfsa strateġiċi politiċi jiġu applikati b’mod parallel (13) (ara l- Kaxxa 3.1 ):

3.9.

Il-Kummissjoni tqis li l-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Juncker huma kompletament kompatibbli u konsistenti kemm mal-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew u l-Istrateġija Ewropa 2020.

Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali huwa wieħed mill-għodod għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Unjoni. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali ġie mfassal biex jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 u jipprovdi appoġġ qawwi għal prijoritajiet emerġenti oħra (14).

Kaxxa 3.1 —   Erba’ oqfsa strateġiċi għall-Unjoni Ewropea (applikabbli b’mod parallel)

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

3.10.

Minbarra dan, diversi dokumenti ta' politika settorjali jiddefinixxu għanijiet oħra skont il-kompetenzi tal-UE li jirriżultaw mit-Trattat dwar il-funzjonament tal-UE. L-UE hija impenjata wkoll li timplementa l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli ddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti. Hija għandha l-għan li tirrapporta kull sena dwar il-progress li tkun għamlet lejn l-ilħuq ta’ dawk l-għanijiet.

 

3.11.

Aħna eżaminajna kif id-DĠ indirizzaw il-koeżistenza ta’ diversi strateġiji. Żewġ approċċi kienu prevalenti.

(i)

Xi wħud mid-DĠ kienu ssodisfaw id-diversi impenji strateġiċi tagħhom fir-rigward tar-rappurtar billi żviluppaw għodod tal-IT li jippermettu l-ħżin, il-monitoraġġ, il-konsolidazzjoni u r-rappurtar ta’ data f’diversi konfigurazzjonijiet (ara wkoll il-paragrafu 3.16).

(ii)

Xi wħud mid-DĠ kienu aġġustaw l-oqfsa ta’ prestazzjoni tagħhom biex jadattaw għad-diversi ħtiġijiet strateġiċi. Id-DĠ EAC, pereżempju, jistabbilixxi tliet livelli fil-qafas ta’ prestazzjoni tiegħu.

(a)

Fil-livell tal-UE, id-DĠ EAC jimmonitorja l-objettivi u l-indikaturi rilevanti tal-istrateġija Ewropa 2020 u tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ET2020), abbażi ta’ data pprovduta mill-Eurostat, l-OECD u sorsi oħra, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Huwa jwettaq ukoll eżaminar annwali biex jiżgura li l-progress qed isir fid-direzzjoni t-tajba (15).

(b)

Fil-livell tal-Kummissjoni, permezz tax-xogħol tiegħu relatat mal-programmi u l-politiki, id-DĠ EAC jikkontribwixxi b’mod aktar dirett għall-ilħuq ta’ 2 mill-10 objettivi tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa. Il-progress jiġi mmonitorjat fir-rapport annwali tal-attività u fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi.

(c)

Fil-livell tad-DĠ EAC innifsu, ir-rappurtar u t-teħid ta’ deċiżjonijiet huma ċċentrati madwar seba’ oqsma ta’ politika, li kull wieħed għandu l-objettivi speċifiċi proprji tiegħu. Ix-xogħol leġiżlattiv fl-oqsma differenti jiġi mmonitorjat fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.12.

Il-multipliċità tal-istrateġiji twassal lill-partijiet ikkonċernati biex iqisuhom bħala approċċi separati, bħal kif jintwera pereżempju mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (16).

3.12.

L-evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ ikkonkludiet li (taqsima 3.2.1) “l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ żiedet dimensjoni ta’ integrazzjoni fid-dawl tal-irbit tal-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ mal-istrateġiji Ewropej għall-edukazzjoni, l-impjieg u l-inklużjoni soċjali” u li (taqsima 3.2.2) “diversi oqsma ta’ prijorità tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ jidħlu tajjeb fil-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020”.

3.13.

L-istħarriġ tagħna kien jinkludi mistoqsijiet dwar iċ-“ċarezza tal-għanijiet”. B’dawn il-mistoqsijiet, aħna kellna l-għan li nsibu kemm il-maniġers tal-Kummissjoni fehmu sew il-missjoni u l-għanijiet tad-DĠ tagħhom u tal-Kummissjoni inġenerali (ara l- Kaxxa 3.2 ). B'mod ġenerali, ir-risposti għall-istħarriġ kienu pożittivi u indikaw livell għoli ta’ fehim. Madankollu, il-maniġers fi tnejn mis-sitt DĠ li intervistajna għamlu referenza għall-kumplessità tal-interazzjonijiet bejn l-oqfsa strateġiċi differenti tal-UE, u bejn l-għanijiet ta’ dawn l-oqfsa u dawk stabbiliti fil-livell tad-DĠ.

 

Kaxxa 3.2 —   Riżultati tal-istħarriġ — Ċarezza tal-għanijiet

Image

Sors: Stħarriġ tal-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Taqsima B — Is-sistemi ta’ kejl tal-prestazzjoni tal-Kummissjoni jippermettu li kwantitajiet kbar ta’ data jkunu disponibbli, iżda mhux dejjem b’mod f’waqtu

Kwantitajiet kbar ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni huma disponibbli għall-maniġers

3.14.

Id-DĠ tal-Kummissjoni jiġbru l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’diversi formats u minn diversi sorsi, b’hekk jiġġeneraw ammont kbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-prestazzjoni. Minbarra r-rappurtar, il-Kummissjoni tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni biex iżżomm kont tal-attivitajiet tagħha li jkunu għaddejjin, b’mod partikolari biex tivvaluta jekk ikunux intlaħqu l-miri tal-programmi ta’ nfiq, u bħala input għal proċess ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar” li jappoġġa t-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi.

 

3.15.

L-għażla ta’ x’informazzjoni għandha tintuża tiddependi fuq it-tip ta’ deċiżjoni li għandha tittieħed. Il- Kaxxa 3.3 hawn taħt tagħti stampa ġenerali tal-proċessi prinċipali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni.

 

Kaxxa 3.3 —   Il-proċessi prinċipali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

 

Tip ta’ deċiżjoni

Informazzjoni dwar il-prestazzjoni użata fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

Programmi ta’ nfiq

Proposta għal baġit tal-QFP għal perjodu ta’ seba’ snin

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-programmi (inklużi l-indikaturi tal-output, tar-riżultati u tal-impatti)

Evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt

Eżaminar tal-infiq

Proposta għal bażi legali għall-programmi ta’ nfiq matul il-perjodu tal-QFP

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-programmi (inklużi indikaturi tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti)

Evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt

Konsultazzjonijiet pubbliċi

Proposta għall-baġit annwali

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-programmi (inklużi indikaturi tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti)

Evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt

Implimentazzjoni tal-baġit tal-programmi

Data tal-proġetti dwar proġetti individwali u kkonsolidata f’indikaturi tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti

Rapporti annwali ta’ monitoraġġ

Studji, evalwazzjonijiet

Rappurtar mill-Istati Membri (kondiviż)

Rappurtar mis-sħab (indirett)

Xogħol relatat mal-politiki li ma jinvolvix infiq

Proposta għal leġiżlazzjoni tal-UE

(proċedura leġiżlattiva ordinarja)

Informazzjoni kuntestwali (Eurostat u statistiki oħra, netwerks ta’ esperti, djalogu mal-partijiet ikkonċernati, analiżijiet tal-pajjiżi eċċ.)

Studji, evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet tal-impatt

Konsultazzjoni pubblika

Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-politiki

Feedback li jasal minn esperti ta’ politika, akkademiċi u partijiet ikkonċernati oħra

Studji, evalwazzjonijiet, stħarriġ tal-Ewrobarometru

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.16.

Bosta direttorati ġenerali reċentement implimentaw strumenti u proċessi ġodda għall-użu ta’ data dwar il-prestazzjoni. Spiss, huma introduċew applikazzjonijiet ġodda tal-IT li jiġġeneraw rapporti mfassla apposta u aġġornati biex jiffaċilitaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet. L-iżvilupp ta’ dawn l-għodod il-ġodda juri l-impenn tal-Kummissjoni li tagħmel progress biex timmaniġġja aħjar id-data dwar il-prestazzjoni (17). L-eżempji li ġejjin juru l-firxa ta’ żviluppi ġodda.

3.16.

(i)

Is-Sistema l-ġdida ta’ Informazzjoni għall-Iżvilupp Rurali 2 tad-DĠ AGRI hija sistema tal-IT li tipprovdi assistenza fl-immaniġġjar tal-fluss tax-xogħol tal-programmi, inkluża l-evalwazzjoni tagħhom. Hija tippermetti li jiġu ġġenerati rapporti biex l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE fl-Istati Membri titqabbel mal-medja tal-UE.

 

(ii)

Id-DĠ DEVCO jinsab fil-proċess li jiżviluppa għodda ġdida tal-IT li se tinkludi moduli għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ riżultati, kif ukoll għall-appoġġ tal-evalwazzjoni tal-azzjonijiet u l-finanzjament ta’ proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Jenħtieġ li s-sistema torbot il-proġetti mal-ippjanar strateġiku.

 

(iii)

It-tabella operattiva Erasmus+ tad-DĠ EAC hija sistema tal-IT użata mill-aġenziji nazzjonali kollha ta’ Erasmus+ fl-Ewropa. Din tipprovdi f’ħin reali informazzjoni dwar il-prestazzjoni mis-57 aġenzija kollha, inkluż feedback dwar ir-riżultati ta’ Erasmus+ permezz ta’ għodda tal-istħarriġ li tkejjel is-sodisfazzjon tal-parteċipanti. Dawn il-karatteristiċi jippermettu lid-DĠ EAC jikseb feedback rapidu dwar kwalunkwe żvilupp tal-programmi u jirreaġixxi għalihom fl-inqas żmien possibbli.

(iii)

Id-daxxbord fiha wkoll data tal-prestazzjoni fil-ħin reali dwar proċeduri ta’ għotjiet ġestiti indirettament, f’konformità mal-qafas tal-ġestjoni tal-prestazzjoni definiti fl-2017 fil-programmi kollha tal-EAC.

Hemm lok għal aktar żvilupp fis-sistemi ta’ kejl tal-prestazzjoni

3.17.

Fir-rapport annwali tas-sena li għaddiet (18), aħna identifikajna oqsma ta’ prattika tajba fir-rappurtar pubbliku dwar il-prestazzjoni mill-gvernijiet u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali madwar id-dinja. Aħna ssuġġerejna li jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis li timplementa dawn il-prattiki tajba hija stess. Irrakkomandajna li jenħtieġ li l-Kummissjoni ttejjeb ir-rappurtar tagħha dwar il-prestazzjoni billi tirrazzjonalizzah, tagħmlu aktar ibbilanċjat, faċli għall-utent u aċċessibbli. Irrakkomandajna wkoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-kwalità tal-informazzjoni ppreżentata. Il-Kummissjoni rreaġiet għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet billi ħadithom inkusiderazzjoni fl-istruzzjonijiet għar-RAA tagħha tal-2017.

 

3.18.

Din is-sena, l-istħarriġ tagħna ffoka fuq l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni disponibbli għall-maniġers (ara l- Kaxxa 3.4 ). Ir-riżultati tal-istħarriġ indikaw li kien jeħtieġ li s-sistemi ta’ kejl tal-prestazzjoni jiġu żviluppati aktar. B’mod partikolari, huma kkonfermaw li l-puntwalità tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni kienet problema (19). Id-dipartimenti ċentrali tal-Kummissjoni fasslu struzzjonijiet, mudelli, taħriġ u skambji estensivi għat-tħejjija ta’ rapporti dwar il-prestazzjoni (pereżempju, l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali tal-attività 2017 inħarġu f’Novembru 2017). Madankollu, ir-riżultati tal-istħarriġ urew ukoll li d-DĠ xtaqu li jirċievu gwida addizzjonali dwar it-tħejjija tar-rapporti. Aħna osservajna wkoll li r-rispondenti li wieġbu b’mod aktar negattiv għal dawn il-mistoqsijiet, tipikament użaw inqas ta’ spiss l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni.

3.18.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li informazzjoni affidabbli u komprensiva dwar ir-riżultati u l-impatti ta’ programmi finanzjarji u attivitajiet oħra ta’ politika ssir disponibbli biss b’dewmien sinifikanti.

Sa fejn ikun possibbli, il-Kummissjoni dan tqisu fl-ippjanar tagħha. Pereżempju, id-Direttorati Ġenerali kollha tal-Kummissjoni jippjanaw l-attivitajiet tal-evalwazzjoni tagħhom ma’ programm kontinwu ta’ ħames snin (minimu), biex jipprovdu informazzjoni f’waqtha dwar il-prestazzjoni għar-rappurtar tagħhom. Il-pjan jeħtieġ li jiġi aġġornat kull sena.

Fir-rigward tal-gwida dwar it-tħejjija ta’ rapporti, is-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni jipprovdu gwida estensiva dwar it-tħejjija kollha tar-rapporti ewlenin ta’ prestazzjoni magħmula mid-Direttorati Ġenerali, filwaqt li jitqies il-progress li sar matul is-snin. Dan jinkludi r-Rapporti Annwali tal-Attività għas-servizzi tal-Kummissjoni u d-Dikjarazzjonijiet tal-Programmi mehmuża mal-abbozz tal-baġit. Hija pprovduta wkoll gwida għall-evalwazzjonijiet fil-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar u l-għodod tagħha. Tipi oħra ta’ rieżamijiet huma deskritti wkoll. Il-gwida hija pprovduta wkoll ċentralment biex jitfasslu sistemi xierqa ta’ rappurtar tal-prestazzjoni, bil-għan li tinġabar data b’mod effiċjenti għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u r-riżultati tiegħu, b’mod effettiv, u fil-ħin. Il-gwida formali hija kkomplementata minn sessjonijiet ta’ taħriġ u skambji tal-aħjar prattiki bejn is-servizzi.

Kaxxa 3.4 —   Riżultati tal-istħarriġ — Qafas ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni

Image

Sors: Stħarriġ tal-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Taqsima C — Il-Kummissjoni tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni biex timmaniġġja l-programmi u l-politiki, għalkemm mhux dejjem tieħu azzjoni xierqa meta l-miri ma jintlaħqux

Il-Kummissjoni tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex timmaniġġja l-attivitajiet tagħha

3.19.

Mir-rispondenti għall-istħarriġ, 56 % qalu li huma użaw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ spiss jew ta’ spiss ħafna. L-erba’ raġunijiet għall-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni l-aktar frekwenti kienu l-iżvilupp ta’ strateġiji, it-titjib ta’ deċiżjonijiet, il-valutazzjoni ta’ jekk il-miri intlaħqux jew le, u t-teħid ta’ azzjonijiet korrettivi, fejn ikun meħtieġ (20).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.20.

Għall-maniġers huwa diffiċli li jużaw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni biex jivvalutaw kif il-programmi u l-politiki jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ livell għoli. Minbarra dan, il-maniġers mhumiex l-uniċi responsabbli għall-prestazzjoni. Dan għaliex il-koleġiżlaturi u partijiet ikkonċernati oħra, b’mod partikolari l-Istati Membri, għandhom rwol importanti fil-ksib ta’ riżultati u impatt. Fis-snin preċedenti, aħna osservajna (21) li ħafna objettivi tal-programmi u tal-politiki jittieħdu direttament minn dokumenti ta’ politika leġiżlattivi, u b’hekk jiġu stabbiliti f’livell li jkun għoli wisq biex ikunu utli bħala strument ta’ ġestjoni. Ħriġna wkoll rakkomandazzjonijiet (22) li jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza din il-problema. Hija rrikonoxxiet li kien diffiċli li toħloq rabtiet bejn l-ammont kbir ta’ informazzjoni disponibbli dwar il-proġetti fil-livell operazzjonali u l-politiki ta’ livell għoli u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell politiku.

3.20.

Il-Kummissjoni tqis li huwa importanti li ssir distinzjoni ċara bejn il-qafas tal-prestazzjoni interna tas-servizzi tal-Kummissjoni, u l-oqfsa tal-prestazzjoni fil-programmi finanzjarji.

L-objettivi u l-indikaturi li jinsabu fi programmi finanzjarji huma l-prodott ta’ proċess leġiżlattiv. Jirrelataw mal-prestazzjoni tal-programmi, mhux tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għamlet proposti biex issaħħaħ l-oqfsa tal-prestazzjoni fi programmi finanzjarji bħala parti mill-proposti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.

Fir-rigward ta’ Orizzont 2020, ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għar-Rakkomandazzjoni 1 fir-rapport annwali tal-QEA tal-2015.

Fir-rigward tal-abbiltà tal-Kummissjoni li timmonitorja u tirrapporta dwar l-Ewropa 2020, ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.97 fir-rapport annwali tal-QEA għall-2014.

Ir-rabta bejn l-objettivi u l-indikaturi relatati f’perspettiva ta’ politika usa’ hija ppreżentata fid-Dikjarazzjonijiet tal-Programmi.

3.21.

Kull sena, il-Kummissjoni tuża tliet għodod ta’ rappurtar ewlenin — ir-rapport annwali tal-attività (RAA), id-dikjarazzjonijiet tal-programmi (PSs) u r-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni (AMPR) — biex tagħti rendikont tal-prestazzjoni operazzjonali tagħha u l-prestazzjoni tal-programmi u tal-politiki tal-UE. Kif jidher fil- Kaxxa 3.5 hawn taħt, bosta dokumenti ta’ ppjanar huma l-bażi għar-rappurtar li jsir f’dawn it-tliet rapporti ewlenin (23).

3.21.

Il-Kummissjoni tinnota li t-tliet rapporti msemmija hawn, li huma prodotti f’konformità mal-obbligi legali relevanti, huma biss subsett tar-rappurtar estensiv tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni tal-politiki tal-UE u t-twettiq tal-prijoritajiet politiċi. Ir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni u d-Dikjarazzjonijiet tal-Programm huma marbuta primarjament mal-prestazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit tal-UE.

Kaxxa 3.5 —   Rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni u mid-direttorati ġenerali tagħha  (24)

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.22.

It-tliet rapporti jkopru l-baġit kollu kemm hu tal-UE, u l-attivitajiet ta’ politika kollha tiegħu. II- Kaxxa 3.6 tagħti sommarju tal-udjenza mmirata u l-użu intenzjonat tar-rapporti.

3.22.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.23.

Kaxxa 3.6 —   Udjenza mmirata u użu intenzjonat tar-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni

 

Min hi l-udjenza mmirata?

Kif għandu jintuża r-rapport?

PS

Id-dokument jiġi ppreżentat lill-Awtorità Baġitarja (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) bħala suppliment għall-abbozz ta’ baġit ġenerali.

Ir-rwol tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi huwa li jissostanzjaw it-talbiet għal allokazzjonijiet tal-baġit għall-programmi ta’ nfiq billi jagħtu rendikont tal-prestazzjoni tal-programmi, tal-valur miżjud tal-UE u tar-rata ta’ implimentazzjoni (attwali u futuri).

RAA

Kulleġġ tal-Kummissarji

Ir-RAA huwa rapport ta' ġestjoni stabbilit mid-Diretturi Ġenerali tad-direttorati ġenerali għall-Kulleġġ tal-Kummissarji. Huwa l-istrument prinċipali tal-obbligu ta' rendikont tal-maniġment fi ħdan il-Kummissjoni (ara l-istruzzjonijiet tar-RAA 2017).

AMPR

Ir-rapport jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 318 tat-TFUE u l-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju.

L-AMPR (61) huwa għodda li tippermetti li jitwettaq l-obbligu ta' rendikont fil-proċedura ta’ kwittanza mal-Awtorità ta' Kwittanza: bl-adozzjoni tiegħu, il-Kulleġġ tal-Kummissarji jassumi r-responsabbiltà politika kumplessiva għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE.

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.23.

Ir-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni huma maħsuba aktar biex iservu bħala għodda ta’ rappurtar milli bħala strumenti għad-DĠ tal-Kummissjoni biex jimmaniġġjaw il-prestazzjoni proprja tagħhom, jew dik tal-Kummissjoni fl-intier tagħha. Dan għaliex ir-rapporti mhumiex dettaljati jew komprensivi biżżejjed; huma jitfasslu biss darba fis-sena; u prinċipalment huma maħsuba għall-qarrejja esterni tad-DĠ.

3.23.

Ir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni għall-baġit tal-UE huwa parti mill-kontribut tal-Kummissjoni għall-proċess annwali ta’ kwittanza baġitarja. Ir-Rapport iqis l-informazzjoni rilevanti kollha u mhux biss ir-riżultati annwali, pereżempju l-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu.

Ir-Rapport Annwali tal-Attività huwa rapport ta’ ġestjoni tad-Diretturi Ġenerali u l-Kapijiet tas-Servizzi lill-Kulleġġ tal-Kummissarji. Huwa l-istrument prinċipali tal-obbligu ta’ rendikont fil-Kummissjoni u huwa dettaljat u komprensiv. Jinkludi rappurtar dwar l-indikaturi kollha magħżula mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom għall-perijodu 2016–2020, bħala l-metodu ewlieni għall-kejl tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Juncker.

Għaldaqstant ir-Rapport Annwali tal-Attività huwa intenzjonat kemm għal udjenza esterna kif ukoll bħala sors ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni għall-maniġers tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li bosta indikaturi ewlenin huma aġġornati u rrappurtati b’mod aktar regolari, pereżempju dawk marbuta mal-miri ewlenin ta’ Ewropa 2020. Is-servizzi tal-Kummissjoni huma mħeġġa jimmonitorjaw il-progress lejn l-objettivi tagħhom b’mod regolari, inkluż pereżempju fil-kuntest ta’ rieżamijiet ta’ nofs is-sena fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tagħhom.

3.24.

Madankollu, hemm xi każijiet fejn ir-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni (u b’mod partikolari r-rapporti annwali tal-attività) jintużaw għall-ġestjoni tal-prestazzjoni.

(i)

Id-DĠ DEVCO jieħu vantaġġ min-natura pubblika tar-rapport annwali tal-attività biex iġib bidliet organizzazzjonali. Huwa jirrapporta informazzjoni komparattiva dwar il-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet fil-pajjiżi sħab (25) biex jimmotivahom itejbu l-prestazzjoni tagħhom.

(ii)

Għalkemm l-iskop iddikjarat tar-rapport annwali tal-attività huwa li jipprovdi obbligu ta’ rendikont, id-DĠ CNECT u d-DĠ EMPL użawh ukoll bħala għodda li ppermettiet lill-maniġment superjuri jimmonitorja t-twettiq tal-programm ta’ ħidma (26). Id-DĠ EMPL iqis it-tħejjija tar-RAA bħala opportunità biex jiġi vverifikat jekk kollox ikunx mar kif kien ġie previst, u jekk dan ma jkunx il-każ, biex jiġu identifikati r-raġunijiet u jiġu diskussi r-rimedji.

3.24.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.23.

3.25.

Ir-rapporti annwali tal-attività huma dokumenti aċċessibbli għall-pubbliku, iżda l-Kummissjoni ma vvalutatx kemm dawn jiġu mmirati b’suċċess lejn iċ-ċittadini. Madankollu, l-għadd ta’ individwi li jżuru s-sit web Europa (27) jissuġġerixxi li l-interess taċ-ċittadini huwa baxx.

3.25.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.23.

Mhux dejjem tittieħed azzjoni korrettiva meta l-miri ma jintlaħqux

3.26.

Wieħed mill-iskopijiet prinċipali għall-użu mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni huwa li jitkejjel il-progress li jkun inkiseb lejn l-ilħuq tal-miri, sabiex tittieħed azzjoni korrettiva u, fl-aħħar mill-aħħar, jinkisbu riżultati. Il-fatt li l-maniġers ikunu jafu li prestazzjoni baxxa se jkollha konsegwenzi għandu jimmotivahom biex jużaw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni. L-istħarriġ tagħna għall-maniġers kien jinkludi mistoqsija dwar x’jiġri, skont l-esperjenza tar-rispondenti, jekk il-miri tal-prestazzjoni, fir-rigward tal-programmi ta’ nfiq jew tal-politiki, jintlaħqu (ara l- Kaxxa 3.7 ) jew ma jintlaħqux (ara l- Kaxxa 3.8 ). Ir-riżultati tal-istħarriġ jindikaw li prestazzjoni baxxa ma twassalx għal teħid ta’ azzjoni korrettiva fil-każijiet kollha: wieħed minn kull ħames rispondenti ddikjara li ma saret ebda bidla meta l-miri ma ntlaħqux. L-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni huwa t-tip ta’ deċiżjoni li tittieħed b’mod l-aktar frekwenti. It-tieni tip huwa li ssir analiżi ulterjuri, jew fil-forma ta’ monitoraġġ imtejjeb jew inkella ta’ evalwazzjoni addizzjonali. Madankollu, dawn il-miżuri fihom infushom ma jsolvux il-problemi identifikati. Aħna osservajna li meta mira ma tintlaħaqx kien aktar probabbli li jkun hemm konsegwenzi fid-direttorati ġenerali fejn l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni kienet tintuża ta’ spiss.

3.26.

L-għan tal-użu ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni huwa biex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni u biex titkejjel id-distanza bejn il-mira intenzjonata u r-realtà u jsiru l-aġġustamenti meħtieġa. Dan tipikament ikun ibbażat fuq valutazzjoni usa' tar-raġunijiet sottostanti għalfejn il-prestazzjoni tkun iddevjat mill-mira.

Kif tirrimarka l-QEA, iktar minn 70 % tar-rispondenti indikaw li jekk il-miri ma jintlaħqux, jiġu żviluppati pjanijiet ta’ azzjoni u jitwettaq monitoraġġ aktar intensiv u aktar minn 60 % tar-rispondenti wieġbu li ssir evalwazzjoni jekk il-miri ma jintlaħqux.

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fir-rigward tal-ġestjoni tal-baġit tal-UE, il-Kummissjoni qed tiffaċċja għadd ta’ limitazzjonijiet li jirriżultaw mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità baġitarja dwar il-baġit annwali.

Kaxxa 3.7 —   X’jiġri jekk il-miri jintlaħqu jew jinqabżu?

Image

Sors: Stħarriġ tal-QEA.

Kaxxa 3.8 —   X’jiġri meta l-miri ma jintlaħqux?

Image

Sors: Stħarriġ tal-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Taqsima D — B’mod ġenerali, il-Kummissjoni ma tispjegax l-użu li hija tagħmel mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni

3.27.

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, il-partijiet ikkonċernati jridu jkunu jafu kif il-Kummisjoni tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha (28). Fir-rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha l-għan li tippreżenta “stampa tal-prestazzjoni” koerenti (29) dwar il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tar-riżultati. Dawn l-istampji jkunu aktar kredibbli jekk ikunu bbażati fuq evidenza sostantiva. Jeħtieġ li huma jispjegaw mhux biss x’deċiżjonijiet ikunu ttieħdu, iżda wkoll kif dawn id-deċiżjonijiet jirriflettu l-informazzjoni disponibbli dwar il-prestazzjoni.

3.27.

Il-Kummissjoni taqbel li r-rappurtar dwar il-prestazzjoni jrid ikun ibbażat fuq evidenza sostantiva u tinkludi din l-evidenza fir-rapporti dwar il-prestazzjoni tagħha.

3.28.

Id-dipartimenti ċentrali tal-Kummissjoni jipprovdu struzzjonijiet lid-direttorati ġenerali għat-tħejjija ta’ pjanijiet strateġiċi, pjanijiet ta’ ġestjoni, kif ukoll rapporti annwali tal-attività. Filwaqt li l-istruzzjonijiet jirrikjedu li d-DĠ jippreżentaw informazzjoni dwar il-prestazzjoni meta jirrappurtaw dwar l-attivitajiet tagħhom, huma mhumiex meħtieġa jispjegaw kif l-informazzjoni ntużat biex itejbu dawk l-attivitajiet.

3.28.

Billi tikkontribwixxi għall-objettivi pluriennali b’miri pluriennali stipulati fil-pjanijiet ta’ ġestjoni, l-informazzjoni ppreżentata fir-Rapporti Annwali tal-Attività tirrappreżenta stadju ta’ monitoraġġ, li mbagħad hija użata bħala bażi għall-preżentazzjoni tal-eżiti għas-sena li ġejja fil-pjanijiet ta’ ġestjoni, b’kontribuzzjoni minn dak l-istadju ’l quddiem għall-kisba tal-objettivi speċifiċi.

3.29.

Id-DĠ jsemmu li huma jużaw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rapporti tagħhom iżda mingħajr ma jagħtu spjegazzjonijiet ulterjuri.

3.29.

(i)

Ir-rapporti dwar il-prestazzjoni tad-DĠ AGRI (30) jiddeskrivu fil-prinċipji ġenerali kif l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tintuża biex tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet (31). Madankollu, ir-rapporti jagħtu ftit eżempji speċifiċi biex juru kif din taħdem fil-prattika.

(i)

Ir-Rapport Annwali tal-Attività għall-2016 tad-DĠ AGRI jinkludi diversi każijiet konkreti li juru kif l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni hija użata biex tappoġġa t-teħid tad-deċiżjonijiet.

Fir-RAA tiegħu għall-2016 id-DĠ AGRI speċifika li l-ewwel indikatur ta’ prestazzjoni ewlieni tal-PAK huwa l-introjtu tal-fattur agrikolu (ara paġna 15). Jispjega wkoll il-pressjoni tal-prezzijiet fis-settur tal-ħalib u ż-żewġ pakketti ta’ assistenza adottati b’reazzjoni (ara paġni 21–22). L-istess RAA f’paġni 25–26 juri l-lakuna fil-banda wiesgħa fiż-żoni rurali u r-reazzjoni li ttieħdet bl-istabbiliment tal-Uffiċċju ta’ Kompetenza fil-Banda Wiesgħa. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni, id-DĠ AGRI wettaq rieżami ta’ kif is-sistema kienet ġiet applikata fl-ewwel sena tagħha. Dan ir-rieżami identifika dgħufijiet li żammew is-sistema lura milli tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha. Id-DĠ AGRI ppropona titjib fir-regolament relevanti (ara l-paġni 32–33 tar-RAA għall-2016).

(ii)

Fir-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tiegħu, id-DĠ CNECT iddikjara li t-tħejjija tal-Pjan ta' Azzjoni 2016-2020 għall-Gvern elettroniku bbenefikat ħafna mir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni preċedenti għall-perjodu 2011-2015 (32). Ma tingħatax spjegazzjoni ċara dwar kif dawn ir-riżultati affettwaw il-pjan ta’ azzjoni l-ġdid.

(ii)

Ir-Rapport Annwali tal-Attività jipprovdi sommarju tal-attivitajiet tas-sena. Ma jkunx xieraq li jiġi deskritt fid-dettall kif deċiżjonijiet individwali ta’ politika jkunu ġew żviluppati f’dan ir-rapport. Is-servizzi huma mħeġġa jipprovdu links għal fejn tista’ tinstab informazzjoni aktar dettaljata — f’dan il-każ fl-evalwazzjoni rilevanti.

3.30.

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-programmi ta’ nfiq (33) jinkludi taqsima dwar l-aġġornamenti tal-programmi (programme updates), li għandha subtaqsima dwar l-implimentazzjoni li jmiss (forthcoming implementation) (34). Il-pjanijiet li jinsabu f’din it-taqsima xi kultant jinkludu dikjarazzjonijiet ġenerali dwar il-prestazzjoni bħala ġustifikazzjoni. Iżda ma hemm ebda spjegazzjoni dwar kif il-feedback speċifiku dwar is-sitwazzjoni eżistenti ntuża fit-tfassil tal-pjanijiet. Pereżempju, l-ippjanar għall-implimentazzjoni futura ta’ Orizzont 2020 jissejjaħ proċess ibbażat fuq l-evidenza  (35) (evidence-based process) minħabba li kien jinkludi konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati. Madankollu, ma jingħata ebda dettal dwar xi bidliet li saru b’riżultat tal-konsultazzjoni.

3.30.

It-taqsima dwar l-implimentazzjoni li jmiss hija intenzjonata biex tipprovdi idea dwar attivitajiet futuri li għandhom jiġu implimentati u l-eżiti/ir-riżultati.

Hija maħsuba biex tipprovdi stampa dwar l-iżviluppi rilevanti mistennija u mhix għodda tal-ippjanar fiha nnifisha.

3.31.

Madankollu, aħna osservajna xi prattiki tajba waqt l-eżaminar tagħna tar-rapporti dwar il-prestazzjoni. Pereżempju, id-DĠ EAC għamel l-użu mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni għat-tfassil tal-politika u għall-formulazzjoni ta’ strateġiji ta’ investiment parti espliċita tal-istrateġija tiegħu (36). Fil-Pjan Strateġiku 2016-2020 tiegħu, id-DĠ EAC jiġbed l-attenzjoni għar-rabta bejn l-indikaturi u r-riżultati tal-evalwazzjoni biex isostni l-istrateġija ta’ politika tiegħu u l-ammont ta’ finanzjament mill-UE li biħsiebu juża sal-2020 (37). Meta jiddeskrivi l-evalwazzjonijiet li biħsiebu jwettaq, id-DĠ EAC jispjega wkoll kif dawn se jintużaw għal erba’ minn tmien evalwazzjonijiet ippjanati fil-Pjan Strateġiku 2016-2020.

 

Taqsima E — Mistenni li jsir aktar progress dment li l-kultura tal-prestazzjoni tkompli tiżviluppa

3.32.

Il-Kummissjoni qed tfittex opportunitajiet biex issir aktar xprunata mill-prestazzjoni.

3.32.

(i)

Hija tipproponi Regolament Finanzjarju rivedut li jwitti t-triq għal aktar simplifikazzjoni, u li jippermetti li l-pagamenti jkunu bbażati b’mod aktar dirett fuq ir-riżultati miksuba (38).

 

(ii)

Għall-ewwel darba, hija wettqet eżaminar komprensiv tal-infiq, billi ħadet inkusiderazzjoni l-valur miżjud tal-UE (39).

 

(iii)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-fatt li hemm wisq indikaturi tal-prestazzjoni (40), u li xi wħud minnhom mhumiex sinifikattivi. Għalhekk, hija bdiet teżamina l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha. L-indikaturi tar-riżultati, b’mod partikolari, qed jiġu eżaminati biex jiġi żgurat li huma jkejlu r-riżultati li jinsabu fi ħdan il-kontroll tad-direttorati ġenerali.

(iii)

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.20. Il-Kummissjoni wettqet rieżami komprensiv tal-objettivi u l-indikaturi użati mis-servizzi tal-Kummissjoni bħala parti mir-riforma tal-pjanijiet strateġiċi u ta’ ġestjoni.

(iv)

Xi wħud mid-DĠ, bħad-DĠ DEVCO, qed jagħmlu tentattiv biex jibdlu minn rappurtar dwar ir-riżultati tal-proġetti kkompletati għal rappurtar ta’ dan it-tip għall-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin.

 

(v)

Il-Kummissjoni u l-awtorità baġitarja potenzjalment se jibbenefikaw mill-inizjattiva “Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati”.

 

3.33.

Fil-laqgħat tagħna mad-DĠ, il-persuni li intervistajna aċċennaw diversi sfidi (il- Kaxxa 3.9 ). Xi wħud minn dawn l-isfidi ssemmew ukoll fir-rapporti tal-OECD u tal-Kummissjoni (41)  (42).

 

Kaxxa 3.9 —   Diffikultajiet fir-rigward tal-użu mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni msemmija mis-sitt DĠ intervistati

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

3.34.

L-istħarriġ tagħna kien jinkludi mistoqsijiet dwar l-attitudnijiet fir-rigward tal-prestazzjoni (ara l- Kaxxa 3.10 ). Għalkemm ir-riżultati kumplessivi kienu pożittivi, l-opinjonijiet tar-rispondenti kienu jvarjaw ħafna. Ir-rispondenti li taw risposti negattivi ġeneralment użaw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni b’mod inqas frekwenti. Aħna osservajna wkoll li l-maniġers superjuri ma użawx l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni b’mod aktar frekwenti mill-kapijiet tal-unità.

 

3.35.

Barra minn hekk, ir-riżultati tal-istħarriġ tagħna ssuġġerew ħtieġa kbira għal aktar taħriġ dwar l-użu mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, u għal kondiviżjoni aħjar tal-għarfien dwar prattiki tajba. Id-DĠ li intervistajna semmewlna għadd ta’ prattiki tajba. Fl-opinjoni tagħna, dawn il-prattiki tajba jistgħu jiġu kondiviżi ma’ DĠ oħra. Osservajna wkoll xi differenzi fil-perċezzjoni. Staqsejna lill-persuni li intervistajna jekk jaqblux li l-maniġers, u l-persunal, kellhom rwol sinifikanti fl-iżvilupp ta’ miżuri tal-prestazzjoni. Mill-maniġers superjuri li intervistajna, 80 % qablu li l-maniġers kellhom dan ir-rwol, u 84 % qablu l-persunal biss kellu dan ir-rwol. Meta staqsejna l-istess mistoqsija lill-kapijiet tal-unità, 52 % biss qablu li l-maniġers kellhom rwol importanti, u 53 % qablu l-persunal kellu dan ir-rwol. Dan jissuġġerixxi li l-maniġers superjuri tal-Kummissjoni għandhom fehma aktar pożittiva dwar l-attitudnijiet fir-rigward tal-prestazzjoni fil-Kummissjoni milli għandhom il-maniġers intermedji.

 

Kaxxa 3.10 —   Riżultati tal-istħarriġ — Kultura tal-prestazzjoni

Image

Sors: Stħarriġ tal-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.36.

Ir-risposti għall-istħarriġ tagħna semmew għadd ta’ opportunitajiet ta’ progress f’termini tal-użu mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni (ara l- Kaxxa 3.11 ). Ħafna drabi, ir-rispondenti enfasizzaw il-ħtieġa li l-Kummissjoni tbiddel il-kultura tagħha biex issir aktar xprunata mill-prestazzjoni. Huma ddikjaraw li jeħtieġ li l-Kummissjoni tiffoka inqas fuq il-monitoraġġ tal-assorbiment ta’ fondi u tivvaluta r-regolarità tal-infiq (peress li r-rata kumplessiva ta’ żball li taffettwa l-baġit tal-UE qed tonqos kull sena). Minflok, jenħtieġ li hija tuża t-tekniki ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni b’mod aktar wiesa’, filwaqt li tiffoka fuq il-ksib tar-riżultati u l-impatti ppjanati (43).

3.36.

Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ bidla kulturali, il-Kummissjoni tqis li diġà għandha kultura ta’ prestazzjoni integrata tajjeb ħafna fis-servizzi tagħha: fl-2017, l-OECD sabet li “Is-sistema tal-UE għall-ibbaġitjar għall-prestazzjoni u r-riżultati hija avvanzata u altament speċifikata, b’punteġġ ogħla minn kwalunkwe pajjiż tal-OECD fl-indiċi standard ta’ oqfsa ta’ bbaġitjar għall-prestazzjoni. […] Prattiki baġitarji tal-UE jinkludu ħafna aspetti effettivi u innovattivi, li jistgħu jipprovdu lezzjonijiet għall-gvernijiet nazzjonali meta jirriflettu fuq l-aġendi tagħhom ta’ riforma baġitarja ffukata fuq il-prestazzjoni.” Sabet ukoll li “B’mod iktar ġenerali, il-Kummissjoni wettqet simplifikazzjoni estensiva tar-rappurtar tagħha fi snin riċenti, li rendiet osservazzjonijiet iktar ċari dwar il-prestazzjoni u r-riżultati inkluż permezz tar-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) ġdid …” (44).

Il-Kummissjoni tirrimarka wkoll li l-eżempji enfasizzati f’paragrafu 3.32 hawn fuq dwar il-passi li ħadet il-Kummissjoni biex tirrinforza l-kultura ta’ prestazzjoni.

Kaxxa 3.11 —   L-aħħar mistoqsija tal-istħarriġ: “Xi tbiddel sabiex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tintuża aħjar fid-DĠ tiegħek?”

Image

Sors: Stħarriġ tal-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

PARTI 2 — RIŻULTATI TAL-AWDITI TAL-PRESTAZZJONI MWETTQA MILL-QORTI: KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET LI GĦANDHOM L-AKBAR IMPATT

Introduzzjoni

3.37.

Kull sena, aħna nippubblikaw għadd ta’ rapporti speċjali li fihom neżaminaw kemm il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba qed jiġu applikati tajjeb fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Fl-2017, aħna adottajna 27 rapport speċjali (45), (ara l- Kaxxa 3.12 ). Huma jkopru l-intestaturi kollha tal-qafas finanzjarju pluriennali (46) u fihom total ta’ 238 rakkomandazzjoni li jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti (il- Kaxxa 3.13 ). Aħna ppubblikajna wkoll 4 rapporti speċjali fil-qasam tal-“Funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku u Sostenibbiltà tal-Unjoni Monetarja”. Ir-risposti ppubblikati għar-rapporti tagħna juru li kważi aktar minn żewġ terzi tar-rakkomandazzjonijiet li għamilna ġew aċċettati bis-sħiħ mill-entità awditjata, li fil-biċċa l-kbira mill-każijiet kienet il-Kummissjoni (il- Kaxxa 3.14 ). L- Anness 3.3 huwa sommarju tar-rakkomandazzjonijiet li ġew indirizzati għall-Istati Membri fir-rapporti speċjali tagħna tal-2017.

 

Kaxxa 3.12 —   Għadd sinifikanti ta’ rapporti speċjali li jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba

Image

Sors: Il-QEA.

Kaxxa 3.13 —   Ir-rakkomandazzjonijiet ikopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti

Image

Sors: Il-QEA.

Kaxxa 3.14 —   L-entitajiet awditjati tagħna aċċettaw il-maġġoranza l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tagħna

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Intestaturi 1a “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” u 1b “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

3.38.

Fl-2017, aħna adottajna seba’ rapporti speċjali għal dawn l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali (47). Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal xi konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin ta’ tlieta minn dawn ir-rapporti.

 

(i)   

Rapport Speċjali Nru 2/2017 — In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta' Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni

3.39.

Aħna sibna li l-ftehimiet ta’ sħubija kienu effettivi biex il-finanzjament jiġi ffukat fuq l-Istrateġija UE 2020, u li l-programmi operazzjonali kellhom “loġika ta’ intervent” robusta. Madankollu, kienu ġew stabbiliti indikaturi speċifiċi għall-programmi u indikaturi komuni kemm għall-outputs kif ukoll għar-riżultati. Dan kien ħoloq għadd eċċessiv ta’ indikaturi, li kellhom ir-riskju li joħolqu piż amministrattiv addizzjonali u jagħmlu l-aggregazzjoni fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE problematika.

3.39.

Il-Kummissjoni tinnota li indikaturi speċifiċi ta’ prestazzjoni tal-programm għar-riżultati mhumiex maħsuba biex ikunu aggregati fil-livell tal-UE. Dawk l-indikaturi speċifiċi huma adattati għall-iffissar tal-miri u r-rapportar dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-miri, filwaqt li indikaturi komuni jippermettu r-rapportar dwar il-kisbiet bbażati fuq kategoriji definiti minn qabel li jirriflettu investimenti użati ta’ spiss madwar l-UE. Indikaturi ta’ eżitu speċifiċi għall-programm jirreferu għall-prodotti fiżiċi li jippermettu t-tħaddin tal-bidliet miksuba permezz ta’ interventi ffinanzjati mill-UE fi programmi. Dawn l-interventi huma mfassla apposta biex isolvu konġestjonijiet ta’ żvilupp ibbażat fuq il-post. Skont id-definizzjoni, dawn jeħtieġ li jkunu speċifiċi għar-reġjun u l-azzjoni prevista.

3.40.

Aħna rrakkomandajna li:

3.40.

jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkomplux jużaw indikaturi speċifiċi għall-programmi li mhumiex meħtieġa; u li

 

jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi terminoloġija komuni għal “outputs” u għal “riżultati”, u tipproponiha biex tiġi inkluża fir-Regolament Finanzjarju, tiddetermina l-indikaturi tal-outputs u tar-riżultati li huma l-aktar rilevanti għall-kejl tal-prestazzjoni, u tapplika bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Terminoloġija ta’ prestazzjoni koerenti hija inkluża fir-Regolament Finanzjarju rivedut. Id-definizzjoni ta’ indikaturi tal-eżitu u tar-riżultati issa hija riflessa fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020 (COM(2018) 375 final). Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020 (COM (2018) 372 final) tinkludi lista ta’ indikaturi komuni tal-eżitu u tar-riżultati. Din il-lista ta’ indikaturi komuni hija iktar estensiva minn dik tal-perjodu 2014–2020, li hija mistennija li tgħin tnaqqas l-għadd ta’ indikaturi speċifiċi għall-programm.

Fir-rigward tal-kunċett ta’ baġit tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-Baġit tal-UE diġà huwa baġit tal-prestazzjoni li jippermetti lill-awtorità baġitarja tieħu f’konsiderazzjoni l-informazzjoni tal-prestazzjoni matul il-proċess baġitarju billi tipprovdi informazzjoni dwar l-objettivi tal-programmi u l-progress fil-kisba tagħhom fid-Dikjarazzjonijiet tal-Programm mehmużin mal-Abbozz tal-Baġit.

(ii)   

Rapport Speċjali Nru 5/2017 — Il-qgħad fost iż-żgħażagħ

3.41.

Aħna sibna li, filwaqt li kien sar xi progress fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u filwaqt li kienu nkisbu xi riżultati, is-sitwazzjoni ma laħqitx l-aspettattivi inizjali li nħolqu mit-tnedija tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, li kellha l-għan li tipprovdi liż-żgħażagħ kollha li huma barra mill-impjieg, edukazzjoni, jew taħriġ, b’offerta ta’ impjieg, edukazzjoni kontinwata, apprendistat jew traineeship ta’ kwalità tajba fi żmien erba' xhur minn meta jtemmu l-iskola jew jisfaw qiegħda. Sibna li, fiż-żmien meta sar l-awditu, il-kontribut tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-ilħuq tal-objettivi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ kien limitat ħafna.

3.41.

Sa mill-2014, meta l-implimentazzjoni bdiet fil-prattika, kull sena kien hemm iktar minn 5 miljun reġistrazzjoni fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ u kull sena mill-2014 ’l hawn kien hemm aktar minn 3,5 miljun każ ta’ ħruġ li rriżultaw f’impjieg, edukazzjoni, taħriġ jew apprendistat (sors: il-bażi ta’ data tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tad-DĠ EMPL). Bħalissa hemm 2,2 miljun inqas żagħżugħ u żagħżugħa qiegħda u 1,4 miljun inqas żagħżugħ u żagħżugħa li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (sors: Eurostat). Azzjonijiet iffinanzjati mill-YEI se jkomplu għaddejjin sa mill-inqas l-2023 u jappoġġaw iktar żgħażagħ NEET.

Biex tiżgura li ż-żgħażagħ li jgħixu fi Stati Membri li qed jissieltu kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jkomplu jirċievu appoġġ, il-proposta tal-Kummissjoni għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) għall-2021–2027 tirrikjedi li l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw rati għolja ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET — not in education, employment or training) jallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi tal-FSE+ tagħhom għal azzjonijiet tal-impjieg għaż-żgħażagħ. Il-proposta tislet tagħlimiet mill-perjodu 2014–2020 u tissimplifika wkoll uħud mir-rekwiżiti bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta’ miżuri li huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

3.42.

Aħna rrakkomandajna, b’mod partikolari, li jenħtieġ li l-Istati Membri:

3.42.

jipproduċu stampa ġenerali kompleta tal-ispiża ta’ implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għall-popolazzjoni kollha kemm hi ta’ żgħażagħ li huma barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, u jipprijoritizzaw il-miżuri li jridu jiġu implimentati skont il-finanzjament disponibbli;

Il-Kummissjoni tosserva li r-rakkomandazzjoni hija indirizzata primarjament lill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni tabilħaqq lesta li tikkunsidra perspettiva aħjar tal-ispiża stmata tal-miżuri kollha ppjanati sabiex timplimenta l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u kull meta possibbli u fuq talba tal-Istati Membri, se tappoġġahom f’dan il-proċess.

jiżguraw li l-offerti jitqiesu bħala ta’ kwalità tajba biss jekk ikunu jaqblu mal-profil tal-parteċipant u mad-domanda fis-suq tax-xogħol, u jekk iwasslu għal integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol.

Il-Kummissjoni tosserva li r-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni se tesplora l-possibbiltà li tiddiskuti standards għall-kriterji ta’ kwalità fil-kuntest tal-ħidma fuq il-monitoraġġ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-EMCO.

(iii)   

Rapport Speċjali Nru 15/2017 — Il-kundizzjonalitajiet ex ante u r-riżerva ta’ prestazzjoni fil-qasam ta’ Koeżjoni

3.43.

F’dan ir-rapport speċjali, aħna sibna li l-kundizzjonalitajiet ex ante pprovdew qafas konsistenti biex jiġi vvalutat kemm l-Istati Membri kienu lesti li jimplimentaw il-fondi tal-UE fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Madankollu, il-punt sa fejn dan irriżulta f’bidliet fil-prattika ma kienx ċar. Aħna kkonkludejna li ma kienx probabbli li l-qafas u r-riżerva ta’ prestazzjoni jiskattaw riallokazzjoni sinifikanti tal-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni matul il-perjodu 2014-2020 għall-programmi li kellhom prestazzjoni aħjar.

3.43.

Il-Kummissjoni tqis li fir-rigward tat-tibdil fuq l-art ikkawżat minn kundizzjonalitajiet ex ante, is-sempliċi fatt li jiġu imposti kundizzjonijiet minimi li ma kinux jeżistu f’xi oqfsa tal-politika tal-koeżjoni ta’ qabel, għandu jtejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-infiq.

Il-Kummissjoni se tkun kapaċi tevalwa l-impatt finali tal-kondizzjonalitajiet ex ante wara li jiġu implimentati l-programmi tal-proġetti.

Barra minn hekk, il-qafas ta’ prestazzjoni huwa biss wieħed minn diversi elementi tal-orjentazzjoni lejn ir-riżultati. Il-qafas ta’ prestazzjoni u riżerva ta’ prestazzjoni ġew stabbiliti biex jappoġġjaw l-enfasi fuq il-prestazzjoni u l-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Huma ma tfasslux biex iwasslu għal riallokazzjoni sinifikanti tan-nefqa tal-Koeżjoni. Madankollu, jekk il-programmi jonqsu milli jiksbu l-għanijiet stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni, ir-riżerva għall-prestazzjoni tista’ tiġi riallokata għal programmi oħra, bi prestazzjoni aħjar.

3.44.

Aħna rrakkomandajna li jenħtieġ li l-Kummissjoni:

3.44.

tkompli tiżviluppa l-kundizzjonalitajiet ex ante bħala strument biex jiġi vvalutat kemm l-Istati Membri huma lesti li jimplimentaw il-fondi tal-UE; u

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni bil-kundizzjoni li jinżammu l-kundizzjonalitajiet ex ante wara l-2020.

tibdel ir-riżerva ta’ prestazzjoni għall-perjodu ta’ wara l-2020 fi strument aktar orjentat lejn ir-riżultati li jalloka l-fondi għal dawk il-programmi li jkunu kisbu riżultati tajbin.

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni bil-kundizzjoni li jinżammu l-qafas u r-riżerva ta’ prestazzjoni wara l-2020.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020 (COM (2018) 375 final) tistipula d-dispożizzjonijiet għall-qafas ta’ prestazzjoni li jikkonsisti kemm f’indikaturi tal-eżitu kif ukoll tar-riżultati li għalihom huma meħtieġa jiġu stabbiliti stadji u miri. Ir-rieżami tal-prestazzjoni huwa sostitwit bir-rieżami ta’ nofs it-terminu li għandu jkun ibbażat, fost oħrajn, fuq il-progress fil-kisba — sa tmiem l-2024 — tal-istadji tal-qafas ta’ prestazzjoni.

Intestatura 2 “Tkabbir sostenibbli u riżorsi naturali”

3.45.

Fl-2017, aħna adottajna sitt rapporti speċjali marvuta mal-Intestatura 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali (48). Tlieta minn dawn ir-rapporti eżaminaw aspetti tal-prestazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni. Il-konklużjonijiet tagħhom huma partikolarment rilevanti fil-kuntest tar-riforma li għadha għaddejja tal-Politika Agrikola Komuni u l-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni, li tħabbar fil-“Komunikazzjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tal-Kummissjoni.

 

(i)   

Rapport Speċjali Nru 16/2017 — Programmazzjoni tal-iżvilupp rurali

3.46.

F’dan ir-rapport speċjali, aħna osservajna li, fil-perjodu attwali, l-infiq għall-iżvilupp rurali kellu jkun iffukat aktar fuq ir-riżultati, iżda li din l-ambizzjoni ma kinitx intlaħqet minħabba nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni. Aħna rrakkomandajna li tiġi żviluppata ġabra komuni ta’ indikaturi orjentati lejn ir-riżultati u li dawn jenħtieġ li jkunu adatti għall-valutazzjoni tar-riżultati u tal-impatt ta’ interventi taħt l-iżvilupp rurali.

3.46.

Fit-tweġiba tagħha għar-rakkomandazzjoni 4 tal-RS Nru 16/2017, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tanalizza modi possibbli biex ittejjeb il-kejl tal-prestazzjoni tal-PAK b’mod ġenerali.

Fl-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament COM(2018) 392 final (il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK): Fil-qafas tal-mudell ġdid ta’ implimentazzjoni, ġew żviluppati indikaturi komuni orjentati lejn ir-riżultat: It-Titolu VII tar-Regolament jintroduċi qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni li jistabbilixxi r-regoli dwar xiex u meta l-Istati Membri jridu jirrappurtaw il-progress dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u r-regoli dwar kif dan il-progress se jkun immonitorjat u evalwat.

(ii)   

Rapport Speċjali Nru 10/2017 — Tiġdid ġenerazzjonali

3.47.

Aħna kkonkludejna li l-objettivi u r-riżultati mistennija tal-appoġġ tal-UE għall-bdiewa żgħażagħ ma kinux ddefiniti tajjeb. Irrakkomandajna li jenħtieġ li jsir titjib fil-loġika ta’ intervent. Għal dan l-iskop, aħna rrakkomandajna li jenħtieġ li l-Kummissjoni ttejjeb il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet, tagħżel dawk il-forom ta’ appoġġ li jaqblu l-aktar mal-ħtiġijiet identifikati, u tiddefinixxi miri speċifiċi u kwantifikati tar-riżultati.

3.47.

Fit-tweġiba tagħha għal rakkomandazzjoni 1 tal-RS 10/2017, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tanalizza u tikkunsidra strumenti ta’ politika rilevanti għall-appoġġ ta’ bdiewa żgħażagħ u l-loġika ta’ intervent tagħhom fil-kuntest tat-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi futuri.

Fl-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament COM(2018) 392 final (il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK): F’dan il-mudell ġdid ta’ implimentazzjoni tal-proposta, l-Istati Membri se jfasslu Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, inkluża valutazzjoni ex ante tal-ħtiġijiet. Abbażi ta’ dan, interventi mfassla apposta biex jindirizzaw il-ħtiġijiet identifikati u li għandhom l-għan li jimplimentaw l-objettivi ta’ politika se jkunu deskritti fil-pjanijiet. Fost oħrajn, l-objettiv speċifiku li ġej huwa stabbilit fl-Artikolu 6(g) tar-Regolament: Jiġu attirati bdiewa żgħażagħ u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali. Fir-rigward ta’ dan l-objettiv, indikatur tar-riżultat speċifiku se jintużaw biex jikkwantifika kemm il-valur fil-mira ex-ante kif ukoll il-valur fil-fatt realizzat.

F’termini ta’ proċedura, il-Kummissjoni se tivvaluta u tapprova dawn il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

(iii)   

Rapport Speċjali Nru 21/2017 — Miżuri ta’ ekoloġizzazzjoni

3.48.

Aħna kkonkludejna li l-Kummissjoni ma kinitx speċifikat liema miżuri ta’ ekoloġizzazzjoni kienu mistennija li jinkisbu. Ikkonkludejna wkoll li kien hemm ammont sinifikanti ta’ deadweight, u li r-rekwiżiti kienu dgħajfa. Għal dawn ir-raġunijiet, aħna kkonkludejna li ma kienx probabbli li l-ekoloġizzazzjoni twassal għal titjib sinifikanti fl-ambjent u fil-klima. Irrakkomandajna li l-Kummissjoni tiżviluppa loġika ta’ intervent kompleta għall-miżuri agrikoli tal-UE bl-għan li tipproteġi l-ambjent u l-klima. Aħna rrakkomandajna li jenħtieġ li l-loġika ta’ intervent tkun ibbażata fuq fehim xjentifiku aġġornat, u jenħtieġ li tinkludi miri speċifiċi. Irrakkomandajna wkoll li jenħtieġ li r-rekwiżiti ambjentali kollha eżistenti jiġu kkombinati biex jiffurmaw linja bażi ambjentali ġdida li tkun applikabbli għall-benefiċjarji kollha tal-Politika Agrikola Komuni, u li jenħtieġ li l-miżuri programmati jmorru lil hinn minn din il-linja bażi ambjentali u jiffukaw fuq l-ilħuq tal-miri ta’ prestazzjoni.

3.48.

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet ta’ RS 21/2017 fis-sustanza.

Fl-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament COM(2018) 392 final (pjanijiet strateġiċi tal-PAK), li tiżviluppa l-loġika ta’ intervent ta’ sett ġdid ta’ strumenti ambjentali u relatati mal-klima tal-PAK. Din l-arkitettura ekoloġika ġdida tinkludi kondizzjonalità msaħħa li torbot ir-riċevuta sħiħa tal-appoġġ tal-PAK mal-konformità tal-benefiċjarji ma’ standards bażiċi dwar l-ambjent, il-bidla fil-klima, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali, inklużi kwistjonijiet trattati qabel skont l-ekoloġizzazzjoni. Il-kondizzjonalità tapplika għall-benefiċjarji kollha tal-PAK u tifforma l-qalba tal-linja bażi ambjentali u klimatika, li lil hinn minnha skemi volontarji bħall-impenji eko-skema u agroambjentali klimatiċi (AEC) tal-Pilastru I ġdid taħt il-Pilastru II bħala parti minn tip usa' ta’ intervent li joffri appoġġ għal diversi tipi ta’ impenn ta’ ġestjoni se jiġu definiti mill-Istati Membri. Dawn il-miżuri kollha se jkunu parti minn approċċ programmat li jiffoka fuq il-kisba ta’ miri ta’ prestazzjoni.

Intestaturi 3 “Sigurtà u ċittadinanza” u 4 “Ewropa Globali”

3.49.

Aħna adottajna ħames rapporti speċjali (49) dwar dawn l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali. Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal xi konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin ta’ erbgħa minn dawn ir-rapporti.

 

(i)   

Rapport Speċjali Nru 3/2017 — It-Tuneżija

3.50.

Aħna sibna li, b’mod ġenerali, l-għajnuna mogħtija mill-UE lit-Tuneżija kienet intnefqet tajjeb. Hija kienet ikkontribwiet b’mod sinifikanti għat-tranżizzjoni demokratika u għall-istabbiltà ekonomika tal-pajjiż wara r-rivoluzzjoni tal-2010-2011. Madankollu, sibna li l-Kummissjoni kienet ambizzjuża wisq. Hija kienet ippruvat tindirizza wisq prijoritajiet f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir. Dan kien wassal għal għadd ta' nuqqasijiet fil-mod kif il-Kummissjoni mmaniġġjat l-għajnuna.

3.50.

Ir-rapport jirrikonoxxi li l-għajnuna tal-UE lit-Tuneżija kienet minfuqa sew b’mod ġenerali. Fil-fatt, l-għajnuna tal-UE kkontribwiet b’mod sinifikanti għall-istabbiltà politika u ekonomika tal-pajjiż wara r-rivoluzzjoni, b’mod notevoli billi akkumpanjat riformi politiċi u soċjoekonomiċi ewlenin.

Dwar il-livell ta’ ambizzjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tinnota li diversi oqsma kellhom jiġu ttrattati minħabba l-isfidi soċjoekonomiċi li affaċċjat it-Tuneżija wara r-rivoluzzjoni. Ir-riżultati miksuba s’issa huma tajba peress li l-assistenza tal-UE kkontribwiet b’mod sinifikanti biex ittejjeb l-istabbiltà soċjoekonomika u politika fil-pajjiż wara r-rivoluzzjoni. Il-Kummissjoni tisħaq li hi segwiet il-politika tagħha stess tal-konċentrazzjoni tal-assistenza tagħha. Fil-fatt, minkejja l-fatt li saru attivitajiet varji ta’ matul il-perjodu li qiegħed ikun rieżaminat, dawn kienu konformi mat-tliet setturi ewlenin identifikati fil-QAU 2014–2016.

L-effettività u s-sostenibbiltà tal-għajnuna tal-Kummissjoni dejjem kienu wħud mill-elementi ewlenin meqjusa, flimkien mar-relevanza, l-effiċjenza u l-impatt. Il-Kummissjoni appoġġat wkoll l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ intern u estern u t-tisħiħ tal-akkontabbiltà tal-korpi pubbliċi.

3.51.

Aħna rrakkomandajna li jenħtieġ li l-Kummissjoni u, fejn applikabbli, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna:

3.51.

isaħħu l-programmazzjoni u l-fokus tal-appoġġ li jingħata mill-UE

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni u diġà qed timplimentaha (l-adozzjoni f’Awwissu 2017 tal-QAU il-ġdid 2017–2020 li jiffoka fuq tliet setturi ta’ intervent; politika kontinwa u djalogu politiku, koordinazzjoni ma’ programmi reġjonali; proċess ta’ programmar konġunt kontinwu).

isaħħu l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ baġitarju tal-UE

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni.

Bil-kuntest politiku iktar stabbli fit-Tuneżija tal-lum u fid-dawl ta’ koordinament mill-qrib ma’ donaturi oħra, il-Kummissjoni taqbel li l-indikaturi tal-prestazzjoni issa jistgħu jkunu ffokati iktar fuq operazzjonijiet futuri. Madankollu, se jkompli jiġi applikat approċċ dinamiku fejn jidħlu kriterji tal-eliġibbiltà, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida ta’ appoġġ baġitarju.

jagħmlu proposti biex jitħaffef il-proċess ta’ approvazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tinnota li minkejja li sar progress sinifikanti rigward ir-rapidità tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-AMF mill-Parlament u mill-Kunsill, għad hemm lok għal titjib. L-adozzjonijiet jistgħu jitħaffu iktar pereżempju jekk jista’ jitnaqqas in-numru tal-laqgħat tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) tal-Parlament Ewropew qabel il-votazzjoni tal-Kumitat INTA, jekk l-approvazzjoni tal-Parlament issir sistematikament waqt il-plenarja (inklużi l-mini plenarji) immedjatament wara l-vot tal-INTA, jekk il-mini plenarji jintużaw għall-firem tal-Presidenti tal-Parlament u l-Kunsill u jekk il-Kunsill jagħmel użu wkoll tal-proċedura bil-miktub għall-adozzjonijiet jekk ikun hemm bżonn.

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, b’segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet preċedenti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u Riżoluzzjoni dwar l-AMF tal-Parlament tal-2003, kienet ipproponiet fl-2011, Regolament Qafas għall-AMF immirat, fost l-oħrajn biex iħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet billi jissostitwixxi d-deċiżjonijiet leġiżlattivi b’atti ta’ implimentazzjoni. Madankollu, peress li l-koleġiżlaturi ddeċidew li jżommu l-atti leġislattivi u l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Kummissjoni kienet irtirat din il-proposta fl-2013.

itejbu l-ippjanar tal-proġetti.

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni.

(ii)   

Rapport Speċjali Nru 6/2017: L-approċċ “hotspot”

3.52.

Aħna kkonkludejna li, b’mod ġenerali, l-approċċ hotspot għen biex isir titjib fil-ġestjoni tal-migrazzjoni fiż-żewġ Stati Membri l-aktar milquta, jiġifieri l-Greċja u l-Italja, billi żied il-kapaċitajiet ta’ akkoljenza tagħhom u tejjeb il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni kif ukoll il-koordinazzjoni tal-appoġġ.

 

3.53.

Aħna rrakkomandajna li jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti:

3.53.

jassistu lill-Istati Membri biex itejbu l-approċċ hotspot, speċjalment fir-rigward tal-kapaċità tal-hotspots, it-trattament ta’ minorenni mhux akkumpanjati, l-iskjerament ta’ esperti, u r-rwoli u r-responsabbiltajiet fl-approċċ hotspot;

Il-Kummissjoni taqbel.

jivvalutaw u jkomplu jiżviluppaw l-approċċ hotspot, bl-għan li jottimizzaw l-assistenza tal-UE fil-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Il-Kummissjoni taqbel.

(iii)   

Rapport Speċjali Nru 11/2017 — Il-Fond Fiduċjarju Bêkou

3.54.

F’dan ir-rapport speċjali aħna kkonkludejna li, minkejja xi nuqqasijiet, kemm id-deċiżjoni tal-istabbiliment tal-Fond Fiduċjarju Bêkou kif ukoll it-tfassil tal-fond kienu xierqa, meta jitqiesu ċ-ċirkustanzi. Aħna sibna li l-ġestjoni tal-fond ma kinitx laħqet il-potenzjal sħiħ tagħha fi tliet aspetti: il-koordinazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati, it-trasparenza, il-veloċità u l-kosteffettività tal-proċeduri, u l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.

3.54.

Il-fond fiduċjarju Bêkou fetaħ toroq ġodda ta’ kif jiġu kkoordinati l-azzjonijiet immexxija mill-UE u l-Istati Membri tagħha li sa issa ma ġewx sfruttati għalkollox f’dan l-istadju.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, meta wieħed jikkunsidra t-tul kollu taċ-ċiklu tal-proġett, il-veloċità ġenerali tal-Bêkou hija ogħla minn dik ta’ strumenti oħra tal-UE f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Madankollu, il-Kummissjoni taqbel li hi se tesplora modi biex iżżid il-ħeffa tal-proċeduri tal-għażla lil hinn minn dak li jippermettu bħalissa r-regoli interni filwaqt li jinstab bilanċ tajjeb bejn il-ħeffa u t-trasparenza.

Il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni huma żviluppati fil-livell tal-proġett u se jiġu gradwalment imtejba fil-livell tal-fond.

3.55.

B'mod ġenerali, il-Fond Fiduċjarju Bêkou kien ikkontribwixxa b’mod pożittiv saż-żmien meta sar l-awditu. Huwa kien attira l-għajnuna, iżda ma attirax wisq donaturi addizzjonali, u l-biċċa l-kbira mill-proġetti tiegħu kien taw l-outputs li kienu mistennija minnhom. Il-fond kien ipprovda viżibbiltà akbar lill-UE.

 

3.56.

Aħna rrakkomandajna li jenħtieġ li l-Kummissjoni:

3.56.

tiżviluppa gwida ulterjuri għall-għażla tal-istrumenti li permezz tagħhom tiġi pprovduta l-għajnuna, u għat-twettiq ta’ analiżijiet tal-ħtiġijiet bil-ħsieb li jiġu deċiżi l-ambiti ta’ intervent tal-fondi fiduċjarji; u

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni li se tiġi implimentata kif ġej:

Il-Kummissjoni żviluppat il-linji gwida tal-fond fiduċjarju li jinkludu taqsima dwar il-kondizzjonijiet biex jiġi stabbilit fond fiduċjarju.

Il-Kummissjoni hija lesta li tirrevedi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida sabiex jinkludu deskrizzjoni aktar dettaljata tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju biex jevalwaw il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-fondi fiduċjarji tal-UE.

F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ EUTF se tindirizza l-kwistjoni ta’ vantaġġi komparattivi ta’ vetturi oħra ta’ għajnuna.

Il-Kummissjoni tqis li l-linji gwida ma jistgħux ikunu wisq preskrittivi partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-fondi fiduċjarji ta’ emerġenza.

ittejjeb il-koordinazzjoni mid-donaturi, il-proċeduri tal-għażla u l-kejl tal-prestazzjoni, kif ukoll tottimizza l-ispejjeż amministrattivi.

Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni, iżda enfasizzat li atturi oħra għandhom rwol x’jaqdu fis-segwitu ta’ dan.

Il-fond fiduċjarju Bêkou diġà jikkoordina l-attivitajiet tiegħu ma’ donaturi u atturi rilevanti oħra. Madankollu, il-Kummissjoni taqbel li l-koordinazzjoni tista’ tkun formalizzata aħjar u li l-opportunitajiet ta’ koordinazzjoni għandhom jiġu sfruttati mill-parteċipanti kollha tal-BTF.

Il-Kummissjoni tapplika r-regoli u l-proċeduri standard tagħha kif ukoll ir-regoli interni li jippermettu lill-maniġers tal-EUTF għal deroga minn dawn ir-regoli standard f’ċerti kundizzjonijiet (linji gwida interni dwar il-kriżi u l-linji gwida tal-EUTF). Pereżempju l-linji gwida dwar is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi jirrikonoxxu r-restrizzjonijiet u l-limiti biex jiġu kkuntrattati u implimentati proġetti f’sitwazzjoni ta’ kriżi, u jippermettu għalhekk l-użu ta’ “proċeduri flessibbli” meta sitwazzjoni ta’ kriżi tkun ġiet iddikjarata fil-pajjiż.

(iv)   

Rapport Speċjali Nru 22/2017 — Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali

3.57.

F’dan ir-rapport speċjali, aħna sibna li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni kienu għamlu sforzi raġonevoli biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE, u li kienu użaw l-għodod li kien hemm għad-dispożizzjoni tagħhom għal din il-fini. Aħna kkonkludejna li l-preżentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE kienet tjiebet fi snin reċenti, iżda kien jeħtieġ li jkun hemm aktar konsultazzjoni fuq il-post. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni kienu involuti fi djalogu politiku u pprovdew assistenza elettorali biex jipprovdu appoġġ għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, iżda l-missjonijiet ta’ segwitu elettorali kienu twettqu inqas drabi milli setgħu. Fl-aħħar nett, ma kinitx teżisti stampa ġenerali ċentralizzata tar-rakkomandazzjonijiet, u lanqas ma kienet saret valutazzjoni sistematika tal-istatus ta’ implimentazzjoni tagħhom.

 

3.58.

Aħna rrakkomandajna li jenħtieġ li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna:

3.58.

jikkonsulta b’mod sistematiku lill-partijiet interessati dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE qabel ma dawn jiġu adottati;

Il-partijiet interessati se jiġu kkonsultati sistematikament dwar il-kontenut ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet (mhux dwar l-abbozzar speċifiku ta’ rakkomandazzjonijiet sabiex ma tiġix ippreġudikata l-indipendenza tar-rapport).

iwettaq missjoniiet ta’ segwitu aktar ta’ spiss;

Is-SEAE u l-Kummissjoni huma impenjati biex isaħħu s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-MOE tal-UE permezz ta’ taħlita ta’ għodod li jvarjaw minn EFMs sa assistenza elettorali, djalogu politiku, fost oħrajn.

jikseb stampa ġenerali ċentralizzata tar-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE u jivvaluta b’mod sistematiku l-istatus ta’ implimentazzjoni tagħhom.

Il-Kummissjoni se tfittex li tipprovdi l-mezzi finanzjarji biex tiġi stabbilita ħażna ċentralizzata biex taħżen rakkomandazzjonijiet tal-MOE tal-UE.

Intestatura 5 “Amministrazzjoni” u rapporti dwar il-“Funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku u sostenibbiltà tal-Unjoni Monetarja”

3.59.

Fil-qasam ta’ prijorità “Funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku u sostenibbiltà tal-Unjoni Monetarja”, aħna pproduċejna erba’ rapporti speċjali fl-2017 (50).

 

3.60.

Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal għadd ta’ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin ta’ tnejn minn dawn ir-rapporti.

 

(i)   

Rapport Speċjali Nru 17/2017 — “L-intervent tal-Kummissjoni fil-kriżi finanzjarja Griega”

3.61.

F’dan ir-rapport speċjali, aħna kkonkludejna li l-programmi ta’ aġġustament ekonomiku għall-Greċja, li kien sar qbil dwarhom b’segwitu għall-kriżi finanzjarja, kienu pprovdew stabbiltà finanzjarja fuq terminu qasir, u ppermettew li jseħħ xi progress fir-riformi. Iżda l-għajnuna li l-programmi kienu taw lill-Greċja biex tirkupra, kienet sa ċertu punt limitata. Sa nofs l-2017, huma kienu għadhom ma rnexxilhomx jistabbilixxu mill-ġdid il-kapaċità tal-pajjiż li jissellef mis-swieq biex jiffinanzja l-ħtiġijiet tiegħu.

 

3.62.

Aħna ma stajniex nirrappurtaw dwar ir-rwol tal-Bank Ċentrali Ewropew, billi huwa kkontesta l-mandat tagħna u naqas milli jipprovdielna evidenza suffiċjenti għall-awditjar.

 

3.63.

Aħna rrakkomandajna li jenħtieġ li l-Kummissjoni:

3.63.

tipprijoritizza aħjar il-kundizzjonijiet u tispeċifika l-miżuri meħtieġa b’mod urġenti biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi;

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni.

Azzjonijiet ta’ politika kienu debitament prijoritizzati, notevolment permezz tal-programm konġunt mal-FMI. Il-Kummissjoni, fost oħrajn, użat is-sistema magħrufa tal-FMI ta’ “azzjonijiet preliminari” u “punti ta’ riferiment strutturali”, li huma riformi kritiċi meħtieġa biex jingħalaq rieżami u jiġi rilaxxat żborż. Dawn ġew gradwalment raffinati b’xi azzjonijiet preliminari addizzjonali fil-qasam tar-riformi strutturali, u permezz tal-użu ta’ stadji. Il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-MES li għaddej bħalissa introduċa wkoll il-kunċett ta’ “riżultati tanġibbli ewlenin”.

tiżgura li l-programmi jkunu inkorporati fi strateġija ġenerali ta’ tkabbir għall-pajjiż,

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tinnota li t-Trattat MES attwali jipprevedi programmi iktar iffukati, pereżempju mmirati lejn żbilanċi f’taqsimiet speċifiċi, f’liema każ strateġija tat-tkabbir komprensiva jaf ma tkunx iġġustifikata.

tfittex li tilħaq qbil mas-sħab tal-programmi;

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni u fakkret li ma tistax tikkommetti lil istituzzjonijiet oħra biex jaċċettaw il-modalitajiet ta’ ħidma li, minnhom infushom, jeħtieġu jiġu miftiehma b’mod konġunt, kemm fil-prinċipju kif ukoll fis-sustanza.

tkun aktar sistematika fil-valutazzjoni tal-kapaċità amministrattiva tal-Istat Membru biex jimplimenta r-riformi;

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni.

Skont il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-MES, qed tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni ta’ riformi biex tiżdied il-kwalità u l-effiċjenza tas-settur pubbliku fl-għoti ta’ prodotti u servizzi pubbliċi essenzjali (ir-raba’ pilastru). L-appoġġ tekniku ġie allinjat mill-qrib mad-dispożizzjonijiet tal-programm ta’ stabbiltà tal-MES, li permezz tiegħu appoġġ għal għadd ta’ riformi skont il-programm ġew inklużi espliċitament fil-Memorandum ta’ Qbil ta’ Awwissu 2015 u l-MtQ Supplementari sussegwenti. Fi żmien tliet xhur wara li ġie stabbilit il-programm, il-Kummissjoni qablet mal-awtoritajiet Griegi dwar “Pjan għal kooperazzjoni teknika b’appoġġ għar-riformi strutturali” li kien ippubblikat ukoll fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Is-Servizz ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali jipprovdi u jikkoordina appoġġ lill-awtoritajiet Griegi fl-oqsma kważi kollha ta’ riforma taħt il-programm tal-MES.

twettaq evalwazzjoni interim għal programmi suċċessivi u tuża r-riżultati biex tivvaluta l-arranġamenti ta’ tfassil u ta’ monitoraġġ tagħhom.

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni. Diġà wettqet evalwazzjonijiet ex post għal pajjiżi oħrajn taż-żona tal-euro li kellhom programmi ta’ appoġġ għall-istabbiltà.

(ii)   

Rapport Speċjali Nru 23/2017 — Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

3.64.

Il-konklużjoni kumplessiva tagħna f’dan ir-rapport speċjali kienet li, fl-istadju relattivament bikri meta wettaqna l-awditu, kien hemm nuqqasijiet fit-tħejjija tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-kompiti tiegħu. Aħna rrikonoxxejna l-fatt li kien jenħtieġ li dawn in-nuqqasijiet jitqiesu fil-kuntest: il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni kien ġie stabbilit mix-xejn f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

3.65.

In-nuqqasijiet kienu jinkludu:

 

dewmien fir-reklutaġġ tal-persunal;

 

ippjanar inkomplet tar-riżoluzzjonijiet għall-banek li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u sistema inkompleta ta’ regoli li tirregolah;

 

nuqqas ta’ valutazzjonijiet tal-fattibbiltà u tal-kredibbiltà tal-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni magħżula fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;

 

distribuzzjoni mhux ċara tal-kompiti operazzjonali bejn l-Awtoritajiet ta’ Riżoluzzjoni Nazzjonali u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni;

 

żbilanċ bejn il-mandati tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew.

 

3.66.

Aħna kkonkludejna li għadd ta’ passi kienu meħtieġa biex isir titjib fis-sistema. Irrakkomandajna li jenħtieġ li l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni:

 

jikkompleta l-ippjanar tar-riżoluzzjonijiet tiegħu għall-banek u jiffinalizza s-sistema tiegħu ta’ regoli li tirregola dawn il-pjanijiet;

 

jaċċellera l-isforzi ta’ reklutaġġ tiegħu, u jirrekluta persunal għad-dipartiment tar-riżorsi umani tiegħu b’mod xieraq;

 

jikkjarifika d-distribuzzjoni operazzjonali tal-kompiti u r-responsabbiltajiet mal-Awtoritajiet ta’ Riżoluzzjoni Nazzjonali; u

 

jikkomunika mal-Bank Ċentrali Ewropew biex jiżgura li huwa jkun irċieva l-informazzjoni kollha meħtieġa, u jistieden lil-leġiżlatur biex jieħu l-azzjoni meħtieġa biex il-qafas attwali jiġi implimentat fil-prattika.

 

3.67.

Aħna ppubblikajna wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 14/2017 “Analiżi tal-prestazzjoni tal-ġestjoni ta’ kawżi fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”. Dan ir-rapport speċjali kien jinkludi kunsiderazzjonijiet għal aktar titjib fil-ġestjoni ta’ kawżi fil-Qorti tal-Ġustizzja.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

PARTI 3 — SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET

3.68.

Din il-parti fiha r-riżultati tal-eżaminar annwali tagħna tal-punt sa fejn il-Kummissjoni ħadet azzjoni korrettiva relatata mar-rakkomandazzjonijiet tagħna. Is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet li nagħmlu fir-rapporti speċjali tagħna huwa pass importanti fiċ-ċiklu tal-awditjar tal-prestazzjoni. Minbarra li jipprovdi feedback dwar l-impatt ta’ xogħolna, kemm lilna kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati tagħna, is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet jgħin biex iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħna.

 

A.   Ambitu u approċċ — metodu ġdid

3.69.

Fi snin preċedenti, aħna analizzajna biss għażla ta’ rapporti speċjali. F’konformità mal-istrateġija tagħna għall-2018-2020, issa qed nespandu dan l-eżerċizzju. Aħna se nwettqu segwitu tar-rakkomandazzjonijiet kollha għall-awditi tal-prestazzjoni li indirizzajna lill-Kummissjoni fit-tliet snin preċedenti.

 

3.70.

Mill-24 rapport speċjali li ppubblikajna fl-2014, analizzajna 17 li ma ġewx analizzati bnadi oħra (51). B’kollox, dawn ir-rapporti kien fihom 135 rakkomandazzjoni.

 

3.71.

Aħna wettaqna s-segwitu tagħna fuq il-bażi ta’ analiżijiet dokumentarji u ta’ intervisti mal-persunal tal-Kummissjoni. Biex niżguraw li jsir eżaminar ġust u bbilanċjat, aħna mbagħad bgħatna s-sejbiet tagħna lill-Kummissjoni u ħadna kont tar-risposti tagħha fl-analiżi finali tagħna. Aħna wasalna għal konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ 100 rakkomandazzjoni. Ma stajniex naslu għal konklużjonijiet dwar il-35 rakkomandazzjoni li jifdal (li jirrappreżentaw 26 % tat-total, aktar mid-doppju tal-medja tas-6 snin li għaddew (12 %), minħabba li kienu indirizzati lill-Istati Membri jew lil istituzzjonijiet oħra tal-UE (52).

 

B.   Il-Kummissjoni kif indirizzat ir-rakkomandazzjonijiet tagħna?

3.72.

Aħna kkonkludejna li l-Kummissjoni kienet implimentat bis-sħiħ 58 (58 %) mill-100 rakkomandazzjoni. Hija kienet implimentat 17 mir-rakkomandazzjonijiet li jifdal (17 %) fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, 19 (19 %) f’xi wħud mill-aspetti, filwaqt li 6 (6 %) ma ġewx implimentati (ara l- Kaxxa 3.15 ). L-istatus ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet huwa ppreżentat fid-dettall fl- Anness 3.1 .

3.72.

Il-Kummissjoni tinnota li tliet kwarti tar-rakkomandazzjonijiet ivvalutati, ġew ikkunsidrati mill-QEA bħala implimentati bis-sħiħ jew fil-biċċa l-kbira.

Is-sitt rakkomandazzjonijiet li mhumiex implimentati ma kinux aċċettati mill-Kummissjoni.

Kaxxa 3.15 —   Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet għall-awditi tal-prestazzjoni tal-2014

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

3.73.

L-eżitu għar-rakkomandazzjonijiet li ġew implimentati bis-sħiħ jikkonforma, b’mod ġenerali, maċ-ċifri ta’ snin preċedenti. Madankollu, il-perċentwal tal-biċċa l-kbira mir-rakkomandazzjonijiet li ġew implimentati kien 7 % inqas mill-medja ta’ 25 % li ġiet irreġistrata fis-sitt snin li għaddew. Il-perċentwal ta’ rakkomandazzjonijiet li ġew implimentati biss f’xi wħud mill-aspetti kien 7 % ogħla mill-medja ta’ 12 % tas-sitt snin li għaddew. Dan huwa x’aktarx dovut għall-metodu ta’ analiżi tagħna li ġie modifikat (ara l-paragrafu 3.69).

 

3.74.

Aħna sibna li r-rakkomandazzjonijiet tagħna ta’ spiss kienu skattaw miżuri korrettivi speċifiċi. Maġġoranza sinifikanti tat-58 rakkomandazzjoni li ġew implimentati bis-sħiħ kienu ġew implimentati fi żmien sentejn (45 % fl-2014 u 43 % fl-2015).

 

3.75.

Aħna ma stajniex nivverifikaw l-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira mir-rakkomandazzjonijiet li kienu indirizzati unikament għall-Istati Membri (ara l-paragrafu 3.71). Madankollu, aħna stajna nanalizzaw l-implimentazzjoni ta’ sitt rakkomandazzjonijiet li saru lill-Istati Membri jew b’mod konġunt lill-Kummissjoni u lil entitajiet awditjati oħra fil-kuntest ta’ ġestjoni kondiviża. Kollha kemm huma kienu ġew implimentati bis-sħiħ jew parzjalment (53).

 

3.76.

Aħna osservajna li f’ċerti oqsma, il-Kummissjoni kienet partikolarment effiċjenti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħna. Għal rapport speċjali wieħed fil-qasam tal-azzjoni esterna fi ħdan il-kompetenza tad-DĠ DEVCO u d-DĠ NEAR (Rapport Speċjali Nru 16/2014), id-disa’ rakkomandazzjonijiet kollha kienu ġew implimentati bis-sħiħ. Il-passi korrettivi kollha (ħlief għal wieħed) kienu ttieħdu fi żmien sena. Is-suġġett ta’ dan l-awditu kien il-kombinament ta’ għotjiet li jingħataw taħt faċilitajiet ta’ investiment reġjonali ma' self li jingħata minn istituzzjonijiet finanzjarji bil-ħsieb li jappoġġaw il-politiki esterni tal-UE. Id-DĠ MARE kien implimenta wkoll ir-rakkomandazzjonijiet kollha li aħna konna għamilnielu b’segwitu tal-awditu dwar l-akkwakultura (Rapport Speċjali Nru 10/2014).

 

3.77.

Inizjalment, il-Kummissjoni kienet irrifjutat disa’ rakkomandazzjonijiet. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jikkonċernaw id-DĠ AGRI, id-DĠ REGIO, u d-DĠ DEVCO. Tlieta mir-rakkomandazzjonijiet kienu mbagħad ġew implimentati f’xi wħud mill-aspetti (54). Is-sitt rakkomandazzjonijiet li ma kinux ġew implimentati fiż-żmien meta wettaqna l-analiżi ta’ segwitu tagħna kienu mir-rapporti speċjali dwar is-settur tal-inbid u dwar l-inkubaturi tan-negozju. Dawn kollha kienu ġew irrifjutati fiż-żmien meta wettaqna l-awditi tagħna fl-2014. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, dan seħħ għaliex il-Kummissjoni qieset li r-rakkomandazzjonijiet tagħna kellhom jiġu indirizzati lill-Istati Membri. F’xi każijiet, il-Kummissjoni kienet qablet fil-prinċipju mas-sejbiet tagħna, iżda fil-prattika ma setgħetx taċċetta r-rakkomandazzjoni tagħna (55). Il-perċentwal ta’ rakkomandazzjonijiet irrifjutati jew aċċettati parzjalment kien simili għal dak ta’ snin preċedenti.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.78.

Bħala konklużjoni, aħna osservajna li l-awditi tal-prestazzjoni tagħna kienu wasslu għal ħafna titjib importanti, għalkemm xi wħud mid-dgħufijiet identifikati għadhom hemm. Dawn huma deskritti fl- Anness 3.2 .

 

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

3.79.

L-għan tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni huwa li tagħti indikazzjoni dwar jekk l-objettivi tal-politiki u tal-programmi, u b’mod aktar ġenerali tad-direttorati ġenerali, tal-Kummissjoni bħala organizzazzjoni u tal-baġit tal-UE, humiex qed jintlaħqu b’mod effiċjenti u effettiv. Jekk ikun jeħtieġ li jsir titjib, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tintuża bħala bażi għall-proċessi ta’ tfassil tal-miżuri korrettivi meħtieġa, u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom.

 

3.80.

Il-mod li bih organizzazzjoni tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li hija tiġġenera u tiġbor għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jinfluwenza s-suċċess fit-tul tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-prestazzjoni u l-ksib ta’ riżultati aħjar.

 

3.81.

Il-konklużjonijiet tagħna huma dawn li ġejjin.

3.81.

1.

Hemm ċerti limiti għal kemm il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni (il-paragrafi 3.6-3.13)

 

Il-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE għandu flessibbiltà limitata għar-riallokazzjoni tal-fondi.

Il-Kummissjoni għamlet proposti biex iżżid il-flessibbiltà skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.

Filwaqt li r-riallokazzjonijiet, xprunati primarjament mill-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni għall-kriżi tar-refuġjati u t-theddid għas-sigurtà, seħħew b’riżultat tal-aħħar rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali, dan ma kienx ir-riżultat tal-kunsiderazzjonijiet relatati mal-prestazzjoni.

Id-deċiżjonijiet ta’ riallokazzjoni huma r-riżultat ta’ għadd ta’ fatturi. Il-Kummissjoni tinnota li ħafna drabi jkun hemm dewmien sinifikanti qabel issir disponibbli informazzjoni dettaljata tal-prestazzjoni.

Il-kejl tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE għall-ilħuq tal-objettivi ta’ livell għoli huwa kumpless, għaliex bosta oqfsa strateġiċi japplikaw b’mod parallel.

Il-kejl tal-kontribuzzjoni għal għanijiet ta’ livell għoli huwa wkoll diffiċli għaliex huwa diffiċli li jiġu stabbiliti rabtiet kawżali diretti ċari bejn attività tas-servizzi tal-Kummissjoni jew programm iffinanzjat mill-baġit tal-UE u l-progress lejn objettivi politiċi ta’ livell għoli. Diversi fatturi esterni oħra jinfluwenzaw il-kisba ta’ dawn l-objettivi u bosta atturi huma involuti fil-livell sottonazzjonali, nazzjonali, Ewropew u dak internazzjonali. Din il-kumplessità hija karatteristika inerenti tal-ambjent li fih joperaw il-Kummissjoni u l-baġit tal-UE; mhijiex dgħufija tal-qafas ta’ prestazzjoni per se.

2.

Is-sistemi ta’ kejl tal-prestazzjoni tal-Kummissjoni jippermettu li kwantitajiet kbar ta’ data jkunu disponibbli, iżda mhux dejjem b’mod f’waqtu (il-paragrafi 3.14-3.18)

 

Id-DĠ tal-Kummissjoni jiġbru informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’diversi formats u minn diversi sorsi, b’hekk jiġġeneraw ammont kbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-prestazzjoni. Reċentement, bosta DĠ implimentaw strumenti u proċessi ġodda għall-isfruttament tad-data dwar il-prestazzjoni sabiex isir titjib fil-qafas tagħhom ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni.

 

Preċedentement, aħna identifikajna prattiki tajba fir-rappurtar dwar il-prestazzjoni li l-Kummissjoni tkun tista’ timplimenta. Ir-rispondenti għall-istħarriġ ikkonfermaw li kien jeħtieġ li jkun hemm aktar żviluppi, pereżempju f’termini ta’ puntwalità tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni jew ta’ gwida għat-tħejjija ta’ rapporti dwar il-prestazzjoni.

 

3.

Il-Kummissjoni tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni biex timmaniġġja l-programmi u l-politiki, għalkemm mhux dejjem tieħu azzjoni korrettiva meta l-miri ma jintlaħqux (il-paragrafi 3.19-3.26)

 

Fil-livell tad-direttorati ġenerali, l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tintuża prinċipalment għall-ġestjoni tal-programmi u l-politiki. Billi l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-ġestjoni ta’ kuljum mhix allinjata mar-responsabbiltajiet tad-direttorati ġenerali u tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rappurtar estern, ġeneralment, id-direttorati ġenerali ma jużawx ir-rapporti ewlenin tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni biex jimmaniġġjaw il-prestazzjoni tagħhom tal-baġit tal-UE.

Il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta’, fost oħrajn, ir-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni annwali (inkluż ir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni dwar il-baġit tal-UE u fid-Dikjarazzjonijiet tal-Programmi), skont l-obbligi legali rilevanti.

Ir-riżultati tal-istħarriġ jindikaw ukoll li fil-każijiet kollha, il-prestazzjoni baxxa ma twassalx għal teħid ta’ azzjoni korrettiva. Ir-riżultati kkonfermati indikaw li meta mira ma tintlaħaqx kien aktar probabbli li jkun hemm konsegwenzi fid-direttorati ġenerali fejn l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni kienet tintuża ta’ spiss.

Kif tirrimarka l-QEA, iktar minn 70 % tar-rispondenti indikaw li jekk il-miri ma jintlaħqux, jiġu żviluppati pjanijiet ta’ azzjoni u jitwettaq monitoraġġ aktar intensiv u aktar minn 60 % tar-rispondenti wieġbu li ssir evalwazzjoni jekk il-miri ma jintlaħqux.

Ir-riżultati ppreżentati jirriflettu l-fehmiet ta’ dawk mistħarrġa. Tkun meħtieġa valutazzjoni ta’ każ b’każ biex jiġi aċċertat jekk itteħditx azzjoni ta’ segwitu xierqa, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet tal-qafas baġitarju.

4.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni ma tispjegax kif tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni (il-paragrafi 3.27-3.31)

 

Ma hemm ebda rekwiżit li jirrikjedi li d-direttorati ġenerali jew il-Kummissjoni għandhom jispjegaw fir-rapporti tagħhom dwar il-prestazzjoni kif l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tkun intużat fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Madankollu, ir-rapporti dwar il-prestazzjoni tad-direttorati ġenerali, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-programmi, spiss jinkludu xi informazzjoni limitata f’dan ir-rigward.

 

5.

Mistenni li jsir aktar progress dment li l-kultura tal-prestazzjoni tkompli tiżviluppa (il-paragrafi 3.32-3.36)

 

Il-maniġers tad-DĠ li intervistajna identifikaw għadd ta’ sfidi pperċepiti li ma jħalluhomx ikomplu jużaw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni biex jiksbu riżultati aħjar. Ir-riżultati tal-istħarriġ tagħna kkonfermaw li kien hemm ħtieġa reali għal aktar taħriġ dwar l-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, u għal disseminazzjoni aktar effettiva tal-għarfien u ta’ prattiki tajba. Ħafna mill-azzjonijiet li l-Kummissjoni qed tieħu biex issir aktar xprunata mill-prestazzjoni jistgħu jitqiesu bħala l-ewwel passi ta’ sforz usa’ lejn il-ksib ta’ bidla kulturali sinifikanti. Maż-żmien, din il-bidla kulturali hija mistennija li twassal biex il-Kummissjoni u l-baġit tal-UE jiffukaw dejjem aktar fuq il-ksib ta’ riżultati u jkollhom impatt.

Il-Kummissjoni jidhrilha li diġà għandha kultura ta’ prestazzjoni żviluppata sew u ħadet varjetà ta’ miżuri f’dawn l-aħħar snin biex issaħħaħ iktar din il-kultura (56). Ara wkoll l-eżempji tal-QEA fil-paragrafu 3.32 tal-passi li ħadet il-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kultura ta’ prestazzjoni, u t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.36.

3.82.

Fil-paragrafi 3.37-3.67, aħna nippreżentaw il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin minn għażla ta’ rapporti speċjali li ppubblikajna fl-2017.

 

3.83.

Din is-sena, is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet li saru fil-passat (ara l-paragrafi 3.68-3.78) jikkonferma li tliet kwarti tar-rakkomandazzjonijiet li aħna vvalutajna kienu ġew implimentati bis-sħiħ jew fil-biċċa l-kbira mill-aspetti. Dan ifisser li, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, ġew implimentati miżuri korrettivi. F’19 % tal-każijiet, ir-rakkomandazzjonijiet kienu ġew implimentati biss f’xi wħud mill-aspetti, u kien hemm dgħufijiet sinifikanti li ppersistew, kif inhu spjegat fid-dettall fl- Anness 3.2 . Dan il-perċentwal kien 7 % ogħla mill-medja tas-sitt snin li għaddew, li x’aktarx huwa dovut għall-metodu ta’ analiżi tagħna li ġie modifikat.

 

Rakkomandazzjonijiet

3.84.

L- Anness 3.4 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għat-tliet rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2014 tagħna. Waħda minnhom ma kinitx ġiet implimentata u ma kienx hemm evidenza suffiċjenti biex jiġi analizzat il-progress ta’ tnejn oħra.

 

3.85.

Abbażi tal-konklużjonijiet tagħna għall-2017, aħna nirrakkomandaw li jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-azzjoni li ġejja:

 

Rakkomandazzjoni 1: Għall-perjodu tal-QFP li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi miżuri biex tirrazzjonalizza u tissimplifika l-oqfsa strateġiċi li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, u b’hekk tirrinforza l-obbligu ta’ rendikont għar-riżultati u żżid iċ-ċarezza u t-trasparenza għall-partijiet ikkonċernati kollha.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni taqbel li jenħtieġ li l-approċċ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE jkun kemm jista’ jkun koerenti u effiċjenti u li ċ-ċarezza u t-trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mal-kisba tar-riżultati huma essenzjali.

Il-Kummissjoni tqis li l-proposti tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur u l-programmi settorjali assoċjati jikkostitwixxu qafas koerenti għall-baġit futur. Dawn il-proposti huma maħsuba biex jikkontribwixxu għall-prijoritajiet politiċi miftiehma bejn il-Mexxejja Ewropej fi Bratislava u f’Ruma. Jisiltu minn input minn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati mill-Ewropa. Id-deċiżjoni finali dwar dan il-qafas se tittieħed mill-Kunsill li jaġixxi b’unanimità bil-kunsens tal-Parlament Ewropew.

Il-QEA tirreferi għal “oqfsa strateġiċi” oħra li jistgħu jinfluwenzaw l-implimentazzjoni tal-baġit fil-perjodu wara l-2020. Dawn jinkludu l-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni li jmiss u l-aġenda strateġika tal-Kunsill Ewropew. Dawn l-oqfsa huma prodotti skont il-prerogattivi istituzzjonali tal-istituzzjonijiet kif definiti fit-Trattat. Il-Kummissjoni se taqdi r-rwol tagħha — flimkien mal-istituzzjonijiet l-oħra — fl-iżgurar ta’ approċċ koerenti għall-implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.

Il-Kummissjoni barra minn hekk tqis li jenħtieġ li l-qafas għall-baġit futur ikun flessibbli biżżejjed biex ikun kapaċi jirreaġixxi b’mod effettiv għal ħtiġijiet mhux previsti hekk kif jitfaċċaw. Din hija konsegwenza naturali u inevitabbli tal-ambjent kumpless li fih il-baġit tal-UE jiġi implimentat.

 

Dan għandu jinvolvi ħidma mal-partijiet ikkonċernati sabiex jinkiseb sett koerenti ta’ objettivi ta’ livell għoli li jkunu jistgħu jitkejlu u li jkunu adatti biex jiggwidaw il-progress li jkun sar lejn il-ksib tar-riżultati (57) stabbiliti għall-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali kollu kemm hu matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tiegħu (58).

Data għall-implimentazzjoni: l-adozzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.

Il-proposti għall-programmi finanzjarji futuri taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali fihom objettivi dettaljati u li jistgħu jitkejlu u indikaturi li se jintużaw biex jikkontrollaw u jimmaniġġjaw il-prestazzjoni ta’ dawn il-programmi matul il-perjodu. Id-deċiżjoni finali dwar it-tfassil ta’ dawn il-programmi se tittieħed mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar il-progress fir-rapporti ta’ prestazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tesplora mal-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati l-oħra l-possibbiltà li tikkomplementa dawn l-objettivi u indikaturi fil-livell tal-programm b’objettivi miżurabbli ta’ livell għoli marbuta mal-prijoritajiet politiċi.

Rakkomandazzjoni 2: Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi informazzjoni aġġornata fir-rappurtar dwar il-prestazzjoni, inkluż fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni, rigward il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-miri, u jenħtieġ li hija dejjem tieħu, jew tipproponi, azzjoni meta dawn il-miri ma jintlaħqux.

Data għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tkompli tirrapporta dwar il-progress li sar u se tagħmel proposti fejn xieraq. Ir-Rapporti Annwali tal-Attività u d-Dikjarazzjonijiet tal-Programmi kull sena jipprovdu l-aħħar informazzjoni disponibbli dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni kollha għall-baġit tal-UE. Ir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni għall-baġit tal-UE huwa rapport fil-qosor b’referenzi għal rapporti ta’ prestazzjoni oħra aktar dettaljati. Mhuwiex maħsub biex jipprovdi rappurtar dettaljat dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni kollha.

Il-Kummissjoni tinnota li r-rapporti ta’ prestazzjoni prodotti mill-Kummissjoni jiddependu parzjalment fuq il-kwalità, id-disponibbiltà u l-puntwalità tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u atturi oħra.

Kif rikonoxxut mill-QEA fil-paragrafu 3.81 (1), hemm limiti fuq l-azzjonijiet ta’ segwitu li jistgħu jittieħdu fil-każ li l-miri ma jintlaħqux. Ir-responsabbiltà għall-prestazzjoni baġitarja u l-azzjoni ta’ segwitu tinqasam bejn l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u għaldaqstant ma taqax taħt il-kontroll dirett jew esklussiv tal-Kummissjoni.

Rakkomandazzjoni 3: Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrazzjonalizza l-indikaturi dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE u ttejjeb l-allinjament bejn l-objettivi ġenerali ta’ livell għoli u l-objettivi speċifiċi tal-programmi u tal-politiki. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li hija tieħu dawn il-passi li ġejjin.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

 

(a)

Tistabbilixxi rabta diretta bejn l-objettivi speċifiċi fil-bażi legali ta’ kull programm ta’ nfiq u l-objettivi ġenerali.

(a)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni; qed tiġi implimentata permezz tal-proposti tal-Kummissjoni għall-programmi finanzjarji taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur. Dawn il-proposti jistabbilixxu qafas ta’ prestazzjoni ċar abbażi ta’ objettivi u indikaturi. Il-forma finali tal-oqfsa tal-prestazzjoni se tiddependi fuq l-eżitu tal-proċess leġiżlattiv.

 

(b)

Teżamina l-indikaturi tal-prestazzjoni użati għall-baġit tal-UE fil-livelli kollha, tirreġistra informazzjoni dwar l-utenti intenzjonati ta’ kull indikatur, u l-iskop intenzjonat tagħha. Jekk din l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi aċċertata, jenħtieġ li hija tqis il-possibbiltà li telimina l-indikatur.

(b)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni; qed tiġi implimentata permezz tal-proposti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.

L-indikaturi kollha stabbiliti għal programmi finanzjarji ġew analizzati b’mod kritiku bħala parti mir-Rieżami tal-Infiq li twassal għall-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur. Dan irriżulta fi proposti għal għadd iżgħar ta’ indikaturi ta’ kwalità ogħla tal-prestazzjoni tal-programm. Livelli differenti ta’ indikatur huma użati biex iservu skopijiet differenti, inkluża l-ġestjoni tal-prestazzjoni iżda wkoll il-komunikazzjoni dwar ir-riżultati miksuba bil-baġit tal-UE.

 

(c)

Tiżgura li l-informazzjoni użata għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-programmi u l-politiki fid-direttorati ġenerali tiġi allinjata mal-informazzjoni aggregata dwar il-prestazzjoni inkluż fir-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni.

Data ta’ implimentazzjoni: l-adozzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.

(c)

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni, filwaqt li tinnota li tipi u livelli differenti ta’ informazzjoni huma rilevanti għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-baġit f’livell aggregat, u għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-baġit tal-UE min-naħa tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħra.

Din ir-rakkomandazzjoni se tiġi implimentata permezz ta’ struzzjonijiet lis-servizzi dwar it-tħejjija ta’ rapporti tal-prestazzjoni rilevanti.

Rakkomandazzjoni 4: Jenħtieġ li, fir-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni, il-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif hija tuża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni. Jenħtieġ li hija turi, bl-iżjed mod sistematiku possibbli, u filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni ż-żmien meħtieġ biex tinkiseb din l-informazzjoni, kif l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni rigward il-baġit tal-UE tkun intużat fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha.

Data għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tinnota li minħabba dewmien assoċjat mal-ġbir ta’ informazzjoni dettaljata dwar il-prestazzjoni ta’ programmi finanzjarji, l-opportunità ewlenija biex jinsiltu tagħlimiet mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni hija fit-tfassil tal-qafas leġiżlattiv għal programmi finanzjarji futuri.

Ir-Rieżami tal-Infiq li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur u l-valutazzjonijiet tal-impatt ippubblikati flimkien mal-proposti għall-programmi finanzjarji futuri jagħmlu referenza estensiva għar-riżultati tal-evalwazzjoni, il-konklużjonijiet tal-awditjar u sorsi oħra ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni u jispjegaw kif dawn il-lezzjonijiet ġew riflessi fit-tfassil ta’ programmi futuri.

Rakkomandazzjoni 5: Jenħtieġ li l-Kummissjoni tintroduċi jew ittejjeb miżuri u inċentivi biex tistimula fokus akbar fuq il-prestazzjoni fil-kultura interna tagħha, filwaqt li tkompli tibni fuq il-progress li diġà sar. Għal dan il-fini, jenħtieġ li hija:

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha kultura tal-prestazzjoni żviluppata sew fis-servizzi tagħha. Kif rikonoxxut f’dan il-kapitolu, saru sforzi sinifikanti f’dawn l-aħħar snin (pereżempju, ir-riforma taċ-ċiklu tal-Ipprogrammar u l-Ippjanar Strateġiku, l-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu tal-programmi ta’ nfiq 2014–2020, it-tħejjija tal-programmi ta’ nfiq 2021–2027) biex jissaħħaħ il-fokus fuq il-prestazzjoni kemm fil-livell politiku u fil-livell tas-servizz. Il-Kummissjoni hija impenjata li tkompli tippromwovi kultura ta’ prestazzjoni, b’kunsiderazzjoni xierqa mogħtija lir-responsabbiltà parallela tal-Kummissjoni għall-ġestjoni finanzjarja soda tal-baġit tal-UE.

 

(a)

tipprovdi lill-maniġers tagħha aktar għarfien u gwida dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni, u dwar l-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

(a)

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tivvaluta kif l-aħjar tiżgura li l-gwida estensiva li diġà teżisti fil-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni tkun disponibbli għall-maniġers kollha, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ taħriġ kif meħtieġ. Il-Kummissjoni se tqis ukoll jekk hemmx nuqqasijiet fl-offerta attwali.

 

(b)

tiskambja prattiki tajba relatati mal-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni kemm fi ħdan il-Kummissjoni kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati ewlenin bħall-Istati Membri; u

(b)

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tkompli torganizza diskussjonijiet regolari dwar kwistjonijiet relatati, kemm fi ħdan in-netwerks interni rilevanti u f’kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet u partijiet interessati oħrajn. Pereżempju, il-grupp ta’ ħidma bejn is-servizzi Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati kellu rwol ewlieni fil-ġbir regolari ta’ maniġers superjuri, fis-sensibilizzazzjoni u fil-bini ta’ fehim komuni tal-prestazzjoni. Barra minn hekk, flimkien mat-tħejjija tal-qafas ta’ prestazzjoni għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi, sottogrupp fil-livell tekniku dwar il-miżuri ta’ prestazzjoni ġie organizzat sabiex jiġbor għarfien dwar it-tagħlimiet misluta u l-aħjar prattiki u biex jippromwovi approċċ koordinat. Fl-2017 il-Kummissjoni organizzat żewġ laqgħat ta’ esperti ma’ parteċipanti mill-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u partijiet interessati oħra sabiex jiddiskutu l-użu ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni.

 

(c)

tkompli ttejjeb il-kultura interna tagħha biex tikseb fokus akbar fuq il-prestazzjoni, billi tieħu inkusiderazzjoni l-isfidi identifikati mid-direttorati ġenerali (59) kif ukoll tal-possibbiltajiet ta’ progress identifikati mir-rispondenti għall-istħarriġ (60) u tal-opportunitajiet offruti permezz tar-Regolament Finanzjarju rivedut, l-inizjattiva “Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati”, ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni għal proġetti li jkunu għadhom għaddejjin, u sorsi oħra.

Data għall-implimentazzjoni: tmiem l-2020.

(c)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tqis li diġà għandha kultura ta’ prestazzjoni integrata tajjeb ħafna fis-servizzi tagħha u se tkompli teżamina kif din tista’ tissaħħaħ aktar.

(1)  L-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-UE.

(2)  Instructions for the Strategic Plan 2016-2020 and Management Plan 2016 (Istruzzjonijiet għall-Pjan Strateġiku 2016-2020 u l-Pjan ta’ Ġestjoni 2016), l-20 ta’ Novembru 2015, Ares (2015)5332669: ara t-Taqsima 1, il-paragrafu 1.1.

(3)  http://ec.europa.eu/budget/budget4results/index_en.cfm.

(4)  https://ec.europa.eu/info/files/better-regulation-guidelines_en.

(5)  Pereżempju, l-Awditur Ġenerali tal-Kanada, il-Kontrollur u l-Awditur Ġenerali ta’ New Zealand, l-Uffiċċju tal-Obbligu ta’ Rendikont tal-Gvern tal-Istati Uniti, u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tar-Renju Unit.

(6)  Id-DĠ AGRI, id-DĠ CONNECT, id-DĠ DEVCO, id-DĠ EAC, id-DĠ EMPL u s-Segretarjat Ġenerali.

(7)  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(8)  Ara “Budgeting and Performance in the European Union – A review in the context of EU Budget Focused on Results” (Ibbaġitjar u Prestazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Eżaminar fil-kuntest tal-Baġit tal-UE Ffukat fuq ir-Riżultati), mid-Direttorat għall-Governanza Pubblika tal-OECD, il-paragrafu 3.2.4: http://www.oecd-ilibrary.org/governance/budgeting-and-performance-in-the-european-union_budget-17-5jfnx7fj38r2?crawler=true.

(9)  Ara pereżempju s-sensiela ta’ Dokumenti ta’ Riċerka fil-Liġi u l-Ekonomija tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ St. Gallen, id-Dokument ta’ Ħidma Nru 2015-04, Settembru 2014, “What can performance information do to legislators? A budget decision experiment with legislators” (L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni x’tista’ tagħmel lil-leġiżlaturi? Esperiment relatat ma’ deċiżjonijiet dwar il-baġit mal-leġiżlaturi): https://papers.ssrn.com/sol3/papers.cfm?abstract_id=2494772.

(10)  Ara COM(2016) 603 final, p. 14, “Rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020. Baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati”http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=list&n=10&adv=0&coteId=1&year=2016&number=603&language=mt.

(11)  Ara pereżempju r-Rapport Speċjali Nru 15/2017 tagħna “Il-kundizzjonalitajiet ex ante u r-riżerva ta’ prestazzjoni fil-qasam ta’ Koeżjoni: strumenti innovattivi iżda għadhom mhumiex effettivi” u r-Rapport Speċjali Nru 16/2017 tagħna “Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati” (https://www.eca.europa.eu).

(12)  Ara COM(2016) 603 final.

(13)  Din il-kwistjoni ġiet diskussa qabel fil-paragrafi 3.18-3.19 tar-Rapport Annwali 2016, fil-paragrafi 3.18-3.21 tar-Rapport Annwali 2015 u fil-paragrafi 3.7-3.12 tar-Rapport Annwali 2014.

(14)  Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 3.18-3.19 tar-Rapport Annwali tal-QEA għall-2016, il-paragrafi 3.18-3.21 tar-Rapport Annwali tal-QEA għall-2015 u l-paragrafi 3.7-3.12 tar-Rapport Annwali tal-QEA għall-2014.

(15)  Bħala parti mis-Semestru Ewropew, id-DĠ EAC jaħdem ukoll mad-DĠ ECFIN u d-DĠ EMPL fil-qasam tal-edukazzjoni, biex iħejji rapporti annwali dwar il-pajjiżi biex jidentifika l-isfidi u jfassal konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet għal kull Stat Membru.

(16)  Ara “Evaluation of the EU Youth Strategy and the Council Recommendation on the mobility of young volunteers across the EU, Final report” (Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobbiltà ta’ voluntiera żgħażagħ fl-UE, Rapport finali), is-Sommarju Eżekuttiv, p. 4: L-objettivi u l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ kienu b'mod ġenerali koerenti mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. Madankollu, dan huwa prinċipalment dovut għall-kopertura topika wiesgħa tal-qafas ta’ kooperazzjoni għaż-żgħażagħ aktar milli għall-isforzi biex jiġu allinjati ż-żewġ strateġiji. Iż-żewġ strateġiji ta’ spiss ġew ipperċepiti mill-partijiet ikkonċernati li ġew intervistati bħala approċċi separati, kull waħda bl-objettivi proprji tagħha, u mhux bħala parti minn pjan fit-tul integrat tal-UE.

(17)  Madankollu, aħna ma analizzajniex il-punt sa fejn dawn jintużaw jew l-utilità tagħhom.

(18)  Ir-Rapport Annwali 2016, il-Kapitolu 3, “Kisba ta’ riżultati mill-baġit tal-UE”, il-paragrafi 3.13 sa 3.51.

(19)  Fir-rigward tal-puntwalità tal-informazzjoni, aħna identifikajna kwistjonijiet li jaffettwaw il-programm Orizzont 2020, fil-paragrafi 3.31 u 3.51 sa 3.53 tar-Rapport Annwali 2015.

(20)  B’mod simili, l-Uffiċċju tal-Obbligu ta’ Rendikont tal-Gvern tal-Istati Uniti osserva f’diversi rapporti li l-aġenziji federali jistgħu jimplimentaw għadd ta’ prattiki li jistgħu jtejbu jew jiffaċilitaw l-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni (biex jidentifikaw problemi u jieħdu azzjonijiet korrettivi; jiżviluppaw strateġija u jallokaw riżorsi; jirrikonoxxu u jippremjaw il-prestazzjoni; kif ukoll jidentifikaw u jikkondividu approċċi effettivi) sabiex jinkisbu riżultati li jkunu aħjar. Ara dawn ir-rapporti tal-Uffiċċju tal-Obbligu ta’ Rendikont tal-Gvern tal-Istati Uniti: https://www.gao.gov/assets/250/247701.pdf; https://www.gao.gov/new.items/d081026t.pdf; https://www.gao.gov/assets/130/123413.pdf; https://www.gao.gov/assets/670/666187.pdf.

(21)  Ara l-paragrafi 3.62-3.63 tar-Rapport Annwali 2015 u l-paragrafi 3.71-3.73 tar-Rapport Annwali 2014.

(22)  Ara r-Rakkomandazzjoni 1 fir-Rapport Annwali 2015 u r-Rakkomandazzjoni 2 fir-Rapport Annwali 2014.

(23)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali 2016, il-Kapitolu 3 “Kisba ta’ riżultati mill-baġit tal-UE”, il-Parti 1, it-Taqsima 1 — Il-qafas għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni.

(24)  Definizzjonijiet ta’ termini użati fiċ-ċart: indikatur huwa karatteristika jew attribut li jitkejjel regolarment sabiex jiġi vvalutat il-punt sa fejn objettiv ikun intlaħaq; indikatur tar-riżultati jkejjel il-bidliet immedjati li jinħolqu għad-destinatarji diretti fi tmiem il-parteċipazzjoni tagħhom f’intervent; u indikatur tal-impatti jkejjel l-effetti fit-tul li jistgħu jiġu osservati f’ċertu perjodu wara intervent.

(25)  Ara l-Anness 10 (u b’mod partikolari l-paġni 457-459) tar-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ DEVCO.

(26)  Peress li ċ-ċiklu ta’ ppjanar strateġiku u ta’ programmazzjoni ġie riformat fl-2016, ir-rapporti annwali tal-attività jinkludu informazzjoni dwar it-twettiq tal-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Huma jagħmlu dan billi jinkludu informazzjoni dwar l-indikaturi tal-outputs li ġew stabbiliti preċedentement fil-pjanijiet ta’ ġestjoni annwali tad-DĠ.

(27)  https://ec.europa.eu/info/publications/annual-activity-reports-2016_mt. Dan is-sit web konġunt jinkludi links li jwasslu għas-sit web tar-rapport annwali tal-attività individwali ta’ kull DĠ. Is-sit web konġunt ġie kkonsultat minn 2 700 viżitatur uniku bejn il-pubblikazzjoni tar-Rapporti Annwali tal-Attività 2016 u t-30 ta’ Jannar 2018. Is-siti web tar-rapporti annwali tal-attività individwali ġew ikkonsultati minn 7 509 viżitaturi uniċi fl-2017. Madankollu, fl-2016, ir-rapporti annwali tal-attività setgħu jiġu ppubblikati wkoll fuq siti web oħra. Ma hemmx data disponibbli dwar l-għadd ta’ viżitaturi u dwar kemm-il darba ġew ikkonsultati l-paġni fuq dawk is-siti web.

(28)  Din il-fehma ġiet espressa wkoll mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali tal-Kanada, li skontu l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni trid kemm tintuża kif ukoll tidher biex tintuża minn oħrajn, ara t-Taqsima 22. “Demonstrable use of performance information is essential”“Implementing Results-Based Management: Lessons from the Literature” (L-użu dimostrabbli li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni huwa essenzjali: Implimentazzjoni ta’ Ġestjoni Bbażata fuq ir-Riżultati: Tagħlimiet mil-Letteratura),

http://www.oag-bvg.gc.ca/internet/English/meth_gde_e_10225.html.

(29)  Ara l-paġna 3 tal-istruzzjonijiet tar-Rapport Annwali tal-Attività 2017.

(30)  Il-pjan strateġiku, il-pjan ta’ ġestjoni u r-rapport annwali tal-attività.

(31)  Wieħed mill-prinċipji huwa li l-ħolqien u l-formulazzjoni kumplessivi ta’ politika tal-Politika Agrikola Komuni huma bbażati fuq analiżi politika u ekonomika, evalwazzjoni u valutazzjonijiet tal-impatt, ara l-Pjan Strateġiku 2016-2020 tad-DG AGRI, p. 5.

(32)  Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ CNECT, p. 26, fejn jiġi ddikjarat li l-Pjan ta’ Azzjoni preċedenti kien laħaq il-biċċa l-kbira mill-objettivi tiegħu u li wera l-importanza li jkun hemm għanijiet Ewropej komuni fir-rigward tal-Gvern elettroniku.

(33)  http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/2017/DB2017_WD01_en.pdf.

(34)  F’din il-parti, id-DĠ jiddiskutu l-emendi baġitarji, l-attivitajiet li jmiss, l-eżiti li jridu jinkisbu u l-programmi ta’ ħidma ppjanati għas-sentejn li ġejjin.

(35)  Ara d-Dikjarazzjonijiet tal-Programmi 2017, p. 44.

(36)  Ara l-pjan ta’ ġestjoni 2017 tad-DĠ EAC, Objettivi speċifiċi 1.1, p. 10.

(37)  Ara l-pjan strateġiku 2016-2020 tad-DĠ EAC, p. 10.

(38)  Ara l-Opinjoni Nru 1/2017 tagħna dwar il-proposta għal reviżjoni tar-“Regolament Finanzjarju” https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/OP17_01/OP17_01_MT.pdf [u t-test tar-“Regolament Finanzjarju” rivedut, b’mod partikolari l-Artikoli 124 et seq., u l-Artikoli 180 et seq.].

(39)  Ara SWD(2018) 171 final.

Fir-rigward tal-ħtieġa għal definizzjoni ta’ valur miżjud tal-UE li dwarha ntlaħaq ftehim universali, ara d-Dokument Informattiv u Analitiku tagħna, “Future of EU finances: reforming how the EU budget operates” (Il-Futur tal-finanzi tal-UE: nirriformaw il-mod kif jopera l-baġit tal-UE), ta’ Frar 2018, il-paragrafi 7 u 8 (https://www.eca.europa.eu).

(40)  Ara l-Konklużjoni 1 “Lok għal titjib fil-qafas ta’ prestazzjoni” u r-Rakkomandazzjoni 1 “Simplifikazzjoni tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni” kif ukoll ir-risposti tal-Kummissjoni fil-Kapitolu 3 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2016.

(41)  Ara n-nota 8 f’qiegħ il-paġna tar-rapport tal-OECD, il-paragrafu 1.2.4.

(42)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba, Brussell, is-26.6.2015, COM(2015) 313 final, il-paġni 5 u 6. Minn dak iż-żmien ’il hawn, dan it-tip ta’ rapport ġie kkonsolidat bir-rekwiżit li l-AMPR għandu jinkludi sommarju tar-rapporti annwali tal-attività skont l-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju.

(43)  Din il-bidla fil-kultura tista’ matul iż-żmien tinkludi l-evoluzzjoni ta’ diversi oqsma, bħala parti minn proċess ta’ ġestjoni tal-bidla. Dawn jistgħu jinkludu bidliet fl-imġiba tal-maniġment u tal-persunal, inċentivi biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tintuża aħjar, teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq data/evidenza, komunikazzjoni interna, riżorsi u għodod, kif ukoll valuri.

(44)  Ara s-sommarju eżekuttiv ta’ “L-Ibbaġitjar u l-Prestazzjoni fl-Unjoni Ewropea: Rieżami mill-OECD fil-kuntest tal-baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati”, Ġurnal tal-OECD dwar l-Ibbaġitjar, Volum 2017/1.

(45)  https://www.eca.europa.eu.

(46)  Jiġifieri l-intestaturi 1a (“Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”), 1b (“Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”), 2 (“Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali”), 3 (“Sigurtà u ċittadinanza”), 4 (“Ewropa Globali”), 5 (“Amministrazzjoni”).

(47)  Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2017 “In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2000, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi”, ir-Rapport Speċjali Nru 4/2017 “Nipproteġu l-baġit tal-UE minn infiq irregolari: Il-Kummissjoni għamlet użu dejjem akbar mill-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qasam tal-Koeżjoni matul il-perjodu 2007-2013” li ma kien jinkludi ebda konklużjoni jew rakkomandazzjoni relatati mal-prestazzjoni, ir-Rapport Speċjali Nru 5/2017 “Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza?”, ir-Rapport Speċjali Nru 12/2017 “Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta’ investiment għadhom sostanzjali”, ir-Rapport Speċjali Nru 13/2017 “Sistema Ewropea unika tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju: l-għażla politika qatt se ssir realtà?”, ir-Rapport Speċjali Nru 15/2017 “Il-kundizzjonalitajiet ex ante u r-riżerva ta’ prestazzjoni fil-qasam ta’ Koeżjoni: strumenti innovattivi iżda għadhom mhumiex effettivi”, u r-Rapport Speċjali Nru 18/2017 “Ajru Uniku Ewropew: il-kultura nbidlet, iżda għad ma hemmx ajru uniku”.

(48)  Ir-Rapport Speċjali Nru 1/2017 “Jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex il-potenzjal sħiħ tan-netwerk Natura 2000 jiġi implimentat”, Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2017 “Ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni f’dak li jirrigwarda l-infiq taħt il-PAK: pass pożittiv lejn mudell ta’ awditu uniku iżda hemm dgħufijiet sinifikanti li jridu jiġu indirizzati”, ir-Rapport Speċjali Nru 8/2017 “Il-kontrolli tas-sajd tal-UE: jenħtieġu sforzi addizzjonali”, ir-Rapport Speċjali Nru 10/2017 “Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv”, ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017 “Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati”, u r-Rapport Speċjali Nru 21/2017 “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”.

(49)  Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2017 “Assistenza mill-UE lit-Tuneżija”, ir-Rapport Speċjali Nru 6/2017 “Ir-rispons tal-UE għall-kriżi tar-refuġjati: l-approċċ ‘hotspot’”, ir-Rapport Speċjali Nru 9/2017 “Appoġġ mogħti mill-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Asja t’Isfel/ix-Xlokk tal-Asja”, ir-Rapport Speċjali Nru 11/2017 “Il-Fond fiduċjarju Bêkou tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana: bidu promettenti minkejja xi nuqqasijiet” u r-Rapport Speċjali Nru 22/2017 “Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali – saru sforzi biex jingħata segwitu għar-rakkomandazzjonijiet, iżda jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ aħjar”.

(50)  Ir-Rapport Speċjali Nru 17/2017 “L-intervent tal-Kummissjoni fil-kriżi finanzjarja Griega”, ir-Rapport Speċjali Nru 19/2017 “Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE”, ir-Rapport Speċjali Nru 20/2017 “Strumenti ta’ garanzija fuq is-self iffinanzjati mill-UE: inkisbu riżultati pożittivi, iżda jeħtieġ orjentament akbar lejn il-benefiċjarji u koordinazzjoni aħjar mal-iskemi nazzjonali”, u r-Rapport Speċjali Nru 23/2017 “Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni: Bdiet il-ħidma fuq kompitu diffikultuż relatat mal-Unjoni Bankarja, iżda għad hemm ħafna xi jsir”.

(51)  L-oqsma tal-awditjar ta’ seba’ rapporti speċjali (Rapporti Speċjali Nri 3/2014, 5/2014, 6/2014, 11/2014, 14/2014, 17/2014 u 19/2014) huma suġġetti għal awditi ġodda, jew li għadhom għaddejjin jew inkella huma ppjanati.

(52)  Minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, 32 kienu jikkonċernaw l-Istati Membri, 2 kienu jikkonċernaw il-Kunsill u l-Parlament, u f’każ wieħed ma kienx hemm evidenza suffiċjenti.

(53)  Aħna għamilna rakkomandazzjoni waħda lill-Istati Membri (fir-Rapport Speċjali Nru 9/2014); erba’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri (waħda fir-Rapport Speċjali Nru 15/2014, tnejn fir-Rapport Speċjali Nru 22/2014, u oħra fir-Rapport Speċjali Nru 23/2014); u rakkomandazzjoni waħda lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (fir-Rapport Speċjali Nru 13/2014).

(54)  Ir-Rakkomandazzjoni 3(a) tar-Rapport Speċjali Nru 9/2014, dwar il-fatt li jenħtieġ li l-benefiċjarji individwali ma jkunux jistgħu jippreżentaw, b’mod regolari, programm ta’ promozzjoni għall-pajjiżi mmirati, ir-Rakkomandazzjoni 1(c) tar-Rapport Speċjali Nru 12/2014, dwar il-fatt li jenħtieġ li jitwettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni reali tal-programmi operazzjonali bil-ħsieb li d-diffikultajiet jiġu identifikati minn qabel u b’mod proattiv, u r-Rakkomandazzjoni 4.2 tar-Rapport Speċjali Nru 18/2014, dwar il-fatt li jenħtieġ li s-sistema ta’ monitoraġġ tiġi modifikata.

(55)  Għar-Rakkomandazzjoni 3(b) tar-Rapport Speċjali Nru 20/2014, il-Kummissjoni rrispondiet li r-riżultati ta’ proġetti tal-kummerċ elettroniku jistgħu jiġu influwenzati minn fatturi esterni li ma jistgħux ikunu magħrufa minn qabel. Għalhekk, ir-rabta bejn il-pagamenti tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-kummerċ elettroniku mar-riżultati jkun ta’ sfida għal din ir-raġuni.

(56)  Ara s-sommarju eżekuttiv ta’ “L-Ibbaġitjar u l-Prestazzjoni fl-Unjoni Ewropea: Rieżami mill-OECD fil-kuntest tal-baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati”, Ġurnal tal-OECD dwar l-Ibbaġitjar, Volum 2017/1.

(57)  Mill-Kummissjoni u mill-partijiet ikkonċernati kollha tal-UE.

(58)  Attwalment, iċ-ċiklu baġitarju tal-QFP ikopri perjodu ta’ seba’ snin. Hemm dibattitu li għaddej bħalissa dwar id-durata l-aktar adatta ta’ QFP: ara “The next Multiannual Financial Framework (MFF) and its Duration” (Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss u d-Durata tiegħu), il-Parlament Ewropew, id-Dipartiment Tematiku għall-Politiki tal-Affarijiet Baġitarji, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni, PE603.798 – Ottubru 2017.

(59)  Ara l-Kaxxa 3.11.

(60)  Ara l-Kaxxa 3.13.

(61)  L-AMPR 2016 huwa disponibbli fuq is-sit web tal-EUR-Lex: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52017DC0351. L-AMPR 2016 tniżżel 4 040 darba mis-sit web tal-EUR-Lex fil-perjodu bejn it-30 ta’ Ġunju 2017 u d-29 ta’ Jannar 2018.

ANNESS 3.1

STATUS IDDETTALJAT TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL KULL RAPPORT

Nru

RS

Titlu tar-rapport

Nru

Paragrafu tar-RS

Implimentata bis-sħiħ

Implimentata fil-Biċċa l-Kbira mill-Aspetti

Implimentati f’xi Wħud mill-Aspetti

Mhux implimentata

Ma Setgħetx Tiġi Vverifikata

1

RS Nru 4/2014

Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali

1

Par. 84, Rakk 1

 

 

x

 

 

2

Par. 85, Rakk 2, l-ewwel inċiż

 

 

 

 

x

3

Par. 85, Rakk 2, it-tieni inċiż

 

 

 

 

x

4

Par. 85, Rakk 2, it-tielet inċiż

 

 

 

 

x

5

Par. 85, Rakk 2, ir-raba’ inċiż

 

 

 

 

x

6

Par. 85, Rakk 2, il-ħames inċiż

 

 

 

 

x

7

Par. 86, Rakk 3, l-ewwel parti

 

 

x

 

 

8

Par. 86, Rakk 3, it-tieni parti

 

 

 

 

x

9

Par. 87, l-ewwel parti

 

 

x

 

 

10

Par. 87, it-tieni parti

 

 

 

 

x

2

RS Nru 8/2014

Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-integrazzjoni ta’ appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta' Pagament Uniku?

1

Par. 64, Rakk 1

x

 

 

 

 

2

Par. 66, Rakk 2

 

x

 

 

 

3

Par. 69, Rakk 3

 

x

 

 

 

4

Par. 71, Rakk 4

 

x

 

 

 

3

RS Nru 9/2014

L-appoġġ tal-UE għal investiment u promozzjoni għas-settur tal-inbid huwa mmaniġġjat tajjeb u r-riżultati tiegħu dwar il-kompetittività tal-inbejjed tal-UE huma dimostrati?

1

Par. 84, Rakk 1

 

 

x

 

 

2

Par. 85, Rakk 2

x

 

 

 

 

3

Par. 86, Rakk 3(a)

 

 

x

 

 

4

Par. 86, Rakk 3(b)

 

 

 

x

 

5

Par. 87, Rakk 4

 

x

 

 

 

6

Par. 88, Rakk 5(a)

x

 

 

 

 

7

Par. 88, Rakk 5(b)

 

 

 

 

x

8

Par. 89, Rakk 6

x

 

 

 

 

9

Par. 90, Rakk 7

 

 

x

 

 

4

RS Nru 10/2014

L-effettività tal-appoġġ għall-akkwakultura mill-Fond Ewropew għas-Sajd

1

Par. 78, Rakk 1(a)

x

 

 

 

 

2

Par. 78, Rakk 1(b)

x

 

 

 

 

3

Par. 78, Rakk 1(c)

x

 

 

 

 

4

Par. 78, Rakk 1(d)

x

 

 

 

 

5

Par. 78, Rakk 1(e)

x

 

 

 

 

6

Par. 78, Rakk 2(a)

 

 

 

 

x

7

Par. 78, Rakk 2(b)

 

 

 

 

x

8

Par. 78, Rakk 2(c)

 

 

 

 

x

9

Par. 78, Rakk 2(d)

 

 

 

 

x

5

RS Nru 22/2014

Il-ksib ta’ ekonomija: inżommu l-ispejjeż tal-għotjiet għal proġetti tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-UE taħt kontroll

1

Par. 110

 

x

 

 

 

2

Par. 111

x

 

 

 

 

6

RS Nru 23/2014

Żbalji fin-nefqa għall-iżvilupp rurali: x’jikkawżahom, u kif qed jiġu indirizzati?

1

Par. 97, Rakk 1

x

 

 

 

 

2

Par. 98, Rakk 2

x

 

 

 

 

3

Par. 99, Rakk 3

 

 

x

 

 

7

RS Nru 24/2014

L-appoġġ mill-UE għall-prevenzjoni u r-restawr ta' ħsara għall-foresti kkawżata minn nirien u diżastri naturali huwa mmaniġġjat tajjeb?

1

Par. 78, Rakk 1, SM, l-ewwel inċiż

 

 

 

 

x

2

Par. 78, Rakk 1, SM, it-tieni inċiż

 

 

 

 

x

3

Par. 78, Rakk 1, KUMM, l-ewwel inċiż

x

 

 

 

 

4

Par. 78, Rakk 1, KUMM, it-tieni inċiż

 

 

x

 

 

5

Par. 78, Rakk 2, SM, l-ewwel inċiż

 

 

 

 

x

6

Par. 79, Rakk 2, SM, it-tieni inċiż

 

 

 

 

x

7

Par. 79, Rakk 2, SM, it-tielet inċiż

 

 

 

 

x

8

Par. 79, Rakk 2, KUMM, l-ewwel inċiż

 

x

 

 

 

9

Par. 79, Rakk 2, KUMM, it-tieni inċiż

x

 

 

 

 

10

Par. 80, Rakk 3, SM, l-ewwel inċiż

 

 

 

 

x

11

Par. 80, Rakk 3, SM, it-tieni inċiż

 

 

 

 

x

12

Par. 80, Rakk 3, SM, it-tielet inċiż

 

 

 

 

x

13

Par. 81, Rakk 4, SM

 

 

 

 

x

14

Par. 81, Rakk 4, KUMM

 

 

x

 

 

8

RS Nru 1/2014

L-effettività tal-proġetti għat-trasport urban pubbliku appoġġati mill-UE

1

Par. 57, Rakk 1

 

 

x

 

 

2

Par. 57, Rakk 2

 

 

x

 

 

3

Par. 57, Rakk 3

x

 

 

 

 

4

Par. 57, Rakk 4

x

 

 

 

 

5

Par. 57, Rakk 5

 

x

 

 

 

9

RS Nru 7/2014

Il-FEŻR appoġġa b'suċċess l-iżvilupp ta' inkubaturi tan-negozju?

1

Par. 82, Rakk 1(a)

x

 

 

 

 

2

Par. 82, Rakk 1(b)

x

 

 

 

 

3

Par. 82, Rakk 1(c)

x

 

 

 

 

4

Par. 82, Rakk 1(d)

 

 

x

 

 

5

Par. 82, Rakk 1(e)

 

 

 

 

x

6

Par. 82, Rakk 1(f)

 

 

x

 

 

7

Par. 84, Rakk 2(a)

 

 

 

x

 

8

Par. 84, Rakk 2(b)

 

 

 

x

 

9

Par. 84, Rakk 2(c)

 

 

 

x

 

10

Par. 84, Rakk 2(d)

 

 

 

x

 

11

Par. 85, Rakk 3(a)

x

 

 

 

 

12

Par. 85, Rakk 3(b)

x

 

 

 

 

10

RS Nru 12/2014

Il-FEŻR huwa effettiv biex jiffinanzja proġetti li jippromwovu direttament il-bijodiversità taħt l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020?

1

Par. 42, Rakk 1(a)

x

 

 

 

 

2

Par. 42, Rakk 1(b)

x

 

 

 

 

3

Par. 42, Rakk 1(c)

 

 

x

 

 

4

Par. 45, Rakk 2(a)

 

 

x

 

 

5

Par. 45, Rakk 2(b)

x

 

 

 

 

6

Par. 45, Rakk 2(c)

x

 

 

 

 

7

Par. 45, it-tieni parti

 

x

 

 

 

11

RS Nru 20/2014

L-appoġġ taħt il-FEŻR lill-SMEs fil-qasam tal-kummerċ elettroniku kien effettiv?

1

Par. 68, Rakk 1(a)

x

 

 

 

 

2

Par. 68, Rakk 1(b)

 

x

 

 

 

3

Par. 68, Rakk 1(c)

 

 

x

 

 

4

Par. 68, Rakk 2, KUMM, l-ewwel parti

x

 

 

 

 

5

Par. 68, Rakk 2(a), SM

 

 

 

 

x

6

Par. 68, Rakk 2(b), SM

 

 

 

 

x

7

Par. 68, Rakk 2(c), SM

 

 

 

 

x

8

Par. 68, Rakk 2(d), SM

 

 

 

 

x

9

Par. 68, Rakk 3(a)

 

x

 

 

 

10

Par. 68, Rakk 3(b)

 

 

 

x

 

11

Par. 68, Rakk 3(c)

x

 

 

 

 

12

RS Nru 21/2014

Infrastrutturi tal-ajruporti ffinanzjati mill-UE: valur baxx għall-flus

1

Par. 71

 

 

x

 

 

2

Par. 72

 

 

 

 

x

13

RS Nru 13/2014

Appoġġ mill-UE għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti

1

Par. 68, Rakk 1

x

 

 

 

 

2

Par. 68, Rakk 2, l-ewwel inċiż

x

 

 

 

 

3

Par. 68, Rakk 2, it-tieni inċiż

x

 

 

 

 

4

Par. 68, Rakk 2, it-tielet inċiż

 

 

x

 

 

5

Par. 68, Rakk 3, l-ewwel inċiż

x

 

 

 

 

6

Par. 68, Rakk 3, it-tieni inċiż

x

 

 

 

 

7

Par. 68, Rakk 3, it-tielet inċiż

x

 

 

 

 

8

Par. 68, Rakk 4

x

 

 

 

 

14

RS Nru 16/2014

L-effettività tal-kombinament ta’ għotjiet tal-faċilitajiet ta’ investiment reġjonali ma' selfiet minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ ta' politiki esterni tal-UE

1

Par. 57(a)

x

 

 

 

 

2

Par. 57(b)

x

 

 

 

 

3

Par. 57(c)

x

 

 

 

 

4

Par. 57(d)

x

 

 

 

 

5

Par. 58

x

 

 

 

 

6

Par. 59(a)

x

 

 

 

 

7

Par. 59(b)

x

 

 

 

 

8

Par. 59(c)

x

 

 

 

 

9

Par. 60

x

 

 

 

 

15

RS Nru 18/2014

Sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati, tal-EuropeAid

1

Par. 70, Rakk 1

 

x

 

 

 

2

Par. 70, Rakk 2, l-ewwel inċiż

 

x

 

 

 

3

Par. 70, Rakk 2, it-tieni inċiż

 

x

 

 

 

4

Par. 70, Rakk 2, it-tielet inċiż

x

 

 

 

 

5

Par. 70, Rakk 3, l-ewwel inċiż

x

 

 

 

 

6

Par. 70, Rakk 3, it-tieni inċiż

x

 

 

 

 

7

Par. 70, Rakk 4, l-ewwel inċiż

x

 

 

 

 

8

Par. 70, Rakk 4, it-tieni inċiż

 

 

x

 

 

9

Par. 70, Rakk 4, it-tielet inċiż

 

x

 

 

 

10

Par. 70, Rakk 5, l-ewwel inċiż

 

x

 

 

 

11

Par. 70, Rakk 5, it-tieni inċiż

x

 

 

 

 

16

RS Nru 2/2014

L-arranġamenti kummerċjali preferenzjali huma ġestiti b'mod xieraq?

1

Par. 110(1)

x

 

 

 

 

2

Par. 110(2)

x

 

 

 

 

3

Par. 110(3)

x

 

 

 

 

4

Par. 110(4)

 

x

 

 

 

17

RS Nru 15/2014

Il-Fond għall-Fruntieri Esterni rawwem solidarjetà finanzjarja iżda jeħtieġ kejl aħjar tar-riżultati u jeħtieġ jipprovdi valur miżjud ulterjuri tal-UE

1

Par. 78, Rakk 1, l-ewwel inċiż

x

 

 

 

 

2

Par. 78, Rakk 1, it-tieni inċiż

x

 

 

 

 

3

Par. 78, Rakk 1, it-tielet inċiż

x

 

 

 

 

4

Par. 78, Rakk 1, ir-raba’ inċiż

 

x

 

 

 

5

Par. 78, Rakk 2, l-ewwel inċiż

 

 

 

 

x

6

Par. 78, Rakk 2, it-tieni inċiż

 

 

 

 

x

7

Par. 78, Rakk 2, it-tielet inċiż

 

 

 

 

x

8

Par. 78, Rakk 2, ir-raba’ inċiż

 

 

 

 

x

9

Par. 80, Rakk 3

x

 

 

 

 

10

Par. 80, Rakk 4, l-ewwel inċiż

 

 

 

 

x

11

Par. 80, Rakk 4, it-tieni inċiż

x

 

 

 

 

12

Par. 81, Rakk 5

 

 

 

 

x

13

Par. 81, Rakk 6

 

 

 

 

x

14

Par. 83, Rakk 7

x

 

 

 

 

15

Par. 83, Rakk 8

 

 

 

 

x

Total 2017

 

135

58

17

19

6

35

Total Ivvalutat 2017

 

100

58 %

17 %

19 %

6 %

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

RS Nru 04/2014: L-integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK — suċċess parzjali

Tweġiba għall-paragrafu 86, rakkomandazzjoni 3, l-ewwel parti: Il-Kummissjoni taqbel li l-evalwazzjoni tat-tieni sensiela ta’ Pjanijiet għall-Immaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar (RBMPs) għadu pendenti iżda għad għandha l-ħsieb li tippreżenta r-rapport tal-Kummissjoni rispettiv qabel l-iskadenza legali ta’ Diċembru 2018 sew. Madankollu, abbażi ta’ valutazzjoni ad hoc tal-partijiet rilevanti, l-informazzjoni pprovduta f’dawk l-RBMPs effettivament intużat biex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonalitajiet ex ante dwar l-ilma fil-programmi ta’ żvilupp rurali. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet minimi fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ġew żgurati qabel jiġu impenjati fondi għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-ipprezzar tal-ilma, kif ukoll sett ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà għal investimenti fl-irrigazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata fir-rigward tal-politika tal-iżvilupp rurali.

Tweġiba għall-paragrafu 87, l-ewwel parti: Il-Kummissjoni tikkonferma li x-xogħol fuq il-linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-impatti tal-politiki tal-iżvilupp rurali permezz tal-evalwazzjonijiet li jridu jiġu ppreżentati fir-rapporti annwali tal-2019 għadu għaddej.

Dan jinkludi żewġ indikaturi tal-impatt biex jivvalutaw pressjonijiet fuq l-ilma maħluqa minn prattiki agrikoli.

L-istess indikaturi se jiġu vvalutati f’evalwazzjonijiet ex post tal-politiki tal-iżvilupp rurali 2014–2020, li għalihom se jiġu pprovduti linji gwida.

RS Nru 08/2014: Il-Kummissjoni mmaniġġjat b’mod effettiv l-integrazzjoni ta’ appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta’ Pagament Uniku?

Tweġiba għall-paragrafu 66, rakkomandazzjoni 2: Dwar l-approvazzjoni tal-konformità tal-Kummissjoni: b’riżultat tas-sejba, il-Kummissjoni bidlet l-approċċ tagħha biex tiżgura iktar fokus fuq l-awditu u l-validazzjoni tal-kalkoli ċentrali u l-kontrolli interni applikati. L-awditi kollha varati / li se jiġu varati hekk kif jibda t-tieni nofs tal-2017 huma affettwati b’din il-bidla. Diġà ġew iffinalizzati tliet awditi (SE, IT u UK — l-Iskozja). Ir-rapport tal-awditjar NAC/2017/002/SE għadu kif intbagħat lill-QEA, fl-20 ta’ April 2018. Ir-rapport tal-awditjar għall-IT għad irid jintbagħat dan ix-xahar.

Tweġiba għall-paragrafu 69, rakkomandazzjoni 3: Skont il-liġi tal-UE, huwa f’idejn l-Istati Membri li jwettqu rkupri mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, l-Istati Membri jirrapportaw dwar dawn l-irkupri għal kull benefiċjarju u mingħajr ma jispeċifikaw ir-raġunijiet li stabbilixxew l-irregolarità, li wasslu għal tnedija ta’ rkupru. (Huwa possibbli li l-istess benefiċjarju jkollu diversi każijiet ta’ nonkonformità taħt miżuri ta’ appoġġ differenti.) Il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għan-nuqqas ta’ diliġenza dovuta fis-segwitu ta’ rkupri. Dawn il-korrezzjonijiet huma bbażati fuq l-analiżi ta’ ġestjoni tal-Istati Membri tal-proċeduri ta’ rkupru, irreġistrati f’konformità mar-rekwiżiti legali, jiġifieri għal kull benefiċjarju, mingħajr ma jidħlu fir-raġunijiet differenti għall-pagament mhux dovut. Il-QEA hija mitluba biex tqis il-qafas stipulat fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Tweġiba għall-paragrafu 71, rakkomandazzjoni 4: Il-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-Aġenziji tal-Pagamenti jiġu abbozzati mingħajr ma jipprovdu għal lista enumerattiva ta’ kull tip ta’ kontrolli li għandu jiġu eżegwit. Il-kriterji ta’ akkreditazzjoni huma abbozzati b’mod ġenerali, mingħajr ebda referenza għal kwalunkwe miżura ta’ appoġġ. Fl-istess ħin, huwa previst b’mod ċar fil-leġiżlazzjoni tal-UE li l-Aġenziji tal-Pagamenti għandhom jiżguraw li “l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju jkun skont ir-regoli tal-Unjoni” (Punt 1(A)(i) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 907/2014). Il-Kummissjoni tqis li s-sistema eżistenti hija solida u tagħti riżultati tajbin, filwaqt li tieħu kont ukoll tar-rata baxxa ħafna ta’ żbalji għal pagamenti diretti (taħt il-materjalità fir-Rapport Annwali tal-QEA 2016). Fir-rigward tal-ħidma tal-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-linji gwida attwali għall-obbligi ta’ Korpi ta’ Ċertifikazzjoni huma ċari u komprensivi, jiġifieri l-qafas ipprovdut huwa biżżejjed. Il-linji gwida tal-Kummissjoni ma jistgħux ikunu wisq preskrittivi, il-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni huma awdituri kwalifikati u b’konformità mal-istandards ta’ awditu aċċettati internazzjonalment, jenħtieġ li jużaw il-ġudizzju professjonali tagħhom fit-twettiq tax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni.

RS Nru 09/2014: L-appoġġ tal-UE għal investiment u promozzjoni għas-settur tal-inbid huwa mmaniġġjat tajjeb u r-riżultati tiegħu dwar il-kompetittività tal-inbejjed tal-UE huma dimostrati?

Tweġiba għall-paragrafu 86, rakkomandazzjoni 3 (a): Il-Kummissjoni tqis li ladarba operatur bbenefika minn appoġġ għal operazzjoni ta’ promozzjoni f’suq ta’ pajjiż terz għal perjodu ta’ tlieta jew possibbilment ħames snin, l-operatur ma jkunx aktar eliġibbli għal appoġġ għall-istess operazzjoni fl-istess suq, lanqas fil-perjodu ta’ programmazzjoni sussegwenti. Dan il-kunċett ġie spjegat b’mod ċar f’ittra mibgħuta lil Stat Membru f'Jannar u ġie diskuss fil-Kumitat dwar l-Inbid f’Marzu ta’ din is-sena.

RS Nru 22/2014: Il-ksib ta’ ekonomija — inżommu l-ispejjeż tal-għotjiet għal proġetti tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-UE taħt kontroll

Ir-risposta għall-paragrafu 110: Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata. Il-Kummissjoni tat deskrizzjoni tad-diversi okkażjonijiet li fihom is-suġġetti inkwistjoni huma diskussi mal-Istati Membri kif ukoll l-emendi riċenti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 809/2014. Fuq talba tal-Istati Membri, id-Dokument ta’ Gwida dwar Kontrolli u Sanzjonijiet se jiġi aġġornat matul l-2018.

RS Nru 23/2014: Żbalji fin-nefqa għall-iżvilupp rurali: x’jikkawżahom, u kif qed jiġu indirizzati?

Tweġiba għall-paragrafu 99, rakkomandazzjoni 3: Il-Kummissjoni ħadet impenn li tanalizza modi possibbli kif ittejjeb il-prestazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali b’mod ġenerali. Diġà nbdew riflessjonijiet f’dan ir-rigward fil-kuntest tat-tħejjija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Immodernizzar u s-Simplifikazzjoni tal-PAK.

RS Nru 24/2014: L-appoġġ mill-UE għall-prevenzjoni u r-restawr ta’ ħsara għall-foresti kkawżata minn nirien u diżastri naturali huwa ġestit tajjeb?

Tweġiba għall-paragrafu 78, rakkomandazzjoni 1, il-Kummissjoni, it-tieni punt: Il-Kummissjoni taqbel li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni għadha għaddejja. Il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni ma’ grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar in-nirien fil-foresti biex jiġu stabbiliti kriterji komuni. Minħabba li t-tipi ta’ foresti, il-vulnerabbiltà għan-nirien, il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi u l-livelli tal-periklu min-nirien huma differenti ħafna fl-UE, dan huwa eżerċizzju konġunt b’involviment minn servizzi differenti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Jidher li r-riżultati jistgħu jkunu mistennija sa tmiem l-2018. Id-DĠ ENV, flimkien maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, huwa responsabbli għal din il-kwistjoni peress li huma jmexxu l-grupp espert fin-nirien tal-foresti.

Tweġiba għall-paragrafu 79, rakkomandazzjoni 2, il-Kummissjoni, l-ewwel punt: Il-Kummissjoni qieset din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata. L-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni inkluż, fost oħrajn, l-awditi ta’ konformità li jinsabu għaddejjin dwar is-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri kif ukoll il-monitoraġġ ta’ pjanijiet ta’ azzjoni dwar id-dgħufijiet identifikati, huma meqjusa bħala effettivi. Dawn l-azzjonijiet għandhom l-għan li jindirizzaw kwalunkwe sfida magħrufa fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri u se jibqgħu għaddejjin sal-aħħar tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali. Għaldaqstant, valutazzjoni finali tal-effettività ta’ dawn l-azzjonijiet għadha mhux possibbli.

Tweġiba għall-paragrafu 81, rakkomandazzjoni 4, il-Kummissjoni: Ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni (AIR) imtejjeb għall-programmi ta’ żvilupp rurali li se jiġu introdott fl-2019 se jinkludi iktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżura f’konformità mal-objettivi speċifiċi.

Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” [COM(2017) 713 final] tistipula l-passi li jmiss f’dak li jirrigwarda l-qafas komuni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-PAK.

ANNESS 3.2

TITJIB IMPORTANTI U DGĦUFIJIET MHUX RIŻOLTI GĦAL KULL RAPPORT

Nru

RS

Titlu tar-rapport

Titjib

Dgħufijiet

1

RS Nru 4/2014

Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali

(riżorsi naturali)

B’segwitu għal ftehim interistituzzjonali, il-Kummissjoni ħadet l-ewwel passi biex tintegra d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi fir-regolament eżistenti applikabbli għall-istrument. Il-Kummissjoni inkludiet ċerti miżuri dwar l-objettivi tal-politika dwar l-ilma fil-programmi attwali tal-iżvilupp rurali.

Bħalissa, l-integrazzjoni reali tad-dispożizzjonijiet ta’ żewġ direttivi għadha fl-istadju tal-ippjanar. II-miżuri ta’ Żvilupp Rurali eżistenti jindirizzaw biss parti mill-għanijiet tal-politika dwar l-ilma. Ebda strument ġdid – hekk kif ġie propost mill-awdituri fir-RS – ma ġie introdott mill-Kummissjoni.

Il-kundizzjonalità ex ante u bosta prekundizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-appoġġ ġew introdotti fil-Pjanijiet ta’ Żvilupp Rurali.

Il-verżjonijiet finali approvati tat-tieni Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara ddewmu u għadhom pendenti. L-integrazzjoni ulterjuri tal-mekkaniżmi fil-qasam tal-Iżvilupp Rurali għadha pendenti.

Ġie introdott qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni (CMEF) imtejjeb li għandu l-għan/l-intenzjoni li jipprevedi data aħjar għall-valutazzjoni tal-pressjonijiet li prattiki agrikoli jagħmlu fuq l-ilma.

It-titjib reali fl-evalwazzjoni tal-pressjonijiet li prattiki agrikoli jagħmlu fuq l-ilma għadu pendenti u xi lakuni fil-prattiki reali ta’ rappurtar tal-Istati Membri diġà ġew identifikati.

2

RS Nru 8/2014

Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-integrazzjoni ta' appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta' Pagament Uniku?

(riżorsi naturali)

Il-Kummissjoni ħarġet ammont kbir ta’ noti ta’ gwida, intensifikat il-kuntatti bilaterali mal-Istati Membri u wettqet segwitu u monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ pagament dirett fil-livell tal-Istati Membri.

Il-qafas legali attwali għall-pagament diretti sar aktar kumpless minn dak preċedenti. B’riżultat ta’ dan, l-Istati Membri kellhom problemi relatati mal-applikazzjoni korretta tiegħu għas-sena tat-talba 2015.

Il-Kummissjoni żiedet il-monitoraġġ u s-superviżjoni tagħha u aċċellerat il-proċeduri ta' approvazzjoni tal-konformità.

Ċerti Stati Membri ma kkomunikawx fil-ħin l-informazzjoni bażika lill-Kummissjoni tal-iskemi l-ġodda ta’ pagament dirett u dan dgħajjef il-kapaċità ta’ monitoraġġ tagħha. L-awditi proprji tagħha relatati mad-drittijiet għall-pagament juru li hemm lok għal titjib.

Il-Kummissjoni saħħet l-isforzi ta’ monitoraġġ u tal-awditjar tagħha.

Fil-livell tal-Kummissjoni, ma hemmx data disponibbli dwar l-irkupri li jridu jsiru fil-livell tal-Istati Membri fir-rigward tal-korrezzjoni ta’ drittijiet għall-pagament taħt l-SPU/il-BPS li ġew allokati b’mod skorrett, u ta’ pagamenti li ġew ikkalkulati b’mod żbaljat.

Il-Kummissjoni saħħet l-isforzi ta’ monitoraġġ u tal-awditjar tagħha kif ukoll is-segwitu li hija twettaq fuq ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

Il-kriterju ta’ akkreditazzjoni għall-aġenziji tal-pagamenti ma jagħmilx referenza dwar il-preċiżjoni u l-validità tad-drittijiet għall-pagament. Barra minn hekk, il-metodoloġija u l-linji gwida tal-Kummissjoni li jiddeterminaw ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni relatat mad-drittijiet għall-pagament huma inkompleti.

3

RS Nru 9/2014

L-appoġġ tal-UE għal investiment u promozzjoni għas-settur tal-inbid huwa mmaniġġjat tajjeb u r-riżultati tiegħu dwar il-kompetittività tal-inbejjed tal-UE huma dimostrati?

(riżorsi naturali)

Matul l-awditu ta’ segwitu, il-Kummissjoni kkonfermat mill-ġdid li hija mmonitorjat b’mod regolari l-assorbiment tal-appoġġ, kif iddikjarat fir-risposti tagħha għar-RS Nru 9/2014 tal-Qorti. Madankollu, it-twettiq ta’ monitoraġġ regolari huwa biss l-ewwel pass lejn it-tħejjija għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti.

Il-valutazzjoni tal-impatt u l-valutazzjoni ta’ koerenza tal-istrumenti tal-PAK għadhom pendenti. L-ewwel riżultati huma mistennija qabel il-31 ta’ Diċembru 2018. Il-valutazzjoni tal-ħtieġa potenzjali għal skema addizzjonali ta’ għajnuna għall-investiment, b’mod partikolari għas-settur tal-inbid, għadha pendenti.

Il-Kummissjoni stabbiliet dispożizzjonijiet u proċeduri biex tivverifika u tiddokumenta r-raġonevolezza tal-ispejjeż u l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġetti.

Il-Kummissjoni twettaq awditi tal-konformità mas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u tal-effettività tagħhom.

EBDA

Kjarifika ta’ ċerti rekwiżiti (bħad-durata, l-estensjoni, il-kriterji ta’ suċċess) u l-prijorità għall-benefiċjarji u s-swieq il-ġodda.

Il-kjarifiki u l-prijoritajiet introdotti mill-Kummissjoni jistgħu jtejbu s-sitwazzjoni parzjalment biss billi huma ma jipprevjenux l-għoti ta’ appoġġ fuq terminu itwal (sa ħames snin) għall-istess benefiċjarji fl-istess swieq fil-mira f’pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni, li rrifjutat ir-rakkomandazzjoni, mhix biħsiebha timplimenta bis-sħiħ din ir-rakkomandazzjoni. Għaldaqstant, ir-riskji li ġew identifikati mill-QEA fir-RS Nru 9/2014 għadhom prevalenti.

EBDA

Fir-RS Nru 9/2014, il-QEA sabet li l-miżura ta’ promozzjoni mhix imfassla b’mod xieraq u implimentata b’mod effiċjenti. L-azzjonijiet ta’ promozzjoni ta’ spiss jintużaw għall-konsolidazzjoni tas-swieq, aktar milli għall-akkwist ta’ swieq ġodda jew għall-irkupru ta’ dawk qodma.

Il-ħtieġa li jikkonsolida suq hija kostanti għal produttur tal-inbid li għandu l-intenzjoni li jżomm sehmu mis-suq. Dan iqajjem il-kwistjoni dwar jekk dawn l-azzjonijiet ta’ promozzjoni jistax ikollhom effett sostenibbli mingħajr dipendenza mhux dovuta fuq l-appoġġ kontinwu mill-UE. Barra minn hekk, l-appoġġ għall-pubbliċità ta’ marki kummerċjali stabbiliti ma jikkorrispondix għall-iskop oriġinali tal-miżura li tappoġġa s-suq tal-inbid aktar milli l-marki stabbiliti.

Peress li l-Kummissjoni ma ħadet ebda azzjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjoni li tillimita l-ambitu tal-miżura dwar l-eliġibbiltà għall-pubbliċità ta’ marki kummerċjali, ir-riskji li ġew identifikati fir-RS Nru 9/2014, li l-finanzjament mill-UE jissostitwixxi l-infiq operazzjonali tal-benefiċjarju, għadu prevalenti.

Il-Kummissjoni introduċiet dispożizzjonijiet u proċeduri biex tikkjarifika r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà.

B’mod ġenerali, għad hemm il-possibbiltà li l-pubbliċità ta’ marki kummerċjali tiġi appoġġata permezz tal-finanzjament mill-UE, skont ir-RS Nru 9/2014 tal-QEA dan jista’ ma jikkorrispondix għall-iskop oriġinali tal-miżura.

Il-Kummissjoni introduċiet dispożizzjonijiet u proċeduri ta’ kjarifika biex tiżgura li l-ispejjeż anċillari jkunu ġġustifikati u limitati, kif irrakkomandat mill-Qorti fir-RS Nru 9/2014 tagħha.

EBDA

Il-Kummissjoni introduċiet rekwiżiti ta’ monitoraġġ imtejba għall-Istati Membri, kif irrakkomandat mill-Qorti.

EBDA

L-Istati Membri pprovdew rapporti ta’ implimentazzjoni dwar l-istatus tal-programmi tagħhom.

L-evalwazzjoni kumplessiva u l-aġġustamenti għall-politika li jirriżultaw għadhom pendenti.

4

RS Nru 10/2014

L-effettività tal-appoġġ għall-akkwakultura mill-Fond Ewropew għas-Sajd

(riżorsi naturali)

L-inklużjoni ta’ objettivi realistiċi u xierqa fl-MNSPs u fil-programmi operazzjonali ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni qabel l-approvazzjoni tal-programmi operazzjonali.

EBDA

Id-dokument ta’ gwida stabbilit mill-Kummissjoni jikkontribwixxi għal fehim aħjar tar-rekwiżiti ambjentali u l-prattiki tajba mill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-akkwakultura.

EBDA

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni ġdid, il-Kummissjoni żgurat li l-Istati Membri kollha jħejju pjanijiet strateġiċi pluriennali għall-akkwakultura qabel il-programmi operazzjonali.

EBDA

Il-Kummissjoni tieħu diversi azzjonijiet sabiex tħeġġeġ is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u l-implimentazzjoni ta’ ppjanar tal-ispazju rilevanti. B’mod partikolari, is-seminars jippermettu li jsiru diskussjonijiet u skambji ta’ prattiki tajba dwar dawn is-suġġetti.

EBDA

Il-kumparabbiltà tad-data miġbura mill-Eurostat u dik miġbura permezz tad-DCF ittejbet. Madankollu, ma sar ebda progress relatat mal-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data kkompilata mill-Kummissjoni.

EBDA

5

RS Nru 22/2014

Il-ksib ta’ ekonomija: inżommu l-ispejjeż tal-għotjiet għal proġetti tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-UE taħt kontroll

(riżorsi naturali)

F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni ħejjiet id-dokument intitolat “Guidance Document on Control and Penalty rules in Rural Development” (Dokument ta’ Gwida dwar ir-regoli relatati mal-Kontroll u l-Penali fl-Iżvilupp Rurali), li l-Anness 1 tiegħu fih il-lista ta’ kontroll ta’ prattiki tajba mmirati lejn l-oqsma prinċipali ta’ riskju, kif irrakkomandat mill-Qorti. Dan kien disponibbli għall-Istati Membri tliet xhur qabel id-data indikata inizjalment (f’Diċembru 2014 minflok Marzu 2015).

L-ENRD jorganizza korsijiet ta’ taħriġ dwar kwistjonijiet relatati u d-dokumenti kollha relatati minn dawn is-sessjonijiet flimkien ma’ prattiki tajba huma ppubblikati fuq is-sit web tal-ENRD.

Billi l-gwida mhix dokument vinkolanti u obbligatorju li jrid jiġi segwit, il-Kummissjoni ma tistax tkun taf kemm-il Stat Membru/reġjun fil-fatt użawha sabiex itejbu s-sistemi ta' kontroll tagħhom.

B’kollox, bejn Frar 2015 u Jannar 2016, l-ENRD organizza biss tliet sessjonijiet ta’ taħriġ relatati mar-raġonevolezza tal-ispejjeż u l-SCOs. B’118-il PŻR, hemm ir-riskju li l-Kummissjoni tista’ tkun meħtieġa tagħmel aktar biex tassigura li kull Stat Membru/reġjun ikollu l-possibbiltà li jipparteċipa jew li jkun ipparteċipa għal dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ.

Il-pjattaforma tal-ENRD għall-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba tista’ tiġi żviluppata billi jiżdiedu eżempji ta’ proċeduri amministrattivi tajba bħal dawk dwar ir-raġonevolezza tal-ispejjeż.

Il-Kummissjoni tivverifika s-sistemi ta’ kontroll permezz tal-lista ta’ riskji magħrufa u, jekk ikun meħtieġ, titlob lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjonijiet korrettivi.

Il-kontrolli fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż jitwettqu fil-qafas tal-awditjar tal-konformità għal kull fajl fil-kampjun tal-unità H4 (DĠ AGRI), kif ukoll taħt il-Kontroll Ewlieni Nru 7 matul il-kontrolli ewlenin u anċillari li jikkonċernaw il-Miżuri ta' Żvilupp Rurali għall-perjodu 2014-2020.

Il-Kummissjoni tivverifika r-raġonevolezza tal-ispejjeż bħala parti mill-kontrolli tal-fajls li jitwettqu fuq fajls individwali matul l-awditjar tal-konformità (lista ta’ kontroll għall-ittestjar tal-konformità).

 

6

RS Nru 23/2014

Żbalji fin-nefqa għall-iżvilupp rurali: x’jikkawżahom, u kif qed jiġu indirizzati?

(riżorsi naturali)

Il-Kummissjoni stabbiliet diversi strumenti sabiex tindirizza l-kawżi fundamentali ta’ żball: pjanijiet ta’ azzjoni fl-Istati Membri, dokumenti ta’ gwida, seminars mar-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Maniġerjali u l-Aġenziji tal-Pagamenti mill-Istati Membri kollha, kif ukoll disseminazzjoni ta’ taħriġ mill-ENRD.

EBDA

Il-Kummissjoni tuża diversi azzjonijiet biex tnaqqas ir-riskju li d-dgħufijiet u l-iżbalji preċedenti jiġu repetuti, bħal: monitoraġġ, taħriġ, disseminazzjoni ta’ informazzjoni, u twettiq tal-attivitajiet tal-awditjar tagħha fl-Istati Membri.

Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni li jridu jintbagħtu mill-Istati Membri sat-30 ta’ Ġunju 2017[1] se jipprovdu lill-Kummissjoni l-opportunità li tikseb fehma aktar aġġornata u approfondita dwar l-implimentazzjoni tal-PŻR.

Il-Kummissjoni diġà talbet lill-Istati Membri biex iżidu l-ambitu tal-kontrolli amministrattivi tagħhom, biex jinkludu impenji li jistgħu jiġu vverifikati abbażi ta’ evidenza dokumentarja.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tivvaluta l-ħolqien tal-politika u l-ħtieġa kontinwa għal kull miżura ta’ appoġġ abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014 – 2020, qabel ma tagħmel proposti għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

7

RS Nru 24/2014

L-appoġġ mill-UE għall-prevenzjoni u r-restawr ta' ħsara għall-foresti kkawżata minn nirien u diżastri naturali huwa mmaniġġjat tajjeb?

(riżorsi naturali)

Il-Kummissjoni introduċiet għodod xierqa fi ħdan il-proċess ta’ approvazzjoni tal-PŻR (jiġifieri strateġija mtejba, skedi informattivi tal-Kummissjoni dwar il-miżuri, listi ta’ kontroll u proċessi ta’ komunikazzjoni). Dawn l-għodod jippermettu li l-Kummissjoni tieħu azzjonijiet f’waqthom u li l-Istati Membri jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet relatati mad-deskrizzjoni u l-ġustifikazzjoni tal-ħtieġijiet għal azzjonijiet ta’ prevenzjoni.

EBDA

Filwaqt li għadu qed jiġi żviluppat sett ta’ kriterji applikabbli għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jibbażaw il-miżuri ta’ appoġġ tagħhom fuq valutazzjonijiet tar-riskji fil-livell nazzjonali u fuq pjanijiet għall-forestrija / għall-ġestjoni ta’ diżastri li jiġu adattati għas-sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ kull Stat Membru parteċipanti.

Il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha fir-RAD biex timplimenta r-rakkomandazzjoni sa tmiem l-2018.

L-ikkompletar ta’ sett wiesa’ ta’ kriterji bażiċi tal-UE, kif irrakkomandat mill-Qorti, għadu pendenti/ qed jiġi żviluppat.

Is-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri ġew ivvalutati mill-Kummissjoni matul l-approvazzjoni tal-PŻR tagħhom għall-perjodu 2014-2020, u hija twettaq ukoll awditi tal-konformità.

L-evalwazzjoni tal-effettività tal-azzjonijiet għadha pendenti minħabba l-fatt li l-biċċa l-kbira mill-proġetti ffinanzjati taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid għadhom ma ġewx iffinalizzati jew awditjati.

Il-Kummissjoni kkomunikat linji gwida u struzzjonijiet li jiżguraw li l-Istati Membri jorbtu l-interventi tagħhom mal-objettivi strateġiċi, bħall-prevenzjoni ta’ nirien u diżastri naturali, kif iddefinit fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta’ protezzjoni tal-foresti.

EBDA

L-adattament tal-indikatur “erja appoġġata” għall-azzjonijiet ta’ prevenzjoni.

Il-Kummissjoni kkonfermat fir-RAD li l-implimentazzjoni tagħha ma tistax tiġi kkompletata qabel l-2019.

Għaldaqstant, hemm riskju li d-dgħufijiet identifikati fir-RS Nru 24/2014 fir-rigward tal-monitoraġġ, jistgħu jippersistu fil-perjodu 2014–2020 jekk l-għodod il-ġodda ta’ monitoraġġ li ġew proposti għadhom ma tejbux il-qafas ta’ monitoraġġ għal dan l-appoġġ speċifiku, skont it-tħassib tal-Qorti fil-konklużjonijiet (il-paragrafu 81) tar-RS Nru 24/2014.

8

RS Nru 1/2014

L-effettività tal-proġetti għat-trasport urban pubbliku appoġġati mill-UE

(koeżjoni)

L-obbligu li jkun hemm indikaturi tal-outputs u tar-riżultati għal kull objettiv speċifiku / prijorità ta’ investiment / assi prijoritarju, li jimplika li għodod ta’ ġestjoni ġew stabbiliti għall-monitoraġġ tal-impatt tal-proġetti, b’mod ġenerali, taħt l-objettiv speċifiku / assi prijoritarju inkwistjoni.

Fil-proċess ta’ negozjar il-Kummissjoni setgħet talbet indikaturi tar-riżultati għal proġetti relatati mat-trasport urban, iżda billi ma hemmx indikaturi tar-riżultati predefiniti obbligatorji taħt il-FEŻR, mhux il-programmi operazzjonali kollha li għandhom proġetti relatati mat-trasport urban iddefinew dawn l-indikaturi.La hemm indikaturi fil-livell tal-proġetti nfushom u lanqas indikaturi relatati mal-kwalità tas-servizzi u mal-livell ta’ sodisfazzjoni tal-utenti, u l-użu ta’ stħarriġiet dwar is-sodisfazzjon tal-utenti mhuwiex sistematiku u obbligatorju.

Il-fatt li għall-ewwel darba, fil-perjodu 2014-2020, il-prinċipji prinċipali għall-istabbiliment ta’ analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji (ASB) qed jiġu wkoll trasposti f’att legali[1] u mhux biss fi gwida (gwida dwar l-ASB), u b’hekk l-implimentazzjoni tagħhom saret obbligatorja, jikkostitwixxi titjib sinifikanti.

L-evalwazzjonijiet imwettqa fis-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020 jistgħu jikkostitwixxu titjib ieħor, dment li dawn ikopru wkoll il-benefiċċji msemmija fir-rakkomandazzjoni tagħna.

Fi kwalunkwe każ, la r-rata ta’ utilizzazzjoni u lanqas il-benefiċċji ma huma inklużi fil-ftehimiet ta' għotja u ma jitkejlux għal kull proġett.

Minħabba n-nuqqas ta’ indikaturi tar-riżultati predefiniti fir-regolament dwar il-FEŻR, għal kull settur, għad ma hemmx standards unifikati għall-kejl tal-prestazzjoni tat-trasport urban għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Il-provvediment ta’ stima tal-għadd ta’ utenti mistennija issa huwa rekwiżit legali. Dawn l-istimi jiġu vvalutati b’mod konsistenti mill-esperti tal-Eżaminar Indipendenti tal-Kwalità (IQR) / JASPERS.

EBDA

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida, inklużi l-kundizzjonalitajiet ex ante li daħlu fis-seħħ, tkopri l-elementi essenzjali, u dan qed jittieħed inkunsiderazzjoni u jiġi analizzat mill-esperti li jivvalutaw l-applikazzjonijiet.

EBDA

Il-fatt li għall-ewwel darba, fil-perjodu 2014-2020, il-prinċipji prinċipali tal-ASB jinsabu f’atti legali (l-Att Delegat Nru 480/2014 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 207/2015) u mhux biss fi gwida (gwida dwar l-ASB), jikkostitwixxi titjib sinifikanti.

F’dan il-perjodu ta’ programmazzjoni, jiġi applikat approċċ aktar sistematiku rigward il-kejl tal-prestazzjoni fil-livell tal-programmi operazzjonali, bl-obbligu li jiġu stabbiliti indikaturi tal-outputs u tar-riżultati għal investimenti ta’ prijorità u għal objettivi speċifiċi.

Għad ma hemmx kejl fil-livell tal-proġetti individwali, li huwa dak li qed jintalab fir-rakkomandazzjonijiet.

Minħabba n-nuqqas ta’ indikaturi tar-riżultati predefiniti, fir-regolament dwar il-FEŻR, għal kull settur, għad ma hemmx standards unifikati għall-kejl tal-prestazzjoni tat-trasport urban għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

9

RS Nru 7/2014

Il-FEŻR appoġġa b'suċċess l-iżvilupp ta' inkubaturi tan-negozju?

(koeżjoni)

L-inkubaturi tan-negozju kofinanzjati mill-UE issa se jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju dettaljati u realistiċi, filwaqt li se tingħata attenzjoni partikolari għas-sostenibbiltà tal-attività ta’ inkubazzjoni tagħhom mingħajr skop ta’ qligħ.

EBDA

Bħala kundizzjoni għall-kofinanzjament mill-UE, il-persunal tal-inkubaturi tan-negozju jrid ikollu l-kwalifiki xierqa.

EBDA

L-inkubaturi tan-negozju jistgħu jingħataw biss appoġġ kofinanzjat mill-UE jekk il-klijenti tagħhom ikollhom ideat innovattivi ta’ negozju b’potenzjal ta’ rata għolja ta’ tkabbir.

EBDA

Il-Kummissjoni infurmat mill-inqas xi Stati Membri dwar ir-RS Nru 7/2017 tal-QEA u dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fih.

Ċerti programmi operazzjonali fihom dispożizzjonijiet dwar il-ħtieġa li tingħata attenzjoni għall-programmi ta' inkubazzjoni, il-ħtieġa li l-SMEs ikunu akkumpanjati matul l-ewwel snin tagħhom, u r-rekwiżit li n-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu jingħataw appoġġ fir-rigward tal-fattibbiltà, programmi ta’ mentoraġġ u tagħlim.

Ma hemmx evidenza li turi li l-proċess ta’ inkubazzjoni dejjem jibda bi programm ta' inkubazzjoni dettaljat u mfassal apposta, li l-implimentazzjoni tiegħu tingħata segwitu u li l-ilħuq tal-objettivi tan-negozju jiġu vvalutati dejjem.

Għad ma hemmx linji gwida komprensivi indirizzati lill-Istati Membri li jirrikjedu b’mod espliċitu li l-kundizzjonijiet kollha applikabbli għall-kofinanzjament mill-UE tal-inkubaturi tan-negozju, kif irrakkomandat mill-QEA, jiġu integrati fil-programmi operazzjonali nazzjonali kollha li jipprevedu l-użu ta’ dawn l-inkubaturi.

L-inkubaturi jistgħu joffru wkoll is-servizzi tagħhom lil kumpaniji mhux residenti, iżda fl-Istati Membri msemmija biss mill-Kummissjoni bħala eżempju, u b’hekk l-appoġġ ta’ inkubazzjoni jkun jista’ jkollu impatt akbar fuq il-komunità tan-negozju lokali u jittejbu l-possibbiltajiet għan-netwerking.

Il-fatt li s-servizzi ta’ inkubazzjoni jiġu offruti wkoll lil kumpaniji mhux residenti għadu mhuwiex kundizzjoni għall-kofinanzjament mill-UE tal-inkubaturi tan-negozju fl-Istati Membri kollha.

Għad ma hemmx linji gwida komprensivi indirizzati lill-Istati Membri li jirrikjedu b’mod espliċitu li l-kundizzjonijiet kollha applikabbli għall-kofinanzjament mill-UE tal-inkubaturi tan-negozju, kif irrakkomandat mill-QEA, jiġu integrati fil-programmi operazzjonali nazzjonali kollha li jipprevedu l-użu ta’ dawn l-inkubaturi.

Il-Kummissjoni qed tirrakkomanda li l-inkubaturi tan-negozju li jirċievu kofinanzjament mill-UE jistabbilixxu sistema ta’ monitoraġġ ibbażata wkoll fuq data tan-negozju prodotta mill-klijenti appoġġati.

L-istabbiliment ta’ dawn is-sistemi ta’ monitoraġġ mhix kundizzjoni għall-kofinanzjament iżda jintalab fuq bażi volontarja.

L-għarfien tal-Kummissjoni jiġi aġġornat.

EBDA

Il-Kummissjoni tikkondividi l-għarfien u l-esperjenzi tal-inkubaturi tan-negozju mal-Istati Membri.

EBDA

10

RS Nru 12/2014

Il-FEŻR huwa effettiv biex jiffinanzja proġetti li jippromwovu direttament il-bijodiversità taħt l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020?

(koeżjoni)

Il-qafas metodoloġiku għall-immappjar u l-valutazzjoni tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom ġew iffinalizzati mill-Kummissjoni u mill-EEA. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll gwida, rapporti u studji biex tgħin lill-Istati Membri.

EBDA

Il-Kummissjoni vvalutat il-komplementarjetà tal-azzjonijiet biex tippromwovi l-bijodiversità fil-proċess ta’ adozzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija, u DĠ differenti taw il-kontribut tagħhom.

EBDA

B’mod ġenerali, il-monitoraġġ ittejjeb minħabba li l-loġika ta' intervent issaħħet u l-użu tal-indikaturi sar aktar konsistenti.

Il-Kummissjoni ma timmonitorjax il-programmi operazzjonali fid-dettall. Minħabba l-modalità ta’ ġestjoni, dan il-kompitu jibqa’ taħt ir-responsabbilta tal-Istati Membri.

L-Istati Membri ġew infurmati mill-Kummissjoni fil-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma dwar ir-rakkomandazzjoni tal-QEA biex iwettqu segwitu għall-proġetti ta’ tħejjija bil-ħsieb li tiġi stabbilita politika attiva ta’ protezzjoni, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva ta’ pjanijiet speċifiċi ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni għall-ħabitats u l-ispeċijiet.

Il-Kummissjoni tiddiskuti mal-istati Membri dwar il-kwistjonijiet relatati mal-proġetti ta’ tħejjija, iżda dan ma jiġix ikkunsidrat b’mod suffiċjenti fid-dokumenti ta’ gwida.

Il-programmi operazzjonali jipprevedu proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-bidliet ambjentali fil-ħabitats u fl-ispeċijiet wara t-twettiq tal-interventi.

EBDA

Il-Kummissjoni rrakkomandat lill-Istati Membri biex japplikaw ir-regoli tal-FEŻR f’interazzjoni ma’ fondi oħra tal-UE permezz ta’ gwida u diskussjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-bijodiversità, fil-kuntest ta’ gruppi ta’ ħidma dwar il-bijodiversità.

EBDA

Ġie stabbilit mekkaniżmu għat-traċċar tal-infiq tal-UE favur il-bijodiversità bbażat fuq il-kodiċijiet rilevanti ta’ nfiq.

Għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat il-proċess kollu kemm hu u, għaldaqstant, il-preċiżjoni tal-mekkaniżmu.

11

RS Nru 20/2014

L-appoġġ taħt il-FEŻR lill-SMEs fil-qasam tal-kummerċ elettroniku kien effettiv?

(koeżjoni)

Fil-programmi operazzjonali hemm stabbilita loġika ta’ intervent aktar robusta, inkluż l-użu ta’ indikaturi tal-outputs u tar-riżultati, li xi wħud minnhom huma komuni u predefiniti fil-livell tal-UE.

EBDA

L-obbligu li jkun hemm stabbiliti sistemi ta’ monitoraġġ, inkluża sistema ta’ informazzjoni għall-ġbir u l-aggregazzjoni tad-data relatata mal-indikaturi. Dment li jkunu jiffunzjonaw tajjeb, huma għandhom jippermettu lill-Kummissjoni tikseb informazzjoni konsistenti u affidabbli mill-Istati Membri dwar il-progress tal-programmi operazzjonali, mhux biss f’termini finanzjarji iżda wkoll tal-prestazzjoni. Il-progress li jsir lejn il-ksib tal-valuri fil-mira issa huwa aktar probabbli li jitkejjel b’mod f’waqtu u jista’ jitqabbel matul iż-żmien.

Jeħtieġ li jkun hemm gwida ulterjuri u jsiru aktar kontrolli fil-livell tal-Istati Membri biex jiġi żgurat li s-sistemi ta’ monitoraġġ u informazzjoni stabbiliti jipprovdu data affidabbli u f’waqtha dwar il-progress u l-prestazzjoni tal-programmi operazzjonali.

L-indikaturi speċifiċi għall-programmi taħt l-Objettiv Tematiku 2 jippermettu li, fejn ikun rilevanti, jitkejlu l-outputs u r-riżultati tal-interventi ta’ żvilupp tal-kummerċ elettroniku tal-programmi.

Il-Kummissjoni, kif kienet ħabbret, ma pproponietx indikaturi standard rilevanti għall-objettivi strateġiċi tal-UE dwar il-kummerċ elettroniku.

Il-Kummissjoni rrakkomandat lill-awtoritajiet maniġerjali dwar it-tfassil tal-kriterji tal-għażla fil-proġetti tal-ICT. L-istruttura kollha tal-programmi operazzjonali hija aktar orjentata lejn ir-riżultati.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet azzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fit-tnaqqis ta’ ostakli għall-attività tal-kummerċ elettroniku transfruntier bl-għan li l-intrapriżi tal-kummerċ elettroniku jkunu jistgħu jisfruttaw l-opportunitajiet tas-suq uniku.

EBDA

Fil-qasam tal-monitoraġġ tal-impatt, l-awtoritajiet maniġerjali kienu talbu pjanijiet ta’ evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni ma rrikjedietx li sett minimu ta’ indikaturi robusti b’miri relatati jiġi ddefinit fil-ftehimiet ta’ għotja.

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014 – 2020, il-Kummissjoni talbet l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ monitoraġġ kif ukoll ta’ kontroll fil-livell tal-programmi operazzjonali u tal-Istati Membri. L-objettiv huwa li l-Kummissjoni nfisha tista’ tiddependi fuq dawn il-livelli differenti, ikkompletati bis-sett ta’ kontrolli, biex ikollha aċċertament suffiċjenti li d-data li tiddaħħal f’din is-sistema ta’ monitoraġġ tkun affidabbli u konsistenti.

EBDA

EBDA

Ebda mekkaniżmu ma ġie introdott (1) biex jiżgura li l-pagamenti jkunu marbuta mal-prestazzjoni u (2) biex ikunu jistgħu jsiru l-aġġustament tagħhom fil-każ ta’ prestazzjoni insuffiċjenti serja.

12

RS Nru 21/2014

Infrastrutturi tal-ajruporti ffinanzjati mill-UE: valur baxx għall-flus

(koeżjoni)

L-eżistenza ta’ kundizzjonalitajiet ex ante mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 ’il hawn u r-rinfurzar tal-ASB u tal-prinċipji prinċipali tagħha issa jinsabu f’atti legali.

Hemm riskju akbar li, bir-reviżjoni tal-GBER, l-Istati Membri jieħdu l-opportunità li jużaw il-finanzjament pubbliku għal ajruporti iżgħar li ma jkunux finanzjarjament vijabbli.

13

RS Nru 13/2014

Appoġġ mill-UE għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti

(azzjonijiet esterni)

Implimentazzjoni xierqa tal-linji gwida dwar l-Appoġġ Baġitarju li ġew iddivulgati f’Settembru 2012 u li jintroduċu l-RMF li jinkludi l-progress tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u Sistema ta’ Twissija Bikrija.

EBDA

Adozzjoni u implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni 2013-2020 għar-Reżiljenza fil-Pajjiżi Suxxettibbli għal Kriżijiet li jissottolinja l-importanza tal-LRRD u jiddefinixxi l-objettivi u l-mandati tad-DĠ ECHO u d-DĠ DEVCO.

EBDA

Il-Qafas Umanitarju u ta' Żvilupp Konġunt jintegra l-kunċett ta’ reżiljenza u l-approċċ tal-LRRD fil-programmazzjoni, l-identifikazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-atturi tal-UE. Bħala eżempju, għall-Ħaiti, l-istrateġiji ta’ tranżizzjoni u l-konnessjonijiet paralleli bejn l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tfasslu tajjeb.

EBDA

Id-DĠ ECHO u l-EuropeAid adattaw l-Għodod umanitarji tagħhom billi inkludew kapitolu dwar l-istrateġiji ta’ ħruġ u l-LRRD.

Fil-prattika, l-istrateġiji ta’ ħruġ u ta’ tranżizzjoni la ġew formalizzati u lanqas dokumentati. Pereżempju, il-kriterji ta’ ħruġ ma ġewx iddeterminati, l-għadd minimu ta’ membri tal-persunal meħtieġa biex tiġi zgurata t-tranżizzjoni ma nħatarx, il-proċess ta’ komunikazzjoni mhuwiex previst u l-indikaturi li jiskattaw il-ħruġ ma jissemmewx.

Il-linji gwida l-ġodda dwar l-Appoġġ Baġitarju li ġew iddivulgati f’Settembru 2012 (ebda tibdil fl-2017) jipprevedu Kuntratti għall-Bini tal-Istat, b’opportunitajiet għall-pajjiżi li jiksbu appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet b’fokus fuq il-funzjonijiet ewlenin relatati mal-ĠFP.

EBDA

Il-Pjan ta’ Azzjoni għar-Riforma tal-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi mitlub fir-rekwiżiti tal-SBC, huwa l-bażi għall-monitoraġġ tar-riforma tal-ĠFP, li huwa bbażat fuq parametri referenzjarji marbutin mal-ħin u jiġi rrappurtat regolarment f’kull valutazzjoni ta’ eliġibbiltà tad-dossiers ta’ żborżament.

EBDA

Fit-tabella ta’ Monitoraġġ tal-ĠFP, li tinsab fil-linji gwida dwar l-Appoġġ Baġitarju, ġew inklużi aspettattivi fuq terminu qasir fir-rigward ta’ riformi tal-ĠFP bl-għan li l-fondi tal-UE jiġu ssalvagwardjati kontra l-ħela, it-telf u l-ineffiċjenzi.

Għall-Ħaiti, ġiet ippubblikata dikjarazzjoni tad-Djalogu Tripartitiku (il-Parlament – il-Gvern – is-Soċjetà Ċivili) li tinvolvi lis-sħab biex jiġu stabbiliti riformi fuq terminu qasir għas-salvagwardja tal-fondi tal-UE.

EBDA

Il-mudell ta’ BCP ġie aġġornat u jinkludi dispożizzjonijiet għar-riallokazzjoni tal-persunal ta’ emerġenza.

EBDA

14

RS Nru 16/2014

L-effettività tal-kombinament ta’ għotjiet tal-faċilitajiet ta’ investiment reġjonali ma' selfiet minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ ta' politiki esterni tal-UE

(azzjonijiet esterni)

Ġew adotti Linji Gwida ġodda għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament ikkombinat u tfasslet il-Formola ta’ Applikazzjoni rispettiva. Il-membri tal-persunal jiġu mħarrġa regolarment dwar l-applikazzjoni tagħhom.

EBDA

Ir-rwol tas-servizzi tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari, tad-Delegazzjonijiet tal-UE, huwa spZeċifikat b’mod ċar fil-Linji Gwida.

EBDA

Il-kompletezza tal-informazzjoni, il-maturità u l-valur miżjud tal-proġetti ta’ finanzjament ikkombinat jiġu żgurati permezz tal-proċedura l-ġdida ta’ applikazzjoni.

EBDA

L-istadju tal-approvazzjoni proviżorja ta’ proġetti ġie eliminat u għaldaqstant id-durata tal-proċess ta’ approvazzjoni tqassret.

EBDA

Fil-mudell il-ġdid għall-Ftehimiet ta’ Għotja jew ta’ Delega Vvalutati skont il-Pilastru (Pillar Assessed Grant or delegation Agreements – PAGODA), l-iskeda tal-pagamenti tiġi adattata b’mod li fil-prefinanzjament imħallas jiġu kkunsidrati l-impenji tal-perjodu preċedenti.

EBDA

Flimkien mal-PAGODA, il-Kummissjoni timplimenta qafas ta’ kejl tar-riżultati b’indikaturi għas-segwitu tal-għotjiet tal-UE.

EBDA

Ir-rwol tad-Delegazzjoni tal-UE huwa deskritt b’mod ċar fil-Linji Gwida.

EBDA

Il-metodoloġija MOR tfasslet u ġiet applikata fuq il-bażi ta’ proġett pilota.

EBDA

Permezz tal-proċess ta’ approvazzjoni l-ġdid u l-PAGODA, il-viżibbiltà ssir parti mill-formola ta’ applikazzjoni u mill-kuntratt sussegwenti.

EBDA

15

RS Nru 18/2014

Sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati, tal-EuropeAid

(azzjonijiet esterni)

Il-modulu tal-IT EVAL jagħti informazzjoni istantanja dwar ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.Il-modulu MOR jipprovdi informazzjoni dwar liema proġetti jistgħu jiġu mmonitorjati fi ħdan il-baġits allokati lill-kuntratturi.L-eżerċizzji ta’ allokazzjoni tal-persunal, bħal WLAD, WLAHQ u OPTIMUS, jivvalutaw regolarment ir-rekwiżiti tar-riżorsi umani u jipproponu aġġustamenti kif meħtieġ.

Il-mod kif l-allokazzjoni tar-riżorsi umani, b’mod partikolari bejn il-MOR u l-evalwazzjonijiet, ġie żgurat fi ħdan l-eżerċizzji WLAD, WLAHQ u OPTIMUS, ma ntweriex b’mod ċar. Ma hemmx informazzjoni dwar il-persunal relatat, kif speċifikat fir-rapport tal-Qorti.

Għall-evalwazzjonijiet ġew iddefinti kriterji tal-għażla ċari, bit-tentattiv li tiġi żgurata kopertura adegwata tal-proġetti rilevanti.

Il-komplementarjetà bejn il-MOR u l-evalwazzjonijiet tittieħed inkunsiderazzjoni fl-istadju tal-ippjanar u fit-tfassil tal-moduli tal-IT EVAL u tal-MOR.

Hemm nuqqas ta’ dokumentazzjoni dwar kif il-kriterji tal-għażla ġew applikati fl-istabbiliment tal-pjanijiet (eżempji) individwali tal-evalwazzjoni mid-delegazzjonijiet u fil-livell tal-kwartieri ġenerali.

Id-DĠ DEVCO ħa passi importanti biex itejjeb is-sistema tiegħu ta’ superviżjoni u ta’ rappurtar tal-evalwazzjonijiet: analiżi tal-evalwazzjonijiet ta’ proġetti tal-2015, it-tnedija tal-modulu tal-IT EVAL u l-iffirmar tal-kuntratt ESS.

Il-kuntratt ESS, li ma ngħatax qabel Diċembru 2016, għadu fil-fażi tal-bidu. Għalhekk, jenħtieġu aktar sforzi biex ir-rakkommandazzjoni tal-Qorti tiġi implimentata bis-sħiħ, speċjalment fir-rigward tal-analiżi tar-raġunijiet għad-dewmien tal-evalwazzjonijiet u l-miżuri adottati biex dawn jiġu indirizzati.

Nuqqas ta’ effettività fit-twettiq tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni mid-delegazzjonijiet.

Is-superviżjoni tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni tinsab fil-proċess li tittejjeb b’mod sinifikanti permezz tal-implimentazzjoni tal-kuntratt ESS, li ġie iffirmat f’Diċembru 2016.

Il-modulu tal-IT EVAL tnieda f’Settembru 2016 u d-DĠ DEVCO għamel l-użu tiegħu obbligatorju.

EBDA

Linji gwida aġġornati u komprensivi huma disponibbli għall-aċċertament tal-kwalità relatata mal-MOR u l-evalwazzjonijiet.

Il-moduli tal-IT EVAL u tal-MOR jinkludu funzjonalitajiet li jiffaċilitaw il-proċess bir-reqqa ta’ aċċertament tal-kwalità.

Hemm eżempji dokumentati sew ta’ xogħol bir-reqqa li twettaq mid-DĠ DEVCO u mill-kuntratturi esterni tiegħu biex tiġi żgurata l-kwalità tar-rapporti tal-MOR.

Inbdiet l-implimentazzjoni tal-kuntratt ESS, li tinkludi t-titjib tal-Grilja ta’ Valutazzjoni tal-Kwalità; id-dokumentazzjoni relatata hija pprovduta fir-rapport inizjali.

EBDA

Jeżistu eżempji ta’ aċċertament tal-kwalità bir-reqqa applikat mid-DĠ DEVCO għar-rapporti tal-MOR u għal dawk ta’ evalwazzjoni. Is-sistema ta’ aċċertament tal-kwalità ttejbet, għalkemm l-involviment tal-ESS fiha għad irid jiġi stabbilit b’mod ċar.

Għar-rapporti tal-MOR jeżisti kontroll sistematiku li jitwettaq minn kuntrattur estern u jiġi approvat mid-DĠ DEVCO.

Għall-evalwazzjonijiet, EVAL, l-għodda tal-IT il-ġdida, inkludiet kontroll ta’ aċċertament tal-kwalità obbligatorju tar-rapporti.

EBDA

Il-pakkett ta' Regolamentazzjoni Aħjar u l-istruzzjonijiet relatati mad-dokumenti ta’ azzjoni jsaħħu l-ħtieġa li jiġu ddefiniti objettivi SMART u indikaturi RACER, flimkien ma’ valuri u miri bażi.

Fil-prattika, id-DĠ DEVCO għamel sforzi biex jirrieżamina d-dokumenti ta’ azzjoni tal-programmi sabiex jiżgura l-konformità mal-linji gwida msemmija hawn fuq u mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti.

EBDA

Id-DĠ DEVCO tejjeb is-sistema ta’ evalwazzjoni tiegħu billi ddefinixxa b’mod ċar il-kriterji tal-għażla u żgura kopertura raġonevoli tal-proġetti u tal-programmi (ara r-Rakkomandazzjoni 4.3).

Id-dokumenti ta’ azzjoni l-ġodda jistabbilixxu rabta bejn l-objettivi kumplessivi u l-impatti mistennija, u hemm eżempji li fihom ġew iddefiniti indikaturi ċari.

Il-qafas għall-valutazzjoni tal-impatt ġie ddefinit bl-adozzjoni tal-Qafas tar-Riżultati tal-UE fl-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali f’Marzu 2015, f’konformità mal-Aġenda għall-Bidla.

Mekkaniżmu sistematiku għall-ġbir tad-data dwar ir-riżultati tal-programmi għal mill-inqas tliet snin wara l-ikkompletar tagħhom għadu ma ġiex stabbilit biex juri b’mod ċar l-impatt u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba.

Iż-żieda fil-proporzjon tal-evalwazzjonijiet ex post, li hija meħtieġa biex jintwerew ir-riżultati fuq terminu twil, bħall-impatti, għad trid tintwera.

Id-dgħufijiet fid-data dwar ir-riżultati relatati mal-iżvilupp u fil-mekkaniżmi tat-tagħlimiet meħuda ġew irrappurtati lid-DĠ DEVCO f’Ottubru 2016 (“Review of the strategic evaluations” – Rieżaminar tal-evalwazzjonijiet strateġiċi).

Il-KPI 19 wera fl-2014 żieda sinifikanti meta mqabbel mas-sena preċedenti kif ukoll xejra dejjem tikber fl-2016. Barra minn hekk, it-titjib fil-kriterji tal-għażla għall-evalwazzjoni tal-proġetti wassal għal rappreżentattività aħjar fil-popolazzjoni u għall-ksib ta’ valur miżjud akbar b’riżorsi limitati.

Il-Kummissjoni wettqet analiżi u kkonkludiet li ż-żieda fl-għadd ta’ evalwazzjonijiet ex post mhux neċessarjament twassal għal informazzjoni aħjar dwar ir-riżultati, u li din issir bi ħlas filwaqt li r-riżorsi għall-evalwazzjonijiet huma limitati.

Id-DĠ DEVCO tejjeb il-kriterji tal-għażla tiegħu għall-evalwazzjonijiet tal-proeġtti u, il-proporzjon tal-evalwazzjonijiet kollha (interim, finali u ex post) żdied.

Id-DĠ DEVCO ma setax juri li l-evalwazzjonijiet ex post żdiedu, għalkemm it-titjib inkiseb permezz ta’ mezzi alternattivi.

L-eżaminar tal-evalwazzjonijiet strateġiċi tad-DĠ DEVCO, li kopra l-perjodu 2006-2016, tħejja sabiex jikkontribwixxi għall-aġġornament tal-politika tal-UE dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (rapport finali f’Ottubru 2016).

Hemm każijiet fejn perjodu ta’ segwitu ta’ sena jidher li huwa biżżejjed biex jinkisbu riżultati pożittivi mill-implimentazzjoni.

Hemm ukoll ċerti każijiet fejn l-evalwazzjonijiet strateġiċi ta’ segwitu speċifiċi jkunu ppjanati jew ir-rakkomandazzjonijiet jingħataw segwitu wara aktar minn sena.

Il-ħolqien ta’ Task Force u dinamika ġdida stabbilita fir-rigward tal-unità tad-DĠ DEVCO inkarigata mill-Ġestjoni tal-Għarfien, li rriżultaw f’titjib kontinwu li mistenni jimmaterjalizza fis-snin li ġejjin.

Ma hemmx mekkaniżmu sistematiku għas-segwitu tal-pjanijiet ta’ azzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ evalwazzjonijiet strateġiċi għal aktar minn sena fir-rigward tal-fiche contradictoire.

Sa issa, il-modulu tal-IT EVAL ma jinkludix evalwazzjonijiet strateġiċi.

Modulu tal-IT (EVAL) li jservi bħala database u għodda ta’ ġestjoni ġie żviluppat mid-DĠ DEVCO wara r-rekwiżiti tar-rakkomandazzjoni mill-Qorti.

EBDA

16

RS Nru 2/2014

L-arranġamenti kummerċjali preferenzjali huma ġestiti b'mod xieraq?

(riżorsi proprji)

Id-DĠ TRADE pproduċa verżjoni riveduta tal-manwal dwar il-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibbiltà (VIS). F’konformità mal-politika tad-DĠ TRADE, twettqu Valutazzjonijiet tal-Impatt u Valutazzjonijiet tal-Impatt għas-Sostenibbiltà għall-ftehimiet kummerċjali ewlenin kollha.

EBDA

Id-DĠ TRADE għandu MtQ aġġornat mal-Eurostat u Arranġament Amministrattiv mal-JRC għal GTAP tal-UE. L-Eurostat jipparteċipa b’mod attiv fil-gruppi ta’ tmexxija bejn is-servizzi dwar il-VIS.

EBDA

Id-DĠ TRADE aġġorna l-pjanijiet ta’ evalwazzjoni u jwettaq evalwazzjonijiet ex post fuq bażi aktar sistematika, inklużi stimi tad-dħul ċedut.

EBDA

Id-DĠ TRADE pprovda żewġ rapporti dwar l-effetti tal-iskema.

Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tas-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi (GSP), li jrid jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet leġiżlattivi kif meħtieġ mill-bażi legali (l-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 978/2012), huwa stmat li mhux se jkun lest qabel tmiem Ġunju 2018.

17

RS Nru 15/2014

Il-Fond għall-Fruntieri Esterni rawwem solidarjetà finanzjarja iżda jeħtieġ kejl aħjar tar-riżultati u jeħtieġ jipprovdi valur miżjud ulterjuri tal-UE

(tkabbir intelliġenti u inklużiv)

Ġew adottati atti legali li jinkludu indikaturi rilevanti u li jistgħu jitkejlu. Ġew stabbiliti Regoli u Linji Gwida li jiżguraw użu u approċċ uniformi.

Xi rapporti u dokumenti għad iridu jiġu ffinalizzati u adottati.

Ġew organizzati sessjonijiet ta’ ħidma għall-Istati Membri u forom oħra ta’ kooperazzjoni konsulari.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli taħdem mal-Istati Membri biex tikkompleta l-implimentazzjoni ta’ ċentri komuni ta’ applikazzjoni.

Ġiet stabbilita pjattaforma għall-iskambju regolari u f’waqtu ta’ dokumenti u informazzjoni. Il-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni ttejbu u ġew irfinati.

EBDA

Ġew organizzati diversi attivitajiet bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva.

Il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri ttejjeb l-implimentazzjoni tal-AMIF u l-FSI.

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

RS Nru 04/2014: L-integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK — suċċess parzjali

Il-verżjonijiet finali approvati tat-tieni Pjan għall-Immaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar qed jiddewmu u għadhom pendenti. Għadha pendenti aktar integrazzjoni ta’ mekkaniżmi fl-Iżvilupp Rurali.

Risposta: Il-Kummissjoni taqbel li l-evalwazzjoni tat-tieni sensiela ta’ Pjanijiet għall-Immaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar (RBMPs) għadu pendenti iżda għad għandha l-ħsieb li tippreżenta r-rapport tal-Kummissjoni rispettiv qabel l-iskadenza legali ta’ Diċembru 2018 sew. Madankollu, abbażi ta’ valutazzjoni ad hoc tal-partijiet rilevanti, l-informazzjoni pprovduta f’dawk l-RBMPs effettivament intużat biex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonalitajiet ex ante dwar l-ilma fil-programmi ta’ żvilupp rurali. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet minimi fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ġew żgurati qabel jiġu impenjati fondi għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-ipprezzar tal-ilma, kif ukoll sett ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà għal investimenti fl-irrigazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata fir-rigward tal-politika tal-iżvilupp rurali.

Titjib reali fl-evalwazzjoni tal-pressjoni li ssir fuq l-ilma minn prattiki agrikoli għadu pendenti u l-lakuni fil-prattiki attwali ta’ rappurtar mill-Istati Membri diġà ġew identifikati.

Risposta: Il-Kummissjoni tikkonferma li x-xogħol fuq il-linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-impatti tal-politiki tal-iżvilupp rurali permezz tal-evalwazzjonijiet li jridu jiġu ppreżentati fir-rapporti annwali tal-2019 għadu għaddej.

Dan jinkludi żewġ indikaturi tal-impatt biex jivvalutaw pressjonijiet fuq l-ilma maħluqa minn prattiki agrikoli.

L-istess indikaturi se jiġu vvalutati f’evalwazzjonijiet ex post tal-politiki tal-iżvilupp rurali 2014–2020, li għalihom se jiġu pprovduti linji gwida.

RS Nru 08/2014: Il-Kummissjoni mmaniġġjat b’mod effettiv l-integrazzjoni ta’ appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta’ Pagament Uniku?

Xi Stati Membri ma kkomunikawx informazzjoni bażika dwar l-iskemi ta’ pagamenti diretti ġodda lill-Kummissjoni fil-ħin u b’hekk dgħajfu l-kapaċità tagħha ta’ monitoraġġ. L-awditi tagħha stess fuq intitolamenti għall-pagament juru lok għal titjib.

Risposta: B’riżultat tas-sejba, il-Kummissjoni bidlet l-approċċ tagħha biex tiżgura iktar fokus fuq l-awditu u l-validazzjoni tal-kalkoli ċentrali u l-kontrolli interni applikati. L-awditi kollha varati / li se jiġu varati hekk kif jibda t-tieni nofs tal-2017 huma affettwati b’din il-bidla. Diġà ġew iffinalizzati tliet awditi (SE, IT u UK — l-Iskozja). Ir-rapport tal-awditjar NAC/2017/002/SE għadu kif intbagħat lill-QEA, fl-20 ta’ April 2018. Ir-rapport tal-awditjar għall-IT għad irid jintbagħat dan ix-xahar.

Ebda data mhi disponibbli fuq il-livell tal-Kummissjoni dwar irkupri li jsiru fil-livell tal-Istati Membri fir-rigward tal-korrezzjoni ta’ intitolamenti għall-pagament allokati ħażin u pagamenti kkalkulati ħażin.

Risposta: Skont il-liġi tal-UE, huwa f’idejn l-Istati Membri li jwettqu rkupri mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, l-Istati Membri jirrapportaw dwar dawn l-irkupri għal kull benefiċjarju u mingħajr ma jispeċifikaw ir-raġunijiet li stabbilixxew l-irregolarità, li wasslu għal tnedija ta’ rkupru. (Huwa possibbli li l-istess benefiċjarju jkollu diversi każijiet ta’ nonkonformità taħt miżuri ta’ appoġġ differenti.) Il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għan-nuqqas ta’ diliġenza dovuta fis-segwitu ta’ rkupri. Dawn il-korrezzjonijiet huma bbażati fuq l-analiżi ta’ ġestjoni tal-Istati Membri tal-proċeduri ta’ rkupru, irreġistrati f’konformità mar-rekwiżiti legali, jiġifieri għal kull benefiċjarju, mingħajr ma jidħlu fir-raġunijiet differenti għall-pagament mhux dovut. Il-QEA hija mitluba biex tqis il-qafas stipulat fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Il-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-aġenziji tal-pagamenti ma jagħmlu ebda referenza għall-eżattezza u l-validità ta’ intitolamenti għall-pagament. Barra minn hekk, il-metodoloġija u l-linji gwida tal-Kummissjoni li jiddeterminaw il-ħidma tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni dwar intitolamenti għall-pagament mhumiex kompluti.

Risposta: Il-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-Aġenziji tal-Pagamenti jiġu abbozzati mingħajr ma jipprovdu għal lista enumerattiva ta’ kull tip ta’ kontrolli li għandu jiġu eżegwit. Il-kriterji ta’ akkreditazzjoni huma abbozzati b’mod ġenerali, mingħajr ebda referenza għal kwalunkwe miżura ta’ appoġġ. Fl-istess ħin, huwa previst b’mod ċar fil-leġiżlazzjoni tal-UE li l-Aġenziji tal-Pagamenti għandhom jiżguraw li “l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju jkun skont ir-regoli tal-Unjoni” (Punt 1(A)(i) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 907/2014). Il-Kummissjoni tqis li s-sistema eżistenti hija solida u tagħti riżultati tajbin, filwaqt li tieħu kont ukoll tar-rata baxxa ħafna ta’ żbalji għal pagamenti diretti (taħt il-materjalità fir-Rapport Annwali tal-QEA 2016). Fir-rigward tal-ħidma tal-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-linji gwida attwali għall-obbligi ta’ Korpi ta’ Ċertifikazzjoni huma ċari u komprensivi, jiġifieri l-qafas ipprovdut huwa biżżejjed.

Il-linji gwida tal-Kummissjoni ma jistgħux ikunu wisq preskrittivi, il-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni huma awdituri kwalifikati u b’konformità mal-istandards ta’ awditu aċċettati internazzjonalment, jenħtieġ li jużaw il-ġudizzju professjonali tagħhom fit-twettiq tax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni.

RS Nru 09/2014: L-appoġġ ta’ promozzjoni u investiment tal-UE għas-settur tal-inbid huwa ġestit tajjeb u r-riżultati tiegħu fuq il-kompetittività tal-inbejjed tal-UE qegħdin jintwerew?

L-introduzzjoni tal-Kummissjoni ta’ kjarifiki u prijoritajiet jistgħu biss itejbu parzjalment is-sitwazzjoni peress li ma jipprevjenux appoġġ aktar fit-tul (sa ħames snin) għall-istess benefiċjarji fl-istess swieq fil-mira f’pajjiżi terzi.

Ġaladarba ma laqgħetx ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni mhix beħsiebha timplimenta din ir-rakkomandazzjoni kollha hemm hi. Għaldaqstant ir-riskji identifikati mill-QEA f’RS 9/2014 għadhom jeżistu.

Risposta: Il-Kummissjoni tqis li ladarba operatur bbenefika minn appoġġ għal operazzjoni ta’ promozzjoni f’suq ta’ pajjiż terz għal perjodu ta’ tlieta jew possibbilment ħames snin, l-operatur ma jkunx aktar eliġibbli għal appoġġ għall-istess operazzjoni fl-istess suq, lanqas fil-perjodu ta’ programmazzjoni sussegwenti. Dan il-kunċett ġie spjegat b’mod ċar f’ittra mibgħuta lil Stat Membru f’Jannar u ġie diskuss fil-Kumitat dwar l-Inbid f’Marzu ta’ din is-sena.

RS Nru 22/2014: Il-ksib ta’ ekonomija — inżommu l-ispejjeż tal-għotjiet għal proġetti tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-UE taħt kontroll

Peress li l-gwida mhix dokument vinkolanti u obbligatorju li għandu jiġi segwit, il-Kummissjoni ma tistax tkun taf kemm-il Stat Membru/reġjun fil-fatt utilizzawhom sabiex itejbu s-sistemi ta’ kontroll tagħhom.

B’kollox, bejn Frar 2015 u Jannar 2016, kien hemm biss tliet sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati mill-ENRD fir-rigward tar-raġonevolezza tal-ispejjeż u SCO. B’118-il politika ta’ żvilupp rurali, hemm riskju li jista’ jkun li l-Kummissjoni tkun teħtieġ li tagħmel aktar biex tiżgura li kull Stat Membru/reġjun kellu l-opportunità li jipparteċipa jew ipparteċipa f’sessjonijiet ta’ taħriġ bħal dawn.

Il-pjattaforma għall-kondiviżjoni ta’ prattika tajba tal-ENRD tista’ tiġi żviluppata billi żżid eżempji ta’ proċeduri amministrattivi tajba bħal dawk fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż.

Risposta: Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata. Il-Kummissjoni tat deskrizzjoni tad-diversi okkażjonijiet li fihom is-suġġetti inkwistjoni huma diskussi mal-Istati Membri kif ukoll l-emendi riċenti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 809/2014. Fuq talba tal-Istati Membri, id-Dokument ta’ Gwida dwar Kontrolli u Sanzjonijiet se jiġi aġġornat matul l-2018.

RS Nru 23/2014: Żbalji fin-nefqa għall-iżvilupp rurali: x’jikkawżahom, u kif qed jiġu indirizzati

Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni li jridu jintbagħtu mill-Istati Membri sat-30 ta’ Ġunju 2017 se jipprovdu lill-Kummissjoni bl-opportunità li tikseb fehma aġġornata u aktar approfondita dwar l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ żvilupp rurali.

Risposta: Ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni (AIR) imtejjeb għall-programmi ta’ żvilupp rurali li se jiġu introdotti fl-2019 se jinkludi iktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ żvilupp rurali.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tevalwa l-ħolqien tal-politika u l-ħtieġa kontinwa għal kull miżura ta’ sostenn abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, qabel tagħmel proposti għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

Risposta: Il-Kummissjoni ħadet impenn li tanalizza modi possibbli kif ittejjeb il-prestazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali b’mod ġenerali. Diġà nbdew riflessjonijiet f’dan ir-rigward fil-kuntest tat-tħejjija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Immodernizzar u s-Simplifikazzjoni tal-PAK.

RS Nru 24/2014: L-appoġġ mill-UE għall-prevenzjoni u r-restawr ta’ ħsara għall-foresti kkawżata minn nirien u diżastri naturali huwa ġestit tajjeb?

It-tlestija ta’ sett għall-UE ta’ kriterji bażiċi, kif rakkomandat mill-Qorti, għadu pendenti / taħt żvilupp.

Risposta: Il-Kummissjoni taqbel li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni għadha għaddejja. Il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni ma’ grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar in-nirien fil-foresti biex jiġu stabbiliti kriterji komuni. Minħabba li t-tipi ta’ foresti, il-vulnerabbiltà għan-nirien, il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi u l-livelli tal-periklu min-nirien huma differenti ħafna fl-UE, dan huwa eżerċizzju konġunt b’involviment minn servizzi differenti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Jidher li r-riżultati jistgħu jkunu mistennija sa tmiem l-2018. Id-DĠ ENV, flimkien maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, huwa responsabbli għal din il-kwistjoni peress li huma jmexxu l-grupp espert fin-nirien tal-foresti.

Evalwazzjoni tal-effettività tal-azzjonijiet għadha pendenti minħabba l-fatt li ħafna mill-proġetti ffinanzjati taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ġdid għadhom ma ġewx finalizzati jew awditjati.

Risposta: Il-Kummissjoni qieset din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata. L-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni inkluż, fost oħrajn, l-awditi ta’ konformità li jinsabu għaddejjin dwar is-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri kif ukoll il-monitoraġġ ta’ pjanijiet ta’ azzjoni dwar id-dgħufijiet identifikati, huma meqjusa bħala effettivi. Dawn l-azzjonijiet għandhom l-għan li jindirizzaw kwalunkwe sfida magħrufa fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri u se jibqgħu għaddejjin sal-aħħar tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali. Għaldaqstant, valutazzjoni finali tal-effettività ta’ dawn l-azzjonijiet għadha mhux possibbli.

Il-Kummissjoni kkonfermat f’RAD li l-implimentazzjoni tagħha “tista’ titlesta biss fl-2019”.

Għaldaqstant, hemm riskju li d-dgħufijiet identifikati fir-RS 24/2014 fir-rigward tal-monitoraġġ jistgħu jippersistu fil-perjodu 2014–20 jekk l-għodod ta’ monitoraġġ il-ġodda proposti għadhom ma tejbux il-qafas ta’ monitoraġġ għal dan l-appoġġ speċifiku, kif kien il-biża’ tal-Qorti fil-konklużjonijiet (paragrafu 81) tar-RS 24/2014.

Risposta: Ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni (AIR) imtejjeb għall-programmi ta’ żvilupp rurali li se jiġu introdott fl-2019 se jinkludi iktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżura f’konformità mal-objettivi speċifiċi.

RS Nru 01/2014: L-effikaċja ta’ proġetti pubbliċi għat-trasport urban appoġġati mill-UE

Il-Kummissjoni jaf talbet għal indikaturi tar-riżultati għal proġetti għat-trasport urban fil-proċess tan-negozjati iżda peress li ma hemmx indikaturi predefiniti obbligatorji taħt il-FEŻR, mhux kull PO li jkollu proġetti għat-trasport urban ikun iddefinixxa indikaturi bħal dawn.

Ma hemmx indikaturi fil-livell tal-proġetti nfushom u ebda indikatur relatat mal-kwalità tas-servizzi u l-livell ta’ sodisfazzjon tal-utenti, l-utilizzazzjoni ta’ stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-utenti mhuwiex sistematiku u mhuwiex obbligatorju.

Risposta: L-indikaturi tar-riżultati inklużi fil-programmi 2014–2020 kienu magħżula filwaqt li tqiesu l-problemi li għandhom jiġu indirizzati mill-programm, id-direzzjoni tal-bidla mixtieqa u s-sitwazzjoni li għandha tintlaħaq (mira). Għaldaqstant huwa possibbli li, meta l-objettiv ġenerali ta’ interventi kumplessi, inklużi investimenti limitati fit-trasport urban, kien l-effiċjenza fl-enerġija jew it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ Materja Partikulata (MP), l-awtoritajiet maniġerjali ma għażlux indikatur tar-riżultati li jirreferi direttament għall-użu tat-trasport pubbliku, peress li ma kienx relevanti għall-objettivi tal-programmi. Dan għen ukoll biex jillimita l-piż amministrattiv marbut mat-tiftix ta’ kofinanzjament.

Il-proġetti kollha meta japplikaw għal finanzjament tal-UE jkollhom l-indikaturi tagħhom speċifiċi għall-proġett. Il-modalitajiet għall-inklużjoni tagħhom jitħallew f’idejn l-Istati Membri u jiddependu fuq l-approċċi nazzjonali. L-applikazzjonijiet tal-proġetti jiżvelaw ħafna informazzjoni dwar l-eżiti mistennija tal-proġetti (tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-kwalità tal-arja lokali, tnaqqis tal-konġestjoni, tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar u inċidenti, u esternalitajiet oħrajn tas-settur tat-trasport).

Il-Kummissjoni tqis li azzjonijiet fil-livell tal-UE huma proporzjonali. Għaldaqstant, “stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-utent” huwa rrakkomandat għal proġetti fejn abbażi ta’ previżjonijiet ta’ domanda u l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, hemm ħtieġa ġenwina li jiġu mmonitorjati dawn l-aspetti sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-infrastruttura, u l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett. Għal proġetti li jirrigwardaw pereżempju l-modernizzazzjoni ta’ servizzi tat-tramm eżistenti fuq rotot eżistenti u fejn diġà hemm domanda suffiċjenti fis-seħħ; l-eżistenza ta’ stħarriġ dwar is-sodisfazzjoni tal-utent jaf jidher eċċessiv.

Fi kwalunkwe każ, la r-rata ta’ użu u lanqas il-benefiċċji ma huma inklużi fil-ftehimiet ta’ għotjiet u mkejla għal kull proġett.

Minħabba n-nuqqas ta’ indikaturi ta’ riżultati fir-regolament dwar il-FEŻR, għal kull settur, għad m’hemm l-ebda standard unifikat biex titkejjel il-prestazzjoni tat-trasport urban għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020.

Risposta: L-obbligi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri jirreferu għal-livell tal-assi ta’ prijorità. Modalitajiet ta’ dan il-monitoraġġ jitħallew f’idejn l-Istati Membri peress li l-informazzjoni tista’ tinġabar jew mill-benefiċjarji jew minn evalwazzjonijiet tal-impatt, akkwistati mill-Awtoritajiet Maniġerjali. Speċjalment għal proġetti tat-trasport pubbliku, it-tieni alternattiva tista’ tkun aktar effiċjenti, b’mod partikolari jekk ikun hemm aktar minn proġett wieħed iffinanzjat mill-UE realizzati fl-istess belt.

Għad m’hemm l-ebda kejl fuq il-livell ta’ proġetti individwali, li huwa dak li rakkomandazzjonijiet qed jitolbu.

Minħabba n-nuqqas ta’ indikaturi ta’ riżultati fir-regolament dwar il-FEŻR, għal kull settur, għad m’hemm l-ebda standard unifikat biex titkejjel il-prestazzjoni tat-trasport urban għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020.

Risposta: Is-sistema ta’ monitoraġġ kienet imfassla biex tippermetti l-kejl fil-livell ta’ programmi. Sett ta’ indikaturi predefiniti ġew inklużi fil-bażi legali biex jitkejjel il-progress fil-livell tal-eżitu, iżda ebda proposta bħal din fil-livell tal-indikaturi tar-riżultati ma ġiet deċiża mill-korpi leġiżlattivi. Madankollu, indikaturi tar-riżultati bħal dawn setgħu ġew proposti bħala indikaturi tar-riżultat speċifiċi għall-programm, iżda ma kinux aggregabbli fil-livell tal-UE minħabba differenzi fid-definizzjonijiet ta’ indikaturi. Dan l-approċċ huwa proporzjonat fid-dawl tal-fatt li l-kejl tar-riżultati ta’ proġetti għat-trasport urban jista’ jvarja minn belt għal oħra anki fl-istess Stat Membru.

RS Nru 07/2014: Il-FEŻR appoġġa b’suċċess l-iżvilupp ta’ inkubaturi tan-negozju?

Ma hemm ebda evidenza li l-proċess ta’ inkubazzjoni dejjem jibda bi programm ta’ inkubazzjoni dettaljat u mfassal apposta li l-implimentazzjoni tiegħu tkun segwita u li l-kisba tal-objettivi kummerċjali tkun dejjem ivvalutata.

Għad m’hemm l-ebda linja gwida komprensiva indirizzata lill-Istati Membri li tirrikjedi b’mod espliċitu l-kundizzjonijiet kollha għall-kofinanzjament tal-UE ta’ inkubaturi tan-negozju, kif irrakkomandat mill-QEA, biex jitqiegħdu fil-PO nazzjonali kollha li jipprevedu l-użu ta’ dawn l-inkubaturi.

Risposta: L-Istati Membri huma infurmati dwar ir-Rapport Speċjali 7/2014 u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fih. Il-Kummissjoni tat parir li jenħtieġ li xi programmi operattivi jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-ħtieġa li tingħata attenzjoni lil programmi ta’ inkubazzjoni, il-ħtieġa li jiġu akkumpanjati l-SMEs fis-snin bikrin tagħhom u l-ħtieġa li negozji ġodda jingħataw appoġġ ta’ fattibbiltà, programmi ta’ mentoraġġ u tagħlim.

Taħt ġestjoni kondiviża l-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi iżda mhux ta’ proġetti individwali. Hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali li jagħżlu dawk il-proġetti għall-appoġġ li jikkontribwixxu bl-aħjar mod biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm ikkonċernat u jitolbu mingħand il-benefiċjarju potenzjali t-tħejjija ta’ programm ta’ inkubazzjoni dettaljat u mfassal apposta għal kull kumpanija klijenta. Għaldaqstant jenħtieġ li jintroduċu obbligi kuntrattwali xierqa għall-benefiċjarji fil-ftehimiet tal-għotja li jipprovdu assigurazzjoni għalihom li l-eżiti u r-riżultati mixtieqa se jinkisbu bl-operazzjonijiet magħżula.

Il-Kummissjoni pproduċiet sett komprensiv ta’ gwidi tematiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-objettiv tematiku 1 dwar it-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni inkluż: l-innovazzjoni tas-servizz, l-industriji kreattivi, il-konnessjoni tal-universitajiet mat-tkabbir reġjonali, l-inkubaturi bbażati fuq l-innovazzjoni, Norbtu t-Tkabbir Intelliġenti ma’ dak Sostenibbli permezz tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti. Dawn ġew promossi b’mod wiesa’ mill-Kummissjoni u huma disponibbli fuq: http://s3platform.jrc.ec.europa.eu/s3pguide

Dawn il-gwidi tematiċi kienu wkoll issuġġeriti bħala qari ulterjuri fil-Guidance on Ex ante Conditionalities for the European Structural and Investment Funds, it-tieni parti, u ngħata parir biex jiġu segwiti fir-rwol konsultattiv tal-Kummissjoni fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programmi operazzjonali rilevanti.

L-offerta ta’ servizzi ta’ inkubazzjoni lil kumpaniji mhux residenti wkoll xorta mhix kundizzjoni għall-kofinanzjament tal-UE tal-inkubaturi tan-negozju fl-Istati Membri kollha.

Għad m’hemm l-ebda linja gwida komprensiva indirizzata lill-Istati Membri li tirrikjedi b’mod espliċitu l-kundizzjonijiet kollha għall-kofinanzjament tal-UE ta’ inkubaturi tan-negozju, kif irrakkomandat mill-QEA, biex jitqiegħdu fil-PO nazzjonali kollha li jipprevedu l-użu ta’ dawn l-inkubaturi.

Risposta: Il-Kummissjoni tqis li l-inkubaturi jistgħu joffru s-servizzi tagħhom ukoll għal kumpaniji mhux residenti iżda biss fl-Istati Membri msemmija mill-Kummissjoni bħala eżempju, u b’hekk l-appoġġ ta’ inkubazzjoni jkun jista’ jkollu impatt akbar fuq il-komunità lokali tan-negozju u jtejjeb il-possibbiltajiet għan-netwerking.

L-istabbiliment ta’ sistemi ta’ monitoraġġ bħal dawn mhux kundizzjoni għal kofinanzjament iżda jintalab fuq bażi volontarja.

Risposta: Taħt ġestjoni kondiviża tal-Fondi Strutturali ma hemm ebda bażi legali biex il-Kummissjoni tirrikjedi espliċitament l-inkorporazzjoni ta’ dan l-element fil-proċedura tad-disinn. Il-Kummissjoni qed tirrakkomanda wkoll li sistema ta’ monitoraġġ ibbażata fuq data tan-negozju prodotta minn klijenti appoġġati tiġi stabbilit permezz ta’ inkubaturi tan-negozju li jirċievu kofinanzjament mill-UE.

RS Nru 12/2014: Il-FEŻR huwa effettiv biex jiffinanzja proġetti li jippromwovu direttament il-bijodiversità taħt l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020?

Il-Kummissjoni ma timmonitorjax PO fid-dettall. Minħabba l-modalità ta’ ġestjoni, din tibqa’ responsabbiltà fil-livell tal-Istati Membri.

Risposta: Il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali permezz tal-mezzi pprovduti lilha mir-Regolamenti sottostanti: Il-Kumitat ta’ Monitoraġġ, ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni Annwali u Finali, il-Laqgħa ta’ Rieżami Annwali.

Il-Kummissjoni tiddiskuti l-kwistjonijiet tal-proġetti preparatorji mal-Istati Membri iżda dan mhux meqjus biżżejjed fid-dokumenti ta’ gwida.

Risposta: Il-Kummissjoni tenfasizza li d-dokumenti ta’ gwida rilevanti ġew ippubblikati qabel ir-rapport speċjali, qabel it-tħejjija ta’ programmi operazzjonali fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-kwistjoni tkun meqjusa sew fid-dokumenti ta’ gwida għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ wara l-2020.

Għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat il-proċess u għaldaqstant ukoll il-preċiżjoni tal-mekkaniżmu.

Risposta: Skont il-kategoriji tal-infiq, inkluż bil-ponderazzjoni tal-bijodiversità, id-data finanzjarja hija pubblikament disponibbli fil-katalogu tal-Portal tad-Data Miftuħa tal-Fond Strutturali u ta’ Investiment Ewropew (FSIE). Mhux possibbli li titwettaq analiżi ex post, u għaldaqstant tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-metodoloġija ta’ intraċċar tal-bijodiversità, qabel ma parti kbira tal-baġit tiġi eżegwita.

RS Nru 20/2014: L-appoġġ tal-FEŻR lill-SMEs fil-qasam tal-kummerċ elettroniku kien effettiv?

Jeħtieġ li jitwettqu iktar gwida u kontrolli fil-livell tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li s-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ informazzjoni stabbiliti jipprovdu data affidabbli u f’waqtha dwar il-progress u l-prestazzjoni tal-PO.

Risposta: Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 skont l-Artikolu 50 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), l-Istati Membri jridu jippreżentaw rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi kollha rispettivament. Dawn ir-rapporti jinkludu informazzjoni fost oħrajn dwar indikaturi komuni u speċifiċi għal programm u valuri fil-mira kkwantifikati. Il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-informazzjoni pprovduta f’dawn ir-rapporti, u f’każ ta’ tħassib dwar l-affidabbiltà u l-puntwalità tad-data pprovduta r-rapporti jiġu rritornati lill-Istati Membri għal modifika.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed iwettqu awditi fuq l-affidabbiltà tad-data dwar il-prestazzjoni. Data li mhix affidabbli se tiġi kkunsidrata bħala dgħufija fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u tista’ twassal għal korrezzjonijiet finanzjarji. Fl-2017 il-Kummissjoni wettqet disa’ awditi fuq l-affidabbiltà tad-data. Peress li l-implimentazzjoni għadha kif bdiet, l-awditi tal-Kummissjoni kkonċentraw fuq l-akkumulazzjoni ta’ sistemi għall-ġbir u r-rappurtar tad-data tal-prestazzjoni. B’riżultat, dawn l-awditi jistgħu jitqiesu bħala sforzi preventivi u li jibnu l-kapaċità mill-Kummissjoni. L-awtoritajiet tal-awditjar se jirrappurtaw ukoll dgħufijiet fl-affidabbiltà tad-data ta’ prestazzjoni bħala parti mill-ħidma u l-assigurazzjoni annwali tagħhom ipprovduta, ġaladarba tavvanza l-implimentazzjoni.

Kif imħabbar, il-Kummissjoni ma pproponietx indikaturi standard rilevanti għall-objettivi strateġiċi tal-UE dwar il-kummerċ elettroniku.

Risposta: Fil-perjodu 2014–2020 l-użu ta’ “indikaturi komuni” sar obbligatorju fejn kien rilevanti. L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku fl-SMEs huwa tip wieħed biss ta’ intervent skont l-iżvilupp tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT). L-appoġġ limitat allokat mill-Istati Membri għal dan it-tip ta’ intervent fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti ma kienx jiġġustifika l-istabbiliment ta’ “indikatur komuni” f’dan il-qasam. Għall-perjodu ta’ wara l-2020 il-Kummissjoni se teżamina modi possibbli biex ittejjeb is-sett ta’ indikaturi tal-programmi, b’mod partikolari fl-iżvilupp ta’ “indikaturi komuni”. Madankollu dawk il-programmi operattivi li jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku fl-SMEs kienu liberi li jistabbilixxu indikaturi speċifiċi li huma rilevanti għall-intervent. L-indikaturi, bħala parti mill-programmi operazzjonali, kienu negozjati u fl-aħħar mill-aħħar adottati mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni ma kinitx tirrikjedi li sett minimu ta’ indikaturi robusti b’miri relatati jiġu definiti fil-ftehimiet ta’ għotjiet.

Risposta: Taħt ġestjoni kondiviża l-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi iżda mhux ta’ proġetti individwali. Hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali li jagħżlu dawk il-proġetti għall-appoġġ li jikkontribwixxu bl-aħjar mod biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm ikkonċernat. Għaldaqstant jenħtieġ li jintroduċu obbligi kuntrattwali xierqa għall-benefiċjarji fil-ftehimiet tal-għotja li jipprovdu assigurazzjoni għalihom li l-eżiti u r-riżultati mixtieqa se jinkisbu bl-operazzjonijiet magħżula, biex jintlaħqu l-indikaturi ta’ mira fil-livell ta’ prijorità / programm operazzjonali.

RS Nru 21/2014: Infrastrutturi tal-ajruporti ffinanzjati mill-UE — valur baxx għall-flus

Hemm riskju akbar li, bir-rieżami tal-GBER, l-Istati Membri jieħdu l-opportunità li jużaw il-finanzjament pubbliku għal ajruporti iżgħar u finanzjarjament mhux vijabbli.

Risposta: Il-Kummissjoni tqis li t-tibdil fil-leġiżlazzjoni dwar għajnuna mill-istat ma għandha ebda effett dirett fuq kif il-kofinanzjament tal-UE jiġi allokat skont il-politika ta’ koeżjoni.

RS Nru 18/2014: L-evalwazzjoni u s-sistemi ta’ monitoraġġ orjentati lejn ir-riżultati tal-EuropeAid

Hemm nuqqas ta’ dokumentazzjoni dwar kif il-kriterji tal-għażla ġew applikati fl-istabbiliment tal-pjanijiet ta’ evalwazzjoni individwali (eżempji) mid-delegazzjonijiet u fil-livell ta’ kwartieri ġenerali.

Risposta: Il-Kummissjoni taqbel ma’ din il-valutazzjoni u attwalment qed tieħu azzjoni sabiex ittejjeb dan l-aspett ta’ ppjanar tal-evalwazzjonijiet.

Il-kuntratt ESS, li ngħata f’Diċembru 2016, għadu f'fażi tal-bidu. Għaldaqstant, huma meħtieġa aktar sforzi sabiex ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tiġi implimentata bis-sħiħ, speċjalment fir-rigward tal-analiżi tar-raġunijiet għad-dewmien tal-evalwazzjonijiet u l-miżuri adottati biex dawn jiġu indirizzati.

Nuqqas ta’ effikaċja fil-ksib ta’ riżultati rigward il-Pjanijiet ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni mid-delegazzjonijiet.

Risposta: Tabilħaqq, il-ħidma tal-ESS għadha fil-fażi inizjali tagħha. Iktar analiżi u miżuri korrettivi diġà qed jittieħdu, kif diġà ntwera: il-kollaborazzjoni ta’ suċċess bejn delegazzjonijiet tal-UE u l-Unitajiet ta’ HQ ippermettiet il-ġbir ta’ 85 OEPs (li jissostitwixxu l-Pjan ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni) għall-2018 b’rata ta’ risposta ta’ 91 % mit-93 delegazzjoni tal-UE kkuntattjati. Il-funzjonalità għall-kodifikazzjoni tal-OEP hija diġà disponibbli f’EVAL sa minn tmiem Marzu 2018. L-OEPs kollha tal-2018 se jkunu kkowdjati mill-ESS f’EVAL u l-OEP tal-2019 se jiġi kkowdjat direttament mid-delegazzjonijiet u l-Unitajiet infushom. Din il-funzjonalità ġdida se tiffaċilita l-analiżi u l-monitoraġġ tal-evalwazzjonijiet imwettqa mid-delegazzjonijiet u l-unitajiet fil-kwartieri ġenerali.

Mekkaniżmu sistematiku ta’ ġbir ta’ data dwar ir-riżultati tal-programmi għal mill-inqas tliet snin wara t-tlestija tagħhom għadu mhux fis-seħħ biex jintwera b’mod ċar l-impatt u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba.

Għad trid tiġi murija żieda fil-proporzjon ta’ evalwazzjonijiet ex post, meħtieġa biex jidhru riżultati fuq terminu itwal bħalma huma impatti.

Dgħufijiet fid-data dwar riżultati tal-iżvilupp u f’mekkaniżmi ta’ tagħlimiet miksuba kienu rrappurtati lil DEVCO f’Ottubru 2016 (“Rieżami ta’ evalwazzjonijiet strateġiċi”).

Risposta: Inizjalment il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni u tkompli ma taqbilx magħha.

Fir-rigward taż-żieda fil-proporzjon ta’ evalwazzjoni ex post, il-Kummissjoni tikkunsidra li evalwazzjoni sistematika ex post tal-programmi mhix kosteffiċjenti f’termini tal-utilità tal-informazzjoni pprovduta. L-informazzjoni dwar ir-riżultati fit-tul minn interventi hija integrata fl-evalwazzjonijiet strateġiċi mwettqa mill-Kummissjoni, li jipprovdu stampa aħjar tal-impatti tal-interventi f’żona ġeografika jew tematika partikolari.

L-evalwazzjonijiet isegwu r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni tal-2013 Tisħiħ tas-Sisien tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti — it-titjib tal-evalwazzjoni (COM (2013) 686 final) u l-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar li nħarġu fid-19 ta’ Mejju 2015 li l-għanijiet tagħhom huma, fost oħrajn, il-promozzjoni tal-“kultura ta’ evalwazzjoni” tal-Kummissjoni, l-applikazzjoni tal-“prinċipju tal-evalwazzjoni tiġi l-ewwel” kif iddikjarat fil-Politika ta’ Evalwazzjoni komuni ta’ DEVCO/EEAS, iż-żieda tat-trasparenza fil-proċess tal-evalwazzjonijiet u l-użu tar-riżultati tagħhom. Fl-2016 il-Kummissjoni kompliet tagħmel enfasi fuq it-titjib tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-evalwazzjoni tal-proġetti: żewġ għodod prinċipali tpoġġew fil-produzzjoni (Pjanijiet ta’ Evalwazzjoni u Monitoraġġ u Modulu ta’ Evalwazzjoni) u Tim ta’ Servizz ta’ Appoġġ Estern ingħata l-kuntratt.

Ma ġietx murija żieda ta’ evalwazzjonijiet ex-post minn DEVCO minkejja li nkiseb titjib permezz ta’ mezzi alternattivi.

Risposta: Fir-risposta inizjali tagħha, il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni ġaladarba analiżi ulterjuri wriet li żieda f’evalwazzjonijiet ex post kienet effiċjenti u utli. L-analiżi mwettqa wasslet għall-konklużjoni li żieda fil-proporzjon ta’ evalwazzjonijiet ex post mhux neċessarjament twassal għal informazzjoni aħjar dwar ir-riżultati, peress li din l-informazzjoni jaf ma tasalx fl-iktar mument xieraq għat-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li ċertament din issir bi spiża.

F’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-QEA, u billi ssegwi din l-analiżi, il-Kummissjoni qablet li titjib tal-bażi loġika tal-evalwazzjonijiet ta’ proġetti u programmi kien meħtieġ: għażla f’kull fażi — f’nofs iż-żmien, fil-fażi finali, ex post — fil-qafas sħiħ tal-programm ta’ pajjiż, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-istrumenti ta’ rappurtar l-oħra (RFW) u l-objettivi tal-evalwazzjonijiet (bilanċ bejn ir-responsabbiltà u t-tagħlim). F’dan ir-rigward ittieħdu miżuri.

L-informazzjoni dwar ir-riżultati fit-tul minn interventi hija integrata fl-evalwazzjonijiet strateġiċi mwettqa minn DEVCO, li jipprovdu stampa aħjar tal-impatti tal-interventi f’żona ġeografika jew tematika partikolari.

Ma hemm ebda mekkaniżmu sistematiku ta’ segwitu għall-pjanijiet ta’ azzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ evalwazzjonijiet strateġiċi għal aktar minn sena f’dak li jikkonċerna l-fiche contradictoire.

Il-modulu tal-IT EVAL ma jinkludix l-evalwazzjonijiet strateġiċi s’issa.

Risposta: Filwaqt li l-fiche contradictoire hija — b’xi eċċezzjonijiet — segwita biss wara sena, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li s-segwitu u l-użu tar-riżultati ta’ evalwazzjoni huwa proċess li jieħu fit-tul li jmur lil hinn mill-istrument formali tal-fiche contradictoire. Dan jinkludi parteċipazzjoni fi proċessi ta’ programmar u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet meta jenħtieġ li l-informazzjoni marbuta mal-evalwazzjonijiet tkun inkorporata.

ANNESS 3.3

RAKKOMANDAZZJONIJIET INDIRIZZATI LILL-ISTATI MEMBRI

Numru tar-Rapport Speċjali

Titlu tar-rapport speċjali

Numru u qasam / sommarju tar-rakkomandazzjoni lill-Istati Membri

1/2017

Jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex il-potenzjal sħiħ tan-netwerk Natura 2000 jiġi implimentat

1.

(a) u (b) Jiksbu implimentazzjoni sħiħa tad-Direttivi dwar in-Natura

2.

(a), (b) u (c) Jiffinanzjaw u jikkontabilizzaw l-ispejjeż ta’ Natura 2000

3.

(a) u (c) Ikejlu r-riżultati li nkisbu minn Natura 2000

2/2017

In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2000, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi

2.

(a) Jipprovdu informazzjoni finanzjarja għall-monitoraġġ

4.

Ma jkomplux jużaw indikaturi speċifiċi għall-programm li ma jkunux meħtieġa.

5.

Jiżguraw li tinġabar id-data li hija rilevanti biex jiġu stabbiliti l-effetti tal-interventi tal-FEŻR

3/2017

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza?

1.

Jimmaniġġjaw l-aspettattivi billi jissettjaw objettivi u miri realistiċi u li jistgħu jintlaħqu u jwettqu valutazzjonijiet tad-diskrepanzi u analiżijiet tas-suq qabel iwaqqfu l-iskemi

2.

Jistabbilixxu strateġiji xierqa ta’ sensibilizzazzjoni biex jistipulaw objettivi annwali li jkunu konkreti u li jistgħu jitkejlu u jidentifikaw l-isfidi prinċipali u pjanijiet ta’ azzjoni biex jegħlbuhom.

3.

Jistabbilixxu stampa ġenerali kompleta tal-ispiża ta’ implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ biex jipprijoritizzaw il-miżuri relatati li jridu jiġu implimentati

4.

Jiżguraw li l-offerti jitqiesu bħala ta’ kwalità tajba biss jekk ikunu jaqblu mal-profil tal-parteċipant u mad-domanda fis-suq tax-xogħol, u jekk iwasslu għal integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol.

5.

Itejbu s-sistemi ta’ monitoraġġ u rappurtar tagħhom sabiex jipprovdu data ta’ kwalità b’mod regolari, u b’hekk jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ politiki, dwar iż-żgħażagħ, li jkunu bbażati aktar fuq l-evidenza.

6/2017

Ir-rispons tal-UE għall-kriżi tar-refuġjati: l-approċċ “hotspot”

3.

Skjeramenti ta’ esperti

8/2017

Il-kontrolli tas-sajd tal-UE: jenħtieġu sforzi addizzjonali

1.

(a) Itejbu l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-flotot tas-sajd

2.

(c) Itejbu l-monitoraġġ tal-miżuri ta' ġestjoni tas-sajd

3.

(a), (b) u (c) Itejbu l-affidabbiltà tad-data dwar is-sajd

4.

(a), (c) u (d) Itejbu l-ispezzjonijiet u s-sanzjonijiet

10/2017

Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv

1.

Itejbu l-loġika ta’ intervent billi jirrinfurzaw il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u jiddefinixxu l-objettivi SMART

2.

Itejbu l-immirar tal-miżuri

3.

It-tieni u t-tielet inċiż, Itejbu s-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

12/2017

Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta’ investiment għadhom sostanzjali

3.

Jirrikjedu li l-pjanijiet biex jintlaħaq ċertu livell ta’ tnaqqis fit-telf tal-ilma jiġu inklużi bħala kriterji tal-għażla għall-proġetti kollha ta’ faċilitajiet tal-ilma li jkunu jippermettu l-ilħuq tal-miri nazzjonali

5.

(a) u (b) Jiżguraw li t-tariffi tal-ilma jipprevedu s-sostenibbiltà tal-infrastrutturi tal-ilma u jqisu, jekk ikun meħtieġ, il-possibbiltà li jagħtu appoġġ finanzjarju jew forom oħra ta’ appoġġ lil unitajiet domestiċi li għalihom l-ispiża tas-servizzi tal-ilma tkun ogħla mir-rata ta’ affordabbiltà

13/2017

Sistema Ewropea unika tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju: l-għażla politika qatt se ssir realtà?

1.

Valutazzjoni tal-ispejjeż tat-tħaddim tas-Sistema Ewropea unika tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju

2.

Dekummissjonar tas-sistemi nazzjonali ta’ sinjalar

3.

Argument għall-vijabbiltà ekonomika individwali għall-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji

6.

(a) Allinjament tal-pjanijiet nazzjonali għall-mobilitazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar

8.

(a) u (b) Immirar aħjar tal-finanzjament mill-UE

16/2017

Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati

1.

(b) Jenħtieġ li l-Istati Membri jispeċifikaw kif il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, komplementarjetà u sinerġija bejn il-Programmi tal-Iżvilupp Rurali u programmi oħra se jiġu implimentati, kif se jingħataw segwitu u kif se jsir rappurtar dwarhom fil-kuntest tar-regoli tal-UE

18/2017

Ajru Uniku Ewropew: il-kultura nbidlet, iżda għad ma hemmx ajru uniku

3.

Jiżguraw l-indipendenza u l-kapaċità sħaħ tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali

19/2017

Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE

6.

(a), (b), (c) u (d) Jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu kundizzjoni li permezz tagħha l-evitar ta’ kontrolli ssuġġeriti jkun jirrikjedi approvazzjoni ġerarkika minn qabel jew minnufih, jintroduċu kontrolli fis-sistemi elettroniċi tagħhom ta’ rilaxx, jivverifikaw ex post il-konformità tal-operaturi tas-suq mal-eżenzjoni mid-dazji doganali għal kunsinni ta’ valur baxx u jifformulaw pjanijiet ta’ investigazzjoni biex jiġġieldu kontra l-abbuż li jsir minn din l-eżenzjoni

ANNESS 3.4

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL KWISTJONIJIET TA' PRESTAZZJONI

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F’xi wħud mill-aspetti

2014

Rakkomandazzjoni 1:

jeħtieġ li l-istrateġija tal-UE u l-QFP ikunu allinjati aħjar, b'mod partikolari rigward il-perjodu ta' żmien u l-prijoritajiet. Dan kieku jgħin biex jiġi żgurat l-istabbiliment ta' arranġamenti adegwati ta' monitoraġġ u rappurtar, u b'hekk jagħmilha aktar faċli għall-Kummissjoni li tirrapporta b'mod effettiv dwar il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE għall-istrateġija tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa lil-leġiżlatur biex jindirizza din il-kwistjoni.

 

 

 

X

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2:

jeħtieġ li l-għanijiet politiċi ta’ livell għoli tal-istrateġija tal-UE jiġu kkonkretizzati f’miri operazzjonali utli għall-maniġers. Għas-suċċessur ta’ Ewropa 2020, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi lil-leġiżlatur li:

a)

l-għanijiet politiċi ta’ livell għoli jkunu riflessi fl-objettivi fil-livell tal-UE;

(b)

imbagħad, il-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi jikkonkretizzaw dawn l-objettivi fil-livell tal-UE fl-objettivi operazzjonali fil-livell tal-Istati Membri; rabta bħal din hija meħtieġa wkoll għal programmi mmaniġġjati direttament mill-Kummissjoni;

 

 

 

 

 

X

 

Rakkomandazzjoni 3:

Jenħtieġ li l-fokus fuq ir-riżultati jiġi rinforzat malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi lil-leġiżlatur li:

(a)

l-Istati Membri jridu jinkludu fil-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi tagħhom ir-riżultati kkwantifikati li l-finanzjament huwa intenzjonat li jikseb

b)

Jenħtieġ li l-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi kollha jinkludu indikaturi komuni tar-riżultati, fejn possibbli kondiviżi mill-fondi differenti, imfassla biex jimmonitorjaw il-progress fil-livelli lokali, tal-Istati Membri u tal-UE.

(c)

Jenħtieġ li l-qafas ta’ prestazzjoni (inkluża kwalunkwe riżerva ta’ prestazzjoni) ikun ibbażat, kemm jista’ jkun, fuq dawn l-indikaturi komuni tar-riżultati.

 

 

 

 

 

X

 


KAPITOLU 4

Dħul

WERREJ

Introduzzjoni 4.1-4.4
Deskrizzjoni qasira tad-dħul 4.2-4.3
Ambitu u approċċ tal-awditjar 4.4
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 4.5
Eżaminar tar-rapporti annwali tal-attività u ta' elementi oħra tas-sistemi ta' kontroll intern 4.6-4.20
B’mod ġenerali, l-għadd ta’ riżervi tal-ING u tal-VAT kif ukoll ta’ punti miftuħa tal-RPT baqgħu ma nbidlux. 4.7-4.8
Il-Kummissjoni kompliet timplimenta l-pjan pluriennali tagħha ta’ verifikazzjoni tal-ING u għamlet progress fil-valutazzjoni tal-impatt tal-globalizzazzjoni fuq il-kontijiet nazzjonali 4.9-4.11
Hemm xi dgħufijiet fil-ġestjoni tal-RPT mill-Istati Membri 4.12-4.16
Monitoraġġ insuffiċjenti tal-flussi ta’ importazzjoni kkontribwixxa għal proċess fit-tul biex id-dħul tal-UE jiġi ssalvagwardjat b’mod effettiv 4.17
Hemm dgħufijiet fil-verifikazzjonijiet li jirrigwardaw ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT 4.18-4.19
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza 4.20
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 4.21-4.23
Konklużjoni 4.21
Rakkomandazzjonijiet 4.22-4.23

Anness 4.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għad-dħul

Anness 4.2 —

ħadd ta' riżervi tal-ING, ta' riżervi tal-VAT u ta' punti miftuħa tal-RPT, li kienu pendenti fil-31.12.2017, skont l-Istat Membru

Anness 4.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għad-dħul

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

4.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għad-dħul, li jinkludi riżorsi proprji u dħul ieħor. Il- Kaxxa 4.1 tagħti ripartizzjoni tad-dħul fl-2017.

 

Kaxxa 4.1 —   Dħul — ripartizzjoni fl-2017

(EUR biljun)

Image

Total tad-dħul għall-2017  (1)

139,7

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira tad-dħul

4.2.

Il-biċċa l-kbira mid-dħul (83 %) jirriżulta mit-tliet kategoriji ta’ riżorsi proprji:

 

(a)

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (ibbażata fuq l-ING) tipprovdi 56 % tad-dħul tal-UE, u tibbilanċja l-baġit tal-UE wara li d-dħul mis-sorsi l-oħra kollha jkun ġie kkalkulat. Kull Stat Membru jikkontribwixxi b’mod proporzjonali fuq il-bażi tal-ING tiegħu (1).

 

(b)

Ir-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) jipprovdu 15 % tad-dħul tal-UE. Dawn jinkludu dazji doganali fuq l-importazzjonijiet (EUR 20,3  biljun), u imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor (EUR 0,1  biljun). It-tnejn li huma jinġabru mill-Istati Membri. Il-baġit tal-UE jirċievi 80 % tal-ammont totali; l-Istati Membri jżommu l-20 % li jifdal biex ikopru l-ispejjeż tal-ġbir.

 

(c)

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (ibbażata fuq il-VAT) tipprovdi 12 % tad-dħul tal-UE. Il-kontribuzzjonijiet taħt din ir-riżorsa proprja jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni ta’ rata uniformi (2) għall-bażijiet ta’ valutazzjoni armonizzati tal-VAT tal-Istati Membri.

 

4.3.

Id-dħul jinkludi wkoll ammonti li jiġu riċevuti minn sorsi oħra. Is-sorsi l-aktar sinifikanti huma l-kontribuzzjonijiet u r-rifużjonijiet li jirriżultaw mill-ftehimiet u l-programmi tal-Unjoni (3) (9 % tad-dħul tal-UE), il-bilanċ pożittiv mis-sena finanzjarja 2016 (5 % tad-dħul tal-UE), u l-multi u l-imgħax ta’ inadempjenza (2 % tad-dħul tal-UE).

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

4.4.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna dan li ġej għad-dħul fl-2017:

(a)

kampjun ta’ 55 ordni ta’ rkupru (4) tal-Kummissjoni maħsub biex ikun rappreżentattiv tas-sorsi kollha ta' dħul;

(b)

jekk ir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ Baġit) u tal-Eurostat ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tad-dħul li kienet konsistenti, b'mod ġenerali, mar-riżultati tagħna;

(c)

is-sistemi tal-Kummissjoni:

(i)

biex jiġi żgurat li d-data tal-Istati Membri dwar l-ING u l-VAT hija bażi xierqa għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mir-riżorsi proprji, kif ukoll għall-kalkolu u l-ġbir ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet (5);

(ii)

għall-ġestjoni tal-RPT, u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom sistemi effiċjenti biex jiġbru u jagħmlu disponibbli l-ammonti korretti tal-RPT;

(iii)

għall-ġestjoni tal-multi u l-penali;

(iv)

għall-kalkolu tal-ammonti li jirriżultaw mill-mekkaniżmi ta' korrezzjoni.

(d)

is-sistemi għall-kontabbilizzazzjoni tal-RPT (6) fi tliet Stati Membri magħżula (ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u n-Netherlands) (7).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

4.5.

L- Anness 4.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-55 tranżazzjoni li eżaminajna, l-ebda waħda ma kienet milquta minn żbalji.

 

EŻAMINAR TAR-RAPPORTI ANNWALI TAL-ATTIVITÀ U TA' ELEMENTI OĦRA TAS-SISTEMI TA' KONTROLL INTERN

4.6.

Kif spjegat fil-paragrafu 4.4, aħna għażilna u eżaminajna għadd ta’ sistemi. Il-kummenti li ġejjin ma jaffettwawx l-opinjoni globali tagħna dwar ir-regolarità tad-dħul tal-UE (ara l-Kapitolu 1), iżda jaċċennaw oqsma fejn il-kalkolu u l-ġbir tad-dħul jista’ jkun aħjar.

 

B’mod ġenerali, l-għadd ta’ riżervi tal-ING u tal-VAT kif ukoll ta’ punti miftuħa tal-RPT baqgħu ma nbidlux

4.7.

Meta l-Kummissjoni tidentifika każijiet ta’ nuqqas potenzjali ta' konformità mar-regolamenti dwar ir-riżorsi proprji (8), hija timmarka d-data bħala miftuħa u suġġetta għal emendi. Għal każijiet li jikkonċernaw l-ING jew il-VAT, din il-proċedura tissejjaħ l-issettjar ta’ riżerva; għal każijiet li jikkonċernaw l-RPT, il-proċedura korrispondenti tissejjaħ il-ħolqien ta’ punt miftuħ.

 

4.8.

B’mod ġenerali, l-għadd ta’ riżervi tal-ING u tal-VAT kif ukoll ta’ punti miftuħa tal-RPT baqgħu ma nbidlux (ara l- Anness 4.2 ). L-impatt ta’ dawn ir-riżervi u punti miftuħa fuq il-baġit tal-UE għad irid jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni kompliet timplimenta l-pjan pluriennali tagħha ta’ verifikazzjoni tal-ING u għamlet progress fil-valutazzjoni tal-impatt tal-globalizzazzjoni fuq il-kontijiet nazzjonali

4.9.

Il-Kummissjoni kompliet timplimenta l-pjan pluriennali tagħha ta’ verifikazzjoni tal-ING fl-Istati Membri. Dawn il-verifikazzjonijiet jeżaminaw jekk il-proċeduri ta’ kompilazzjoni li l-Istati Membri jużaw għall-kontijiet nazzjonali tagħhom jikkonformawx mal-ESA 2010 (9), u jekk id-data dwar l-ING hijiex affidabbli, eżawrjenti u komparabbli (10).

 

4.10.

Il-Kummissjoni ħarġet riżervi speċifiċi għall-proċessi (11), għall-Istati Membri kollha, sabiex tiżgura li huma jieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati ta’ xogħolha meta jikkalkulaw ir-riżorsi proprji tal-ING tagħhom għall-2010 ’il quddiem. Il-Kummissjoni tistenna li tkun ikkompletat iċ-ċiklu ta’ verifikazzjoni tagħha fl-2019.

 

4.11.

Is-sena l-oħra, aħna rrapurtajna li jkun meħtieġ li l-Kummissjoni twettaq xogħol addizzjonali biex tivvaluta l-impatt potenzjali tal-globalizzazzjoni fuq il-kontijiet nazzjonali (12). Fl-2017, il-Kummissjoni għamlet progress f’dan il-qasam. Hija waqqfet għadd ta’ task forces u gruppi ta’ ħidma li jinkludu esperti nazzjonali, introduċiet sistema ta’ twissija bikrija biex tidentifika l-każijiet tar-rilokazzjoni tal-assi tar-R&Ż, talbet lill-Istati Membri jimlew kwestjonarji dwar attivitajiet multinazzjonali u ppjanat li toħloq database ta’ studji tal-każijiet dwar intrapriżi multinazzjonali.

4.11.

Il-Kummissjoni kompliet taħdem b’mod intensiv fl-2018 f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. B’mod partikolari, il-proġett pilota tal-Grupp ta’ Intrapriżi Multinazzjonali (MNE, Multi-National Enterprise) tnieda bl-għan li jintlaħaq sa tmiem iċ-ċiklu attwali ta’ verifika tal-ING, fehim raġonevoli dwar l-affidabbiltà fir-reġistrazzjoni tal-kwistjonijiet marbutin mal-globalizzazzjoni fid-data tal-ING.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Hemm xi dgħufijiet fil-ġestjoni tal-RPT mill-Istati Membri

4.12.

Kull Stat Membru jibgħat lill-Kummissjoni rapport ta’ kull xahar dwar id-dazji doganali u l-imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor li huwa jkun ġabar (il-kontijiet A), kif ukoll rapport ta' kull tliet xhur dwar id-dazji stabbiliti li jkunu għadhom ma nġabrux (il-kontijiet B).

 

4.13.

Aħna eżaminajna l-ġbir tal-RPT fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja u fin-Netherlands. Iffukajna l-analiżi tagħna fuq: il-kompilazzjoni tal-kontijiet A; il-proċeduri għall-ġbir tal-ammonti rreġistrati fil-kontijiet B; u s-segwitu għat-talbiet tal-OLAF.

 

4.14.

Ma identifikajniex problemi sinifikanti fil-kompilazzjoni tal-kontijiet A fir-Repubblika Ċeka u fil-Ġermanja. Madankollu, fin-Netherlands, ma stajniex nivvalutaw kif xieraq l-affidabbiltà tar-rapporti tal-kontijiet A u B minħabba li s-sistemi doganali tal-IT ma ppermettewx li nistabbilixxu r-rendikont tal-entrati għat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

4.14.

In-nuqqas ta’ rekord tal-awditjar fin-Netherlands tqajjem ripetutament fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni u bħalissa qed jiġi segwit. L-awtoritajiet Olandiżi qegħdin fil-proċess li jistabbilixxu sistema tal-IT li se tistabbilixxi rekord tal-awditjar għat-tranżazzjonijiet sottostanti.

4.15.

Fit-tliet Stati Membri li żorna, aħna osservajna dgħufijiet fil-ġestjoni tal-kontijiet B. Dawn id-dgħufijiet jikkonċernaw prinċipalment l-irkupru infurzat tad-djun doganali. Din hija problema rikorrenti, li l-Kummissjoni rrappurtat ukoll fir-rapporti ta’ spezzjoni tagħha. Aħna sibna dgħufijiet simili fi Stati Membri oħra fis-snin preċedenti (13) (ara l- Anness 4.3 ).

4.15.

Il-Kummissjoni teżamina l-kont B f’kull spezzjoni tar-RPT (riżorsi proprji tradizzjonali) li twettaq. F’dan it-tip ta’ kont (ġabra ta’ każijiet mhux garantiti u/jew mhux ikkuntestati) inevitabbilment se jkun hemm nuqqasijiet. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni se tkompli tanalizza l-kont B f’kull waħda mill-ispezzjonijiet tagħha.

4.16.

Fir-Rapport Speċjali Nru 19/2017, aħna rrappurtajna dgħufijiet u lakuni serji li jindikaw li l-Istati Membri mhumiex qed japplikaw dawn il-kontrolli doganali b’mod effettiv (14). Dan ir-rapport jaċċenna wkoll ir-riskji sinifikanti li jirriżultaw mis-sottovalutazzjoni ta’ merkanzija fil-qafas tal-kummerċ elettroniku ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE. Dawn ir-riskji jistgħu jnaqqsu l-valur tal-RPT disponibbli għall-baġit tal-UE (15).

4.16.

Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni mogħtija fir-rapport speċjali 19/2017.

Barra minn hekk, fil-31 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kriterji għar-riskju finanzjarju (FRC, financial risk criteria) u standards għall-merkanzija rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera. Fid-deċiżjoni dwar l-FRC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri qablu dwar approċċ komuni għall-UE kollha u ġabra ta’ regoli sabiex ir-riskji finanzjarji jiġu indirizzati bl-istess mod.

Monitoraġġ insuffiċjenti tal-flussi ta’ importazzjoni kkontribwixxa għal proċess fit-tul biex id-dħul tal-UE jiġi ssalvagwardjat b’mod effettiv

4.17.

Wara li fl-2011 talbet lir-Renju Unit (UK) biex jistabbilixxi profili tar-riskju għal importazzjonijiet sottovalutati ta’ tessuti u żraben miċ-Ċina, il-Kummissjoni mbagħad damet aktar minn seba’ snin biex tniedi proċedura ta’ ksur tar-regoli (16). Dan huwa parzjalment dovut għall-fatt li l-Kummissjoni ma timmonitorjax b’mod suffiċjenti d-data dwar l-importazzjoni jew tanalizza xejriet mhux tas-soltu, bħal devjazzjonijiet bejn l-Istati Membri, jew ir-raġunijiet sottostanti għalihom (ara l- Kaxxa 4.2 ).

4.17.

Fil-qasam tar-riżorsi proprji tradizzjonali, il-Kummissjoni tibda biss proċedura ta’ ksur meta tkun stabbiliet evidenza konklużiva li prattika kostanti jew nuqqas ta’ Stat Membru partikolari, iwasslu għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali. Ladarba l-Kummissjoni f’Marzu 2017 stabilixxiet evidenza konklużiva li tindika li r-riżorsi proprji tradizzjonali ntilfu minħabba nuqqas ta’ azzjoni mir-Renju Unit, ħadet azzjoni soda u immedjata li tat bidu għal proċedimenti ta’ ksur. Ir-Renju Unit kien stabbilixxa dazji addizzjonali f’Novembru 2014, li jmorru lura sal-2011, meta l-Istati Membri ntalbu jistabbilixxu profili tar-riskju speċifiċi għal sottovalutazzjoni. Kien biss meta r-Renju Unit ikkanċella u rtira dawn l-ammonti mill-kont B fl-2015 li l-Kummissjoni kellha raġunijiet leġittimi biex tinvestiga aktar din il-kwistjoni, u għaldaqstant inkludietha fl-ispezzjoni tar-RPT li kien imiss tagħha ta’ Novembru 2016. L-Olaf, waqt li kien qed jittratta din il-kwistjoni qabel Marzu 2017, ikkuntattja u ġibed b’mod formali l-attenzjoni tal-awtoritajiet tar-Renju Unit għal 11-il darba differenti dwar il-ħtieġa li tittieħed azzjoni fir-rigward tas-sottovalutazzjoni.

Il-Kummissjoni, permezz tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) qed tistenna li tikseb sa tmiem l-2020 aktar data ddettaljata dwar l-importazzjonijiet. Dan se jippermetti wkoll użu usa’ ta’ tekniki tal-estrazzjoni tad-data sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati fit-tisħiħ tal-attivitajiet ta’ kontroll tagħhom.

Kaxxa 4.2 — Sottovalutazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ tessuti u żraben miċ-Ċina: in-nuqqas min-naħa tar-Renju Unit li jintroduċi l-profili tar-riskju mitluba wassal għal telf stmat sinifikanti tal-RPT

Kaxxa 4.2 — Sottovalutazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ tessuti u żraben miċ-Ċina: in-nuqqas min-naħa tar-Renju Unit li jintroduċi l-profili tar-riskju mitluba wassal għal telf stmat sinifikanti tal-RPT

Fl-2007, il-Kummissjoni kienet diġà infurmat lill-Istati Membri dwar ir-riskju ta’ frodi relatat mal-importazzjoni ta’ tessuti u żraben li joriġinaw miċ-Ċina. Fl-2011, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jintroduċu profili tar-riskju għal importazzjonijiet ta’ dan it-tip. L-Istati Membri l-oħra eventwalment ikkonformaw ma’ din it-talba. B’riżulat ta’ dan, volum sinifikanti ta’ dawn l-importazzjonijiet irregolari ġie ddevjat għar-Renju Unit.

Mal-wasla tar-rapport tal-OLAF li ġie ppubblikat f’Marzu 2017, il-Kummissjoni ħadet azzjoni soda u immedjata biex tiddetermina l-kobor tat-telf tar-RPT imġarrab, u ħeġġet lir-Renju Unit biex jieħu azzjoni immedjata biex jiġi evitat aktar telf u biex jagħmlu disponibbli l-ammont stmat ta’ RPT li tħallsu inqas li rriżulta minħabba l-ommissjoni tagħhom. Apparti ż-żewġ spezzjonijiet tar-RPT mwettqa f’Mejju u Novembru 2017, id-DĠ BAĠIT bagħat żewġ ittri ta’ twissija lir-Renju Unit fl-24 ta’ Marzu 2017 u fit-28 ta’ Lulju 2017. Wara dawn twissijiet ripetuti, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ ksur kontra r-Renju Unit f’Marzu 2018.

Bejn l-2015 u l-2017, l-OLAF wettaq investigazzjoni dwar il-valwazzjoni, mir-Renju Unit, ta’ importazzjonijiet ta’ tessuti u żraben miċ-Ċina. Din l-investigazzjoni kkonkludiet li s-sottovalutazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet kienet irriżultat fil-possibbiltà ta’ telf ta’ EUR 1,6  biljun fl-RPT għall-perjodu 2013-2016.

 

Fl-2017, id-DĠ Baġit wettaq żewġ spezzjonijiet fir-Renju Unit, u rrapporta li l-pajjiż ma kienx ħa azzjoni suffiċjenti biex jimmitiga r-riskju li importazzjonijiet ta’ dan it-tip jiġu sottovalutati.

 

Finalment, f’Marzu 2018, il-Kummissjoni niedet proċedura ta’ ksur tar-regoli kontra r-Renju Unit billi bagħtet ittra ta’ intimazzjoni. Din l-azzjoni ttieħdet għax ir-Renju Unit kien naqas milli jimplimenta miżuri adegwati biex jimmitiga r-riskju ta’ frodi doganali permezz ta’ sottovalutazzjoni u rrifjuta li jagħmel id-dazji doganali li ma tħallsux għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE.

 

L-ammont stmat tal-RPT li ma tħallasx huwa ta’ EUR 2,2  biljun għall-perjodu 2013-2017, u fuqu jista’ jiġi applikat imgħax ta’ inadempjenza. Is-sottovalutazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ dan it-tip tista’ wkoll taffettwa l-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING, kif ukoll tal-kontribuzzjonijiet individwali tal-bqija tal-Istati Membri.

 

Hemm dgħufijiet fil-verifikazzjonijiet li jirrigwardaw ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT

4.18.

Biex jikkalkula l-bażi ta’ valutazzjoni armonizzati tal-VAT, kull Stat Membru jiddividi d-dħul nett totali tal-VAT tiegħu bir-Rata Medja Ponderata (WAR) tiegħu (17). L-Istati Membri jiddeterminaw il-WARs tagħhom billi jużaw data mill-kontijiet nazzjonali tagħhom. Minħabba li l-WAR huwa d-denominatur ta’ frazzjoni, għandu impatt sinifikanti fuq il-kalkolu tal-bażijiet ta’ valutazzjoni armonizzati tal-VAT, u b’hekk, fuq il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri.

 

4.19.

Il-Kummissjoni tivverifika l-WARs ippreżentati mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom dwar il-VAT. Aħna vvalutajna l-prestazzjoni ta’ dawn il-verifikazzjonijiet u sibna li hemm lok biex il-valutazzjoni tar-riskju li tintuża bħala bażi għall-approċċ ta’ kontroll tiegħu tiġi formalizzata aktar. Barra minn hekk, ma kienx hemm dokumentazzjoni standardizzata li tissostanzja x-xogħol li sar, u evidenza limitata li d-data dwar il-kontijiet nazzjonali li ntużat għall-kalkoli kienet ġiet irrikonċiljata ma’ data miksuba minn sorsi oħra (nazzjonali jew tal-UE). Lanqas ma kien hemm xi proċedura għall-issettjar ta’ riżervi tal-VAT fuq il-WARs, f’każijiet fejn il-Kummissjoni tidentifika dgħufijiet sinifikanti fil-kompilazzjoni tad-data dwar il-kontijiet nazzjonali mill-Istati Membri.

4.19.

Il-Kummissjoni twettaq analiżi tar-riskju u tiddokumenta ħidmietha billi tqis is-sitwazzjonijiet leġislattivi u amministrattivi differenti li huma speċifiċi għal kull pajjiż. L-esperjenza tal-Kummissjoni ma turi l-ebda differenza sinifikanti bejn id-data tal-kontijiet nazzjonali użata fil-kalkolu tar-Rata Medja Ponderata (WAR, weighted average rate) u d-data tal-pubblikazzjonijiet nazzjonali fuq naħa waħda u tad-data inkluża fil-bażi tad-data tal-Eurostat fuq in-naħa l-oħra.

Fir-rigward tar-riżervi fil-kontijiet nazzjonali, attwalment mhuwiex espressament previst li ssir riżerva fuq “il-kalkolu tad-WAR” f’każ li l-kontijiet nazzjonali jitqiesu bħala mhux affidabbli. Minkejja dan, lanqas il-proċedura attwali ma timpedixxix tali riżerva. B’mod ġenerali, l-implikazzjonijiet possibbli ta’ kwalunkwe riżerva marbutin mal-ING trid tiġi vvalutata skont il-każ waqt kull spezzjoni tal-VAT.

Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza

4.20.

L-informazzjoni pprovduta fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2017 ippubblikati mid-DĠ Baġit u mill-Eurostat tikkorrobora l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tagħna. Għat-tieni sena konsekuttiva, id-DĠ Baġit issettja riżerva fuq il-valur tal-RPT miġbur mir-Renju Unit, minħabba li l-pajjiż naqas milli jagħmel għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE d-dazji doganali li ma tħallsux fuq importazzjonijiet ta’ tessuti u żraben (ara l- paragrafu 4.17 u l- Kaxxa 4.2 ) (18).

 

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

4.21.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball fid-dħul ma kienx materjali. Is-sistemi relatati mad-dħul li aħna eżaminajna kienu globalment effettivi. Il-kontrolli interni ewlenin tal-RPT li aħna vvalutajna fil-Kummissjoni u f’ċerti Stati Membri kienu parzjalment effettivi (ara l- paragrafi 4.12 sa 4.17 ).

 

Rakkomandazzjonijiet

4.22.

L- Anness 4.3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta' segwitu li wettaqna għall-erba’ rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2014 tagħna. Il-Kummissjoni kienet implimentat l-erba’ rakkomandazzjonijiet fil-biċċa l-kbira mill-aspetti.

 

4.23.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2017, aħna nirrakkommandaw li l-Kummissjoni:

 

RPT

Rakkomandazzjoni 1: sa tmiem l-2020, ittejjeb il-monitoraġġ tagħha tal-flussi ta’ importazzjoni, billi, fost l-oħrajn, tagħmel użu aktar wiesa’ mit-tekniki tal-estrazzjoni tad-data biex tanalizza xejriet mhux tas-soltu u r-raġunijiet sottostanti għalihom, u billi taġixxi fil-pront biex tiżgura li l-ammonti dovuti tal-RPT jsiru disponibbli.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni, permezz tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU),qed tistenna li tikseb sa tmiem l-2020 aktar data ddettaljata dwar l-importazzjonijiet. Dan se jippermetti wkoll użu usa’ ta’ tekniki tal-estrazzjoni tad-data sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati fit-tisħiħ tal-attivitajiet ta’ kontroll tagħhom. Barra minn hekk, l-OLAF ħa aktar azzjonijiet investigattivi f’dan ir-rigward, li għadhom għaddejjin f’għadd ta’ Stati Membri. Dwar investigazzjonijiet magħluqa apparti l-każ ta’ sottovalutazzjoni tar-Renju Unit, u l-azzjonijiet meħuda inġenerali fil-materji ta’ sottovalutazzjoni fl-2017, aktar dettalji huma deskritti fir-Rapport tal-OLAF tal-2017.

Riżorsa proprja tal-VAT

Rakkomandazzjoni 2: sa tmiem l-2019, teżamina l-qafas ta’ kontroll eżistenti u tiddokumenta aħjar l-applikazzjoni tiegħu meta ssir verifikazzjoni tal-kalkoli li l-Istati Membri jwettqu biex jiddeterminaw il-WARs li jintużaw biex jinkisbu l-bażijiet armonizzati tal-VAT.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Hija taqbel li tirrieżamina l-qafas ta’ kontroll eżistenti relatat mal-kalkolu tar-Rata Medja Ponderata (WAR). Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se tkompli tarmonizza d-dokumentazzjoni ta’ ħidma tagħha u timplimenta lista ta’ kontroll armonizzata għall-verifika tar-rati medji ponderati tal-VAT.

Il-Kummissjoni taċċetta wkoll li tirrieżamina skont il-każ l-impatt ta’ riżerva tal-ING fuq l-bażi tal-VAT u li taġġorna r-riżervi tal-VAT skont ir-riżultat ta’ dan ir-rieżami.


(1)  Il-kontribuzzjoni inizjali tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-ING previst. Id-differenzi bejn l-ING previst u dak finali jiġu aġġustati fis-snin sussegwenti, u jaffettwaw id-distribuzzjoni tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri, aktar milli l-ammont totali li jinġabar.

(2)  Rata mnaqqsa ta’ 0,15 % għall-ġbir tal-VAT tapplika għall-Ġermanja, in-Netherlands, u l-Iżvezja, filwaqt li r-rata għall-ġbir tal-VAT għall-Istati Membri l-oħra hija 0,3 %.

(3)  Dan jikkonsisti prinċipalment minn ripagamenti ta’ ammonti mhux użati minn diversi fondi fl-oqsma ta’ koeżjoni u riżorsi naturali (EUR 6,6 biljun), u l-approvazzjoni ta’ kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (EUR 1,3 biljun).

(4)  Ordni ta’ rkupru hija dokument li fih il-Kummissjoni tirreġistra l-ammonti li jkunu dovuti lilha.

(5)  Il-punt tat-tluq tagħna kien id-data maqbula dwar l-ING u l-bażi armonizzata tal-VAT imħejjija mill-Istati Membri. Aħna ma ttestjajniex direttament l-istatistika u d-data li l-Kummissjoni u l-Istati Membri pproduċew.

(6)  L-awditu tagħna uża data mis-sistemi għall-kontabilizzazzjoni tal-RPT tal-Istati Membri miżjura. Aħna ma stajniex nawditjaw importazzjonijiet li ma ġewx iddikjarati jew dawk li kienu nqabżu mis-sorveljanza doganali.

(7)  Dawn it-tliet Stati Membri ntgħażlu b’kont meħud tad-daqs tal-kontribuzzjoni tagħhom.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39) u r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 29).

(9)  L-ESA (is-Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali) 2010 huwa l-qafas kontabilistiku tal-UE, li huwa kompatibbli fuq livell internazzjonali. Huwa jintuża biex tinħoloq deskrizzjoni sistematika u dettaljata ta’ ekonomija. Ara r-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(10)  Ara l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1).

(11)  Jintużaw meta jkun ikkonċernat stadju partikolari fil-proċess. Il-Kummissjoni stabbiliethom sabiex tkun tista’ tikkonkludi l-verifikazzjoni li kienet qed issir filwaqt li żżomm id-data dwar l-ING tal-Istati Membri miftuħa għal reviżjoni.

(12)  Ara l-paragrafi 4.10 sa 4.13, u 4.23 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(13)  Ara l-paragrafu 4.15 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna, il-paragrafu 4.18 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna, il-paragrafu 4.22 tar-Rapport Annwali 2014 tagħna, il-paragrafu 2.16 tar-Rapport Annwali 2013 tagħna, u l-paragrafi 2.32 u 2.33 tar-Rapport Annwali 2012 tagħna.

(14)  Ara b’mod partikolari l-paragrafi VI sa IX tar-Rapport Speċjali Nru 19/2017 “Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE”.

(15)  F’Marzu 2018, aħna bdejna awditu dwar jekk l-UE hijiex qed tindirizza l-isfidi ppreżentati mill-kummerċ elettroniku f’termini ta’ VAT u dazji doganali.

(16)  Din hija l-azzjoni ta’ infurzar prinċipali li l-Kummissjoni tista’ tieħu meta l-Istati Membri ma japplikawx il-liġi tal-UE.

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).

(18)  It-trattament kontabilistiku ta’ din il-problema kien f’konformità mar-regoli kontabilistiċi tal-UE. Għalhekk, l-ammont tal-RPT ma kienx rikonoxxut bħala riċevibbli fir-rapporti finanzjarji għall-2017 (ara n-Nota 2.6.1.1 għall-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea).

(1)  Dan l-ammont jirrappreżenta d-dħul effettiv fil-baġit tal-UE. L-ammont ta’ EUR 136,2 biljun li jidher fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja huwa kkalkulat bl-użu tas-sistema bbażata fuq id-dovuti.

ANNESS 4.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL

 

2017

2016

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

55

55

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

0,0  %

0,0  %

 

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

0,0  %

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

0,0  %

 

ANNESS 4.2

GĦADD TA' RIŻERVI TAL-ING (1), TA’ RIŻERVI TAL-VAT U TA’ PUNTI MIFTUĦA TAL-RPT, LI KIENU PENDENTI FIL-31.12.2017, SKONT L-ISTAT MEMBRU

Stat Membru

Riżervi tal-ING (sitwazzjoni fil-31.12.2017)

Riżervi tal-VAT (sitwazzjoni fil-31.12.2017)

“Punti miftuħa” tal-RPT (sitwazzjoni fil-31.12.2017)

Il-Belġju

0

3

30

Il-Bulgarija

0

4

4

Ir-Repubblika Ċeka

0

0

3

Id-Danimarka

0

6

17

Il-Ġermanja

0

7

13

L-Estonja

0

1

0

L-Irlanda

0

12

11

Il-Greċja

5

9

25

Spanja

0

6

30

Franza

0

5

20

Il-Kroazja

2

1

2

L-Italja

0

5

20

Ċipru

0

1

3

Il-Latvja

0

1

1

Il-Litwanja

0

0

5

Il-Lussemburgu

0

4

2

L-Ungerija

0

0

12

Malta

0

0

2

In-Netherlands

0

5

53

L-Awstrija

0

4

5

Il-Polonja

0

1

12

Il-Portugall

0

0

16

Ir-Rumanija

0

2

20

Is-Slovenja

0

0

4

Is-Slovakkja

0

0

6

Il-Finlandja

0

4

9

L-Iżvezja

0

4

2

Ir-Renju Unit

0

7

27

TOTAL fil-31.12.2017

7

92

354

TOTAL fil-31.12.2016

2

95

335

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.


(1)  Din it-tabella tinkludi biss ir-riżervi tal-ING speċifiċi għat-tranżazzjoni (li jkopru l-kompilazzjoni ta’ komponenti tal-kontijiet nazzjonali speċifiċi fi Stat Membru). Hemm ukoll riżervi tal-ING speċifiċi għall-proċessi (ara l-paragrafu 4.10) li għadhom pendenti għall-Istati Membri kollha u, li jkopru l-kompilazzjoni tad-data mill-2010 ’l quddiem (ħlief għall-Kroazja, fejn dawn ir-riżervi jkopru l-perjodu mill-2013 ’il quddiem).

ANNESS 4.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAD-DĦUL

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2014

Rakkomandazzjoni 1: tieħu miżuri matul iċ-ċiklu tal-verifikazzjoni li jmiss sabiex tnaqqas l-għadd ta’ snin li jkunu koperti minn riżervi fi tmiem iċ-ċiklu;

 

X

 

 

 

 

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-għadd ta’ snin koperti minn riżervi fi tmiem iċ-ċiklu ta’ verifika jista’ jkun sinifikanti. Fi stadju bikri, wara li jsiru r-riżervi, il-Kummissjoni bdiet matul dan iċ-ċiklu tagħti punti ta’ azzjoni fuq it-titjib fil-kwalità tad-data tal-ING. Dan għandu jikkontribwixxi biex jitnaqqas l-impatt tar-riżervi li jmiss fuq l-ammont tal-kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-UE li għandu jitħallas minnhom.

Rakkomandazzjoni 2: tieħu miżuri biex tnaqqas l-impatt tar-reviżjonijiet ippreżentati mill-Istati Membri.

 

X

 

 

 

 

L-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Istatistika jaqblu b’mod volontarju dwar politika komuni ta’ reviżjoni u jimpenjaw ruħhom biex gradwalment jimplimentawha bl-għan li jkunu jistgħu jinħarġu statistiki aktar konsistenti għall-utenti. Il-linji gwida miftiehma jispeċifikaw li l-Istati Membri jenħtieġ li jxandru r-riżultati tar-reviżjonijiet li jmiss tal-valuri referenzjarji, rispettivament fl-2019 u fl-2024.

Fir-rigward tal-ING għal finijiet ta’ riżorsi proprji, il-Kummissjoni qed titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu l-aktar data ta’ kwalità aġġornata.

Rakkomandazzjoni 3: ittejjeb il-gwida eżistenti dwar l-awditi a posteriori u tħeġġeġ l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri;

 

X

 

 

 

 

Il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ Stati Membri fl-ambitu tal-proġett li se jkomplu jidentifikaw l-azzjonijiet meħtieġa biex jinkiseb approċċ komuni u biex ipoġġu għad-dispożizzjoni gwida addizzjonali. Madankollu, il-grupp ikkonkluda li l-ambitu ta’ din il-kwistjoni huwa meqjus li jmur lil hinn mill-Gwida għall-Awditjar Doganali, partikolarment f’termini ta’ konsegwenzi ġuridiċi.

Rakkomandazzjoni 4: tiżgura li l-Istati Membri jkollhom sistemi kontabilistiċi xierqa għar-reġistrazzjoni ta' entrati fil-kontijiet B u tħeġġeġ lill-Istati Membri biex itejbu l-ġestjoni tagħhom tal-entrati f’dawn il-kontijiet. Pereżempju, billi tanalizzahom fuq bażi regolari biex tiżgura li entrati li jkunu aktar antiki jiġu aġġornati jew imħassra kif xieraq.

 

X

 

 

 

 

Il-Kummissjoni se tkompli tanalizza l-kont B f’kull spezzjoni tar-RPT li twettaq u tiżgura li l-Istati Membri jkollhom sistemi kontabilistiċi xierqa fis-seħħ u li entrati aktar antiki jiġu kkanċellati jew inkella l-inklużjoni kontinwa tagħhom fil-kont B tkun iġġustifikata.


KAPITOLU 5

“Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

WERREJ

Introduzzjoni 5.1-5.6
Deskrizzjoni qasira ta’ “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” 5.2-5.5
Ambitu u approċċ tal-awditjar 5.6
Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet 5.7-5.30
Dikjarazzjoni eċċessiva tal-ispejjeż, b’mod partikolari minn parteċipanti ġodda u SMEs 5.12
Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji li ma kinux kwantifikabbli kienu jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tal-ħin u d-dewmien fid-distribuzzjoni tal-fondi 5.13
Orizzont 2020: ir-regoli relatati mad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal għadhom suxxettibbli għal żbalji 5.14-5.16
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: id-definizzjonijiet ta’ sottokuntrattar u ta’ spejjeż imġarrba relatati ma’ dan huma suġġetti għall-interpretazzjoni 5.17
Riċerka: koordinazzjoni aħjar fis-segwitu tal-awditi iżda jeħtieġ li jsir aktar progress fil-monitoraġġ tal-proġetti 5.18-5.19
Erasmus+: strateġija ta’ kontroll adegwata iżda jeħtieġ li jsiru aktar sforzi għat-titjib tal-ġestjoni tal-għotjiet fl-EACEA 5.20-5.22
Ir-rapporti annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja, b’titjib fl-approċċ għall-kalkolu tal-ammonti f'riskju 5.23-5.25
Analiżi tal-informazzjoni dwar ir-regolarità, ipprovduta mill-entità awditjata 5.26-5.30
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 5.31-5.34
Konklużjoni 5.31-5.32
Rakkomandazzjonijiet 5.33-5.34
Parti 2 — Kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni 5.35-5.37
Il-biċċa l-kbira mill-proġetti kisbu l-outputs u r-riżultati mistennija minnhom 5.37

Anness 5.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

Anness 5.2 —

Ħarsa ġenerali lejn l-iżbalji b'impatt akbar minn 20 % għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

Anness 5.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

5.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għas-Subintestatura 1a tal-QFP “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”. Il- Kaxxa 5.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din is-subintestatura fl-2017.

 

Kaxxa 5.1 —   Subintestatura tal-QFP “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” — ripartizzjoni fl-2017

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

21,4

- pagamenti bil-quddiem  (19)

-14,4

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (19)

7,9

Popolazzjoni awditjata, total

14,9

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Deskrizzjoni qasira ta' “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

5.2.

Iż-żieda fl-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment hija verament sfida għall-Unjoni Ewropea u tirrappreżenta prijorità importanti għall-Kummissjoni. L-infiq allokat għas-subintestatura tal-baġit “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” jinsab fil-qalba tal-proġett Ewropew u għandu rwol dejjem aktar importanti fit-trawwim ta’ soċjetà inklużiva, filwaqt li jistimula t-tkabbir u joħloq l-impjiegi fl-UE.

 

5.3.

Dan il-qasam ta' politika jinkludi l-infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, in-netwerks trans-Ewropej fl-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, il-programmi spazjali u l-iżvilupp tan-negozju. Il-programmi prinċipali ffinanzjati taħt din is-subintestatura huma s-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka (FP7) (1) u Orizzont 2020 (2) fir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll Erasmus+ għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Hija tinkludi wkoll proġetti kbar ta' infrastruttura bħal: Galileo, is-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita; EGNOS, is-sistema Ewropea ta' navigazzjoni b'kopertura ġeostazzjonarja; ITER — fużjoni għall-enerġija; il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — trasport, enerġija u telekomunikazzjoni; u COSME — il-programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji.

 

5.4.

Il-biċċa l-kbira mill-infiq huwa mmaniġġjat direttament mill-Kummissjoni u jieħu l-forma ta’ għotjiet lill-benefiċjarji pubbliċi jew privati li jipparteċipaw fi proġetti. Il-Kummissjoni tipprovdi pagamenti bil-quddiem lill-benefiċjarji mal-iffirmar ta' ftehim ta' għotja jew ta' deċiżjoni ta' finanzjament. Hija mbagħad tirrimborża l-ispejjeż iffinanzjati mill-UE li jiġu ddikjarati mill-benefiċjarji, wara li tnaqqas minnhom il-pagamenti bil-quddiem li jkunu tħallsu. Fir-rigward ta’ Erasmus+, l-aġenziji nazzjonali jimmaniġġjaw bejn wieħed u ieħor 80 % tal-għotjiet f’isem il-Kummissjoni, filwaqt li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) tieħu ħsieb l-20 % li jifdal.

 

5.5.

Ir-riskju prinċipali għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet huwa li l-benefiċjarji jiddikjaraw spejjeż ineliġibbli li la jinqabdu u lanqas ma jiġu kkoreġuti qabel ma jiġu rimborżati mill-Kummissjoni. Dan ir-riskju huwa partikolarment għoli għal programmi b’regoli kumplessi li jikkonċernaw ir-rimborż ta’ nfiq eliġibbli, bħall-Programmi ta’ Riċerka. Dawn ir-regoli spiss jiġu miżinterpretati mill-benefiċjarji, speċjalment dawk li jkunu inqas familjari mar-regoli, bħall-intrapriżi zgħar u medji (SMEs), parteċipanti ġodda jew parteċipanti minn pajjiżi terzi.

5.5.

Ir-regoli dwar l-eliġibbiltà skont Orizzont 2020 ġew issimplifikati b’mod sinifikanti meta mqabbla mas-Seba’ Programm Qafas, pereżempju bl-iskema l-ġdida ta’ rimborż b’rata fissa għall-kostijiet indiretti.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

5.6.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , u bil-ħsieb li nipprovdu valutazzjoni speċifika, aħna eżaminajna dan li ġej għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” fl-2017:

 

(a)

kampjun ta’ 130 tranżazzjoni. Il-kampjun kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq taħt din is-subintestatura tal-QFP. Huwa kien jikkonsisti f’91 tranżazzjoni relatati mar-riċerka u l-iżvilupp (53 taħt l-FP7 u 38 taħt Orizzont 2020) u 39 tranżazzjoni taħt programmi u attivitajiet oħra, minn 18-il Stat Membru u 5 pajjiżi terzi.

 

(b)

l-awditi li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) kien wettaq fl-2017 tas-servizzi li fir-rigward tagħhom aħna analizzajna wkoll r-rapporti annwali tal-attività.

 

(c)

l-informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li ġiet ippreżentata fir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (DĠ EAC), l-EACEA u l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA), u jekk din l-informazzjoni hijiex konsistenti, b’mod ġenerali, mar-riżultati tagħna.

 

(d)

l-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mill-Kummissjoni għall-infiq fl-oqsma ta’ “riċerka u innovazzjoni” u “edukazzjoni u taħriġ”. Dan ix-xogħol twettaq f’konformità mal-istrateġija l-ġdida tal-Qorti bil-għan li fil-futur jiġi applikat approċċ ta’ attestazzjoni.

 

(e)

ir-rappurtar li twettaq mill-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

PARTI 1 — REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

5.7.

L- Anness 5.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-130 tranżazzjoni li eżaminajna, 66 (51 %) kien fihom żbalji. Abbażi tal-41 żball li kkwantifikajna, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 4,2  % (3).

5.7.

Il-livell stmat ta’ żball irrapportat mill-QEA huwa indikatur wieħed tal-effettività tal-implimentazzjoni tan-nefqa tal-UE. Madankollu, il-Kummissjoni għandha strateġija ta’ kontroll pluriennali. Fuq din il-bażi, is-servizzi tagħha jieħdu stima tar-rata tal-iżbalji residwi, li tqis l-irkupri, il-korrezzjonijiet u l-effetti tal-kontrolli u tal-awditjar kollha tagħhom matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm.

5.8.

Il- Kaxxa 5.2 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2017. Aħna qbadna żbalji kwantifikabbli li kienu relatati ma' spejjeż ineliġibbli f’35 mill-91 tranżazzjoni li kkampjunajna fil-qasam ta’ riċerka u innovazzjoni (20 taħt l-FP7 u 15 taħt Orizzont 2020), u dawn kienu jirrappreżentaw kważi 79 % tal-livell ta' żball stmat minna għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” fl-2017.

 

Kaxxa 5.2 —   Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji kienu jikkonċernaw spejjeż diretti għall-persunal li kienu ineliġibbli

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

5.9.

Tmienja mill-iżbalji kkwantifikati kienu ta’ ammont li kien akbar minn 20 % tal-valur korrispondenti tat-tranżazzjoni (ara l- Anness 5.2 ). Dawn kollha rriżultaw minn każijiet fejn il-benefiċjarji ddikjaraw spejjeż ineliġibbli taħt programmi tal-FP7 u Orizzont 2020.

 

5.10.

Aħna qbadna zbalji kwantifikabbli f’5 mid-39 tranżazzjoni kkampjunati għal programmi u attivitajiet oħra. L-iżbalji rriżultaw mill-ksur tar-regoli ta' eliġibbiltà min-naħa tal-benefiċjarji, billi pereżempju, ikkalkulaw b’mod skorrett l-ispejjeż għall-persunal jew iddikjaraw spejjeż mingħajr evidenza ta' sostenn, jew imġarrba barra mill-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni (4).

5.11.

Il-Kummissjoni kienet applikat miżuri korrettivi li affettwaw direttament ħamsa mit-tranżazzjonijiet li kkampjunajna. Dawn il-miżuri ftit kellhom impatt fuq il-kalkoli tagħna, billi naqqsu l-livell ta’ żball stmat minna għal dan il-kapitolu b’0,3  punti perċentwali biss. Fi 17-il każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru minn benefiċjarji, il-Kummissjoni jew l-awdituri indipendenti kellhom informazzjoni suffiċjenti ppreżentata fit-talba għar-rimborż (eż. rata tal-kambju skorretta jew spiża mġarrba barra mill-perjodu ta’ rappurtar) biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jaċċettaw l-infiq. Li kieku l-Kummissjoni għamlet użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta’ żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b’1,5  punti perċentwali.

5.11.

Il-Kummissjoni għandha sistema soda ta’ kontrolli ex ante fis-seħħ li tinkludi listi ta’ kontroll awtomatizzati dettaljati, gwida bil-miktub u taħriġ kontinwu. It-titjib ta’ din is-sistema mingħajr ma jiġu imposti piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq il-benefiċjarji, sabiex ikunu jistgħu jiffukaw fuq il-ksib tal-objettivi tagħhom tar-riċerka u tal-innovazzjoni, u filwaqt li jiġi żgurat li l-pagamenti lir-riċerkaturi jsiru minnufih, huwa ta’ sfida kostanti.

Fir-rigward tal-awdituri indipendenti li jiċċertifikaw it-talbiet għall-kostijiet, li jammontaw għal 14 mis-17-il każ imsemmija mill-QEA, din hija kwistjoni magħrufa sew, li ġiet indirizzata f’rapporti preċedenti. Il-Kummissjoni organizzat sensiela ta’ laqgħat immirati għall-benefiċjarji u għall-awdituri indipendenti ta’ ċertifikazzjoni sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-iktar żbalji komuni. Barra minn hekk, ingħata feedback lill-awdituri ta’ ċertifikazzjoni li għamlu l-iżbalji, u ġie pprovdut mudell iktar didattiku għaċ-ċertifikati tal-awditjar f’Orizzont 2020. Għas-Seba’ Programm Qafas, huwa stmat li ċ-ċertifikati tal-awditjar se jnaqqsu r-rata tal-iżbalji b’50 % meta mqabbla mat-talbiet mhux iċċertifikati. Għaldaqstant, filwaqt li huwa rikonoxxut li ma jidentifikawx kull żball, huma għodda importanti biex titnaqqas ir-rata kumplessiva tal-iżbalji.

Dikjarazzjoni eċċessiva tal-ispejjeż, b’mod partikolari minn parteċipanti ġodda u SMEs

5.12.

L-iżbalji kwantifikabbli li seħħew fi proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni affettwaw prinċipalment l-ispejjeż għall-persunal u saru fil-biċċa l-kbira minn parteċipanti ġodda u SMEs (ara l-eżempju fil- Kaxxa 5.3 ). Aħna osservajna wkoll spejjeż ineliġibbli li rriżultaw mill-klassifikazzjoni skorretta ta’ konsulenti jew fornituri tas-servizzi li ġew ikklassifikati bħala impjegati jew mill-ommissjoni ta’ partijiet terzi mill-ftehim ta' għotja.

5.12.

Objettiv importanti ta’ Orizzont 2020 kien li jiżdied l-involviment tal-impriżi ġodda u tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fil-Programm Qafas. Fi tmiem l-2017, 57 % tal-parteċipanti kienu parteċipanti ġodda fil-Programmi Qafas tar-riċerka u tal-innovazzjoni, filwaqt li 23,9  % tal-baġit għal “Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” u għal “Sfidi tas-Soċjetà” imur għall-SMEs, u b’hekk tinqabeż il-mira ta’ 20 %. Għaldaqstant, filwaqt li l-Kummissjoni tagħraf li l-impriżi ġodda u l-SMEs jirrappreżentaw riskju partikolari ta’ żbalji, dan ir-riskju għandu jittaffa, mhux jiġi evitat.

Il-Kummissjoni għamlet tentattivi speċjali biex tindirizza l-impriżi ġodda u l-SMEs fil-kampanji ta’ komunikazzjoni tagħha u, għal Orizzont 2020, introduċiet simplifikazzjonijiet immirati direttament lejn din ix-xorta ta’ benefiċjarju, fejn inkludiet il-pagamenti ta’ ammonti f’daqqa għall-ewwel stadju tal-iskema għall-SMEs.

Kaxxa 5.3 —   SME li ddikjarat spejjeż għall-persunal li ma kinux korretti kif ukoll spejjeż li ġġarrbu minn parti terza

Aħna awditjajna SME li hija attiva fis-settur tal-ħalib. Reċentement, l-SME kienet saret parteċipant f’erba’ proġetti taħt l-FP7. Il-benefiċjarju kien uża metodoloġija skorretta biex jikkalkula r-rati fis-siegħa. Huwa għamel stima tal-ispejjeż għall-2016 fuq il-bażi ta’ data tal-2014. Ir-rati fis-siegħa għas-sidien tal-SME kienu ddikjarati b'mod eċċessiv. Barra minn hekk, ġew osservati diskrepanzi bejn ir-rekords ta’ assenza u l-iskedi tal-ħin għal tlieta mis-sitt impjegati awditjati, li wassal għal dikjarazzjoni eċċessiva ta’ sigħat.

Fl-aħħar nett, l-impjegati li kienu ħadmu fuq il-proġett ma kinux impjegati mill-kumpanija li kienet parti mill-ftehim ta' għotja iżda mill-kumpanija oħt tagħha. Il-kumpanija oħt ma kinitx ġiet miżjuda fil-ftehim ta' għotja bħala parti terza.

Għalhekk, l-ispejjeż kollha kellhom jiġu ddikjarati bħala ineliġibbli.

 

Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji li ma kinux kwantifikabbli kienu jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tal-ħin u d-dewmien fid-distribuzzjoni tal-fondi

5.13.

Fost il-130 tranżazzjoni kkampjunati, aħna sibna wkoll 42 każ ta' żbalji mhux kwantifikabbli li kienu relatati ma' każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli ta' finanzjament (5). Ta’ spiss, dawn il-każijiet irriżultaw minn proġetti ta' riċerka u innovazzjoni u kienu jikkonċernaw dgħufijiet fis-sistemi ta' reġistrazzjoni tal-ħin użati mill-benefiċjarji u dewmien fid-distribuzzjoni tal-fondi tal-UE mill-koordinatur ta' proġett lill-parteċipanti l-oħra tal-proġett. Għalkemm xi wħud minn dawn il-każijiet ta’ dewmien kienu komprensibbli, aħna nosservaw li kwalunkwe dewmien fit-trasferiment tal-fondi tal-UE jista’ jkollu konsegwenzi finanzjarji serji għall-parteċipanti tal-proġett, speċjalment għall-SMEs (6).

5.13.

Il-Kummissjoni tqis li jkun aħjar jekk it-trasferiment ta’ fondi bejn il-membri tal-konsorzju jkun ġestit fil-konsorzju. Il-Kummissjoni fakkret lill-koordinaturi dwar l-obbligu tagħhom li jittrasferixxu l-fondi minnufih u meta jiġi individwat xi każ ta’ dewmien fid-distribuzzjoni tal-fondi, jew ikun hemm ilment dwar din il-kwistjoni, il-prattika standard tal-Kummissjoni tkun li tagħmel segwitu mal-koordinatur tal-proġett fir-rigward tar-raġunijiet ta’ dan id-dewmien.

Orizzont 2020: ir-regoli relatati mad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal għadhom suxxettibbli għal żbalji

5.14.

Aħna konna rrappurtajna qabel (7) li Orizzont 2020 għandu regoli ta’ finanzjament li huma aktar sempliċi mill-FP7. Madankollu, b’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż ta’ spejjeż eliġibbli, ir-regoli għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż reali għall-persunal huma kumplessi, u b’hekk dawn huma diffiċli biex jinftiehmu u biex jiġu applikati. Dan huwa kkonfermat mill-awditi tagħna u mill-awditi tal-Kummissjoni, li juru livell ta’ żball fl-ispejjeż għall-persunal li huwa persistentement għoli.

5.14 u 5.15.

Is-sitwazzjoni partikolari deskritta mill-QEA fil-paragrafu 5.15 tfeġġ minn simplifikazzjoni introdotta biex twitti t-triq għal żieda fl-aċċettazzjoni tal-kostijiet tas-soltu tal-prattiki kontabilistiċi tal-benefiċjarji. Il-Kummissjoni se teżamina kif jistgħu jsiru simplifikazzjonijiet ulterjuri, b’mod partikolari għall-Programm Qafas tal-ġejjieni, fuq il-bażi tar-riżultati tal-QEA u tal-awditjar tagħha stess, filwaqt li se tiżgura li l-objettivi ta’ politika jkunu jistgħu jinkisbu u li l-fondi mill-UE jkunu jistgħu jiġu allokati kif suppost.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed twettaq proġetti pilota ta’ finanzjament ta’ ammonti f’daqqa, bl-objettiv li din ix-xorta ta’ mudell ta’ finanzjament jintuża b’mod usa’ f’Orizzont Ewropa. Dan ikun mod kif jiġu evitati dawn l-iżbalji kollha.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

5.15.

F’Lulju 2016, aktar minn sentejn wara l-bidu ta’ Orizzont 2020, il-Kummissjoni introduċiet possibbiltà addizzjonali għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal: il-metodoloġija tar-rata fis-siegħa għal kull xahar. L-awditi tagħna jikkonfermaw li l-kundizzjonijiet attwali għall-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija jistgħu jwasslu biex il-benefiċjarju jikklejma spejjeż għall-persunal li jkunu sostanzjalment ogħla minn dak li jkun rifless mix-xogħol li jkun verament sar. Dan iseħħ meta l-membri tal-persunal ikkonċernati jkunu ħadmu fuq kompiti oħra minbarra dak iffinanzjat mill-UE u l-għadd totali ta’ sigħat produttivi li jinħadmu jkun ogħla mill-għadd standard. Il-linji gwida tal-Kummissjoni jirrikjedu li l-benefiċjarji jużaw l-għadd standard ta’ sigħat produttivi, u mhux l-għadd totali, li jkun ogħla, meta jikkalkulaw ir-rata fis-siegħa li fuqha huwa bbażat il-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli. Aħna diġà rrapurtajna (8) li l-limiti massimi doppji (9) li ġew introdotti mill-Kummissjoni ma jirrimedjawx is-sitwazzjoni deskritta hawn fuq, peress li japplikaw biss għall-elementi ta’ għotjiet tal-UE u tal-Euratom u jeskludu kompiti oħra li ma jkunux iffinanzjati mill-UE (ara l-eżempju fil- Kaxxa 5.4 ).

 

Kaxxa 5.4 —   Il-metodoloġija tar-rata fis-siegħa għal kull xahar tirriżulta f’dikjarazzjonijiet eċċessivi tal-ispejjeż

Aħna awditjajna benefiċjarju li japplika l-metodoloġija tar-rata fis-siegħa għal kull xahar u osservajna li din il-metodoloġija wasslitu biex sistematikament jiddikjara b’mod eċċessiv l-ispejjeż tiegħu għall-persunal u ppermettietlu jikklejma salarju full-time għal impjegat li kien qed jaħdem parti biss mill-ħin fuq il-proġett tal-UE.

L-impjegat ikkonċernat kellu salarju totali annwali ta’ EUR 162 500 u ħadem 2 400 siegħa produttiva fis-sena, li minnhom 1 788 siegħa kienu ddedikati għall-proġett tal-UE. Bl-użu tal-metodoloġija tar-rata fis-siegħa għal kull xahar, il-benefiċjarju kien intitolat li jikklejma s-salarju kollu tal-impjegat, jiġifieri EUR 162 500 , mill-proġett tal-UE, minkejja li dan iddedika biss 75 % mill-ħin produttiv tiegħu għall-proġett.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

5.16.

Fl-2015, il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta’ gwida (10) b’lista ta’ kwistjonijiet applikabbli għal pajjiżi partikolari. Dan id-dokument kellu jipprovdi gwida lill-benefiċjarji dwar kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà relatati mas-sitwazzjonijiet partikolari f’pajjiżi individwali u/jew mal-oqfsa legali tagħhom. Aħna osservajna li din il-lista ma kinitx kompleta u li sitwazzjonijiet simili f’pajjiżi differenti ma ġewx indirizzati (11).

5.16.

Il-lista li takkumpanja d-dokument ta’ gwida tiġbor fil-qosor il-kwistjonijiet nazzjonali kollha li l-Kummissjoni ġiet ikkonsultata dwarhom u għamlet valutazzjoni ġuridika. B’mod ġenerali, tali valutazzjonijiet isiru wara talba tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (PKN).

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: id-definizzjonijiet ta’ sottokuntrattar u ta’ spejjeż imġarrba relatati ma’ dan huma suġġetti għall-interpretazzjoni

5.17.

Aħna osservajna li r-regoli kienu suġġetti għall-interpretazzjoni fi programmi oħra wkoll. Taħt is-CEF, id-differenza bejn “kuntratt ta’ implimentazzjoni” u “sottokuntratt” mhijiex ċara, għalkemm il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà tagħhom huma differenti (12). Dan joħloq dubji fost il-benefiċjarji. Barra minn hekk, waħda mill-kundizzjonijiet biex spiża tkun eliġibbli hija li trid tkun iġġarrbet. Skont id-definizzjoni tal-Kummissjoni għall-programm CEF, l-eżistenza ta’ fattura mhijiex meħtieġa bħala evidenza ta’ dan. Hija tqis li l-ispejjeż relatati ma’ kuntratti għal beni, xogħlijiet jew servizzi jew ma’ sottokuntratti jkunu ġġarrbu ladarba sseħħ l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew tas-sottokuntratt (jew parti minnu), jiġifieri ladarba l-beni, ix-xogħlijiet jew is-servizzi (inklużi studji) ikunu ġew fornuti, mogħtija jew pprovduti. Madankollu, il-Kummissjoni ma tat l-ebda gwida dwar x’evidenza hija meħtieġa biex jintwera li spiża tkun iġġarrbet.

5.17.

Il-prattika ta’ kuntrattar ta’ assistenza esterna hija prattika normali għal proġetti infrastrutturali kbar iffinanzjati fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE).

Il-Kummissjoni tagħraf li l-kunċetti ta’ “kuntratt ta’ implimentazzjoni” skont l-Artikolu 9 u ta’ sottokuntratti skont l-Artikolu 10 jistgħu joħolqu dubji fost il-benefiċjarji, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma Stati Membri jew Korpi Pubbliċi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ infrastrutturi tat-trasport / tal-enerġija fl-Istati Membri, skont l-esperjenza u l-għarfien li jkollhom fir-rigward tal-ġestjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE.

Il-kwistjoni ġiet diskussa mal-membri tal-Kumitat tal-FNE u ntbagħtet nota ta’ spjegazzjoni lill-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-FNE fil-21 ta’ Ottubru 2015. Fl-istess waqt, l-INEA ppubblikat lista ta’ mistoqsijiet frekwenti rigward il-mudell tal-Ftehim tal-Għotjiet.

Minn dak iż-żmien ’il hawn, din l-interpretazzjoni ġiet applikata b’mod konsistenti internament u ġiet ipprovduta lill-benefiċjarji meta kien hemm bżonn. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-sitwazzjoni tista’ titjieb iktar.

Riċerka: koordinazzjoni aħjar fis-segwitu tal-awditi iżda jeħtieġ li jsir aktar progress fil-monitoraġġ tal-proġetti

5.18.

Aħna konna rrappurtajna qabel (13) li l-korpi differenti inkarigati mill-implimentazzjoni kellhom diffikultà biex isibu pożizzjoni komuni dwar kif jagħmlu segwitu tas-sejbiet tal-awditjar. Sabiex jiżgura l-konsistenza, id-DĠ RTD ħejja għadd ta’ dokumenti ta’ gwida u mudelli. Issa l-Kummissjoni inkarigat lid-DĠ RTD bil-kompitu li jikkoordina s-segwitu tas-sejbiet tal-awditjar. Għal dan l-għan qed jitwaqqaf servizz iddedikat fi ħdan is-Servizz tal-Awditjar Komuni tad-DĠ.

 

5.19.

Għas-sena 2017, l-IAS tal-Kummissjoni kkonkluda li s-sistemi ta’ kontroll intern awditjati għad-DĠ RTD kienu parzjalment effettivi peress li kien hemm għadd ta’ rakkomandazzjonijiet ferm importanti li kienu għadhom iridu jiġu indirizzati. Aħna osservajna li d-DĠ RTD kellu tmien rakkomandazzjonijiet tal-awditjar pendenti li d-data għall-implimentazzjoni tagħhom kienet skadiet. Waħda minnhom kienet tikkonċerna l-fatt li l-korpi ta’ implimentazzjoni ta’ Orizzont 2020 kienu għadhom ma laħqux kunsens dwar kif jiġu mmonitorjati l-proġetti. Il-gwida eżistenti żviluppata mid-DĠ RTD tirrakkomanda li l-livell ta’ monitoraġġ meħtieġ jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-profil ta’ riskju tal-proġett. Monitoraġġ ta’ proġetti u ta’ benefiċjarji bbażat fuq analiżi tar-riskju huwa kruċjali mhux biss biex jiġi vverifikat li l-benefiċjarji jkunu rrispettaw ir-regoli iżda wkoll biex jiġi żgurat li proġett jintemm b’suċċess. Parteċipanti ġodda, SMEs u benefiċjarji ta' pajjiżi terzi ħafna drabi jkunu jeħtieġu li jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib. Madankollu, peress li l-gwida hija ppreżentata biss bħala eżempju ta’ prattika tajba, il-korpi ta’ implimentazzjoni ma japplikawhiex sistematikament.

5.19.

Il-Kummissjoni qed tagħmel segwitu fir-rigward tat-tmien rakkomandazzjonijiet u l-implimentazzjoni tagħhom hija prevista sa tmiem l-2018.

Erasmus+: strateġija ta’ kontroll adegwata iżda jeħtieġ li jsiru aktar sforzi għat-titjib tal-ġestjoni tal-għotjiet fl-EACEA

5.20.

Fl-2017, l-IAS wettaq segwitu tal-osservazzjonijiet ippreżenati fl-awditu tiegħu dwar l-effettività u l-effiċjenza tal-istrateġija ta’ kontroll tal-EACEA għal Erasmus+. L-awditu kkonkluda li l-EACEA kienet implimentat sistema ta’ kontroll intern effettiva li tipprovdi aċċertament raġonevoli. Is-segwitu kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha li qabel kienu għadhom pendenti kienu ġew implimentati b’mod sodisfaċenti.

 

5.21.

Fl-2017, l-IAS awditja wkoll l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-EACEA għal Erasmus+ f’dak li jirrigwarda l-fażi ta’ ġestjoni tal-għotjiet. L-IAS irrikonoxxa l-isforzi li l-EACEA kienet għamlet biex twettaq għażla f’waqtha tal-proposti għal għotjiet. Huwa kkonkluda, madankollu, li kien għad hemm nuqqasijiet serji li kienu qed ixekklu t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proċeduri fl-ewwel fażi tal-proċess ta’ ġestjoni tal-għotjiet ta’ Erasmus+, b’mod partikolari fl-evalwazzjoni tal-proposti, li hija problema ewlenija ta’ ġestjoni għall-Aġenzija.

5.21.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern (SAI) huwa parti importanti mis-sistema kumplessiva ta’ kontroll tal-Kummissjoni u jipprovdi assigurazzjoni lill-istituzzjoni dwar it-tħaddim tas-sistemi interni tagħha. Dan għandu pjan pluriennali bbażat fuq ir-riskji. Il-Kummissjoni (SAI) identifikat il-kwistjonijiet deskritti mill-QEA, u l-EACEA aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tas-SAI, filwaqt li implimentathom għall-ewwel sejħa għal proposti tal-2018. Barra minn hekk, l-EACEA ddeċidiet ukoll li tapplika miżuri simili li jirriżultaw mir-rakkomandazzjonijiet li għamel is-SAI fir-rigward ta’ programmi delegati oħra fil-portafoll tagħha.

5.22.

Għas-sena 2017, l-IAS ikkonkluda li s-sistemi ta’ kontroll intern kienu kumplessivament ineffettivi f’dak li jikkonċerna l-proċess għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet. Aħna nosservaw li l-EACEA malajr ħadet azzjoni biex ittejjeb it-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll tagħha sabiex tkun tista’ tiżgura li l-għażla u l-għoti tal-proġetti jkunu xierqa. L-implimentazzjoni effettiva tal-bidliet għat-tfassil tas-sistemi ta’ kontroll intern inbdiet. L-effettività tal-azzjoni implimentata se tiġi vvalutata fi stadju aktar tard.

5.22.

Fil-bidu tal-2018, is-SAI wettaq l-ewwel awditjar ta’ segwitu u kkonkluda li d-disinn tal-proċeduri riveduti u l-linji gwida u l-istruzzjonijiet ta’ akkumpanjament huma adegwati u konformi mar-Regolament Finanzjarju.

L-EACEA daħħlet fis-seħħ għadd ta’ azzjonijiet biex issaħħaħ l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-għoti ta’ għotjiet, li se jiġu implimentati matul l-2018.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Ir-rapporti annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja, b’titjib fl-approċċ għall-kalkolu tal-ammonti f'riskju

5.23.

Ir-rapporti annwali tal-attività li eżaminajna (14) taw valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja eżerċitata mid-Direttorati Ġenerali u mill-aġenziji f'dak li jirrigwarda r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. B’mod ġenerali, l-informazzjoni pprovduta kienet tikkorrobora s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna.

 

5.24.

Bħal fi snin preċedenti, ir-rapporti tad-Direttorati Ġenerali kollha li jimplimentaw infiq fuq riċerka u innovazzjoni jinkludu riżerva għal pagamenti li jsiru għar-rimborż ta' klejms għall-ispejjeż taħt l-FP7 f’każ li r-rata tal-iżball residwu tkun ogħla minn 2 % (15). Din is-sena, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel rati ta' żball stmati minnha għal Orizzont 2020. Ibbażat fuq l-awditi proprji tagħha, il-Kummissjoni rrappurtat rata ta' żball rappreżentattiva mistennija ta’ 2,8  % u rata tal-iżball residwu ta’ 2,2  % (16).

 

5.25.

Aħna osservajna li l-Kummissjoni kienet kompliet tarmonizza l-approċċ tagħha biex tiddetermina l-ammonti stmati li jinsabu f’riskju fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni li jimplimentaw programmi ta’ riċerka u innovazzjoni.

 

Analiżi tal-informazzjoni dwar ir-regolarità, ipprovduta mill-entità awditjata

5.26.

Għar-riċerka u l-innovazzjoni, aħna analizzajna l-metodoloġija ta’ kampjunar u ta’ awditjar tal-Kummissjoni, li fuqha hija bbażata l-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità fir-rapporti annwali tal-attività. Aħna analizzajna wkoll fajls tal-awditjar li jinsabu għand il-Kummissjoni kif ukoll dawk għand waħda mid-ditti privati tal-awditjar li jwettqu awditi dwar l-FP7 għall-Kummissjoni.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

5.27.

Fir-rigward tal-FP7, il-programmi tal-awditjar u r-regoli dwar iż-żamma tad-dokumentazzjoni ma kinux armonizzati, u fl-2017 il-Kummissjoni ma komplietx twettaq awditi ex post ibbażati fuq għażla aleatorja ta’ proġetti taħt l-FP7.

 

5.28.

Għal Orizzont 2020, il-Kummissjoni stabbiliet proċeduri adegwati u strateġija ta’ kontroll ibbażati fuq programmi tal-awditjar armonizzati. Madankollu, ix-xogħol li wettaqna sa issa ma jippermettilniex naslu għal konklużjoni dwar il-kwalità tal-awditi ex post relatati, peress li d-dokumentazzjoni disponibbli fil-fajls tal-awditjar ma kinitx suffiċjenti biex tippermetti li ssir analiżi kompleta. Il-valutazzjoni tagħna għadha ma koprietx id-ditti privati tal-awditjar li jwettqu awditi f’isem il-Kummissjoni. B’riżultat ta’ dan, fl-2018 aħna se nimplimentaw ċiklu ieħor ta’ analiżijiet, li jkun jinkludi t-twettiq mill-ġdid tal-awditi tal-Kummissjoni.

 

5.29.

Għal Erasmus+ aħna vvalutajna l-istrateġija u l-metodoloġija kumplessivi tal-Kummissjoni u tal-aġenziji nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-awditjar ex post. L-analiżi tagħna kopriet tliet pajjiżi u l-aġenziji nazzjonali tagħhom: ir-Repubblika Ċeka, Franza (Agence Erasmus+ France) u l-Italja (Agenzija Nazionale Erasmus+) (17). Aħna eżaminajna wkoll il-monitoraġġ u s-superviżjoni li wettqu l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll l-awditi mwettqa mill-korp tal-awditjar indipendenti. Rigward il-parti tal-programm li hija mmaniġġjata mill-EACEA, aħna analizzajna l-awditi ex post għall-programm Erasmus+, li tnejn minnhom saru direttament mill-Kummissjoni u tmienja minnhom ġew esternalizzati lid-ditta privata tal-awditjar li twettaq l-awditi f’isem il-Kummissjoni.

 

5.30.

Aħna sibna li t-tliet aġenziji u awtoritajiet nazzjonali li jimplimentaw Erasmus+ kienu stabbilew sistemi ta' superviżjoni u kontroll adegwati. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali mmonitorjaw u ssorveljaw l-aġenziji nazzjonali b’mod adegwat. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali ma ssorveljawx b’mod adegwat il-korpi indipendenti tal-awditjar li kienu għażlu. Ġew identifikati dgħufijiet fid-dettall u fid-dokumentazzjoni tal-kontrolli li twettqu minn tnejn mit-tliet korpi indipendenti tal-awditjar. Fir-rigward tal-EACEA, aħna sibna li l-awditi li kienu twettqu direttament mill-Kummissjoni kienu sodisfaċenti. B’segwitu għall-analiżi li wettaqna tal-fajls tal-awditjar li jinżammu għand id-ditta privata li twettaq awditi f’isem il-Kummissjoni, aħna sibna dgħufijiet fid-dokumentazzjoni, fil-konsistenza tal-kampjunar u fir-rappurtar, kif ukoll f’ċerti proċeduri tal-awditjar.

5.30.

Il-Kummissjoni ħadet nota tas-sejba tal-QEA rigward il-korpi indipendenti tal-awditjar (KIA) u fuq il-bażi ta’ din is-sejba se taġġorna l-istruzzjonijiet tagħha lill-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-kwalità tal-kontrolli mill-KIA.

Il-Kummissjoni ħadet nota li l-kampjunar tal-awditjar huwa parti mill-ewwel awditjar li twettqu mill-kuntrattur estern wara t-tnedija tal-kuntratt qafas il-ġdid tal-awditjar. Sadanittant l-osservazzjonijiet tal-QEA ġew indirizzati fil-qafas tal-istrateġija ta’ kontroll tal-kwalità tal-EACEA li ġiet stabbilita mill-bidu tal-kuntratt qafas attwali għall-awditjar. Dawn huma simili għal dak li kienet identifikat l-EACEA.

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

5.31.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta' żball fl-infiq fuq “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” kien materjali.

 

5.32.

Għal din is-subintestatura tal-QFP, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet ta livell kumplessiv ta’ żball stmat ta’ 4,2  % (ara l- Anness 5.1 ).

 

Rakkomandazzjonijiet

5.33.

L- Anness 5.3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta' segwitu li wettaqna għat-tliet rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2014 tagħna. Il-Kummissjoni kienet implimentat tnejn minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, filwaqt li rakkomandazzjoni waħda kienet ġiet implimentata f’xi wħud mill-aspetti.

 

5.34.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2017, aħna nirrakkommandaw li sa tmiem l-2018, il-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: fir-rigward ta’ Orizzont 2020, tikkjarifika aktar ir-regoli relatati mal-ispejjeż għall-persunal, teżamina l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal, u tikkompleta l-lista ta’ kwistjonijiet applikabbli f’ċerti pajjiżi.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra kif tista’ tiċċara l-linji gwida (Mudell tal-Ftehim tal-Għotjiet Annotat) fid-dawl tas-sejbiet tal-awditjar u se tkompli taġġorna l-lista ta’ kwistjonijiet f’ċerti pajjiżi.

Rakkomandazzjoni 2: fir-rigward tas-CEF, iżżid il-livell ta’ sensibilizzazzjoni tal-benefiċjarji f’dak li jirrigwarda r-regoli ta' eliġibbiltà, b’mod partikolari billi tagħmel distinzjoni ċara bejn kuntratt ta’ implimentazzjoni u sottokuntratt.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Se ssaħħaħ il-komunikazzjoni mal-benefiċjarji u se ttejjeb l-informazzjoni li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom.

Rakkomandazzjoni 3: tindirizza minnufih id-dgħufijiet identifikati mill-IAS:

fil-proċess ta’ ġestjoni tal-għotjiet ta’ Erasmus+, fl-EACEA;

fil-monitoraġġ tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

PARTI 2 — KWISTJONIJIET RELATATI MAL-PRESTAZZJONI FIR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

5.35.

Aħna vvalutajna r-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni ta’ 59 mill-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni kkampjunati (18). Minn dawn il-proġetti, 23 kienu diġà ġew kkompletati. Aħna ma vvalutajniex direttament il-kwalità tar-riċerka li saret jew l-impatt tal-proġetti f'termini ta' lħuq tal-objettiv tal-politika jiġifieri li jsir titjib fir-riċerka u l-innovazzjoni.

 

5.36.

Għal kull proġett, aħna analizzajna r-rapport ta' valutazzjoni li jiġi stabbilit mill-Uffiċjal tal-Proġetti tal-Kummissjoni bħala parti mill-kontrolli qabel ma jsir ir-rimborż tal-ispejjeż iddikjarati. Aħna ħadna nota tal-konklużjoni tal-Uffiċjal tal-Proġetti dwar jekk:

il-progress li ġie rrappurtat fir-rigward tal-outputs u r-riżultati kienx konformi mal-objettivi stipulati fil-ftehim ta' għotja;

l-ispejjeż iddebitati għall-proġett kinux raġonevoli, meta mqabbla mal-progress li ġie rrappurtat;

l-outputs u r-riżultati tal-proġett kinux ġew disseminati skont ir-rekwiżiti tal-ftehim ta’ għotja.

 

Il-biċċa l-kbira mill-proġetti kisbu l-outputs u r-riżultati mistennija minnhom

5.37.

Skont ir-rapporti tal-Kummissjoni, il-biċċa l-kbira mill-proġetti kienu kisbu l-outputs u r-riżultati mistennija minnhom. Madankollu, ir-rapporti tal-Kummissjoni żvelaw ukoll li bosta proġetti kienu ġew affettwati minn ċerti kwistjonijiet li naqqsu mill-prestazzjoni tagħhom:

f'seba' każijiet, il-progress li ġie rrappurtat kien jikkonforma parzjalment biss mal-objettivi li dwarhom kien intlaħaq qbil mal-Kummissjoni;

f'sitt każijiet, il-Kummissjoni qieset li l-ispejjeż irrappurtati ma kinux raġonevoli meta mqabbla mal-progress li kien sar;

f’żewġ każijiet, l-outputs u r-riżultati tal-proġetti kienu ġew disseminati parzjalment biss. F'każ wieħed, ma kienet saret l-ebda attività ta' disseminazzjoni.

5.37.

Min-natura tagħhom, il-proġetti tar-Riċerka u tal-Innovazzjoni huma riskjużi u inċerti. Mhux possibbli li wieħed jiggarantixxi bil-quddiem li jistgħu jinkisbu objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi. Għalhekk, hemm proċess ta’ monitoraġġ tal-proġetti, li għandu l-għan li jidentifika fejn il-proġetti ma jkunux kompletament ta’ suċċess, u tittieħed azzjoni xierqa biex tinstab soluzzjoni għall-problema.

(1)  Is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp teknoloġiku 2007-2013.

(2)  Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014-2020 (Orizzont 2020).

(3)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun statistiku rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 2,2 % u 6,2 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(4)  L-iżbalji kienu jirrappreżentaw minn 4,9 % sa 16,9 % tal-valur eżaminat u kienu jikkonċernaw proġetti taħt il-programmi li ġejjin: il-Fond ta' Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar (żewġ każijiet), il-Programm Kompetittività u Innovazzjoni (każ wieħed), Erasmus+ (każ wieħed), u l-Programm TEN-T (każ wieħed).

(5)  13-il tranżazzjoni kien fihom kemm żbalji kwantifikabbli kif ukoll żbalji mhux kwantifikabbli.

(6)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali 2012, il-paragrafi 8.18 u 8.42 (ir-Rakkommandazzjoni 2); u r-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 8.12.

(7)  Ir-Rapport Annwali 2016, il-paragrafu 5.13, ir-Rapport Annwali 2014, il-paragrafu 5.12, u d-dokument informattiv u analitiku tal-Qorti “Kontribut għas-simplifikazzjoni tal-programm ta’ riċerka tal-UE wara Orizzont 2020”, li ġie ppubblikat f’Marzu 2018.

(8)  Il-paragrafu 5.16 tar-Rapport Annwali 2016.

(9)  Il-benefiċjarji jridu jiżguraw li:

it-total tas-sigħat ta’ xogħol iddikjarat fl-għotjiet tal-UE u tal-Euratom għal persuna għal sena MA JKUNX ogħla mill-għadd ta’ sigħat produttivi annwali użat għall-kalkolu tar-rata fis-siegħa;

l-ammont totali tal-ispejjeż għall-persunal iddikjarat (għar-rimborż bħala spejjeż reali) fl-għotjiet tal-UE u tal-Euratom għal persuna għal sena MA JKUNX ogħla mill-ispejjeż totali għall-persunal irreġistrati fil-kontijiet tal-benefiċjarju (għal dik il-persuna għal dik is-sena).

(10)  Il-Programm H2020 — “Guidance on List of issues applicable to particular countries” (Gwida dwar il-lista ta’ kwistjonijiet applikabbli għal pajjiżi partikolari).

(11)  Bosta bonusijiet li jeżistu kemm fi Franza kif ukoll fi Spanja ġew indirizzati biss fil-gwida għal Franza.

(12)  Sottokuntratt huwa kuntratt ta’ akkwist li jkopri l-implimentazzjoni min-naħa ta’ parti terza tal-kompiti li jiffurmaw parti mill-azzjoni. Huwa jeħtieġ approvazzjoni mill-Kummissjoni. Kuntratti oħra ma jeħtiġux li jiġu approvati mill-Kummissjoni.

(13)  Ir-Rapport Annwali 2016, il-paragrafu 5.27.

(14)  Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (DĠ EAC), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) u l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA).

(15)  Il-Kummissjoni tirrapporta rata ta' żball rappreżentattiva pluriennali ta’ 4,95 % għall-infiq mill-FP7. Hija tirrapporta rati tal-iżball residwu fil-livell ta’ kull DĠ involut biss, u dawn ivarjaw bejn 2,79 % u 3,55 %.

(16)  Dawn huma rati pluriennali li jkopru l-infiq qabel Ottubru 2016 (jiġifieri qabel il-perjodu kopert mill-awditu tagħna).

(17)  Hemm aktar minn 50 aġenzija nazzjonali involuti fl-implimentazzjoni ta’ Erasmus+. L-għażla tagħna kienet immirata biex ikollna taħlita ta’ aġenziji żgħar u kbar li jkopru l-EU15 u l-Istati Membri ġodda.

(18)  Aħna vvalutajna l-prestazzjoni ta' proġetti kollaborattivi li jinvolvu bosta parteċipanti, u eskludejna tranżazzjonijiet bħall-pagamenti relatati mal-mobbiltà lil riċerkaturi individwali.

(19)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 15).

ANNESS 5.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI”

 

2017

2016

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

130

150

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

4,2  %

4,1  %

 

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

6,2  %

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

2,2  %

 

ANNESS 5.2

ĦARSA ĠENERALI LEJN L-IŻBALJI B’IMPATT AKBAR MINN 20 % GĦAL “KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI”

Filwaqt li applikajna l-metodoloġija ġenerali tal-awditjar ippreżentata fl- Anness 1.1 , aħna ttestjajna kampjun statistiku rappreżentattiv ta' tranżazzjonijiet biex nistmaw il-livell ta' irregolarità fi ħdan il-popolazzjoni għal din is-subintestatura tal-QFP. L-iżbalji li qbadna ma jikkostitwux lista eżawrjenti — la ta' żbalji individwali u lanqas tat-tipi ta' żbalji ppreżentati fil- Kaxxa 5.2 . L-iżbalji b’impatt akbar minn 20 % tal-valur tat-tranżazzjoni eżaminata huma deskritti hawn taħt, addizzjonalment għal dak deskritt fil- Kaxxa 5.3 . Dawn it-tmien żbalji jirrappreżentaw aktar minn 61 % tal-livell kumplessiv ta' żball stmat għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”.

Proġetti taħt is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka

Eżempju 1 — spejjeż għall-persunal li kienu ineliġibbli u spejjeż għall-persunal li ma kinux sostnuti mill-evidenza meħtieġa

Il-benefiċjarju (istitut tal-edukazzjoni għolja ta’ pajjiż terz), parteċipant fi proġett maħsub biex joħloq bidla innovattiva fil-kostruzzjoni, fil-ġestjoni, u fil-manutenzjoni tal-mini, iddikjara spejjeż għall-persunal għal perjodu li matulu l-impjegat ikkonċernat ma kienx fil-fatt impjegat mill-benefiċjarju kif ukoll spejjeż għall-persunal li ma kinux sostnuti minn skedi bil-ħinijiet tax-xogħol validi. L-ispejjeż ineliġibbli ammontaw għal 85,4 % tal-ispejjeż totali eżaminati.

Eżempju 2 — dikjarazzjoni ta’ spejjeż għall-persunal li kienu ineliġibbli u kalkolu skorrett tar-rati fis-siegħa

L-ispejjeż għall-persunal li l-benefiċjarju (SME fl-UE li tipprovdi servizzi ta’ inġinerija) iddikjara għar-rimborż kienu jinkludu spejjeż għal persuna li ma kinitx impjegata tal-benefiċjarju iżda kienet is-sid ta’ kumpanija li tipprovdi servizzi lill-benefiċjarju. Għal impjegat ieħor, l-ispejjeż għall-persunal ġew rimborżati għal perjodu qabel ir-reklutaġġ tiegħu. Aħna sibna wkoll li r-rata fis-siegħa li ntużat għall-kalkolu tal-ispejjeż għas-salarji kienet ġiet ikkalkulata b’mod skorrett. L-ispejjeż ineliġibbli ammontaw għal 35,9 % tal-ispejjeż totali eżaminati.

Eżempju 3 — spejjeż għall-persunal u spejjeż għas-sottokuntrattar li kienu ineliġibbli

Il-benefiċjarju (organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ f’pajjiż terz, parteċipant fi proġett tar-riċerka fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal tixjiħ attiv u b’saħħtu) ikklejmja spejjeż għall-persunal għal bosta persuni li jew qatt ma kienu impjegati mill-benefiċjarju jew ma kinux impjegati matul il-perjodi kkonċernati. Barra minn hekk, il-benefiċjarju ddikjara spejjeż li kienu ġew iffatturati minn sottokuntrattur lill-kumpanija sussidjarja tal-benefiċjarju. L-ispejjeż ineliġibbli ammontaw għal 84,2 % tal-ispejjeż totali eżaminati.

Eżempju 4 — spejjeż għall-persunal ikkalkulati b'mod skorrett u spejjeż oħra mhux relatati mal-proġett

Il-benefiċjarju (korp pubbliku fl-UE, parteċipant fi proġett tar-riċerka fil-qasam ta’ mard emerġenti trasmess mill-qurdien) iddikjara spejjeż għall-kiri u għall-ivvjaġġar li kienu ineliġibbli u ma kinux relatati mal-proġett. Barra minn hekk, l-ispejjeż għall-ivvjaġġar li kienu ineliġibbli ġew ikklejmati u rrimborżati darbtejn, bħala spejjeż għall-ivvjaġġar kif ukoll bħala spejjeż għall-persunal. L-ispejjeż ineliġibbli ammontaw għal 20,3 % tal-ispejjeż totali eżaminati.

Proġetti taħt Orizzont 2020

Eżempju 5 — fattura mhux imħallsa u rata ta’ rimborż skorretta

Il-benefiċjarju (entità pubblika fl-UE attiva fis-settur tal-enerġija) iddikjara spejjeż relatati ma’ fattura li kienet għadha ma tħallsitx fiż-żmien meta sar l-awditu, 1,5 snin wara li nħarġet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kklassifikat din l-entità bħala organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li hija intitolata għal rata ta’ rimborż ta’ 100 %, anki jekk l-istatus tagħha jindika li kienet entità kummerċjali. L-ispejjeż ineliġibbli ammontaw għal 30,0 % tal-ispejjeż totali eżaminati.

Eżempju 6 — spejjeż ineliġibbli, nuqqas ta’ rendikont tal-entrati u rata tal-kambju skorretta

Il-benefiċjarju (università f’pajjiż terz) ma rreġistra l-ebda spiża, ħlief l-ispejjeż għall-persunal, fis-sistema kontabilistika tiegħu. Fost dawn l-ispejjeż li ma ġewx irreġistrati, aħna sibna każijiet fejn: ġew iddikjarati spejjeż mingħajr ma ngħatat prova ta’ pagament, spejjeż li ma kellhomx rabta ċara mal-proġett, elementi ta’ spiża li ġew ikklejmati darbtejn, spejjeż indiretti li ġew iddikjarati bħala spejjeż diretti, kif ukoll ġew iddikjarati spejjeż li kienu bbażati fuq stimi minflok fuq spejjeż reali. Barra minn hekk, l-ispejjeż kollha ġew iddikjarati bl-użu ta’ rata tal-kambju skorretta. L-ispejjeż ineliġibbli ammontaw għal 64,7 % tal-ispejjeż totali eżaminati.

Eżempju 7 — spejjeż għall-persunal li kienu ineliġibbli u rata tal-kambju skorretta

Il-benefiċjarju (istitut tar-riċerka li kien parti minn sptar ta’ fama mondjali f’pajjiż terz), meta ddikjara l-ispejjeż tiegħu għall-ewwel perjodu ta’ rappurtar, uża metodoloġija tar-rata fis-siegħa li ma kinitx konformi mar-regoli ta’ Orizzont 2020. Il-benefiċjarju ma kellux rekords tal-ħin li żewġ impjegati ddedikaw fuq il-proġett awditjat. Għal impjegat ieħor kien hemm, fil-fatt, rekords tal-ħin u dawn ikkonfermaw allokazzjoni ta’ 10 % fuq il-proġett, filwaqt li l-benefiċjarju, bi żball, kien ikkalkula l-ispejjeż għall-persunal fuq il-bażi ta’ allokazzjoni ta’ 20 %. Barra minn hekk, l-ispejjeż kollha ġew iddikjarati bl-użu ta’ rata tal-kambju skorretta. Mill-EUR 130 000 li l-benefiċjarju ddikjara, EUR 45 500 ma kinux eliġibbli, li wassal għal żball ta’ 35,2 %.

ANNESS 5.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI”

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2014

B'segwitu għal din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2014, aħna nirrakkommandaw li:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 1:

il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-awdituri indipendenti jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ir-rimborż;

 

 

X

 

 

 

B’mod regolari, il-Kummissjoni tieħu azzjonijiet biex tirrieżamina s-sistema ta’ kontroll intern tagħha. Il-Kummissjoni pprovdiet gwida relatata mal-aspetti materjali kollha tal-ġestjoni tal-għotjiet għall-benefiċjarji u għall-awdituri tagħhom.

Rakkomandazzjoni 2:

abbażi tal-esperjenza tagħha taħt is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka, il-Kummissjoni tiżviluppa strateġija xierqa ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju għal Orizzont 2020, inklużi kontrolli adegwati ta’ benefiċjarji b’riskju għoli, bħall-SMEs u parteċipanti ġodda, u ta’ spejjeż iddikjarati taħt kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà;

 

X

 

 

 

 

L-istrateġija ta’ kontroll hija bbażata fuq il-ġestjoni tar-riskji, u din tista’ tissarraf fi proċeduri operazzjonali. Il-Kummissjoni taċċetta li dan il-proċess jista’ jiġi pperfezzjonat.

Rakkomandazzjoni 3:

il-Kummissjoni tiżgura li s-servizzi tagħha jieħdu approċċ konsistenti għall-kalkolu ta' rati medji ta' żball ipponderati, u l-valutazzjoni riżultanti tal-ammonti f'riskju.

 

X

 

 

 

 

Il-Kummissjoni kompliet tiċċara l-kunċetti u d-definizzjonijiet ewlenin biex jiġu ddeterminati r-rati tal-iżbalji, l-ammonti f’riskju u l-korrezzjonijiet fl-istruzzjonijiet, fil-mudell u fin-nota ta’ gwida tar-Rapport Annwali tal-Attività. Id-diversi kunċetti u indikaturi ġew definiti b’mod flessibbli biżżejjed biex b’hekk jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tad-diversi DĠ, iżda xorta waħda jiġi żgurat grad suffiċjenti ta’ konsistenza għall-konsolidazzjoni tad-data u tiġi evitata l-konfużjoni.


KAPITOLU 6

“Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

WERREJ

Introduzzjoni 6.1-6.24
Deskrizzjoni qasira ta’ “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” 6.3-6.15
Ambitu u approċċ tal-awditjar 6.16-6.24
Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet 6.25-6.78
Riżultati tal-analiżi li wettaqna tat-tranżazzjonijiet u t-twettiq mill-ġdid tax-xogħol tal-awditjar 6.26-6.43
Il-valutazzjoni li wettaqna tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar 6.44-6.50
Ix-xogħol tal-Kummissjoni u r-rappurtar tagħha dwar ir-rata tal-iżball residwu fir-rapporti annwali tal-attività tagħha 6.51-6.72
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 6.73-6.78
Konklużjoni 6.73-6.76
Rakkomandazzjonijiet 6.77-6.78
Parti 2 — Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti 6.79-6.92
Valutazzjoni tat-tfassil tas-sistemi ta’ prestazzjoni 6.82-6.86
Ħafna mill-proġetti ma jilħqux l-objettivi ta’ prestazzjoni kompletament 6.87-6.90
Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri ma setgħux jużaw it-totalità tal-kontribuzzjonijiet tagħhom taħt il-FISMs 6.91
Konklużjoni 6.92

Anness 6.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Annex 6.2 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

6.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għas-Subintestatura 1b tal-QFP “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”. Fl-2017, għall-ewwel darba, il-pagamenti suġġetti għall-awditu tagħna huma relatati mal-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 u mal-implimentazzjoni tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 taħt il-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament.

 

6.2.

Il- Kaxxa 6.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din is-subintestatura fl-2017. Għal aktar informazzjoni dwar il-popolazzjoni tal-awditjar għall-2017 ara l-paragrafi 6.16 sa 6.19.

 

Kaxxa 6.1 —   Subintestatura 1b tal-QFP “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” — ripartizzjoni fl-2017

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

35,7

-

pagamenti bil-quddiem  (68)

-9,0

+

approvazzjonijiet  (68)  (69)

0,5

+

pagamenti relatati ma’ deċiżjonijiet dwar l-għeluq annwali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020  (70)

2,5

-

pagamenti għall-perjodu 2014–2020 tal-QFP

-20,8

-

pagamenti interim għal PO mhux magħluqa għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013

-0,9

Popolazzjoni awditjata, total  (71)

8,0

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2017, informazzjoni dwar l-għeluq ipprovduta mill-Kummissjoni u data mis-sistemi tal-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira ta’ “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

Objettivi ta’ politika u strumenti ta’ nfiq

6.3.

L-infiq taħt is-Subintestatura 1b tal-QFP “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” jiffoka fuq it-tnaqqis tad-diverġenzi fl-iżvilupp bejn l-Istati Membri u r-reġjuni differenti tal-UE, u fuq it-tisħiħ tal-kompetittività tar-reġjuni kollha (1). Dawn l-objettivi huma implimentati permezz tal-fondi/l-istrumenti li ġejjin:

 

il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), li għandu l-għan li jnaqqas l-iskwilibriji reġjonali prinċipali permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-ħolqien ta’ infrastruttura u ta’ investiment produttiv li joħloq l-impjiegi, prinċipalment għan-negozji;

 

il-Fond ta' Koeżjoni (FK), li bil-għan li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli jiffinanzja proġetti relatati mal-ambjent u t-trasport fl-Istati Membri li għandhom ING per capita ta’ inqas minn 90 % tal-medja tal-UE (2);

 

il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), li għandu l-għan li jħeġġeġ livell għoli ta’ impjieg u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar, y jinkludi miżuri li jitwasslu permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) (3) immirata lejn reġjuni b’rata għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ;

 

strumenti/fondi oħra iżgħar, bħall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (appoġġ għall-kooperazzjoni transkonfinali u inizjattivi politiċi biex jissaħħu r-rabtiet bejn l-UE u l-ġirien tagħha) u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD — assistenza materjali biex tgħin lill-persuni joħorġu mill-faqar).

 

Implimentazzjoni

6.4.

L-Istati Membri ġeneralment jippreżentaw programmi operazzjonali (PO) pluriennali fil-bidu ta’ kull perjodu ta' programmazzjoni għad-durata kollha ta’ QFP (4). Wara li l-Kummissjoni tkun approvat PO, ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tiegħu taqa’ taħt ġestoni kondiviża bejn il-Kummissjoni (5) u l-Istat Membru. Il-benefiċjarji jirċievu rimborż permezz tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, f’konformità mat-termini tal-programmi operazzjonali, filwaqt li l-baġit tal-UE jikkofinanzja l-ispejjeż imġarrba u mħallsa fil-qafas tal-operazzjonijiet eliġibbli.

 

Qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament

Perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 (aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet)

6.5.

Element importanti tal-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 (6) huwa li, għal kull PO (jew grupp ta’ PO), l-awtoritajiet tal-Istat Membru inkarigati mill-programmi (7) jridu jippreżentaw “pakkett ta’ aċċertament” annwali (8) li jkopri l-infiq iċċertifikat lill-Kummissjoni fis-sena kontabilistika (9). Permezz ta’ dan il-pakkett, l-awtoritajiet jikkonfermaw li l-kontijiet ikunu kompleti, preċiżi u veri, kif ukoll l-effettività tas-sistemi ta’ ġestjoni u tal-kontrolli interni tagħhom għall-PO (jew grupp ta’ PO) u l-legalità u r-regolarità tal-infiq iċċertifikat.

 

6.6.

Element ewlieni tal-pakkett ta’ aċċertament huwa r-rapport annwali ta' kontroll imħejji mill-awtorità tal-awditjar. Dan ir-rapport jiddivulga r-rata tal-iżball residwu  (10) għall-PO (jew grupp ta’ PO). L-awtorità tal-awditjar toħroġ opinjoni tal-awditjar dwar ir-regolarità tal-infiq (11). Din l-opinjoni tista’ tkun mhux kwalifikata fil-każ biss li r-rata tal-iżball residwu tibqa’ taħt il-livell ta' materjalità ta’ 2 % stabbilit fir-regolament (12). Biex tiddetermina din ir-rata, l-awtorità tal-awditjar tieħu kont ta’ kull irregolarità li tkun identifikat billi teżamina kampjun rappreżentattiv tal-operazzjonijiet, li bħala regola ġenerali, jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ metodi ta' kampjunar statistiku (13). Ir-rata tirrifletti wkoll kull korrezzjoni finanzjarja applikata u rreġistrata fil-kontijiet biex tikkumpensa għal dawn l-irregolaritajiet.

 

6.7.

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta kontijiet li jkunu parti mill-pakkett ta’ aċċertament u tillikwida l-bilanċ tal-kontribuzzjoni mill-UE (14) fil-każ biss li tkun tista’ tikkonkludi, filwaqt li tieħu kont tal-opinjoni tal-awditjar li tinħareġ mill-awtorità tal-awditjar, li l-kontijiet ikunu kompleti, preċiżi u veri (15). Qabel ma taċċetta l-kontijiet, il-Kummissjoni twettaq prinċipalment kontrolli amministrattivi dwar il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni inkluża fil-pakketti ta’ aċċertament li tirċievi. Dan ifisser li l-Kummissjoni tista’ taċċetta l-kontijiet anki jekk ir-rata tal-iżball residwu tkun ogħla mis-soll ta' materjalità u b’hekk l-opinjoni li tinħareġ mill-awtorità tal-awditjar dwar ir-regolarità tkun kwalifikata jew avversa. Madankollu, f’din is-sitwazzjoni l-Kummissjoni tista’ wkoll tinterrompi l-pagament tal-bilanċ (li jinkludi r-rilaxx tal-10 % miżmuma (16)) u tniedi l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

6.8.

Wara li taċċetta l-kontijiet, il-Kummissjoni tista’ twettaq ukoll awditi tar-regolarità biex tanalizza x-xogħol ta’ awtorità tal-awditjar. Jekk dawn l-awditi jiżvelaw xi irregolarità jew defiċjenza serja, il-Kummissjoni tista’ mbagħad timponi korrezzjonijiet finanzjarji (netti) ulterjuri (17). L-ambitu tal-awditjar jista’ wkoll jitwessa’ biex ikopri l-infiq inkluż f’kontijiet preċedenti fir-rigward tar-riskji identifikati, jekk ikun meħtieġ, fi ħdan il-limiti regolatorji tal-perjodu li matulu d-dokumenti jridu jinżammu disponibbli (18).

6.8.

Qabel taċċetta l-kontijiet, il-Kummissjoni twettaq awditi dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tagħhom abbażi tal-informazzjoni inkluża fil-pakketti ta’ aċċertament. Sussegwentement, hija tivvaluta wkoll l-informazzjoni inkluża fl-opinjonijiet tal-awditjar li jinsabu fil-pakketti ta’ aċċertament fir-rigward tal-legalità u r-regolarità u l-funzjonament tas-sistemi, fl-isfond tal-validazzjoni tar-rati ta’ żball rapportati u bħala bażi għall-valutazzjoni tar-riskju tagħha għal awditi tar-regolarità.

6.9.

B’segwitu għall-awditi u l-kontrolli tar-regolarità li twettaq, il-Kummissjoni (id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL) tivvalida u tikkonkludi dwar ir-rati tal-iżball residwu u tippubblika r-riżultati fir-rapporti annwali tal-attività (RAA) tagħha għas-sena ta’ wara. Fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2016 tagħhom, id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL iddikjaraw li huma kienu se jiffinalizzaw dan il-proċess għall-kontijiet tal-2015/2016 u jippubblikaw ir-riżultati fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2017 sa tmiem l-2017 (19).

6.9.

DĠ REGIO U DĠ EMPL fil-fatt bi ħsiebhom jivvalidaw u jikkonkludu dwar ir-rati tal-iżball residwu u jirrapportaw dwarhom, bħala regola ġenerali, fir-rapporti annwali tal-attività (RAA) tagħhom. Madankollu, dan mhuwiex obbligu legali u, kif imsemmi fl-istrateġija tal-awditjar uniku tad-Direttorati Ġenerali, l-awditi tar-regolarità jistgħu jseħħu wara. Konsegwentement, l-awditi jistgħu jwasslu għal valutazzjoni ulterjuri tar-rati tal-iżball residwu u tal-korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali, meta jkun rilevanti, inkluż wara s-sena suċċessiva għar-riċeviment tal-pakketti ta’ aċċertament.

Perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013 (għeluq tal-programmi operazzjonali)

6.10.

Il-kontrolli previsti qabel l-għeluq tal-programmi operazzjonali fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 huma kumparabbli ma’ dawk għall-aċċettazzjoni ta’ pakkett ta’ aċċertament annwali fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020, bid-differenza prinċipali fil-perjodu ta’ żmien li matulu japplikaw. Meta tesprimi l-opinjoni tagħha dwar ir-regolarità tal-infiq iddikjarat għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu kemm hu, l-awtorità tal-awditjar tikkalkula rata tal-iżball residwu. Biex tagħmel dan, hija tieħu inkunsiderazzjoni r-rati ta' żball annwali rrappurtati minnha u l-korrezzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu saru matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Din is-sena, fir-rapport annwali tagħna, aħna qed nirrappurtaw għall-ewwel darba dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri (20) .

 

Riskji għar-regolarità

6.11.

Minħabba l-bidliet fil-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament, aħna nivvalutaw ir-riskji għar-regolarità fil-livell ta’ kull operazzjoni (ara l-paragrafu 6.12) u fil-livell tas-sistemi maħsuba biex jipproduċu rata tal-iżball residwu affidabbli (ara l-paragrafi 6.13 sa 6.15).

 

6.12.

L-infiq taħt “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” għandu livell għoli ta’ riskju inerenti. B’mod partikolari, il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw spejjeż li mhumiex eliġibbli taħt ir-regoli tal-UE u dawk nazzjonali, jew l-għajnuna tista’ tingħata lil benefiċjarji jew għal operazzjonijiet li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà tal-PO.

 

6.13.

Il-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament għandu l-għan li jiżgura li r-rata tal-iżball residwu għall-infiq rimborżat mill-baġit tal-UE tibqa’ taħt is-soll ta' materjalità (2 %). Ir-riskji prinċipali relatati jikkonċernaw kemm l-awtoritajiet tal-awditjar kif ukoll il-Kummissjoni.

6.13.

Il-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament 2014-2020 għandu l-għan li jiżgura li r-rata tal-iżball residwu għall-infiq rimborżat mill-baġit tal-UE tibqa’ taħt is-soll ta’ materjalità (2 %) għal kull programm operazzjonali.

6.14.

L-awtoritajiet tal-awditjar jistgħu jistmaw b'mod insuffiċjenti r-rata tal-iżball residwu għal PO (jew grupp ta’ PO). Dan jista’ jseħħ minħabba li jibbażaw ix-xogħol tal-awditjar tagħhom fuq kampjun li ma jkunx rappreżentattiv tal-operazzjonijiet, minħabba li ma jirrispettawx l-istandards internazzjonali tal-awditjar, jew minħabba li jonqsu milli jaqbdu ċerti żbalji. Huma jistgħu wkoll jikkalkulaw ir-rata tal-iżball residwu b’mod skorrett jew jipproponu korrezzjonijiet insuffiċjenti biex jindirizzaw l-iżbalji li jkunu identifikaw.

 

6.15.

Li kieku l-Kummissjoni ma qabditx waħda jew aktar minn dawn il-problemi permezz tal-awditi u l-kontrolli tar-regolarità li wettqet, hija setgħet tispiċċa tillikwida l-bilanċji anki f’każijiet fejn ir-rati reali tal-iżball residwu kienu ogħla mis-soll ta' materjalità ta’ 2 % u b’hekk, irregolari.

6.15.

Jekk il-Kummissjoni, abbażi ta’ awditi u verifiki tar-regolarità, tikkonkludi li r-rata tal-iżball residwu, meta jitqiesu l-korrezzjonijiet finanzjarji reġistrati kollha, tibqa’ ogħla mis-soll ta’ materjalità ta’ 2 %, hija tista’ tniedi l-proċedura ta’ korrezzjoni finanzjarja meħtieġa, inklużi korrezzjonijiet finanzjarji netti fil-każ li jibqgħu nuqqasijiet serji.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

6.16.

B’kont meħud tal-qafas rivedut ta’ kontroll u ta’ aċċertament (ara l-paragrafi 6.5 sa 6.9), din is-sena aħna biddilna l-approċċ tal-awditjar tagħna għal dan il-qasam ta’ nfiq. L-objettiv tagħna kien li nikkontribwixxu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kumplessiva kif deskritt fl- Anness 1.1 u li nivvalutaw il-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament u l-punt sa fejn huwa affidabbli. Dan twettaq bil-ħsieb li possibbilment isir aktar użu minnu fil-futur u, f’dak il-kuntest, jiġi identifikat fejn huwa meħtieġ isir aktar titjib.

 

6.17.

B’hekk, fl-2017 aħna awditjajna l-infiq iċċertifikat li huwa inkluż fil-pakketti ta’ aċċertament 2014–2020 u, għall-2007–2013, l-infiq li fuqu huma bbażati r-rapporti finali ta’ kontroll tal-awtoritajiet tal-awditjar. Fil-passat, aħna ħadna kampjuni mill-pagamenti interim u dawk finali jew mill-approvazzjonijiet li saru mill-baġit tal-UE għall-programmi operazzjonali.

 

6.18.

Din kienet l-ewwel sena li l-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati mill-programmi ppreżentaw pakketti ta’ aċċertament b’infiq għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 u li l-Kummissjoni applikat il-proċeduri tagħha biex tanalizza u taċċetta l-kontijiet, u biex tikkonkludi dwar ir-rati ta' żball irrappurtati. Sa Marzu 2017, il-Kummissjoni kienet irċeviet 50 pakkett ta’ aċċertament li jkopru kontijiet b’infiq għal 71 minn 419-il PO. F’Mejju 2017, hija aċċettat kontijiet b’infiq minn 17-il Stat Membru (21), li jkopru 70 PO u nfiq ta’ EUR 2,5  biljun biss (22). Dan jispjega għalfejn aħna koprejna inqas infiq mis-sena li għaddiet. Barra minn hekk, madwar 48 % ta’ dan l-ammont kien jikkonċerna operazzjonijiet kofinanzjati mill-FSE/YEI. Dan ifisser li l-allokazzjoni kumplessiva mill-FSE/YEI għall-PO approvati għall-2014–2020 hija ta’ 26 %.

 

6.19.

Din kienet ukoll l-ewwel sena li l-Kummissjoni llikwidat il-bilanċ għall-programmi operazzjonali mill-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013. Fl-2017, il-Kummissjoni għalqet 141 (dawk li hija kkunsidrat li kienu ta’ riskju aktar baxx) mill-440 PO kkonċernati, minn 18-il Stat Membru (23).

 

6.20.

Għall- Parti 1 ta’ dan il-kapitolu, li tiffoka fuq ir-regolarità, aħna eżaminajna:

 

(i)

kampjun ta’ 217-il tranżazzjoni, li kien maħsub biex ikun statistikament rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP. Aħna ħadna l-kampjun f’żewġ stadji. L-ewwel, għażilna 22 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq (24) li kienu jkopru 51 mill-211-il PO li għalihom, fl-2017, il-Kummissjoni pproċediet għal likwidazzjoni mill-baġit tal-UE (25). Minn dawn il-PO, aħna mbagħad għażilna 217-il tranżazzjoni li għalihom l-awtoritajiet tal-awditjar kienu wettqu awditi tal-operazzjonijiet. Dan ix-xogħol ikkontribwixxa għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kumplessiva f’konformità mal- Anness 1.1 ;

 

(ii)

ix-xogħol imwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar għall-validazzjoni tal-informazzjoni li tinsab fit-22 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq, dan ukoll bl-użu tal-kampjun ta’ 217-il tranżazzjoni msemmija hawn fuq;

 

(iii)

ix-xogħol imwettaq mill-Kummissjoni hija u tanalizza u tivvalida l-pakketti ta’ aċċertament/ta’ għeluq għall-2017. Aħna ħadna inkunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni rilevanti fir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL.

 

Il-Kaxxa 6.2 fiha ripartizzjoni tal-kampjun awditjat skont l-Istat Membru, filwaqt li l-paragrafi 6.21 sa 6.23 jipprovdu aktar dettall dwar kif fassalna l-approċċ tagħna.

 

Kaxxa 6.2 —   “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” — ripartizzjoni tal-kampjun awditjat

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

6.21.

L-ittestjar tat-tranżazzjonijiet li wettaqna kien jikkonsisti minn analiżi, għal 217-il tranżazzjoni, tal-listi ta’ kontroll tal-awtoritajiet tal-awditjar u tal-evidenza li dawn kellhom biex jissostanzjaw ir-riżultati tax-xogħol tal-awditjar u l-opinjonijiet tal-awditjar tagħhom. Fejn kien meħtieġ, aħna erġajna wettaqna mill-ġdid (26) ix-xogħol tal-awditjar (ara l-paragrafu 6.50).

 

6.22.

Peress li x-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar huwa parti kritika mill-qafas ta’ aċċertament u ta’ kontroll, din is-sena aħna għamilna enfasi akbar fuq l-eżaminar tal-elementi ewlenin tal-kontrolli tagħhom. Għamilna dan sabiex niksbu aċċertament rigward l-effettività tal-kontrolli. Għal kull wieħed mit-22 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq fil-kampjun tagħna, aħna eżaminajna l-istrateġija tal-awditjar u l-approċċ tal-kampjunar tal-awtorità tal-awditjar, kif ukoll kif hija identifikat, ikkwantifikat u estrapolat l-iżbalji, u x-xogħol tagħha dwar il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fil-livell tal-Istat Membru.

 

6.23.

Ħarisna wkoll lejn ix-xogħol li ż-żewġ DĠ responsabbli wettqu biex janalizzaw u jivvalidaw il-kontijiet annwali u d-deċiżjonijiet dwar l-għeluq, u kif użaw ir-riżultati ta’ dan ix-xogħol fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom. Dan ippermettielna nevalwaw il-punt sa fejn il-Kummissjoni tista’ toqgħod fuq l-informazzjoni relatata mar-regolarità, li l-Istati Membri pproduċew.

 

6.24.

Il- Parti 2 ta’ dan il-kapitolu tiffoka fuq il-prestazzjoni. Aħna vvalutajna s-sistemi tal-Istati Membri għall-kejl tal-prestazzjoni tal-113-il proġett fiżikament ikkompletati għaż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni inklużi fil-kampjun tagħna. Ivvalutajna wkoll il-punt sa fejn dawk il-proġetti kisbu l-miri tagħhom.

 

PARTI 1 — REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

6.25.

Din il-parti tal-kapitolu tikkonsisti minn tliet sottotaqsimiet. L-ewwel waħda tikkonċerna l-ittestjar li wettaqna tal-kampjun ta’ 217-il tranżazzjoni li ħadna din is-sena, bil-ħsieb li niksbu fehim approfondit dwar is-sorsi prinċipali ta’ żbalji u li nipprovdu l-materjal għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kumplessiva. It-tieni sottotaqsima tikkonċerna l-valutazzjoni li wettaqna tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar, u t-tielet waħda hija relatata max-xogħol tal-Kummissjoni, inklużi r-rapporti annwali tal-attività taż-żewġ DĠ responsabbli. Ir-riżultati għas-sottotaqsimiet kollha jipprovdu bażi biex nifformulaw konklużjonijiet dwar l-informazzjoni tar-regolarità li tinsab fir-rapporti annwali tal-attività (ara wkoll l- Kaxxa 6.3 ).

 

Kaxxa 6.3 —   Il-moduli prinċipali tal-approċċ tagħna

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Riżultati tal-analiżi li wettaqna tat-tranżazzjonijiet u t-twettiq mill-ġdid tax-xogħol tal-awditjar

6.26.

L- Anness 6.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet li wettaqna. Aħna identifikajna u kkwantifikajna 36 żball li ma kinux inqabdu mill-awtoritajiet tal-awditjar. B’kont meħud tal-50 żball li nstabu preċedentement mill-awtoritajiet tal-awditjar u tal-korrezzjonijiet applikati mill-awtoritajiet inkarigati mill-programmi, b’valur totali ta’ EUR 101 miljun, li jkopru ż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni, aħna nistmaw li l-livell ta' żball huwa ta’ 3,0  % (27). Dan japplika għall-pagamenti tal-2014–2020 u għall-għeluq tal-2007–2013, u huwa aktar baxx minn dak ta’ snin preċedenti.

6.26.

Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li l-istima tal-QEA tal-livell ta’ żball għal din is-sena għall-Politika ta’ Koeżjoni tirrappreżenta titjib sinifikanti meta mqabbla mas-snin preċedenti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-programm uniku tal-Inizjattiva tal-SMEs preżenti fil-kontijiet tal-2015-2016, b’qafas regolatorju speċifiku, meta mqabbel ma’ programmi ewlenin minħabba n-natura innovattiva tiegħu, jikkontribwixxi punt perċentwali wieħed għal din l-istima. Abbażi tal-informazzjoni kollha li kisbet, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fil-maġġoranza kbira ta’ programmi, ma hemmx livell ta’ żball materjali li fadal fil-kontijiet 2015/2016.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji addizzjonali individwali identifikati mill-QEA u se titlob korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-awtoritajiet tal-programm ikkonċernati, fejn meħtieġ.

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-istima tagħha tal-ammont f’riskju fil-ħin meta sar il-pagament għall-politika, kif żvelat fir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠs EMPL u REGIO, jinsab fi ħdan il-firxa kkalkolata mill-QEA għar-rata ta’ żball (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 27).

6.27.

L-għadd u l-impatt tal-iżbalji li nqabdu jindikaw dgħufijiet persistenti fir-regolarità tal-infiq iddikjarat mill-awtoritajiet maniġerjali (28).

6.27.

Kif imsemmi fit-tweġiba tagħha għall-paragrafu 6.19 tar-rapport annwali tal-attività tal-2016, il-Kummissjoni indirizzat gwida aġġornata għall-Istati Membri għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 li, flimkien mal-użu meħtieġ tal-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati, għandha tikkontribwixxi biex titjieb il-kwalità tal-verifiki tal-ġestjoni fil-futur.

6.28.

L-awtoritajiet tal-awditjar qabdu xi wħud minn dawn l-iżbalji. Huma rrappurtaw 50 żball kwantifikabbli fil-pakketti ta’ aċċertament/ta’ għeluq għall-217-il tranżazzjoni li kkampjunajna. Dawn l-iżbalji kienu jikkonċernaw spejjeż ineliġibbli (30), akkwist pubbliku (12), u parteċipanti ineliġibbli (8). L-awtoritajiet tal-Istati Membri applikaw korrezzjonijiet bil-ħsieb li jġibu r-rati tal-iżball residwu taħt is-soll ta' materjalità ta’ 2 %.

 

6.29.

Din kienet l-ewwel sena li kopriet kemm il-pagamenti tal-perjodu 2014–2020 kif ukoll l-għeluq relatat mal-perjodu 2007–2013. L-għadd u l-impatt tal-iżbalji li sibna għat-tranżazzjonijiet fil-perjodu 2014–2020 kienu ogħla minn dawk għat-tranżazzjonijiet fil-perjodu 2007–2013, li kienu relatati mal-għeluq. L-istrumenti finanzjarji, segwiti mill-ispejjeż ineliġibbli, ikkontribwew l-aktar għal-livell ta’ żball stmat minna.

6.29.

Il-Kummissjoni enfasizzat li l-istrument finanzjarju (l-Inizjattiva tal-SMEs) b’ammonti ċertifikati fil-kontijiet tal-2015-2016 ikkonstitwew parti importanti mill-infiq tal-2014-2020 iddikjarat f’dawn il-kontijiet. Dan l-istrument, li kkontribwixxa għal terz mill-istima tar-rata ta’ żball, huwa rregolat b’regoli speċifiċi meta mqabbla ma’ programmi ewlenin oħrajn skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 minħabba n-natura innovattiva tiegħu (ara b’mod partikolari l-paragrafi 6.37 u 6.47).

Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-eliġibbiltà ta’ nfiq bħal dan trid tiġi vvalutata finalment fl-għeluq tal-programm ikkonċernat u sa dak iż-żmien il-maniġer tal-fond għandu jikkoreġi tranżazzjonijiet irregolari u jissostitwihom b’dawk eliġibbli.

6.30.

Il- Kaxxa 6.4 turi r-ripartizzjoni tal-iżbalji li sibna skont il-kategorija (qabel ma ttieħed kont tal-korrezzjonijiet finanzjarji) u l-paragrafi 6.31 sa 6.43 jipprovdu aktar informazzjoni dwar dawn l-iżbalji.

 

Kaxxa 6.4 —   “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” — ripartizzjoni tal-iżbalji li sibna

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

L-istrumenti finanzjarji kkontribwew l-aktar għal-livell ta’ żball stmat għall-2017

6.31.

L-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża (FISMs) jieħdu l-forma ta’ investimenti ta’ ekwità jew ta’ kważi ekwità, self jew garanziji. In-natura tagħhom hija differenti mill-għotjiet tradizzjonali, li jinvolvu r-rimborż tal-infiq ta’ benefiċjarju fuq proġetti eliġibbli.

 

6.32.

L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-istabbiliment tal-istrumenti finanzjarji:

 

(a)

taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità maniġerjali fil-livell tal-Istat Membru (għaż-żewġ perjodi tal-QFP) (29);

 

(b)

fil-livell tal-UE (għall-perjodu 2014–2020 biss). Din il-kategorija tinkludi l-Inizjattiva għall-SMEs (30), li hija implimentata bħala PO separat u individwali (31).

 

6.33.

Fejn l-istrumenti finanzjarji jintużaw għall-finanzjament, huma biss l-iżborżamenti li jsiru favur ir-riċevituri finali u l-ispejjeż u t-tariffi tal-maniġers tal-fondi, li jkunu eliġibbli fl-għeluq tal-programm, u kontribuzzjonijiet li ma jkunux intużaw iridu jiġu ritornati għall-baġit tal-UE (32). Il-paragrafi li ġejjin jiddeskrivu xi wħud mid-diffikultajiet ikkawżati minn dan l-approċċ.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Tnejn mill-erba’ awditi tematiċi li eżaminajna għall-PO 2007–2013 ma qabdux żbalji sinifikanti fl-għeluq

6.34.

Il-Kummissjoni tirrikjedi biss li l-awtoritajiet tal-awditjar jipprovdu aċċertament fl-għeluq li l-ammonti mħallsa lir-riċevituri finali jkunu ntużaw kif intenzjonat (33). Biex dan jinkiseb, hija rrakkomandat li l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu awditi “tematiċi” (34) għall-istrumenti finanzjarji.

6.34 u 6.35.

Fl-2011, flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar, il-Kummissjoni kkoordinat metodoloġija għall-awditjar ta’ strumenti finanzjarji taħt ġestjoni komuni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (“Qafas tal-Awditjar Komuni – Strumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja fil-Kuntest tal-Fondi Strutturali”). Minn dak iż-żmien, il-Kummissjoni talbet awditi mill-awtoritajiet tal-awditjar dwar l-implimentazzjoni ta’ strumenti bħal dawn. Il-Kummissjoni vverifikat ukoll, waqt il-valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet fl-għeluq, li l-awtoritajiet tal-awditjar kienu vverfikaw l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji. Fejn dan ma kienx il-każ, il-Kummissjoni interrompiet il-proċess tal-għeluq u talbet ħidma tal-awditjar addizzjonali.

Il-Kummissjoni ser issegwi ż-żewġ każijiet imsemmija mill-QEA. Fil-każ fejn il-QEA tistima impatt finanzjarju materjali fuq ir-rata tal-iżball residwu vvalidata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha fil-Kaxxa 6.5 hawn taħt.

6.35.

Aħna sibna li mhux l-awtoritajiet tal-awditjar kollha wettqu dawn l-awditi sistematikament. Fejn dan sar, ix-xogħol li twettaq mhux dejjem kien suffiċjenti biex jippermetti li jiġu identifikati irregolaritajiet materjali. Aħna qbadna żbalji kwantifikabbli fi tnejn mill-erba’ strumenti finanzjarji fil-kampjun tagħna tal-għeluq. F’wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet, l-impatt finanzjarju tal-iżball fuq ir-rata tal-iżball residwu rrappurtata u vvalidata mill-Kummissjoni, kien materjali (jiġifieri r-rata kienet ogħla minn 2 %).

Kaxxa 6.5 —   Eżempju ta’ self ineliġibbli li ġie approvat għal FISM

Il-kofinanzjament mill-FEŻR għal self irid jintuża primarjament (jiġifieri aktar minn 50 % tal-valur totali tas-self) biex jappoġġa l-SMEs (ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006). L-istrument finanzjarju li awditjajna fi Spanja kien investa kważi 80 % tal-valur totali approvat tas-self f’kumpaniji li ma kinux SMEs. La l-awtorità tal-awditjar u lanqas il-Kummissjoni ma qabdu dan il-ksur tar-rekwiżit bażiku tal-eliġibbiltà stabbilit mil-leġiżlatur.

Kaxxa 6.5 —     Eżempju ta’ self ineliġibbli li ġie approvat għal FISM

L-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 ma jipprekludix li jingħata self anki lil intrapriżi kbar jekk il-kundizzjonijiet l-oħra kollha jiġu ssodisfati.

Peress li m'huwiex imsemmi livell minimu ta’ finanzjament lill-SMEs f’din id-dispożizzjoni, dan l-artiklu jista’ jirreferi wkoll għall-għadd ta’ self individwali (u mhux neċessarjament għal ammonti).

Nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni ta’ PO 2014–2020 partikolari taħt l-Inizjattiva għall-SMEs

6.36.

Għall-awditu tagħna, aħna eżaminajna 30 tranżazzjoni mill-uniku PO taħt l-Inizjattiva għall-SMEs fil-kontijiet annwali ppreżentati fl-2017.

 

6.37.

Il-FEI huwa l-maniġer tal-fondi għall-Inizjattiva għall-SMEs fil-livell tal-UE. L-awtoritajiet tal-awditjar huma obbligati jagħtu opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq inkluż fil-kontijiet tal-programmi operazzjonali taħt l-Inizjattiva għall-SMEs. Madankollu, ma għandhom l-ebda dritt legali li jwettqu verifikazzjonijiet fuq il-post biex jiksbu aċċertament dwar ir-regolarità fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju  (35). Biex jippermetti li tinħareġ opinjoni dwar il-kontijiet, il-FEI ffirma kuntratt ta’ “proċedura miftiehma” (36) ma’ awditur estern. Madankollu, aħna sibna li l-kuntratt għall-PO li eżaminajna ma pprevediex xogħol li jsir fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju, u r-rapport tal-awditur estern kien jinkludi dikjarazzjoni li tgħid li ma setgħetx tintlaħaq konklużjoni dwar l-aċċertament. Minkejja dan, l-awtorità tal-awditjar ħarġet opinjoni pożittiva dwar ir-regolarità tal-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni (37).

6.37.

Fi Proċedura Miftiehma, l-awditur estern ma joħroġx opinjoni iżda s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-awditjar għandhom jintużaw mill-awtorità tal-awditjar biex din toħroġ l-opinjoni tal-awditjar tagħha. Għal dan il-għan, l-awtorità tal-awditjar wettqet ukoll awditu tas-sistema, kemm fil-livell tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni kif ukoll tal-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni.

Ir-rapport annwali ta’ kontroll ma jiddeskrivix b’mod ċar kif l-awtorità tal-awditjar laħqet l-opinijoni tagħha.

Il-proposta Omnibus, fl-abbozzar tagħha li jirriżulta mill-ftehim politiku bejn il-Kunsill u l-Parlament, tindirizza dan id-distakk ta’ aċċertament.

6.38.

Aħna qbadna wkoll ċerti defiċjenzi li affettwaw serjament l-eliġibbiltà ta’ xi wħud mill-investimenti li saru minn intermedjarji finanzjarji (38). Huma biss il-kumpaniji li jikkorrispondu mad-definizzjoni tal-UE dwar l-istatus ta’ SMEs (39) li huma eliġibbli għall-Inizjattiva għall-SMEs. Madankollu, l-intermedjarji finanzjarji mhux dejjem ivverifikaw li din il-kundizzjoni kienet qed tiġi rispettata jew ma vverifikawhiex b’mod korrett. Fit-30 investiment li eżaminajna, l-intermedjarji finanzjarji kienu approvaw self lil 5 riċevituri mingħajr ma kkonfermaw l-istatus tagħhom ta’ SMEs; għalhekk aħna nqisu li dawn l-investimenti huma ineliġibbli. Minbarra dan, erba’ selfiet oħra ntużaw, parzjalment jew kompletament, għal attivitajiet ineliġibbli (eż. għar-rifinanzjar ta’ self ieħor). Dawn l-irregolaritajiet kienu jirrappreżentaw 1,0  punti perċentwali tal-livell ta' żball stmat minna għal dan il-kapitolu (40).

 

6.39.

Is-sitwazzjoni kienet ikkawżata minn inadegwatezzi proċedurali fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji, li ma rrispettawx il-kriterji ta' eliġibbiltà, legalment vinkolanti, stipulati fil-kuntratti ffirmati mal-FEI. Dan jirrappreżenta riskju serju għar-regolarità fil-każ ta’ programmi operazzjonali oħra approvati taħt l-Inizjattiva għall-SMEs u mmaniġġjati f’ċirkostanzi simili. Dan juri wkoll li l-monitoraġġ mill-FEI, li jinsab għaddej, jeħtieġ aktar titjib. Għal dan l-għan, il-FEI impenja lilu nnifsu biex jimplimenta pjan ta' azzjoni sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost l-intermedjarji finanzjarji dwar il-ħtieġa li jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà, kif ukoll biex isir aktar żvilupp tal-mekkaniżmi interni proprji tiegħu għad-detezzjoni ta’ self ineliġibbli. Il-pjan ta' azzjoni għandu l-għan li jindirizza l-irregolaritajiet li sibna u li jimmitiga r-riskji residwi għar-regolarità tal-PO li huma taħt l-Inizjattiva għall-SMEs.

6.39.

Fl-istrumenti finanzjarji, il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-intermedjarji finanzjarji jikkostitwixxu element essenzjali fil-proċess ta’ aċċertament.

Il-Kummissjoni tieħu nota tas-sett ta’ miżuri komprensivi proposti mill-FEI biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet. Se tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tagħhom f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex l-infiq eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 39(8)CPR jiġi ddikjarat u aċċettat fl-għeluq tal-programm ta’ Inizjattiva tal-SMEs.

VAT rekuperabbli ċċertifikata b’mod skorrett bħala nfiq eliġibbli

6.40.

It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) hija taxxa indiretta imposta fuq il-konsum ta’ oġġetti u servizzi. Persuna taxxabbli, li ġeneralment tkun negozju, kummerċjant waħdieni jew professjonist ieħor, hija obbligata li tiddebita l-VAT fuq il-bejgħ tagħha u tgħaddiha lill-awtorità nazzjonali tat-taxxa. Il-persuna taxxabbli tista’ titlob rifużjoni tal-VAT li tkun diġà tħallset fuq ix-xiri proprju tagħha. Dan huwa l-kunċett ta’ “rekuprabbiltà”. Persuna mhux taxxabbli mhijiex obbligata li tiddebita l-VAT u ma tistax tirkupra l-VAT fuq ix-xiri.

6.40 u 6.41.

Il-kunċett tar-rekuprabbiltà tal-VAT jeħtieġ li jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-Kumissjoni ħejjiet gwida għall-użu tal-awtoritajiet tal-programm u għamlet proposti biex tissimplifika l-eliġibbiltà tal-VAT għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.

6.41.

Skont ir-regoli tal-UE, l-infiq relatat mal-VAT jitqies bħala nfiq eliġibbli għal kofinanzjament fil-każ biss li ma jkunx jista’ jiġi rkuprat taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT. Huwa irrelevanti jekk fil-verità l-infiq relatat mal-VAT jiġix irkuprat jew le. Fil-każ ta’ korpi pubbliċi, il-VAT tkun rekuperabbli kull meta operatur jiddebita tariffi bil-VAT inkluża lill-utenti aħħarija tal-infrastruttura (41).

6.42.

Aħna sibna 10 proġetti f’5 PO fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu ddikjaraw bħala nfiq eliġibbli l-VAT rekuperabbli. F’dawn il-każijiet l-awtoritajiet tal-awditjar interpretaw ir-regoli ta' eliġibbiltà b’mod skorrett u ma rrappurtawx is-sitwazzjoni bħala irregolarità. Dan ikkontribwixxa 0,3  punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat. Għal tlieta minn dawn il-ħames PO, l-impatt finanzjarju tal-iżbalji fuq ir-rata tal-iżball residwu rrappurtata u vvalidata mill-Kummissjoni kien materjali (jiġifieri r-rata kienet ogħla minn 2 %). Fir-Rapport Annwali 2015 tagħna aħna ġbidna l-attenzjoni għall-kontroversja dwar l-inklużjoni ta’ VAT rekuperabbli fid-dikjarazzjonijiet tal-infiq, speċjalment fil-każ ta’ korpi pubbliċi (42). F’dan il-każ, il-fondi tal-UE jirrimborżaw il-VAT lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru bħala spiża eliġibbli u fl-istess waqt, l-Istat Membru jiġbor din il-VAT permezz tas-sistema normali ta’ tassazzjoni tiegħu. F’xi każijiet, ir-rimborż mill-UE jista’ jkun anki akbar mill-ispejjeż li verament jiġġarrbu għall-proġett, mingħajr il-VAT.

6.42.

Disa’ minn 10 proġetti msemmija mill-QEA jirrigwardaw erba’ programmi operazzjonali (PO) ta’ FSE 2014-2020 fi Stat Membru wieħed.

Il-Kummissjoni diġà identifikat din il-problema f’awditi preċedenti, iżda l-adattament tas-sistema tal-Istat Membru ma eliminax il-problema fl-intier tagħha.

Attwalment, il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-amministrazzjoni tal-Istat Membru biex tiżgura li din il-kwistjoni tkun tista’ tiġi solvuta fil-futur qrib permezz tal-introduzzjoni ta’ għażla tal-ispiża simplifikata jew l-introduzzjoni tal-obbligu tal-irkupru tal-VAT għar-reċipjenti finali. Il-Kummissjoni se tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa.

Kaxxa 6.6 —   Eżempju ta’ kofinanzjament għal infiq ineliġibbli relatat mal-VAT

Fil-Polonja, l-awtorità maniġerjali ffirmat ftehimiet ta' għotja biex tgħin lil negozji żgħar jixtru tagħmir, bl-għan ġenerali li tnaqqas il-qgħad. Fejn ir-riċevituri ddikjaraw li ma kellhomx l-intenzjoni li jirkupraw il-VAT, l-awtorità maniġerjali ddeċidiet li l-infiq relatat mal-VAT kien eliġibbli għal kofinanzjament. Din l-interpretazzjoni ma kinitx korretta, peress li r-riċevituri kienu rreġistrati għall-VAT u l-infiq relatat mal-VAT fil-verità kien rekuperabbli.

 

Infiq ineliġibbli

6.43.

Aħna qbadna dgħufijiet sinifikanti f’kontrolli dwar l-eliġibbiltà tal-parteċipanti fi 11-il proġett. Dan affettwa partikolarment il-YEI u r-rekwiżit li jikkonċerna l-istatus ta’ NEET (43). Aħna sibna wkoll seba’ każijiet fejn l-awtoritajiet tal-awditjar ma kinux qabdu spejjeż indiretti ineliġibbli jew kienu ddikjarawhom b’mod eċċessiv.

6.43.

Għall-każijiet identifikati bi spejjeż ineliġibbli jew dikjarati b’mod eċċessiv, il-Kummissjoni se tagħmel is-segwitu meħtieġ u se tipproponi azzjoni skont kif tqis li huwa meħtieġ.

Rigward l-ispejjeż indiretti (ara l-kaxxa 6.7), il-kwistjonijiet identifikat mill-QEA kienu fil-biċċa l-kbira identifikati mill-awtorità tal-awditjar, li applikat korrezzjoni finanzjarja ta’ 10 % fuq din in-nefqa. Il-Kummissjoni se ssegwi l-awtoritajiet rilevanti u se tqis l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa.

Kaxxa 6.7 —   Eżempju ta’ nfiq ineliġibbli — dikjarazzjoni eċċessiva ta’ spejjeż indiretti

Il-benefiċjarju, istitut kbir tar-riċerka fil-Ġermanja, għandu s-sede tiegħu barra miż-żona eliġibbli għall-PO. Il-proġett awditjat ġie ffinanzjat mill-FSE u implimentat minn grupp iddedikat għall-proġett li l-benefiċjarju stabbilixxa għal dan l-għan fiż-żona eliġibbli. L-ispejjeż tal-proġett kienu jikkonsistu prinċipalment minn infiq dirett fuq il-persunal, fuq materjali u fuq servizzi, u minn proporzjon sinifikanti tal-infiq indirett taħt l-istess intestaturi. Biex ikunu eliġibbli, jenħtieġ li l-ispejjeż indiretti jiġġarrbu fiż-żona eliġibbli, ikollhom relazzjoni diretta mal-proġett u jiġu allokati skont il-kontribut tagħhom għall-proġett. Madankollu, aħna sibna li l-biċċa l-kbira mill-kategoriji tal-ispejjeż li ġew allokati għall-proġett bħala spejjeż indiretti kienu fil-fatt spejjeż ġenerali li ġġarrbu fis-sede tal-istitut. Bosta spejjeż relatati ma’ dawn il-kategoriji ġew iddebitati wkoll direttament għall-proġett bħala nfiq effettiv imġarrab mill-grupp inkarigat mill-proġett fil-post fejn dan twettaq. Matul l-awditu tagħha, l-awtorità tal-awditjar ma setgħetx tikseb evidenza suffiċjenti dwar il-kompożizzjoni tal-ispejjeż indiretti; b’riżultat hija applikat korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 10 % għall-ispejjeż indiretti. Aħna sibna li r-rata reali tal-iżball kienet ogħla minn 10 %, b’hekk aħna nqisu li l-ispejjeż kollha li ma kinux direttament relatati mal-proġett huma ineliġibbli.

 

Il-valutazzjoni li wettaqna tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar

6.44.

Ix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar huwa parti kruċjali tal-qafas ta’ aċċertament u ta’ kontroll tal-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni (ara l-paragrafu 6.22). Din kienet l-ewwel sena li l-awtoritajiet tal-awditjar implimentaw għeluq għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 u l-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament għall-2014–2020. L-analiżi tagħna tax-xogħol tagħhom hija parti minn proċess bil-ħsieb li fil-futur, ikun jista’ jsir użu akbar mill-mudell ta’ aċċertament tal-Kummissjoni. Fl-awditu ta’ din is-sena aħna vvalutajna x-xogħol ta’ 7 minn 21 awtorità tal-awditjar, għall-perjodu 2014–2020, minn Stati Membri li, fl-2017, ippreżentaw pakketti ta’ aċċertament b’infiq. Aħna sibna għadd ta’ nuqqasijiet li jillimitaw il-fiduċja li tista’ titqiegħed fuq ix-xogħol tagħhom attwalment.

6.44.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-approċċ tal-awditjar tal-QEA, li għandu l-potenzjal li b’mod kumplessiv inaqqas id-duplikazzjoni u trikkib tal-attivitajiet tal-awditjar għall-awtoritajiet u għall-benefiċjarji tal-programmi.

Bħal fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-122 awtorità tal-awditjar li jkopru l-FEŻR/FK/FSE/YEI (l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ/FGħEB biex tipprevjeni nuqqasijiet eventwali u tiżgura riżultati tal-awditjar affidabbli b’mod sħiħ.

Barra minn hekk, l-istrateġija tal-awditjar unika tal-Kummissjoni għall-Politika ta’ Koeżjoni tipprevedi fokus qawwi fuq ħidma ta’ twettiq mill-ġdid fuq ir-riżultati tal-awtoritajiet tal-awditjar fuq bażi rikorrenti u ta’ riskju. Ara wkoll it-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.49 u 6.50.

6.45.

Fil-pakketti kollha ta’ aċċertament u ta’ għeluq li eżaminajna, l-awtoritajiet tal-awditjar kienu rrappurtaw rata tal-iżball residwu inqas minn 2 %. Madankollu, minħabba l-iżbalji addizzjonali li qbadna, ir-rata kkalkulata minna mill-ġdid kienet ogħla minn 2 % għal 6 mit-12-il pakkett ta’ aċċertament għall-perjodu 2014–2020 u għal 3 mill-10 pakketti ta’ għeluq għall-perjodu 2007–2013.

6.45.

Għal tliet programmi fi Stat Membru wieħed, mingħajr ma tikkontesta l-irregolaritajiet li tqajmu, il-Kummissjoni tinnota li żbalji addizzjonali identifikati li jwasslu għal rata tal-iżbalji residwi ogħla minn 2 % huma kollha marbuta ma’ miżinterpretazzjoni tal-eliġibbiltà tal-VAT mill-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri u mhux biss mill-awtorità tal-awditjar.

Barra minn hekk, fil-każ tal-Programm ta’ Inizjattiva tal-SMEs, kien hemm fis-seħħ rekwiżiti legali speċifiċi fiż-żmien tal-ħruġ tar-rapport tal-awtorità tal-awditjar li ma ppermettewx lill-awtorità tal-awditjar twettaq l-awditi fil-livell tat-tranżazzjonijiet.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.29 u 6.37.

Dgħufijiet fil-kampjunar ta’ xi wħud mill-awtoritajiet tal-awditjar affettwaw ir-rappreżentattività tal-kampjuni

6.46.

Minħabba l-għadd kbir ta’ operazzjonijiet kofinanzjati minn kull PO, l-awtoritajiet tal-awditjar iridu jużaw il-kampjuni biex jiksbu opinjoni dwar l-eliġibbiltà tal-infiq. Biex jagħtu riżultati affidabbli, il-kampjuni jridu jkunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni awditjata, u bħala regola ġenerali, iridu jkunu bbażati fuq metodu statistikament validu (44). Aħna vverifikajna l-metodu ta' kampjunar li l-awtoritajiet tal-awditjar użaw għat-22 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq li eżaminajna.

 

6.47.

Fil-każ tal-PO taħt l-Inizjattiva għall-SMEs, ma kinux ittieħdu kampjuni peress li la l-awtorità tal-awditjar u lanqas l-awditur estern ikkuntrattat mill-FEI ma kienu wettqu awditi fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju (ara l-paragrafu 6.37).

6.47.

Hemm restrizzjoni regolatorja ċara għall-awtorità tal-awditjar fit-twettiq ta’ awditi fil-livell tar-reċipjenti finali fir-rigward ta’ Programmi ta’ Inizjattiva tal-SMEs fl-Artikolu 40(3) CPR.

Il-Kummissjoni tirreferi għar-risposta tagħha fil-paragrafu 6.37.

6.48.

Aħna sibna dgħufijiet, bħal kampjuni ta’ daqs insuffiċjenti, rappreżentanza żejda ta’ ċerti operazzjonijiet u użu skorrett ta’ parametri ta’ kampjunar, fi 3 mit-22 pakkett li eżaminajna (kollha kemm huma għall-2014–2020). Sa ċertu punt, dawn id-dgħufijiet affettwaw ir-rappreżentattività tal-kampjuni, u b’hekk ukoll, l-affidabbiltà tar-rati tal-iżball residwu rrappurtati u kkonċernati.

6.48.

Ara wkoll it-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.64 u 6.65.

Nuqqasijiet oħra fix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar

6.49.

Kontrolli insuffiċjenti jew inadegwati jżidu r-riskju li l-infiq ineliġibbli ma jinqabadx. Barra minn hekk, l-istandards internazzjonali tal-awditjar (45) jirrikjedu li l-awdituri jiddokumentaw il-kontrolli tagħhom, u li jinkludu referenzi ċari għad-dokumenti kollha li jkunu l-aktar rilevanti għall-infiq awditjat. Dan jippermetti li l-awdituri jagħtu rendikont ta’ xogħolhom u jgħin lill-eżaminaturi interni jew esterni biex jifformulaw konklużjonijiet dwar l-estent u s-suffiċjenza tal-kontrolli.

6.49 u 6.50.

L-awtoritajiet tal-awditjar għandhom ikunu jistgħu juru l-ambitu u l-kwalità tal-verifiki li wettqu. Madankollu, meta niġu għad-dokumentazzjoni tal-proċess ta’ awditjar, għandu jinstab bilanċ xieraq biex jiżgura proċeduri amministrattivi tajbin u effiċjenti.

Il-Kummissjoni se tibqa’ taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-awditjar sabiex tindirizza l-kwistjonijiet imqajma mill-QEA permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-iskambju ta’ strumenti u metodoloġiji tal-awditjar, inklużi l-listi ta’ kontroll tal-Kummissjoni nnifisha.

Skont l-Istrateġija tal-Awditjar għall-Politika ta’ Koeżjoni tagħha, il-Kummissjoni ppjanat li twettaq 58 awditu tal-konformità u 19-il missjoni ta’ inkjesta fuq bażi tar-riskju fl-2018 u l-2019 sabiex tiżgura l-affidabilità tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar. Huwa previst li 21 minn dawn l-awditi tal-konformità u tmien missjonijiet ta’ inkjesta se jitwettqu fl-2018 u r-riżultati ta’ dawn se jkunu disponibbli għar-RAA tal-2018.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.26.

6.50.

Għal 96 tranżazzjoni mill-kampjun ta’ 217-il tranżazzjoni (44 %) aħna stajna nifformulaw konklużjonijiet fuq il-bażi tal-analiżi proprja tagħna tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar. Aħna identifikajna nuqqasijiet fl-ambitu, fil-kwalità u fid-dokumentazzjoni tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar f’121 tranżazzjoni (56 %), li ħtiġulna nerġgħu nwettqu x-xogħol tal-awditjar mill-ġdid. In-nuqqasijiet kienu relatati ma’ 17 mit-22 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq li eżaminajna. Huma kienu jikkonċernaw, pereżempju, listi ta’ kontroll li ma koprewx il-punti kollha meħtieġa, jew kontrolli skorretti tal-eliġibbiltà tal-infiq. Għal 80 minn dawn it-tranżazzjonijiet (37 % tat-total), dan kien ifisser li kellna nżuru l-benefiċjarju. Fi 30 mill-121 tranżazzjoni li wettaqna mill-ġdid, aħna sibna żbalji kwantifikabbli li ma kinux ġew identifikati qabel mill-awtorità tal-awditjar. Dawn kienu relatati ma’ 11-il pakkett.

Ix-xogħol tal-Kummissjoni u r-rappurtar tagħha dwar ir-rata tal-iżball residwu fir-rapporti annwali tal-attività tagħha

6.51.

Ir-rapporti annwali tal-attività huma l-għodda prinċipali li permezz tagħhom il-Kummissjoni tirrapporta jekk ikollhiex aċċertament raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jiżgurawx il-legalità u r-regolarità tal-infiq (46). Għal “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”, ir-RAA jagħtu bosta rati differenti bħala miżura tal-infiq f’riskju. Dawn ir-rati jinkludu r-rata tal-iżball residwu għas-sena kontabilistika 2015/2016, li għaliha l-Kummissjoni aċċettat il-kontijiet u li dwarha hija fformulat konklużjonijiet f’termini ta’ regolarità (47).

6.51.

Il-Kummissjoni tipprovdi rati differenti fir-RAA fir-rigward tal-infiq taħt ġestjoni konġunta biex tkejjel ir-riskji speċifiċi marbuta ma’ tipi differenti ta’ pagamenti fis-sena ta’ rapportar (għeluq 2007-2013 u snin tal-kontabbiltà differenti għan-nefqa 2014-2020), kif ukoll rata’ ta’ żbalji aggregata għas-sena kalendarja 2017.

6.52.

F’din is-sottotaqsima, aħna neżaminaw ix-xogħol imwettaq mill-Kummissjoni biex niksbu aċċertament li s-sistemi tal-Istati Membri taħt il-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament ikunu qed jiffunzjonaw b’mod effettiv u lis-stima tar-rata tal-iżball residwu li tirriżulta tkun affidabbli.

 

6.53.

L-osservazzjonijiet tagħna huma relatati mat-tfassil tal-qafas ta’ aċċertament u max-xogħol li l-Kummissjoni twettaq biex taċċetta l-kontijiet, biex tivvalida r-rati individwali tal-iżball residwu u biex tistabbilixxi rata kumplessiva tal-iżball residwu.

 

It-tfassil tal-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament 2014–2020

Jenħtieġ li r-RAA jiġu ssimplifikati aktar u jkunu adattati aktar għall-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament

6.54.

Il-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament ifisser li jridu jgħaddu kważi sentejn mit-tmiem tal-perjodu kontabilistiku rilevanti qabel ma l-Kummissjoni tkun tista’ tirrapporta għall-ewwel darba dwar il-konklużjoni tagħha fir-rigward tal-affidabbiltà tar-rati tal-iżball residwu rrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar għal sena kontabilistika partikolari. Dan il-perjodu jinkludi tmien xhur biex l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu x-xogħol tal-awdtijar tagħhom. Sussegwentement, il-Kummissjoni twettaq l-analiżijiet dokumentarji tagħha, il-missjonijiet komplementarji ta’ tiftix tal-fatti u l-awditi tagħha tar-regolarità. Il- Kaxxa 6.8 tippreżenta l-kronoloġija għall-qafas il-ġdid.

6.54.

Is-sentejn imsemmija mill-QEA jibdew fi tmiem il-perjodu kontabilistiku rilevanti u għalhekk jinkludu t-tmien xhur previsti mir-regolament għall-awtoritajiet tal-awditjar biex iwettqu x-xogħol tal-awditjar tagħhom. Sussegwentement, u f’konformità mal-Istrateġija tal-Awditjar għall-Politika ta’ Koeżjoni, il-Kummissjoni timmira li tivvaluta fil-ħin għar-rapport annwali tal-attività sussegwenti, jiġifieri fi żmien massimu ta’ 13-il xahar, il-pakketti ta’ aċċertament irċevuti għall-419 Programm ta’ Koeżjoni.

Wara verifiki mill-uffiċċju u fuq il-post, l-awditi bbażati fuq ir-riskju u l-missjonijiet ta’ inkjesta, id-DĠ se jirrapporta dwar ir-rapport annwali tal-attività jekk jikkunsidrax ir-rati tal-iżball residwu rapportati preċedentement bħala affidabbli jew jekk humiex għaddejjin jew humiex meħtieġa verifiki oħra.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.49 u 6.50.

Kaxxa 6.8 —   Kronoloġija għall-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

6.55.

Is-sena li għaddiet ġbidna l-attenzjoni għall-fatt li l-perjodu ta’ rappurtar tar-RAA mhuwiex l-istess bħall-perjodu kopert mill-pakketti ta’ aċċertament tal-Istati Membri (48). Ir-rati tal-iżball residwu rrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar jikkonċernaw is-sena kontabilistika. Fir-rapporti annwali tal-attività, madankollu, biex jiġi rifless il-prinċipju baġitarju tal-annwalità, u b’segwitu għall-gwida pprovduta mid-DĠ BUDG u mis-Segretarjat Ġenerali, id-diretturi ġenerali jipprovdu aċċertament raġonevoli għas-sena kalendarja. Għal dan l-għan, fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2017, id-diretturi ġenerali tad-DĠ REGIO u tad-DĠ EMPL iddeċidew li jistmaw ir-riskju billi jagħmlu projezzjoni tar-rata proviżorja tal-iżball residwu għall-infiq fis-sena kalendarja 2017, li kienu għadhom la ma aċċettaw u lanqas ma vvalidaw.

6.55.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għall-paragrafu 6.34 tar-Rapport annwali tal-QEA tal-2016. Ir-Regolament Finanzjarju u l-qafas ta’ żmien stabbilit għall-aċċertament għall-2014-2020 jippermettu allinjament aħjar tal-perjodi ta’ rapportar, b’distakk ta’ sitt xhur biss imqabbel ma’ sena fl-2007-2013. Id-DĠ adattaw ir-rapporti annwali tal-attività tagħhom kif xieraq u l-mod kif jiksbu l-aċċertament għal tipi ta’ pagamenti differenti li għamlu, li jkopru sa tliet snin kontabilistiċi ta’ programmi differenti, kif deskritt fir-RAA tal-2016 (it-taqsima A.1.2). Ir-rati tal-iżball residwu għas-sena kontabilistika 2016-2017, irċevuti sal-1 ta’ Marzu 2018, ġew ikkunsidrati li jkunu l-aħjar stimi u l-istimi l-aktar reċenti kemm għall-kalkolu tar-riskju fuq l-infiq tas-sena u għad-dħul ta’ riżervi fuq programmi individwali, fejn meħtieġ. Dan kien partikolarment il-każ fl-2017 minħabba għadd limitat ta’ kontijiet b’infiq riċevuti u b’hekk rati tal-iżbalji rrappurtati għas-sena kontabilistika 2015-2016.

Barra min hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li, meta RAA jiġi ffirmat, l-infiq ddikjarat fis-sena kalendarja preċedenti huwa kopert minn ritenzjoni ta’ 10 % fuq pagamenti interim tal-UE.

6.56.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għar-rapporti annwali tal-attività ma ġewx adattati b’mod suffiċjenti għall-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament. Fil-fehma tagħna, minħabba li r-rati tal-iżball residwu għas-sena kontabilistika 2015/2016 huma l-uniċi rati li għalihom il-Kummissjoni jista’ jkollha l-aċċertament meħtieġ mill-awtoritajiet tal-awditjar u mix-xogħol proprju tagħha relatat mar-regolarità, huma għandhom ikunu l-indikatur prinċipali għar-regolarità fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2017. Huma għandhom ikunu wkoll il-bażi prinċipali għad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni tad-direttorati ġenerali għall-oqsma speċifiċi ta’ politika. Madankollu, l-ebda wieħed miż-żewġ DĠ ma jagħtihom prominenza suffiċjenti jew isemmihom bħala indikatur ewlieni tal-prestazzjoni.

6.56 u 6.57.

Id-DĠs fl-RAA jirrapportaw indikatur ewlieni tal-prestazzjoni dwar ir-regolarità (KPI 5) f’konformità mal-istruzzjonijiet ċentrali biex jiżgura approċċ konsistenti u armonizzat fl-oqsma baġitarji kollha. Ingħatat viżibbiltà adizzjonali lir-rata ta’ riskju residwu fir-rigward tal-kontijiet tal-2015-2016 fir-RAA tal-2017 (inkluż fin-nota f’qiegħ il-paġna KPI 5 u fis-sommarju eżekuttiv), fejn taqsima speċifika hija ddedikata għall-validazzjoni tar-rati tal-iżball residwu rapportati għal dik is-sena kontabilistika.

Il-Kummissjoni hija lesta li tirrifletti u tiddiskuti mal-QEA fuq kif tkompli ttejjeb u tissimplifika l-preżentazzjoni tagħha tar-rati ta’ żbalji fir-RAA futuri tagħha.

6.57.

Barra minn hekk, fir-rapporti annwali tal-attività, għaż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni l-Kummissjoni tippreżenta tal-inqas 13-il rata differenti bħala miżura tal-infiq f’riskju. Għadd kbir bħal dan ta’ rati jwassal għal nuqqas ta’ ċarezza u għall-possibbiltà ta’ konfużjoni dwar ir-rilevanza tagħhom u dwar l-aċċertament ipprovdut.

Pagamenti bil-quddiem li jsiru għall-istrumenti finanzjarji ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tar-rata tal-iżball residwu

6.58.

L-istruttura għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 għandha l-għan li tissimplifika l-għeluq tal-programmi operazzjonali billi tintroduċi proċedura għall-eżaminar u l-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet simili għal dik ta’ “għeluq parzjali”. Dan jista’ jseħħ biss jekk ir-rati tal-iżball residwu rrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar ikunu affidabbli u jekk ikun hemm disponibbli informazzjoni li tirreferi esklussivament għall-infiq eliġibbli fl-għeluq (jiġifieri mingħajr pagamenti bil-quddiem).

6.58.

Fil-fatt, il-Kummissjoni indikat li l-kontijiet annwali għandhom l-għan li jkun hemm ċertezza tad-dritt ulterjuri għall-Istati Membri f’kuntest pluriennali taħt ġestjoni konġunta billi tiġi introdotta l-validazzjoni ta’ “blokok annwali ta’ nfiq eliġibbli”. Għeluq parzjali, b’definizzjoni, ma jkoprix pagamenti bil-quddiem magħmula taħt strumenti finanzjarji jew għajnuna mill-Istat li għandhom ikomplu jiġu ttrasformati fi nfiq eliġibbli fis-snin kontabilistiċi sussegwenti (għalhekk, fil-kontijiet annwali huwa previst rapportar kumulattiv). Fir-RAA, is-servizzi tal-Kummissjoni pprovdew informazzjoni bħal din dwar rati tal-iżball residwu li tirreferi biss għall-infiq eliġibbli fl-għeluq (jiġifieri mingħajr pagamenti bil-quddiem).

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.59 sa 6.62 hawn taħt.

6.59.

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ma jispeċifikax kif ir-rati tal-iżball residwu jridu jiġu kkalkulati.

6.59 sa 6.62.

F’konformità mal-Artikolu 137 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-kontijiet tal-programm huma bbażati fuq l-ammonti ddikjarati mill-Kummissjoni, inklużi l-pagamenti bil-quddiem għal strumenti finanzjarji. L-awtoritajiet tal-awditjar jipprovdu rati ta’ żball residwu bbażati fuq l-infiq inkluż fil-kontijiet.

Biex ir-rakkomandazzjoni tal-QEA tal-2016 tiġi segwita b'mod kostruttiv, l-awtoritajiet tal-awditjar jaqblu li jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata addizzjonali li tippermettilha tikkalkola r-rati tal-iżball residwu tar-RAA, bl-esklużjoni tal-impatt tal-pagamenti bil-quddiem imħallsa fl-istrumenti finanzjarji. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tikkalkola l-impatt tal-pagamenti bil-quddiem imħallsa fil-kontijiet tal-2016-2017 lil strumenti finanzjarji (u lil programmi ta’ inizjattiva tal-SMEs) li jkun anqas minn 0,2 punti perċentwali bħala medja għall-FEŻR (ibbażat fuq 67 strument finanzjarju) u 0,02 punti perċentwali għall-FSE (ibbażat fuq 15-il strument finanzjarju) (ara l-paġna 50 ta’ tar-rapport annwali tal-attività tal-2017 ta’ DĠ REGIO u l-paġna 58 tar-rapport annwali tal-attività tal-2017 ta’ DĠ EMPL).

Ir-rakkomandazzjoni tal-QEA, għalhekk, għenet biex ittejjeb l-iżvelar tal-informazzjoni għall-programi individwali fir-RAA, iżda għadu ma ntweriex li pagamenti bil-quddiem bħal dawn lil strumenti finanzjarji għandhom impatt kumplessiv materjali fuq ir-rati ta’ żball rapportati.

6.60.

Huwa ferm probabbli li l-prattika attwali tal-awtoritajiet tal-awditjar, jiġifieri li l-pagamenti bil-quddiem li jsiru għall-istrumenti finanzjarji jkunu inklużi fil-popolazzjoni tal-awditjar, tirriżulta f’dikjarazzjoni insuffiċjenti tar-rati tal-iżball residwu rrappurtati lill-Kummissjoni (49).

6.61.

B’segwitu għar-rakkomandazzjoni li għamilna fir-rapport annwali tas-sena li għaddiet (50), il-Kummissjoni issa qed tipprovdi, fir-rapporti annwali tal-attività tagħha, rati addizzjonali tal-iżball residwu li jeskludu pagamenti bil-quddiem għall-istrumenti finanzjarji.

6.62.

Fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, l-awtoritajiet tal-awditjar ġeneralment ma wettqux xogħol tal-awditjar fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji. Għall-perjodu 2014–2020, għat-tieni segment u s-segmenti sussegwenti tal-pagamenti bil-quddiem (51), se jkun meħtieġ li l-awtoritajiet tal-awditjar jivverifikaw li l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà jkunu ġew issodisfati fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji. L-għeluq parzjali ma jistax iseħħ għal PO li jkunu jinkludu strumenti finanzjarji, dment li l-awtoritajiet tal-awditjar ma jwettqux xogħol xieraq f’dan il-livell.

6.63.

Din il-problema tista’ tkun aktar gravi fis-snin li ġejjin għal dawk il-programmi fejn l-għadd ta’ strumenti finanzjarji jiżdied b’mod sinifikanti (52).

 

Ix-xogħol tal-Kummissjoni dwar l-aċċertament fir-rapporti annwali tal-attività

Id-dgħufijiet fil-kampjunar baqgħu ma ġewx indirizzati fl-analiżi tal-pakketti ta’ aċċertament

6.64.

Ix-xogħol li wettaqna fuq il-metodoloġija ta’ kampjunar użat mill-awtoritajiet tal-awditjar wera li dgħufijiet fi 3 mit-12-il pakkett ta’ aċċertament li eżaminajna (25 %) affettwaw l-affidabbiltà tar-rati tal-iżball residwu rrappurtati, sa ċertu punt (ara l-paragrafi 6.47 sa 6.48).

6.64 u 6.65.

Il-Kummissjoni identifikat xi wħud mill-kwistjonijiet imqajma mill-QEA, iżda ma kkunsidratx li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 31 tar-Regolament 480/2014 applikaw għal dawn il-każijiet.

Għall-Programm ta’ Inizjattiva tal-SMEs, il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għall-paragrafu 6.47.

6.65.

F’konformità mal-proċeduri interni tagħha, il-Kummissjoni vverifikat il-metodu ta' kampjunar għall-pakketti kollha li ġew ippreżentati. Madankollu, hija ma qajmitx il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq. Fejn hemm nuqqasijiet serji, ir-regolament jipprevedi korrezzjoni b’rata fissa (53).

6.66.

Fil-każijiet kollha ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni llikwidat il-bilanċ u rrilaxxat l-10 % li kienu nżammu preċedentement għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE (ara l- Kaxxa 6.8 ).

6.66.

Il-Kummissjoni trid tħallas l-ammont pendenti għas-sena kontabilistika inkwistjoni fil-każijiet kollha meta l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 139(2) CPR jiġu ssodisfati. Meta dan jirriżulta f’pagament li jrid isir, il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tinterrompih meta r-riskju residwu jibqa’ rilevanti. Meta l-bilanċ jirriżulta f’irkupru, il-Kummissjoni trid tipproċedi biex tirkupra l-ammont mingħajr dewmien, f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

Il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regolarità tal-infiq fis-sena kontabilistika 2015/2016 għadha mhijiex finali

6.67.

Fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2016 tagħha, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li twettaq il-valutazzjoni approfondita tagħha dwar ir-regolarità mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-preżentazzjoni tal-pakketti ta’ aċċertament (54). Dan kien ikun ifisser li tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rati tal-iżball residwu għas-sena kontabilistika 2015/2016 fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2017. Iż-żewġ DĠ waslu għall-konklużjoni li r-rata tal-iżball residwu għas-sena kontabilistika 2015/2016 kienet taħt is-soll ta' materjalità ta’ 2 %. Id-DĠ EMPL ma fformulax konklużjoni finali dwar ċerti PO li għalihom kien għadu huwa stess ma kisibx l-aċċertament meħtieġ, u li għalhekk, kienu għadhom suġġetti għal valutazzjoni finali minnu.

6.67.

Ma hemm l-ebda obbligu formali li jinsiltu konklużjonijiet dwar il-validità tar-rati tal-iżball rapportati għall-programmi kollha kull sena, għalkemm id-DĠ qed jaħdmu b’mod ċar biex jagħmlu dan, jekk il-kundizzjonijiet kollha jiġu ssodisfati u jippermettu li s-servizzi tal-Kummissjoni jaslu għal konklużjoni bħal din. L-Istrateġija Unika tal-Awditjar għall-Politika ta’ Koeżjoni tipprevedi li jitwettqu awditi, meta jkun meħtieġ, sa tmiem il-perjodu regolatorju biex il-benefiċjarji jibqgħu jappoġġaw id-dokumenti. Għalhekk, minħabba sitwazzjonijiet speċifiċi (bħall-“perjodu ta’ prova” tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tas-sistema ta’ aċċertament) jew l-effiċjenza amministrattiva, l-awditi ta’ konformità tal-Kummissjoni jistgħu jirrigwardaw perjodu iktar wiesa’ ta’ kontabbiltà, b’riperkussjonijiet possibbli fuq ir-reviżjoni ta’ rati ta’ żball rapportati preċedentement.

6.68.

Is-sena kontabilistika 2015/2016 kienet l-ewwel waħda taħt il-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament. Għall-50 pakkett ta’ aċċertament rilevanti ppreżentati sa Marzu 2017, id-DĠ EMPL wettaq biss 2 awditi tal-konformità (55) minn Ġunju 2017 sa April 2018, li kienu jkopru 8 operazzjonijiet u 2 pakketti ta’ aċċertament f’2 Stati Membri. Id-DĠ REGIO ma wettaq l-ebda awditu ta’ dan it-tip. Aħna sibna li l-awtoritajiet tal-awditjar stmaw b’mod insuffiċjenti r-rati tal-iżball residwu li rrappurtaw lill-Kummissjoni f’6 mit-12-il pakkett ta’ aċċertament li eżaminajna. Biex jipproteġi l-baġit tal-UE, ir-regolament jagħti lill-Kummissjoni l-possibbiltà li twettaq aktar awditi sa tmiem il-perjodu li matulu tista’ żżomm id-dokumenti ta’ sostenn (ara l-paragrafu 6.8). Dawn iż-żewġ elementi jistgħu jimplikaw li nuqqasijiet oħra li jinqabdu f’awditi futuri tal-Kummissjoni jistgħu jżidu aktar ir-rati tal-iżball residwu għas-snin kontabilistiċi 2015/2016. Konsegwentement, ir-rati tal-iżball residwu li fuqhom il-Kummissjoni tifformula l-konklużjonijiet fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2017 għadhom mhumiex finali.

6.68.

Sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE, il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li twettaq awditi ulterjuri li jikkunsidraw ir-rekwiżit legali fir-rigward tad-disponibbiltà tad-dokumenti u l-evidenza għall-awditjar. Kwalunkwe irregolarità identifikata, b'riżultat ta’ awditi bħal dawn jeħtieġ li tkun ikkoreġuta b'mod xieraq, b’impatt possibbli fuq ir-rati ta’ żball vvalidati preċedentement. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għal paragrafu 6.9.

Fl-2017, id-DĠs REGIO u EMPL akkompanjaw lill-QEA f’għadd sinifikanti tal-awditi tagħha. L-għadd baxx ta’ pakketti ta’ aċċertament li ġew filfatt ippreżentati fl-ewwel sena kontabilistika b’infiq iddikjarat limitat u għalhekk possibiltajiet limitati li jerġgħu jitwettqu l-awditi mwettqa mill-awtoritajiet tal-awditjar, flimkien mal-firxa ta’ kopertura tal-awditu tal-QEA ta’ dawn il-programmi, kienu l-kawża tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-awditi ta’ konformità ppjanati tagħha fl-2017. L-għan ta’ din id-deċiżjoni kien li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-awditi tal-istess programmi u benefiċjarji.

Fatturi oħra, inkluż il-possibbiltà li verifiki ta’ konformità futuri tal-Kummissjoni jħarsu lura lejn tliet snin kontabilistiċi (għal effiċjenza amministrattivi f’każ ta’ għadd żgħir ta’ awditi li għandu jiġi rivedut) u t-trikkib mal-ħidma tal-awditjar ta’ REGIO/EMPL dwar l-għeluq tal-perjodu 2007-2013 ġew meqjusa mill-Kummissjoni, kemm mill-perspettiva ta’ effiċjenza kif ukoll ta’ effettività, waqt l-ippjanar (u sussegwentement ir-rieżami) tal-ħidma tal-awditjar tal-2017. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.56 u 6.57.

Ma hemm l-ebda rata kumplessiva tal-iżball residwu għall-Koeżjoni

6.69.

Għaż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni, kull wieħed mir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni jagħti rata tal-iżball residwu distinta (56). Madankollu, il-Kummissjoni la tikkalkula u lanqas ma tipprovdi rata kumplessiva tal-iżball residwu li tkopri l-qasam “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” (is-Subintestatura 1b tal-QFP) għas-sena kontabilistika.

6.69 u 6.70.

Kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju, ir-rapportar tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq is-sena kalendarja.

Ir-rapport korporattiv tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni annwali u l-prestazzjoni jipprovdi rata tal-iżball residwu aggregata għall-koeżjoni, il-migrazzjoni u s-sajd abbażi ta’ data u indikaturi rapportati minn kull DĠs fir-RAA rispettivi tagħhom.

Dan l-approċċ ilu l-istess mill-AMPR tal-2015 għal raġunijiet ta’ komparabbiltà.

6.70.

Il-Kummissjoni tista’ tipproduċi din l-informazzjoni mingħajr wisq sforz addizzjonali fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE (AMPR), li jkun ta’ għajnuna għall-awtoritajiet tal-kwittanza. Minflok l-AMPR jipprovdi rata ta’ żball ikkombinata għal “Koeżjoni, migrazzjoni u sajd” għas-sena kalendarja.

6.71.

Fil- Kaxxa 6.9 aħna nagħtu sommarju tal-informazzjoni pprovduta mir-Rapporti Annwali tal-Attività għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020.

 

Kaxxa 6.9 —   Stampa ġenerali tal-informazzjoni fir-Rapporti Annwali tal-Attività għall-perjodu 2014–2020

(EUR miljun)

Attività

Fond

Total tal-infiq iċċertifikat fil-pakkett ta’ aċċertament

Għadd ta’ pakketti ta’ aċċertament (72)

Programmi operazzjonali (72)

Rata tal-iżball residwu (73)

Perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020

FEŻR/FK

993,7

20

34

0,6  %

FSE/YEI (74)

1 443,5

33

49

0,7  %

FEAD

144,3

8

8

0,6  %

Total mingħajr l-Inizjattiva għall-SMEs  (75)

2 581,5

50

70

0,7  %

Sors: Ir-Rapporti Annwali tal-Attività 2017 tad-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

6.72.

Ir-rati tal-iżball residwu rrapurtati fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2017 għas-sena kontabilistika 2015/2016 huma taħt il-livell ta' materjalità (57). Madankollu, ir-riżultati tal-awditu li wettaqna ta’ kampjun rappreżentattiv tal-operazzjonijiet awditjati mill-awtoritajiet tal-awditjar jindikaw: li l-livell ta’ żball għadu materjali (ogħla minn 2 %) u li ċerti rati tal-iżball residwu li ġew ippreżentati minn dawn l-awtoritajiet tal-awditjar kienu ddikjarati b'mod insuffiċjenti.

6.72.

Il-Kummissjoni rraportat il-kwistjonijiet imqajma mill-QEA fir-rapporti annwali tal-attività ta’ DĠ REGIO u DĠ EMPL u qisithom fir-rati ta’ żball ivvalidati tagħha, meta kien meqjus possibbli. Għall-programmi individwali kkonċernati, meta jiġi konkluż li r-rati tal-iżbalji residwi rapportati ġew sottovalutati, il-Kummissjoni se tieħu korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali.

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

6.73.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta' żball fl-infiq fuq “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” kien materjali (ara l-paragrafi 6.26 sa 6.43).

6.73.

Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li l-istima tal-livell ta’ żball tal-QEA għall-Politika ta’ Koeżjoni, din is-sena, tirrappreżenta titjib sinifikanti meta mqabbla mas-snin preċedenti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-programm uniku ta’ Inizjattiva tal-SMEs preżenti fil-kontijiet tal-2015-2016, b’qafas regolatorju speċifiku meta mqabbel mal-programmi ewlenin minħabba n-natura innovattiva tiegħu, jikkontribwixxi punt perċentwali wieħed għal din l-istima. Fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha miksuba, il-Kummissjoni tikkonkludi li, għall-maġġoranza kbira ta’ programmi, ma hemmx livell materjali ta’ żbalji fil-kontijiet tal-2015/2016.

6.74.

L-għadd ta’ dgħufijiet li sibna fix-xogħol ta’ bosta mill-awtoritajiet tal-awditjar koperti mill-kampjun tagħna (ara l-paragrafi 6.44 sa 6.50), attwalment jillimita l-fiduċja li tista’ titqiegħed fuq dan ix-xogħol.

6.74 u 6.75.

Il-Kummissjoni diġà rrapportat xi wħud mill-kwistjonijiet imqajma mill-QEA fir-rapporti annwali tal-attività ta’ DĠ REGIO u DĠ EMPL u kkunsidrathom fir-rati ta’ żball ivvalidati tagħha, meta qieset li dan huwa possibbli. Id-DĠ se japplikaw il-korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali meħtieġa.

Il-Kummissjoni se tibqa’ taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-awditjar sabiex tindirizza l-kwistjonijiet imqajma mill-QEA.

Barra minn hekk, l-Istrateġija tal-Awditjar Unika tal-Kummissjoni għall-koeżjoni tipprevedi fokus qawwi fuq il-ħidma ta’ twettiq mill-ġdid dwar ir-riżultati tal-awtoritajiet tal-awditjar fuq il-bażi tar-riskju.

Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.26, 6.29, it-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.34 u 6.35, 6.37, 6.39 u t-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.49 u 6.50.

6.75.

Minħabba dan u minħabba n-nuqqasijiet fix-xogħol proprju tal-Kummissjoni (ara l-paragrafi 6.51 sa 6.72), ir-rati kumplessivi tal-iżball residwu ppreżentati fir-Rapporti Annwali tal-Attività tal-Kummissjoni għas-sena kontabilistika 2015/2016 huma stmati b’mod insuffiċjenti, u attwalment aħna ma nistgħux noqogħdu fuqhom. Minħabba l-iżbalji addizzjonali li qbadna, ir-rata kkalkulata minna mill-ġdid kienet ogħla minn 2 % għal 6 mit-12-il pakkett ta’ aċċertament għall-perjodu 2014–2020 u għal 3 mill-10 pakketti ta’ għeluq għall-perjodu 2007–2013.

6.76.

Il-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament tfassal bil-ħsieb li jiġi żgurat li r-rati tal-iżball residwu jkunu taħt is-soll ta' materjalità ta’ 2 % fuq bażi annwali. Madankollu, l-awditu tagħna wera li jeħtieġ isir aktar titjib, b’mod partikolari f’termini tal-implimentazzjoni tal-qafas kemm fil-livell tal-awtoritajiet tal-awditjar kif ukoll f’dak tal-Kummissjoni.

6.76.

Mingħajr preġudizzju għat-tweġiba komuni tagħha għall-paragrafi 6.74 u 6.75 hawn fuq, il-Kummissjoni tqis ukoll li dejjem mixtieq aktar titjib u se tieħu l-passi meħtieġa biex tkompli ttejjeb il-qafas ta’ aċċertament u tiżgura li l-irregolaritajiet kollha huma identifikati u kkoreġuti f’waqthom. Fir-rigward tal-ħidma tal-Kummissjoni stess, il-pjanijiet tal-awditjar tal-Kummissjoni jridu jqisu l-ħidma ppjanata mill-QEA bil-għan li jitnaqqsu t-trikkib u d-duplikazzjonijiet tal-awditi fil-livell tal-amministrazzjonijiet u l-benefiċjarji responsabbli. Dan kien il-każ b’mod partikolari għall-ewwel kontijiet tal-2014-2020 b’infiq limitat ċertifikat u għalhekk b’possibiltajiet limitati li l-awditi mwettqa mill-awtoritajiet tal-awditjar jitwettqu mill-ġdid.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għall-paragrafu 6.68 ukoll.

Rakkomandazzjonijiet

6.77.

L- Anness 6.2 juri s-sejbiet tal-analiżi ta' segwitu li wettaqna għas-seba’ rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapporti Annwali 2014 tagħna (58). Il-Kummissjoni kienet implimentat erba’ rakkomandazzjonijiet bis-sħiħ, filwaqt li tnejn kienu ġew implimentati f'xi wħud mill-aspetti u ma kienet ittieħdet l-ebda azzjoni fir-rigward ta’ waħda mir-rakkomandazzjonijiet.

6.77.

Rigward ir-rakkomandazzjoni 3 tar-rapport annwali tal-QEA tal-2014, il-QEA kienet innotat li l-użu ta’ għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (SCOs) huwa limitat għal 36 % tal-baġit tal-programm għall-FSE u għal biss 2 % tal-FEŻR/FK.

Il-Kummissjoni tkompli tippromwovi l-użu ta’ għażliet tal-ispejjeż issimplifikati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. F'dan ir-rigward, fis-27 ta’ Marzu 2018 il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport finali tagħha dwar l-użu ta’ SCOs fil-FSE, FEŻR, FK u FAEŻR) li wera li bejn l-2014 u l-2017 il-maġġoranza kbira tal-awtoritajiet maniġerjali tal-FSIE użaw SCOs (73 % u 95 % għal programmi FEŻR/FK u FSE rispettivament). F'termini tal-proġetti, 65 % tal-FSE, 50 % tal-FEŻR u 25 % ta’ proġetti FK qed jużaw SCOs.

Barra minn hekk, il-proposta Omnibus, fl-abbozzar tagħha li jirriżulta mill-ftehim politiku bejn il-Kunsill u l-Parlament, twessa’ l-ambitu u l-applikabbiltà ta’ SCOs.

Rigward ir-rakkomandazzjoni, li skont il-Qorti, ma wasslet għal ebda intervent, il-Kummissjoni tenfasizza li din ir-rakkomandazzjoni ma kinitx ġiet aċċettata u għalhekk ma ġietx implimentata.

6.78.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2017, aħna nirrakkommandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: tiżgura li l-arranġamenti tal-awditjar fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji mmaniġġjati mill-FEI jkunu adegwati fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji. Meta l-BEI/FEI jirrikorri għal proċeduri miftiehma ma’ awdituri esterni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġi pprovdut aċċertament, tiddefinixxi l-kundizzjonijiet minimi ta’ kuntratti ta’ dan it-tip, b’mod partikolari l-obbligu li jitwettaq xogħol tal-awditjar suffiċjenti fil-livell tal-Istat Membru.

Data għall-implimentazzjoni: immedjatament.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u tqis li bid-dħul fis-seħħ tal-proposta Omnibus, fl-abbozzar tagħha li jirriżulta mill-ftehim politiku bejn il-Kunsill u l-Parlament, u permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda għall-awditjar ta’ strumenti finanzjarji ġestiti mill-FEI, ir-rakkomandazzjoni se tiġi implimentata.

Barra minn hekk, l-Istati Membri se jwettqu verifiki u awditi fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji u, għall-awtoritajiet tal-awditjar, fil-livell tar-reċipjenti finali fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, fejn rilevanti.

Rakkomandazzjoni 2: tipproponi li, għall-qafas finanzjarju wara l-2020, isiru bidliet leġiżlattivi bil-għan li tiġi eskluża l-possibbiltà li jsir rimborż tal-VAT lil korpi pubbliċi mill-fondi tal-UE.

Data għall-implimentazzjoni: qabel l-approvazzjoni tal-qafas leġiżlattiv għal wara l-2020.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment u għamlet proposta leġiżlattiva għall-qafas finanzjarju 2021-2027.

Il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2018) 375 final) tintroduċi regola sempliċi fir-rigward tal-VAT, indipendentement mill-istatus privat/pubbliku tal-benefiċjarji: għal proġetti b’kost totali ta’ inqas minn EUR 5 miljun, il-VAT hija kkunsidrata eliġibbli filwaqt li għal ammonti ’l fuq mil-livell limitu tal-VAT hija ineliġibbli.

Rakkomandazzjoni 3: tindirizza d-dgħufijiet li identifikajna fil-verifikazzjoni li twettaq tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar fil-kuntest tal-awditi tagħha tar-regolarità.

Data għall-implimentazzjoni: immedjatament.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. F’konformità mal-Istrateġija tal-Awditjar Unika u l-pjan tal-awditjar miftiehem, mill-2018 is-servizzi tal-Kummissjoni se jiffokaw il-ħidma tal-awditjar tagħhom fuq il-verifika tal-kwalità u l-konformità tal-awtoritajiet tal-awditjar bil-għan li jiksbu opinjonijiet u riżultati tal-awditjar.

Rakkomandazzjoni 4: tindirizza l-kumplessità tal-informazzjoni ppreżentata, fir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ REGIO u tad-DĠ EMPL, dwar il-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament 2014–2020, billi:

(i)

tiffoka fuq l-infiq li jkun għadda miċ-ċiklu ta’ kontroll, jiġifieri l-pakketti ta’ aċċertament li jkopru l-infiq qabel it-30 ta’ Ġunju tas-sena “n-1”. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġusta r-rappurtar tagħha biex tiżgura li ma tippreżentax stimi proviżorji;

(ii)

tindika b’mod ċar x’infiq ikun għadu ma ġiex eżaminat fil-fond (inkluż permezz ta’ kontrolli tar-regolarità). Jenħtieġ li hija tindika liema azzjonijiet preventivi jipproteġu l-baġit tal-UE u jekk dawn l-azzjonijiet ikunux suffiċjenti biex jipprovdu aċċertament, iżda toqgħod lura milli tikkalkula rata tal-iżball residwu għal infiq li jkun għadu ma ġiex eżaminat.

(iii)

tiddivulga rata kumplessiva tal-iżball residwu għas-Subintestatura 1b tal-QFP għal kull sena kontabilistika.

Data għall-implimentazzjoni: Ġunju 2019.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni parzjalment.

Il-Kummissjoni tenfasizza li r-rapporti tal-attività annwali tad-Direttorati ġenerali kkonċernati diġà jipprovdu fokus ċar fuq il-validazzjoni tar-rati ta’ żball għall-programmi u għall-kontijiet fir-rigward tas-snin kontabilistiċi li jintemmu 30 ta’ Ġunju n-1. Dan jista’ jiġi ċċarat aktar fir-rapporti futuri.

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, l-aċċertament meħtieġ mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni fir-rapporti tal-attività annwali jirreferu għal kull tip ta’ pagament eżegwit fis-sena ta’ rapportar n. Id-DĠ jirrapportaw separatament fuq il-livell ta’ aċċertament miskub għal kull wieħed minnhom. L-ammont ta’ riskju huwa għalhekk stabbilit fuq il-bażi tal-infiq rilevanti tas-sena kalendarja.

Il-Kummissjoni ttenni wkoll li hija lesta li tirrifletti fuq kif ittejjeb u tissimplifika s-sistema tagħha li twassal għall-preżentazzjoni tar-rati ta’ żball fir-RAA tagħha u li tiddiskuti mal-QEA dwar dan.

Rakkomandazzjoni 5: tiżgura li l-arranġamenti tal-awditjar jinbidlu skont il-proposta li tkun għamlet għall-istrumenti finanzjarji fil-qafas regolatorju wara l-2020, biex, għall-kalkolu tar-rati tal-iżball residwu, jintużaw biss il-fondi li verament ikunu ntużaw fil-livell tar-riċevituri finali.

Data għall-implimentazzjoni: qabel ma tibda l-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv għal wara l-2020.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni sa fejn il-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas regolatorju ta’ wara l-2020 huwa adottat mill-koleġiżlaturi.

Wara din il-proposta adottata fid-29 ta’ Mejju 2018, l-Istat Membru se jiddikjara l-infiq tal-istrumenti finanzjarji bbażat fuq ammont żborżat lir-reċipjenti finali. Se jkun hemm biss pagament wieħed bil-quddiem ta' 25 % għal strumenti finanzjarji li ma għandhomx ikunu parti mill-popolazzjoni awditjata ddefinita fil-qafas regolatorju li se jillimita l-infiq li jista' jiġi ddikjarat qabel ma jsir il-pagament lir-reċipjenti finali.

Rakkomandazzjoni 6: twettaq kontrolli tar-regolarità li jkunu suffiċjenti biex tkun tista’ tifformula konklużjonijiet dwar l-effettività tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar u biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar ir-regolarità tal-infiq sa mhux aktar tard milli fir-rapporti annwali tal-attività li tippubblika s-sena ta’ wara dik li fiha taċċetta l-kontijiet.

Data għall-implimentazzjoni: immedjatament.

Il-Kummissjoni parzjalment taċċetta din ir-rakkomandazzjoni li hija konformi mal-istrateġija tal-Awditjar unika tagħha għall-fondi kkonċernati.

Il-Kummissjoni stabbiliet objettiv li tkun tista’ tirrapporta kull sena fir-RAA rispettiv dwar l-affidabilità tar-rati ta’ żball residwu rapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar fil-pakketti ta’ aċċertament tas-sena preċedenti. Hija tenfasizza li fl-istess ħin, hija għandha sa tliet snin biex twettaq awditi fuq l-infiq inkluż fil-kontijiet biex tikkonkludi dwar l-affidabbiltà tar-rati ta’ żball rapportati mill-awtoritajiet tal-awditjar u biex tikkonferma l-legalità u r-regolarità tal-infiq ċertifikat.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

PARTI 2 — VALUTAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI TAL-PROĠETTI

6.79.

Il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE jippresupponi fokus mhux biss fuq il-konformità regolatorja iżda wkoll fuq l-ilħuq tal-objettivi ddikjarati (59). Għal din ir-raġuni, minbarra li nivverifikaw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, aħna nivvalutaw il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet li għalihom jappartjenu dawk it-tranżazzjonijiet.

 

6.80.

Mill-217-il tranżazzjoni li eżaminajna din is-sena, 113 ġew minn operazzjonijiet li kienu fiżikament ikkompletati fiż-żmien meta sar l-awditu tagħna (56 għall-2007–2013 u 57 għall-2014–2020). Għal dawn l-operazzjonijiet, aħna vvalutajna:

 

il-mod kif tfasslet is-sistema ta’ prestazzjoni (b’mod partikolari jekk il-PO kellhomx indikaturi tal-outputs u tar-riżultati, li kienu rilevanti għall-objettivi tagħhom, u jekk l-objettivi għall-outputs u għar-riżultati, li kienu speċifikati fid-dokumenti tal-proġetti (60) kinux jikkorrispondu għall-objettivi tal-programmi operazzjonali għal kull assi prijoritarju);

 

il-prestazzjoni reali tal-proġetti, jiġifieri jekk kinux rrappurtaw dwar jekk il-miri ssettjati għal kull indikatur, kif ukoll l-objettivi, kinux intlaħqu.

 

6.81.

Għall-istrumenti finanzjarji, aħna eżaminajna r-rata ta’ żborżament reali (l-ammont żborżat favur ir-riċevituri finali bħala perċentwal mill-fondi totali).

 

Valutazzjoni tat-tfassil tas-sistemi ta’ prestazzjoni

6.82.

Ir-regolamenti tal-UE li huma rilevanti għal dan il-qasam ta’ nfiq jirrikjedu li l-benefiċjarji jiddefinixxu u jirrappurtaw dwar l-outputs (61). L-Istati Membri għandhom ukoll il-possibbiltà li jiddefinixxu indikaturi tar-riżultati li jorbtu r-riżultati tal-proġetti mal-indikaturi korrispondenti għall-assi prijoritarju tal-PO. L-issettjar ta’ indikaturi tar-riżultati, kull fejn ikun possibbli u ta’ sinifikat, huwa prattika tajba peress li jippermetti lill-awtoritajiet ikejlu l-kontribuzzjoni speċifika li ssir minn proġett għall-objettivi tal-assi prijoritarju korrispondenti.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

6.83.

Meta eżaminajna l-kampjun ta’ 113-il proġett, aħna sibna għadd ta’ dgħufijiet fil-mod kif l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu fasslu s-sistemi tagħhom għall-kejl tal-prestazzjoni kemm fil-livell tal-programmi operazzjonali kif ukoll f’dak tal-proġetti. Dawn is-sejbiet huma miġburin fil-qosor fil- Kaxxa 6.10 . Aħna sibna li kien hemm stabbilita, sa ċertu punt, sistema għall-kejl tal-prestazzjoni li ppermettiet li l-outputs u r-riżultati tal-proġetti jiġu marbuta mal-objettivi tal-PO għal 74 biss mill-113-il proġett (65 %). Madankollu, f’5 mill-74 każ, l-awtoritajiet kienu kklassifikaw l-outputs b’mod skorrett bħala riżultati fil-PO u/jew fid-dokumenti ta’ approvazzjoni tal-proġetti.

6.83.

Loġika ta’ intervent imfassla tajjeb kif deskritt fil-programm operazzjonali għandha tiżgura li l-outputs u r-riżultati fil-livell tal-proġetti jikkontribwixxu għar-riżultati mistennija tal-programmi operazzjonali, filwaqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu li dawn huma wkoll influwenzati minn fatturi esterni.

6.84.

F’34 każ l-awtoritajiet ma kinux iddefinew l-indikaturi tar-riżultati fil-livell tal-proġetti, u f’4 każijiet ma kienu ssettjaw l-ebda indikatur jew mira biex ikejlu l-prestazzjoni fil-livell tal-proġetti. F’każ wieħed ieħor, ma kienet ġiet iddefinita l-ebda mira fil-PO korrispondenti nnifsu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk dawn il-proġetti kkontribwewx għall-objettivi ġenerali tal-programmi. Madwar tliet kwarti ta’ dawn id-39 każ jikkonċernaw il-perjodu 2007–2013.

6.84.

Il-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-intervent kofinanzjat (riflessa fl-output u fl-indikaturi tar-riżultati fil-livell tal-proġett) lejn l-objettivi tal-PO (riflessi mill-indikaturi tar-riżultat) hija kompitu għall-evalwazzjoni tal-impatt.

Fil-fatt, il-fokus insuffiċjenti fuq ir-riżultati ġie identifikat fl-evalwazzjoni ex post tal-FK/FEŻR. Dan ġie indirizzat fil-leġiżlazzjoni li tirregola l-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 permezz ta’ tisħiħ tal-loġika ta’ intervent u fokus fuq ir-riżultati.

6.85.

Dawn is-sejbiet jikkomplementaw ir-rapport reċenti tagħna dwar l-għażla u l-monitoraġġ tal-proġetti (62) fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020. Ir-rapport ikkonkluda li l-kriterji tal-għażla għall-proġetti taħt il-FEŻR u l-FSE fil-perjodu 2014–2020 ma jirrikjedux sistematikament li tingħata d-definizzjoni ta’ indikaturi tar-riżultati kwantifikati, fil-livell tal-proġetti. Anki fejn dawn l-indikaturi jeżistu, mhux neċessarjament jikkorrispondu mal-indikaturi tal-PO.

6.85.

Il-Kummissjoni tqis li hemm differenza bejn riżultati diretti fil-livell ta’ proġetti ffinanzjati u r-riżultati li għandhom jinkisbu fil-livell tal-PO (riflessi mill-indikaturi tar-riżultati). Filwaqt li r-riżultati diretti huma influwenzati biss mill-azzjoni kofinanzjata, l-indikaturi tar-riżultati huma affettwati minn fatturi esterni differenti barra mill-kontroll tal-awtoritajiet maniġerjali. Loġika ta’ intervent imfassla tajjeb għandha tiżgura li l-outputs u r-riżultati diretti tal-proġetti maħtura jikkontribwixxu biex jinkisbu r-riżultati mistennija tal-PO.

6.86.

Ir-rapport tagħna dwar l-assorbiment  (63) juri wkoll li, għall-perjodu 2007–2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ħadu azzjoni biex jindirizzaw l-assorbiment bil-mod, u biex jiżguraw il-legalità, iżda naqsu milli jieħdu kont dovut tal-kunsiderazzjonijiet tal-prestazzjoni, li wassal għal fokus insuffiċjenti fuq ir-riżultati.

6.86.

Lill-Istati Membri li jinsabu f'riskju ta' nuqqas ta' assorbiment, il-Kummissjoni pproponiet miżuri li huma konformi mal-qafas legali 2007-2013, l-objettivi tal-programm u l-loġika ta’ intervent u adatti għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull programm ikkonċernat. Għalhekk, deher li ma kienx hemm bżonn li tingħata xi konsiderazzjoni eċċezzjonali għar-riżultati bl-iskop uniku li tiġi ggarantita l-kisba effettiva tar-riżultati proposti. Hija l-prattika standard tal-ġestjoni ta’ programm li meta programm juri indikazzjoni ta’ livell aktar baxx ta’ rata ta’ assorbiment, l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet jiffokaw fuq l-assorbiment fl-ambitu tal-miri eżistenti.

Kaxxa 6.10 —   Valutazzjoni tat-tfassil tas-sistemi ta’ prestazzjoni (113-il proġett)

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Ħafna mill-proġetti ma jilħqux l-objettivi ta’ prestazzjoni kompletament

6.87.

Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet li eżaminajna, ma kkonkludejniex li l-objettivi kollha ta’ prestazzjoni kienu ntlaħqu kompletament. Għall-74 proġett fejn kienu ġew issettjati kemm indikaturi tar-riżultati kif ukoll indikaturi tal-outputs, aħna sibna li dawn kienu ntlaħqu kompletament f’26 każ (35 %), intlaħqu parzjalment fi 43 każ (58 %), ma setgħux jiġu vvalutati f’2 każijiet (3 %) u ma nlaħqux fi 3 każijiet (4 %). Wieħed mill-proġetti li ma laħaqx l-objettivi tiegħu ġie ddefinit bħala proġett “li ma jiffunzjonax” skont id-definizzjoni fil-linji gwida dwar l-għeluq (64).

6.87 u 6.88.

Huwa importanti li wieħed jiftakar li l-kampjun tal-QEA jikkonċerna taħlita ta’ proġetti ta’ 2007-2013 u 2014-2020, b’bidla sinifikanti fl-approċċ tal-prestazzjoni u fil-loġika ta’ intervent tal-programmi taħt ir-regolament tal-2014-2020. Għalhekk, ir-riżultati rapportati qed jipprovdu ħarsa limitata tar-riżultati speċifiċi għall-2014-2020 sa issa.

Madankollu, b’kollox il-Kummissjoni tinnota li 93 % tal-proġetti b’indikaturi kemm tar-riżultati kif ukoll tal-output kienu ssodisfawhom kompletament jew parzjalment, li huwa konformi mar-riżultati tas-snin preċedenti. Iċ-ċifra kienet saħansitra ta’ 100 % f’każijiet fejn kienu ġew stabbiliti biss l-indikaturi tal-output.

6.88.

Mill-34 każ fejn kienu ġew issettjati l-indikaturi tal-outputs (iżda mhux indikaturi tar-riżultati), aħna sibna li dawn kienu ntlaħqu kompletament fi 23 każ (68 %) u ntlaħqu parzjalment fi 11-il każ (32 %) (ara l- Kaxxa 6.11 ).

6.89.

Ma stajniex nivvalutaw l-ilħuq tal-objettivi ta’ prestazzjoni fil-ħames każijiet li jifdal billi ma kinux ġew issettjati indikaturi jew miri.

 

Kaxxa 6.11 —   Ilħuq tal-objettivi ta’ prestazzjoni

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

6.90.

Fil-perjodu 2014–2020, l-awtoritajiet tal-awditjar huma meħtieġa jeżaminaw l-affidabbiltà tad-data dwar il-prestazzjoni. Aħna sibna li ġeneralment huma jwettqu kontrolli tal-prestazzjoni tal-proġetti matul l-awditi tagħhom tal-operazzjonijiet. Fi 18 minn 57 każ, l-awtorità tal-awditjar ma setgħetx tifforma opinjoni dwar l-ilħuq tal-objettivi billi l-proġett kien għadu għaddej. F’20 każ ieħor l-awtorità tal-awditjar kienet illimitat il-verifikazzjonijiet tagħha għall-objettivi tal-outputs.

6.90.

Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li l-awtoritajiet tal-awditjar inkludew dan l-element addizzjonali ta’ affidabbiltà ta’ data tal-prestazzjoni fl-ambitu tal-awditi tagħhom dwar operazzjonijiet għall-2014-2020, f’konformità mal-gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u mal-qafas regolatorju. Dawn ir-riżultati huma utli u komplimentari għall-awditi tematiċi tagħhom stess f'dan il-qasam imwettqa mill-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri ma setgħux jużaw it-totalità tal-kontribuzzjonijiet tagħhom taħt il-FISMs

6.91.

L-Istati Membri huma meħtieġa jirrappurtaw kull sena dwar l-iżborżament reali ta’ fondi mill-FISMs, favur ir-riċevituri finali (65). Il- Kaxxa 6.12 turi kif il-FISMs intużaw sal-aħħar perjodu ta’ rappurtar (66). Erba’ Stati Membri biss użaw il-kontribuzzjonijiet disponibbli kompletament, b’varjazzjoni sostanzjali fir-rati ta’ żborżament. Għall-perjodu 2014–2020, 16-il Stat Membru ma rrappurtaw l-ebda żborżament favur ir-riċevituri finali sa tmiem l-2016 (67).

6.91.

Rigward il-perjodu 2014-2020, fil-maġġorparti tal-Istati Membri, il-ftehimiet ta’ finanzjament ġew iffirmati fl-2016 u anki fit-tieni parti tal-2016. Il-fatt li ma sar l-ebda żborż lir-reċipjenti finali sa tmiem l-2016, għalhekk, huwa konformi mal-iskeda tat-twaqqif ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji.

Kaxxa 6.12 —   Rati kumulattivi ta’ żborżament tal-istrumenti finanzjarji

Image

Nota (1)

L-Irlanda u l-Lussemburgu ma kienu stabbilixxew l-ebda strument finanzjarju sa tmiem l-2016.

Nota (2)

Ir-rati ta’ żborżament li ġew irrappurtati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Għall-2014–2020, dan ikopri s-sena kalendarja u mhux is-sena kontabilistika.

Nota (3)

Fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 l-Istati Membri ġeneralment ma jistgħux jitolbu aktar kontribuzzjonijiet tal-PO għall-istrumenti finanzjarji sakemm jilħqu ċertu livell ta’ żborżament favur ir-riċevituri finali.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq l-informazzjoni tal-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Konklużjoni

6.92.

Wieħed mill-objettivi prinċipali tad-dispożizzjonijiet regolatorji għall-perjodu 2014–2020 kien li jitqiegħed aktar fokus fuq il-prestazzjoni u r-riżultati. Ix-xogħol tagħna juri li, b’mod ġenerali, hemm rabta ċara bejn l-objettivi tal-outputs fil-livell tal-programmi operazzjonali u dawk fil-livell tal-proġetti. Fejn ġew issettjati miri, dawn fil-biċċa l-kbira ġew irrappurtati li ntlaħqu, tal-inqas parzjalment. Madankollu, ħafna mis-sistemi għall-kejl tal-prestazzjoni ma għandhomx indikaturi tar-riżultati fil-livell tal-proġetti, li jagħmilha diffiċli biex jiġi vvalutat il-kontribut kumplessiv ta’ proġett għall-objettivi speċifiċi ta’ PO.

6.92.

Il-Kummissjoni tilqa’ din il-konklużjoni. L-orjentazzjoni tal-prestazzjoni fil-perjodu 2014-2020 ġiet imsaħħa, fost l-oħrajn, permezz tal-kondizzjonalitajiet ex ante. Il-kondizzjonalità ex ante 7 ġenerali tirrikjedi lill-Istati Membri jkollhom sistema ta’ indikaturi tar-riżultati li tippermetti l-monitoraġġ tal-progress lejn ir-riżultati mixtieqa stabbiliti għal kull objettiv speċifiku fil-PO. Il-Kummissjoni vvalutat is-sodisfazzjon tal-kondizzjonalità ex-ante 7 ġenerali fiż-żmien tal-adozzjoni tal-PO u fiż-żmien tat-tlestija tal-pjanijiet ta’ azzjoni rispettivi mill-Istati Membri.

Il-prestazzjoni tal-proġetti individwali hija mkejla mill-outputs u mir-riżultati li huma jwettqu fil-livell tal-proġett. Il-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-intervenzjoni kofinanzjata (riflessa mill-output u mill-indikaturi tar-riżultati fil-livell tal-proġett) lejn l-objettivi tal-PO (riflessi mill-indikaturi tar-riżultati) hija kompitu tal-evalwazzjoni tal-impatt.


(1)  Ara l-Artikoli 174 sa 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47).

(2)  Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja. Spanja kienet eliġibbli għal appoġġ tranżitorju mill-FK matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013.

(3)  Reġjuni eliġibbli għall-appoġġ mill-YEI huma dawk fejn il-livell ta’ qgħad fost persuni tal-età bejn il-15 u l-24 sena kien ogħla minn 25 % fl-2012.

(4)  Fejn ikun debitament ġustifikat, il-PO jistgħu jiġu emendati f’kull ħin matul il-perjodu.

(5)  Id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(7)  L-awtorità maniġerjali, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u l-awtorità tal-awditjar.

(8)  Il-pakkett ta’ aċċertament huwa magħmul minn dikjarazzjoni tal-maniġment, sommarju annwali, il-kontijiet annwali ċċertifikati, rapport annwali ta' kontroll u opinjoni tal-awditjar.

(9)  Is-sena kontabilistika għall-pakketti ta’ aċċertament ippreżentati fi Frar 2017 kienet tkopri mill-1.7.2015 sat-30.6.2016.

(10)  Fir-rapporti annwali tal-attività tagħha, il-Kummissjoni tirreferi għar-“rata tar-riskju residwu” (RRR) meta tittratta l-għeluq għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013 u għar-“rata tal-iżball residwu totali” (RTER) meta tittratta l-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020. Għalkemm japplikaw għal perjodi ta’ żmien differenti, dawn iż-żewġ rati huma kunċettwalment l-istess. F’dan il-kapitolu, aħna nirreferu għat-tnejn li huma bħala r-“rata/i tal-iżball residwu”.

(11)  L-awtorità tal-awditjar toħroġ ukoll opinjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet awditjati.

(12)  L-Artikolu 28(11) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

(13)  L-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(14)  Bħala pagament jew irkupru.

(15)  L-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(16)  L-Artikolu 130 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jillimita r-rimborż ta’ pagamenti interim għal 90 %. L-10 % li jifdal jiġu rilaxxati wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet.

(17)  L-Artikolu 145(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(18)  Skont l-Artikolu 140 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 l-awtoritajiet maniġerjali jridu jiżguraw li kull dokument ta’ sostenn għal infiq kofinanzjat fuq operazzjonijiet li l-infiq eliġibbli totali għalihom ikun ta’ aktar minn EUR 1 miljun, jinżamm għad-disponibbiltà tal-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri għal perjodu ta’ sentejn wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet inkluż l-infiq finali fuq operazzjonijiet ikkompletati. Għal operazzjonijiet li jinvolvu nfiq eliġibbli ta’ inqas minn EUR 1 miljun, il-perjodu li matulu dawn għandhom jinżammu huwa ta’ tliet snin, wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali fejn jidher l-infiq korrispondenti. Il-perjodu ta’ tliet snin huwa applikabbli universalment għall-għeluq tal-programmi operazzjonali 2007–2013 (ara l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006).

(19)  Ara l-Anness 4 (Kriterji tal-materjalità), p. 23 għad-DĠ REGIO u p. 22 għad-DĠ EMPL.

(20)  Il-Kummissjoni għalqet l-ewwel programmi operazzjonali fl-aħħar trimestru tal-2017, bl-eċċezzjoni tal-programm taħt il-FEŻR għal Ġibiltà, li hija għalqet fl-2016.

(21)  Il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, u r-Renju Unit ippreżentaw pakketti ta’ aċċertament mingħajr l-ebda nfiq. Għal PO partikolari fl-Italja, il-kont ippreżentat ma kienx ġie aċċettat f’Mejju 2017.

(22)  Dan jirrappreżenta 0,7 % biss tal-baġit allokat għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu kemm hu. Dan l-ammont jeskludi pagamenti bil-quddiem għall-istrumenti finanzjarji, iżda jinkludi l-ammonti użati fil-livell tar-riċevitur finali.

(23)  Il-Bulgarija, l-Estonja, il-Greċja, Franza, il-Kroazja, Ċipru, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja ma kinux koperti mid-deċiżjonijiet dwar l-għeluq. Id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ għeluq fil-każ tal-Kroazja kienet il-31 ta’ Marzu 2018.

(24)  12-il pakkett ta’ aċċertament (2014–2020) u 10 pakketti ta’ għeluq (2007–2013).

(25)  Likwidazzjoni tfisser ir-regolarizzazzjoni tal-bilanċ tal-finanzjament. Dan jista’ jinvolvi l-pagament ta’ ammonti pendenti wara li jkun sar prefinanzjament u kull ammont miżmum li jkun ġie approvat, rkupru (jekk l-infiq finali jkun aktar baxx mill-ammonti li jkunu diġà tħallsu), jew “pagament żero”.

(26)  F’dan il-kuntest, “analiżi” tfisser l-eżaminar tal-metodi ta’ ħidma u l-fajls tal-awditjar tal-awtoritajiet tal-awditjar, kif ukoll li jitqiesu l-affidabbiltà u r-rilevanza tar-riżultati f’termini tal-kontribut tagħhom għall-konklużjoni tal-awditjar. “Twettiq mill-ġdid” tfisser il-kisba ta’ evidenza addizzjonali f’ras il-għajn. Kemm l-analiżi kif ukoll it-twettiq mill-ġdid jirrigwardaw tranżazzjonijiet li diġà ġew awditjati.

(27)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 0,7 % u 5,3 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(28)  Ara r-Rapport Annwali 2016, il-paragrafu 6.19.

(29)  L-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill u l-Artikolu 38 (1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(30)  L-Inizjattiva għall-SMEs hija strument finanzjarju konġunt tal-Kummissjoni u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), li għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess tal-intrapriżi żgħar u medji għall-finanzjament. Ara l-Artikolu 39 u l-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(31)  L-Artikoli 38(1)(a) u 39 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(32)  L-Artikolu 78(6) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill u l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(33)  L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2013) 1573 dwar l-approvazzjoni tal-Linji gwida dwar l-għeluq tal-programmi operattivi adottati għall-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (2007–2013), (C(2015) 2771 final, 30.4.2015, it-Taqsima 3.6).

(34)  Awditu tematiku huwa awditu ta’ rekwiżit ewlieni speċifiku jew ta’ qasam ta’ nfiq fejn ir-riskju jitqies li jkun sistemiku. L-awditi tematiċi jikkomplementaw l-awditi regolari tas-sistemi.

(35)  L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(36)  Proċedura miftiehma bejn entità u parti terza bil-ħsieb li jiġu stabbiliti sejbiet fattwali dwar informazzjoni finanzjarja jew proċessi operazzjonali (ISRS 4400).

(37)  L-emenda għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-Regolament Omnibus għandha l-għan li tirriżolvi n-nuqqas ta’ drittijiet tal-awditjar fil-livell tal-Istati Membri. Ir-Regolament Omnibus huwa mistenni li jidħol fis-seħħ fit-tieni nofs tal-2018, li jfisser li l-istess żvantaġġ se jkun japplika għall-kontijiet annwali ppreżentati lill-Kummissjoni fi Frar 2018.

(38)  Intermedjarju finanzjarju huwa entità li taġixxi bħala intermedjarja bejn l-awtorità maniġerjali jew il-fond ta’ parteċipazzjoni u r-riċevituri finali tal-fondi li jitwasslu permezz ta’ strumenti finanzjarji f’ġestjoni kondiviża.

(39)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(40)  Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni kienet approvat programmi operazzjonali taħt l-Inizjattiva għall-SMEs f’sitt Stati Membri.

(41)  Il-kawża T-89/10 tal-QtĠ-UE Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — l-Ungerija vs il-Kummissjoni.

(42)  Ara r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafi 6.33 sa 6.35.

(43)  L-istatus ta’ NEET jirreferi għal individwi li jkunu barra mill-impjieg, edukazzjoni u taħriġ.

(44)  L-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014.

(45)  Standard Internazzjonali tal-Awditjar (ISA) 230 “Dokumentazzjoni tal-Awditjar” (effettiv għal awditjar ta’ rapporti finanzjarji għal perjodi li jibdew fil-15 ta’ Diċembru 2009 jew wara).

(46)  L-Artikolu 66(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(47)  Ir-Rapport Annwali tal-Attività 2017 tad-DĠ EMPL, p. 12 u r-Rapport Annwali tal-Attività 2017 tad-DĠ REGIO, p. 9.

(48)  Ara r-Rapport Annwali 2016, il-paragrafu 6.34.

(49)  Dan japplika wkoll, iżda mhux daqshekk, għal pagamenti bil-quddiem relatati mal-għajnuna mill-Istat.

(50)  Ara r-Rapport Annwali 2016, il-paragrafu 6.35 u r-Rakkomandazzjoni 2(a).

(51)  Il-kontribuzzjoni intiera għall-istrumenti finanzjarji taħt l-Inizjattiva għall-SMEs tista’ titħallas f’darba. Fil-każ tal-istrumenti finanzjarji l-oħra kollha, tintuża l-hekk imsejħa sistema ta’ “segmenti”, fejn l-ewwel ħlas parzjali jsir wara l-istabbiliment u l-ammonti sussegwenti jkunu suġġetti għal żborżament minimu mis-segmenti preċedenti favur ir-riċevituri finali.

(52)  Sa tmiem l-2016, it-total tal-kontribuzzjonijiet għall-programmi operazzjonali impenjati favur il-FISMs kien ta’ kważi EUR 13,3 biljun (meta mqabbla ma’ EUR 5,7 biljun fi tmiem l-2015). Minn dawn, EUR 10,3 biljun ġew mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE). Total ta’ EUR 3,6 biljun (madwar 30 %) ta’ dan l-ammont kienu ġew imħallsa lill-FISMs (2015: EUR 1,2 biljun), inkluż EUR 3,1 biljun mill-FSIE, u r-riċevituri finali kienu rċevew EUR 1,2 biljun, inkluż EUR 1 biljun mill-FSIE. (Ibbażat fuq “Summaries of the data on the progress made in financing and implementing the financial instruments for the programming period 2014–2020 in accordance with Article 46 of Regulation (EU) No 1303/2013 of the European Parliament and of the Council” (Sommarji tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).)

(53)  L-Artikolu 31 tar-Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 jistabbilixxi korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 100 %, 25 %, 10 % jew 5 %, li kollha jistgħu jitnaqqsu jekk ikun meħtieġ.

(54)  L-Anness 4 (Kriterji tal-materjalità), p. 23 għad-DĠ REGIO u p. 22 għad-DĠ EMPL.

(55)  Id-DĠ EMPL jirrapporta dwar tliet awditi tal-konformità fir-RAA tiegħu, iżda din iċ-ċifra tinkludi awditu li wettaqna aħna u li fih huwa kellu l-istatus ta’ osservatur.

(56)  Id-DĠ REGIO għall-FEŻR/FK u d-DĠ EMPL għall-FSE/YEI.

(57)  Fir-RAA 2017 tiegħu (p. 45, in-Nota 27 f’qiegħ il-paġna) id-DĠ REGIO jirrikonoxxi l-fatt li jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżball li jirrigwarda l-Inizjattiva għall-SMEs, ir-rata tal-iżball residwu tiżdied għal 3,3 %.

(58)  Ir-Rakkomandazzjonijiet 2, 3 u 4 kienu indirizzati wkoll lill-Istati Membri.

(59)  Ara r-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 10.10.

(60)  Applikazzjonijiet għal proġetti, ftehimiet ta' għotja, kuntratti u/jew deċiżjonijiet ta’ kofinanzjament.

(61)  L-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(62)  Ir-Rapport Speċjali Nru 21/2018 “L-għażla u l-monitoraġġ ta’ proġetti taħt il-FEŻR u l-FSE fil-perjodu 2014–2020 għadhom prinċipalment orjentati lejn l-outputs” (www.eca.europa.eu)

(63)  Ir-Rapport Speċjali Nru 17/2018 “L-azzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fl-aħħar snin tal-programmi għall-perjodu 2007–2013 indirizzaw l-assorbiment baxx iżda ma kinux iffukati biżżejjed fuq ir-riżultati” (www.eca.europa.eu).

(64)  L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2013) 1573 dwar l-approvazzjoni tal-linji gwida dwar l-għeluq tal-programmi operattivi adottati għall-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (2007–2013), C(2015) 2771 final tat-30.4.2015, il-paragrafu 3.5.

(65)  Fil-pakkett ta’ aċċertament għall-2014–2020 u għall-2007–2013, l-informazzjoni ġiet ippreżentata skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(66)  Il-31 ta’ Diċembru 2016 għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020, u l-31 ta’ Marzu 2017 għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013.

(67)  Minn dawn is-16-il Stat Membru, 5 (ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Ċipru, il-Lussemburgu, is-Slovenja) kienu għadhom ma waqqfux strumenti finanzjarji sa tmiem l-2016.

(68)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 15).

(69)  Din iċ-ċifra tikkonsisti minn approvazzjonijiet ta’ prefinanzjament tal-perjodu 2007–2013 għal PO magħluqa fl-2017.

(70)  Din iċ-ċifra tinkludi EUR 0,3 biljun f’kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża.

(71)  66 % tal-popolazzjoni hija relatata mal-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013 u 34 % mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020.

(72)  Il-biċċa l-kbira mill-PO għandhom finanzjament multiplu, jiġifieri jkopru nfiq minn aktar minn fond wieħed. B’hekk, l-għadd totali ta’ pakketti ta’ aċċertament u ta’ programmi operazzjonali huwa aktar baxx mis-somma taċ-ċifri li jidhru għall-fondi mmaniġġjati minn kull DĠ.

(73)  Mingħajr l-impatt tal-pagamenti bil-quddiem għall-istrumenti finanzjarji.

(74)  Inkluż PO wieħed Taljan li fil-każ tiegħu l-kontijiet ġew aċċettati f’Settembru 2017.

(75)  Il-popolazzjoni li awditjajna għall-Inizjattiva għall-SMEs kienet tikkonsisti f’infiq żborżat ta’ EUR 290,9 miljun.

ANNESS 6.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI

 

2017

2016

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

217

180

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

3,0  %

4,8  %

 

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

5,3  %

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

0,7  %

 

Nota: Il-livell ta’ żball stmat għall-2017 huwa bbażat fuq l-approċċ tal-awditjar rivedut tagħna u jinkludi l-impatt tal-azzjonijiet korrettivi rilevanti kollha.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

ANNESS 6.2

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI

E = DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni; R = DĠ Politika Reġjonali u Urbana; X = Valutazzjoni komuni għaż-żewġ DĠ

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2014

Il-Kapitolu 6, ir-rakkomandazzjoni 1: jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi ffukata tar-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà għall-perjodi ta' programmazzjoni 2007–2013 u 2014–2020 bil-ħsieb li tidentifika prattiki tajba. Fuq il-bażi ta’ analiżi bħal din, jenħtieġ li tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom jissimplifikaw u jevitaw regoli kumplessi u/jew ta' piż bla meħtieġ li ma jżidux valur fir-rigward tar-riżultati li għandhom jinkisbu mill-politika (“gold-plating”)

 

 

X (1)

 

 

 

 

Il-Kapitolu 6, ir-rakkomandazzjoni 2: jenħtieġ li l-awtoritajiet maniġerjali u l-korpi intermedjarji fl-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw id-dgħufijiet fil-“kontrolli tal-ewwel livell” billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni kollha disponibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet tal-awditjar, permezz tal-awditi tagħhom tas-sistemi, biex iwettqu mill-ġdid xi wħud minn dawn il-kontrolli u jikkondividu l-prattiki tajbin u t-tagħlimiet meħuda

X (2)

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 6, ir-rakkomandazzjoni 3: jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu aħjar tal-possibbiltajiet stipulati fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u r-Regolament dwar l-FSE għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 fir-rigward ta' opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati għal proġetti li jaqbżu EUR 50 000 f’appoġġ pubbliku;

 

 

X (3)

 

 

 

 

Il-Kapitolu 6, ir-rakkomandazzjoni 4: jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-pagament sħiħ u f'waqtu tal-finanzjament taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013 billi jirrimborżaw lill-benefiċjarji fi żmien raġonevoli wara li jkunu ppreżentaw klejm għall-pagament, għar-rimborż. F'allinjament mar-regoli applikabbli għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020, aħna nqisu li jenħtieġ li l-pagamenti kollha bħal dawn isiru fi żmien 90 jum wara l-preżentazzjoni ta' klejm korrett għall-pagament mill-benefiċjarju

X

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 6, ir-Rakkomandazzjoni 5: jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda, permezz ta' att leġiżlattiv ta' valur legali ndaqs, ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' eliġibbiltà għal strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża lill-Kunsill u lill-Parlament

 

 

 

X (4)

 

 

 

2014

Il-Kapitolu 6, ir-Rakkomandazzjoni 6: jenħtieġ li l-Kummissjoni testendi għall-Istati Membri kollha l-valutazzjoni tagħha tal-affidabbiltà tal-korrezzjonijiet finanzjarji rrappurtati mill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni u l-impatt tagħha fuq il-kalkolu mill-Kummissjoni tar-“rata tal-iżball residwu”

X (2)

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 6, ir-Rakkomandazzjoni 7: jenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ aktar is-sistema ta' kontroll għall-awtoritajiet tal-awditjar billi:

titlob lill-awtoritajiet tal-awditjar jipprovdu informazzjoni speċifika dwar awditi tal-operazzjonijiet (b'mod partikolari l-kopertura) biex tivverifika l-preċiżjoni u l-affidabbiltà ta' informazzjoni pprovduta fir-rapporti annwali ta' kontroll;

tiżgura li l-awtoritajiet tal-awditjar kollha jkopru b'mod xieraq, fl-awditu tal-operazzjonijiet tagħhom, kontrolli tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u mar-regoli tal-akkwist pubbliku;

titlob lill-awtoritajiet tal-awditjar biex jiċċertifikaw il-preċiżjoni tad-data dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji rrappurtata mill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni għal kull PO kull meta azzjoni bħal din titqies li tkun meħtieġa.

X (2)

 

 

 

 

 

 


(1)  Il-Kummissjoni għadha ma ffinalizzatx analiżi ffukata, għalkemm ħadet miżuri permezz ta’ kooperazzjoni u billi ħarġet gwida għall-Istati Membri.

(2)  Huwa mistenni li l-implimentazzjoni tkompli matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020.

(3)  L-użu ta’ opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati huwa limitat għal 36 % tal-baġit tal-programm għall-FSE u għal 2 % biss għall-FEŻR/FK.

(4)  Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.


KAPITOLU 7

“Riżorsi naturali”

WERREJ

Introduzzjoni 7.1-7.9
Deskrizzjoni qasira ta’ “Riżorsi naturali” 7.3-7.6
Ambitu u approċċ tal-awditjar 7.7-7.9
Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet 7.10-7.43
Il-pagamenti diretti kienu ħielsa minn żball materjali 7.14-7.17
L-oqsma l-oħra ta’ nfiq fihom livell ta' żball li huwa persistentement għoli 7.18-7.25
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza: analiżi tal-informazzjoni dwar ir-regolarità pprovduta mill-entità awditjata 7.26-7.39
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni 7.26-7.37
Rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI 7.38
Rapporti annwali tal-attività tad-DĠ MARE, id-DĠ ENV u d-DĠ CLIMA 7.39
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 7.40-7.43
Konklużjoni 7.40-7.41
Rakkomandazzjonijiet 7.42-7.43
Parti 2 — Prestazzjoni 7.44-7.67
Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna ġeospazjali 7.46-7.55
Valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' proġetti ta’ investiment fil-qasam tal-iżvilupp rurali 7.56-7.64
Konklużjoni 7.65-7.66
Rakkomandazzjonijiet 7.67

Anness 7.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Riżorsi naturali”

Anness 7.2 —

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal kull Stat Membru, għall-miżuri tas-suq, l-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd

Anness 7.3 —

Ħarsa ġenerali lejn l-iżbalji b'impatt ta' mill-inqas 20 % għall-miżuri tas-suq, l-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd

Anness 7.4 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

7.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura tal-QFP“Riżorsi naturali”. Dan ikopri l-infiq taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), kif ukoll dak fuq l-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd. Il- Kaxxa 7.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din l-intestatura fl-2017.

 

Kaxxa 7.1 —   Intestatura 2 tal-QFP “Riżorsi naturali” — ripartizzjoni fl-2017

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

56,7

- pagamenti bil-quddiem  (35)

-0,5

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (35)

0,3

Popolazzjoni awditjata, total

56,5

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

7.2.

Il- Parti 1 ta’ dan il-kapitolu tippreżenta s-sejbiet tagħna dwar ir-regolarità. Il- Parti 2 teżamina l-prestazzjoni tal-proċedura l-ġdida ta’ applikazzjoni għall-għajnuna ġeospazjali (GSAA), li l-bdiewa jistgħu jużaw biex jippreżentaw online klejms għall-għajnuna bbażati fuq l-erja, kif ukoll il-prestazzjoni ta’ kampjun ta’ proġetti tal-iżvilupp rurali.

 

Deskrizzjoni qasira ta’ “Riżorsi naturali”

7.3.

Il-politika tal-agrikoltura u dik ta' żvilupp rurali jirrappreżentaw 98 % tal-infiq fuq “Riżorsi naturali” u jiġu implimentati permezz tal-politika agrikola komuni (PAK). It-tliet objettivi ġenerali stabbiliti għall-PAK fil-leġiżlazzjoni tal-UE huma (1):

 

(a)

produzzjoni vijabbli tal-ikel, b'enfasi fuq l-introjtu agrikolu, il-produttività agrikola u l-istabbiltà tal-prezz;

 

(b)

ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, b'enfasi fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, il-bijodiversità, il-ħamrija u l-ilma;

 

(c)

żvilupp territorjali bbilanċjat.

 

7.4.

Il-Kummissjoni, b’mod partikolari d-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI), jikkondividi l-ġestjoni tal-PAK mal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati fl-Istati Membri. L-infiq taħt il-PAK jikkonsisti prinċipalment f’pagamenti diretti lill-bdiewa, li jiġu ffinanzjati kompletament mill-baġit tal-UE permezz tal-FAEG. Il-PAK jappoġġa wkoll il-miżuri tas-suq fil-qasam agrikolu u l-programmi tal-iżvilupp rurali fl-Istati Membri (2). Mill-2015 ’il hawn, korpi taċ-ċertifikazzjoni indipendenti fl-Istati Membri taw opinjoni dwar ir-regolarità tal-infiq tal-aġenziji tal-pagamenti.

 

7.5.

Aħna eżaminajna l-karatteristiċi tad-diversi skemi ta' għajnuna u vvalutajna l-kontrolli interni. Abbażi ta’ dan ix-xogħol u ta’ riżultati preċedenti tal-awditjar, aħna nqisu li l-miżuri tas-suq u l-infiq fil-qasam tal-iżvilupp rurali huma aktar suxxettibbli għal żbalji mill-pagamenti diretti. Ir-riskji prinċipali għar-regolarità huma li:

 

il-benefiċjarji jipprovdu informazzjoni impreċiża dwar l-erjas jew l-annimali fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna, u li din ma tinqabadx mill-aġenziji tal-pagamenti;

 

il-benefiċjarji ma jissodisfawx l-impenji agroambjentali klimatiċi jew ir-rekwiżiti tal-biedja organika f’ċerti skemi ta’ żvilupp rurali;

 

l-aġenziji tal-pagamenti jirrimborżaw spejjeż ineliġibbli jew benefiċjarji ineliġibbli għal miżuri tas-suq jew għal proġetti ta' investiment fil-qasam tal-iżvilupp rurali.

 

7.6.

Din l-intestatura tal-QFP tkopri wkoll l-infiq tal-UE taħt il-politika komuni tas-sajd, li hija ffinanzjata prinċipalment permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, kif ukoll parti mill-infiq tal-UE fuq l-ambjent u l-azzjoni klimatika.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

7.7.

Għall- Parti 1 ta’ dan il-kapitolu dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna dan li ġej fl-2017:

 

(a)

kampjun ta’ 230 tranżazzjoni, li kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP (3), u li kien jikkonsisti fi tranżazzjonijiet minn 21 Stat Membru (4);

 

(b)

il-valutazzjoni, li twettqet mid-DĠ AGRI, tax-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni fil-formulazzjoni tal-opinjonijiet tagħhom dwar ir-regolarità tal-infiq taħt il-PAK. L-eżaminar tagħna twettaq f’konformità mal-istrateġija l-ġdida tal-Qorti li għandha l-għan li fil-futur jiġi applikat approċċ ta’ attestazzjoni u li hija maħsuba biex tipprovdi fehim approfondit dwar wieħed mill-elementi ewlenin tal-mudell ta’ aċċertament tal-Kummissjoni għall-infiq taħt il-PAK fl-2014–2020;

 

(c)

jekk ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ AGRI, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE), id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV) u d-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika (DĠ CLIMA) ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kienet globalment konsistenti mar-riżultati tagħna.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.8.

Ix-xogħol tagħna jippermetti li nipprovdu valutazzjoni ta’ “Riżorsi naturali” fl-intier tiegħu, kif ukoll tal-pagamenti diretti (5). Jippermetti wkoll li nikkontribwixxu għall-konklużjonijiet tal-awditjar ippreżentati fil- Kapitolu 1 .

 

7.9.

Għall- Parti 2 ta' dan il-kapitolu, li tiffoka fuq il-prestazzjoni, aħna eżaminajna:

 

(a)

abbażi ta’ kampjun ta’ 24 aġenzija tal-pagamenti u 110 azjendi agrikoli, jekk l-introduzzjoni tal-GSAA kinitx irriżultat f’titjib fil-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna relatata mal-erja;

 

(b)

it-twassil, l-ispejjeż u l-allinjament ta’ kampjun ta’ 29 proġett ta' investiment fil-qasam tal-iżvilupp rurali, mal-prijoritajiet għal dan il-qasam.

 

PARTI 1 — REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

7.10.

L- Anness 7.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Riżorsi naturali”. Mill-230 tranżazzjoni li eżaminajna, 178 (77 %) kienu ħielsa minn żball. Abbażi tat-42 żball (6) li kkwantifikajna, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball għal “Riżorsi naturali” fl-intier tiegħu huwa ta’ 2,4  % (7).

7.10.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-fatt li l-livell ta’ errur stmat mill-QEA huwa konsistenti ma’ rata ta’ errur għan-nefqa tal-PAK stabbilita mill-Kummissjoni u ppubblikata fir-rapport ta’ attività annwali 2017 (AAR) tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) (2,22  %).

Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li l-livell kumplessiv stmat ta’ errur għadu qed jonqos, kif irrappurtat kemm mill-QEA u mill-Kummissjoni. L-oqsma ta’ nfiq l-aktar riskjużi wkoll qed jitjiebu maż-żmien, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni ta’ rimedju.

Il-Kummissjoni tqis li r-riskju għall-baġit tal-UE jiġi kopert b’mod adegwat mill-kapaċità korrettiva, li tikkonsisti minn korrezzjonijiet finanzjarji netti u rkupri mill-benefiċjarji. Il-kapaċità korrettiva irrappurtata fir-RAA 2017 tad-DĠ AGRI ammontat għal 2,10  % minn nefqa tal-PAK rilevanti, u l-ammont finali f’riskju kien stmat għal 0,12  %.

7.11.

Aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa taħt is-soll ta’ materjalità tagħna ta’ 2 %, għall-infiq fuq pagamenti diretti mill-FAEG (8). Dawn jirrappreżentaw 74 % tal-infiq taħt l-intestatura tal-QFP “Riżorsi naturali”. Madankollu, aħna nsibu livell ta' żball li huwa persistentement għoli fl-infiq fuq il-miżuri tas-suq u l-iżvilupp rurali, kif ukoll fl-infiq fuq l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd. Għall-dawn l-oqsma ta’ nfiq, l- Anness 7.2 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet skont l-Istat Membru, filwaqt li l- Anness 7.3 jagħti stampa ġenerali tal-iżbalji b'impatt ta' mill-inqas 20 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet eżaminati.

7.11.

Il-Kummissjoni hija sodisfatta ħafna bil-konklużjoni tal-QEA li l-pagamenti diretti tal-FAEG, li jirrappreżentaw EUR 41,7 biljun fis-sena finanzjarja 2017, huma ħielsa minn erruri materjali. Il-Kummissjoni tinnota li l-livell ta’ errur stmat tal-QEA għal pagamenti diretti huwa konsistenti mar-rata ta’ errur għal pagamenti diretti ppreżentata fir-RAA 2017 tad-DĠ AGRI (1,92  %).

7.12.

Il- Kaxxa 7.2 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għal “Riżorsi Naturali” għall-2017. Żbalji li jikkonċernaw benefiċjarji, attivitajiet, proġetti jew infiq ineliġibbli jirrappreżentaw 64 % tal-livell ta’ żball stmat minna ta’ 2,4  %.

 

Kaxxa 7.2 —   Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji kienu jikkonċernaw il-ksur tal-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.13.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu applikaw miżuri korrettivi li affettwaw direttament 16 mit-tranżazzjonijiet li kkampjunajna. Dawn il-miżuri naqqsu l-livell ta’ żball stmat minna għal dan il-kapitolu b’1,1  punti perċentwali. Fi 12-il każ ta' żbalji kkwantifikati l-awtoritajiet nazzjonali kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni. Li kieku l-awtoritjajiet nazzjonali għamlu użu xieraq minn din l-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-livell ta’ żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b'0,9  punti perċentwali.

7.13.

Il-Kummissjoni tilqa’ d-dikjarazzjoni tal-QEA miżuri korrettivi kienu applikati u se tkompli tħeġġeġ u tappoġġja lill-Istati Membri biex jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu u jikkoreġu l-erruri.

B’mod partikulari, il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura li s-sistemi ta’ kontroll u ġestjoni tagħhom huma affidabbli, u tqis li r-riżorsi tal-aġenziji tal-pagamenti biex isibu infiq ineliġibbli huma limitati u jenħtieġ li jkunu użati proporzjonalment għar-riskju.

Il-pagamenti diretti kienu ħielsa minn żball materjali

7.14.

Erba’skemi prinċipali taħt il-FAEG jirrappreżentaw 90 % tal-pagamenti diretti kollha:

 

(a)

żewġ skemi li jipprovdu appoġġ diżakkoppjat għall-introjtu  (9) bbażat fuq l-erja tal-art agrikola ddikjarata mill-bdiewa: l-“iskema ta' pagament bażiku” (BPS) (EUR 17,5  biljun fl-2017) u l-“iskema ta’ pagament uniku skont l-erja” (SPUE) (EUR 4,1  biljun fl-2017);

 

(b)

pagament maħsub biex jappoġġa prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent, ġeneralment imsejjaħ il-“pagament ta' ekoloġizzazzjoni” (EUR 11,8  biljun fl-2017);

 

(c)

appoġġ akkoppjat, marbut ma’ tipi speċifiċi ta’ prodotti agrikoli (eż. iċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib jew għelejjel li fihom il-proteini) (EUR 3,9  biljun fl-2017).

 

7.15.

Aħna ttestjajna 121 pagament dirett (10). Minn dawn, 103 tranżazzjonijiet ma kinux milquta minn żball. Aħna qbadna 11-il tranżazzjoni fejn kienu saru ammonti żgħar ta’ pagamenti eċċessivi (taħt il-5 %), li kienu prinċipalment dovuti għal informazzjoni impreċiża dwar l-erjas ipprovduta mill-bdiewa. Aħna sibna żbalji li kienu jirrappreżentaw aktar minn 5 % tal-ammont eżaminat f’seba’ pagamenti diretti, inklużi żewġ każijiet fejn l-iżball kien ogħla minn 20 %.

7.15.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-QEA (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 7.11).

Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa impossibbli li jiġu evitati erruri minuri b’kost raġonevoli u tinnota li l-livell ta’ errur stmat mill-QEA għal pagamenti diretti huwa taħt il-livell ta’ materjalità ta’ 2 %.

7.16.

L-għodda prinċipali ta’ ġestjoni għall-pagamenti diretti hija s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK), li tinkorpora s-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS) (11). Fil-passat konna rrappurtajna li l-LPIS, b’mod partikolari, tikkontribwixxi sinifikattivament għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-livelli ta’ żball (12). Fir-rapport annwali tas-sena li għaddiet, aħna osservajna li l-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri kienu identifikaw l-erjas eliġibbli b’mod aktar preċiż milli fi snin preċedenti (13). Għall-2017, aħna għad għandna l-istess opinjoni pożittiva. Barra minn hekk, l-aġenziji tal-pagamenti issa bdew iwettqu kontroverifiki preliminari dwar applikazzjonijiet diretti għall-għajnuna (14). Din il-proċedura l-ġdida tiġbed l-attenzjoni tal-bdiewa għal ċerti żbalji fl-applikazzjonijiet tagħhom, u b’hekk tagħtihom l-opportunità li jikkoreġu d-duplikazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet doppji fi stadju bikri, mingħajr ma jiffaċċjaw sanzjonijiet. Fil-paragrafi 7.46 sa 7.55 aħna niddiskutu l-progress ulterjuri li sar bl-użu tal-GSAA.

7.16.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni pożittiva mill-QEA tar-rwol ta’ LPIS fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-livelli ta’ errur.

Il-Kummissjoni tapprezza wkoll l-evalwazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mal-GSAA, li l-Kummissjoni tqis bħala għodda importanti fil-prevenzjoni ta’ erruri u biex tikkontribwixxi għal simplifikazzjoni għall-bdiewa u l-Aġenziji ta’ Pagament.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 7.19.

7.17.

Bħala parti mill-121 pagament dirett li ttestjajna, aħna żorna 35 benefiċjarju li jirċievu pagamenti ta' ekoloġizzazzjoni (ara l-paragrafu 7.14 (b)) u sibna żbalji fi 8 każijiet. Minn dawn, seba’ pagamenti kienu milquta minn żball peress li l-bdiewa pprovdew informazzjoni impreċiża dwar l-erjas, sitwazzjoni ġeneralment rikorrenti fl-iskemi ta' għajnuna diretta. Aħna sibna każ wieħed biss ta’ ksur dirett tar-rekwiżiti tal-ekoloġizzazzjoni. Preċedentement konna osservajna li r-rekwiżiti tal-ekoloġizzazzjoni mhumiex impenjattivi u li, fil-biċċa l-kbira, jirriflettu l-prattika agrikola normali (15).

7.17.

Il-Kummissjoni tqis li l-ekoloġizzazzjoni kienet żvilupp importanti fid-direzzjoni ta’ aktar biedja favur l-ambjent. Il-bidla strutturali fil-prattiki tal-biedja teħtieġ iż-żmien u ta’ spiss investiment, taħriġ u gwida.

Ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni huma pprovduti fil-leġiżlazzjoni adottata mill-koleġiżlatur: il-Parlament Ewropew u l-Kunsill

L-oqsma l-oħra ta’ nfiq fihom livell ta' żball li huwa persistentement għoli

7.18.

Aħna ttestjajna 109 pagamenti li jkopru l-infiq fuq l-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, u ksibna r-riżultati li ġejjin.

 

(a)

Mill-84 tranżazzjoni tal-iżvilupp rurali, 60 ma kinux milquta minn żball, 15 kien fihom żbalji li jirrappreżentaw inqas minn 20 % tal-ammont eżaminat, filwaqt li f’4 każijiet aħna sibna żbalji b’impatt daqs jew ogħla minn 20 %. Għal 5 pagamenti, aħna qbadna problemi ta’ nuqqas ta' konformità li ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju.

 

(b)

Mid-19-il tranżazzjoni relatati mal-miżuri tas-suq, 12 ma kinux milquta minn żball, filwaqt li f’2 każijiet sibna żbalji b’impatt ogħla minn 20 %. Għal ħames pagamenti, aħna qbadna problemi ta’ nuqqas ta' konformità li ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju.

 

(c)

Mis-sitt tranżazzjonijiet fl-oqsma ta' politika tal-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, tlieta ma kinux milquta minn żball, u tlieta kien fihom żbalji li jirrappreżentaw inqas minn 20 % tal-ammont eżaminat.

 

7.19.

Is-sorsi prinċipali ta’ żball kienu n-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà (ara l-paragrafi 7.21, 7.24, 7.25 u l- Kaxxa 7.6 ), il-forniment ta’ informazzjoni impreċiża dwar l-erjas jew l-għadd ta’ annimali (ara l-paragrafu 7.22 u l- Kaxxa 7.4 ), u n-nuqqas ta' konformità mill-benefiċjarji mal-impenji agroambjentali (ara l-paragrafi 7.23 u l- Kaxxa 7.5 ).

7.19.

Il-Kummissjoni tfakkar li l-miżuri kollha ta’ żvilupp rurali bbażati fuq l-erja u fuq l-annimali huma amministrati taħt is-SIAK. Għalhekk, l-LPIS, li tipprevjeni u tnaqqas il-livelli ta’ erruri u tagħmel possibbli il-kontroverifiki, hija wkoll rilevanti għal dawn il-miżuri.

Żvilupp rurali

7.20.

Il-PAK tikkofinanzja l-infiq li jsir f’dan il-qasam permezz tal-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri. Mill-84 tranżazzjoni tal-iżvilupp rurali eżaminati, 50 pagament li saru lill-bdiewa kienu bbażati fuq l-erja jew fuq l-għadd ta’ annimali, bħal pagamenti agroambjentali, pagamenti kumpensatorji lil bdiewa f’żoni b’restrizzjonijiet naturali, jew pagamenti għall-benessri tal-annimali. L-34 l-oħra ma kinux relatati mal-erja, tipikament proġetti ta' investiment, bħal appoġġ għal investimenti f’azjendi agrikoli, għajnuna biex jinbeda negozju, u appoġġ għal servizzi bażiċi u għat-tiġdid ta’ rħula f’żoni rurali.

 

7.21.

Kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà jiġu stabbiliti għal proġetti ta' investiment fil-qasam tal-iżvilupp rurali biex l-għajnuna tiġi mmirata fuq ċerti kategoriji ta’ benefiċjarji u ta’ attivitajiet, sabiex l-infiq ikun aktar effettiv. Mill-34 tranżazzjoni eżaminati li ma kinux relatata mal-erja, aħna sibna 5 proġetti ta' investiment li ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet kollha ta' eliġibbiltà. Pereżempju, f’każ partikolari identifikajna spejjeż li kienu allokati b’mod skorrett għall-proġett, u f’każ ieħor ma sibna l-ebda evidenza li ssostni xi wħud mill-ispejjeż iddikjarati.

 

7.22.

Fost il-50 pagament ibbażati fuq l-erja jew fuq l-għadd ta’ annimali, aħna sibna 9 fejn il-benefiċjarji kienu pprovdew informazzjoni impreċiża (ara l- Kaxxa 7.4 ).

7.22.

Il-Kummissjoni tinnota li s-SIAK (inkluż l-LPIS) tapplika għal dawn il-miżuri għall-iżvilupp rurali u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-livelli ta’ errur.

Kaxxa 7.4 —   Bosta benefiċjarji kienu pprovdew informazzjoni impreċiża

Fil-Greċja, bidwi b’azjenda f’żona muntanjuża rċieva pagament kumpensatorju għal żoni b’restrizzjonijiet naturali. Ir-regoli ta' eliġibbiltà kienu jispeċifikaw li l-bidwi kellu jżomm densità minima ta’ bhejjem għal kull ettaru ta’ mergħa. Matul iż-żjara tagħna fl-azjenda sibna li l-għadd ta’ annimali li l-bidwi kellu ma kinux biżżejjed biex jilħaq id-densità minima ta’ bhejjem fuq il-mergħa kollha li għaliha kien applika għal pagament. Għalhekk, parti mill-erja ddikjarata mill-bidwi ma kinitx eliġibbli għall-appoġġ, u dan irriżulta f'rata ta' żball ta' 15 %.

Aħna sibna każijiet oħra fejn benefiċjarji pprovdew informazzjoni impreċiża dwar l-erjas jew l-għadd ta’ annimali (li dawn ukoll kellhom impatt ta’ inqas minn 20 %) fi Franza, il-Kroazja, il-Polonja u r-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq).

 

7.23.

Mill-50 tranżazzjoni eżaminati relatati mal-annimali jew mal-erja, 22 kienu jirrigwardaw pagamenti relatati mal-biedja organika u pagamenti agroambjentali klimatiċi. Biex jirċievu pagamenti bħal dawn, il-benefiċjarji huma meħtieġa li (i) jadottaw u jżommu prattiki tal-biedja organika, (ii) jużaw metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mal-protezzjoni tal-ambjent, il-pajsaġġ u r-riżorsi naturali, jew (iii) jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni ta' u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Aħna sibna tliet każijiet fejn il-bdiewa ma kinux ikkonformaw ma’ xi wħud mill-impenji tagħhom jew mal-ebda impenn (ara l- Kaxxa 7.5 ).

 

Kaxxa 7.5 —   Xi wħud mill-benefiċjarji ma ssodisfawx l-impenji agroambjentali tagħhom

Bidwi fl-Italja (il-Veneto) irċieva għajnuna taħt miżura għall-ottimizzazzjoni ambjentali ta’ tekniki agronomiċi u tat-tisqija. Sabiex jirċievi l-għajnuna, il-benefiċjarju kellu jimpenja ruħu li jiżra’ għelejjel tat-titwiq (16) fuq parti mill-azjenda, u b’hekk inaqqas l-użu ta’ fertilizzanti kimiċi u tal-ilma għat-tisqija, kif ukoll li jżomm reġistri tal-kultivazzjoni u tat-tisqija. Aħna sibna li l-benefiċjarju ma kien ikkonforma mal-ebda wieħed minn dawn l-impenji, u dan irriżulta f'rata ta' żball ta' 100 %. Wara ż-żjara tagħna, l-aġenzija tal-pagamenti niedet proċedura biex tirkupra l-għajnuna.

Sibna każijiet oħra, fil-Greċja u fl-Iżvezja, fejn il-benefiċjarji ma kinux ikkonformaw ma’ xi wħud mill-impenji agroambjentali tagħhom jew ma kienu kkonformaw mal-ebda impenn ta’ dan it-tip.

Kaxxa 7.5 — Xi benefiċjarji ma ssodisfawx l-impenji agroambjentali tagħhom

Il-Kummissjoni tinnota li l-benefiċjarju ma kienx soġġett għal kontroll fuq il-post mill-Aġenzija tal-Pagamenti. L-awtoritajiet Taljani instigaw proċedura ta’ rkupru mingħand il-benefiċjarju kkonċernat.

Miżuri tas-suq

7.24.

Id-19-il tranżazzjoni relatati mal-miżuri tas-suq li kkampjunajna koprew skemi bħal għajnuna għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħaxix, appoġġ għas-settur tal-inbid, jew għajnuna eċċezzjonali għall-bdiewa tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. L-aġenziji tal-pagamenti kienu rrimborżaw spejjeż li kienu tal-inqas parzjalment ineliġibbli f’żewġ każijiet (ara l- Kaxxa 7.6 ).

 

Kaxxa 7.6 —   Xi wħud mill-benefiċjarji naqsu milli jikkonformaw mar-regoli ta' eliġibbiltà għal miżuri tas-suq

Fil-Polonja, bidwi tal-ħalib irċieva għajnuna taħt miżura li tipprovdi appoġġ għal bdiewa li jixtru erieħ minn merħliet oħra biex iżidu l-valur tat-tnissil tal-merħla u l-kompetittività tal-azjenda tagħhom. Il-bidwi rċieva l-appoġġ wara li xtara erieħ mingħand missieru, li kien ukoll bidwi tal-ħalib u kien iżomm il-merħla tiegħu fl-istess stalla tal-benefiċjarju. Jumejn qabel, il-benefiċjarju kien biegħ għadd simili ta’ erieħ lil missieru, li wkoll irċieva appoġġ taħt l-istess miżura. Ma kien hemm l-ebda trasferiment fiżiku tal-annimali, u l-għadd totali ta’ annimali tal-benefiċjarju u ta’ missieru baqa’ ma nbidilx. Għalhekk, aħna vvalutajna li l-valur tat-tnissil u l-kompetittitività tal-azjenda agrikola tal-benefiċjarju ma kinux inbidlu, u li l-bidwi ma kellux jirċievi l-għajnuna, u għalhekk dan irriżulta f'rata ta' żball ta' 100 %.

Aħna sibna żball addizzjonali ta’ eliġibbiltà fi proġett fi Spanja li jappoġġa r-ristrutturar ta’ vinji.

Kaxxa 7.6 — Xi benefiċjarji naqsu milli jikkonformaw mar-regoli ta’ eliġibbiltà għal miżuri tas-suq

Il-Kummissjoni se tqis din il-konklużjoni fl-ippjanar ta’ inkjesti futuri dwar l-approvazzjoni tal-konformità.

L-ambjent, azzjoni klimatika u sajd

7.25.

Fi tlieta minn sitt każijiet, aħna sibna żbalji li rriżultaw mir-rimborż ta’ nfiq ineliġibbli, inklużi spejjeż ikkalkulati b’mod skorrett, nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, u spejjeż għall-persunal iddikjarati b’mod eċċessiv.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza: analiżi tal-informazzjoni dwar ir-regolarità pprovduta mill-entità awditjata

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni

7.26.

Ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni fl-Istati Membri jikkontribwixxi għall-mudell ta’ aċċertament tal-Kummissjoni għall-infiq taħt il-PAK fl-2014–2020 (ara l- Kaxxa 7.7 ). Mill-2015 ’il hawn, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni kienu meħtieġa jagħtu opinjoni kull sena dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq li għalih l-Istati Membri jkunu talbu rimborż. Din l-opinjoni trid tkun ibbażata fuq kampjun rappreżentattiv tat-tranżazzjonijiet.

 

7.27.

Kull sena, id-direttur ta’ kull aġenzija tal-pagamenti jipprovdi lill-Kummissjoni dikjarazzjoni ta’ ġestjoni dwar l-effettività tas-sistemi ta' kontroll tagħhom, flimkien ma’ rapport li jippreżenta r-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u tal-kontrolli fuq il-post (“l-istatistika ta’ kontroll”) tal-aġenzija tal-pagamenti. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni huma meħtieġa jiddikjaraw jekk l-eżaminar tagħhom iqajjimx dubju dwar l-osservazzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni.

 

Kaxxa 7.7 —   Il-mudell ta’ aċċertament tal-Kummissjoni għall-infiq taħt il-PAK fl-2014–2020

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.28.

Fil-passat konna rrappurtajna li, fl-opinjoni tagħna, ir-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni li jipprovdu opinjoni dwar ir-regolarità tal-infiq huwa żvilupp pożittiv. Madankollu, aħna identifikajna dgħufijiet sinifikanti fil-qafas applikabbli għall-ewwel sena li huma kellhom dan ir-rwol (2015), li b’kawża tagħhom l-opinjonijiet ipprovduti mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni ma kinux jikkonformaw bis-sħiħ mal-istandards u r-regoli applikabbli (17).

7.28.

Il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-QEA fir-rapport speċjali dwar ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni fl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni, li miegħu qablet il-Kummissjoni, diġà ġew implimentati, b’mod partikolari fil-linji gwida aġġornati għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni għas-sena finanzjarja 2018/2019.

7.29.

Bejn l-2015 u l-2017, il-Kummissjoni wettqet 47 żjara speċifika ta’ analiżi biex tivvaluta x-xogħol li kien sar mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni. F’10 każijiet hija kkonkludiet li x-xogħol li analizzat kien affidabbli (18)  (19) (ara l- Kaxxa 7.8 ).

7.29.

Il-Kummissjoni wettqet 47 missjoni ta’ awditjar (20), li jkopru 42 aġenzija tal-pagamenti u 35 korp taċ-ċertifikazzjoni fil-perjodu ta’ 2015-2017. Mill-35 korp ta’ ċertifikazzjoni li saritilhom iż-żjara (21), instab li 10 ma kinux affidabbli abbażi tal-missjoni. Barra minn hekk, l-affidabbiltà tax-xogħol tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni ġiet ivvalutata b’mod komprensiv fl-eżerċizzju tal-approvazzjoni finanzjarja filwaqt li jitqiesu l-elementi kollha, anki l-osservazzjonijiet minn missjonijiet ta’ awditjar. B’hekk, dawn il-missjonijiet kienu maħsuba biex jikkontribwixxu għal valutazzjonijiet komprensivi finali fir-rigward tal-affidabbiltà ġenerali tal-ħidma tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni. Konsegwentement, id-dipendenza żdiedet għal għadd ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni.

Kaxxa 7.8 —   Konklużjoni taż-żjarat ta’ analiżi tal-2015–2017 dwar il-fiduċja li tista’ titqiegħed fuq ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni

Image

Sors: Il-QEA bbażat fuq l-analiżijet tad-DĠ AGRI.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.30.

Fl-2017, aħna eżaminajna 12 minn dawn iż-żjarat ta’ analiżi (22). Erġajna wettaqna sitta minnhom fuq il-post (23), u eżaminajna s-sitta (24) l-oħra permezz ta’ analiżi tad-dokumentazzjoni li l-Kummissjoni kellha.

 

Aħna osservajna titjib fil-metodoloġija u l-approċċ tal-Kummissjoni …

7.31.

Osservajna titjib fil-metodoloġija u l-approċċ li l-Kummissjoni tapplika matul iż-żjarat ta’ analiżi tagħha. Fl-2016, il-Kummissjoni bdiet tippreżenta konklużjonijiet ċari u standard dwar il-punt sa fejn tista’ toqgħod fuq ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni. Fl-2017, iż-żjarat ta’ analiżi tal-Kummissjoni inkludew eżaminar tal-kontrolli mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u r-rappreżentattività tal-istatistika ta’ kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti.

7.31.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni pożittiva tal-QEA. Dan l-iżvilupp jirrifletti l-evoluzzjoni fl-objettiv tal-missjonijiet. Għall-2015 il-missjonijiet kienu aktar ta’ natura konsultattiva, filwaqt li fl-2016 u fl-2017, kienu maħsuba bħala valutazzjonijiet komprensivi dwar l-affidabbiltà u l-kwalità kumplessiva tax-xogħol tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

… madankollu, identifikajna ċerti problemi li ma kinux tqajmu fl-analiżijiet tal-Kummissjoni

7.32.

Aħna identifikajna żewġ problemi sinifikanti minbarra dawk li tqajmu mill-Kummissjoni fl-analiżijiet tagħha. Dawn kienu li:

7.32.

(a)

Korp taċ-ċertifikazzjoni partikolari ma kien għażel l-ebda pagament ta' ekoloġizzazzjoni fil-kampjun tiegħu, minkejja li dawn jirrappreżentaw 30 % tal-infiq fuq pagamenti diretti.

(a)

Fir-rigward tal-ekoloġizzazzjoni, il-Kummissjoni kisbet evidenza għall-awditjar li l-kampjun kien iġġenerat minn softwer statistiku u ma ġiex immanipulat; għalhekk, huwa tqies li kien statistikament rappreżentattiv.

(b)

Aġenzija tal-pagamenti partikolari kienet għadha ma ffinalizzatx il-kontrolli tagħha meta ġiet infurmata dwar it-tranżazzjonijiet li l-korp taċ-ċertifikazzjoni kien ikkampjuna. Sitwazzjoni bħal din toħloq ir-riskju li l-kampjun ma jkunx rappreżentattiv, peress li huwa possibbli li l-aġenziji tal-pagamenti jwettqu kontrolli aktar intensivi fuq l-elementi kkampjunati li mbagħad fuqhom il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jibbażaw il-valutazzjonijiet tagħhom.

(b)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-QEA dwar il-fatt li jista’ jkun hemm riskju li l-aġenzija tal-pagamenti setgħet wettqet spezzjonijiet aktar bir-reqqa għat-tranżazzjonijiet fil-kampjun tal-korp taċ-ċertifikazzjoni. Dan is-suġġett ġie diskuss f’diversi okkażjonijiet mal-korpi taċ-ċertifikazzjoni fil-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti u huma ngħataw il-parir li jdaħħlu fis-seħħ salvagwardji biex ma jiddivulgawx il-kampjun tagħhom qabel ma l-aġenzija tal-pagamenti tkun wettqet il-kontrolli tagħha. Jekk il-korp taċ-ċertifikazzjoni kellu dubji li l-aġenzija tal-pagamenti wettqet spezzjonijiet aktar bir-reqqa fuq ċerti tranżazzjonijiet, il-korp taċ-ċertifikazzjoni ingħata l-parir li jwettaq proċeduri tal-awditjar addizzjonali sabiex dan jiġi aċċertat.

Irid isir titjib ulterjuri fil-kontribut tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni għall-mudell ta’ aċċertament tal-Kummissjoni

7.33.

Fl-2017 il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ analiżi lil 15-il korp taċ-ċertifikazzjoni. L-ambitu ta’ dawn iż-żjarat ħafna drabi kien limitat għal tipi speċifiċi ta’ nfiq. Globalment, l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni kopriet xogħol li sar minn korpi taċ-ċertifikazzjoni dwar infiq ta’ EUR 3,4  biljun (25), jew madwar 6,1  % tal-infiq totali taħt il-PAK.

7.33.

L-affidabbiltà tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni ma tiġix ivvalutata biss abbażi ta’ missjonijiet dedikati, iżda wkoll fuq il-bażi ta’ rappurtar tal-approvazzjoni finanzjarja u tal-konformità missjonijiet fejn ikopru l-ħidma tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni. Dan sar mhux biss għas-sena 2017, iżda matul il-perjodu 2015–2017 u se jkompli f’rata miżjuda hekk kif l-awditi tal-Kummissjoni huma ffukati mill-ġdid aktar lejn ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

Il-Kummissjoni ħadet approċċ prudenti vis-a-vis il-livell ta’ dipendenza fuq ix-xogħol tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni. F’ħafna każijiet, hemm rakkomandazzjonijiet wara missjonijiet, li kienu kkunsidrati biex b’hekk wasslu għal dipendenza akbar fuq il-ħidma tal-korp taċ-ċertifikazzjoni wara l-missjoni oriġinali. Id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq iix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni żdiedet mill-2015. B’riżultat ta’ dan, il-ħidma tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tagħti kontribut sinifikanti għall-aġġustamenti tar-rati ta’ errur tal-Istati Membri irrappurtati fl-AAR 2017 ta’ DĠ AGRI. Minħabba li huwa proċess kontinwu, il-Kummissjoni tistenna li l-affidabilità tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin.

7.34.

Il-Kummissjoni kkonkludiet li mill-15-il korp taċ-ċertifikazzjoni li kienet żaret fl-2017, 4 biss kienu affidabbli (26). Dawn l-erba’ analiżijiet jipprovdu aċċertament dwar baġit ta’ EUR 700 miljun, jew 1,3  % tal-infiq totali taħt il-PAK.

 

7.35.

Bħal fi snin preċedenti, id-DĠ AGRI kkalkula r-rati ta’ żball annwali ppubblikati fir-rapport annwali tal-attività tiegħu billi aġġusta r-rati ta' żball irrappurtati fl-istatistika ta’ kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti. Fil-kalkolu tal-aġġustamenti, id-DĠ AGRI ħa inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-kontrolli tal-konformità li għamel hu stess fl-Istati Membri, kif ukoll l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kien ġie kklejmjat għal rimborż (ara l-paragrafu 7.27 u l- Kaxxa 7.7 ).

 

7.36.

Ibbażat fuq l-istatistika ta' kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom, l-Istati Membri rrappurtaw livell kumplessiv ta' żball qrib il-1 %. Sussegwentement, fir-rapport annwali tal-attività tiegħu, id-DĠ AGRI rrapporta rata ta' żball aġġustata (RŻA) ta’ madwar 2,2  % għall-infiq taħt il-PAK fl-intier tiegħu. Aħna analizzajna l-aġġustamenti li d-DG AGRI għamel għar-rati ta' żball rrappurtati fl-istatistika ta’ kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti. Sibna li kwart mill-ammont totali tal-aġġustamenti kien direttament attribwibbli għax-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni. Bħal fi snin preċedenti, id-DĠ AGRI bbaża l-biċċa l-kbira mill-aġġustamenti tiegħu fuq il-kontrolli tal-konformità li għamel hu stess fuq l-infiq tal-aġenziji tal-pagamenti. Id-DĠ AGRI ħafna drabi kkalkula dawn l-aġġustamenti bl-użu ta’ rati fissi, li kienu intenzjonati li jirriflettu s-serjetà u l-livell tad-dgħufijiet identifikati fis-sistemi ta' kontroll. Anki fejn id-DĠ AGRI jqis li x-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkun affidabbli, huwa jista’ japplika aġġustamenti fuq ir-rati ta' żball li jirrappurtaw. Fl-2017, dan kien il-każ għal tnejn mill-erba’ korpi taċ-ċertifikazzjoni li jissemmew fil-paragrafu 7.34.

7.36.

Il-Kummissjoni ma tikkalkulax rata kumplessiva ta’ errur għal kull Stat Membru għax mhux l-oqsma kollha ta’ nfiq huma koperti minn statistika ta’ kontroll. Fir-RAA tiegħu, id-DĠ AGRI jirrapporta dwar ir-rati ta’ errur fl-istatistika ta’ kontroll għal kull qasam ta’ nfiq (miżuri tas-suq, pagamenti diretti, żvilupp rurali). Aġġustamenti tad-DĠ AGRI jgħaqqdu r-riżultati tax-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni u l-konklużjonijiett tad-DĠ AGRI, li xi drabi jikkoinċidu u xi kultant huma f’oqsma differenti. Fi kwalunkwe każ, huma magħquda flimkien, u jenħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien, mhux separatament.

7.37.

Il-kontribut tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni għall-mudell ta’ aċċertament tal-Kummissjoni żdied mill-2015 ’il hawn. Madankollu, jeħtieġ li jsir titjib ulterjuri biex il-Kummissjoni tkun tista’ tilħaq l-objettiv tagħha li tuża x-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni bħala s-sors primarju tagħha ta’ aċċertament dwar ir-regolarità tal-infiq taħt il-PAK.

7.37.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-osservazzjoni tal-QEA. Il-Kummissjoni tqis li x-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tjieb bħal fit-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-approċċ il-ġdid għall-assigurazzjoni, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni taw riżultati stabbiliti u sostanzjata aħjar meta mqabbla mas-snin preċedenti. Filwaqt li huwa meħtieġ aktar titjib, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni huma element ewlieni tal-mudell tal-bini tal-assigurazzjoni tal-PAK.

Rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI

7.38.

Ir-rati ta' żball aġġustati ta’ madwar 2,2  % għall-infiq taħt il-PAK u ta’ 1,9  % għall-pagamenti diretti, kif irrappurtati mid-DĠ AGRI, huma konsistenti mal-konklużjoni tal-awditjar tagħna (ara l-paragrafu 7.40).

7.38.

Il-Kummissjoni hija sodisfatta ħafna li l-konklużjoni tal-awditu tal-QEA hija konsistenti ma’ dawn ir-rati ta’ errur rrappurtati fir-RAA tad-DĠ AGRI.

Ir-rati baxxi ta’ erruri jissostanzjaw assigurazzjoni raġonevoli għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-direttur ġenerali tad-DĠ AGRI. Biex jiġu indirizzati l-kawżi ta’ errur, saru riżervi fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi jew Aġenziji tal-Pagamenti fejn jeħtieġ li tittieħed azzjoni korrettiva.

Il-Kummissjoni tenfasizza li r-rata globali ta’ erruri qed turi xejra ta’ tnaqqis, li hija kkonfermata wkoll bil-konklużjoni tal-QEA. Barra minn hekk, għall-ewwel sena, ir-rata ta’ errur fir-RAA tad-DĠ AGRI kollu tal-fond FAEG (li jinkludu għajnuniet diretti u miżuri tas-suq) hija taħt il-livell ta’ materjalità.

Għall-iżvilupp rurali, għalkemm ir-rata ta’ errur tal-Kummissjoni naqset b’mod kostanti matul dawn l-aħħar snin, meta wieħed iqis il-ħtieġa li jiġu bbilanċjati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet mal-objettivi ta’ politika filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-kostijiet ta’ forniment, ma jistax ikun mistenni bi kwalunkwe ċertezza reali li rata ta’ errur mhux materjali tista’ tinkiseb bi sforzi raġonevoli.

Rapporti annwali tal-attività tad-DĠ MARE, id-DĠ ENV u d-DĠ CLIMA

7.39.

Ir-rapporti annwali tal-attività tħejjew f'konformità mal-istruzzjonijiet interni tal-Kummissjoni, u l-metodi li ntużaw għall-kalkolu tar-rati ta' żball ma indikawx li hemm xi problemi metodoloġiċi. L-għadd ta' tranżazzjonijiet li awditjajna fl-2017 fl-oqsma tas-sajd, l-ambjent u l-azzjoni klimatika kien statistikament żgħir wisq biex inkunu nistgħu nqabblu l-informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq irrappurtata minn dawn it-tliet DĠ mar-riżultati tal-awditjar tagħna.

 

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

Konklużjoni

7.40.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq “Riżorsi naturali” kien materjali (ara l-paragrafu 7.10). Madankollu, l-iskemi ta' għajnuna diretta, li jirrappreżentaw 74 % tal-infiq taħt din l-intestatura tal-QFP, ma kinux milquta minn livell materjali ta’ żball fl-2017 (ara l-paragrafu 7.11).

 

7.41.

Għal din l-intestatura tal-QFP, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet ta livell kumplessiv ta’ żball stmat ta’ 2,4  % (ara l- Anness 7.1 ).

 

Rakkomandazzjonijiet

7.42.

L- Anness 7.4 juri s-sejbiet tal-analiżi ta' segwitu li wettaqna għall-ħames rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2014 tagħna. Il-Kummissjoni kienet implimentat rakkomandazzjoni waħda bis-sħiħ, filwaqt li tlieta kienu ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti u waħda f'xi wħud mill-aspetti.

 

7.43.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2017, aħna nirrakkommandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: tivvaluta l-effettività tal-azzjonijiet tal-Istati Membri li l-għan tagħhom huwa li jindirizzaw il-kawżi tal-iżbalji fil-pagamenti relatati mal-miżuri tas-suq u l-iżvilupp rurali, u toħroġ gwida ulterjuri fejn ikun meħtieġ (ara l-paragrafi 7.18 sa 7.24 u l- Anness 7.4 );

Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2019

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u se tkompli titlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni meta jiġu identifikati defiċjenzi u dgħufijiet serji u biex jimmonitorjaw l-effettività tal-implimentazzjoni tagħhom. Il-linji gwida kollha rilevanti jiġu aġġornati fuq bażi regolari. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 7.38.

Recommendation 2: teżamina aktar mill-qrib il-kwalità tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni (ara l-paragrafu 7.32);

Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2019

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni, u tqis li din qed tiġi implimentata permezz tal-awditi tagħha tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, tal-awditi tal-konformità u tal-valutazzjoni tal-approvazzjoni finanzjarja.

Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi gwida fir-rigward tal-kwalità tax-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

Rakkomandazzjoni 3: tivverifika l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' rimedju meħuda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fejn il-Kummissjoni tkun sabet li ma setgħetx toqgħod fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, jew setgħet toqgħod fuqu b’mod limitat biss (ara l-paragrafu 7.34).

Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2019

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u tqis li diġà qiegħda tkun implimentata.

Għall-każijiet kollha fejn instab li ma tista’ titqiegħed l-ebda fiduċja fil-ħidma tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, tnediet proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità sabiex ikunu diskussi l-azzjonijiet ta’ rimedju li għandhom jiġu implimentati mill-Istat Membru. Dwar il-każijiet ta’ affidibbiltà limitata, dawn huma segwiti sistematikament fuq il-bażi tat-tweġiba tal-Istat Membru u/jew ir-rapport tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għas-sena finanzjarja ta’ wara.

PARTI 2 — PRESTAZZJONI

7.44.

Fl-2017, aħna ppubblikajna sitt rapporti speċjali dwar l-infiq fuq “Riżorsi naturali”. Ir-rapporti speċjali dwar il-PAK eżaminaw il-programmazzjoni tal-iżvilupp rurali, l-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ, l-ekoloġizzazzjoni (ara l-paragrafi 3.45 sa 3.48), u r-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni. Aħna ppubblikajna wkoll rapporti dwar il-kontrolli tas-sajd u dwar in-netwerk ekoloġiku Natura 2000.

 

7.45.

Barra minn hekk, matul l-ittestjar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet li wettaqna fl-2017, aħna vvalutajna l-prestazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna ġeospazjali (GSAA) għal pagamenti bbażati fuq l-erja u ta’ proġetti ta' investiment fil-qasam tal-iżvilupp rurali.

 

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna ġeospazjali

7.46.

Il-GSAA hija applikazzjoni web li l-bdiewa jistgħu jużaw biex jippreżentaw online klejms għall-għajnuna bbażati fuq l-erja li mbagħad jiġu pproċessati mill-aġenziji tal-pagamenti. Dawn tal-aħħar iridu jagħmlu l-GSAA disponibbli għall-benefiċjarji tal-għajnuna bbażata fuq l-erja sal-2018 (27), għalkemm sitt Stati Membri ngħataw estensjoni ta’ din id-data ta’ skadenza permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (28). Ladarba din tkun disponibbli, jenħtieġ li l-benefiċjarji mbagħad jippreżentaw il-kejms tagħhom billi jużaw il-GSAA. Jekk il-benefiċjarji ma jkunux f’pożizzjoni li jużaw il-GSAA, l-awtoritajiet iridu jipprovdu l-assistenza meħtieġa jew formoli tal-applikazzjoni stampati. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet iridu jiżguraw li l-erjas iddikjarati jiġu diġitalizzati.

7.46.

Il-Kummissjoni tinnota li l-introduzzjoni tal-GSAA ġiet implimentata fil-pront f’ħafna mill-Istati Membri.

Filwaqt li 6 Stati Membri ngħataw estensjoni tal-iskadenza, għal 3 Stati Membri, l-estensjoni tappartjeni biss għal kwistjonijiet speċifiċi għal xi applikazzjonijiet għall-għajnuna tal-Iżvilupp Rurali jew biċċiet ta’ art kondiviżi, u għalhekk tirrappreżenta proporzjon żgħir ta’ għajnuna globali (ara t-tieni nota ta’ qiegħ il-paġna għal dan il-paragrafu).

7.47.

L-applikazzjoni tinkorpora d-data tal-LPIS dwar irqajja' art, u tippermetti lill-bdiewa jivverifikaw u jaġġornaw l-erja agrikola li jkunu ddikjaraw, fuq l-iskrin (ara l- Kaxxa 7.9 ).

 

Kaxxa 7.9 —   Il-GSAA tippermetti lill-bdiewa jaġġornaw id-data tagħhom fuq l-iskrin

Meta jużaw l-applikazzjoni biex jagħmlu klejm għall-għajnuna bl-użu tal-GSAA, il-bdiewa jistgħu jiddemarkaw il-konfini ta’ kull għalqa fuq l-iskrin, kif ukoll jagħmlu kull korrezzjoni meħtieġa.

Image

Sors: Skrin dimostrattiv online (ir-Renju Unit — l-Irlanda ta’ Fuq: id-Dipartiment tal-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Affarijiet Rurali).

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

7.48.

L-applikazzjoni hija intenzjonata li tipprevieni lill-bdiewa milli jagħmlu żbalji meta jiddikjaraw l-erjas eliġibbli tagħhom, biex iżżid l-effiċjenza tal-kontroverifiki amministrattivi u biex tipprovdi data aktar affidabbli għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

 

7.49.

Matul iż-żjarat li wettaqna f’110 azjendi agrikoli biex neżaminaw il-pagamenti bbażati fuq l-erja, aħna vvalutajna l-użu tal-applikazzjoni mill-bdiewa. Staqsejna lil dawk li kienu użaw l-applikazzjoni:

 

jekk kinitx għenithom biex jevitaw żbalji meta jkunu qed jippreżentaw klejm għall-għajnuna;

 

jekk issa kinux jeħtieġu inqas ħin biex jikkompletaw il-klejms tagħhom għall-għajnuna;

 

jekk iqisux li l-applikazzjoni hija aktar faċli għall-utent mis-sistema preċedenti;

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

jekk l-aġenzija tal-pagamenti kinitx ipprovdiet assistenza u gwida suffiċjenti;

 

għall-valutazzjoni kumplessiva tagħhom tal-GSAA mqabbla mas-sistema preċedenti li kienu użaw.

 

7.50.

Aħna stħarriġna wkoll 24 aġenzija tal-pagamenti (29) u staqsejna:

 

jekk kinux introduċew l-applikazzjoni u, jekk iva, x’kien il-perċentwal ta’ benefiċjarji li kellhom aċċess għas-sistema u verament kienu użawha;

 

jekk l-applikazzjoni kinitx irriżultat f’inqas żbalji fil-klejms għall-għajnuna li ġew ippreżentati;

 

jekk kinux iffrankaw spejjeż u ħin fl-ipproċessar tal-klejms għall-għajnuna.

 

Il-benefiċjarji u l-aġenziji tal-pagamenti taw valutazzjoni pożittiva tal-applikazzjoni għall-għajnuna ġeospazjali

7.51.

Mill-24 aġenzija tal-pagamenti li stħarriġna, 21 infurmawna li l-applikazzjoni kienet disponibbli għall-benefiċjarji kollha tal-għajnuna diretta. Fir-Renju Unit (l-Ingilterrra) għall-2016, u fis-Slovakkja u Spanja (Kastilja-La Mancha) għall-2017, l-applikazzjoni kienet disponibbli għal 62 %, 32 % u 22 % tal-benefiċjarji rispettivament, u kienet tkopri 50 %, 75 % u 83 % tal-erja kklejmata. L-aġenziji tal-pagamenti osservaw li l-applikazzjoni kienet qed tintuża minn ħafna benefiċjarji, ħlief fil-Polonja, fejn għall-2016, 0,8  % biss tal-benefiċjarji kienu qed jużawha, filwaqt li l-bqija kienu qed jippreżentaw applikazzjonijiet fuq il-karta.

7.51.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-immaġni pożittiva kumplessiva mwassla mid-data tal-QEA. Il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni GSAA fuq il-bażi taż-żoni koperti minflok l-għadd ta’ benefiċjarji, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014.

Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 7.52 u 7.65.

7.52.

Aktar minn tliet kwarti tal-benefiċjarji li żorna kienu użaw l-applikazzjoni. Fejn il-benefiċjarji ma kinux użaw il-GSAA, f’xi każijiet l-applikazzjoni jew ma kinitx disponibbli jew kienet ġiet introdotta inizjalment bħala possibbiltà, li l-benefiċjarji kienu għadhom ma għażlux li jużaw. Dan kien il-każ fejn l-aġenziji tal-pagamenti kienu għadhom qed jippermettu li l-klejms għall-għajnuna jiġu ppreżentati fuq il-karta, metodu li ċerti benefiċjarji ppreferew peress li ma kellhomx il-ħiliet tal-informatika meħtieġa jew ma kinux jafdaw is-sistema kompjuterizzata.

7.52.

Il-Kummissjoni tinnota li l-introduzzjoni gradwali tal-GSAA u l-alternattiva li jinżamm fuq t-talbiet kartaċji ġew previsti fil-liġi tal-UE għaliex huwa mistenni li xi bdiewa jista’ jkollhom diffikultajiet biex jaġġustaw għas-sistema l-ġdida. Ara l-Artikolu 17(3) u l-premessa 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014.

7.53.

Il-biċċa l-kbira mill-aġenziji tal-pagamenti li żorna qiesu li l-applikazzjoni kienet għenet biex jiġu evitati li jsiru ċerti żbalji mill-benefiċjarji. Il-bdiewa li ltqajna magħhom ġeneralment qablu ma’ din il-valutazzjoni, billi 88 % ta’ dawk li wieġbu għall-mistoqsija tagħna dwar kemm l-applikazzjoni kienet utli biex jiġu evitati l-iżbalji qalulna li kienet għenithom jikkoreġu ċerti żbalji fil-klejms tagħhom.

 

7.54.

Minn dawk il-benefiċjarji li wieġbu għall-mistoqsija tagħna dwar l-iffrankar fil-ħin, 67 % ddikjaraw li issa kienu jeħtieġu inqas ħin biex jikkompletaw il-klejms tagħhom għall-għajnuna. B’mod simili, aktar minn nofs l-aġenziji tal-pagamenti kkonfermaw li kienu ffrankaw il-ħin fl-ipproċessar tal-klejms. Żewġ aġenziji tal-pagamenti, li kienu għadhom kif bdew jużaw l-applikazzjoni fl-2016 jew l-2017, qiesu li kien għadu kmieni wisq biex jivvalutaw kemm ħin setgħu kienu qed jiffrankaw. Tliet aġenziji tal-pagamenti qiesu li s-sistema online preċedenti tagħhom diġà kellha l-karatteristiċi prinċipali tal-GSAA.

 

7.55.

Mill-benefiċjarji li wieġbu, 72 % qalulna li l-applikazzjoni GSAA kienet aktar faċli għall-utent minn sistemi preċedenti, u li kollha kienu sodisfatti bl-assistenza u l-gwida pprovduti mill-aġenziji tal-pagamenti. B’mod ġenerali, il-valutazzjoni li ngħatat mill-benefiċjarji kienet waħda pożittiva (ara l- Kaxxa 7.10 ).

7.55.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-immaġni pożittiva kumplessiva mwassla.

Kaxxa 7.10 —   Il-benefiċjarji kienu sodisfatti bil-GSAA

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' proġetti ta’ investiment fil-qasam tal-iżvilupp rurali

7.56.

Aħna vvalutajna 29 proġett ta' investiment fil-qasam tal-iżvilupp rurali kkampjunati, li jkopru diversi miżuri, inklużi:

 

il-kostruzzjoni ta’ binjiet agrikoli u l-modernizzazzjoni ta’ tagħmir agrikolu;

 

il-forniment ta’ għajnuna lil bdiewa żgħażagħ biex jibdew negozju u lil bdiewa b'azjenda agrikola żgħira;

 

l-iżvilupp ta’ infrastruttura rurali bħat-titjib fit-toroq u fin-netwerks tal-broadband.

 

7.57.

Aħna vvalutajna jekk:

 

il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti għall-miżura relatata kinux konformi mal-prijoritajiet identifikati fil-programm tal-iżvilupp rurali, u jekk il-proċedura tal-għażla kinitx xierqa;

 

il-benefiċjarji kinux wettqu l-proġetti kif kien ippjanat;

 

l-Istati Membri kinux ivverifikaw jekk l-ispejjeż iddikjarati kinux raġonevoli;

 

kienx sar użu xieraq mill-opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati.

 

Il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla tal-proġetti kienu ġeneralment allinjati mal-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali

7.58.

L-UE ddefiniet 11-il objettiv tematiku li jipprovdu rabta bejn l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, fosthom il-FAEŻR. Għall-politika ta’ żvilupp rurali, l-objettivi strateġiċi fuq terminu twil għall-perjodu 2014–2020 huma strutturati f’sitt prijoritajiet, li jinqasmu fi 18-il qasam ta’ prijorità (30) (ara l- Kaxxa 7.11 ). Miżura waħda tista’ tikkontribwixxi għal bosta prijoritajiet għall-iżvilupp rurali u bosta miżuri jistgħu jkunu rilevanti għal prijorità waħda għall-iżvilupp rurali.

 

Kaxxa 7.11 —   Stampa tar-relazzjonijiet bejn l-objettivi tematiċi u l-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali u l-miżuri ta’ dan il-qasam

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.59.

F’26 mid-29 każ li eżaminajna, aħna sibna li l-miżura kienet konformi mal-prijoritajiet u mal-oqsma ta’ prijorità identifikati fil-programmi tal-iżvilupp rurali, u li l-Istati Membri kienu applikaw proċeduri tal-għażla xierqa. Madankollu, kif osservajna fir-Rapport Speċjali 16/2017 tagħna, huwa diffiċli li jiġi vvalutat kemm il-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali u l-oqsma ta’ prijorità jikkontribwixxu għal kull objettiv tematiku.

7.59.

Il-miżuri ta’ żvilupp rurali jirrappreżentaw strumenti biex jinkisbu l-objettivi tal-prijoritajiet u tal-oqsma ta’ prijorità. Minħabba d-diversità u n-natura multifunzjonali tagħhom, mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita rabta diretta bejn il-miżuri u l-objettivi tematiċi. Din il-korrispondenza ssir evidenti ladarba l-miżuri jiġu attribwiti għal oqsma ta’ prijorità.

7.60.

Fit-tliet każijiet li jifdal, l-awtoritajiet nazzjonali ma kinux stabbilew kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà xierqa jew użaw proċeduri tal-għażla effettivi. F’wieħed minn dawn il-każijiet, l-awtoritajiet nazzjonali kienu stabbilew kriterji tal-għażla adegwati minn qabel u allokaw punti, ibbażat fuq kemm l-applikazzjoni kienet tissodisfa dawn il-kriterji. Madankollu, l-awtoritajiet ma stabbilewx soll minimu ta’ punti, u għalhekk l-applikazzjonijiet kollha għal proġetti rċevew finanzjament. Għal żewġ proġetti oħra, l-awtoritajiet nazzjonali kienu stabbilew soll minimu li kien baxx wisq biex jiġi żgurat li l-finanzjament ikun immirat tajjeb.

7.60.

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jistabbilixxu impenji u obbligi oħra li jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi ta’ miżura, filwaqt li jirrispettaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà li huma normalment inklużi fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, il-benefiċjarji wettqu l-proġetti kif kien ippjanat u l-Istati Membri vverifikaw ir-raġonevolezza tal-ispejjeż

7.61.

Fiż-żmien meta sar l-awditu tagħna, 19 mid-29 proġett li eżaminajna kienu ġew ikkompletati. Aħna sibna li 17 minn dawn il-proġetti kienu twettqu kif kien ippjanat (ara l-eżempju fil- Kaxxa 7.12 ).

 

Kaxxa 7.12 —   Eżempju ta’ proġett li twettaq kif kien ippjanat

Aħna eżaminajna pagament lil azjenda agrikola fl-Italja (il-Veneto), li sar taħt miżura maħsuba biex ittejjeb il-vijabbiltà u l-kompetittività tal-azjendi agrikoli, billi tiffaċilita r-ristrutturar u l-modernizzar tagħhom.

Il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla kienu mmirati lejn investimenti li jtejbu s-sostenibbiltà tal-azjendi, inaqqsu l-impatt ambjentali jew iżidu l-benessri tal-annimali. L-investiment kien jikkonsisti fl-akkwist ta’ sajlos u t-tagħmir awtomatizzat għall-ħżin u l-preparazzjoni tal-għalf tal-annimali.

L-azjenda mmodernizzat l-assi tagħha u tejbet il-vijabbiltà tagħha billi naqqset l-ispiża tal-għalf tal-annimali.

 

7.62.

F’4 mid-29 proġett li eżaminajna, il-pagament kien jikkonsisti minn somma f’daqqa. Fi 23 każ, l-awtoritajiet nazzjonali kienu stabbilew proċeduri bl-għan li jiġi vverifikat jekk li l-ispejjeż iddikjarati kinux raġonevoli, bħal proċedura ta' akkwist, spejjeż ta’ referenza jew tqabbil ta’ offerti. Fiż-żewġ każijiet l-oħra jew ma kinux ġew stabbiliti proċeduri ta’ dan it-tip jew dawn ma kinux qed jiġu applikati.

 

L-Istati Membri ftit li xejn għamlu użu mill-opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati

7.63.

Fil-perjodu 2014–2020, l-Istati Membri jistgħu, bħala alternattiva għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba, jużaw l-opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati: skali standard ta' spejjeż għal kull unità, somom f’daqqa u finanzjament b’rata fissa (31). L-opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati għandhom il-potenzjal li jissimplifikaw l-amministrazzjoni u li jżommu kontroll fuq l-ispejjeż tal-proġetti (32).

7.63.

L-użu ta’ opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati (SCOs) ġie żviluppat aktar f’dan il-perjodu ta’ programmazzjoni għal miżuri mhux SIAK u miżuri oħra li mhumiex rimborżati bl-użu tal-SCOs minquxa fir-regolament speċifiku għall-fond.

7.64.

Aħna dehrilna li 23 mill-proġetti li eżaminajna setgħu applikaw l-opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati għal tal-inqas uħud mill-elementi tal-ispejjeż, iżda 5 biss fil-fatt għamlu dan (33). Dan jikkorrobora l-konklużjoni tar-rapport speċjali reċenti li ħriġna dwar il-finanzjament ta’ proġetti tal-iżvilupp rurali li skontu qed isir użu limitat minn opzjonijiet bħal dawn, parzjalment minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ miżuri u benefiċjarji (34).

7.64.

Il-Kummissjoni tqis li l-użu tal-SCOs huwa xi ħaġa ġdida għal infiq mhux relatat maż-żona u mal-annimali. Jeħtieġ ftit taż-żmien biex jibdew jintuża mill-Istati Membri. Madankollu, xi SCOs bħalissa qed jiġu introdotti permezz ta’ emendi fil-programmi tal-iżvilupp rurali.

Konklużjoni

7.65.

Il-maġġoranza tal-applikanti għall-għajnuna bbażata fuq l-erja li żorna, kienu diġà qed jużaw il-GSAA, li fil-biċċa l-kbira mill-każijiet irriżulta f’inqas żbalji u aktar ħin iffrankat. Mill-bdiewa li intervistajna, 23 % kienu għadhom qed jippreżentaw l-applikazzjonijiet mingħajr l-użu tal-GSAA.

7.65.

Il-Kummissjoni tinnota li l-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi għall-introduzzjoni gradwali tal-GSAA. F’konformità mal-iskeda taż-żmien, l-Istati Membri kienu meħtieġa li jkopru 25 % tal-art bil-GSAA fis-sena tat-talba 2016 (is-sena finanzjarja 2017), 75 % fis-sena tat-talba 2017 (sena finanzjarja 2018) u jiżguraw kopertura fis-sena tat-talba 2018 (is-sena finanzjarja 2019) (ara l-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014).

7.66.

Fl-2017, aħna żorna 29 proġett ta' investiment fil-qasam tal-iżvilupp rurali. Globalment, għall-proġetti li żorna, il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà kienu allinjati mal-prijoritajiet identifikati fil-programmi tal-iżvilupp rurali u l-proċeduri tal-għażla kienu xierqa. Il-benefiċjarji li żorna ġeneralment wettqu kif kien ippjanat il-proġetti ta' investiment fil-qasam tal-iżvilupp rurali li ġew ikkampjunati, u l-Istati Membri vverifikaw li l-ispejjeż kienu raġonevoli. Madankollu, l-Istati Membri ftit li xejn għamlu użu mill-opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati.

 

Rakkomandazzjonijiet

7.67.

Ibbażat fuq is-sejbiet u l-konklużjoni tagħna, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 4: timmonitorja l-progress li sar mill-aġenziji tal-pagamenti fl-għoti ta’ appoġġ lill-bdiewa li kienu għadhom mhumiex qed jużaw il-GSAA u tippromwovi l-aħjar prattiki, sabiex timmassimizza l-benefiċċji tas-sistema l-ġdida u tikseb l-implimentazzjoni sħiħa tagħha fi ħdan id-dati ta’ skadenza regolatorji (ara l-paragrafi 7.51 u 7.52).

Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2020.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u tqis li qiegħda tiġi implimentata. Il-Kummissjoni qed timmonitorja l-progress fl-Istati Membri u se tkompli tagħmel dan. Il-GSAA ġiet implimentata minnufih fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, skont l-iskeda ta’ żmien stipulata fil-leġiżlazzjoni tal-UE.


(1)  L-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(2)  Il-miżuri tas-suq huma ffinanzjati kompletament mill-FAEG, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti miżuri kofinanzjati, bħall-miżuri ta’ promozzjoni u l-iskema ta' frott għall-iskejjel. Il-programmi tal-iżvilupp rurali huma kofinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

(3)  Il-kampjun kien jikkonsisti f’121 pagament dirett u 19-il miżura tas-suq iffinanzjati mill-FAEG, 84 pagament favur l-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-FAEŻR, u 6 pagamenti favur l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd.

(4)  Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Litwanja, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Il-kampjun kien jinkludi wkoll ħames tranżazzjonijiet taħt ġestjoni diretta.

(5)  F’konformità mal-approċċ il-ġdid tal-Qorti (ara l-Anness 1.1, il-paragrafu 12), fl-ippjanar tal-awditu, aħna iddeċidejna li ma nipprovdux valutazzjoni, jew livell ta’ żball stmat, għall-qasam ta’ “żvilupp rurali, miżuri tas-suq, l-ambjent, azzjoni klimatika u sajd”. Aħna nipprovdu fehim approfondit dwar it-tipi ta’ żbalji li jseħħu f’dan il-qasam (ara l-paragrafi 1.25, 7.18 sa 7.25 u l-Anness 7.3).

(6)  Aħna sibna wkoll 10 każijiet ta’ nuqqas ta' konformità mar-regoli, iżda li ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju.

(7)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 0,9 % u 3,9 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(8)  Ibbażat fuq ir-riżultati tagħna minn snin preċedenti (ara l-paragrafu 7.19 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna), aħna ddeċidejna li neżaminaw il-miżuri tas-suq flimkien mal-oqsma l-oħra li aħna nqisu li huma partikolarment suxxettibbli għal żbalji (ara l-paragrafu 7.5).

(9)  Pagamenti għal għajnuna diżakkoppjata jingħataw għall-art agrikola eliġibbli kollha, irrispettivament minn jekk tintużax għall-produzzjoni jew le.

(10)  Aħna żorna 77 azjenda agrikola biex nivverifikaw jekk il-benefiċjarji kinux ikkonformaw mar-regoli. Għall-44 pagament li jifdal, aħna ksibna evidenza suffiċjenti permezz ta’ analiżijiet dokumentarji, ibbażati fuq informazzjoni pprovduta lilna mill-aġenziji tal-pagamenti.

(11)  Is-SIAK tibbaża fuq databases ta’ azjendi, applikazzjonijiet u erjas agrikoli, li jintużaw għal kontroverifiki amministrattivi fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna. L-LPIS hija sistema ta’ informazzjoni ġeografika b’settijiet ta’ data spazjali minn bosta sorsi, li flimkien jiffurmaw rekord ta’ erjas agrikoli fl-Istati Membri.

(12)  Ara l-paragrafu 7.13 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(13)  Ara l-paragrafu 7.15 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(14)  L-Artikolu 11(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

(15)  Għal aktar informazzjoni ara l-paragrafi 7.43 sa 7.54 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna, u l-paragrafi 26 sa 39 tar-Rapport Speċjali Nru 21/2017 “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”.

(16)  Għelejjel li jikbru malajr u li jitkabbru fl-ispazju bejn żewġ għelejjel ewlenin, bl-iskop tat-titjib fil-bijodiversità u l-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija.

(17)  Ara l-paragrafu 90 tar-Rapport Speċjali Nru 7/2017 tagħna “Ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni f'dak li jirrigwarda l-infiq taħt il-PAK: pass pożittiv lejn mudell ta' awditu uniku iżda hemm dgħufijiet sinifikanti li jridu jiġu indirizzati”, u l-paragrafu 7.54 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna.

(18)  L-ambitu taż-żjarat ta’ analiżi tal-Kummissjoni ġeneralment huwa limitat għal ċerti sottopopolazzjonijiet tal-baġit tal-PAK (FAEG tas-SIAK, FAEG mhux tas-SIAK, FAEŻR tas-SIAK, FAEŻR mhux tas-SIAK) awditjati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

(19)  Iż-żjarat ta’ analiżi tal-Kummissjoni jikkonkludu li bbażat fuq l-analiżi mwettqa, id-DĠ AGRI ma sar jaf b’xejn li jġiegħlu jemmen li ma jistax joqgħod fuq ix-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-KĊ għas-sena finanzjarja 2017, jiġifieri huma jipprovdu aċċertament negattiv.

(20)  Kien hemm missjonijiet lejn l-istess korp taċ-ċertifikazzjoni li jkopru popolazzjoni differenti u aġenzija tal-pagamenti differenti.

(21)  Fi tliet snin, il-Kummissjoni żaret 35 mill-55 korp taċ-ċertifikazzjoni.

(22)  Aħna eżaminajna żjara ta’ analiżi waħda mill-2015, erbgħa mill-2016 u sebgħa mill-2017.

(23)  Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja (is-Sassonja t’Isfel), l-Estonja, il-Greċja, ir-Rumanija u r-Renju Unit (Wales).

(24)  Id-Danimarka, Spanja (l-Asturji u La Rioja), l-Italja (Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura), is-Slovakkja u l-Iżvezja.

(25)  Iċ-ċifra hija relatata mal-infiq tal-2016, peress li din kienet l-aktar sena reċenti li għaliha kien hemm data disponibbli fiż-żmien meta saru l-analiżijiet tal-Kummissjoni.

(26)  Il-Kummissjoni setgħet toqgħod b’mod limitat biss fuq ix-xogħol ta’ tmien korpi taċ-ċertifikazzjoni u ma setgħet toqgħod xejn fuq ix-xogħol tat-tlieta l-oħra.

(27)  L-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 jiddikjara li l-GSAA trid tkun disponibbli:

(a)

Mis-sena tat-talba tal-2016, għal għadd ta’ benefiċjarji li jikkorrispondi għal dak meħtieġ biex tkun koperta tal-inqas 25 % taż-żona totali stabbilita għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fis-sena ta’ qabel;

(b)

Mis-sena tat-talba tal-2017, għal għadd ta’ benefiċjarji li jikkorrispondi għal dak meħtieġ biex tkun koperta tal-inqas 75 % taż-żona totali stabbilita għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fis-sena ta’ qabel;

(c)

Mis-sena tat-talba tal-2018, għall-benefiċjarji kollha.

(28)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2838 tistabbilixxi d-dati ta’ skadenza li ġejjin: l-2020 għal klejms għall-pagamenti li jirrigwardaw miżuri ta’ żvilupp rurali relatati mal-erja fid-Danimarka u fl-Italja; l-2020 għal applikazzjonijiet għall-għajnuna u klejms għall-pagamenti għall-benefiċjarji kollha fil-Lussemburgu, fil-Polonja u fir-Renju Unit (l-Ingilterra); l-2019 għal irqajja’ art li jappartjenu għal żewġ benefiċjarji jew aktar u li jintużaw għan-newba tal-għelejjel fil-produzzjoni speċjali fil-Finlandja.

(29)  Il-Belġju (il-Fjandri), il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja (is-Sassonja t’Isfel), l-Irlanda, il-Greċja, Spanja (Andalusija, Kastilja-La Mancha, Kastilja u León), Franza, il-Kroazja, l-Italja (il-Lombardja, il-Veneto), il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit (l-Ingilterra, l-Irlanda ta’ Fuq).

(30)  Aktar informazzjoni dwar il-qafas ta’ prestazzjoni għall-perjodu 2014–2020 tinsab fir-Rapport Speċjali Nru 16/2017 tagħna “Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati”.

(31)  L-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(32)  Ara l-paragrafi 73 u 74 tar-Rapport Speċjali Nru 11/2018 “Opzjonijiet ġodda għall-finanzjament ta’ proġetti tal-iżvilupp rurali: aktar sempliċi iżda mhux iffukati fuq ir-riżultati”.

(33)  Fi 3 mill-5 każijiet, l-użu ta’ somma f’daqqa kien obbligatorju skont ir-regoli applikabbli tal-UE.

(34)  Ara l-paragrafu 79 tar-Rapport Speċjali Nru 11/2018 tagħna.

(35)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu IX).

ANNESS 7.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “RIŻORSI NATURALI”

 

2017

2016

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Pagamenti diretti

121

201

Miżuri tas-suq, żvilupp rurali, l-ambjent, azzjoni klimatika u sajd

109

179

Total tat-tranżazzjonijiet “Riżorsi naturali”

230

380

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat: “Riżorsi naturali”

2,4  %

2,5  %

 

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

3,9  %

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

0,9  %

 

ANNESS 7.2

ĦARSA ĠENERALI LEJN IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET, GĦAL KULL STAT MEMBRU GĦALL-MIŻURI TAS-SUQ, L-IŻVILUPP RURALI, L-AMBJENT, L-AZZJONI KLIMATIKA U S-SAJD (1)

Image


(1)  Bl-esklużjoni tal-ħames tranżazzjonijiet eżaminati taħt ġestjoni diretta fl-oqsma tal-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd.

ANNESS 7.3

ĦARSA ĠENERALI LEJN L-IŻBALJI B'IMPATT TA' MILL-INQAS 20 % GĦALL-MIŻURI TAS-SUQ, L-IŻVILUPP RURALI, L-AMBJENT, L-AZZJONI KLIMATIKA U S-SAJD

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Introduzzjoni

Filwaqt li applikajna l-metodoloġija ġenerali tal-awditjar ippreżentata fl- Anness 1.1 , aħna ttestjajna kampjun rappreżentattiv tat-tranżazzjonijiet biex nistmaw il-livell ta' irregolarità fi ħdan il-popolazzjoni għal din l-intestatura tal-QFP. L-iżbalji li qbadna fl-ittestjar ma jikkostitwux lista eżawrjenti — la ta' żbalji individwali u lanqas ta' tipi possibbli ta' żball. Hawn taħt aħna niddeskrivu erba’ żbalji b’impatt ta' mill-inqas 20 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet li ġew eżaminati għall-infiq fuq il-miżuri tas-suq, l-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd. Il- Kaxxi 7.5 7.6 fihom iż-żewġ eżempji l-oħra li sibna. Dawn is-sitt żbalji nstabu fi tranżazzjonijiet b’valur ta' bejn EUR 3 500 u EUR 1,6  miljun, u b'valur medjan ta' kemxejn taħt is-EUR 17 000  (1).

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-kumment tal-QEA fl-Anness 7.2 li l-ħarsa ġenerali tat-tranżazzjonijiet tal-QEA mhijiex gwida għal-livell relattiv ta’ errur fl-Istati Membri fil-kampjun. Il-Kummissjoni tiddikjara li l-informazzjoni dettaljata fir-riżultati tal-awditi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri huma ppreżentati għal kull Stat Membru fir-Rapporti Annwali tal-Attività u l-annessi tekniċi tagħhom tad-dipartimenti tal-Kummissjoni li jimplimentaw il-fondi tal-UE f’ġestjoni kondiviża.

Eżempji ta’ żbalji

Miżuri tas-suq, żvilupp rurali, l-ambjent, azzjoni klimatika u sajd

Benefiċjarju/attività/proġett/infiq ineliġibbli

Eżempju 1 — Proġett ineliġibbli minħabba redditu insuffiċjenti fuq l-investiment

Fil-Portugall aħna eżaminajna pagament li sar lil azjenda agrikola biex timmodernizza s-sistema tat-tisqija tagħha. Biex tkun eliġibbli, l-applikazzjoni għall-għajnuna kellha turi li l-investiment kien se jiġġenera redditu pożittiv. L-awtoritajiet approvaw il-proġett fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fl-applikazzjoni għall-għajnuna. Madankollu, fiż-żmien meta saret l-approvazzjoni, il-benefiċjarju ma kienx għadu qed jaħdem waħda mill-irqajja' art inklużi fil-kalkolu tar-redditu fuq l-investiment. Kieku tqiesu l-irqajja' art li verament kienu qed jinħadmu mill-benefiċjarju, il-kalkolu ma kienx juri redditu pożittiv fuq l-investiment. Ghalhekk, il-proġett ma kellux jirċievi appoġġ, u dan irriżulta f'rata ta' żball ta' 100 %.

 

Eżempju 2 — Appoġġ għal benefiċjarju li ma kellux drittijiet suffiċjenti għat-tħawwil mill-ġdid

Fi Spanja aħna eżaminajna pagament li kkontribwixxa għall-ispejjeż għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji. Skont ir-regoli nazzjonali, il-benefiċjarju kien meħtieġ li jkollu d-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid biex l-erja setgħet tiġi ristruttuta qabel id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna. Madankollu, għal roqgħa art partikolari, il-benefiċjarju li żorna kien kiseb id-drittijiet għat-tħawwil mill-ġdid wara din id-data, u dan irriżulta f’rata ta’ żball ta’ 44 %.

 

Eżempju 3 — Assistenza teknika għall-iżvilupp rurali li ntużat ukoll għall-FAEG

Aħna eżaminajna pagament li sar lil aġenzija tal-pagamenti Griega għall-assistenza teknika relatata ma’ programmi tal-iżvilupp rurali. Sibna li l-appoġġ u l-infrastruttura tal-IT li ġew iffinanzjati ntużaw ukoll għall-ġestjoni ta’ għajnuna taħt il-FAEG. Peress li kienet biss il-kontribuzzjoni favur l-operazzjonijiet ta’ żvilupp rurali li kienet eliġibbli, aħna qisna li parti mill-ispejjeż kienu ineliġibbli, u stmajna li r-rata ta’ żball kienet ta’ 23 %.

Aħna sibna wkoll żbalji dovuti għal benefiċjarji/attivitajiet/proġetti/infiq ineliġibbli (ikkwantifikati taħt 20 %) fil-Ġermanja, fil-Kroazja u fil-Portugall, kif ukoll fi tliet tranżazzjonijiet taħt ġestjoni diretta li jikkonċernaw infiq fuq l-ambjent.

Il-Kummissjoni se tqis din il-konklużjoni fl-ippjanar ta’ inkjesti futuri dwar l-approvazzjoni tal-konformità.

Nuqqas ta' rispett ta’ impenji agroambjentali klimatiċi

Eżempju 4 — Nuqqas ta’ rispett ta’ impenji agroambjentali f’żoni sensittivi għan-nitrati

Fil-Greċja aħna eżaminajna pagament li sar lil bidwi taħt miżura agroambjentali klimatika għall-protezzjoni ta’ żoni sensittivi għan-nitrati. L-impenn stabbilixxa limitazzjonijiet fuq l-ammont ta’ fertilizzant u l-volum ta’ ilma tat-tisqija li setgħu jintużaw fuq l-irqajja' art. Irqajja' art b’xaqliba ta’ aktar minn 6 % kienu suġġetti għal limitazzjonijiet aktar stretti, minħabba li r-riskju ta’ skular ta’ fertilizzanti u ta’ ilma kien akbar. Madankollu, fuq żewġ irqajja' art b’xaqliba ta’ akbar minn 6 %, il-benefiċjarju ma kienx ikkonforma mar-rekwiżiti aktar stretti ta’ fertilizzazzjoni u ta’ tisqija, u dan irriżulta f’rata ta’ żball ta’ 20 %.

Aħna sibna wkoll żball dovut għan-nuqqas ta’ rispett ta’ impenji agroambjentali (ikkwantifikat taħt 20 %) fl-Iżvezja.

Il-kejl ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali indika li l-inklinazzjoni tan-niżla kienet taħt is-6 %. Għall-biċċiet ta’ art b’inklinazzjoni differenti mhuwiex dejjem teknikament evidenti kif titkejjel l-inklinazzjoni. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li għal biċċa art tan-natura tal-biċċa art inkwistjoni, jenħtieġ li l-inqas u l-ogħla punt assoluti ma jittieħdux neċessarjament għall-kejl tal-inklinazzjoni. Huwa pjuttost l-ogħla u l-inqas punt rappreżentattiv tal-għalqa li jenħtieġ li jittieħdu.

Il-Kummissjoni se tiddiskuti aktar fuq dan il-punt mal-awtoritajiet nazzjonali.


(1)  Jiġifieri nofs l-iżbalji kollha b'impatt ta' mill-inqas 20 % instabu fi tranżazzjonijiet b'valur inqas minn EUR 17 000, u l-bqija nstabu fi tranżazzjonijiet b'valur ogħla minn dan l-ammont.

ANNESS 7.4

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Ma għadhiex applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2014

7.77.

B'segwitu għal din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2014, aħna nirrakkommandaw li, għall-FAEG:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 1: l-Istati Membri jagħmlu sforzi ulterjuri biex jinkludu informazzjoni affidabbli u aġġornata fid-databases tal-LPIS tagħhom dwar id-daqs u l-eliġibbiltà ta’ art agrikola, b’mod partikolari ta’ mergħat permanenti, u sistematikament janalizzaw u jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli fil-kuntest ta’ kontrolli amministrattivi, inklużi ortoimmaġnijiet aġġornati, sabiex jiġu evitati pagamenti għal art ineliġibbli;

 

X

 

 

 

 

 

għall-iżvilupp rurali, li l-Kummissjoni:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2: tieħu miżuri xierqa biex tirrikjedi li l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Istati Membri jinkludu azzjonijiet ta’ rimedju li jindirizzaw il-kaġuni ta' żball li jinsabu spiss;

 

X

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 3: tirrevedi l-istrateġija għall-awditi tagħha tal-konformità fir-rigward tal-iżvilupp rurali sabiex tistabbilixxi jekk id-dgħufijiet fis-sistemi misjuba f’reġjun speċifiku wieħed, għal Stati Membri bi programmi reġjonali, humiex preżenti wkoll fir-reġjuni l-oħra, speċjalment għal miżuri ta’ investiment;

X

 

 

 

 

 

 

2014

u kemm għall-FAEG kif ukoll għall-iżvilupp rurali, li l-Kummissjoni:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 4: tiżgura li l-proċedura l-ġdida ta’ aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, li se ssir obbligatorja mis-sena finanzjarja 2015, tiġi applikata b’mod korrett mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni u tipproduċi informazzjoni affidabbli dwar il-livell ta’ żball, sabiex tkun tista' toqgħod fuqha.

 

X

 

 

 

 

 

7.78.

Barra minn hekk, aħna nirrakkomandaw li, fil-qasam tas-sajd, il-Kummissjoni:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 5: tiżgura li l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri jwettqu l-kompiti tagħhom b’aktar reqqa, b’mod partikolari, bit-twettiq tal-kontrolli fuq il-post meħtieġa, bl-applikazzjoni ta' proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità u bit-titjib tad-dokumentazzjoni tal-awditjar.

 

 

X

 

 

 

 


KAPITOLU 8

Sigurtà u ċittadinanza

WERREJ

Introduzzjoni 8.1-8.5
Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP 8.2-8.4
Ambitu u approċċ tal-awditjar 8.5
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 8.6-8.7
Eżaminar tas-sistemi magħżula 8.8-8.13
Ġestjoni kondiviża 8.8-8.12
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza 8.13
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 8.14-8.15
Rakkomandazzjonijiet 8.15

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

8.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura tal-QFP “Sigurtà u ċittadinanza”. Il- Kaxxa 8.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet prinċipali u l-infiq taħt din l-intestatura fl-2017.

 

Kaxxa 8.1 —   Intestatura tal-QFP “Sigurtà u ċittadinanza” — ripartizzjoni fl-2017

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

2,9

- pagamenti bil-quddiem  (12)

-1,8

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (12)

1,6

Popolazzjoni awditjata, total

2,7

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP

8.2.

L-Intestatura 3 tkopri firxa ta’ politiki li l-objettiv komuni tagħhom huwa li jissaħħaħ il-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea billi tinħoloq żona ta' libertà, ġustizzja u sigurtà mingħajr fruntieri interni.

 

8.3.

Kif jidher fil- Kaxxa 8.1 , il-qasam l-aktar sinifikanti ta’ nfiq huwa dak tal-migrazzjoni u s-sigurtà. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira mill-infiq jirriżulta minn żewġ fondi biss – il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1) (AMIF), u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI). Dawn il-fondi bdew fl-2014 u se jkomplu għaddejjin sal-2020, billi ssostitwew il-programm SOLID (“Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni”), li kien jikkonsisti f’erba’ strumenti (2) u żewġ programmi (3). Bħal fil-każ tal-programm SOLID, il-ġestjoni tal-biċċa l-kbira tal-finanzjament mill-AMIF u l-FSI hija kondiviża bejn l-Istati Membri u d-DĠ għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni (DĠ Home) tal-Kummissjoni. L-objettiv tal-AMIF huwa li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji u li jgħin fl-iżvilupp ta’ approċċ komuni fil-livell tal-UE f’dak li jirrigwarda l-asil u l-immigrazzjoni. L-FSI għandu l-għan li jikseb livell għoli ta’ sigurtà fl-UE. Huwa għandu żewġ strumenti (4): FSI — Fruntieri u Viżi u FSI — Pulizija. L-ewwel strument jipprovdi appoġġ għal miżuri armonizzati ta’ ġestjoni tal-fruntieri u l-iżvilupp ta’ politika komuni dwar il-viżi, filwaqt li t-tieni wieħed jiffoka fuq il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u t-titjib tal-kapaċità fil-ġestjoni ta’ riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà.

 

8.4.

Parti sinifikanti oħra mill-baġit tal-intestatura tinkludi l-finanzjament għal 12-il aġenzija deċentalizzata (5) li huma attivi fl-implimentazzjoni ta’ prijoritajiet ewlenin tal-UE fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u s-saħħa. Minbarra dan hemm il-programm “Ikel u għalf”, li għandu l-għan li jiżgura s-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti fl-istadji kollha tal-katina alimentari, u “Ewropa Kreattiva” — il-programm qafas tal-UE li jipprovdi appoġġ għas-settur tal-kultura u dak awdjoviżiv. Fl-aħħar nett, il-baġit ikopri għadd ta’ programmi li għandhom l-għan li jwettqu l-objettiv komuni tat-tisħiħ tal-qasam ta’ sigurtà u ċittadinanza; b’mod partikolari, il-programmi dwar ġustizzja, dwar konsumaturi u dwar drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Ambitu u approċċ tal-awditjar

8.5.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna dan li ġej għall-Intestatura “Sigurtà u ċittadinanza” fl-2017.

(a)

kampjun ta’ 15-il tranżazzjoni, li kien maħsub biex jgħinna niffurmaw opinjoni dwar l-infiq għall-2017 mill-baġit fl-intier tiegħu, iżda mhux biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP (jiġifieri aħna ma għamilniex stima tal-livell ta’ żball taħt l-Intestatura 3). Din l-għażla kienet immotivata mil-livell relattivament baxx ta’ pagamenti għal dan il-qasam ta' politika fl-2017 (madwar 2 % tat-total tal-UE). Il-kampjun kien jikkonsisti fi tmien tranżazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri (6), ħamsa taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, u tnejn li kienu jinvolvu l-approvazzjoni ta’ pagamenti bil-quddiem lil aġenziji;

(b)

is-sistemi prinċipali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw biex jipprovdu aċċertament dwar ir-regolarità tal-pagamenti li jsiru taħt il-programm SOLID, l-AMIF u l-FSI;

(c)

jekk ir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ Home ppreżentax informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kienet konsistenti, b'mod ġenerali, mar-riżultati tagħna.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

8.6.

Mill-15-il tranżazzjoni li eżaminajna, 3 (20 %) kien fihom żbalji, li minnhom 2 kienu ogħla mis-soll ta’ materjalità ta’ 2 %: tranżazzjoni waħda taħt ġestjoni kondiviża fil-qafas tal-AMIF fi Franza (żball ta’ 10 %), u waħda relatata ma’ sussidju tal-ispejjeż operazzjonali li tħallas lill-EASO għal infiq imġarrab fl-2016 u inkluż fil-kontijiet tal-Kummissjoni għall-2017 (7) (żball ta’ 2,9  %). Kif ġie indikat fil-paragrafu 8.5(a), il-kampjun ma kienx intenzjonat li jkun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-intestatura; għalhekk ma kkalkulajniex rata ta' żball. Aħna nispjegaw is-sejba dwar it-tranżazzjoni relatata mal-AMIF fil- Kaxxa 8.2 .

8.6.

L-iżball relatat mal-AMIF ta’ Franza ġie kkoreġut fil-kontijiet tal-2018 (l-ammont tnaqqas mill-kontijiet tal-2018).

L-iżball dwar l-EASO kien skopert mill-awdituri tal-QEA matul l-awditu annwali tagħhom fl-aġenzija għall-2016. Il-Bord tal-Aġenzija huwa konxju tal-iżball u qed isegwi mill-qrib pjan ta’ azzjoni ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv sabiex jindirizza d-dgħufijiet misjuba mill-QEA.

Fil-kontijiet tal-2017, minħabba l-obbligi regolatorji, il-Kummissjoni ma setgħetx tirrifjuta l-ispejjeż tal-EASO milquta mill-iżball, iżda enfasizzat il-kwistjoni fir-rapport Annwali tal-Attività tagħha tal-2017 (inħarġet riżerva minħabba raġunijiet ta’ reputazzjoni mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni).

Kaxxa 8.2 —   Żball fil-kontribuzzjoni mill-UE għall-programm Franċiż ta’ risistemazzjoni tar-refuġjati

Fi Franza, l-AMIF jagħti appoġġ lill-programm nazzjonali ta' risistemazzjoni permezz ta’ pagament ta’ darba ta’ EUR 10 000 għal kull refuġjat li jasal fil-pajjiż. Aħna vvalutajna pagament ta’ EUR 100 000 li sar mill-UE għar-risistemazzjoni ta’ 10 refuġjati Sirjani. Sibna li, għalkemm 9 biss mill-10 individwi fil-fatt waslu Franza, l-awtoritajiet Franċiżi ma naqqsux it-talba tagħhom għal pagament skont dan. Għalhekk, id-dikjarazzjoni tal-kontribuzzjoni li saret mill-UE għall-programm ta’ risistemazzjoni kienet eċċessiva b’EUR 10 000 .

Kaxxa 8.2 — Żball fil-kontribuzzjoni mill-UE għall-programm Franċiż ta’ risistemazzjoni tar-refuġjati

L-Istat Membru diġà kkoreġa l-iżball fil-kontijiet tal-2018 u daħħal fis-seħħ miżuri korrettivi bħal proċedura ta’ verifika msaħħa kif ukoll ħoloq soluzzjoni tal-IT integrata.

8.7.

Barra minn hekk, aħna sibna inkonsistenzi fil-mod kif l-Istati Membri ttrattaw l-eliġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud li ġiet iddikjarata mill-korpi pubbliċi. Deskrizzjoni ta’ din il-kwistjoni, li ddgħajjef il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-infiq tal-UE, tingħata fil- Kaxxa 8.3 .

 

Kaxxa 8.3 —   Inkonsistenzi fl-eliġibbiltà tal-VAT iddikjarata mill-korpi pubbliċi

Kaxxa 8.3 — Inkonsistenzi fl-eliġibbiltà tal-VAT iddikjarata mill-korpi pubbliċi

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-fatt li t-trattament fil-livell tal-Istati Membri jiddependi fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Il-Kummissjoni se tiċċara, fil-gwida tagħha għall-Istati Membri, kif jiġi mitigat ir-riskju relatat mal-fatt li nqabżet tar-rata ta’ kofinanzjament meta skont ir-regoli nazzjonali, il-VAT tista’ tirrappreżenta parti minn kofinanzjament ogħla milli inizjalment previst.

Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-VAT li mhijiex rekuperabbli hija eliġibbli għal kofinanzjament mill-UE. Fi Spanja, il-Fond għall-Fruntieri Esterni ffinanzja 95 % tal-ispiża għall-installazzjoni ta’ tagħmir tal-komunikazzjoni fuq bastimenti użati għall-għassa tal-fruntieri. Il-benefiċjarju kien aġenzija tal-infurzar tal-liġi ffinanzjata mill-baġit nazzjonali. L-infiq kien jikkonsisti f’fatturi ta’ servizzi li nħarġu minn kuntrattur estern u kien jinkludi l-VAT (minn 7 % sa 21 %). Billi l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi ma tistax tirkupra l-VAT, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li din hija eliġibbli għal finanzjament. Madankollu, il-VAT li tiġi ddebitata minn fornitur tas-servizzi tgħaddi awtomatikament għall-baġit nazzjonali, u għalhekk, ma tirrappreżentax spiża netta għall-Istat Membru. F’dan il-każ, minħabba r-rata għolja ta’ kofinanzjament ta’ 95 %, il-kontribuzzjoni totali mill-UE għal din l-azzjoni qabżet l-ispejjeż netti li l-Istat Membru fil-fatt ġarrab.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Eżitu simili ġie evitat fil-Kroazja, fejn il-faċilità ta’ Schengen tal-UE ntużat biex tiffinanzja kompletament ir-rikostruzzjoni ta’ punti ta’ qsim tal-fruntieri. Il-benefiċjarju kien il-Ministeru għall-Intern tal-Kroazja u l-infiq kien jikkonsisti f’fatturi ta’ xogħlijiet li nħarġu minn kuntrattur estern, inkluża l-VAT b’rata ta’ 25 %. Billi kienu konxji mill-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni, jiġifieri li l-kofinanzjament mill-Komunità ma jistax jaqbeż it-total tal-infiq eliġibbli eskluża l-VAT, l-awtoritajiet Kroati ttrattaw din it-taxxa bħala ineliġibbli għal finanzjament mill-UE u koprewha mir-riżorsi nazzjonali.

 

Il-każ Spanjol juri l-iżvantaġġ potenzjali li jirriżulta jekk il-VAT titqies bħala element eliġibbli tal-infiq għall-korpi pubbliċi ffinanzjati mill-baġits nazzjonali. Juri wkoll li, meta l-korpi pubbliċi jimplimentaw azzjonijiet b’rata għolja ta’ kofinanzjament mill-UE u meta din tirrimborża wkoll il-VAT relatata, il-kontribuzzjoni mill-UE tista’ taqbeż l-ispejjeż netti li l-Istat Membru jkun fil-fatt ġarrab. Dan idgħajjef il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-UE.

 

EŻAMINAR TAS-SISTEMI MAGĦŻULA

Ġestjoni kondiviża

AMIF u FSI

8.8.

Tliet snin wara l-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni ta’ seba’ snin, l-Istati Membri żiedu b’mod sinifikanti r-rata ta’ implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom. Il- Kaxxa 8.4 turi l-pagamenti annwali li l-Istati Membri rrappurtaw fil-kontijiet tagħhom għall-2016 u li ppreżentaw lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u r-rimborż sussegwenti fl-2017.

 

Kaxxa 8.4 –   Il-pagamenti għall-AMIF u l-FSI kienu sinifikattivament ogħla matul is-sena finanzjarja 2016

Image

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

8.9.

Aħna analizzajna l-proċeduri li wasslu għall-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-kontijiet annwali ta’ 10 programmi nazzjonali taħt l-AMIF u l-FSI ppreżentati mill-Istati Membri (8) għas-sena finanzjarja 2016. Eżaminajna l-kompletezza u l-konsistenza tal-valutazzjoni li l-Kummissjoni wettqet ta’ (a) il-kontijiet annwali u r-rapporti ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-awtoritajiet responsabbli, u (b) l-opinjonijiet tal-awditjar ippreżentati mill-awtoritajiet tal-awditjar. Aħna eżaminajna wkoll jekk, fil-valutazzjoni li wettqet, il-Kummissjoni ħaditx inkunsiderazzjoni s-sejbiet ta’ awditi preċedenti, inkluż dawk li wettaqna aħna stess. Aħna ma sibniex nuqqasijiet kbar fil-proċeduri tal-Kummissjoni u naqblu mad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tagħha.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

8.10.

F'konformità mar-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-AMIF u l-FSI, il-kontijiet li ġew approvati mill-Kummissjoni fl-2017 ma ddistingwewx bejn il-pagamenti ta' prefinanzjament (pagamenti bil-quddiem) li saru mill-Istati Membri lill-benefiċjarji finali, u l-pagamenti li saru għar-rimborż tal-infiq li fil-fatt kien iġġarrab. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni ma tistax tikseb informazzjoni dwar l-ammont li fil-fatt intnefaq. Il- Kaxxa 8.5 turi kif is-sitwazzjoni attwali ddgħajjef ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni.

 

Kaxxa 8.5 —   Il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni suffiċjenti dwar l-infiq reali li sar mill-AMIF u l-FSI

Fl-Estonja, il-ftehimiet ta’ għotja li saru taħt l-AMIF u l-FSI jipprevedu pagamenti bil-quddiem ta’ 100 % tal-ispejjeż ippjanati għal proġett. F'konformità mar-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-AMIF/l-FSI, il-kontijiet annwali tal-FSI li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni għall-2016 kienu jinkludu pagamenti ta’ EUR 13-il miljun, li kienu jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 35 % tal-allokazzjoni totali għall-perjodu ta’ finanzjament 2014–2020. Madankollu, matul iż-żjara tagħna fl-Estonja, aħna sibna li EUR 12,7  miljun (97,6  % tal-ammont irrappurtat) kienu fil-fatt jikkonċernaw pagamenti bil-quddiem lill-benefiċjarji finali.

Dan juri li r-rekwiżiti attwali ta’ rappurtar għall-AMIF/l-FSI ma jippermettux li l-Kummissjoni tikseb l-informazzjoni finanzjarja kollha meħtieġa. Jekk ir-rappurtar ikopri biss il-pagamenti li jkunu saru, dan jista’ jagħti stampa qarrieqa tal-implimentazzjoni reali tal-fondi li, min-naħa tagħha, iddgħajjef ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni.

Kaxxa 8.5 — Il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni suffiċjenti dwar l-infiq reali li sar mill-AMIF u l-FSI

Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex diġà fil-kontijiet ppreżentati fl-2018 itejbu l-informazzjoni rrappurtata fuq it-tip differenti ta’ nfiq.

It-tqassim bejn il-prefinanzjament u nefqa mġarrba huwa diġà realtà għall-kontijiet ssottomessi fi Frar/Marzu 2018 (kemm il-pagamenti interim kif ukoll finali huma mmarkati u l-avvanzi lill-benefiċjarji finali jiġu identifikati b’mod awtomatiku).

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

8.11.

Aħna vverifikajna x-xogħol li twettaq minn ħames awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali (9) qabel ma dawn iċċertifikaw il-kontijiet annwali tal-AMIF/l-FSI għall-2016. Is-sejbiet tagħna huma ppreżentati fil- Kaxxa 8.6 .

 

Kaxxa 8.6 —   Dgħufijiet fis-sistemi relatati mal-AMIF u l-FSI

Stati Membri

Dgħufija

Effett

Dgħufijiet fl-attivitajiet tal-awditjar li twettqu mill-awtoritajiet tal-awditjar:

Fl-Iżvezja, l-awtorità tal-awditjar ma ddokumentatx b’mod suffiċjenti x-xogħol tagħha biex turi liema proċeduri tal-awditjar hija fil-fatt kienet wettqet.

Kemm fl-Iżvezja kif ukoll fi Franza, l-awtorità tal-awditjar ma ddokumentatx kif xieraq is-superviżjoni li wettqet tax-xogħol tal-awditjar, kif inhu meħtieġ mill-istandards internazzjonali tal-awditjar.

Fl-Estonja, l-istrateġija tal-awditjar ma kinitx tinkludi valutazzjoni tal-limitazzjonijiet li l-użu estensiv ta’ pagamenti ta’ prefinanzjament jimponi fuq l-awditjar tal-kontijiet tal-programmi taħt l-AMIF/l-FSI.

Riskju akbar għall-eliġibbiltà, il-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet iffinanzjati.

SOLID

8.12.

Aħna vvalutajna x-xogħol tal-awditjar ex post li twettaq mid-DĠ Home permezz tal-analiżi ta’ 10 awditi tal-konformità ex post  (10). Dawn l-awditi għandhom l-għan li jaqbdu u jikkoreġu nfiq irregolari minn programmi li l-Kummissjoni tkun diġà għalqet. Is-sejbiet tagħna juru li jeżistu xi dgħufijiet fis-sistemi, iżda ma jixħtux dubju fuq ir-riżultati tal-awditjar tal-Kummissjoni.

 

Kaxxa 8.7 —   Dgħufijiet fis-sistemi relatati mal-programm SOLID

Il-Kummissjoni

 

Dgħufija

Effett

Risposta tal-Kummissjoni

Esternalizzazzjoni tax-xogħol tal-awditjar relatat mal-programm SOLID:

Għad hemm dewmien fir-rappurtar ta’ awditi tal-konformità ex post: rapporti b’sejbiet dwar il-proġetti implimentati fl-2007 ġew awditjati ex post fl-2013, iżda fi tmiem l-2017, l-Istati Membri kienu għadhom la qablu u lanqas aċċettaw ir-riżultati tal-awditjar.

Id-dewmien ma jippermettix li l-Istati Membri jindirizzaw il-kawżi ewlenin tas-sejbiet tal-awditjar fiż-żmien xieraq.

L-akkumulu ta’ awditi ex post relatati mal-programm SOLID għandhom impatt fuq ix-xogħol tal-awditjar relatat mal-AMIF u l-FSI, li jsir mill-istess membri tal-persunal tal-Kummissjoni.

L-esternalizzazzjoni tax-xogħol tal-awditjar fuq SOLID — l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-konklużjonijiet tal-awditjar

L-għan ewlieni ta’ kontroll ex-post huwa li jiġi determinat il-livell residwu ta’ żball fil-programm(i) awditjat(i); l-aċċertament tal-Kummissjoni huwa bbażat ukoll fuq l-awditjar tas-sistema matul il-perjodu ta' programmazzjoni kollu, li huwa l-akbar opportunità għall-Istati Membri biex jieħdu miżuri korrettivi għal nuqqasijiet fis-sistema. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet tas-sistema biex jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet wara l-analiżi tagħha tad-dokumenti sottomessi mill-Istati Membri għal kull pakkett ta’ għeluq annwali. L-awditu ex-post huwa l-aħħar opportunità biex jiġi ddeterminat l-ammont korrett li kellu jiġi impost għall-baġit tal-Unjoni mill-Istati Membri għal programm annwali partikolari.

L-esternalizzazzjoni tax-xogħol tal-awditjar fuq SOLID — ix-xogħol ta’ awditjar fuq l-AMIF u l-ISF

Għall-AMIF/FSI, il-metodoloġija tal-awditjar fis-seħħ tippermetti proċess iktar mgħaġġel ta’ rappurtar u mhux mistenni li jiġi esperjenzat dewmien f’dan ir-rigward. Fil-Pjan tal-Awditjar tiegħu għall-2018, id-DĠ HOME biħsiebu jwettaq sa seba’ awditi tas-sistema fuq il-Fondi AMIF/ISF, meta mqabbel ma’ tliet awditi tas-sistema mwettqa fuq dawn il-Fondi fl-2017. Barra minn hekk, ittieħdu azzjonijiet immirati bil-għan li jiġu ttrattati, b’effett immedjat, l-awditi ex-post ta’ SOLID li għadhom miftuħa. Id-DĠ HOME bħalissa qed itejjeb il-metodoloġija eżistenti għall-awditi ta’ SOLID, bl-għan li jiġu ssimplifikati kemm ix-xogħol ta’ awditjar kif ukoll il-proċess ta’ rappurtar. Objettiv prijoritarju tad-DĠ HOME huwa li jindirizza l-akkumulu mingħajr dewmien li fadal.

Il-proċeduri għall-kontroll tal-kwalità ta’ xogħol tal-awditjar esternalizzat ma ġewx iddokumentati b’mod suffiċjenti.

Riskji għall-kwalità tal-awditi tal-konformità ex post.

Proċeduri għall-kontroll tal-kwalità għal xogħol tal-awditjar esternalizzat

Id-DĠ Affarijiet Interni saħħaħ, kif kien miftiehem mal-awditur tal-QEA, is-superviżjoni fuq il-ħidma ex-post tagħha mwettqa minn kuntratturi esterni. Wettaq rieżami ta’ kampjun ta’ fajls tal-awditjar u reġa’ wettaq ix-xogħol magħmul abbażi tad-dokumenti ta’ prova disponibbli. Id-DĠ HOME ikkonkluda li x-xogħol tal-awditjar mwettaq mill-kuntrattur estern kien sodisfaċenti. Bil-għan li jinżamm livell ogħla ta’ superviżjoni fuq l-kuntrattur estern tagħha, id-DĠ HOME qed jippjana li jwettaq eżerċizzju simili matul l-2018.

Il-proċeduri ta’ kontroll għal finanzjament doppju/multiplu mhumiex eżawrjenti.

Riskju li finanzjament doppju ma jinqabadx.

Proċeduri ta’ kontroll għal finanzjament doppju/multiplu

Filwaqt li ma hemm l-ebda mistoqsija speċifika li titlob formalment li l-awditur jivverifika l-finanzjament doppju, il-kontrolli ddettaljati min-naħa tad-dħul jippermettu sa ċertu punt li jinkixef finanzjament doppju potenzjali, peress li l-awdituri jkollhom jittraċċaw il-provenjenza tad-dħul kollu.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza

8.13.

Aħna analizzajna r-rapport annwali tal-attività tad-DĠ HOME u ma identifikajna l-ebda informazzjoni li tikkontradixxi s-sejbiet tal-Qorti. Madankollu, il-kampjun limitat tagħna ta’ 15-il tranżazzjoni għall-2017 mhuwiex suffiċjenti biex inkunu nistgħu nqabblu r-riżultati tal-awditjar tagħna mal-informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq, li ġiet irrappurtata mid-DĠ HOME.

 

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

8.14.

L-ambitu tal-awditjar għal din l-intestatura tal-QFP (ara l-paragrafu 8.5) ma jippermettix li tintlaħaq konklużjoni kwantifkata bl-istess mod bħalma jsir f’kapitoli oħra ta’ dan ir-rapport. Minkejja dan, l-eżaminar li wettaqna tas-sistemi magħżula wera li jeżistu żewġ kwistjonijiet prinċipali fejn jista’ jsir titjib.

 

Rakkomandazzjonijiet

8.15.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-użu ta’ fondi tal-UE skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-linji gwida ta’ implimentazzjoni għall-AMIF/l-FSI jispeċifikaw li, meta l-korpi pubbliċi jimplimentaw l-azzjonijiet tal-UE, il-kofinanzjament mill-UE ma jistax jaqbeż it-total tal-infiq eliġibbli eskluża l-VAT.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 2: tirrikjedi li l-Istati Membri, fil-kontijiet annwali tal-programmi nazzjonali tagħhom taħt l-AMIF u l-FSI, jisseparaw l-ammonti li jirrappurtaw skont jekk dawn ikunux irkupri, prefinanzjamenti jew infiq li verament ikun iġġarrab; u, fir-RAA tagħha mill-2018 ’il quddiem, tirrapporta l-infiq reali minn kull fond.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u parzjalment implimentatha kemm fir-rigward ta’:

informazzjoni aktar sħiħa mill-Istati Membri dwar in-natura tal-ammonti fil-mument tar-rappurtar tal-kontijiet annwali tagħhom u;

l-għoti ta’ gwida għall-Istati Membri dwar ir-rappurtar tal-irkupri (maħruġa fit-8 ta’ Diċembru 2017).


(1)  L-att legali li jistabbilixxi l-AMIF jista’ jinstab fuq is-sit web Eur-Lex.

(2)  L-atti legali li jistabbilixxu dawn l-istrumenti jistgħu jinstabu fuq is-sit web Eur-Lex: Fond għall-Fruntieri Esterni, Fond Ewropew għar-Ritorn, Fond Ewropew għar-Refuġjati, Fond Ewropew għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

(3)  Prevenzjoni ta' u Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC) u Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġjar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u Riskji oħra Relatati mas-Sigurtà (CIPS).

(4)  L-atti legali li jistabbilixxu dawn l-istrumenti jistgħu jinstabu fuq is-sit web Eur-Lex: FSI – Fruntieri u Viżi, FSI – Pulizija.

(5)  Saħħa: ECDC, EFSA, EMA. Affarijiet Interni: Frontex, EASO, Europol, CEPOL, eu-LISA, EMCDDA. Ġustizzja: Eurojust, FRA, EIGE.

(6)  Il-Belġju, l-Estonja, Spanja, Franza, il-Kroazja, il-Litwanja, l-Awstrija u l-Iżvezja.

(7)  Ir-rapport annwali speċifiku tagħna, li jinkludi l-opinjoni tagħna dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq tal-EASO għall-2016, jista’ jinstab fuq is-sit web tal-QEA.

(8)  L-FSI għall-Estonja, il-Greċja, l-Italja, il-Litwanja u l-Awstrija; l-AMIF għal Franza, il-Lussemburgu, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(9)  Franza u l-Iżvezja għall-AMIF; l-Awstrija, l-Estonja u l-Litwanja għall-FSI.

(10)  L-FEI u l-FER fi Spanja; l-FER u l-FR fil-Ġermanja; l-FER u l-FEI fl-Italja; l-FEI u l-FER fil-Bulgarija; l-FEI fil-Greċja.

(11)  Jinkludi nfiq fuq l-oqsma ta’ konsumaturi, ġustizzja, drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza.

(12)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 15).


KAPITOLU 9

Ewropa Globali

WERREJ

Introduzzjoni 9.1-9.5
Deskrizzjoni qasira ta’ “Ewropa Globali” 9.2-9.4
Ambitu u approċċ tal-awditjar 9.5
Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet 9.6-9.19
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza 9.12-9.19
Valutazzjonijiet tas-sistemi tad-DĠ NEAR 9.12-9.18
Valutazzjoni tas-sistemi tad-DĠ DEVCO 9.19
Parti 2 — Kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni fil-proġetti taħt “Ewropa Globali” 9.20-9.23
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 9.24-9.26
Rakkomandazzjonijiet 9.25-9.26

Anness 9.1 —

Infiq Operazzjonali fl-2017 skont id-Delegazzjoni

Anness 9.2 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Ewropa Globali”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

9.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura tal-QFP “Ewropa Globali”. Il- Kaxxa 9.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din l-intestatura fl-2017.

 

Kaxxa 9.1 —   Intestatura tal-QFP “Ewropa Globali” — ripartizzjoni fl-2017

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

9,8

- pagamenti bil-quddiem  (9)

-6,5

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (9)

4,9

Popolazzjoni awditjata, total

8,2

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira ta’ “Ewropa Globali”

9.2.

“Ewropa Globali” tkopri n-nefqa fuq il-politiki kollha tal-azzjoni esterna (politika barranija) iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-UE. Dawn il-politiki:

jippromwovu l-valuri tal-UE lil hinn mit-territorju tagħha, bħad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

jindirizzaw l-isfidi globali ewlenin, bħat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità;

iżidu l-impatt tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, tal-UE, bil-għan li jgħinu biex jinqered il-faqar;

jinvestu fil-prosperità u l-istabbiltà fit-tul tal-pajjiżi tal-viċinat tal-UE, kemm billi jħejju lill-pajjiżi kandidati għas-sħubija kif ukoll permezz tal-politika tal-viċinat;

isaħħu s-solidarjetà Ewropea wara li jkunu seħħew diżastri naturali jew diżastri magħmula mill-bniedem;

itejbu l-prevenzjoni ta’ kriżijiet u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti, jippreservaw il-paċi u jsaħħu s-sigurtà internazzjonali;

imexxu ’l quddiem u jippromwovu l-interessi tal-UE u dawk reċiproki f’pajjiżi barranin billi jappoġġaw id-dimensjoni esterna tal-politiki tal-UE.

 

9.3.

Id-direttorati ġenerali prinċipali li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit għall-azzjoni esterna huma d-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO), id-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR), id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja (DĠ ECHO) u s-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI).

 

9.4.

Fl-2017, il-pagamenti għal “Ewropa Globali” ammontaw għal EUR 9,8  biljun u ġew allokati bl-użu ta’ bosta strumenti (ara l- Kaxxa 9.1 ) u metodi ta' twassil (1), f'aktar minn 150 pajjiż (ara l- Anness 9.1 ).

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

9.5.

Filwaqt li użajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna dan li ġej għal “Ewropa Globali” fl-2017:

(a)

Ħadna kampjun totali ta’ 56 tranżazzjoni li 4 minnhom kienu ttieħdu mill-istudju dwar ir-RER. Għalhekk, aħna eżaminajna kampjun ta’ 52 tranżazzjoni, li kien maħsub biex jgħinna niffurmaw opinjoni dwar l-infiq għall-2017 mill-baġit fl-intier tiegħu u mhux biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP (jiġifieri aħna ma għamilniex stima tal-livell ta’ żball għall-Intestatura 4). Għall-parti mill-popolazzjoni tagħna li kienet koperta mill-istudji tal-2017 dwar ir-RER imwettqa mid-DĠ NEAR u d-DĠ DEVCO (9 %), aħna integrajna r-riżultati aġġustati (2) ta’ dawn l-istudji. It-tranżazzjonijiet ikkampjunati kienu jikkonsistu minn 21 tranżazzjoni tad-DĠ NEAR, 16 tad-DĠ DEVCO, 7 tad-DĠ ECHO u 8 tranżazzjonijiet oħra.

(b)

Fejn qbadna żbalji, aħna eżaminajna s-sistemi assoċjati biex nidentifikaw id-dgħufijiet li kienu ppermettew li dawn l-iżbalji jseħħu.

(c)

Wettaqna kontrolli relatati mal-prestazzjoni fuq seba’ proġetti f’żewġ Delegazzjonijiet tal-UE. Id-DĠ NEAR kien implimenta tlieta minn dawn il-proġetti u d-DĠ DEVCO kien implimenta l-erbgħa l-oħra.

(d)

Ivvalutajna jekk ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ NEAR ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kienet, b’mod ġenerali, konsistenti mar-riżultati tagħna.

 

PARTI 1 — REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

9.6.

Mit-52 tranżazzjoni li eżaminajna, aħna identifikajna 6 żbalji kwantifikabbli (fi 8 % tat-tranżazzjonijiet awditjati) li kellhom impatt fuq l-ammonti ddebitati għall-baġit tal-UE. Aħna sibna wkoll sitt każijiet fejn kien hemm nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet legali u finanzjarji, eż. in-nuqqas ta’ garanzija finanzjarja. Kif issemma fil-paragrafu 9.5 (a), il-kampjun ma kienx maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-Intestatura tal-QFP, għalhekk aħna ma kkalkulajniex rata ta’ żball. Fl-eżaminar ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, aħna identifikajna każijiet fejn is-sistemi ta’ kontroll intern kienu effettivi, u qed nagħtu eżempju ta’ dan fil- Kaxxa 9.2 . Is-sejbiet dwar l-infiq ineliġibbli huma spjegati fil- Kaxxi 9.3 u 9.4 .

 

Kaxxa 9.2 —   Eżempju ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva

DĠ DEVCO

Aħna awditjajna l-infiq iddikjarat minn NGO taħt kuntratt ta’ għotja li ġie ffirmat mal-Kummissjoni. L-infiq li awditjajna kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni. L-għan tal-proġett appoġġat kien li jiġu kkontrollati speċijiet ta’ għasafar invażivi f’sitt pajjiżi gżejjer fl-Oċean Paċifiku. L-ammont tal-għotja mill-UE kien ta’ EUR 1,16  miljun.

Awditu finanzjarju mwettaq fil-livell tal-proġett minn awditur estern wera li ammont ta’ EUR 15 909 tal-infiq iddikjarat ma kienx eliġibbli (id-dokumenti ta’ sostenn kienu neqsin u kien hemm żbalji assoċjati mal-VAT). Il-Kummissjoni kkoreġiet dan l-iżball fil-pagament finali.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Kaxxa 9.3 —   Infiq li ma ġġarrabx u li ġie aċċettat mill-Kummissjoni

DĠ DEVCO — l-Iraq

Aħna awditjajna l-infiq iddikjarat minn organizzazzjoni internazzjonali taħt ftehim ta’ kontribuzzjoni li ġie ffirmat mal-Kummissjoni. Dan il-proġett għall-bini tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet reġjonali, b’durata ta’ 3,5  snin, kellu baġit ta’ EUR 11,5  miljun (iffinanzjat 100 % mill-UE).

Aħna eżaminajna l-infiq li ġġarrab matul l-ewwel sentejn tal-proġett. F’dan il-perjodu, l-organizzazzjoni internazzjonali kienet iddikjarat infiq ta’ EUR 7,6  miljun, li l-Kummissjoni kienet aċċettat. Il-kontrolli tagħna żvelaw li l-infiq reali għall-perjodu kien ta’ EUR 6 miljun. Id-differenza, jiġifieri EUR 1,6  miljun, kienu impenji kkontabilizzati mill-organizzazzjoni internazzjonali, iżda li kienu għadhom ma ntnefqux. Billi l-ebda nefqa ma kienet għadha ġġarrbet, dan l-ammont jitqies li huwa ineliġibbli.

Kaxxa 9.3 — Infiq li ma ġġarrabx u li ġie aċċettat mill-Kummissjoni

Din is-sejba hija relatata ma’ rapport interim u fil-kuntest ta’ pagament finali, rapport finanzjarju finali se jippreżenta biss in-nefqa reali mġarrba. Is-sejba tal-EQEA se titqies meta jiġi kkalkulat il-ħlas li jmiss jew il-pagament tal-bilanċ.

Kaxxa 9.4 —   Infiq ineliġibbli relatat ma’ telf fil-kambju

DĠ DEVCO — proġetti mmaniġġjati b’mod ċentralizzat

Aħna awditjajna l-ammont finali tal-infiq iddikjarat minn organizzazzjoni internazzjonali taħt ftehim ta’ kontribuzzjoni li ġie ffirmat mal-Kummissjoni. L-għan tal-ftehim kien li jingħata appoġġ għad-djalogu ta’ politika dwar il-politiki, l-istrateġiji u l-pjanijiet nazzjonali relatati mas-saħħa fi 28 pajjiż fil-mira. L-infiq li awditjajna kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni. L-ammont tal-għotja mill-UE kien ta’ EUR 5 miljun.

L-organizzazzjoni inkarigata mill-implimentazzjoni kienet sofriet telf relatat mal-pagament tas-salarji tal-persunal minħabba r-rati tal-kambju. Dan it-telf kien ġie ddebitat għall-baġit tal-proġett permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tar-remunerazzjonijiet. Dawn l-ispejjeż ma kinux eliġibbli.

Kaxxa 9.4 — Infiq ineliġibbli relatat ma’ telf fil-kambju

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-azzjonijiet ta’ segwitu meħtieġa se jittieħdu.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

9.7.

F’żewġ oqsma, il-kundizzjonijiet ta’ pagament kienu jillimitaw il-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet kienu suxxettibbli għal żball. L-ewwel wieħed minn dawn l-oqsma kien l-appoġġ baġitarju (3). It-tieni qasam kien jinkludi każijiet fejn l-“approċċ nozzjonali” kien ġie applikat għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi u implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali (4).

 

9.8.

L-appoġġ baġitarju huwa kontribuzzjoni finanzjarja jew għall-baġit ġenerali ta’ stat jew għall-baġit li l-istat jalloka għal politika speċifika jew objettiv speċifiku. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx irrispettat il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-pagamenti relatati mal-appoġġ baġitarju favur pajjiżi sħab, kif ukoll jekk kinitx ivverifikat li l-kundizzjonijiet ġenerali ta' eliġibbiltà (bħal titjib sodisfaċenti fil-ġestjoni finanzjarja tas-settur pubbliku) kienu ġew irrispettati qabel ma ġew żborżati l-fondi.

 

9.9.

Madankollu, minħabba l-marġni wiesgħa għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali, il-Kummissjoni għandha flessibbiltà konsiderevoli biex tiddeċiedi jekk dawn il-kundizzjonijiet ġenerali jkunux ġew irrispettati. L-awditu tar-regolarità li wettaqna ma jistax imur lil hinn mill-istadju fejn l-għajnuna titħallas lill-pajjiż sieħeb, peress li l-fondi mbagħad jingħaqdu mar-riżorsi baġitarji tal-pajjiż riċevitur. Kwalunkwe dgħufija fil-ġestjoni finanzjarja tiegħu li twassal għal użu ħażin fil-livell nazzjonali ma tirriżultax fi żbalji li jistgħu jinqabdu fl-awditu tagħna (5).

 

9.10.

Taħt l-“approċċ nozzjonali”, meta l-kontribuzzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni u minn donaturi oħra għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi jinġabru flimkien u ma jkunux assenjati għal elementi identifikabbli u speċifiċi ta’ nfiq, il-Kummissjoni tassumi li r-regoli ta’ eliġibbiltà tal-UE jkunu ġew irrispettati dment li l-ammont totali miġbur flimkien ikun jinkludi biżżejjed infiq eliġibbli biex ikopri l-kontribuzzjoni li ssir mill-UE. Aħna ħadna dan l-approċċ, kif applikat mill-Kummissjoni, inkunsiderazzjoni fl-ittestjar sostantiv li wettaqna (6).

 

9.11.

L-10 tranżazzjonijiet iffinanzjati minn bosta donaturi li għalihom ġie applikat l-“approċċ nozzjonali” u ż-2 tranżazzjonijiet relatati mal-appoġġ baġitarju li aħna eżaminajna ma kien fihom l-ebda żball.

 

Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza

Valutazzjonijiet tas-sistemi tad-DĠ NEAR

Dgħufijiet fis-sistemi li ġew żvelati permezz tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

9.12.

F’dak li jirrigwarda l-kuntratti ta' ġemellaġġ, fejn l-Istati Membri jipprovdu l-persunal biex jitwettaq proġett, aħna sibna li waħda mid-Delegazzjonijiet tal-UE ma kinitx ivverifikat is-salarji preċedenti tal-Konsulenti Residenti ta’ Ġemellaġġ (RTAs) issekondati għall-proġetti ffinanzjati mill-UE. L-amministrazzjoni li minnha l-RTA jiġi ssekondat hija intitolata għal rimborż ta’ ammont li jkun ekwivalenti għas-salarju tal-RTA tul il-perjodu ta’ sekondar. Fi proġett wieħed, aħna sibna li s-salarju tal-RTA matul is-sekondar tiegħu kien ogħla mill-ammont li kien jirċievi li kieku baqa’ jaħdem għall-amministrazzjoni ta’ pajjiżu.

 

Studju tal-2017 dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER)

9.13.

Fl-2017, it-tielet studju tad-DĠ NEAR relatat mar-rata tal-iżball residwu (RER) twettaq minn kuntrattur estern. L-għan tal-istudju kien li jiġi stmat, għall-qasam ta’ responsabbiltà tad-DĠ NEAR, l-għadd ta’ żbalji li s-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ NEAR ma kinitx ippreveniet jew li kienet qabdet iżda ma kkoreġietx.

 

9.14.

L-istudju eżamina kampjun rappreżentattiv ta' tranżazzjonijiet li saru taħt kuntratti li ngħalqu bejn Settembru 2016 u Awwissu 2017, u uża metodoloġija li d-DĠ DEVCO ilu juża mill-2012. Aħna vvalutajna din il-metodoloġija u sibna li, b’mod ġenerali, din kienet adatta għall-iskop tagħha. Madankollu, fl-analiżi li wettaqna tal-istudju sibna għadd ta’ oqsma fejn jista’ jsir titjib. Id-DĠ NEAR ma jistratifikax il-popolazzjoni biex ikopri aktar fid-dettall dawk l-oqsma li huma aktar suxxettibbli għal żbalji (eż. għotjiet) jew biex jiffoka anqas fuq dawk fejn huwa kkonfermat li r-riskju huwa aktar baxx (eż. appoġġ baġitarju). Aħna jidhrilna li wieħed mill-iżbalji li ġie eskluż mill-kuntrattur kellu jinżamm. Hemm ukoll lok biex isir titjib fil-livell ta’ ġudizzju li l-kuntrattur għandu fl-istimi tal-iżbalji għal tranżazzjonijiet individwali.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.15.

Ir-riżultati tal-istudju tal-2017 dwar ir-RER li twettaq mid-DĠ NEAR huma ppreżentati fir-RAA tiegħu (7). F’dan l-istudju, ir-RER globali għad-DĠ kienet stmata li kienet 0,67  %, jiġifieri taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 % ssettjat mill-Kummissjoni.

 

Rapport annwali tal-attività

9.16.

Għas-sena tal-baġit 2017, aħna eżaminajna r-Rapport Annwali tal-Attività 2017 tad-DĠ NEAR.

 

9.17.

Sabiex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti dwar id-dikjarazzjoni eċċessiva tal-kapaċità korrettiva, id-DĠ NEAR kien għamel sforzi konsiderevoli u adotta approċċ prudenti meta analizza l-ordnijiet ta’ rkupru. B’mod aktar speċifiku, huwa kien għamel sew li fil-kalkolu tal-kapaċità korrettiva kien inkluda biss l-ammonti li ġew irkuprati minħabba irregolaritajiet u żbalji li nqabdu ex post.

 

9.18.

Fir-RAA 2017 tiegħu, id-DĠ NEAR ma jinkludix taqsima li fiha tinġibed l-attenzjoni għal-limitazzjonijiet tal-istudju dwar ir-RER.

 

Valutazzjoni tas-sistemi tad-DĠ DEVCO

9.19.

It-testijiet li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet żvelaw xi dgħufijiet ta’ kontroll fis-sistemi tal-Kummissjoni għall-proċeduri ta’ akkwist tat-tieni livell (proċeduri ta' akkwist imwettqa mill-benefiċjarji). F’żewġ proġetti, aħna sibna li l-benefiċjarji tal-għotjiet ma kinux irrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni ġusta meta saru l-kuntratti għas-servizzi. F’wieħed mill-każijiet huma ma pprovdewx evidenza li tiġġustifika l-użu ta’ għotja diretta. Fil-każ l-ieħor, huma ma setgħux jiġġustifikaw li l-offerenti kollha kienu qed jiġu trattati b’mod ugwali.

9.19.

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li dwar waħda mid-dgħufijiet innutati, kienet ġiet iddikjarata sitwazzjoni ta’ kriżi fil-pajjiż ikkonċernat, li tiġġustifika l-proċeduri flessibbli. Madankollu ġiet innutata u enfasizzata l-importanza tad-dokumenti ta’ sostenn għall-partijiet ikkonċernati.

It-tieni dgħufija nstabet f’kuntratt li jmur lura għall-2010. Minn dak iż-żmien ’l hawn ittieħdu diversi pjanijiet ta’ azzjonijiet fl-ambitu ta’ DEVCO li jindirizzaw, fost l-oħrajn, din it-tip ta’ dgħufija, u dawn għaldaqstant għandhom iwasslu biex it-tali żbalji jonqsu.

9.20.

Il-kontrolli addizzjonali li twettqu fuq is-sistemi tad-DĠ DEVCO, inklużi l-istudju tiegħu dwar ir-RER u r-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu għall-2017 huma ppreżentati fid-dettall fir-Rapport Annwali tagħna dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ara l-paragrafi 30 sa 42).

 

PARTI 2 — KWISTJONIJIET RELATATI MAL-PRESTAZZJONI FIL-PROĠETTI TAĦT “EWROPA GLOBALI”

9.21.

Din is-sena, minbarra li vverifikajna r-regolarità, aħna vvalutajna wkoll aspetti tal-prestazzjoni għal seba’ mit-tranżazzjonijiet ikkampjunati. Aħna għażilna proġetti li kienu kkompletati u wettaqna kontrolli fuq il-post meta żorna d-Delegazzjonijiet tal-UE.

 

9.22.

Għal kull proġett, aħna eżaminajna jekk kinux ġew stabbiliti indikaturi ċari tal-output u tal-eżitu. Ivverifikajna wkoll jekk l-objettivi relatati mal-output tal-proġett kinux intlaħqu kif ippjanat f’termini ta’ kwantità, kwalità u twaqqit. Wettaqna kontrolli addizzjonali fuq l-ispejjeż aċċettati tal-proġetti sabiex nivverifikaw li dawn kienu jikkonformaw mal-offerti finanzjarji approvati.

 

9.23.

Il-proġetti kollha eżaminati kellhom indikaturi tal-prestazzjoni ċari u rilevanti. L-oqfsa loġiċi tagħhom kienu strutturati tajjeb, u l-outputs tagħhom kienu realisitiċi u setgħu jintlaħqu. Madankollu, aħna sibna għadd ta’ kwistjonijiet li naqqsu mill-prestazzjoni tal-proġetti (ara l- Kaxxa 9.5) .

 

Kaxxa 9.5 —   Kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni fil-proġetti li żorna

Kaxxa 9.5 — Kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni fil-proġetti li żorna

(a)

F’żewġ każijiet, l-ispiża għat-trasport ta’ provvisti (kaxxi u poloz tal-votazzjoni) kienet ħafna ogħla mill-valur tal-provvisti nfushom. Fl-ewwel każ, intnefqu EUR 152 000 għat-trasport ta’ merkanzija li l-valur tagħha kien ta’ EUR 78 000 . Fit-tieni każ, intnefqu EUR 131 500 għat-trasport ta’ merkanzija li l-valur tagħha kien ta’ EUR 70 150 .

(a)

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza s-sensittività tal-elezzjonijiet. Il-partiti politiċi talbu espliċitament li materjali elettorali sensittivi jenħtieġ li jkunu mixtrija minn barra l-pajjiż sabiex tiġi evitata l-frodi, iżda eskludew lill-pajjiżi ġirien minħabba l-allegati simpatiji tagħhom ma’ ċerti partiti politiċi / kandidati. Barra minn hekk, materjali elettorali sensittivi huma prodotti minn kumpaniji limitati u speċjalizzati li jagħtu riżultat skont l-iskadenza, b’mod sikur u ta’ kwalità. It-tnedija ta’ offerta miftuħa barra mill-ftehimiet fit-tul eżistenti jista’ jkun li ma tatx riżultati aħjar u li dewmet it-twassil ta’ materjali minħabba l-iskedar tal-elezzjonijiet.

(b)

L-objettiv prinċipali ta’ proġett partikolari kien il-bini ta’ latrini fi skejjel f’żoni remoti. Meta żorna l-proġetti, aħna osservajna li filwaqt li l-proġett tal-UE kien ġie implimentat b’mod korrett, l-iskejjel ma kellhomx tagħmir bażiku, bħal imwejjed u siġġijiet, li kienu meħtieġa biex tinbeda s-sena skolastika.

(b)

il-proġett ma pprevedix siġġijiet u mwejjed jew għamara oħra tal-iskola, iżda latrini biss, sabiex b’mod urġenti jitjiebu l-istandards bażiċi ta’ iġjene. Anki jekk il-Kummissjoni tixtieq tiffinanzja aspetti oħra fl-istruttura tal-iskola, l-interventi huma ffukati u limitati wisq.

Is-sistema skolastika fil-Guinea-Bissau b’mod gravi ma għandhiex biżżejjed riżorsi. In-nuqqas ta’ għamara tal-iskola huwa pjuttost normali. L-għamara rarament hija disponibbli klassijiet tal-iskola barra ħin il-lezzjonijiet, sabiex jiġi evitat il-potenzjal ta’ serq.

(c)

Proġett rigward xogħlijiet għall-kostruzzjoni ta’ pont kellu jiġi kkompletat fi żmien 32 xahar, iżda dam 64 xahar minħabba dewmien mhux mistenni fi proġett parallel implimentat mill-awtoritajiet lokali.

 

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

9.24.

L-ambitu tal-awditjar għal din l-intestatura tal-QFP (ara l-paragrafu 9.5) ma jippermettix li tintlaħaq konklużjoni kwantifkata bl-istess mod bħalma jsir f’kapitoli oħra ta’ dan ir-rapport. Minkejja dan, l-eżaminar li wettaqna tat-tranżazzjonijiet u tas-sistemi wera li jeżistu tliet kwistjonijiet prinċipali fejn jista’ jsir titjib.

 

Rakkomandazzjonijiet

9.25.

L- Anness 9.2 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għaż-żewġ rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2014 tagħna (8). Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati bis-sħiħ mill-Kummissjoni.

 

9.26.

Ibbażat fuq is-sejbiet tagħna għall-2017, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1 (DĠ NEAR) — Studju dwar ir-RER: mill-istudju tal-2019 ’il quddiem, tipprovdi linji gwida aktar preċiżi dwar il-kontroll tal-proċeduri ta’ akkwist tat-tieni livell, lill-kuntrattur responsabbli għat-twettiq tal-istudju dwar ir-RER.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 2 (DĠ NEAR) — Studju dwar ir-RER: mill-istudju tal-2019 ’il quddiem, tistratifika l-popolazzjoni RER fuq il-bażi tar-riskju inerenti għall-proġetti, u tagħti aktar importanza lil għotjiet taħt ġestjoni diretta u anqas lil tranżazzjonijiet relatati mal-appoġġ baġitarju.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Hija se tesplora mal-kuntrattur inkarigat mill-RER modi kif tiġi stratifikata l-popolazzjoni tal-RER, filwaqt li xorta tieħu inkonsiderazzjoni l-ħtieġa li b’mod ġenerali jinżamm kampjun soda u rappreżentattiv.

Rakkomandazzjoni 3 (DĠ NEAR) — Studju dwar ir-RER: tiżvela l-limitazzjonijiet tal-istudju dwar ir-RER fir-RAA 2018 u ’l quddiem.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 4 (DĠ DEVCO): sal-2020, tirrevedi l-gwida eżistenti li tiġi pprovduta lill-benefiċjarji tal-proġetti implimentati taħt ġestjoni indiretta bl-għan li tiżgura li l-attivitajiet ippjanati jitwettqu b’mod f’waqtu u jikkontribwixxu għall-użu prattiku tal-outputs tal-proġetti, sabiex jinkiseb l-aħjar valur għall-flus.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.


(1)  Bħall-finanzjament ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet/provvisti/servizzi, għotjiet, self speċjali, garanziji ta’ self u assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju u forom immirati oħra ta’ għajnuna baġitarja.

(2)  B’riżultat tal-analiżi tagħna tal-istudji dwar ir-RER, aħna sibna li l-metodoloġija wara l-istudju dwar ir-RER tad-DĠ DEVCO tipprevedi għadd limitat ħafna ta’ kontrolli fuq il-post. Barra minn hekk, kemm l-istudju dwar ir-RER tad-DĠ DEVCO kif ukoll dak tad-DĠ NEAR ftit li xejn jipprevedu lok għall-eżaminar tal-proċeduri ta’ akkwist. Għalhekk, din is-sena aħna aġġustajna r-riżultat tal-istudju dwar ir-RER skont il-proporzjonijiet ta’ żball relatati man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku. Is-sejbiet tal-Qorti fir-rigward tad-DAS 2014-2016 għal “Ewropa Globali” kienu l-bażi għall-aġġustament tagħna.

(3)  Il-pagamenti relatati mal-appoġġ baġitarju li ġew iffinanzjati mill-baġit ġenerali fl-2017 ammontaw għal EUR 955 miljun.

(4)  Il-pagamenti favur organizzazzjonijiet internazzjonali li saru mill-baġit ġenerali fl-2017 ammontaw għal EUR 3,1 biljun. Aħna ma nistgħux ngħidu x’inhu l-proporzjon ta' dan l-ammont li għalih kien japplika l-approċċ nozzjonali, peress li l-Kummissjoni ma timmonitorjahx separatament.

(5)  L-effiċjenza u l-effettività tal-appoġġ baġitarju huma indirizzati f’għadd ta’ rapporti speċjali tal-Qorti, fejn dawk l-aktar reċenti huma r-RS Nru 32/2016 intitolat “Assistenza mill-UE lill-Ukrajna”, u r-RS Nru 30/2016 intitolat “L-effettività tal-appoġġ tal-UE lis-setturi prijoritarji fil-Honduras”.

(6)  Aħna ma wettaqniex kontrolli fuq elementi sottostanti ta’ nfiq, meta l-kontribuzzjoni li saret mill-Kummissjoni kienet inqas minn 75 % tal-baġit għall-azzjoni. F’każijiet fejn kontribuzzjonijiet bħal dawn kienu jinsabu bejn 75 % u 90 %, aħna vvalutajna jekk kienx meħtieġ li jsiru kontrolli fuq elementi sottostanti ta’ infiq fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

(7)  Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2017 tad-DĠ NEAR, il-paġni 40 u 41.

(8)  Aħna għażilna r-Rapport 2014 tagħna għall-eżerċizzju ta’ segwitu ta’ din is-sena billi, fil-prinċipju, il-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

(9)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 15).

ANNESS 9.1

INFIQ OPERAZZJONALI FL-2017 SKONT ID-DELEGAZZJONI

Image

Sorsi: Sfond tal-mappa ©OpenStreetMap kontributuri liċenzjati taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution-ShareAlike 2.0 (CC BY-SA) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2017.

ANNESS 9.2

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “EWROPA GLOBALI”

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2014

Rakkomandazzjoni 1: jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri ta’ kontroll intern biex jiżguraw li l-prefinanzjament jiġi approvat fuq il-bażi tal-infiq reali mġarrab bl-esklużjoni tal-impenji legali.

x

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2: isaħħu l-kontrolli ex ante għal kuntratti ta’ għotja jiġifieri billi l-EuropeAid jagħmel operazzjonali l-azzjonijiet intenzjonati wara r-rakkomandazzjoni li saret fir-Rapport Annwali 2011 dwar il-FEŻ għall-ippjanar ibbażat fuq ir-riskju u għas-segwitu sistematiku għal żjarat ta’ verifikazzjoni u ta’ monitoraġġ fuq il-post.

x

 

 

 

 

 

 


KAPITOLU 10

“Amministrazzjoni”

WERREJ

Introduzzjoni 10.1-10.5
Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP 10.3
Ambitu u approċċ tal-awditjar 10.4-10.5
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 10.6
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza 10.7
Osservazzjonijiet dwar istituzzjonijiet u korpi speċifiċi 10.8-10.13
Il-Parlament Ewropew 10.9-10.11
Il-Kummissjoni Ewropea 10.12
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri 10.13
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 10.14-10.16
Konklużjoni 10.14
Rakkomandazzjonijiet 10.15-10.16

Anness 10.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Amministrazzjoni”

Anness 10.2 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Amministrazzjoni”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

10.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura 5 tal-QFP“Amministrazzjoni” (1). Il- Kaxxa 10.1 tagħti stampa ġenerali tal-infiq li sar minn kull istituzzjoni taħt din l-intestatura fl-2017.

 

Kaxxa 10.1 —   Intestatura 5 tal-QFP — ripartizzjoni fl-2017

(EUR biljun)

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

9,7

- pagamenti bil-quddiem  (10)

-0,1

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (10)

0,1

Popolazzjoni awditjata, total

9,7

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

10.2.

Aħna noħorġu rapporti separati dwar l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE (2). Il-mandat tagħna ma jkoprix l-awditu finanzjarju tal-Bank Ċentrali Ewropew.

 

Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP

10.3.

In-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq riżorsi umani, li tirrappreżenta madwar 60 % tat-total, kif ukoll in-nefqa fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjoni u teknoloġija tal-informatika. Ix-xogħol tagħna tul ħafna snin jindika li dan l-infiq għandu riskju baxx.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

10.4.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna dan li ġej għall-Intestatura 5 tal-QFP.

 

(a)

Eżaminajna kampjun ta' 55 tranżazzjoni, f'konformità mal-paragrafu 13 tal- Anness 1.1 . Il-kampjun kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP (ara l- Kaxxa 10.1 u l-paragrafu 10.3).

 

(b)

Eżaminajna wkoll jekk ir-rapporti annwali tal-attività tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, u fosthom tad-Direttorati Ġenerali (DĠ) u l-uffiċċji tal-Kummissjoni Ewropea li huma primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva (3), ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kienet, b’mod ġenerali, konsistenti mar-riżultati tagħna.

 

10.5.

L-infiq proprju tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jiġi awditjat minn ditta esterna (4). Ir-riżultati ta’ dan l-awditu tar-rapporti finanzjarji tagħna għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017 jingħataw fil-paragrafu 10.13.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

10.6.

L- Anness 10.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-55 tranżazzjoni li eżaminajna, 9 (16 %) kien fihom żbalji. Abbażi tat-3 żbalji li kkwantifikajna (ara l-paragrafi 10.11 u 10.12), aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 0,5  % (5).

 

RAPPORTI ANNWALI TAL-ATTIVITÀ U ARRANĠAMENTI OĦRA TA' GOVERNANZA

10.7.

Ir-rapporti annwali tal-attività li aħna eżaminajna ma identifikawx livelli materjali ta’ żball; dan huwa konsistenti mar-riżultati tal-awditjar proprji tagħna.

 

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ISTITUZZJONIJIET U KORPI SPEĊIFIĊI

10.8.

Aħna ma identifikajniex kwistjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

RISPOSTI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew

10.9.

Mit-tmien tranżazzjonijiet tal-Parlament Ewropew li eżaminajna, tnejn kienu relatati max-xogħol li sar fuq binjiet taħt kuntratt li rriżulta minn proċedura ta' akkwist. Fl-ewwel każ, il-Parlament Ewropew ma kisibx evidenza suffiċjenti li l-kuntrattur kien ikkonforma ma’ kriterju tal-għażla tekniku u professjonali partikolari relatat mal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tal-persunal li kien impjegat biex iwettaq ix-xogħol. Fit-tieni każ, il-kuntratt qafas ingħata lill-offerent li kkwota l-aktar prezz baxx. L-ammont tal-kuntratt irriżulta minn żewġ komponenti: l-ispiża tax-xogħlijiet u l-marġni gross tal-profitt tal-kuntrattur, espress bħala perċentwal ta’ dik l-ispiża. L-offerenti ġew mitluba biss biex jipprovdu l-marġnijiet gross tal-profitt tagħhom u dawn biss ġew inklużi fl-evalwazzjoni finanzjarja tal-offerti. L-ispiża tax-xogħlijiet ma kinitx parti mill-proċedura tal-offerti iżda ġiet stmata mill-Parlament. Sabiex niżguraw li matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt qafas, l-ordnijiet għax-xogħlijiet saru fuq bażi kompetittiva, aħna vverifikajna kif il-Parlament kien stabbilixxa l-prezzijiet għal kull unità kif jidhru fuq l-ordnijiet. Aħna osservajna li, għal ċerti xogħlijiet, il-Parlament ma kienx fittex li jakkwista aktar minn offerta waħda. L-użu ta’ dan l-approċċ jista’ jfisser li x-xogħlijiet ma jiġux akkwistati bl-aktar prezz baxx.

10.9.

Fl-ewwel każ il-Parlament ibbaża d-deċiżjoni fuq id-dokumenti ppreżentati skont ir-Regoli ta' Applikazzjoni, iżda se jikkunsidra l-osservazzjonijiet tal-Qorti fi proċeduri futuri; fit-tieni każ, ittieħdu miżuri biex jinkisbu l-aktar prezzijiet kompetittivi f'dan il-kuntratt ikkumplikat; sadanittant il-Parlament tejjeb il-proċess b'użu aktar intensiv ta' kuntratti ta' qafas mal-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni.

10.10.

Waħda mit-tranżazzjoni fil-kampjun tagħna, li tirrigwarda l-Ombudsman Ewropew, kienet relatata ma’ proċedura ta' akkwist immexxija mill-Parlament Ewropew għall-għażla ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar. Wieħed mill-kriterji tal-għażla kien jirrikjedi li l-offerenti jkollhom fatturat annwali ħames darbiet ogħla mill-valur annwali stmat tal-kuntratt li għalih kienu qed jagħmlu offerta (6). Aħna jidhrilna li dan il-kriterju huwa strett wisq u li seta’ żamm lil kumpaniji żgħar milli jissottomettu offerta.

10.10.

Il-Parlament ħa nota tal-kummenti tal-Qorti; sadanittant, wara l-emenda tar-Regolament Finanzjarju fl-2016, il-limitu applikat – fost l-oħrajn fil-proċedura li għaddejja għal kuntratt ġdid – huwa d-doppju tal-valur stmat tal-kuntratt annwali. Ta' min jinnota li r-rekwiżiti tal-kuntratt setgħu jiġu ssodisfati biss minn għadd ristrett ta' kumpaniji, f'dak iż-żmien kollha ssodisfaw il-kriterju – ma seħħitx restrizzjoni tal-kompetizzjoni.

10.11.

L-eżaminar tagħna ta’ tranżazzjoni partikolari relatata mal-pagament ta’ sussidji lil gruppi ta’ viżitaturi żvelat problemi relatati mad-dikjarazzjoni tal-infiq ippreżentata minn wieħed minn dawn il-gruppi, peress li l-ammonti inklużi fid-dokumentazzjoni ta’ sostenn ma kinux jaqblu ma’ dawk li tniżżlu fid-dikjarazzjoni tal-infiq (7). F’każ ieħor, aħna qbadna nfiq ineliġibbli ddikjarat minn grupp li ppreżenta klejm għal parti minn vjaġġ għal Brussell li ma kienx relatat maż-żjara tiegħu fil-Parlament Ewropew.

10.11.

Il-Parlament jieħu nota tal-fatt li għal wieħed mill-gruppi wħud mid-dokumenti ġustifikattivi ma qablux mal-infiq iddikjarat. Huwa għal din ir-raġuni li l-Parlament stabbilixxa programm ta' verifika ex post biex jikkontrolla d-dokumenti ġustifikattivi. Għall-infiq li ma jkunx ġustifikat kif dovut jew li ma jkunx eliġibbli, tinħareġ ordni ta' rkupru.

Fir-rigward tal-eliġibilità tal-infiq relatat maż-żjajjar, il-Parlament iqis li l-eliġibbiltà għandha tiġi valutata filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ġenerali tal-programm tal-viżitaturi, l-offerta usa' għall-viżitaturi kif stipulat fl-Istrateġija tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew u approvata mill-Bureau tal-Parlament f'April 2015, u l-limitazzjonijiet loġistiċi għall-organizzazzjoni tat-trasport tal-gruppi ta' viżitaturi.

 

RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.12.

Bħal fi snin preċedenti (8), aħna sibna għadd żgħir ta’ żbalji relatati mal-ispejjeż għall-persunal u xi dgħufijiet fil-mod kif il-PMO mmaniġġjat l-allowances tal-familja. Aħna ġbidna l-attenzjoni tal-maniġment tal-Kummissjoni dwar dawn.

10.12.

Ir-responsabbiltà għad-dikjarazzjoni/aġġornament tal-informazzjoni personali, inkluż dwar il-benefiċċji tal-familja, hija l-ewwel u qabel kollox tal-aġenti.

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni, diġà implimentat diversi miżuri biex ittejjeb ulterjorment is-sitwazzjoni personali u l-ġestjoni tal-benefiċċji tal-familja.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

10.13.

Ir-rapport tal-awditur estern (9) jiddikjara li, “ir-rapporti finanzjarji jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta’ Diċembru 2017, u tar-riżultati tal-operat tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar”.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

10.14.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq “Amministrazzjoni” ma kienx materjali. Għal din l-intestatura tal-QFP, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet ta livell kumplessiv ta’ żball stmat ta’ 0,5  % (ara l- Anness 10.1 ).

 

Rakkomandazzjonijiet

10.15.

L- Anness 10.2 juri s-sejbiet tal-analiżi ta' segwitu li wettaqna għat-tliet rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2014 tagħna. Aħna ma analizzajniex żewġ rakkomandazzjonijiet minħabba li x-xogħol tal-awditjar tagħna għall-2017 ma kienx ikopri tranżazzjonijiet ta’ dan it-tip. L-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati kienu implimentaw it-tielet rakkomandazzjoni fil-biċċa l-kbira mill-aspetti.

 

 

RISPOSTI TAL-PARLAMENT EWROPEW

10.16.

Ibbażat fuq din l-analiżi u fuq is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2017, aħna nirrakkommandaw li:

 

Rakkomandazzjoni 1: fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew itejjeb il-linji gwida għall-uffiċjali awtorizzanti dwar it-tfassil u l-kontrolli tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti għall-proċeduri ta' akkwist (ara l-paragrafi 10.9 u 10.10).

Il-Parlament jinnota li s-suġġetti bħat-tfassil tal-proċeduri u l-verifika tal-konformità mal-kriterji tal-għażla jiffurmaw parti minn gwida xierqa. Il-kwistjonijiet prevalenti dwar iż-żieda fil-kompetizzjoni huma s-suġġett ta' valutazzjoni mill-korp ta' koordinazzjoni tal-Parlament fi kwistjonijiet ta' akkwist, li bħalissa qed jevalwa wkoll kwistjonijiet relatati fid-dawl tar-rapport speċjali tal-Qorti 17/2016

Rakkomandazzjoni 2: matul ir-reviżjoni li jmiss tar-regoli li jirregolaw l-akkoljenza ta’ gruppi ta’ viżitaturi, il-Parlament Ewropew isaħħaħ il-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-infiq billi jirrikjedi li l-gruppi jipprovdu dokumentazzjoni ta’ sostenn mal-klejms għall-ispejjeż tagħhom (ara l-paragrafu 10.11).

Il-Parlament jieħu nota ta' din ir-rakkomandazzjoni li se tiġi kkunsidrata meta jkunu eżaminati r-regoli; sadanittant, il-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli se jiġu adattati għar-riskju mġarrab.

 

RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rakkomandazzjoni 3: il-Kummissjoni Ewropea ttejjeb mill-aktar fis possibbli s-sistemi tagħha għall-ġestjoni tal-allowances statutorji tal-familja billi ssaħħaħ il-kontrolli tal-konsistenza tad-dikjarazzjoni li ssir mill-membri tal-persunal dwar allowances li jirċievu minn sorsi oħra (ara l-paragrafu 10.12).

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u diġà ħadet miżuri biex ittejjeb il-ġestjoni tal-benefiċċji tal-familja.


(1)  Din tinkludi n-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE, il-pensjonijiet u l-pagamenti għall-Iskejjel Ewropej. Għal dawn tal-aħħar, aħna noħorġu rapport annwali speċifiku li jiġi ppreżentat lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej. Kopja ta’ dan ir-rapport tintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea.

(2)  Ir-rapporti annwali speċifiċi tagħna dwar l-aġenziji u l-korpi l-oħra jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Id-DĠ Riżorsi Umani u Sigurtà, l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (il-PMO), l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fi Brussell u fil-Lussemburgu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u d-DĠ Informatika.

(4)  PricewaterhouseCoopers, Société à responsabilité limitée, Réviseur d'Entreprises.

(5)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 0,0 % u 1,2 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(6)  Skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 146 dwar il-kriterji tal-għażla tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju fis-seħħ fl-2013, fiż-żmien tat-twettiq tal-proċedura ta' akkwist, “L-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti bħala prova tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidat jew ta’ min jitfa’ l-offerta u l-livelli minimi ta’ kapaċità meħtieġa skont il-paragrafu 2, ma jistgħux imorru lil hinn mill-għan tal-kuntratt (…)”. Aħna jidhrilna li kriterju ta’ minn darbtejn sa tliet darbiet il-valur annwali stmat tal-kuntratt huwa raġonevoli. Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 147 dwar il-kapaċità ekonomika u finanzjarja tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2016 jikkjarifika din il-kwistjoni u jirrikjedi biss li “(…) il-fatturat annwali minimu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-valur annwali stmat tal-kuntratt, għajr f'każijiet debitament ġustifikati marbuta man-natura tax-xiri, li l-awtorità kontraenti għandha tispjega fid-dokumenti tal-akkwist.”

(7)  Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 20 tar-regoli li jirregolaw l-akkoljenza ta’ gruppi ta’ viżitaturi jiddikjara li l-gruppi jridu jippreżentaw id-dikjarazzjoni finali tagħhom tal-infiq mhux aktar tard minn tletin jum wara ż-żjara. Madankollu, ir-regoli ma jirrikjedux li jippreżentaw dokumenti ta’ sostenn (eż. fatturi ta’ partijiet terzi, biljetti tal-imbarkazzjoni) f’dan l-istadju. Dokumenti bħal dawn iridu jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin u jridu jiġu pprovduti lill-Parlament f’każ ta’ kontrolli ex post biss.

(8)  Ara r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 9.12, u r-Rapport Annwali 2014, il-paragrafu 9.13.

(9)  Ara r-rapport tal-awditur estern dwar ir-rapporti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 10.5.

(*1)  Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) 1 % – 0,1.

(*2)  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri 1 % – 0,1.

(*3)  Oħrajn (il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data) 1 % – 0,1.

(10)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 15).

ANNESS 10.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “AMMINISTRAZZJONI”

 

2017

2016

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

55

100

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

0,5  %

0,2  %

 

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

1,2  %

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

0,0  %

 

ANNESS 10.2

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “AMMINISTRAZZJONI”

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Istituzzjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli (*1)

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2014

Rakkomandazzjoni 1 (il-Parlament Ewropew):

Partiti politiċi Ewropej

Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew isaħħaħ il-kontrolli tiegħu fuq l-ispejjeż rimborżati mill-partiti politiċi Ewropej lill-organizzazzjonijiet affiljati tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiżviluppa regoli xierqa dwar l-akkwist pubbliku għall-partiti politiċi u li jimmonitorja l-applikazzjoni tagħhom permezz ta' kontrolli xierqa u gwida aħjar (ara r-Rapport Annwali 2014, il-paragrafi 9.11 u 9.17).

 

 

 

 

X

 

 

Rakkomandazzjoni 2 (il-KESE):

Akkwist

Jenħtieġ li l-KESE jtejjeb it-tfassil, il-koordinazzjoni u t-twettiq ta’ proċeduri ta' akkwist permezz ta’ kontrolli xierqa u gwida aħjar (ara r-Rapport Annwali 2014, il-paragrafi 9.12 u 9.17).

 

 

 

 

X

 

 

Rakkomandazzjoni 3 (istituzzjonijiet u korpi):

Salarji u allowances tal-familja

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-korpi jtejbu s-sistemi ta' monitoraġġ tagħhom għall-aġġornament f'waqtu tas-sitwazzjoni personali tal-membri tal-persunal, li jista' jkollu impatt fuq il-kalkolu tal-allowances tal-familja (ara r-Rapport Annwali 2014, il-paragrafi 9.13 u 9.17).

 

X

 

 

 

 

 


(*1)  Ix-xogħol tal-awditjar tagħna għall-2017 ma kienx jinkludi l-eżaminar ta’ tranżazzjonijiet ta’ dan it-tip. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet se jingħataw segwitu fis-snin li ġejjin.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/315


RAPPORT ANNWALI DWAR L-ATTIVITAJIET IFFINANZJATI MIT-8, MID-9, MILL-10 U MILL-11-IL FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP GĦAS-SENA FINANZJARJA 2017

(2018/C 357/02)

Rapport annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2017

WERREJ

Introduzzjoni 1-5
Deskrizzjoni qasira tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp 2-5
Kapitolu I — Implimentazzjoni Finanzjarja tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ 6-10
Kapitolu II — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti dwar il-FEŻ 11-41
Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-awditur indipendenti I-XXI
Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni 11-41
Ambitu u approċċ tal-awditjar 11-14
Affidabbiltà tal-kontijiet 15
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 16-28
Rapport annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza 29-41
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 42-47
Konklużjoni 42-45
Rakkomandazzjonijiet 46-47

Anness 1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

Anness 2 —

Pagamenti mill-FEŻ fl-2017 skont ir-reġjun prinċipali

Anness 3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

1.

Dan ir-rapport annwali jippreżenta s-sejbiet tagħna għat-8, id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ). Il- Kaxxa 1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u tal-infiq f’dan il-qasam fl-2017.

 

Kaxxa 1 —   Fondi Ewropej għall-Iżvilupp — stampa ġenerali finanzjarja għall-2017

Image

Tabella 1 – Fondi Ewropej għall-Iżvilupp – informazzjoni ewlenija għall-2017

(EUR miljun)

Total tal-pagamenti

4 256

- pagamenti bil-quddiem u kontribuzzjonijiet mill-FEŻ għall-Fondi Fiduċjarji tal-UE

-2 648

+ approvazzjonijiet ta’ pagamenti bil-quddiem u Fondi Fiduċjarji tal-UE

1 876

Popolazzjoni awditjata

3 484

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet konsolidati tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għall-2017 u fuq ir-Rapport Annwali tal-Attività 2017 tad-DĠ DEVCO.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

2.

Imnedija fl-1959, il-FEŻ huma l-istrument prinċipali li permezz tiegħu l-Unjoni Ewropea (UE) tipprovdi għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u lill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE). Il-ftehim ta’ sħubija li ġie ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 għal perjodu ta’ 20 sena (“il-Ftehim ta’ Cotonou”) huwa l-qafas attwali li jirregola r-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi AKP u l-PTEE. L-objettiv prinċipali tiegħu huwa t-tnaqqis, u eventwalment il-qerda, tal-faqar.

 

3.

Il-FEŻ huma partikolari minħabba li:

(a)

huma ffinanzjati mill-Istati Membri skont kwoti, jew “koeffiċjenti tal-kontribuzzjoni”, li jiġu ssettjati mill-gvernijiet nazzjonali fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

(b)

huma mmaniġġjati mill-Kummissjoni, barra mill-qafas tal-baġit ġenerali tal-UE, u mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI);

(c)

minħabba n-natura intergovernattiva tal-FEŻ, il-Parlament Ewropew (PE) jeżerċita rwol aktar limitat fil-funzjonament tagħhom milli jeżerċita għall-istrumenti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-UE; b'mod partikolari, huwa mhuwiex involut fl-istabbiliment u fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻ. Madankollu, il-Parlament Ewropew jibqa’ l-awtorità ta' kwittanza, minbarra għall-Faċilità ta' Investiment, li hija mmaniġġjata mill-BEI u li għalhekk taqa’ barra mill-ambitu tal-awditu tagħna (1)  (2);

(d)

il-prinċipju tal-annwalità ma japplikax għall-FEŻ: ftehimiet relatati mal-FEŻ normalment jiġu konklużi għal perjodu ta' impenn ta' minn ħames sa seba' snin, u l-pagamenti jistgħu jsiru fuq perjodu li jkun ħafna itwal.

 

4.

Il-FEŻ huma mmaniġġjati kważi interament mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (id-DĠ DEVCO) (3).

 

5.

L-infiq kopert f’dan ir-rapport jitwassal bl-użu ta' firxa wiesgħa ta’ metodi ta’ twassil (4), li huma implimentati f’79 pajjiż.

 

KAPITOLU I — IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA TAT-8, TAD-9, TAL-10 U TAL-11-IL FEŻ

6.

Il-baġit tat-8 FEŻ (1995–2000) kien ta’ EUR 12 840  miljun, dak tad-9 FEŻ (2000–2007) kien ta’ EUR 13 800  miljun, u dak tal-10 FEŻ (2008–2013) kien ta’ EUR 22 682  miljun.

 

7.

Il-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-11-il FEŻ (5) (2015–2020) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2015 (6). Il-11-il FEŻ fih EUR 30 506  miljun (7), li minnhom EUR 29 089  miljun huma allokati għall-pajjiżi AKP u EUR 364,5  miljun għall-PTEE.

 

8.

Il- Kaxxa 2 turi l-użu tar-riżorsi tal-FEŻ fl-2017 kif ukoll l-użu kumulattiv tagħhom.

 

Kaxxa 2 —   Użu tar-riżorsi tal-FEŻ sal-31 ta’ Diċembru 2017

(EUR miljun)

 

Sitwazzjoni fi tmiem l-2016

Implimentazzjoni baġitarja matul is-sena finanzjarja 2017 (ammonti netti) (47)

Sitwazzjoni fi tmiem l-2017

 

Ammont totali

Rata ta’ implimentazzjoni (43)

it-8 FEŻ (44)

id-9 FEŻ (44)

l-10 FEŻ

il-11-il FEŻ (44)

Ammont totali

it-8 FEŻ

id-9 FEŻ

l-10 FEŻ

il-11-il FEŻ

Ammont totali

Rata ta’ implimentazzjoni (43)

A -

RIŻORSI  (42)

76 896

 

-7

-37

-119

191

28

10 385

15 430

21 488

29 621

76 924

 

B -

UŻU

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.

Impenji globali  (45)

60 097

78,2  %

-9

-38

-5

5 807

5 755

10 382

15 391

21 052

19 027

65 852

85,6  %

2.

Impenji individwali  (46)

53 032

69,0  %

-3

-20

550

5 684

6 211

10 376

15 289

20 125

13 453

59 243

77,0  %

3.

Pagamenti

45 339

59,0  %

-1

111

1 277

2 770

4 157

10 375

15 164

17 753

6 206

49 498

64,3  %

C -

Impenji pendenti (B1-B3)

14 758

19,2  %

 

 

 

 

 

7

227

3 299

12 821

16 354

21,3  %

D -

Bilanċ disponibbli (A-B1)

16 799

21,8  %

 

 

 

 

 

3

39

436

10 594

11 072

14,4  %

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet annwali konsolidati tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għall-2017. Iċ-ċifri ppreżentati ma jkoprux il-parti tal-FEŻ li hija mmaniġġjata mill-BEI.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.

Fl-2017, id-DĠ DEVCO kompla bl-isforzi tiegħu biex inaqqas il-prefinanzjamenti antiki u l-impenji li ma ntnefqux bl-għan li dawn jilħqu l-mira ta’ 25 % (8) (ara l- Kaxxa 3 ).

 

Kaxxa 3 —   KPIs relatati mat-tnaqqis tal-prefinanzjamenti antiki, l-impenji antiki li ma ntnefqux u l-kuntratti antiki li skadew

Il-mira tad-DĠ DEVCO nqabżet billi l-prefinzjamenti antiki tnaqqsu b’37,60  % għall-qasam intier ta’ responsabbiltà tiegħu (32,58  % għall-FEŻ) u l-impenji antiki li ma ntnefqux tnaqqsu bi 38,49  % (37,63  % għall-FEŻ).

Anki jekk għall-FEŻ, il-mira stabbilita li l-proporzjon ta’ kuntratti li skadew (9) jinżamm inqas minn 15 % tat-total tal-kuntratti miftuħa ma nkisbitx (18,75  %), il-mira kumplessiva fil-fatt inkisbet (14,95  %). Ir-raġuni prinċipali għaliex il-perċentwal għall-kuntratti tal-FEŻ kien aktar baxx hija li l-għeluq tal-kuntratti antiki tal-FEŻ li skadew huwa teknikament aktar kumpless jekk ikun hemm ordnijiet ta’ rkupru li ma jkunux issarrfu. F’Settembru 2017, id-DĠ DEVCO beda proċedura ġdida biex jindirizza din il-problema. Aħna se nwettqu segwitu tal-proċedura l-ġdida fil-kuntest tal-awditu annwali 2018 tagħna.

 

10.

Għall-kuntrarju ta’ dak li jiġri fil-każ taż-żmien li jkun għadda mill-prefinanzjamenti, il-Kummissjoni ma għandhiex KPI biex timmonitorja ż-żmien li jkun għadda mill-kontribuzzjonijiet bil-quddiem imħallsa fil-Fondi Fiduċjarji tal-UE (il-fond fiduċjarju Bêkou u l-fond fiduċjarju ta' emerġenza tal-UE għall-Afrika).

10.

Skont ir-regoli tal-kontabbiltà, il-kontribuzzjonijiet mill-FEŻ għall-Fondi Fiduċjarji tal-UE huma ppreżentati fil-kontijiet annwali tal-FEŻ. Dawn jiġu mmonitorjati u kkontrollati fuq bażi annwali. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ assorbiment tar-RAL (10) tal-Fondi Fiduċjarji tal-UE li għandu impatt dirett fuq iż-żmien li jkun għadda minn dawk il-kontribuzzjonijiet huwa mmonitorjat f’ħin reali permezz tal-KPI 4 (il-kapaċità tal-assorbimenti RAL). Il-Kummissjoni tqis għalhekk li ż-żmien li jkun għadda mill-kontribuzzjonijiet mill-FEŻ għall-Fondi Fiduċjarji tal-UE huwa mmonitorjat b’mod korrett u li l-ħolqien ta’ KPI addizzjonali mhuwiex meħtieġ.

KAPITOLU II — ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-QORTI DWAR IL-FEŻ

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-awditur indipendenti

Opinjoni

I.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet annwali tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ, li jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017, approvati mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Ġunju 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet u li l-ġestjoni finanzjarja tagħhom hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni (11),

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il FEŻ, li japplika wkoll għal FEŻ preċedenti.

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

II.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet annwali tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 2017, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi tal-flus tagħhom u il-bidliet fl-assi netti tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ u r-regoli kontabilistiċi bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

III.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

IV.

Fl-opinjoni tagħna, minħabba s-sinifikat tal-kwistjonijiet deskritti fil-paragrafu li jirrigwarda l-bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017 huma milquta minn livell materjali ta' żball.

Bażi għal opinjoni

V.

Aħna wettaqna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI (ISSAIs). Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawn l-istandards huma deskritti f’aktar dettall fit-taqsima tar-rapport tagħna intitolata “Responsabbiltajiet tal-awditur”. Aħna awdituri indipendenti f'konformità mal-Kodiċi ta’ Etika għall-Kontabilisti Professjonali tal-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Etika għall-Kontabilisti (IESBA), u wettaqna r-responsabbiltajiet etiċi l-oħra tagħna skont dawn l-istandards u r-rekwiżiti u skont il-Kodiċi tal-IESBA. Aħna nemmnu li l-evidenza għall-awditjar li ksibna hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.

Bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

VI.

L-infiq irreġistrat fl-2017 taħt it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ huwa milqut minn livell materjali ta’ żball. Il-livell ta’ żball stmat minna għall-infiq li fuqu huma bbażati l-kontijiet huwa ta’ 4,5  %.

Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar

VII.

Il-kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar huma dawk li, fil-ġudizzju professjonali tagħna, kienu tal-akbar sinifikat fl-awditu li wettaqna tar-rapporti finanzjarji għall-perjodu attwali. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-kuntest tal-awditu li wettaqna tar-rapporti finanzjarji fl-intier tagħhom, kif ukoll aħna u nifformulaw l-opinjonijiet tagħna dwarhom, iżda ma nipprovdux opinjoni separata dwar dawn il-kwistjonijiet.

Imposti dovuti

VIII.

Aħna vvalutajna l-imposti dovuti ppreżentati fil-kontijiet (ara n-Nota 2.8) li huma suġġetti għal livell għoli ta’ stimar. Fi tmiem is-sena 2017, il-Kummissjoni stmat li l-ispejjeż eliġibbli li ġġarrbu iżda li kienu għadhom ma ġewx irrappurtati mill-benefiċjarji kienu jammontaw għal EUR 4 653  miljun (fi tmiem is-sena 2016: EUR 3 903 miljun).

IX.

Aħna eżaminajna l-kalkolu ta’ dawn l-istimi tad-dovuti, u analizzajna kampjun ta’ 36 kuntratt individwali biex nindirizzaw ir-riskju li d-dovuti ma ġewx iddikjarati b’mod korrett. Ix-xogħol li twettaq wassalna għall-konklużjoni li l-imposti dovuti rrikonoxxuti fil-kontijiet finali kienu xierqa.

L-impatt potenzjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq il-kontijiet tal-FEŻ għall-2017

X.

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika formalment lill-Kunsill Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea (UE). Fid-19 ta’ Marzu 2018 il-Kummissjoni ppubblikat abbozz ta’ ftehim dwar il-ħruġ li ddeskriva l-progress li sar fin-negozjati mar-Renju Unit. Dan l-abbozz ta’ ftehim dwar il-ħruġ jiddikjara li r-Renju Unit se jibqa’ jipparteċipa fil-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u tal-FEŻ preċedenti kollha li għadhom ma ngħalqux, u se jassumi l-istess obbligi bħall-Istati Membri taħt il-ftehim intern li permezz tiegħu ġie stabbilit il-11-il FEŻ, kif ukoll l-obbligi li jirriżultaw minn FEŻ preċedenti sal-għeluq tagħhom.

XI.

L-abbozz ta’ ftehim dwar il-ħruġ jiddikjara wkoll li, fejn l-ammonti minn proġetti taħt l-10 FEŻ jew taħt FEŻ preċedenti ma jkunux ġew impenjati jew ikunu ġew diżimpenjati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim, is-sehem ta’ dawn l-ammonti li jkun tar-Renju Unit ma jerġax jintuża. L-istess regola tapplika wkoll għas-sehem li r-Renju Unit ikollu ta’ fondi li ma jkunux ġew impenjati jew li jkunu ġew diżimpenjati taħt il-11-il FEŻ wara l-31 ta’ Diċembru 2020. In-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea għadhom għaddejjin u għalhekk, it-test finali tal-ftehim għadu ma ġiex ikkonfermat.

XII.

Ibbażat fuq dan, aħna nikkonkludu li l-kontijiet fil-31 ta’ Diċembru 2017 jirriflettu din is-sitwazzjoni b’mod korrett, suġġett għall-eżitu tal-proċess tal-ħruġ.

Responsabbiltajiet tal-maniġment

XIII.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-FEŻ abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-Kummissjoni terfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-FEŻ.

XIV.

Fit-tħejjija tal-kontijiet tal-FEŻ, il-Kummissjoni hija responsabbli milli tivvaluta l-kapaċità tal-FEŻ li jkomplu bħala negozju avvjat, filwaqt li tiddivulga kwalunkwe kwistjoni rilevanti u tuża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat dment li ma jkollhiex l-intenzjoni li tillikwida l-entità jew li twaqqaf l-operazzjonijiet, jew ma jkollha l-ebda alternattiva realistika ħlief li tagħmel dan.

XV.

Il-Kummissjoni hija responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-FEŻ.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet tal-FEŻ u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

XVI.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-FEŻ jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li l-awditu jkun neċessarjament qabad il-każijiet kollha ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali jew ta’ nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet tal-FEŻ.

XVII.

Bħala parti minn awditu, f’konformità mal-ISAs u l-ISSAIs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nżommu x-xettiċiżmu professjonali tul l-awditu. Minbarra dan, aħna:

Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet tal-FEŻ u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-FEŻ, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Aħna nfasslu u nwettqu proċeduri tal-awditjar li jkunu jagħtu rispons għal dawk ir-riskji, u niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna. Każijiet ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità li jkunu kkaġunati minn frodi huma aktar diffiċli li jinqabdu minn dawk li jkunu kkaġunati minn xi żball, billi l-frodi tista' tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonali, rappreżentazzjonijiet skorretti, jew ordnijiet superjuri fuq kontrolli interni. Konsegwentement, hemm riskju akbar li każijiet bħal dawn ma jinqabdux.

Niksbu fehim tal-kontroll intern rilevanti għall-awditu sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern.

Nevalwaw l-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati mill-maniġment u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru minnu.

Nilħqu konklużjonijiet dwar l-adegwatezza tal-użu li jsir mill-maniġment tal-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat u, abbażi tal-evidenza għall-awditjar miksuba, jekk teżistix inċertezza materjali dovuta għal avvenimenti jew kundizzjonijiet li jistgħu jixħtu dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-FEŻ biex ikomplu bħala negozju avvjat. Jekk nikkonkludu li tkun teżisti inċertezza materjali bħal din, aħna meħtieġa li, fir-rapport tagħna, niġbdu l-attenzjoni għad-divulgazzjonijiet relatati fil-kontijiet konsolidati jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, li nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bbażati fuq l-evidenza għall-awditjar li tkun inkisbet sad-data tar-rapport tagħna. Madankollu, minħabba avvenimenti jew kundizzjonijiet fil-ġejjieni, entità tista’ ma tibqax tkompli tiffunzjona bħala negozju avvjat.

Nevalwaw il-preżentazzjoni kumplessiva, l-istruttura u l-kontenut tal-kontijiet annwali, li jinkludu d-divulgazzjonijiet kollha, u nivvalutaw jekk il-kontijiet annwali jkunux jirrappreżentaw it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti ta’ bażi b’mod li tintlaħaq preżentazzjoni ġusta.

XVIII.

Aħna nikkomunikaw ma’ dawk inkarigati mill-maniġment dwar, fost affarijiet oħra, l-ambitu u l-għażla taż-żmien ippjanati tal-awditu u dwar sejbiet tal-awditjar li jkunu sinifikanti, inklużi sejbiet dwar kwalunkwe defiċjenza sinifikanti fil-kontroll intern.

XIX.

Għad-dħul, aħna neżaminaw il-kontribuzzjonijiet kollha mill-Istati Membri u kampjun ta’ tipi oħra ta’ tranżazzjonijiet tad-dħul.

XX.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament ladarba l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta' pagamenti (inklużi dawk li jkunu saru għax-xiri ta' assi) minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati ladarba r-riċevitur tal-fondi jkun pprovda evidenza tal-użu xieraq tagħhom, u l-Istituzzjoni jew il-korp ikun aċċetta dik l-evidenza billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

XXI.

Mill-kwistjonijiet li jkunu ġew diskussi mal-Kummissjoni, aħna niddeterminaw liema kellhom l-akbar sinifikat fl-awditjar tal-kontijiet tal-FEŻ u huma għalhekk il-kwistjonjiet ewlenin tal-awditjar għall-perjodu attwali. Aħna niddeskrivu dawn il-kwistjonijiet fir-rapport tagħna, dment li l-ebda liġi jew regolament ma jkun jipprekludi d-divulgazzjoni pubblika jew, kif jiġri f’każijiet rari ħafna, aħna niddeterminaw li kwistjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata fir-rapport tagħna minħabba li l-konsegwenzi avversi ta’ dan jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jkunu akbar minn kwalunkwe benefiċċju għall-interess pubbliku.

It-12 ta’ Lulju 2018.

Klaus-Heiner LEHNE

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, Luxembourg, LUXEMBOURG

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

Ambitu u approċċ tal-awditjar

11.

L- Anness 1.1 tar-Rapport Annwali 2017 tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jippreżenta l-approċċ u l-metodi tal-awditjar tagħna. Jenħtieġ li jiġu osservati l-punti speċifiċi li ġejjin inkonnessjoni mal-awditu ta’ din is-sena tal-FEŻ.

 

12.

L-osservazzjonijiet tagħna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ huma bbażati fuq ir-rapporti finanzjarji (12) tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ, approvati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ (13), flimkien mal-ittra tar-rappreżentazzjonijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà li rċevejna fil-21 ta’ Ġunju 2018. Aħna ttestjajna l-ammonti u d-divulgazzjonijiet ipprovduti, u vvalutajna l-prinċipji kontabilistiċi użati, kif ukoll l-istimi sinifikanti kollha li saru mill-Kummissjoni u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

 

13.

Biex awditjajna r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, aħna ħadna l-passi li ġejjin.

 

(a)

Eżaminajna l-kontribuzzjonijiet kollha li saru mill-Istati Membri u kampjun ta’ tipi oħra ta’ tranżazzjonijiet tad-dħul.

 

(b)

Eżaminajna kampjun ta’ 128 tranżazzjoni li kien rappreżentattiv tal-firxa sħiħa tal-pagamenti li saru fi ħdan il-FEŻ, u kien jikkonsisti f’100 pagament awtorizzati minn 23 delegazzjoni tal-UE (14) u 28 pagament approvati mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni (15). Peress li parti mill-popolazzjoni li awditjajna kienet koperta mill-istudju tal-2017 dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER) imwettaq mid-DĠ DEVCO, fil-kampjun tagħna aħna inkludejna 14-il tranżazzjoni oħra li għalihom applikajna, wara aġġustament, ir-riżultati (16) ta’ dan l-istudju. Id-daqs totali tal-kampjun kien ta’ 142 tranżazzjoni, li huwa konformi mal-mudell ta’ aċċertament tal-Qorti.

 

(c)

Fejn kienu nqabdu żbalji fit-tranżazzjonijiet, aħna analizzajna s-sistemi rilevanti biex nidentifikaw d-dgħufijiet.

 

(d)

Ivvalutajna s-sistemi użati mid-DĠ DEVCO u mid-delegazzjonijiet tal-UE, fejn koprejna: (i) kontrolli ex ante li twettqu mill-persunal tal-Kummissjoni, awdituri esterni jew superviżuri qabel ma saru l-pagamenti, u (ii) monitoraġġ u superviżjoni, b'mod partikolari s-segwitu li twettaq ta' awditi esterni u l-istudju dwar ir-RER imsemmi hawn fuq.

 

(e)

Eżaminajna r-rapport annwali tal-attività (RAA) tad-DĠ DEVCO.

 

(f)

Wettaqna segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tagħna.

 

14.

Kif indikat fil-paragrafu 4, id-DĠ DEVCO jimplimenta l-biċċa l-kbira mill-istrumenti ta’ assistenza esterna ffinanzjati kemm mill-baġit ġenerali kif ukoll mill-FEŻ. L-osservazzjonijiet tagħna dwar is-sistemi, l-affidabbiltà tar-RAA u d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali għall-2017 huma relatati mal-qasam ta’ responsabbiltà intier tad-DĠ DEVCO.

 

Affidabbiltà tal-kontijiet

15.

Fis-sentejn preċedenti, aħna rrappurtajna dwar l-irkupri ta’ prefinanzjamenti li ma ntużawx u li kienu ġew irreġistrati b’mod skorrett bħala dħul operazzjonali. It-testijiet kontabilistiċi tad-DĠ DEVCO u l-analiżi tagħna ta’ kampjun ta’ ordnijiet ta’ rkupru (17) identifikaw ukoll każijiet simili fl-2017. Għalkemm fil-kontijiet finali tal-FEŻ saru korrezzjonijiet li ammontaw għal EUR 5,1  miljun (18), huwa probabbli li seħħew żbalji simili fil-popolazzjoni li ma ġietx ittestjata.

 

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Dħul

16.

It-tranżazzjonijiet tad-dħul ma kienx fihom livell materjali ta' żball.

 

Pagamenti

17.

L- Anness 1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-128 tranżazzjoni ta’ pagament li eżaminajna, 37 (29 %) kien fihom żbalji. Abbażi tat-30 żball li kkwantifikajna, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 4,5  % (19). Din iċ-ċifra tieħu inkunsiderazzjoni r-riżultati aġġustati tal-istudju tal-2017 dwar ir-RER. Il- Kaxxa 4 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2017 skont it-tip ta’ żball. Il- Kaxxa 5 tippreżenta eżempji ta’ dawn l-iżbalji.

 

Kaxxa 4 —   Ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat skont it-tip ta’ żball

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

18.

Mill-118-il tranżazzjoni ta’ pagament relatati ma’ proġetti (20) li eżaminajna, 37 (31 %) kien fihom żbalji (30 żball kwantifikabbli u 8 mhux kwantifikabbli). Mit-30 tranżazzjoni ta' pagament li kien fihom żbalji kwantifikabbli, 10 (33 %) kienu tranżazzjonijiet finali li ġew awtorizzati wara li kienu twettqu l-kontrolli ex ante kollha.

 

19.

Bħal fis-snin preċedenti, il-Kummissjoni u s-sħab tagħha inkarigati mill-implimentazzjoni wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma’ stimi ta’ programmi, ma' għotjiet, ma' ftehimiet ta’ kontribuzzjoni konklużi ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ ftehimiet ta’ delega konklużi ma’ aġenziji ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri tal-UE milli għamlu f’forom oħra ta’ appoġġ (21). Mill-75 tranżazzjoni ta' dan it-tip li eżaminajna, 27 (36 %) kien fihom żbalji kwantifikabbli, li kienu jirrappreżentaw 70 % tal-livell ta' żball stmat.

 

Kaxxa 5 —   Eżempji ta’ żbalji kwantifikabbli u ta’ żbalji mhux kwantifikabbli fi tranżazzjonijiet relatati ma’ proġetti

 

(a)    Infiq mhux imġarrab (żball kwantifikabbli)

Għal proġett ta’ ġestjoni tar-riżorsi naturali fis-Sudan il-Kummissjoni, bi żball, aċċettat EUR 2 miljun aktar milli s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, organizzazzjoni internazzjonali (OI), kien iddikjara bħala nfiq.

Meta eżaminajna elementi individwali ta’ nfiq, aħna sibna li tlieta minnhom kienu milquta minn żball peress li l-ammont ddikjarat ma kienx verament iġġarrab fl-intier tiegħu. L-iżball fl-approvazzjoni flimkien mal-ispejjeż ineliġibbli identifikati rriżulta f’rata ta’ żball ta’ 51,57  % tal-ispejjeż totali ttestjati.

 

(b)    Ebda dokument essenzjali ta' sostenn (żball kwantifikabbli)

Għal proġett tal-bijodiversità fl-Angola, li ġie implimentat minn OI, aħna ttestjajna elementi relatati ma’ kuntratti ta’ kostruzzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn ma kinux suffiċjenti biex jiġi verifikat l-infiq; u lanqas ma pprovdew rendikont tal-entrati għall-ammonti fatturati u x-xogħlijiet li saru. Il-kontrolli fuq il-post li wettaqna wrew diskrepenzi sinifikanti bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u x-xogħlijiet ikkompletati, f’termini ta’ daqs, disinn, u materjali użati. L-ispejjeż ineliġibbli rriżultaw f’rata ta’ żball ta’ 28,83  % tal-ispejjeż totali ttestjati.

 

(c)    Żball fl-akkwist — Dokumentazzjoni insuffiċjenti dwar il-proċedura ta' akkwist pubbliku (żball kwantifikabbli)

Meta ttestjajna l-infiq ta’ proġett li ġie implimentat minn organizzazzjoni biex jingħata appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat f’pajjiżi AKP, ma stajniex nivverifikaw l-eliġibbiltà ta’ element partikolari ta’ akkwist minħabba l-insuffiċjenza tad-dokumentazzjoni. Aħna tlabna ċerti dokumenti, bħat-talba għal stima, it-termini ta’ referenza, l-offerti riċevuti, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni jew notifika ta’ għotja, iżda ma rċevejna xejn. L-ispejjeż ineliġibbli rriżultaw f’rata ta’ żball ta’ 10,00  % tal-ispejjeż totali ttestjati.

 

(d)    Infiq ineliġibbli (żball kwantifikabbli)

Għal infiq fuq fond fiduċjarju amministrat minn korp internazzjonali aħna identifikajna żewġ elementi ta’ spejjeż ineliġibbli. Element minnhom kien jikkonsisti minn spejjeż indiretti rrappurtati bħala spejjeż diretti, u l-element l-ieħor la kien marbut direttament mal-attivitajiet tal-azzjoni u lanqas ma kien meħtieġ għall-ikkompletar tagħha. L-ispejjeż ineliġibbli rriżultaw f’rata ta’ żball ta’ 20,00  % tal-ispejjeż totali ttestjati.

 

(e)    Infiq ineliġibbli (żball kwantifikabbli u żball mhux kwantifikabbli)

Għal proġett ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ negozji lokali fit-Tanzanija, li kien ikkoordinat minn entità privata, aħna identifikajna tliet elementi li kienu affettwati minn żball. Element partikolari kien jinkludi l-VAT, li mhijiex eliġibbli taħt il-kundizzjonijiet tal-kuntratt, u li għaliha ma kienx hemm id-dokumenti kollha ta’ sostenn meħtieġa bħal fattura jew kuntratt. L-ispejjeż ineliġibbli rriżultaw f’rata ta’ żball ta’ 1,84  % tal-ispejjeż totali ttestjati.

Element ieħor, li kien irrappurtat bħala salarji, ma kienx ibbażat fuq is-salarji gross reali, iżda fuq stima. Spiża tista’ tiġi kkunsidrata bħala eliġibbli fil-każ biss fejn tkun iġġarrbet u tkun identifikabbli u verifikabbli. Għat-tielet element ma kienx possibbli nivverifikaw jekk l-ammont kienx jikkorrispondi għal salarji mħallsa fl-intier tagħhom u jekk il-benefiċjarju kienx żamm profitt. Dawn il-limitazzjonijiet irriżultaw fi żball mhux kwantifikabbli għaż-żewġ elementi.

 

20.

Fi tmien każijiet ta' żbalji kwantifikabbli u fi tliet każijiet ta’ żbalji mhux kwantifikabbli, il-Kummissjoni kellha informazzjoni suffiċjenti biex tipprevieni, jew biex taqbad u tikkoreġi, l-iżball qabel ma taċċetta l-infiq. Li kieku l-Kummissjoni għamlet użu xieraq minn din l-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta’ żball stmat kien ikun aktar baxx b'1,8  punti perċentwali. Aħna sibna żewġ tranżazzjonijiet oħra bi żbalji li kien imisshom inqabdu mill-awdituri u s-superviżuri esterni. Dawn il-każijiet ikkontribwew 0,1  punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat (22).

 

21.

Barra minn hekk, total ta’ 15-il tranżazzjoni li kien fihom żball kwantifikabbli (23) kienu ġew suġġetti għal awditu jew għal verifikazzjoni tal-infiq. L-informazzjoni pprovduta fir-rapporti tal-awditjar/ta' verifikazzjoni dwar ix-xogħol li fil-fatt kien sar ma ppermettitilniex nivvalutaw jekk l-iżbalji setgħux jinqabdu u jiġu kkoreġuti matul dawn il-kontrolli ex ante.

 

22.

Il-Fond Fiduċjarju għall-Infrastruttura Afrikana (AITF), immaniġġjat mill-Bank Ewropew tal-Investiment, huwa fond fiduċjarju li għalih tikkontribwixxi l-Kummissjoni. Id-DĠ DEVCO juża r-rapporti finanzjarji, kemm dawk awditjati kif ukoll dawk mhux awditjati, tal-fond bħala bażi biex jaċċetta l-infiq imġarrab, tal-inqas darba fis-sena. Ir-rapporti finanzjarji tal-fond jiġu stabbiliti skont l-IFRS (24), u jinkludu stimi (25). Għalhekk, ma jinkludux biss l-infiq reali li jkun iġġarrab. Barra minn hekk, ir-rapport tal-awditjar użat mid-DĠ DEVCO huwa ta’ awditu finanzjarju maħsub biex jipprovdi opinjoni tal-awditjar dwar ir-rapporti finanzjarji tal-fond. Huwa mhuwiex intenzjonat li jidentifika infiq ineliġibbli.

 

23.

L-awditu li wettaqna tat-tranżazzjonijiet taħt l-AITF sab żbalji kwantifikabbli u żbalji mhux kwantifikabbli marbuta mal-użu ta’ stimi, jew mal-fatt li ċerti kontrolli ex ante ma rnexxilhomx jaqbdu spejjeż ineliġbbli qabel ma dawn ġew aċċettati.

 

24.

F'żewġ oqsma, il-kundizzjonijiet ta’ pagament illimitaw il-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet kienu suxxettibbli għal żball. L-ewwel wieħed minn dawn l-oqsma kien l-appoġġ baġitarju (26). It-tieni qasam kien jinkludi każijiet fejn l-“approċċ nozzjonali” kien ġie applikat għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi u implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali (27).

 

25.

L-appoġġ baġitarju huwa kontribuzzjoni finanzjarja jew għall-baġit ġenerali ta' stat jew għall-baġit li l-istat jalloka għal politika speċifika jew objettiv speċifiku. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx irrispettat il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-pagamenti relatati mal-appoġġ baġitarju favur pajjiżi sħab, kif ukoll jekk kinitx ivverifikat li l-kundizzjonijiet ġenerali ta' eliġibbiltà (bħal titjib sodisfaċenti fil-ġestjoni finanzjarja tas-settur pubbliku) kienu ġew irrispettati qabel ma ġew żborżati l-fondi.

 

26.

Madankollu, minħabba l-marġni wiesgħa għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali, il-Kummissjoni għandha flessibbiltà konsiderevoli biex tiddeċiedi jekk dawn il-kundizzjonijiet ġenerali jkunux ġew irrispettati. L-awditu tar-regolarità li wettaqna ma jistax imur lil hinn mill-istadju fejn l-għajnuna titħallas lill-pajjiż sieħeb, peress li l-fondi mbagħad jingħaqdu mar-riżorsi baġitarji tal-pajjiż riċevitur. Kwalunkwe dgħufija fil-ġestjoni finanzjarja tiegħu li twassal għal użu ħażin fil-livell nazzjonali ma tirriżultax fi żbalji li jistgħu jinqabdu fl-awditu tagħna (28).

 

27.

Taħt l-“approċċ nozzjonali”, meta l-kontribuzzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni u minn donaturi oħra għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi jinġabru flimkien u ma jkunux assenjati għal elementi identifikabbli u speċifiċi ta’ nfiq, il-Kummissjoni tassumi li r-regoli ta’ eliġibbiltà tal-UE jkunu ġew irrispettati dment li l-ammont totali miġbur flimkien ikun jinkludi biżżejjed infiq eliġibbli biex ikopri l-kontribuzzjoni li ssir mill-UE. Aħna ħadna dan l-approċċ, kif applikat mill-Kummissjoni, inkunsiderazzjoni fl-ittestjar sostantiv li wettaqna (29).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

28.

Il-15-il tranżazzjoni ffinanzjati minn bosta donaturi li għalihom ġie applikat l-“approċċ nozzjonali” u l-10 tranżazzjonijiet relatati mal-appoġġ baġitarju li aħna eżaminajna ma kien fihom l-ebda żball. Meta dawn it-tranżazzjonijiet jiġu esklużi mill-kampjun awditjat, il-livell ta’ żball stmat huwa ta’ 6,5  % (30).

 

Rapport annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza

29.

F’kull rapport annwali tal-attività mill-2012 ’il hawn, id-DĠ DEVCO ħareġ riżerva dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Għaldaqstant, ġie adottat pjan ta' azzjoni biex jindirizza d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll tad-DĠ DEVCO.

 

30.

Is-sena li għaddiet aħna rrappurtajna dwar il-progress sodisfaċenti li kien sar fir-rigward tal-pjan ta' azzjoni 2015. Kienu ġew ikkompletati 10 azzjonijiet, filwaqt li 5 kienu ġew implimentati parzjalment u waħda kienet għadha għaddejja.

 

31.

Fil-pjan ta' azzjoni tiegħu 2016, id-DĠ DEVCO kompla jindirizza oqsma ta’ risku għoli: fondi taħt ġestjoni indiretta u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u għotjiet taħt ġestjoni diretta. Sa Marzu 2018, 10 azzjonijiet kienu ġew ikkompletati, filwaqt li 2 kienu ġew implimentati parzjalment (31), u 2 kienu għadhom għaddejjin.

 

32.

Sitt miżuri ġodda mmirati ġew miżjuda mal-pjan ta’ azzjoni 2017. Dawn il-mżuri huma maħsuba biex, pereżempju, inaqqsu l-iżbalji li jirriżultaw minn stimi ta’ programmi. Huma kienu jinkludu wkoll emendi li jridu jsiru fil-mudelli tal-kuntratti għall-ftehimiet ta’ delega u l-valutazzjonijiet tal-pilastri, biex jirriflettu l-bidliet fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

 

33.

Is-sistema ta' kontroll tad-DĠ DEVCO hija bbażata fuq kontrolli ex ante li jitwettqu qabel ma jiġi aċċettat l-infiq ikklejmjat mill-benefiċjarji. Din is-sena wkoll, il-frekwenza tal-iżbalji li nstabu — inklużi xi wħud li nstabu fil-klejms finali li kienu ġew suġġetti għal awditi esterni ex ante u verifikazzjonijiet tal-infiq ex ante, tkompli tindika li hemm dgħufijiet f’dawn il-kontrolli.

33.

Rigward it-termini ta’ referenza riveduti (ToR) għal verifikazzjonijiet tal-infiq ġew adottati fi tmiem Marzu tal-2018, li huma mistennija li jikkontribwixxu għal prestazzjoni aħjar ta’ kontrolli ex ante.

Studju tal-2017 dwar ir-RER

34.

Fl-2017, id-DĠ DEVCO wettaq is-sitt studju tiegħu dwar ir-RER biex jistma l-livell ta’ żball li l-kontrolli kollha ta’ ġestjoni għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji ma rnexxilhomx jaqbdu fil-qasam intier tar-responsabbiltà tiegħu (32). Għat-tieni sena konsekuttiva, ir-RER stmata mill-istudju kienet tinsab taħt is-soll ta' materjalità ta’ 2 % ssettjat mill-Kummissjoni (33).

 

35.

Fir-RAA 2017 tiegħu, id-DĠ DEVCO neħħa t-taqsima fejn tinġibed l-attenzjoni fuq il-limitazzjoni tal-istudju dwar ir-RER f’dak li jirrigwarda l-ambitu tal-eżaminar tal-proċeduri ta' akkwist, minkejja li din il-limitazzjoni għadha teżisti.

35.

Fil-fehma tal-Kummissjoni li tindika l-ambitu tal-eżaminazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist bħala differenza ewlenija kienet kemxejn esaġerata peress li l-kuntratturi RER jeżaminaw partijiet mill-proċeduri ta’ akkwist: dawn jiċċekkjaw id-dokumentazzjoni bażika ta’ appoġġ (bħan-notifika tal-akkwist, ir-rapporti għall-ftuħ tal-offerti, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni, id-deċiżjoni tal-għoti, eċċ.), iżda l-metodoloġija tar-RER ma tippreskrivix it-twettiq mill-ġdid tal-proċess tal-għażla (la fil-livell tal-Kummissjoni u lanqas fil-livell tal-benefiċjarju). F’xi każijiet, il-kuntratturi jistgħu, abbażi tal-esperjenza professjonali u l-analiżi tar-riskju, jiddeċiedu li janalizzaw il-proċess tal-akkwist f’kull dettall.

36.

Fl-istudju tal-2017 dwar ir-RER, l-għadd ta’ tranżazzjonijiet fejn ma kienx twettaq ittestjar sostantiv minħabba li kienet tpoġġiet fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti ta’ kontroll (xogħol preċedenti ta’ kontroll) kien ferm ogħla (67 % tat-tranżazzjonijiet) minn dak fi studji preċedenti (ara l- Kaxxa 6 ), minkejja li l-manwal tar-RER jippermetti li dan isir biss f’ċirkostanzi rari (34). Għall-biċċa l-kbira mit-tranżazzjonijiet tar-RER li kienu parti mill-kampjun għall-analiżi tagħna (35), aħna kkonkludejna li fejn kienet tpoġġiet fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti ta’ kontroll dan kien sar b’mod skorrett jew mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Barra minn hekk, l-iżbalji identifikati minn xogħol preċedenti ta’ kontroll ma kinux estrapolati għall-popolazzjoni mhux ittestjata, u għalhekk l-istudju jassumi li l-popolazzjoni mhux ittestjata hija ħielsa minn żball. Dan għandu impatt fuq ir-rata tal-iżball residwu.

36.

Fit-twassil tal-eżerċizzju RER 2017 ġie eżerċitat ġudizzju professjonali fejn l-interpretazzjoni kienet permessa jew meħtieġa.

Wara din l-esperjenza, il-Kummissjoni se tikkunsidra li tiżviluppa metodoloġija lejn dipendenza fuq ix-xogħol preċedenti ta’ awditjar f’ċirkostanzi aktar minn eċċezzjonali fejn jiġu applikati l-istandards internazzjonali.

37.

Minbarra ż-żieda sinifikanti ta’ każijiet fejn tpoġġiet fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti tal-awditjar, l-analiżi tagħna identifikat ukoll żbalji u inkonsistenzi fil-kalkolu u l-estrapolazzjoni ta’ żbalji individwali. Dawn l-iżbalji huma simili għal dawk li rrappurtajna fir-Rapport Annwali 2014 dwar il-FEŻ (36).

 

38.

Il-Kummissjoni ma mmonitorjatx b’mod xieraq ix-xogħol li twettaq mill-kuntrattur RER u għalhekk ma setgħetx tipprevieni l-problemi milli jseħħu.

38.

Kien hemm laqgħat regolari tal-monitoraġġ tal-progress tal-istudju fid-dettall. Il-Kummissjoni pprovdiet il-kuntrattur tar-RER bi gwida fil-limiti stabbiliti mill-ħtieġa assoluta tal-indipendenza u l-ġudizzju professjonali tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li tkompli ttejjeb il-monitoraġġ tagħha sabiex tagħmel segwitu aktar mill-qrib tal-aspetti l-aktar speċifiċi bħan-numru ta’ każijiet ta’ dipendenza sħiħa.

Kaxxa 6 —   Xejra tal-għadd ta’ tranżazzjonijiet li għalihom tpoġġiet fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti ta’ kontroll, 2012–2017

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Analiżi tar-Rapport Annwali tal-Attività 2017

39.

Fl-2016, id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ DEVCO kienet tinkludi żewġ riżervi, waħda minnhom relatata ma’ għotjiet f’ġestjoni diretta u indiretta, din tal-aħħar ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali, Aġenziji ta’ Żvilupp u stimi ta’ programmi. Ir-riżerva inkluża fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni li tidher fir-RAA 2017 (37) tinkludi biss għotjiet f’ġestjoni diretta.

 

40.

Din ir-riżerva hija bbażata fuq ir-riżultati tal-istudju dwar ir-RER. Kieku dan l-istudju segwa l-istess approċċ prudenti tas-snin preċedenti, l-eżitu tiegħu, u b’hekk id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni, probabbilment kienu jkunu differenti.

40.

Ir-riżerva ma hijiex ibbażata fuq ir-riżultat ta’ dan l-istudju dwar ir-RER waħdu. Dan huwa r-riżultat ta’ analiżi tar-riskju abbażi tal-eżerċizzji tal-ECA DAS u RER tal-aħħar tliet snin. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li l-approċċ segwit fl-eżerċizzju RER taħt skrutinju kien probabbilment iwassal għal riżultat differenti f’termini ta’ riżervi.

Barra minn hekk, ir-riżerva fl-2017 tar-RAR tabilħaqq kienet tirrigwarda għotjiet f’ġestjoni diretta biss, filwaqt li fis-snin ta’ qabel it-taħlita tar-rati ta’ żball u l-valutazzjonijiet tar-riskju wassal għal riżervi dwar aktar oqsma ta’ nfiq. Madankollu, dan ma jfissirx li l-isforzi ta’ kontroll tnaqqsu. Fid-deskrizzjoni ta’ riżerva huwa spjegat li għalkemm din ir-riżerva tirrigwarda biss għotjiet f’ġestjoni diretta, l-azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ oqsma oħra ta’ nfiq, jiġifieri dawk minn snin preċedenti, ser jitkomplew ukoll.

41.

Skont l-istima tad-DĠ DEVCO, l-ammont kumplessiv f’riskju meta sar il-pagament kien ta’ EUR 82,96  miljun (38). Minn dan l-ammont, huwa stmat li EUR 13,08  miljun (16 %) se jiġu kkoreġuti permezz tal-kontrolli li se jwettaq fis-snin li ġejjin (39).

 

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

42.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-kontijiet tal-FEŻ għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi tal-flus tagħhom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

 

43.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li, għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017:

(a)

id-dħul tal-FEŻ ma kienx milqut minn livell materjali ta' żball;

(b)

it-tranżazzjonijiet ta' pagamenti mill-FEŻ kienu milquta minn livell materjali ta' żball (ara l-paragrafi 17 sa 28). L-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet, wara l-integrazzjoni tar-riżultati aġġustati tal-istudju dwar ir-RER, ta livell ta’ żball stmat ta’ 4,5  % (ara l- Anness 1 ).

 

44.

Fir-rigward tal-istudju dwar ir-RER, wara li qisna l-approċċ inqas prudenti u n-natura, ir-rilevanza u l-volum ta’ żbalji li nqabdu matul l-analiżi tagħna, aħna nikkonkludu li r-riżultati tal-istudju ta’ din is-sena ma jistgħux jitqabblu mar-riżultati li nkisbu fis-snin preċedenti. Id-dgħufijiet li nstabu għandhom impatt fuq ir-riżultati tar-rata tal-iżball residwu għall-2017 (ara l-paragrafi 36 sa 38).

44.

Ma jistax jiġi konkluż li aproċċ differenti awtomatikament kien iwassal għal riżultat differenti f’termini tar-rata ta’ żball.

45.

Attwalment, teżisti inkonsistenza bejn il-proċess baġitarju (il-PE mhuwiex involut) u l-proċess ta’ obbligu ta’ rendikont (il-PE huwa involut parzjalment fil-kwittanza) (ara l-paragrafu 3(c)). Il-possibbiltà li fil-futur il-FEŻ jiġu integrati fil-baġit ġenerali tal-UE tista’ timmitiga r-riskji assoċjati ma’ din l-inkonsistenza (kwittanza baġitarja annwali artifiċjali u n-nuqqas ta’ setgħa baġitarja tal-PE).

 

Rakkomandazzjonijiet

46.

L- Anness 3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għall-erba’ rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2014 tagħna (40), li minnhom id-DĠ DEVCO kien implimenta (41) bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjonijiet 1, 2 u 4. Fl-opinjoni tagħna, u fuq il-bażi tal-analiżi li wettaqna tal-istudju tal-2017 dwar ir-RER, ir-Rakkomandazzjoni 3 ma ġietx implimentata (ara l-paragrafu 37).

46.

Il-Kummissjoni tikkunsidra r-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ Inħarġu l-verżjonijiet il-ġodda tal-metodoloġija RER u l-manwal li jindirizzaw il-punti mqajma mill-QEA.

47.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2017, aħna nirrakkommandaw li mill-2019 ’il quddiem, il-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-istudju dwar ir-RER, b’mod partikolari, li d-deċiżjonijiet dwar li jkun hemm fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti ta’ kontroll jittieħdu f’konformità totali mal-metodoloġija u jkunu kompletament ġustifikati (ara l-paragrafu 36);

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li tkompli ttejjeb il-monitoraġġ tagħha sabiex tagħmel segwitu mill-qrib tal-aspetti aktar speċifiċi bħan-numru ta’ każijiet ta’ dipendenza sħiħa.

Rakkomandazzjoni 2: tiddivulga għal darba oħra fir-RAA l-limitazzjonijiet tal-istudju dwar ir-RER (ara l-paragrafu 35);

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 3: tieħu passi deċiżivi biex tiżgura li l-gwida dwar l-aċċettazzjoni tal-infiq tiġi infurzata de facto sabiex tevita li jiġu approvati ammonti eċċessivi (ara l- Kaxxa 5 );

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u se tikkunsidra mezzi biex tiċċara u tinfurza l-gwida rilevanti.

Rakkomandazzjoni 4: tieħu miżuri biex tiżgura li l-ispejjeż imġarrba biss jiġu aċċettati bħala nfiq għat-tranżazzjonijiet taħt l-AITF (ara l-paragrafu 22);

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tieħu miżuri biex timpedixxi l-aċċettazzjoni bħan-nefqa ta’ stimi rrappurtati fir-rapporti finanzjarji tal-AITF.

Rakkomandazzjoni 5: tistabbilixxi KPI biex timmonitorja ż-żmien li jkun għadda mill-kontribuzzjonijiet bil-quddiem li jsiru fil-fondi fiduċjarji (ara l-paragrafu 10);

Il-Kummissjoni ma taċċettax din ir-rakkomandazzjoni

Skont ir-regoli tal-kontabbiltà, il-kontribuzzjonijiet mill-FEŻ għall-Fondi Fiduċjarji tal-UE huma ppreżentati fil-kontijiet annwali tal-FEŻ. Dawn jiġu mmonitorjati u kkontrollati fuq bażi annwali. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ assorbiment tar-RAL tal-Fondi Fiduċjarji tal-UE li għandu impatt dirett fuq it-tixjiħ ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet huwa mmonitorjat f’ħin reali permezz tal-KPI 4 (il-kapaċità tal-assorbimenti RAL). Il-Kummissjoni tqis għalhekk li t-tixjiħ tal-kontribuzzjonijiet mill-FEŻ għall-Fondi Fiduċjarji tal-UE ikun debitament immonitorjat u li l-ħolqien ta’ KPI addizzjonali mhuwiex meħtieġ.

Rakkomandazzjoni 6: tipproponi soluzzjoni rilevanti għall-inkonsistenzi bejn il-proċess baġitarju u l-proċess ta’ obbligu ta’ rendikont f’dak li jirrigwarda l-FEŻ, bħala parti mill-istudji attwali ta’ wara Cotonou (ara l-paragrafu 45).

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Peress li l-Kummissjoni diġà għamlet proposta, hija tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet biex jiġu implimentati.


(1)  Ara l-Artikoli 43, 48-50 u 58 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17).

(2)  Fl-2012, ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti (l-Artikolu 134 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1)) stabbilixxa r-regoli għall-awditjar ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-Qorti. Il-Faċilità ta' Investiment mhijiex koperta mid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti.

(3)  Bl-eċċezzjoni tal-4 % tal-infiq li sar fl-2017 taħt il-FEŻ, u li kien immaniġġjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO).

(4)  Bħall-finanzjament ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet/provvisti/servizzi, għotjiet, appoġġ baġitarju u stimi ta’ programmi.

(5)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(6)  Bejn l-2013 u l-2015 il-fondi ġew impenjati permezz tal-faċilità ta’ tranżizzjoni.

(7)  Inklużi EUR 1 139 miljun immaniġġjati mill-BEI.

(8)  Din il-mira ġiet stabbilita kemm għall-qasam intier ta’ responsabbiltà kif ukoll speċifikament għall-FEŻ.

(9)  Kuntratt jitqies li jkun skada jekk ikun għadu miftuħ aktar minn 18-il xahar wara tmiem il-perjodu operazzjonali tiegħu.

(10)  Ir-RAL huwa s-somma ta’ impenji pendenti maqbula, iżda li għadhom ma ġewx tradotti f’pagamenti.

(11)  Skont l-Artikoli 43, 48-50 u 58 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il FEŻ, din id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ma tapplikax għar-riżorsi tal-FEŻ li huma mmaniġġjati mill-BEI.

(12)  Ara l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2015/323.

(13)  Ara l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2015/323.

(14)  L-Unjoni Afrikana, l-Angola, Barbados, il-Burkina Faso, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Etjopja, Fiġi, il-Haiti, il-Ġamajka, il-Kenja, Madagascar, il-Malawi, il-Mali, in-Niġer, in-Niġerja, ir-Rwanda, is-Senegal, Sierra Leone, is-Sudan t'Isfel, is-Sudan, it-Tanzanija, iż-Żambja, iż-Żimbabwe.

(15)  DĠ DEVCO: 19-il pagament; ECHO: 9 pagamenti għall-għajnuna umanitarja.

(16)  B’riżultat tal-analiżi tagħna tal-istudji dwar ir-RER, aħna sibna li l-metodoloġija wara dawn l-istudji tipprevedi għadd limitat ħafna ta’ kontrolli fuq il-post u ftit lok biex jiġu eżaminati l-proċeduri ta’ akkwist. Għalhekk, din is-sena aħna aġġustajna r-riżultat tal-istudju dwar ir-RER skont il-proporzjonijiet ta’ żball relatati man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku. Is-sejbiet tal-Qorti fir-rigward tad-DAS 2014-2016 għall-FEŻ kienu l-bażi għall-aġġustamenti tagħna.

(17)  Aħna ttestjajna 17-il ordni ta’ rkupru (b’valur totali ta’ EUR 16,7 miljun) u sibna li 3 ordnijiet ta’ rkupru (EUR 0,4 miljun) kienu ġew irreġistrati b’mod skorrett bħala dħul minflok bħala l-irkupru ta’ prefinanzjamenti li ma ntużawx.

(18)  EUR 1,1 miljun ta’ korrezzjonijiet għal żbalji identifikati mid-DĠ DEVCO, u EUR 4 miljun għal żbalji li ġew identifikati sussegwentement mill-awdituri tal-QEA.

(19)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 1,2 % u 7,8 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(20)  Il-pagamenti relatati ma’ proġetti jeskludu dawk relatati ma’ appoġġ baġitarju.

(21)  Bħal kuntratti ta’ xogħlijiet/provvisti/servizzi.

(22)  Għal 1,1 punti perċentwali (disa’ każijiet) il-Kummissjoni wettqet l-iżball hija stess u għal 0,8 punti perċentwali (erba’ każijiet) l-iżball sar mill-benefiċjarji.

(23)  Li jikkontribwixxu 1,7 punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat.

(24)  Standards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju

(25)  It-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji f’konformità mal-IFRS tirrikjedi l-użu ta’ ċerti stimi kontabilistiċi kritiċi. Tirrikjedi wkoll li l-Maniġment tal-BEI jeżerċita l-ġudizzju tiegħu fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki kontabilistiċi tal-Fond Fiduċjarju. Il-paragrafu 2.2 dwar ġudizzji u stimi kontabilistiċi sinifikanti tar-rapporti finanzjarji tal-AITF, fil-31 ta’ Diċembru 2015.

(26)  Il-pagamenti relatati mal-appoġġ baġitarju li ġew iffinanzjati mill-FEŻ fl-2017 ammontaw għal EUR 880 miljun.

(27)  Il-pagamenti mill-FEŻ għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi u mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali fl-2017 ammontaw għal EUR 812-il miljun. Aħna ma nistgħux ngħidu x’inhu l-proporzjon ta' dan l-ammont li għalih kien japplika l-approċċ nozzjonali, peress li l-Kummissjoni ma timmonitorjahx separatament.

(28)  L-effiċjenza u l-effettività tal-appoġġ baġitarju huma indirizzati f’għadd ta’ rapporti speċjali tal-Qorti, fejn dawk l-aktar reċenti huma r-RS Nru 32/2016 intitolat “Assistenza mill-UE lill-Ukrajna”, u r-RS Nru 30/2016 intitolat “L-effettività tal-appoġġ tal-UE lis-setturi prijoritarji fil-Honduras”.

(29)  Aħna ma wettaqniex kontrolli fuq elementi sottostanti ta’ nfiq meta l-kontribuzzjoni li saret mill-Kummissjoni kienet inqas minn 75 % tal-baġit għall-azzjoni. F’każijiet fejn kontribuzzjonijiet bħal dawn kienu jinsabu bejn 75 % u 90 %, aħna vvalutajna jekk kienx jeħtieġ li jsiru kontrolli fuq elementi sottostanti ta’ nfiq fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

(30)  Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu bbażat fuq kampjun rappreżentattiv ta' 117-il tranżazzjoni. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 2,8 % u 10,2 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(31)  L-azzjonijiet jikkonsistu f’li l-benefiċjarji jiġu infurmati dwar il-possibbiltà li d-DĠ DEVCO jitlob dokumenti dettaljati ta’ sostenn qabel ma japprova l-infiq; u fl-istabbiliment ta’ unità bħala punt fokali għall-koordinazzjoni ta’ relazzjonijiet mal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali.

(32)  Il-FEŻ u l-baġit ġenerali tal-UE.

(33)  2015: 2,2 %; 2016: 1,7 % u 2017: 1,18 %.

(34)  DĠ DEVCO, Residual Error Rate: Instruction Manual for Annual Measurement Exercise (Ir-Rata tal-Iżball Residwu tad-DEVCO: Manwal tal-Istruzzjonijiet għall-Eżerċizzju ta’ Kejl Annwali), p. 26.

(35)  L-analiżi tagħna kkonkludiet li għal 26 minn 41 tranżazzjoni eżaminati, ma kellhiex titpoġġa fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti ta’ kontroll.

(36)  Ara l-paragrafu 43 tar-Rapport Annwali 2014 dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) (ĠU C 373, 10.11.2015, p. 289).

(37)  Ara l-Kapitolu 2.1.5 tar-RAA 2017.

(38)  L-aħjar stima konservattiva tal-ammont ta’ nfiq awtorizzat matul is-sena iżda li ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali u regolatorji applikabbli fil-ħin meta sar il-pagament.

(39)  Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2017 tad-DĠ DEVCO, p. 59.

(40)  Aħna għażilna r-Rapport 2014 tagħna għall-eżerċizzju ta’ segwitu ta’ din is-sena billi, fil-prinċipju, il-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

(41)  L-għan ta’ dan is-segwitu kien biex jiġi vverifikat jekk ġewx introdotti miżuri korrettivi b'rispons għar-rakkomandazzjonijiet tagħna, u mhux biex tiġi vvalutata l-effettività tal-implimentazzjoni tagħhom.

(42)  Jinkludu allokazzjonijiet inizjali għat-8, għad-9, għall-10 u għall-11-il FEŻ, kofinanzjament, imgħax, riżorsi varji u trasferimenti minn FEŻ preċedenti.

(43)  Bħala perċentwal tar-riżorsi.

(44)  Ammonti negattivi jikkorrispondu għal diżimpenji.

(45)  Impenji globali huma relatati ma' deċiżjonijiet ta' finanzjament.

(46)  Impenji individwali huma relatati ma' kuntratti individwali.

(47)  Impenji netti wara diżimpenji. Pagamenti netti wara rkupri.


ANNESS 1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

 

2017

2016

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

142

143

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

4,5  %

3,3  %

 

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball (UEL)

7,8  %

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

1,2  %

 


ANNESS 2

PAGAMENTI MILL-FEŻ FL-2017 SKONT IR-REĠJUN PRINĊIPALI

Image

Sorsi: Sfond tal-mappa ©OpenStreetMap kontributuri liċenzjati taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution-ShareAlike 2.0 (CC BY-SA) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet annwali konsolidati tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għall-2017.

Image Image

Sorsi: Sfond tal-mappa ©OpenStreetMap kontributuri liċenzjati taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution-ShareAlike 2.0 (CC BY-SA) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet annwali konsolidati tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għall-2017.


ANNESS 3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2014

Rakkomandazzjoni 1: Jenħtieġ li EuropeAid jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri ta’ kontroll intern biex jiżgura li l-prefinanzjament jiġi approvat abbażi ta’ nfiq imġarrab verament, bl-esklużjoni ta’ impenji legali;

x

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2: Jenħtieġ li EuropeAid jirrinforza l-verifikazzjoni sistematika li l-pajjiżi sħab jużaw rata tal-kambju korretta biex jaqilbu l-iżborżamenti tal-appoġġ baġitarju għall-munita nazzjonali tagħhom;

x

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 3: Jenħtieġ li EuropeAid jiżgura, flimkien mal-kuntrattur inkarigat mill-istudju dwar ir-RER, li l-kwistjonijiet li sibna jiġu indirizzati;

 

 

 

x

 

 

 

Rakkomandazzjoni 4: Jenħtieġ li EuropeAid itejjeb l-indikaturi tiegħu fir-rigward tal-valuri fil-mira li bi tqabbil magħhom għandhom jiġu vvalutati l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-kontrolli, l-approċċ tiegħu għall-ispejjeż, u l-proċeduri u s-sistemi ta' informazzjoni maniġerjali tiegħu biex ikejjel il-benefiċċji tal-kontrolli.

x