ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 356

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
4 ta' Ottubru 2018


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2017–2018
Dati tas-seduti: 13-16 ta’ Novembru 2017
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 147, 26.4.2018 .
TESTI ADOTTATI
Dati tas-seduti: 29 u 30 ta’ Novembru 2017
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 156, 3.5.2018 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 14 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar insalvaw il-ħajjiet: insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE (2017/2085(INI))

2

2018/C 356/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar l-użu ta' strumenti tal-politika ta' koeżjoni mir-reġjuni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku (2016/2245(INI))

10

2018/C 356/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur: (2017/2066(INI))

20

 

L-Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar l-istat tad-dritt f'Malta (2017/2935(RSP))

29

2018/C 356/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar in-negozjati multilaterali fid-dawl tal-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO fi Buenos Aires, bejn l-10 u t-13 ta' Diċembru 2017 (2017/2861(RSP))

34

2018/C 356/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar Pjan ta' Azzjoni għan-natura, in-nies u l-ekonomija (2017/2819(RSP))

38

2018/C 356/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja (2017/2931(RSP))

44

 

Il-Ħamis 16 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar il-libertà tal-espressjoni fis-Sudan, b'mod partikolari l-każ ta' Mohamed Zine al-Abidine (2017/2961(RSP))

50

2018/C 356/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-attakki terroristiċi fis-Somalja (2017/2962(RSP))

53

2018/C 356/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar Madagascar (2017/2963(RSP))

58

2018/C 356/11

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (15470/2016 – C8-0027/2017 – 2016/0366(NLE) – 2017/2050(INI))

62

2018/C 356/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-Istrateġija UE-Afrika: spinta għall-iżvilupp (2017/2083(INI))

66

2018/C 356/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2016 (2017/2126(INI))

77

2018/C 356/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) tal-UE (2017/2705(RSP))

84

2018/C 356/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi (2016/2269(INI))

89

 

Il-Ħamis 30 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen (2017/2849(RSP))

104

2018/C 356/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (2017/2127(INI))

110

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/18

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (2017/2130(INI))

130


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 30 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/19

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes (2017/2096(IMM))

137


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 14 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Italja – EGF/2017/004 IT/Almaviva) (COM(2017)0496 – C8-0322/2017 – 2017/2200(BUD))

139

2018/C 356/21

P8_TA(2017)0424
Tipoloġiji territorjali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) (COM(2016)0788 – C8-0516/2016 – 2016/0393(COD))
P8_TC1-COD(2016)0393
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet)

143

2018/C 356/22

P8_TA(2017)0425
Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE (COM(2016)0082 – C8-0061/2016 – 2016/0050(COD))
P8_TC1-COD(2016)0050
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE

144

2018/C 356/23

P8_TA(2017)0426
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2016)0283 – C8-0194/2016 – 2016/0148(COD))
P8_TC1-COD(2016)0148
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004

145

 

L-Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/24

P8_TA(2017)0429
Perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati (COM(2017)0136 – C8-0116/2017 – 2017/0060(COD))
P8_TC1-COD(2017)0060
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati

146

2018/C 356/25

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0328/2017 – 2017/0812(NLE))

147

2018/C 356/26

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0329/2017 – 2017/0813(NLE))

148

2018/C 356/27

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Hannu Takkula bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0330/2017 – 2017/0814(NLE))

149

2018/C 356/28

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Baudilio Tomé Muguruza bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0331/2017 – 2017/0815(NLE))

150

2018/C 356/29

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar in-nomina ta' Bettina Jakobsen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0332/2017 – 2017/0816(NLE))

151

2018/C 356/30

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0333/2017 – 2017/0817(NLE))

152

2018/C 356/31

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0334/2017 – 2017/0818(NLE))

153

2018/C 356/32

P8_TA(2017)0437
Protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0721 – C8-0456/2016 – 2016/0351(COD))
P8_TC1-COD(2016)0351
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea

154

 

Il-Ħamis 16 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/33

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (15470/2016 – C8-0027/2017 – 2016/0366(NLE))

156

 

Il-Ħamis 30 ta’ Novembru 2017

2018/C 356/34

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 (COM(2017)0900 – C8-0408/2017 – 2017/2265(BUD))

157

2018/C 356/35

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017: Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn f'konformità mat-tbassir aġġornat tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji u multi) (14275/2017 – C8-0417/2017 – 2017/2217(BUD))

160

2018/C 356/36

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018 (COM(2017)0270 – C8-0161/2017 – 2017/2076(BUD))

163

2018/C 356/37

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2017)0271 – C8-0163/2017 – 2017/2077(BUD))

165

2018/C 356/38

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2017/003 GR/Attica retail) (COM(2017)0613 – C8-0360/2017 – 2017/2229(BUD))

168

2018/C 356/39

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja – EGF/2017/005 FI/Retail) (COM(2017)0618 – C8-0364/2017 – 2017/2231(BUD))

172

2018/C 356/40

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-test konġunt tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14587/2017 – C8-0416/2017 – 2017/2044(BUD))

176

2018/C 356/41

P8_TA(2017)0460
Tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (COM(2017)0565 – C8-0342/2017 – 2017/0247(COD))
P8_TC1-COD(2017)0247
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea

196

2018/C 356/42

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11965/2017 – C8-0345/2017 – 2017/0196(NLE))

197

2018/C 356/43

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11964/2017 – C8-0346/2017 – 2017/0197(NLE))

198

2018/C 356/44

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11966/2017 – C8-0343/2017 – 2017/0200(NLE))

199

2018/C 356/45

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Rumanija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0360 – C8-0234/2017 – 2017/0150(NLE))

200

2018/C 356/46

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0369 – C8-0231/2017 – 2017/0153(NLE))

201

2018/C 356/47

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kroazja, lin-Netherlands, lill-Portugall u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0359 – C8-0232/2017 – 2017/0149(NLE))

202

2018/C 356/48

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil-Lussemburgu u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0357 – C8-0233/2017 – 2017/0148(NLE))

203

2018/C 356/49

P8_TA(2017)0468
Arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (COM(2016)0850 – C8-0158/2017 – 2016/0360B(COD))
P8_TC1-COD(2016)0360B
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 dwar fondi proprji u għat-trattament ta’ espożizzjonijiet kbar ta’ ċerti skoperturi tas-settur pubbliku denominat f'muniti differenti minn dawk domestiċi tal-Istati Membri

204

2018/C 356/50

P8_TA(2017)0469
Strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi (COM(2016)0447 – C8-0264/2016 – 2016/0207(COD))
P8_TC1-COD(2016)0207
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi

206

2018/C 356/51

P8_TA(2017)0470
Il-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (COM(2016)0853 – C8-0479/2016 – 2016/0363(COD))
P8_TC1-COD(2016)0363
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza

208

2018/C 356/52

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti (COM(2016)0757 – C8-0004/2017 – 2016/0370(CNS))

209

2018/C 356/53

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2016)0755 – C8-0003/2017 – 2016/0371(CNS))

217


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2017–2018

Dati tas-seduti: 13-16 ta’ Novembru 2017

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 147, 26.4.2018 .

TESTI ADOTTATI

Dati tas-seduti: 29 u 30 ta’ Novembru 2017

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 156, 3.5.2018 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 14 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/2


P8_TA(2017)0423

Insalvaw il-ħajjiet: Insaħħu s-Sikurezza tal-Karozzi fl-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar insalvaw il-ħajjiet: insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE (2017/2085(INI))

(2018/C 356/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni intitolat "Insalvaw il-ħajjiet: Insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE – Rapport dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-karatteristiċi avvanzati tas-sikurezza tal-vetturi, tal-kosteffettività u tal-fattibbiltà tagħhom għar-reviżjoni tar-regolamenti dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi u dwar il-protezzjoni tal-persuni bil-mixi u ta' persuni oħrajn li jużaw it-triq (COM(2016)0787) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0431),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta' utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar “L-Implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli” (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2017 dwar it-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar “is-Sikurezza fit-toroq 2011-2020 – L-ewwel stadji lejn strateġija dwar korrimenti” (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar is-sikurezza fit-toroq 2011-2020 (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-“Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (11),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata” (COM(2016)0766),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020” (COM(2010)0389),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “CARS 2020: Pjan ta' azzjoni għal industrija tal-karozzi kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa” (COM(2012)0636),

wara li kkunsidra l-white paper tal-Kummissjoni bl-isem “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (COM(2011)0144),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni intitolat “Benefit and feasibility of a range of new technologies and unregulated measures in the field of vehicle occupant safety and protection of vulnerable road users” (Benefiċċji u l-fattibbiltà ta' firxa ta' teknoloġiji ġodda u miżuri mhux regolati fil-qasam tas-sikurezza u l-ħarsien ta' utenti vulnerabbli tat-triq), li ġie mħejji mit-Transport Research Laboratory, u ppubblikat fil-26 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “On the implementation of objective 6 of the European Commission's policy orientations on road safety 2011-2020 – First milestone towards an injury strategy” (Dwar l-implimentazzjoni tal-objettiv 6 tal-orjentazzjonijiet ta' politika tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza tat-toroq 2011-2020 – L-ewwel pass lejn strateġija dwar korrimenti) (SWD(2013)0094),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq b'appoġġ għad-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta, ta' Marzu 2017,

wara li kkunsidra l-pakkett “Ewropa Attiva”, ippubblikat mill-Kummissjoni fil-31 ta' Mejju 2017, li jinkludi sett ta' tmien inizjattivi leġiżlattivi b'attenzjoni speċjali fuq it-trasport bit-triq,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 70/260 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU “Improving global road safety” (Titjib fis-sikurezza tat-toroq fuq livell globali) tal-15 ta' April 2016,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0330/2017),

A.

billi, kull sena jmutu madwar 25 500 ruħ fit-toroq tal-Ewropa, u madwar 135 000 ruħ ikorru serjament, tant li hu meħtieġ li jittieħdu aktar miżuri, u anki miżuri aktar effettivi, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, jekk il-mira ta' “żero fatalitajiet” għandha tintlaħaq;

B.

billi s-sikurezza fit-toroq tiddependi fuq tliet fatturi: il-vetturi, l-infrastruttura u l-imġiba tas-sewwieqa, u għalhekk huma meħtieġa l-miżuri fit-tliet oqsma kollha sabiex tiżdied is-sikurezza fit-toroq, u jenħtieġ li jittieħdu miżuri effettivi fil-qasam tas-sikurezza attiva u passiva tal-vetturi;

C.

billi l-età medja tal-karozzi tal-passiġġieri, vetturi ħfief u vetturi heavy-duty fl-UE qed tiżdied il-ħin kollu u issa taqbeż l-10 snin; billi l-età ta' vettura għandha impatt dirett fuq il-konsegwenzi ta' inċident stradali u fuq il-korrimenti mġarrba f'dawn l-inċidenti;

D.

billi s-sistemi ta' għajnuna tas-sewwieqa jagħmlu l-vetturi aktar sikuri kif ukoll jgħinu fil-parteċipazzjoni sikura u attiva tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa u tal-anzjani fit-traffiku tat-toroq;

E.

billi sistemi ta' sewqan intelliġenti jnaqqsu l-konġestjoni, iwissu lis-sewwieqa dwar il-perikli fuq ir-rotta tagħhom, u b'hekk jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju li wieħed jikkaġuna inċident;

F.

billi t-tranżizzjoni lejn vetturi li jinstaqu b'mod awtonomu miexja b'pass imgħaġġel, u s-sikurezza tat-toroq hija b'mod ġenerali kwistjoni urġenti, b'tali mod li reviżjoni tar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali trid titressaq quddiem il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-ewwel tliet xhur tal-2018; billi f'kull każ kwalunkwe dewmien ieħor ikun inaċċettabbli;

G.

billi 38 % tal-fatalitajiet kollha jseħħu f'żoni urbani u spiss jinvolvu utenti vulnerabbli tat-toroq, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu in kunsiderazzjoni l-utenti tat-toroq vulnerabbli fl-ippjanar tat-traffiku urban, billi jitjieb it-trattament tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' modi ta' trasport bħal karozzi u xarabanks; billi l-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta r-rieżami tagħha ta' regolamentazzjoni dwar il-protezzjoni tal-persuni bil-mixi;

H.

billi hemm rabta ċara bejn is-sikurezza fit-toroq u l-kundizzjonijiet ta' xogħol għall-utenti tat-toroq professjonali;

Rekwiżiti ġenerali

1.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli effiċjenti u regolari tas-sewwieqa fit-toroq, peress li l-kawżi ewlenin tal-inċidenti, għadhom sal-lum, il-livelli ta' veloċità li huma sproporzjonati u eċċessivi għall-kundizzjonijiet tas-sewqan ikkonċernati, id-distrazzjoni u s-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew id-droga, u l-għaja eċċessiva, u għaldaqstant:

(a)

jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi perċentwali għall-għadd ta' vetturi li għandom jiġu eżaminati fil-kategoriji M1 u N1;

(b)

jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi kontrolli aktar stretti biex tinforza b'mod xieraq il-limiti tal-ħin tax-xogħol u l-perjodi ta' mistrieħ obbligatorji għal sewwieqa li huma utenti professjonali tat-toroq;

(c)

jistieden lill-Istati Membri jżidu skambji tal-aħjar prattiki, speċjalment fir-rigward ta' strateġiji ta' infurzar intelliġenti, u biex jintroduċu sanzjonijiet li jservu ta' deterrent għal min jikser il-liġi;

2.

Jinnota li madwar 25 % tal-imwiet tat-traffiku annwali kollha fl-UE huma kkawżati mill-konsum tal-alkoħol; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tevalwa l-valur miżjud possibbli tal-armonizzazzjoni tal-limiti ta' konċentrazzjoni tal-alkoħol fid-demm tal-UE fil-livell ta' 0,0 % għal sewwieqa ġodda matul l-ewwel sentejn u għal sewwieqa professjonali, u jilqa' l-politika ta' tolleranza żero ta' ċerti Stati Membri għal sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, meta wieħed iżomm f'moħħu d-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta dwar it-titjib tas-sikurezza fit-toroq maħruġa mill-Presidenza Maltija fid-29 ta' Marzu 2017, li tinkludi miri ġodda biex jitnaqqas bin-nofs l-għadd ta' korrimenti serji fit-toroq tal-UE fl-istrateġija l-ġdida tagħha għas-sikurezza tat-toroq għall-għaxar snin bejn l-2020 u l-2030;

4.

Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni tal-infrastruttura tat-toroq tagħhom permezz ta' manutenzjoni regolari u effettiva, inkluż ta' sinjali tat-traffiku u s-sistemi ta' sinjali, u titjib xieraq biex jittrattaw il-volumi tat-traffiku, u biex idaħħlu miżuri innovattivi li jipprovdu funzjonalità sħiħa u titjib tal-interoperabbiltà ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa, li tirriżulta f'dak li jissejjaħ infrastruttura intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf mekkaniżmu biex jiġi żgurat li l-infrastruttura tat-toroq Ewropej tibqa' f'kundizzjoni adegwata;

5.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tibdiliet infrastrutturali (pereżempju ċerti tipi ta' apparat għall-ilqugħ kontra l-ħbit u li jtaffu t-traffiku) kultant jistgħu jikkawżaw inċidenti jew jagħmluhom agħar, speċjalment meta jkunu involuti vetturi b'żewġ roti li jaħdmu bil-mutur; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tipproponi kwalunkwe miżura ta' standardizzazzjoni li tista' tirrimedja dawn l-iżvantaġġi;

6.

Josserva li ħafna sewwieqa mhumiex konxji tal-ħtieġa ta' jew kif jinħoloq kuritur għal aċċess tal-vettura ta' emerġenza fl-awtostradi, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi standards komuni għall-ħolqien ta' dawn il-kurituri u biex tniedi kampanja ta' sensibilizzazzjoni Ewropea;

7.

Josserva li kważi nofs l-imwiet kollha fit-toroq ta' persuni mexjin fit-triq u ċiklisti jikkonċernaw persuni li għandhom aktar minn 65 sena, u li l-inċidenti tat-toroq huma l-akbar kawża ta' mwiet fost iż-żgħażagħ; jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex jagħmluha possibbli li l-anzjani u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jużaw it-toroq b'sikurezza billi jiżviluppaw programmi rreklamati biżżejjed għall-prevenzjoni ta' inċidenti relatati mal-età;

8.

Josserva li f'51 % tal-każijiet il-vittmi tal-inċidenti fatali fit-toroq f'żoni urbani huma persuni mexjin jew ċiklisti, u għalhekk iħeġġeġ l-ibliet biex jinkludu miri fil-pjanijiet tagħhom ta' mobbiltà ħalli jnaqqsu n-numru ta' inċidenti stradali u tat-traffiku; barra minn hekk, jitlob lill-Istati Membri biex jagħtu kunsiderazzjoni akbar lil utenti iktar vulnerabbli tat-toroq, billi jindirizzaw hotspots kritiċi tal-inċidenti u billi tinbena u tinżamm infrastruttura aktar sikura bil-mixi u bir-rota jew billi tiżdied u tiġi mmodernizzata l-infrastruttura eżistenti filwaqt li jiġu żgurati wkoll indikazzjonijiet aħjar; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni ulterjuri fuq il-livell tal-UE apparti d-disponibbiltà tal-iskemi ta' finanzjament eżistenti, sabiex tiffaċilita l-progress kbir miksub għal infrastruttura taċ-ċikliżmu u biex jingħata mandat lit-teknoloġiji ġodda tas-sikurezza attiva u passiva tal-vetturi li jipproteġu b'mod partikolari lill-utenti vulnerabbli tat-toroq;

9.

Jinnota li minħabba li xi ċiklisti ma jafux ir-regolamenti tat-traffiku u/jew jonqsu milli josservawhom, xi kultant jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn is-sikurezza tagħhom stess u dik ta' utenti oħra tat-toroq ikunu pperikolati; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra liema tip ta' proposta tista' tagħmel biex tippromwovi l-użu tar-roti, u b'hekk jingħaqad mingħajr xkiel mal-mezzi l-oħra ta' mobbiltà urbana;

10.

Jinkoraġġixxi sistema ta' trasport intelliġenti (ITS) u operaturi tat-trasport pubbliku biex jiġu żviluppati aktar it-teknoloġiji għall-vetturi li jħeġġu lix-xufiera sabiex jaqilbu għal modi tat-trasport iktar sikuri meta jidħlu f'żoni urbani;

11.

Josserva li mezzi ġodda ta' trasport, bħal roti elettriċi u apparati elettriċi oħra, qed isiru dejjem aktar popolari; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni teżamina mingħajr dewmien ir-rekwiżiti ta' sikurezza għal tali vetturi, u biex tagħmel proposti dwar l-integrazzjoni sikura tagħhom fit-trasport bit-toroq, filwaqt li tqis is-sussidjarjetà;

12.

Jinnota li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' sikurezza għandhom joffru s-sikurezza fit-toroq, u li dan il-proċess se jeħtieġ xi xorta ta' perjodu ta' adattament; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tippermetti ż-żmien meħtieġ biex jiġu żviluppati dawn is-sistemi qabel ma l-leġiżlazzjoni teknika speċifika tidħol fis-seħħ;

13.

Ifakkar li l-frodi tal-odometru tibqa' problema mhux trattata, b'mod speċjali fis-suq tal-karozzi użati, kif innutat il-Kummissjoni fl-istudju tagħha dwar il-funzjonament tas-suq tal-karozzi użati minn perspettiva tal-konsumatur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-kwistjoni ta' manipulazzjoni jew ta' tbagħbis tal-odometri permezz ta' miżuri u leġiżlazzjoni effettivi;

14.

Jinnota li aktar ma jkun hemm vetturi fit-triq, aktar ikun probabbli li jseħħu l-inċidenti; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippromwovu l-mobbiltà kollettiva u kondiviża, speċjalment f'żoni urbani, sabiex jitnaqqas l-ammont ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni, kif ukoll miżuri biex jiżdied il-proporzjon ta' roti u vetturi misjuqa b'mod professjonali;

15.

Jirrimarka li t-tagħmir li għandu jinġarr b'mod obbligatorju f'vettura jvarja minn Stat Membru għal ieħor, u jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tfassal lista vinkolanti madwar l-UE ta' oġġetti li għandhom jaqgħu taħt ir-rekwiżit li jinġarru;

16.

Isostni li l-UE u ċ-ċentri tar-riċerka tagħha għandu jkollhom rwol ta' tmexxija fl-iżvilupp ta' vetturi awtonomi, peress li se jirrivoluzzjonaw is-settur awtomobilistiku, b'mod speċjali f'termini ta' sikurezza tat-toroq, billi dawn mistennija jsalvaw eluf ta' ħajjiet kull sena, kif ukoll jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tas-suq intern;

Sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa biex tiżdied is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq;

17.

Jenfasizza li madwar 92 % tal-inċidenti kollha jistgħu jiġu attribwiti għal żbalji tal-bniedem jew l-interazzjoni tal-iżball tal-bniedem mal-vetturi u/jew l-infrastruttura, u li għalhekk għandu jkun obbligatorju li jiġu inkorporati biss dawk is-sistemi ta' assistenza tas-sewwieqa li jtejbu b'mod sinifikanti s-sikurezza tat-triq kif muri mill-evidenza xjentifika, li jkollhom proporzjon kost-benefiċċju favorevoli, u li jkunu kisbu maturità tas-suq; iqis li, barra minn hekk, iż-żidiet li jirriżultaw fil-prezz tax-xiri ma għandhomx ikunu tant eċċessivi li l-klijenti għal dawn il-vetturi ma jkunux jifilħu jixtruhom, u li sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa, li huma ta' rilevanza għas-sikurezza fit-toroq, għandhom ikunu kkontrollati regolarment;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tittestja l-apparati ta' sikurezza msemmija hawn fuq meta twettaq is-sorveljanza tas-suq tal-vetturi;

19.

Iqis li l-benefiċċji ta' standards imtejba tas-sikurezza u tat-tagħmir jistgħu jinkisbu biss jekk id-dispożizzjonijiet eżistenti u futuri jiġu implimentati u infurzati b'mod effikaċi; jappella, f'dan ir-rigward, għal sorveljanza akbar fil-livell Ewropew tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u s-servizzi tekniċi fl-Unjoni; jappella, barra minn hekk, għal sorveljanza akbar u aktar indipendenti wara t-tqegħid fis-suq ta' vetturi fit-toroq madwar l-Unjoni biex ikun żgurat li jibqgħu jikkonformaw mal-kriterji tas-sikurezza;

20.

Jenfasizza li, meta jiġu identifikati nuqqasijiet ta' konformità, il-konsumaturi Ewropej jenħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq miżuri korrettivi rapidi, xierqa u koordinati, inkluża s-sejħa lura ta' vetturi fl-Unjoni kollha meta jkun meħtieġ; iqis li l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata lis-sidien ta' vetturi affettwati b'riżultat ta' nuqqas ta' konformità jew wara sejħa lura;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-livell tas-sikurezza tal-vetturi eżistenti li jkunu qed jintużaw u biex jappoġġjaw l-iżviluppi u l-innovazzjonijiet li se jżidu s-sikurezza tal-karozzi diġà użati billi jinċentivizzaw u jippromwovu r-retrofitting ta' vetturi b'sistemi ta' sikurezza fit-triq kosteffikaċi li jgħinu lis-sewwieqa jirreaġixxu aħjar f'sitwazzjoni perikoluża;

22.

Jistieden lill-manifatturi u l-operaturi:

(a)

jagħmluha ċara għas-sewwieqa x'inhu l-istatus ta' attivazzjoni ta' kull waħda mis-sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa;

(b)

fil-każ ta' sistemi li jistgħu jintfew, jintroduċu mekkaniżmu ta' tifi li jikkonsisti f'żewġ stadji, fejn bl-ewwel azzjoni s-sewwieq jitfi biss is-sinjal ta' twissija, u fit-tieni azzjoni jkun jista' jiddiżattiva s-sistema nnifisha;

(c)

jaraw li kull darba li s-sewwieq jerġa' jixgħel il-vettura, is-sistema ta' assistenza għas-sewwieqa terġa' tiġi attivata; and

(d)

jintroduċu politika tal-prezzijiet li tħeġġeġ lill-konsumaturi jagħżlu l-vetturi mgħammra b'tagħmir ta' sikurezza u sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa;

23.

Jenfasizza li twissijiet evidenti għandhom ikunu distinti b'mod suffiċjenti minn xulxin biex jiżguraw li intuwittivament jagħmluha ċara għal liema sistema tappartjeni l-assistenza, u li t-twissijiet għandhom ikunu viżibbli bla ebda diffikultà għal persuni akbar fl-età, persuni b'diżabbiltà, bħal smigħ u/jew viżta batuti, u persuni b'mobbiltà mnaqqsa; jitlob, għalhekk, lill-partijiet ikkonċernati biex jadottaw standards uniformi xierqa li jippermettu l-possibbiltà ta' soluzzjonijiet li jkunu speċifiċi għall-operaturi;

24.

Jilqa' l-fatt li kważi l-karozzi kollha ttestjati mill-Programm Ewropew ta' Ttestjar tal-Karozzi Ġodda għall-konsumaturi (Euro NCAP) jingħataw ħames stilel u li l-biċċa l-kbira tal-manifatturi tal-karozzi wieġbu b'suċċess għall-isfida li jissodisfaw ir-rekwiżiti Euro NCAP il-ġodda; jinnota, madankollu li mhux il-mudelli kollha ta' karozzi mibjugħa fl-Ewropa huma ttestjati mill-Euro NCAP, u mhux dawk kollha tal-istess tip jinbiegħu bl-istess speċifikazzjoni, u dan jista' joħloq nuqqas ta' ċarezza għall-konsumaturi u għalhekk jista' jagħti livell falz ta' fiduċja fil-vettura fir-rigward tal-prestazzjoni reali tal-mudell li jkun inxtara; għalhekk, ifakkar fl-importanza ta' standard sottostanti sod ta' rekwiżiti tas-sikurezza mandatorji li jiżguraw li t-tagħmir tas-sikurezza meħtieġ kollu jkun preżenti fil-flotta kollha użata u mibjugħa fl-UE;

25.

Huwa tal-opinjoni li l-Euro NCAP għandu dejjem jirrifletti s-sikurezza tal-karozza attwali ta' mudell speċifiku, u jħeġġu biex ikun aktar ambizzjuż fl-evalwazzjoni tas-sikurezza ta' vetturi ġodda minn dawk li jġiegħluh l-ħtiġijiet statutorji minimi, u biex jieħu kont tal-ħtiġijiet statutorji minimi aġġornati, sabiex jippromwovi aktar l-iżvilupp ta' vetturi li jiżguraw livell għoli ta' standards ta' sikurezza tat-triq u biex l-Ewropa tibqa' ambizzjuża u taġixxi bħala mexxej globali tas-sikurezza tal-karozzi;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni taġġusta d-definizzjoni tal-istandards mal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), sabiex ikun hemm koerenza fil-livell internazzjonali u, fl-istess ħin, tillimita għall-minimu l-eċċezzjonijiet għall-obbligu tal-installazzjoni ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa, sabiex tittejjeb is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq fuq firxa wiesgħa ħafna; jenfasizza, barra minn hekk, li l-produtturi għandhom joħolqu materjali ta' informazzjoni ċara biex is-sewwieqa jiġu megħjuna jifhmu aħjar id-diversi sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa u l-funzjonalitajiet tagħhom;

27.

Jitlob li jkun hemm approċċ Ewropew armonizzat li jqis il-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali eżistenti kollha u jiżgura l-komplementarjetà tiegħu;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-involviment ta' vetturi bi skopijiet speċifiċi f'inċidenti f'żoni urbani, u jekk ikun hemm bżonn, tneħħi l-eċċezzjonijiet eżistenti mir-rekwiżit tal-installazzjoni ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa;

29.

Jenfasizza li t-tagħlim tas-sewwieqa għandu jinkludi taħriġ perjodiku u addizzjonali fl-użu tal-mekkaniżmi ta' assistenza għas-sewwieq obbligatorji, b'attenzjoni speċjali għall-anzjani u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa; iħeġġeġ l-iskejjel tas-sewqan, minn naħa waħda, biex jinkorporaw kwistjonijiet marbuta mal-operat ta' dawn is-sistemi fit-taħriġ tagħhom ta' dawk li jkunu qed jitgħallmu, u, min-naħa l-oħra, li jabbinaw l-akkwist tal-liċenzja tas-sewqan mal-fatt li jkunu rċevew taħriġ prattiku professjonali fit-triq;

30.

Jinnota li inċentivi finanzjarji, pereżempju, għal miżuri bbażati fuq it-taxxa jew l-assigurazzjoni bħalma hija l-installazzjoni ta' sistemi addizzjonali ta' assistenza għas-sewwieqa li għandhom x'jaqsmu mas-sikurezza f'karozzi ġodda u karozzi użati jew l-inklużjoni tagħhom f'taħriġ għas-sewwieqa, jistgħu jiffaċilitaw it-tqegħid fis-suq ta' vetturi b'elementi ta' sikurezza avvanzata; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi bħal dawn;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tesiġi li l-operaturi tas-suq jipprevedu l-użu ta' standards miftuħa u punti ta' interazzjoni (interfaces) li jkomplu jtejbu l-interoperabbiltà, biex b'hekk ikunu jistgħu jitwettqu testijiet indipendenti billi jaċċessaw data rilevanti tal-vettura u tas-sistema, inklużi l-aġġornamenti tagħhom, u jkunu jistgħu jsiru minn kwalunkwe professjonist ikkwalifikat, filwaqt li tiġi rrispettata data riżervata u l-proprjetà intellettwali;

32.

Jenfasizza li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni u ritenzjoni tad-data kif previst fir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) kif ukoll id-dritt għall-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, kif ukoll tiġi ggarantita s-sikurezza tal-IT, sabiex il-possibbiltà ta' riskji ta' inċidenti ġodda minħabba manipulazzjoni mill-bogħod ta' sistemi installati fil-vettura jew kunflitti ta' kompatibbiltà jiġu eliminati; jirrakkomanda li l-prinċipju ta' sjieda tad-data jiġi esplorat;

33.

Jisħaq fuq l-importanza li jsir użu minn informazzjoni affidabbli dwar il-pożizzjoni u l-ħin minn sistemi ta' lokalizzazzjoni bis-satellita u li tiġi applikata s-sistema EGNOS/GNSS għal sikurezza attiva fit-toroq; jitlob biex ikun hemm aktar sforzi sabiex tinkiseb preċiżjoni tas-sikurezza attiva fit-toroq EGNOS/GNSS ta' anqas minn metru wieħed, bl-għan li jkun hemm bidla mill-kapaċità tas-sistema biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura għall-kapaċità tagħha li tintervjeni awtomatikament, u tiddevja t-trajettorja tal-vettura; jitlob li ssir promozzjoni ta' sikurezza msaħħa fit-toroq billi tintegra d-data EGNOS/GNSS attrezzat b'sistemi ta' kontroll fil-karozza;

Miżuri ta' sikurezza biex jiġu evitati l-inċidenti

34.

Jilqa' l-fatt li l-ibbrejkjar ta' emerġenza diġà huwa obbligatorju, sa minn Novembru 2015, għat-trakkijiet u x-xarabanks il-ġodda kollha fl-UE, imma jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmilha obbligatorja li jiġu installati fil-karozzi assistenti tal-ibbrejkjar ta' emerġenza awtomatiku bid-detezzjoni ta' persuni bil-mixi, ċiklisti, vetturi fuq żewġ roti u motoċiklisti, f'vetturi partikolari, vetturi kummerċjali ħfief, xarabanks, kowċis u, speċjalment, vetturi tqal tal-merkanzija, peress li dawn għandhom potenzjal qawwi li jevitaw l-inċidenti fit-toroq permezz ta' bbrejkjar b'saħħtu awtonomu u b'riżultat, distanzi għall-waqfien iqsar;

35.

Jitlob li jkun hemm disinn aktar sikur tal-parti ta' quddiem ta' vetturi tqal li jġorru l-merkanzija marbuta ma' viżjoni aħjar ta' persuni bil-mixi u ċiklisti, kif ukoll ostakli biex jiġu evitati kolliżjonijiet u jittaffew il-konsegwenzi ta' kolliżjonijiet;

36.

Jitlob l-installazzjoni obbligatorja ta' sistemi ta' assistenza intelliġenti tal-veloċità li jindikaw il-limiti tal-veloċità, is-sinjali tal-waqfien u s-sinjali tad-dawl tat-traffiku u jintervjenu biex jgħinu lis-sewwieqa biex jibqgħu taħt il-limiti tal-veloċità; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-sinjali tat-toroq jinżammu fi stat eċċellenti u b'marki tat-toroq li jinqraw b'mod ċar; jenfasizza li għat-tħaddim xieraq tas-sistemi ta' assistenza intelliġenti, jeħtieġ li jkun hemm mapep tat-toroq aġġornati online b'indikazzjonijiet tal-limiti ta' veloċità attwali;

37.

Jenfasizza li biex tittejjeb is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq, id-deċelerazzjoni ta' vetturi għandha tiġi ssenjalata lil sewwieqa oħra fit-toroq b'mod aktar evidenti permezz ta' sinjali ċari tad-dawl fuq il-vetturi, u jistenna li jiġi introdott l-użu obbligatorju ta' indikatur tal-brejk ta' emerġenza fil-forma ta' dawl ta' bbrejkjar li jteptep jew ta' hazard lights li jteptpu;

38.

Jenfasizza li, minħabba r-rilevanza tagħha għas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq, għandha ssir obbligatorja assistenza biex tinżamm id-direzzjoni, li tista' tiġi diżattivata, li mhux biss tagħti sinjal ta' twissija iżda tintervjeni b'mod xieraq, mingħajr ma timpedixxi l-intervent tas-sewwieq b'mod dirett; jinnota li bl-użu ta' din is-sistema ta' twissija huwa meħtieġ li marki fit-toroq jinżammu f'kondizzjoni li tiżgura li dawn ikunu jingħarfu b'mod ċar;

39.

Jenfasizza li t-twessigħ tal-viżjoni diretta għas-sewwieqa tat-trakkijiet tqal tal-merkanzija, ix-xarabanks u l-kowċis, kif ukoll it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-blind spots huma vitali biex tiżdied is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq ta' dawn il-vetturi, jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħti mandat għal standards ta' viżjoni diretta differenzjati ambizzjużi u biex tagħmilha obbligatorja li jiġu installati kameras u sensors fuq quddiem, mal-ġnub u fuq wara u sistemi ta' assistenza fid-dawrien, filwaqt li tosserva li tali miżuri jkunu f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/719 u ma jwasslux għal xi estensjoni tal-perjodi ta' skadenzi għall-implimentazzjoni stipulati hemmhekk;

40.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti kundizzjonijiet għall-istallazzjoni ta' tagħmir ta' interlocks tal-alkoħol u sistemi li jidentifikaw li s-sewwieq jkunu distratti jew għajjenin, u jħeġġeġ l-użu ta' interlocks tal-alkoħol għas-sewwieqa professjonali u għas-sewwieqa li jkunu kkawżaw inċident tat-traffiku taħt l-influwenza tal-alkoħol u għalhekk ikunu ġew ikkundannati għar-reat ta' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol, bħala miżura ta' rijabilitazzjoni;

41.

Josserva li t-trakkijiet huma involuti fi 15 % tal-inċidenti fatali tat-traffiku, u li l-utenti vulnerabbli tat-triq jammontaw għal bejn wieħed u ieħor 1 000 fatalità kull sena li jkunu relatati mat-trakkijiet; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni taċċelera l-introduzzjoni mandatorja għat-trakkijiet ta' standards ambizzjużi ta' viżjoni diretta differenzjata, ta' assistenza tal-veloċità intelliġenti, u ta' sistemi awtomatiċi ta' bbrejkjar f'każ ta' emerġenza bid-detezzjoni taċ-ċiklisti u ta' persuni bil-mixi;

Miżuri ta' sikurezza bl-iskop li jittaffew il-konsegwenzi ta' inċidenti

42.

Josserva li l-pressjoni tat-tajers għandha implikazzjonijiet sinifikanti għas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq u l-konsum tal-fjuwil kif ukoll għall-emissjonijiet; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħmel is-sistemi diretti ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers obbligatorji; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tittrasponi fil-liġi tal-UE l-emendi tas-sistemi ta' kejl tal-pressjoni tat-tajers immirati għat-tħaddim tajjeb ta' dawn is-sistemi f'kundizzjonijiet tad-dinja reali miftiehma fil-UNECE;

43.

Iqis li huwa neċessarju li jsir obbligatorju li jiġu installati sistemi intelliġenti ta' tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza għas-sedili kollha ta' quddiem għall-vetturi kollha u għal sedili fuq wara għal vetturi M1 u N1;

44.

Iqis li huwa importanti li ssir obbligatorja li jiġu installati sistemi ta' aġġustament taċ-ċintorini tas-sikurezza għas-sedili ta' wara biex jiġi evitat dannu għall-għonq;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, mill-2019, testendi r-rekwiżit tal-istallazzjoni eCall fil-muturi, vetturi tqal tal-merkanzija u x-xarabanks u l-kowċis, u wkoll biex is-sistema ssir disponibbli għar-retrofitting sabiex ikun żgurat li tkun tista' tkopri l-ogħla numru possibbli ta' vetturi fit-toroq;

46.

Jitlob statistika preċiża u affidabbli dwar l-inċidenti madwar l-UE, inkluż statistika dwar il-kawżi tal-inċidenti, data tal-espożizzjoni u lista ta' korrimenti u persuni involuti fl-inċidenti, u josserva li data recorder tal-inċidenti jista' jkun utli ħafna għal dan l-iskop, fejn id-data trid tibqa' anonima u tintuża esklussivament għal raġunijiet ta' riċerka tal-inċidenti;

47.

Jitlob li tinġabar data fl-UE kollha fuq persuni fil-vetturi maqtula jew midruba minn kawża oħra ħlief dik ta' kolliżjonijiet; jinnota li ma hemm l-ebda data disponibbli dwar persuni midruba minħabba xemxati fil-karozzi;

48.

Jitlob li jkun hemm regoli aħjar dwar is-sikurezza min-nar għax-xarabanks u l-kowċis b'tipi differenti ta' enerġija, inklużi xarabanks imħaddma bis-CNG, biex tiġi mmassimizzata l-protezzjoni tas-sikurezza tal-passiġġieri;

49.

Josserva li protezzjoni tal-underrun ta' quddiem tat-trakkijiet iddisinnjata mill-ġdid tista' tnaqqas b'20 % l-kolliżjonijiet ta' ras imb'ras bejn karozzi u trakkijiet; jistieden lill-Kummissjoni tagħti mandat għal protezzjoni mtejba tal-underrun ta' quddiem li jassorbi l-enerġija għat-trakkijiet il-ġodda kollha;

50.

Jitlob testijiet ta' kolliżjoni obbligatorji għan-naħa ta' quddiem, il-ġenb u wara tal-vetturi għal:

(a)

vetturi off-road (SUVs) b'pożizzjoni elevata tas-sedili u piż massimu ta' aktar minn 2 500 kg, and

(b)

vetturi li jaħdmu bl-elettriku u vetturi b'sistemi ta' propulsjoni oħra ġodda;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna wkoll r-rekwiżiti ta' ttestjar għal sistemi ta' sikurezza passivi ta' vetturi bil-mutur sabiex tiġi inkluża l-protezzjoni tal-utenti kollha vulnerabbli tat-toroq f'impatti fuq quddiem u fuq wara, li jinkludu mhux biss persuni bil-mixi iżda wkoll iċ-ċiklisti;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li s-suq ikollu perjodu ta' żmien realistiku u twil biżżejjed biex jiġu adottati dawn il-miżuri;

53.

Jenfasizza li d-Direttiva (UE) 2015/719 dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet ta' vetturi tqal tal-merkanzija għandha potenzjal kbir biex ittejjeb is-sikurezza tat-trakkijiet; jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef il-ħidma fuq din id-direttiva u tressaq il-valutazzjoni tagħha mingħajr dewmien;

o

o o

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134.

(4)  ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9.

(5)  ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1.

(6)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.

(7)  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 155.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2017)0228.

(9)  ĠU C 75, 26.2.2016, p. 49.

(10)  ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 54.

(11)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/10


P8_TA(2017)0427

L-użu ta' strumenti tal-politika ta' koeżjoni mir-reġjuni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar l-użu ta' strumenti tal-politika ta' koeżjoni mir-reġjuni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku (2016/2245(INI))

(2018/C 356/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 174 u 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-funzjonament ta' tali raggruppamenti (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni speċjali tal-gżejjer (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 dwar in-nisa u r-rwol tagħhom fiż-żoni rurali (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2016 dwar il-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni muntanjużi tal-Unjoni Ewropea (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar ir-Rapport dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tas-Sena Ewropea 2012 għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2016 dwar għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014–2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar it-tibdil demografiku u l-konsegwenzi tiegħu għall-politika ta' koeżjoni futura tal-UE (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar l-isfida demografika u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (13),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar l-istrateġija Ewropea għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni muntanjużi, tal-gżejjer u ta' żoni li fihom ma tantx jgħixu nies (14),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa (15),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar l-isfidi demografiċi u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (16),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni intitolat “The 2015 Ageing Report. Economic and budgetary projections for the 28 EU Member States (2013-2060)” (Ir-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2015. Tbassir ekonomiku u baġitarju għat-28 Stat Membru tal-UE) (European Economy 3|2015),

wara li kkunsidra s-Sitt Rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bit-titolu “Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir: Il-promozzjoni tal-iżvilupp u tal-governanza tajba fir-reġjuni u l-ibliet tal-UE” tat-23 ta' Lulju 2014,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 intitolata “Inizjattiva ta' appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw li jaħdmu” (COM(2017)0252),

wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2009 bit-titolu “Kif għandna nittrattaw l-impatt tat-tixjieħ tal-popolazzjoni fl-UE (Ir-Rapport dwar it-Tixjieħ 2009)” (COM(2009)0180),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2007 bit-titolu ''Il-Promozzjoni tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet'' (COM(2007)0244),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2006 intitolata “Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa, il-bidla ta' sfida f'opportunità” (COM(2006)0571),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2005 bit-titolu “Green Paper: ‘Quddiem it-tibdiliet demografiċi: solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet’” (COM(2005)0094),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” (COM(2015)0192),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tas-16 ta' Ġunju 2016 dwar Ir-rispons tal-UE għall-isfida demografika (17),

wara li kkunsidra l-istudju datat Settembru 2013 tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni, intitolat “Il-politiki reġjonali u ta' koeżjoni kif jistgħu jindirizzaw l-isfidi demografiċi?”,

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni ESPON dwar “Niżvelaw il-potenzjalitajiet territorjali u t-tiswir ta' politiki ġodda f'tipi speċifiċi ta' territorji fl-Ewropa: gżejjer, muntanji, żoni b'popolazzjoni baxxa u reġjuni kostali” (18),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0329/2017),

A.

billi t-tibdil demografiku huwa problema reali fl-Ewropa u madwar id-dinja u jikkostitwixxi sfida ewlenija, mhux biss b'mod ġenerali iżda wkoll għall-iżvilupp lokali u territorjali u t-titjib tal-politiki fl-UE llum, flimkien ma' kwistjonijiet relatati mal-impjieg, il-globalizzazzjoni bla kontroll, it-tibdil fil-klima, it-tranżizzjoni lejn ekonomiji b'livell baxx ta' karbonju u l-isfidi li ġġib magħha l-bidla industrijali u teknoloġika u l-inklużjoni soċjali u ekonomika;

B.

billi, kif inhu l-każ f'ħafna soċjetajiet postindustrijali, il-popolazzjoni tal-Ewropa kienet ikkaratterizzata minn żieda fil-lonġevità u rati ta' fertilità baxxi għal diversi għexieren ta' snin, u dan huwa suxxettibbli li jibdel l-istruttura tal-popolazzjoni u l-piramida tal-età, u jista' jwassal għal effetti sekondarji ta' popolazzjoni ta' età tax-xogħol li dejjem qiegħda tonqos u ta' popolazzjoni li qed tixjiħ; billi l-kriżi ekonomika li laqtet lill-Unjoni Ewropea kollha kellha impatt kbir fuq ħafna setturi u reġjuni, partikolarment fuq il-kampanja, u b'mod partikolari ġġenerat faqar u depopolazzjoni; billi d-differenza persistenti bejn il-pagi u fil-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa tfixkel b'mod qawwi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

C.

billi t-tkabbir rapidu tal-popolazzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u t-tnaqqis demografiku fil-popolazzjoni tal-UE huwa mbassar li jiġu tradotti fi tnaqqis tal-persentaġġ tal-Unjoni Ewropea tal-popolazzjoni dinjija minn 6,9 % fl-2015 għal 5,1 % fl-2060 (19);

D.

billi huwa mbassar li 132 minn 273 reġjun tal-livell NUTS 2 se jaraw tnaqqis fil-popolazzjoni bejn l-2015 u l-2050 (20); billi dan it-tnaqqis se jolqot lill-Unitajiet Amministrattivi Lokali (LAUs) b'mod partikolari;

E.

billi l-prijorità ewlenija tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri kollha hija li jiġi promoss tkabbir li jkun fl-istess waqt intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

F.

billi fatturi ġeografiċi u demografiċi jservu biex jitħarrxu l-problemi tal-iżvilupp; billi, għal din ir-raġuni, it-Trattat ta' Lisbona żied il-koeżjoni territorjali mal-miri tal-koeżjoni ekonomika u soċjali;

G.

billi t-tibdil demografiku ma jaffettwax lill-pajjiżi u r-reġjuni kollha b'mod uniformi, kemm minħabba d-dinamika naturali tiegħu kif ukoll minħabba l-movimenti migratorji li dan jinvolvi, fejn il-biċċa l-kbira taż-żoni urbani u, b'mod partikolari, l-inħawi metropolitani qed jesperjenzaw żieda fil-popolazzjoni u l-parti l-kbira taż-żoni rurali u ż-żoni mbiegħda qed jesperjenzaw deklin, filwaqt li l-istampa hija waħda mħallta ħafna fir-reġjuni ultraperiferiċi; billi dawn l-iżbilanċi qed jippreżentaw sfidi kbar kemm għal territorji li jsofru minn depopolazzjoni kif ukoll għal dawk li jesperjenzaw influss ta' popolazzjoni; billi ż-żoni iżolati u ż-żoni li għalihom l-aċċess huwa limitat huma dawk l-aktar esposti għal tnaqqis demografiku; billi, mill-banda l-oħra, jenħtieġ li jiġu enfasizzati l-effetti tas-“suburbanizzazzjoni”, li, bħala konsegwenza ta' movimenti kbar tal-popolazzjoni mill-bliet kbar għar-reġjuni ta' madwarhom, li jitfgħu pressjoni fuq l-awtoritajiet kemm lokali kif ukoll reġjonali;

H.

billi r-reġjuni Ewropej mhumiex meded uniformi ta' territorju; billi dawn jistgħu jinkludu żoni ta' qgħad u faqar u jiffaċċjaw sfidi partikolari, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil demografiku, li jagħmilha essenzjali li jitwaqqfu strumenti mmirati li jnaqqsu d-differenzi subreġjonali u jġibu bilanċ territorjali aħjar f'termini ta' żoni urbani, periurbani u rurali;

I.

billi n-nisa, u b'mod partikolari l-ommijiet waħedhom, huma aktar esposti għall-faqar u l-esklużjoni;

J.

billi t-tibdil demografiku jippreżenta sfida fl-iżgurar tal-koeżjoni soċjali u l-benesseri tal-popolazzjoni kollha, u fil-promozzjoni ta' żvilupp ekonomiku bilanċjat; billi t-tibdil demografiku għandu riperkussjonijiet fuq l-infrastruttura, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, u dan ifisser problemi ta' konnettività jew iżolament mediku, u huwa spiss riżultat ta' konnessjonijiet insuffiċjenti bejn il-popolazzjonijiet urbani u rurali;

K.

billi t-tibdil demografiku jinvolvi sfidi ewlenin ta' strateġija politika f'oqsma differenti marbuta ma' firxa wiesgħa ta' oqsma tal-politika ta' koeżjoni; billi l-politika reġjonali u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE), inkluż il-Fond ta' Koeżjoni, huma strumenti ewlenin għal dan it-tibdil;

L.

billi f'żoni mhux urbanizzati fl-Unjoni Ewropea jgħixu 113-il miljun ruħ, hemm 12-il miljun ażjenda agrikola u 172 miljun ettaru ta' art agrikola u jagħmlu kontribut estensiv għall-ekonomiji, il-kulturi u l-ekosistemi Ewropej;

M.

billi infrastruttura adegwata u livell adegwat ta' servizzi huma fatturi importanti fil-ġestjoni tal-istruttura tal-popolazzjoni f'reġjuni li huma ftit li xejn popolati jew li jbatu minn emigrazzjoni, fejn l-importanza tal-investiment u l-impjiegi hija ikbar;

N.

billi infrastruttura adegwata u l-aċċess għal servizzi pubbliċi u impjiegi ta' kwalità huma fatturi importanti li jinfluwenzaw id-deċiżjoni ta' jekk wieħed joqgħodx f'żona partikolari;

O.

billi n-nisa huma aktar esposti għall-faqar u l-esklużjoni soċjali mill-irġiel – aktar u aktar meta jkollhom aktar minn 60 sena;

P.

billi t-tibdil demografiku għandu impatt ikbar fuq reġjuni li qed jaqgħu lura;

Q.

billi t-tibdil demografiku li qed jaffettwa ż-żoni rurali għandu konsegwenzi ekonomiċi u soċjali, jikkawża frammentazzjoni territorjali u jaffettwa l-kwalità tal-ħajja u tal-ambjent, minbarra l-konsegwenzi demografiċi serji tiegħu;

R.

billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija dritt fundamentali, valur komuni tal-UE, u kundizzjoni meħtieġa għall-kisba tal-għanijiet tal-UE tat-tkabbir, l-impjieg u l-koeżjoni soċjali;

S.

billi l-ugwaljanza bejn is-sessi tirrappreżenta għodda importanti għall-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni soċjali;

T.

billi t-tibdil demografiku negattiv iżid id-domanda għal solidarjetà aktar qawwija bejn il-ġenerazzjonijiet;

Ġenerali

1.

Jenfasizza li t-tibdil demografiku jġib miegħu diffikultajiet ekonomiċi, soċjali, fiskali u pressjonijiet ambjentali fuq il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali f'dak li għandu x'jaqsam mal-għoti tas-servizzi pubbliċi, b'mod partikolari s-servizzi soċjali u tal-benessri, il-bini u l-ġestjoni ta' infrastruttura, u l-iżgurar tal-preżervazzjoni tal-ekosistemi permezz ta' ġestjoni sostenibbli tat-territorju; jenfasizza li dawn il-pressjonijiet se jiħraxu minħabba l-popolazzjoni attiva li qed tonqos u l-proporzjon ta' dipendenza ogħla; jenfasizza r-rwol kruċjali tas-servizzi pubbliċi u privati ta' kwalità għolja; jenfasizza l-importanza ta' servizzi pubbliċi u privati aċċessibbli ta' kwalità għolja u affordabbli bħala għodda biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi;

2.

Iqis li t-tibdil demografiku għandu jiġi indirizzat b'mod koordinat permezz tal-azzjoni tal-awtoritajiet kollha Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali u billi jiġu segwiti strateġiji ta' adattament li jirriflettu r-realtajiet lokali u reġjonali u joffru governanza f'diversi livelli li tkun effettiva kemm fl-istruttura ta' dawn il-politiki speċifiċi mmirati lejn reġjuni partikolari kif ukoll fl-implimentazzjoni tagħhom; huwa tal-fehma li tali reazzjoni kkoordinata u integrata għandha timmira li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u tipprovdilhom opportunitajiet ekonomiċi aħjar, u għandha tfittex li tinvesti fil-kwalità, id-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta' servizzi pubbliċi u soċjali fir-reġjuni kkonċernati; iqis, barra minn hekk, li r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra għandhom ikunu involuti wkoll; jirrimarka li kwalunkwe approċċ komprensiv għandu jirrifletti r-rwol tal-bliet, iż-żoni rurali, iż-żoni tas-sajd u ż-żoni kostali, kif ukoll żoni li jiffaċċjaw problemi speċifiċi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom, u li, għaldaqstant, l-imsemmi approċċ se jkollu wkoll iqis l-isfidi speċifiċi tal-aktar reġjuni mbiegħda, ir-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi, kif espressament rikonoxxut fit-Trattat ta' Lisbona; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jqisu l-effetti ta' politiki differenti fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tibdil demografiku;

3.

Jirrikonoxxi li l-tibdil demografiku, filwaqt li jġib miegħu sfidi ġodda, joffri wkoll opportunitajiet ta' żvilupp fil-livell lokali, bħala riżultat tal-bidliet fid-domanda f'soċjetajiet urbani, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-ikel, id-divertiment u l-mistrieħ, permezz tal-potenzjal tal-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd li jipproduċu prodotti ta' kwalità għolja, sikuri u distintivi; iqis li t-turiżmu rurali b'mod ġenerali u l-ekoturiżmu, il-kummerċ elettroniku, is-servizzi bbażati fuq il-komunità u l-ekonomija tal-anzjani b'mod partikolari jipprovdu wkoll opportunitajiet għall-iżvilupp fil-livell lokali, filwaqt li jivvalorizzaw prodotti domestiċi agrikoli jew mhux agrikoli, bħalma huma l-prodotti magħmula bl-idejn, ir-rakkmu u ċ-ċeramika, permezz ta' sistema Ewropea ta' protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti biex jingħata appoġġ lir-reġjuni u t-territorji fl-identifikazzjoni ta' attivitajiet b'valur miżjud għoli u attraenti biex jinbnew ekosistemi ta' innovazzjoni fuq il-bażi ta' strateġija ta' żvilupp rurali ġenwina multifunzjonali li tinkorpora l-ekonomija ċirkolari fl-ippjanar reġjonali; jinnota li l-agroturiżmu, li jgħin biex iżomm stil ta' ħajja dinamiku fiż-żoni rurali, ukoll huwa settur sinifikanti; jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali u li s-sħab soċjali jiġu inklużi flimkien ma' partijiet interessati u awtoritajiet lokali oħra fil-fażijiet kollha tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE biex jiġu antiċipati l-effetti tat-tibdil demografiku fuq is-swieq tax-xogħol lokali u jiġu żviluppati strateġiji ġodda li jindirizzaw dawn l-isfidi;

Karatteristiċi tat-tibdil demografiku fl-UE

4.

Jinnota li l-problemi prinċipali marbuta mat-tibdil demografiku li qed jesperjenzaw bħalissa ħafna partijiet tal-UE huma marbuta mat-tixjiħ dovut għat-taqlib tal-piramida tal-etajiet, tnaqqis fir-rati ta' twelid u tnaqqis drastiku sussegwenti fil-popolazzjonijiet ta' trabi u żgħażagħ, depopolazzjoni kostanti, skarsezzi ta' forza tax-xogħol b'ħiliet, nuqqas ta' impjiegi, żgħażagħ li jitilqu miż-żona minħabba nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol u bidliet fl-istruttura demografika; jirrikonoxxi li l-politika attwali dwar l-agrikoltura, it-telf tal-attivitajiet tradizzjonali, prodotti, sistemi ta' produzzjoni, il-forza tax-xogħol u l-għarfien espert lokali, ix-xogħol inviżibbli mwettaq min-nisa, in-nuqqas ta' intraprenditorija, reġjuni li waqgħu lura jew li ma jistgħux jikkompetu minħabba nuqqas ta' investiment, jew telf ta' bijodiversità, u t-telf ta' msaġar għall-arbuxelli u r-riskju ta' nirien, huma problemi sinifikanti ulterjuri konnessi mat-tibdil demografiku; jenfasizza li l-impatt ta' dawn it-tendenzi jvarja b'mod sinifikanti minn reġjun għall-ieħor, parzjalment minħabba ċ-ċaqliq tal-persuni lejn ċentri urbani kbar sabiex isibu x-xogħol;

5.

Jenfasizza li wieħed mill-objettivi ewlenin ta' politika demografika tal-UE għandu jkun li jittieħdu inkunsiderazzjoni t-territorji bi żbilanċi demografiċi u l-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk it-territorji, fatturi li l-politika ta' koeżjoni ilha tfittex li tadatta għalihom, u li se jkollha tagħmel ħafna iktar sabiex tadatta għalihom wara l-2020; jenfasizza l-fatt li filwaqt li t-tibdil demografiku jaffettwa ż-żoni kollha, kemm dawk rurali kif ukoll dawk urbani, l-implikazzjonijiet tiegħu jvarjaw u jiddependu fuq fatturi differenti bħall-intensità u r-ritmu li bih iseħħ it-tibdil jew jekk dan jolqotx ir-reġjuni b'immigrazzjoni netta jew ir-reġjuni b'popolazzjoni li qed tiċkien;

6.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi u appoġġati l-azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju rurali u fil-muntanji li, bl-użu ta' tekniki u metodi ta' produzzjoni tradizzjonali li jisfruttaw ir-riżorsi naturali, bħall-mergħat u tipi differenti ta' għelejjel li jintużaw għall-għalf tal-annimali — b'mod integrat u sostenibbli, jipproduċu prodotti b'karatteristiċi speċifiċi ta' kwalità u jistgħu jservu biex ireġġgħu lura jew tnaqqas id-depopolazzjoni f'dawk l-oqsma;

7.

Jenfasizza li l-fenomeni demografiċi li qed jolqtu lill-Unjoni mhumiex ġodda, iżda issa żdiedu b'intensità mingħajr preċedent, b'mod partikolari bħala riżultat ta' pressjonijiet soċjali u ekonomiċi; jiġbed l-attenzjoni dwar iż-żieda kostanti fl-għadd ta' persuni anzjani — madwar 2 miljuni kull sena jilħqu l-età ta' 60 sena — li tħalli impatt fuq l-ippjanar spazjali, l-akkomodazzjoni u t-trasport u fuq tipi oħra ta' infrastruttura u servizzi; jinnota bi tħassib li r-reġjuni kkaratterizzati minn tnaqqis sinifikanti fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol se jintlaqtu b'mod partikolarment ħażin mill-isfidi demografiċi; jirrikonoxxi li n-nuqqas ta' investiment, l-infrastruttura fqira, ir-rati baxxi ta' konnettività, l-aċċess limitat għal servizzi soċjali u n-nuqqas ta' impjiegi huma fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għad-depopolazzjoni; jenfasizza li l-bidliet demografiċi jista' jkollhom impatt konsiderevoli fuq il-pensjonijiet u fuq is-sostenibbiltà ambjentali b'mod partikolari, peress li d-depopolazzjoni taż-żoni rurali u ż-żieda fl-urbanizzazzjoni jolqtu l-ekosistemi, il-konservazzjoni tan-natura u l-użu tar-riżorsi naturali, b'riperkussjonijiet partikolari fuq l-użu tal-art urbana, l-infrastruttura, is-swieq tad-djar u ż-żoni ħodor;

8.

Iqis li d-dimensjoni tal-ġeneru tat-tibdil demografiku għandha tiġi kkunsidrata b'mod trażversali, billi r-reġjuni li qed jesperjenzaw deklin demografiku qed isofru wkoll minn żbilanċi tal-ġeneri u tal-etajiet minħabba l-emigrazzjoni ('l barra???); jemmen li l-isfidi ppreżentati mit-tibdil demografiku jistgħu u jeħtieġ jiġu indirizzati fi ħdan qafas ta' politika li jiffavorixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi, u huwa għalhekk li l-ugwaljanza bejn is-sessi trid tiġi kkunsidrata fid-dibattiti dwar il-kwistjonijiet kollha marbuta ma' kwistjonijiet demografiċi; iqis, għalhekk, li l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fi ħdan il-Fondi SIE kollha għandha tkompli tissaħħaħ fil-ġejjieni;

9.

Ifakkar li l-Istrateġija Ewropa 2020 tindirizza l-isfidi demografiċi f'ħafna mis-seba' inizjattivi ewlenin tagħha, li kienu ddiżinjati biex jingħelbu l-problemi u jiġu stabbiliti l-prijoritajiet vitali għall-UE fl-oqsma tal-impjieg, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, it-tnaqqis tal-faqar, u l-klima u l-enerġija; jinnota li parti fundamentali mill-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-inizjattivi ewlenin tagħha hija bbażata fuq appoġġ finanzjarju permezz tal-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni, inklużi dispożizzjonijiet biex jindirizzaw it-tibdil u t-tixjiħ tal-popolazzjoni, u li dawn id-dimensjonijiet jeħtieġ li jiġu enfasizzati fl-istrumenti kollha tal-Unjoni Ewropea;

10.

Iqis li l-isfidi tal-popolazzjonijiet li qed jonqsu u jixjieħu se jkollhom bżonn objettiv, rivalutazzjonijiet dettaljati u komprensivi ta' ħafna politiki u programmi ekonomiċi, soċjali u politiċi stabbiliti, li se jeħtieġu li jinkorporaw perspettiva fit-tul;

Il-koordinazzjoni tal-politiki tal-UE

11.

Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni akbar bejn l-istrumenti tal-UE, b'mod partikolari l-Politika Agrikola Komuni, il-Fondi SIE inkluż il-Fond ta' Koeżjoni, il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, biex jiġi żgurat approċċ aktar komprensiv għat-tibdil demografiku; jissuġġerixxi li, minħabba li l-mekkaniżmi użati s'issa ma żammewx lura l-avvanż tal-iżbilanċi demografiċi, jeħtieġ isir rieżami tal-politiki eżistenti u tal-funzjonament tal-mekkaniżmi kollha ta' dan it-tip; jilqa', f'dan il-kuntest, l-isforzi li saru biex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-Fondi SIE u l-FEIS; jistieden lill-Kummissjoni għal darb' oħra biex tipproponi strateġija dwar it-tibdil demografiku li tipprijoritizza l-oqsma li ġejjin: xogħol deċenti u relazzjonijiet industrijali ta' kwalità tajba, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għal forom ġodda ta' impjiegi u r-rwol soċjali tagħhom; l-aspett territorjali tal-politiki li jippromwovu l-attività ekonomika u l-impjieg; il-promozzjoni tal-infrastruttura bħala fattur li jinfluwenza l-lok ta' negozju, biex it-territorji li qed jiffaċċjaw sfidi demografiċi isiru aċċessibbli u kompetittivi; kopertura mifruxa tal-ICT, kompetittiva fir-rigward kemm tal-kwalità kif ukoll tal-prezz, f'territorji fejn id-densità tal-popolazzjoni hija aktar baxxa; il-provvediment ta' servizzi tas-sigurtà soċjali bażiċi f'territorji li qed jiffaċċjaw sfidi demografiċi; it-trasport pubbliku lokali biex jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi pubbliċi; politiki mfassla biex jiżguraw bilanċ aħjar bejn l-impenji tal-familja u dawk professjonali, tiġdid ġenerazzjonali sostenibbli u kura adegwata għall-persuni dipendenti; politiki dwar l-akkoljenza, l-integrazzjoni u r-ritorn ta' migranti u rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali; u l-użu estensiv ta' ambjenti ġodda u aktar attraenti biex titwassal l-informazzjoni dwar il-ħajja rurali; jenfasizza l-importanza ta' inizjattivi eżistenti bħas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu, Għajxien Megħjun Kuntestwalment (AAL) u l-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni Diġitali u Saħħa tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT); jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra s-soluzzjonijiet żviluppati diġà minn dawn l-inizjattivi meta jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni Ewropej; jenfasizza l-importanza tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-Tagħlim tul il-Ħajja bħala mezz ta' appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ f'żoni fejn jeżisti r-riskju ta' depopolazzjoni; iqis li l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar għandha teħtieġ li l-analiżi tal-impatt imwettqa qabel kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva tal-UE tinkludi l-effetti li dawn l-inizjattivi jista' jkollhom fuq id-demografija;

12.

Jenfasizza l-importanza li l-UE tinkorpora kunsiderazzjonijiet demografiċi fl-ispettru politiku kollu, fosthom fl-intestaturi baġitarji tagħha, sabiex ikun possibbli l-iżvilupp ta' dawn il-politiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-koeżjoni, l-impjieg, l-agrikoltura, l-ambjent, is-soċjetà tal-informazzjoni, ir-RŻI (riċerka, żvilupp u innovazzjoni), l-edukazzjoni, il-politika soċjali, u t-trasport; jikkunsidra li s-sejbiet fir-rapporti dwar l-impatt demografiku jridu jiġu inkorporati fit-tfassil tal-politiki tagħha u l-kriterji demografiċi meqjusa fil-valutazzjonijiet tal-eżiti u tal-effetti mhux mixtieqa ta' dawk il-politiki bl-għan li jiġi ffavorit approċċ lejn it-tibdil demografiku li jinkludi l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali; huwa tal-opinjoni li għandha tingħata attenzjoni speċjali lil żoni rurali li qed iħabbtu wiċċhom ma' dawn il-problemi demografiċi b'mod partikolarment qawwi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-potenzjal tal-inizjattiva għal Irħula Intelliġenti, li permezz ta' teknoloġiji moderni bħall-5G u l-innovazzjoni, komunitajiet rurali jistgħu jingħataw ħajja ġdida; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza ta' kooperazzjoni msaħħa bejn żoni rurali u dawk urbani; jenfasizza l-importanza li jiġi pprovdut aċċess universali għal servizzi pubbliċi u infrastrutturi ta' kwalità għolja u bi prezz aċċessibbli, inklużi s-servizzi pubbliċi u infrastrutturi diġitali, b'mod partikolari għat-tfal, iż-żgħażagħ u l-anzjani, sabiex titrawwem l-inklużjoni soċjali, tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi u jittaffew il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku; jenfasizza l-importanza li jiġu pprovduti opportunitajiet ġodda ta' impjieg bi ħlas, b'mod partikolari f'żoni fejn jeżisti r-riskju ta' depopolazzjoni, sabiex jiġu ppreservati l-komunitajiet u jinħolqu l-kundizzjonijiet li jiffaċilitaw bilanċ sodisfaċenti bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; iqis li huwa importanti li ssir enfasi fuq viżjoni ġeografika globali taż-żoni urbani u rurali bħala spazji funzjonali komplementari; jenfasizza li hi meħtieġa integrazzjoni akbar bejn id-diversi fondi, sabiex ikun hemm ġenwinament parteċipattiv u sostenibbli; jindika li l-politika demografika tal-UE għandha timmira li tkun aktar kompluta u aktar koordinata mal-Istati Membri u orizzontalment; ifakkar li l-Unjoni Ewropea mhux biss tikkontribwixxi fondi għall-iżvilupp reġjonali iżda wkoll tifforma, fil-parti l-kbira, il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jużaw il-fondi tagħhom stess biex jiġġieldu l-inugwaljanzi territorjali soċjali; jenfasizza li anki jekk, bħala riżultat tal-immodernizzar tal-għajnuna mill-Istat, dawk l-eċċezzjonijiet li għalihom notifika mhix meħtieġa ġew simplifikati u se jiżdiedu fin-numru, il-qafas attwali għadu kumpless u peżanti ħafna għal awtoritajiet reġjonali u lokali iżgħar; iqis li minkejja li r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku ġew simplifikati fl-2014, xorta għad hemm wisq ostakli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali żgħar biex dawn ikunu jistgħu itejbu l-ekonomija ta' dawn iż-żoni sensittivi;

13.

Iqis li l-UE għandha tappoġġja l-politiki tal-immigrazzjoni u l-inklużjoni fl-Istati Membri, billi jiġu rrispettati d-drittijiet u l-kompetenzi ta' dawk l-Istati Membri, kif ukoll il-prinċipju tas-sussidjarjetà, sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ix-xejriet demografiċi negattivi; jenfasizza r-rwol sinifikanti tal-politiki favur il-ħolqien u l-appoġġ tal-familji; jemmen li l-entitajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu awtorizzati jimplimentaw b'suċċess politiki ta' integrazzjoni fil-post; huwa tal-fehma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fil-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi; jitlob li l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż iqisu d-disparitajiet u l-iżbilanċi reġjonali bejn ir-reġjuni fi ħdan l-Istati Membri; iqis li f'reġjuni konfinali, tali kooperazzjoni trid tirrifletti kemm id-domandi kif ukoll l-ambitu għall-inizjattivi transkonfinali; jissuġġerixxi l-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ f'dan il-qasam, biex il-kwistjonijiet involuti jinftiehmu aħjar u tinħoloq kuxjenza akbar dwarhom; iqis li l-indirizzar ta' problemi demografiċi jrid ikun parti integrali fl-Ewropa kollha u li s-soluzzjoni ta' problema f'parti mill-kontinent m'għandhiex ikollha effetti negattivi fuq bnadi oħra tal-Ewropa; jappella għall-ħolqien, f'livell pan-Ewropew, ta' netwerks għall-iskambju ta' prattiki tajba u esperjenzi li permezz tagħhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-atturi tas-soċjetà ċivili, jistgħu jedukaw lil xulxin dwar l-indirizzar ta' kwistjonijiet maħluqa mit-tibdil demografiku;

Tissaħħaħ l-effikaċja tal-fondi Ewropej

14.

Jenfasizza li l-Fondi SIE jridu jindirizzaw it-tibdil demografiku b'mod aktar effettiv fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, permezz ta': fokus akbar u iktar immirat fuq it-tibdil demografiku bħala qasam ta' prijorità fir-regolamenti finali u fil-linji gwida biex jiġu appoġġati l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-gvernijiet lokali, u l-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-Fondi SIE bl-għan li jiġi indirizzat it-tibdil demografiku u li jitfasslu u jiġu implimentati ftehimiet ta' assoċjazzjoni u programmi operazzjonali; approċċ proattiv iktar fit-tfassil tal-politika demografika u l-iskambju ta' prattiki u esperjenzi tajba għat-tagħlim istituzzjonali; appoġġ tekniku għall-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-partijiet interessati lokali fl-implimentazzjoni ta' politiki effettivi li jindirizzaw it-tibdil demografiku fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali; u l-parteċipazzjoni attiva obbligatorja tal-awtoritajiet lokali fit-tfassil, fil-ġestjoni u fl-evalwazzjoni interna tal-programmi li jimplimentaw il-fondi u l-identifikazzjoni meħtieġa ta' reġjuni li qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi demografiċi fil-livell ta' NUTS 3 u tal-unitajiet amministrattivi lokali (LAUs); iħeġġeġ l-għoti ta' appoġġ tekniku u taħriġ lill-partijiet interessati lokali u lill-awtoritajiet ta' ġestjoni biex jiġu implimentati politiki effettivi li jindirizzaw it-tibdil demografiku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; huwa tal-fehma li f'xi Stati Membri, is-sussidji fil-livell NUTS 2 sikwit jaħbu inugwaljanzi soċjoterritorjali, intrareġjonali u saħansitra suprareġjonali; jitlob li l-mapep tal-UE jużaw skala suffiċjenti biex tirrifletti l-problemi relatati mat-territorju, sabiex ikunu jistgħu jgħinu biex l-appoġġ ikun iffukat fuq iż-żoni l-aktar żvantaġġati;

15.

Jitlob li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jagħti kontribut ikbar u jipprovdi aktar appoġġ biex jiġu megħjuna żoni b'indiċijiet għoljin ta' tixjiħ, ruralità u depopolazzjoni biex titejjeb l-infrastruttura tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet tagħhom, jiċċekken id-distakk diġitali (inkluż bejn il-ġenerazzjonijiet) u jgawdu servizzi pubbliċi aqwa; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-qasam tas-saħħa elettronika; jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jimmiraw aħjar l-investimenti disponibbli għall-indirizzar tal-bidliet demografiċi u l-impatt tagħhom;

16.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-miżuri tal-politika ta' koeżjoni biex trażżan il-proċess ta' migrazzjoni minn reġjuni b'popolazzjoni skarsa, fejn infrastruttura adegwata u livell adegwat ta' servizzi huma prekondizzjonijiet essenzjali, b'mod partikolari biex jinżammu familji bi tfal;

17.

Jenfasizza li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għandu jżid il-ħidma tiegħu fit-taħriġ u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ, u għandu jippromwovi l-impjegabilità, jgħin lin-nies jilħqu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u diġitali ta' persuni anzjani; jenfasizza, barra minn hekk, li dan il-fond għandu jtejjeb il-prospetti tal-impjieg permezz ta' programmi ta' tħejjija għall-abitanti ta' reġjuni li qed jesperjenzaw deklin, u billi jagħti spinta lill-inklużjoni soċjali u diġitali tan-nisa, iż-żgħażagħ u l-anzjani f'dawn l-inħawi; jirrimarka, f'dan ir-rigward, li se tingħata attenzjoni, meta l-FSE jintuża biex jiġu appoġġati r-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex jiġi żgurat bilanċ aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tistabbilixxi pakkett speċifiku, fl-ambitu tal-fondi eżistenti, dedikat biex jindirizza l-inħawi li qed jesperjenzaw żvantaġġi demografiċi gravi u permanenti; jitlob biex il-fond jiġi żborżat skont arranġamenti li jagħtu prijorità lil linji ta' azzjoni fuq perjodu ta' żmien qasir, medju u twil; jenfasizza l-importanza li l-Fond ta' Koeżjoni jiġi inkluż fi strateġiji ġejjiena biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku, filwaqt li jfakkar li l-fond ġie stabbilit bil-ħsieb li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE; iqis li huwa importanti ħafna li jkun hemm aktar appoġġ provdut permezz tal-FSE għal organizzazzjonijiet żgħar li jiżviluppaw u jmexxu proġetti soċjali innovattivi, kif ukoll proġetti pilota transnazzjonali pan-UE li jindirizaw kwistjonijiet soċjali u tal-impjieg, sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni reġjonali, transfruntiera, transnazzjonali u makroreġjonali innovattiva u b'hekk jiġu mwieġba l-isfidi maħluqa minħabba t-tibdil demografiku;

18.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li, kif enfasizzat mir-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE, li għandha l-għan li tgħin liż-żgħażagħ bla impjieg, taħriġ jew edukazzjoni, għamlet progress limitat, u r-riżultati tagħha ma laħqux l-aspettattivi inizjali;

19.

Huwa tal-fehma li, bl-għan li jiġu evitati distakki territorjali, il-FEIS għandhom igawdu minnu r-reġjuni li għandhom l-aktar dinamiki demografiċi sfavorevoli permezz ta' investiment akbar f'oqsma ta' prijorità tal-UE bħall-enerġija, it-trasport, l-edukazzjoni, in-negozju, l-innovazzjoni, ir-riċerka, il-SMEs, l-edukazzjoni u l-infrastruttura soċjali; huwa tal-fehma li l-kunsiderazzjoni ta' status speċjali għal reġjuni demografikament żvantaġġati għandha tiġi diskussa fl-iżvilupp tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020;

Il-ġejjieni tal-politika ta' koeżjoni biex jiġi indirizzat it-tibdil demografiku

20.

Jemmen li l-politika ta' koeżjoni tipprovdi l-għodod it-tajba għall-indirizzar tat-tibdil demografiku, speċjalment b'rabta ma' politiki oħra nazzjonali, reġjonali u tal-UE, fir-rigward kemm tat-tixjiħ kif ukoll tat-telf tal-popolazzjoni, u għaldaqstant għandu jkollha rwol aktar prominenti biex tappoġġa r-reġjuni u tipprovdi flessibbiltà fl-adattament għat-tibdil demografiku; jemmen li dan għandu jkun rifless ukoll fir-regolamenti speċifiċi għall-fondi fl-indirizzar tat-tibdil demografiku, bħala parti mill-mandat espliċiti tiegħu skont l-Artikolu 174 tat-TFUE; jappella għal definizzjoni preċiża tal-kunċett ta' żvantaġġi demografiċi gravi u permanenti msemmi fl-Artikolu 174 tat-TFUE u l-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, billi dan jippermetti li l-isfidi demografiċi jiġu kwantifikati statistikament; jenfasizza l-importanza tar-rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, u jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti dwar l-opportunità biex tikkomplementa strateġiji ta' żvilupp urban sostenibbli u integrat ma' sħubijiet għal żvilupp sostenibbli urban-rurali; iqis li l-Kummissjoni għandha tieħu miżuri proattivi biex tipprevjeni l-effetti negattivi tat-tibdil demografiku u tipprovdi assistenza teknika lir-reġjuni l-aktar milquta mid-depopolazzjoni;

21.

Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni għandha tippromwovi l-impjegabilità u l-inklużjoni tan-nisa, speċjalment l-ommijiet li jsibiha diffiċli biex isibu impjieg; jitlob, għalhekk, li n-nisa jingħataw aċċess għal programmi ta' tagħlim u ta' taħriġ; jirrimarka, madankollu, li l-kwalifiki miksuba għandhom iwieġbu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jenfasizza l-importanza li l-ommijiet żgħażagħ jiġu megħjuna jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol billi jiġu pprovduti servizzi ta' ndukrar tat-tfal affidabbli u għall-jum kollu għat-tfal ta' kull età, inklużi faċilitajiet għal tagħlim qabel l-iskola, sabiex titwaqqaf id-depopolazzjoni;

22.

Jemmen li sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, ir-reġjuni għandhom jużaw il-Fondi SIE b'mod aktar proattiv sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u sabiex iż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jibdew karriera sew; jinnota li dan jista' jinkiseb billi jkunu appoġġati l-programmi ta' taħriġ u intraprenditorija għaż-żgħażagħ;

23.

Jitlob li jiġi stabbilit qafas legali fi ħdan ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni futur, sabiex jiġu rikonoxxuti reġjuni li jħabbtu wiċċhom ma' sfidi demografiċi gravi u permanenti; jenfasizza l-bżonn ta' approċċ aktar proattiv u dedikat għat-tfassil tal-politika demografika, għax id-diverġenza reġjonali fit-tendenzi demografiċi probabbilment se tipproduċi impatt soċjoekonomiku inugwali sostanzjali fuq it-territorji Ewropej, li jaf ikompli jżid id-disparitajiet reġjonali fl-UE; jitlob għat-tisħiħ u r-razzjonalizzazzjoni amministrattiva tal-istrumenti ġodda għat-titjib tal-approċċ minn isfel għal fuq u l-governanza f'diversi livelli — bħalma huma l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) u l-investiment territorjali integrat (ITI) — sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni lokali u reġjonali bħala parti minn approċċ integrat u olistiku għall-iżvilupp reġjonali; jitlob li jinħolqu servizzi bbażati fuq portal, li se jgħinu lin-negozji rurali eżistenti biex jikkomunikaw aħjar mal-kontropartijiet tagħhom ibbażati f'żoni urbani; jenfasizza l-importanza li jitqiesu aktar, fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni tal-futur, il-karatteristiċi territorjali speċifiċi li jimmanifestaw ruħhom fil-livelli subreġjonali; jenfasizza li nuqqas ta' kapaċità u ta' governanza robusta fi ħdan ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali hu ostaklu maġġuri għas-suċċess tal-programmi tal-FEIS u jitlob, f'dan ir-rigward, li jitfasslu strumenti għall-bini tal-kapaċitajiet;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tiddefinixxi kriterji ġodda li bihom tiddistingwi bejn territorji li jiffaċċaw sfidi demografiċi permezz ta' varjabbli demografiċi, ekonomiċi, tal-impatt ambjentali u tal-aċċessibbiltà, u biex twettaq studji dwar l-indikaturi soċjoekonomiċi u ambjentali potenzjali biex jikkomplementaw l-indikatur tal-PDG bi kriterji li jinkludu l-kapital soċjali, l-istennija tal-ħajja u l-kwalità tal-ambjent; iqis li l-PDG u d-densità tal-popolazzjoni mhumiex indikaturi suffiċjenti fihom infushom sabiex jiġu kklassifikati territorji bi żvantaġġi demografiċi gravi u permanenti; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkorpora fil-politika ta' koeżjoni, minbarra l-indikatur tal-PDG, indikaturi ġodda u dinamiċi, bħal pereżempju indikatur demografiku u, b'mod partikolari l-Indiċi tal-Progress Soċjali Reġjonali tal-UE, sabiex tingħata stampa aktar sħiħa tal-isfidi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn ir-reġjuni, jew biex tiġi kkunsidrata allokazzjoni addizzjonali għal dawn ir-reġjuni, simili għal dik għal żoni li għandhom rata' ta' popolazzjoni baxxa fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, Anness VII, punt 9); jenfasizza l-ħtieġa ta' għodda speċifiċi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt potenzjali u reali tal-Fondi SIE fl-indirizzar tat-tibdil demografiku billi jiġu abbozzati linji gwida għall-iżvilupp sussegwenti tal-indikaturi demografiċi rilevanti; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm statistiki diżaggregati, affidabbli u aġġornati għall-finijiet ta' amministrazzjoni politika aktar effiċjenti u oġġettiva, b'mod partikolari għal komprensjoni aktar dettaljata tal-karatteristiċi intrinsiċi tad-diversi żoni b'popolazzjoni skarsa fl-UE; jitlob, għalhekk, li l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat) jipprovdi aktar dettall fi statistiki ta' rilevanza għat-tfassil ta' politika demografika Ewropea xierqa, speċjalment indikaturi demografiċi, soċjali, ekonomiċi u relatati mal-familja, u għalhekk iħeġġeġ li dawn jiġu maqsuma tal-inqas fil-livell subreġjonali, jiġifieri NUTS 3;

25.

Iqis li l-politika ta' koeżjoni tal-ġejjieni għandha tinkludi miżuri speċifiċi għaż-żoni l-aktar milquta mill-isfidi demografiċi, u tippermetti aktar flessibbiltà fl-iffissar tal-objettivi tematiċi jew tar-rati ta' kofinanzjament, bil-ħsieb li jiġu kkoordinati strateġiji interreġjonali u intrareġjonali fi ħdan l-istess Stat Membru, b'parteċipazzjoni lokali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra strateġija nazzjonali għall-iżvilupp demografiku bħala kondizzjonalità ex-ante ġdida;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora inizjattiva ewlenija dwar id-demografija fl-Istrateġija Ewropa 2020, iffinanzjata minn fondi SIE eżistenti u li tinkludi sensiela ta' miżuri fi tliet kategoriji: tkabbir intelliġenti, permezz ta' azzjoni biex tgħin lir-reġjuni milquta minn sfidi denografiċi fl-oqsma tal-ICT, ir-RŻI, u l-SMEs; tkabbir inklużiv, permezz ta' azzjoni speċifika li tinkoraġġixxi ż-żgħażagħ jibqgħu fir-reġjun tagħhom, tiżgura t-tiġdid ġenerazzjonali sostenibbli, l-impjieg indipendenti u miżuri ta' inklużjoni soċjali għall-migranti u rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali; u t-tkabbir sostenibbli, permezz ta' miżuri biex jgħinu lil dawn ir-reġjuni jinvestu fl-ekonomija ekoloġika, inklużi sistemi tat-trasport sostenibbli; jilqa' l-Azzjoni tal-UE għal Irħula Intelliġenti, li titlob li jkun hemm politiki li jagħtu attenzjoni partikolari biex tingħeleb il-qasma diġitali bejn iż-żoni rurali u dawk urbani u biex jiġi sfruttat il-potenzjal offrut mill-konnettività u d-diġitalizzazzjoni ta' żoni rurali, u li tappoġġja l-Inizjattiva Gżejjer Intelliġenti bħala sforz minn isfel għal fuq min-naħa tal-awtoritajiet u tal-komunitajiet ta' gżejjer Ewropej li qed ifittxu li jtejbu l-ħajja fuq il-gżejjer permezz ta' soluzzjonijiet sostenibbli u integrati;

27.

Jikkunsidra li l-qafas finanzjarju pluriennali ta' wara l-2020 għandu jagħti spinta deċiżiva u qawwija lill-isforzi biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi demografiċi attwali, u jridu jinkorporaw il-promozzjoni ta' soluzzjonijiet li jużaw miżuri mmirati bħal pereżempju linja baġitarja fil-finanzjament, fejn ikun xieraq; jappella għat-tisħiħ ta' servizzi u infrastruttura li jsaħħu l-inklużjoni soċjali u diġitali taħt it-tieni pilastru tal-PAK, maħsuba biex irawmu l-iżvilupp rurali u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għat-treġġigħ lura ta' xejriet lejn telqa ekonomika u soċjali u depopolazzjoni f'żoni bi żvantaġġi demografiċi gravi u permanenti; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jiskambjaw esperjenzi, l-aħjar prattiki u approċċi ġodda għall-prevenzjoni tal-konsegwenzi negattivi tat-tibdil demografiku; jemmen li n-netwerks Trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) u l-awtostradi tal-baħar (MoS) għandhom iservu żoni bi żvantaġġi demografiċi gravi u permanenti;

28.

Jenfasizza l-valur miżjud tal-unika metodoloġija ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) għall-Fondi SIE kollha għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet minn isfel għal fuq (bootm-up) integrati u magħmula apposta; jiddispjaċih, madankollu, li l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità huwa obbligatorju biss għall-FAEŻR u li l-approċċi lokali u parteċipattivi qed jonqsu fl-FEŻR, l-FSE u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS); jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tagħmel l-użu tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità obbligatorju fil-Fondi SIE kollha;

o

o o

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 303.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2016)0049.

(7)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2017)0099.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2016)0213.

(10)  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 145.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2016)0211.

(12)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 9.

(13)  ĠU C 74 E, 13.3.2012, p. 19.

(14)  ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 55.

(15)  ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 75.

(16)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 131.

(17)  ĠU C 17, 18.1.2017, p. 40.

(18)  Dokument ta' Ħidma ESPON. Il-Lussemburgu, ESPON EGTC, Marzu 2017.

(19)  Eurostat, “L-UE fid-Dinja”, edizzjoni tal-2016.

(20)  Eurostat, “L-Annwarju Reġjonali tal-Eurostat”, edizzjoni tal-2016.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/20


P8_TA(2017)0428

Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur: (2017/2066(INI))

(2018/C 356/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2007 dwar “Is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur fis-Suq Waħdieni” (COM(2007)0226),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) (id-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (2) (id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (3),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 bit-titolu “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl” (COM(2011)0941),

wara li kkunsidra r-“Report on Good Practices on Comparison Websites” (Rapport dwar Prattiki Tajbin fuq Siti Web ta' Tqabbil) tal-2014 mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol,

wara li kkunsidra l-opinjoni indirizzata lill-istituzzjonijiet tal-UE f'April 2016 mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol dwar “A Common Framework for Risk Assessment and Transparency for IORPs” (Opinjoni għall-Istituzzjonijiet tal-UE dwar Qafas Komuni għall-Valutazzjoni tar-Riskju u t-Trasparenza għall-IORPs),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (4) (id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi (7) (id-Direttiva dwar il-Kontijiet ta' Pagament),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Awwissu 2014 dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u s-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) (COM(2014)0509),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard (8),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (9),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (10)) (id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar “Is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur: Prodotti aħjar, aktar għażla u opportunitajiet akbar għall-konsumaturi u għan-negozji” (COM(2015)0630),

wara li kkunsidra t-tweġiba tal-Awtorità Bankarja Ewropea tal-21 ta' Marzu 2016 għall-Green Paper tal-Kummissjoni dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur,

wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Speċjali 446 ta' Lulju 2016 dwar il-Prodotti u s-Servizzi Finanzjarji,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar il-Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur (11),

wara li kkunsidra r-rapport tal-2016 ta' Better Finance bit-titolu: “Pension Savings: The Real Return” (Tfaddil għall-pensjoni: Il-Profittabbiltà Reali),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2017 dwar “FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju” (12),

wara li kkunsidra d-dokument ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-ASE tal-21 ta' Marzu 2017,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2017 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur: Prodotti Aħjar, Aktar Għażla” (COM(2017)0139),

wara li kkunsidra l-Istudju tas-Suq għall-Ġestjoni tal-Assi tal-Financial Conduct Authority tar-Renju Unit ta' Ġunju 2017,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0326/2017),

A.

billi s-suq tal-UE fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur għadu pjuttost sottożviluppat u frammentat ħafna, filwaqt li x-xogħol għadu għaddej fi Stati Membri differenti; billi, għalhekk, hemm bżonn ta' azzjoni urġenti u effiċjenti li tiffaċilita innovazzjoni li tkun ta' benefiċċju għall-utenti finali filwaqt li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, u li tista' tagħti spinta lill-kompetittività, tnaqqas il-prezzijiet u żżid l-għażla u d-diversità tal-prodotti;

B.

billi għandna nibqgħu ambizzjużi fir-rigward tat-tneħħija tal-ostakli nazzjonali u t-trażżin tat-tendenzi eżistenti li jwaqqfu l-innovazzjoni fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ikunu aktar ambizzjużi fil-qasam tal-investimenti għall-konsumaturi transkonfinali fil-qafas tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU), billi jindirizzaw mhux biss il-kwistjonijiet l-aktar faċli iżda wkoll l-ostakli l-aktar importanti li jaffettwaw dan is-suq li jinkludu l-lingwa, it-tħassib dwar il-frodi jew il-kriminalità, l-inċertezza dwar l-implikazzjonijiet tat-taxxa, id-differenzi fit-titoli u l-liġi korporattiva, ir-rimedju mhux magħruf u l-proċedimenti ta' insolvenza, u n-nuqqas ta' fiduċja fl-oqfsa tal-protezzjoni tal-konsumatur;

C.

billi suq Ewropew tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur ikun vijabbli biss jekk jirrappreżenta valur miżjud reali għall-konsumaturi u għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji billi jiżgura kompetizzjoni u protezzjoni tal-konsumatur effikaċi, l-aktar fir-rigward ta' prodotti li huma neċessarji għall-parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika u għall-konsumaturi vulnerabbli;

D.

billi l-Ewrobarometru Speċjali 446 jikkonkludi li, fir-rigward ta' prodotti jew servizzi finanzjarji, l-Ewropej għadhom qed jixtru l-aktar f'pajjiżhom stess u spiss lanqas biss jesprimu l-ħtieġa jew ix-xewqa li jkollhom aċċess għal dawn is-servizzi barra mill-pajjiż, għalkemm xi ostakli attwali qed jipprevjenuhom ukoll milli jagħmlu dan; billi anke fi ħdan l-Istat Membru tagħhom stess, parti żgħira biss tfittex aktar offerti attraenti u jbiddel il-fornituri tiegħu; billi n-nuqqas ta' kompetizzjoni (transkonfinali) li tirriżulta tista' tipprevjeni lill-konsumaturi u lill-investituri ż-żgħar milli jiksbu l-aħjar offerta fil-prodotti u s-servizzi finanzjarji li jixtru;

E.

billi d-definizzjoni tal-FinTech hija stabbilita fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Mejju 2017, li tiddikjara li l-FinTech għandha tinftiehem bħala attività finanzjarja magħmula possibbli b'teknoloġiji ġodda jew ipprovduta permezz ta' dawn it-teknoloġiji, li taffettwa lill-komponenti kollha tas-settur finanzjarju, mit-tranżazzjonijiet bankarji għall-assigurazzjoni, u l-fondi tal-pensjoni, il-konsulenza dwar l-investiment, is-servizzi ta' ħlas u l-infrastrutturi tas-swieq; billi l-applikazzjoni tat-teknoloġiji għall-għoti ta' servizzi finanzjarji għall-konsumatur għandha potenzjal tali li tgħin biex jingħelbu wħud mill-ostakli għas-suq uniku u biex ittejjeb l-effiċjenza operattiva tas-settur; billi d-diġitalizzazzjoni waħedha mhix biżżejjed biex jingħelbu dawn l-ostakli; billi integrazzjoni akbar tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur fuq livell transkonfinali u komunikazzjoni aħjar tal-opportunitajiet li joffri dan is-suq jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta' domanda infurmata li tippromwovi l-kisba ta' standards ta' kwalità aħjar f'dan il-qasam;

1.

Jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur ikkunsidra b'mod sħiħ parti mit-tħassib imqajjem mill-Parlament fir-rapport tiegħu dwar il-Green Paper dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, bil-għan li tkun żgurata protezzjoni għall-konsumatur fil-kuntest li jsir sforz favur suq uniku sod iffaċilitat mit-teknoloġija għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, filwaqt li jkun hemm protezzjoni tal-konsumaturi, inkoraġġiment tal-kompetizzjoni, garanzija tal-protezzjoni tad-data, roħs fil-prezzijiet u ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus; jemmen, madankollu, li l-Pjan ta' Azzjoni ma jilħaqx l-ambizzjoni li jinħoloq ambjent regolatorju li jwassal għat-trasparenza, it-tkabbir u l-innovazzjoni, b'livell għoli ta' fiduċja min-naħa tan-negozji u l-konsumaturi fil-prodotti finanzjarji għall-konsumaturi; jinnota l-livelli u l-opaċità tat-tariffi u tal-kummissjonijiet b'rabta mal-pensjonijiet privati, il-fondi ta' investiment u prodotti għall-konsumatur oħrajn għadhom għoljin, u dan inaqqas ir-redditu reali għall-investituri fil-livell tal-konsumaturi b'mod sinifikanti; jikkondividi, madankollu, il-fehma tal-Kummissjoni li t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi li tfasslu f'dawn l-aħħar snin fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, inkluż MiFID2 u IDD, għandhom jinżammu u jingħataw prijorità, filwaqt li, jekk meħtieġ, għandhom jiġu ppreżentati inizjattivi leġiżlattivi ġodda;

2.

Jilqa' l-iżvilupp ta' servizzi u ta' istituzzjonijiet finanzjarji ġodda li jikkontribwixxu għall-kompetizzjoni fis-swieq finanzjarji u għal opportunitajiet ġodda għall-konsumaturi; jinnota, madankollu, li fl-2016, il-finanzjament tal-FinTech fl-Ewropa ammonta għal USD 2,2 biljun biss meta mqabbel mat-USD 12,8 biljun fl-Istati Uniti u mat-USD 8,6 biljun fiċ-Ċina, li juri l-ħtieġa urġenti għal bidla rapida fil-mentalità u rispons regolatorju adegwat għall-iżviluppi teknoloġiċi sabiex l-Ewropa ssir suq ewlieni għall-innovazzjoni; jenfasizza li suq uniku ġenwin għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur fejn jiġu żgurati livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur u kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ġodda fis-suq jagħmel l-UE attraenti bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji innovattivi u jipprovdi lill-konsumaturi għażla akbar u aħjar b'rati aktar baxxi; jenfasizza li għalkemm it-teknoloġiji l-ġodda jippreżentaw sfidi regolatorji, huma joffru wkoll opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni li minnhom jibbenefikaw l-utenti finali u jirrappreżentaw stimolu għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi;

3.

Iqis li huwa essenzjali li servizzi finanzjarji ta' kull tip – inklużi iżda mhux limitati għall-ftuħ ta' kontijiet kurrenti u tat-tfaddil u l-forniment ta' kards bankarji, self għall-konsum u self ipotekarju, assigurazzjoni u dejn sovran – ikunu jistgħu jiġu pprovduti fuq bażi transkonfinali;

4.

Iqis li jmur kontra l-prinċipji tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur li jintalab li konsumatur ikun residenti fl-Istat Membru, jew li jkollu dokument nazzjonali ta' identità maħruġ mill-Istat Membru fejn jiġi offrut is-servizz finanzjarju, inkluż dejn sovran, għall-forniment effikaċi tiegħu;

5.

Jemmen li huwa pożittiv li jiġi ffaċilitat l-akkwist transkonfinali ta' dejn sovran min-naħa ta' investituri individwali;

6.

Huwa tal-fehma li, f'konformità mal-paragrafu 135 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rapport annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE (13), il-kontijiet kurrenti u ta' tfaddil m'għandhomx jiġġeneraw kummissjoni għall-utenti sakemm dawn huma marbuta ma' servizzi speċifiċi;

7.

Jenfasizza li l-aċċess għall-flus kontanti permezz tal-ATMs huwa servizz pubbliku essenzjali li jrid jiġi pprovdut mingħajr ebda prattika diskriminatorja jew inġusta u għalhekk, ma jridx iġarrab kostijiet eċċessivi;

8.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji għadhom jikkanċellaw il-kards ta' pagament jekk id-detentur imur jgħix fi Stat Membru ieħor, u jitlob li tittieħed azzjoni f'dan ir-rigward, inkluż billi l-awtoritajiet nazzjonali jiġu mwissija;

9.

Jilqa' l-fatt li l-Pjan ta' Azzjoni jindirizza għadd ta' kwistjonijiet importanti u li f'ċerti oqsma jistabbilixxi l-miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, bi skadenzi ċari;

10.

Jemmen li l-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar proattiv fl-użu tas-CMU, filwaqt li tinvolvi mill-qrib lill-Parlament bħala parti mill-implimentazzjoni tal-ftehim ta' Pariġi, biex tappoġġja s-suq tal-investiment sostenibbli u responsabbli (SRI) li qed jikber permezz tal-promozzjoni ta' investimenti sostenibbli, bl-għoti ta' informazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta' Governanza (ESG) effikaċi u standardizzata minn kumpaniji elenkati u intermedjarji finanzjarji u r-riflessjoni adegwata ta' tali kriterji fis-sistemi ta' ġestjoni tal-investiment u l-istandards ta' divulgazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tippromwovi “servizzi ta' klassifikazzjoni” ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) u qafas konsistenti għas-suq tal-bonds ekoloġiċi, billi tibni fuq l-istudju tal-Kummissjoni rilevanti u l-ħidma tal-grupp ta' studju tal-G20 dwar il-finanzjament ekoloġiku; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-ħolqien ta' “kont ta' tfaddil tal-UE” sabiex jinfetaħ il-finanzjament fit-tul u tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni ekoloġika fl-Ewropa;

11.

Jissottolinja l-importanza ta' ċentri finanzjarji vitali li jipprovdu swieq dinamiċi għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur;

12.

Iqis li livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u trasparenza huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' suq uniku fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jinsisti, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tad-Direttiva dwar il-Kont Bażiku ta' Pagament u li miżuri ulterjuri huma wkoll meħtieġa, bħall-politiki ta' edukazzjoni finanzjarja; jemmen li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE u nazzjonali dwar il-konsumaturi ta' prodotti finanzjarji jeħtieġ jissaħħaħ u, fejn meħtieġ, jiġi armonizzat ulterjorment fl-Istati Membri kollha;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' “l-istess servizz, l-istess riskju, l-istess regola, l-istess superviżjoni” sabiex ma tinħoloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni, l-aktar bil-ħolqien ta' atturi ġodda; jenfasizza li dawn ir-regoli ma għandhomx jostakolaw l-innovazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara l-użu ta' dispożizzjonijiet ġenerali tajba, li attwalment jistgħu jintużaw b'mod indirett mill-Istati Membri biex jimblukkaw prodotti ġodda li jkunu deħlin fis-suq tagħhom, u tagħti s-setgħa lill-ASE jkunu medjaturi attivi bejn l-Istati Membri meta jkun hemm interpretazzjonijiet kunfliġġenti dwar l-użu ta' tali dispożizzjonijiet;

14.

Jinsisti li suq Ewropew tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur irid ikun ta' benefiċċju għall-SMEs f'termini kemm tal-provvista kif ukoll tad-domanda; jispeċifika li f'termini ta' provvista, dan ifisser garanzija ta' titjib fl-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, filwaqt li f'termini ta' domanda, dan ifisser li l-SMEs ikunu jistgħu jaċċessaw swieq transkonfinali b'mod aktar faċli; jenfasizza li kompetizzjoni ikbar ma għandhiex tippenalizza lill-SMEs li jipprovdu servizzi finanzjarji għall-konsumatur li joperaw fuq bażi lokali;

15.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li s-superviżuri finanzjarji Ewropej (l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA) jingħataw is-setgħat u r-riżorsi xierqa biex iwettqu l-firxa sħiħa ta' dmirijiet regolatorji u superviżorji tagħhom fl-interessi tal-ħarsien tal-konsumatur;

16.

Jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltà li tintroduċi d-29 reġim għal prodotti finanzjarji għall-konsumatur; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li toħloq qafas ġuridiku armonizzat għall-għażliet predefiniti standardizzati għall-prodotti finanzjarji komunement l-aktar użati fl-UE fuq il-mudell tal-Kont Bankarju Bażiku u l-PEPP;

Azzjoni 1 – Imposti orħos fuq tranżazzjonijiet mhux f'euro

17.

Ifakkar li t-tariffi għall-pagamenti transkonfinali barra ż-żona tal-euro għadhom għoljin; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tipproponi malajr kemm jista' jkun emenda tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 sabiex jitnaqqsu t-tariffi għat-tranżizzjonijiet transkonfinali fl-Istati Membri kollha; jiddeplora, f'dan il-kuntest, in-nuqqas ta' strument komuni Ewropew ta' pagamenti bankarji online, bħal karta tal-kreditu jew tad-debitu fil-livell tal-UE u ta' proprjetà Ewropea;

Azzjoni 2 – Trasparenza fil-konverżjoni tal-munita

18.

Jenfasizza li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni attwali hija ċentrali għall-indirizzar tan-nuqqas ta' trasparenza “tal-konverżjoni dinamika tal-munita”; ifakkar li d-Direttiva (UE) 2015/2366 tistabbilixxi obbligu għan-negozjanti li jenfasizzaw b'mod ċar u jippreżentaw il-kost finali tal-konverżjoni dinamika tal-munita għall-konsumaturi, anke meta dawk il-konsumaturi jagħmlu ġbid ta' flus mill-ATM li jinvolvi konverżjoni tal-munita; jenfasizza, madankollu, li l-konsumaturi jridu jkunu jistgħu jagħżlu l-aħjar rati u għandhom ikunu konxji mit-tariffi u l-kostijiet addizzjonali meta jagħmlu tranżazzjonijiet, pagamenti barra minn pajjiżhom jew ġbid ta' flus mill-ATM, anke meta tintuża l-konverżjoni dinamika tal-munita; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-fornituri jiżvelaw kwalunkwe valwazzjoni pożittiva tar-rata tal-kambju, bħala ħlas bħala parti mid-divulgazzjoni tal-kostijiet u tal-ħlasijiet meħtieġa taħt il-PSD2, u li r-rati offruti minn fornituri differenti ta' servizzi finanzjarji jiġu ppreżentati b'mod trasparenti; jinnota li t-titjib fil-litteriżmu finanzjarju tal-konsumaturi huwa essenzjali sabiex ikun jista' jinkiseb dan l-għan; jirrakkomanda t-twettiq ta' eżerċizzji ta' “xiri bil-moħbi” fil-livell tal-UE, bil-għan li jiġu vvalutati u rrapportati pubblikament l-ostakli għall-aċċess transkonfinali, il-kwalità tas-servizz u l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u jsir monitoraġġ tal-iżviluppi fil-prodotti u s-servizzi;

Azzjoni 3 – Tibdil tal-prodotti aktar faċli

19.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li huma ftit il-konsumaturi li jaqilbu minn prodott għal ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mal-biċċa l-kbira tal-prodotti bankarji u tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, u dan hu ta' ostaklu għad-dħul fis-swieq transkonfinali tal-konsumaturi, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi li jaqilbu għal servizzi finanzjarji aktar vantaġġużi madwar l-UE kif ukoll li jitterminaw il-kuntratti finanzjarji, u sabiex is-self u prodotti finanzjarji oħra jkunu disponibbli lil hinn mill-fruntieri; jenfasizza l-potenzjal kbir għall-provvista ta' prodotti tal-assigurazzjoni fil-livell transkonfinali, bħall-assigurazzjoni tal-vetturi; jinnota, madankollu, li l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali jippermetti lill-istituzzjonijiet finanzjarji jiddeċiedu ma' min jidħlu f'kuntratt; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tirrikonoxxi l-importanza tal-kontroll tas-self predatorju u s-self ta' ammonti żgħar (payday loans), li rriżultaw fl-isfruttament tal-konsumaturi vulnerabbli u l-SMEs;

20.

Japprova l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tinkorpora l-kisbiet tad-Direttiva dwar il-Kontijiet ta' Pagament sabiex ikun aktar faċli li jinbidlu l-fornituri tas-servizzi finanzjarji u l-prodotti; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta inizjattivi leġiżlattivi, imfassla speċifikament għas-settur finanzjarju, biex jintemm l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat sabiex jiġi ffaċilitat it-tibdil mill-klijenti għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur aktar vantaġġużi fi Stati Membri oħra; jinnota li divulgazzjoni u protezzjoni tal-konsumatur adegwati se jkunu essenzjali sabiex dan ikun jista' jinkiseb;

Azzjoni 4 – Siti web tat-tqabbil tal-kwalità

21.

Jenfasizza l-utilità ta' portal ta' tqabbil tal-UE li jkun strutturat sew u faċli biex jintuża u li jkopri s-swieq finanzjarji għall-konsumatur Ewropej fl-intier tagħhom; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni teżamina l-firxa ta' portali indipendenti eżistenti fl-Istati Membri għal dan il-għan; jenfasizza li l-għodod ta' tqabbil iridu jkunu preċiżi u ta' rilevanza għall-konsumaturi u jridu jiffukaw mhux biss fuq il-prezz tal-prodotti iżda anke fuq il-kwalità tagħhom, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni kriterji oħra bħad-disponibbiltà ta' netwerks f'fergħat, kuntatt wiċċ imb wiċċ u sostenibbiltà ta' prattiki tan-negozju u filwaqt li jitqies li jistgħu jitqabblu biss prodotti simili; ifakkar li l-prodotti simili biss jistgħu jitqabblu bejniethom sabiex il-konsumaturi ma jitħawdux;

22.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi għodod bħall-Punti ta' Kuntatt Uniku, li jtejbu l-kompetizzjoni u jassistu lill-kumpaniji tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi;

Azzjoni 5 – Assigurazzjoni aħjar ta' vetturi bil-mutur

23.

Huwa tal-fehma li wara r-rieżami REFIT tal-Kummissjoni fir-rigward tad-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur, l-emendi għad-Direttiva ser ikunu kruċjali biex jiġi żgurat kumpens għall-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku u biex jiġu ffaċilitati l-portabbiltà transkonfinali u r-rikonoxximent tal-bonus fin-nuqqas ta' talbiet, anke fid-dawl tas-sentenzi tal-QtĠ-UE fis-sens li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur għandu jiġi rieżaminat malajr kemm jista' jkun sabiex jindirizza n-nuqqas ta' rikonoxximent tal-bonus fin-nuqqas ta' talbiet u jiġi żgurat li japplika għaċ-ċirkostanzi li kien maħsub għalihom mill-koleġiżlaturi;

Azzjoni 6 – Ipprezzar trasparenti tal-kiri tal-karozzi

24.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk humiex meħtieġa aktar inizjattivi dwar il-kiri tal-karozzi li jbigħu assigurazzjoni supplimentari, bil-għan li jiġi żgurat l-ipprezzar trasparenti li jkopri l-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi kollha madwar l-Istati Membri kollha;

Azzjoni 7 – Suq Uniku aktar profond għall-kreditu għall-konsumatur

25.

Jenfasizza li, jekk il-Kummissjoni biħsiebha tesplora modi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess transkonfinali għas-self, l-indirizzar tad-dejn eċċessiv tal-konsumaturi jrid jingħata prijorità; jitlob li tittieħed azzjoni dwar modi kif għandha tiġi kkoordinata l-informazzjoni dwar id-dejn, abbażi ta' konformità sħiħa mad-dritt tal-UE, inklużi l-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data u l-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex il-kredituri individwali jkunu jafu kemm konsumatur għandu dejn qabel ma jagħtuh aktar kreditu, li jwassal għal suq aktar effiċjenti fejn il-fornituri tal-kreditu jistgħu jikkompetu ma' xulxin; jitlob, f'dan il-kuntest, li ssir evalwazzjoni komprensiva tal-kawżi ta' dejn eċċessiv tal-konsumaturi; ifakkar li l-edukazzjoni finanzjarja hija mezz effikaċi għall-protezzjoni tal-konsumaturi li huma f'riskju ta' dejn eċċessiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tippromwovi l-edukazzjoni finanzjarja u trawwem kollaborazzjoni ma' diversi partijiet ikkonċernati f'dan il-qasam importanti; ifakkar, fil-kuntest taż-żieda fl-użu tad-data tal-klijent jew tal-big data mill-istituzzjonijiet finanzjarji, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), li jagħtu lis-suġġett tad-data d-dritt li jikseb spjegazzjoni ta' deċiżjoni meħuda mill-ipproċessar awtomatizzat u li jikkontesta din id-deċiżjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit li d-data mhux korretta tista' tinbidel u li tista' tintuża biss data verifikabbli u rilevanti; jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha biex iżidu l-isforzi sabiex jiggarantixxu l-infurzar ta' dawn id-drittijiet; huwa tal-fehma li l-kunsens li jingħata għall-użu tad-data personali jeħtieġ li jkun dinamiku u li s-suġġetti tad-data jeħtiġilhom ikunu kapaċi jbiddlu u jadattaw il-kunsens tagħhom;

Azzjoni 8 – Regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur ġusti

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa jekk ir-regoli u l-prattiki nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur jaġixxux bħala ostakli inġusti għall-investiment transkonfinali u jekk, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern u l-każistika stabbiliti sew, humiex iġġustifikati minn raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku li huma meħtieġa u proporzjonati fid-dawl tal-objettivi li għandhom jintlaħqu; jenfasizza li r-regoli rilevanti dwar il-kondotta u l-protezzjoni tal-konsumaturi fid-dritt tal-Unjoni ta' spiss jippermettu deliberatament xi flessibbiltà għat-traspożizzjoni nazzjonali, sabiex il-leġiżlazzjoni Ewropea tkun tista' tiġi inkluża f'rekwiżiti nazzjonali eżistenti; jissottolinja madankollu li t-tneħħija tal-ostakli nazzjonali ma tridx tinkiseb għad-detriment tal-protezzjoni tal-konsumatur u li l-protezzjoni tal-konsumatur għandha tibqa' prijorità ta' gwida fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni; huwa mħasseb li ħafna mid-dokumentazzjoni li ssir b'risposta għal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-fornituri tal-prodotti u tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi fil-fatt mhijiex strettament meħtieġa bil-liġi u hija ta' ftit benefiċċju prattiku jew xejn għall-konsumaturi filwaqt li timponi piż li jista' jirriżulta f'kostijiet għoljin mhux meħtieġa għal dawk il-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi tali dokumentazzjoni bl-għan li tissimplifikaha mingħajr ma tissagrifika l-benefiċċji tal-protezzjoni tal-konsumatur; jenfasizza li l-aċċess għal informazzjoni pproċessata, rilevanti u komprensiva huwa kruċjali sabiex il-klijenti jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati; jinnota, madankollu, li l-fattur deċiżiv huwa l-kwalità u mhux il-kwantità tal-informazzjoni mogħtija; jenfasizza li r-rekwiżiti tal-informazzjoni fir-rigward tal-klijenti, stabbiliti f'diversi atti ġuridiċi Ewropej, iridu jiġu kkoordinati flimkien bl-aħjar mod possibbli; jenfasizza li jridu jiġu evitati rekwiżiti dwar divulgazzoni doppja jew kontradittorja, sabiex ma tinħoloqx burokrazija żejda kif ukoll spejjeż mhux meħtieġa u sabiex il-klijenti ma jitħawdux;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-leġiżlazzjoni omnibus biex timxi mill-frammentazzjoni attwali bbażata fuq is-silos għall-MiFID, l-IDD, l-AIFMD, eċċ, u lejn it-tlestija ta' qafas konsistenti u solidu ta' trasparenza għall-konsumaturi, it-tneħħija ta' kumplessità mhux meħtieġa għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji, inkluża konverġenza superviżorja bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi użu estiż tal-mandat għall-protezzjoni tal-konsumatur tal-ASE fil-leġiżlazzjoni settorjali u tqis il-qafas tar-rieżami li jmiss tal-finanzjament u l-governanza tal-ASE; jistieden lill-Kummissjoni tinkariga lill-ASE biex imexxu l-ħidma dwar il-konverġenza tal-prattiki ta' superviżjoni għat-twettiq tan-negozju bejn Stat Membru u ieħor;

28.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tħejji kampanja biex titqajjem kuxjenza dwar FIN-NET li huwa netwerk li jgħin lill-konsumaturi jinfurzaw id-drittijiet tagħhom, mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru l-qorti, billi jsibu korp kompetenti għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR); jemmen li FIN-NET għandu jtejjeb aktar il-kopertura tiegħu, jiċċara r-rwol tiegħu u jtejjeb is-sit web tiegħu;

Azzjoni 9 – Valutazzjonijiet aħjar tal-affidabbiltà kreditizja

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi standards u prinċipji tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, armonizzati u transkonfinali sabiex jitnaqqas aħjar ir-riskju li jiżdied id-dejn eċċessiv meta jiġi ffaċilitat il-kreditu online pan-Ewropew, billi l-konklużjonijiet tar-rapporti ppubblikati dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju u d-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur jitqiesu b'mod komprensiv;

Azzjoni 10 – FinTech għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur

30.

Jirrikonoxxi d-dritt tal-konsumaturi li jużaw softwer biex jibdew jagħmlu pagamenti u jikkondividu informazzjoni dwarhom;

31.

Jappoġġja x-xewqa tal-Kummissjoni li tippreżenta Pjan ta' Azzjoni globali għall-FinTech fil-qafas tal-istrateġiji tagħha tas-CMU u s-suq uniku diġitali (DSM), u b'hekk tikkontribbwixxi għal suq uniku għas-servizzi finanzjarji effikaċi u li jiffunzjona sew, integrat u mmexxi mit-teknoloġija li minnu jibbenefikaw l-utenti finali Ewropej kollha, filwaqt li jiżgura livell ekwu; jappoġġja l-ħolqien ta' Task force dwar il-FinTech min-naħa tal-Kummissjoni; jinnota li x-xenarju l-ġdid li jirriżulta mill-iżvilupp tal-FinTechs jitlob l-istabbiliment ta' varjetà ta' salvagwardji ġodda xierqa bħal, fost l-oħrajn, edukazzjoni tal-konsumaturi rigward prodotti jew regoli ġodda kontra l-ħasil tal-flus u l-ingranaġġ fuq pjattaformi ta' kreditu tal-FinTech;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina r-riżoluzzjoni tagħha dwar il-“FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju”, biex tippromwovi l-ħarsien tal-konsumaturi, is-sigurtà, l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta, u tiżgura li l-prinċipju ta' “l-istess servizzi, l-istess riskji, l-istess regoli” japplika għall-kumpaniji kollha irrispettivament mis-settur tagħhom jew minn fejn jinsabu; jenfasizza li l-FinTech għandha titqies bħala attività finanzjarja ffaċilitata jew fornuta permezz ta' teknoloġiji ġodda u dan jaffettwa s-settur finanzjarju kollu fil-komponenti kollha tiegħu, mis-settur bankarju għal dak tal-assigurazzjoni, il-fondi tal-pensjonijiet, il-konsulenza dwar l-investiment, is-servizzi ta' pagament u l-infrastrutturi tas-suq;

33.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq ambjent li jwassal għal soluzzjonijiet innovattivi; jinnota li l-kumpaniji innovattivi bħall-FinTechs jipprovdu l-kompetizzjoni meħtieġa biex jinħoloq suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi effikaċi;

34.

Jissottolinja li istituzzjonijiet finanzjarji ġodda differenti taħt l-isem ta' FinTech għandhom l-istess responsabbiltajiet fil-konfront tal-klijenti u għall-istabbiltà finanzjarja daqs istituzzjonijiet u servizzi tradizzjonali korrispondenti oħrajn;

Azzjoni 11 – Kontrolli tal-identità diġitali

35.

Jenfasizza l-potenzjal tal-firma elettronika u l-identifikazzjoni elettronika għal tranżazzjonijiet aktar faċli u jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-ħidma marbuta mar-Regolament eIDAS; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-persuni li mhumiex kapaċi jew ma jkunux jixtiequ jużaw il-firma elettronika jew l-identifikazzjoni elettronika; jippromwovi l-interoperabbiltà tal-identifikazzjoni elettronika transkonfinali fis-settur tas-servizzi finanzjarji u jitlob li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri kollha (u possibbilment lil hinn, fil-pajjiżi taż-ŻEE u fl-Iżvizzera); jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tivvaluta b'urġenza l-ostakli regolatorji attwali għat-tekniki ta' identifikazzjoni elettronika u jenfasizza li kwalunkwe inizjattiva li tittieħed għandha tkun teknoloġikament newtrali;

36.

Itenni l-ħtieġa li l-Kummissjoni tidentifika u tneħħi l-ostakli regolatorji għall-użu ta' sistemi ta' firem elettroniċi pan-Ewropej għall-abbonament ta' servizzi finanzjarji, u b'hekk tiffaċilita l-onboarding diġitali transkonfinali madwar l-UE, mingħajr ma taffettwa l-livell ta' sigurtà ta' sistemi eżistenti jew il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus;

Azzjoni 12 – Bejgħ online ta' servizzi finanzjarji

37.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-qafas ġuridiku eżistenti tal-UE jiġi adattat għad-dinja diġitali sabiex jitneħħew ir-riskji tal-protezzjoni tal-konsumatur marbuta ma' bejgħ online u mill-bogħod, u b'hekk jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' negozju għal kumpaniji ġodda u FinTechs Ewropej; jinnota r-riskji għall-konsumatur assoċjati mal-logħob tal-azzard online ppreżentati bħala prodotti finanzjarji, jiġifieri għażliet b'żewġ possibbiltajiet; jemmen li hemm bżonn superviżjoni Ewropea b'saħħitha u armonizzata biex il-konsumaturi jkunu protetti u jiġu evitati n-nuqqasijiet regolatorji; jenfasizza li l-istandards Ewropej dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi japplikaw kemm għall-kanali kummerċjali tradizzjonali kif ukoll għal dawk moderni;

38.

Jissottolinja l-importanza taċ-ċibersigurtà u jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tindirizzax kwistjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tiżgura li dawn il-kwistjonijiet jiġu inklużi fil-ħidma tat-task force tagħha;

39.

Jenfasizza l-ħtieġa li jibqa' jkun hemm banek li joffru servizzi għall-konsumaturi, li jipprovdu servizz pubbliku essenzjali u huma ta' benefiċċju partikolari għall-SMEs, l-anzjani u l-konsumaturi vulnerabbli, li huwa inqas probabbli li jużaw is-servizzi bankarji elettroniċi u li jippreferu l-interazzjoni wiċċ imb wiċċ; jirrikonoxxi li l-għeluq tal-fergħat bankarji jiddegrada l-infrastruttura finanzjarja fil-livell lokali u jista' jkun ta' ħsara kbira ħafna għall-komunitajiet;

40.

Jinnota li ż-żieda fl-użu tad-data tal-klijent jew tal-big data mill-istituzzjonijiet finanzjarji tista' twassal għal benefiċċji għall-konsumaturi, bħall-iżvilupp ta' offerti aktar personalizzati, issegmentati u orħos ibbażati fuq allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riskju u tal-kapital; huwa mħasseb, min-naħa l-oħra, dwar l-iżvilupp tal-ipprezzar dinamiku u l-potenzjal tiegħu li jwassal għal riżultati agħar għall-konsumaturi fir-rigward tal-komparabbiltà tal-offerti u b'hekk kompetizzjoni effikaċi u ppuljar tar-riskji u mutwalizzazzjoni fis-settur tal-kreditu u tal-assigurazzjoni;

o

o o

41.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

(2)  ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

(3)  ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11.

(4)  ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34.

(5)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(6)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.

(7)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214.

(8)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1.

(9)  ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35.

(10)  ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2016)0434.

(12)  Testi adottati, P8_TA(2017)0211.

(13)  Testi adottati, P8_TA(2017)0027.


L-Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/29


P8_TA(2017)0438

L-Istat tad-Dritt f'Malta

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar l-istat tad-dritt f'Malta (2017/2935(RSP))

(2018/C 356/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 4, 5, 6, 9 u 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 7, 8, 10, 11, 12 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2014 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE għall-bejgħ (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u t-trattati numerużi tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, li huma vinkolanti għall-Istati Membri kollha,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 bit-titlu “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt” (COM(2014)0158),

wara li kkunsidra d-dibattitu fil-plenarja dwar il-libertà tal-midja f'Malta tal-24 ta' Ottubru 2017,

wara li kkunsidra r-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers u tal-Malta Files magħmula mill-International Consortium of Investigative Journalists (il-Konsorzju Internazzjonali ta' Ġurnalisti Investigattivi) u min-netwerk tal-European Investigative Collaborations (il-Kollaborazzjonijiet Investigattivi Ewropej),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE rigward id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku meta jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali dwar kumpaniji u korpi pubbliċi (3),

wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga allegati kontravvenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (il-Kumitat PANA), kif ukoll l-anness mar-rapport dwar il-missjoni tal-Kumitat f'Malta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea hija komunità bbażata fuq il-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u billi dawn il-valuri huma universali u komuni għall-Istati Membri kollha;

B.

billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea hija parti mid-dritt primarju tal-UE; billi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja huma minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 10 tal-KEDB; billi, f'konformità mal-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7 tat-TUE, l-Unjoni għandha l-possibbiltà li taġixxi sabiex tipproteġi l-valuri komuni li fuqhom hija msejsa; billi l-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt għandu jiġi applikat b'saħħa ugwali għall-Istati Membri kollha;

C.

billi l-UE hija sistema kostituzzjonali li tiffunzjona fuq il-preżunzjoni ta' fiduċja reċiproka, jiġifieri li kull Stat Membru jaġixxi f'konformità mad-demokrazija, mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet fundamentali;

D.

billi l-indipendenza tal-ġudikatura hija minquxa fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6 tal-KEDB, u hija rekwiżit essenzjali tal-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tal-poteri;

E.

billi l-ġurnalista investigattiva u blogger Maltija Daphne Caruana Galizia, li ħaditha kontra l-korruzzjoni, sfat assassinata f'attakk b'karozza bomba fis-16 ta' Ottubru 2017;

F.

billi dan l-assassinju wassal għal dimostrazzjonijiet fit-toroq u protesti mis-soċjetà ċivili f'Malta li talbu ġustizzja, rispett tal-obbligu ta' rendikont, u rispett tal-istat tad-dritt;

G.

billi r-Rapport dwar Malta tal-2016 tal-Media Pluralism Monitor identifika livelli medji (kważi għoljin) ta' riskju rigward il-pluralità fis-suq u l-indipendenza politika, u identifika fatturi li jkattru r-riskju bi rbit ma' nuqqas ta' data dwar is-suq medjatiku, nuqqas ta' protezzjoni u awtoregolazzjoni tal-ġurnalisti u awtonomija editorjali, sjieda politika diretta fuq mezzi tal-midja u nuqqas ta' politika dwar il-litteriżmu medjatiku (4),

H.

billi l-World Press Freedom Index (l-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa, ippubblikat minn Reporters Without Borders) jidentifika l-liġijiet ta' Malta dwar il-malafama, li jimponu sanzjonijiet ta' multi jew ħabs u li jintużaw ta' spiss kontra l-ġurnalisti, speċjalment mill-politiċi, bħala fattur ewlieni li jillimita l-libertà tal-espressjoni f'Malta (5),

I.

billi l-Parlament Malti bħalissa qiegħed jiddiskuti abbozz ta' liġi propost mill-Gvern Malti li jabolixxi l-libell kriminali u jintroduċi projbizzjoni ad hoc tar-rikors għal kwalunkwe forma ta' mandati kawtelatorji jew mandati ta' qbid jew ta' sekwestru f'kawżi għal libell jew malafama skont kwalunkwe liġi (6);

J.

billi Daphne Caruana Galizia kienet qed tiffaċċja diversi kawżi ta' libell istitwiti minn rappreżentanti politiċi minn partijiet differenti tal-ispettru politiku f'Malta;

K.

billi l-kontijiet tal-bank tas-Sinjura Caruana Galizia ġew iffriżati din is-sena b'inġunzjoni għall-ħruġ ta' mandati kawtelatorji relatati ma' kawża ta' libell istitwita minn ministru tal-gvern, qabel ma l-kawża waslet għall-eżitu tagħha;

L.

billi mezzi tal-midja f'Malta rrappurtaw li saritilhom pressjoni qawwija min-naħa ta' Pilatus Bank, li jinsab fiċ-ċentru ta' allegazzjonijiet ta' ħasil tal-flus, biex jirtiraw jew ineħħu rapporti li jikkonċernaw lil dak il-bank; billi Pilatus Bank qed jieħu passi legali fl-Istati Uniti tal-Amerka kontra mezzi tal-midja f'Malta talli ċappsulu r-reputazzjoni tiegħu; billi rapport ta' konformità mill-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit – FIAU) li nħareġ b'mod mhux uffiċjali jiżvela li l-klijenti ta' Pilatus Bank huma predominantement Persuni Esposti Politikament mill-Ażerbajġan, iżda l-bank ma applikax diliġenza dovuta msaħħa fil-konfront ta' dawn il-klijenti, kif tirrikjedi d-Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus (Anti-Money Laundering Directive – AMLD); billi deputat parlamentari tal-gvern talab li ssir inkjesta dwar l-informatur tal-FIAU;

M.

billi, qabel ma seħħ l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, informatriċi fiċ-ċentru tal-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ħasil tal-flus li jinvolvu lil Persuni Esposti Politikament ħarbet mill-pajjiż;

N.

billi l-Gvern ta' Malta implimenta l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Informatur, 2013 (7), u billi huwa wieħed minn minoranza ta' Stati Membri tal-UE li daħħlu miżuri ddedikati dwar il-protezzjoni tal-informaturi fid-dritt tagħhom;

O.

billi, skont il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta' Malta, il-Kummissarju tal-Pulizija jinħatar mill-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali jinħatar mill-President fuq il-parir tal-Prim Ministru, u l-membri tal-ġudikatura, mill-2017, jinħatru wara li kumitat ikun skrutinizza lill-persuni nnominati għall-ġudikatura qabel il-ħatra tagħhom (8); billi l-indipendenza tal-infurzar tal-liġi u tal-ġudikatura f'Malta tista' tkun kompromessa mill-fatt li l-gvern għandu s-setgħa li jaħtar lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-kap tal-FIAU u lill-Avukat Ġenerali;

P.

billi diversi rapporti fil-midja jinnotaw li għadd kbir ta' impjiegi f'kumpaniji pubbliċi Maltin inħolqu ftit ġimgħat qabel l-elezzjonijiet ta' Ġunju 2017, b'mod li jqajjem tħassib dwar jekk dan sarx għal raġunijiet elettorali;

Q.

billi Malta rrifjutat li tieħu sehem fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (European Public Prosecutor’s Office – EPPO), il-korp indipendenti tal-Unjoni bl-awtorità li jinvestiga u jipprosegwixxi każijiet ta' frodi kontra l-Unjoni u reati oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

R.

billi r-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers ta' April 2016 urew li total ta' 714-il kumpanija marbuta ma' Malta huma elenkati fid-database tal-Panama Papers tal-Konsorzju Internazzjonali ta' Ġurnalisti Investigattivi; billi dawn id-dokumenti kienu jinkludu rivelazzjonijiet rigward ministru fil-gvern kurrenti u eks ministru mill-amministrazzjoni preċedenti, u dwar uffiċjali ta' livell għoli;

S.

billi l-Parlament Ewropew organizza żjara ta' delegazzjoni f'Malta fi Frar 2017 fil-qafas tal-inkjesta tiegħu dwar il-Panama Papers; billi din id-delegazzjoni kkonkludiet, fir-rapport dwar il-missjoni tagħha, li hemm raġunijiet għall-konvinzjoni li l-forza tal-pulizija Maltija mhijiex mgħammra sew biex twettaq il-kompitu tagħha bl-aħjar mod, hekk li dan possibbilment jissuġġerixxi każ ta' amministrazzjoni ħażina; billi din id-delegazzjoni rrimarkat li l-għadd ta' kundanni u konfiski relatati mal-ħasil tal-flus f'Malta jidher estremament baxx f'relazzjoni mal-għadd ta' rapporti, li huwa fil-medja, mibgħuta lill-pulizija mill-FIAU; billi uffiċjal tal-gvern u eks ministru rrifjutaw it-talba tal-Kumitat PANA li jiltaqgħu miegħu matul din il-missjoni;

T.

billi żewġ rapporti kunfidenzjali mill-FIAU f'Malta, ta' data fl-2016, ġew ippubblikati f'Mejju 2017 u kkonkludew li kien hemm suspett raġonevoli ta' ħasil tal-flus relatat ma' uffiċjal tal-gvern; billi t-tielet rapport, ippubblikat fl-istess żmien, ta dettalji tal-ispezzjoni fil-post imwettqa mill-FIAU f'Pilatus Bank, u allegatament sab li l-bank kien qed jikser il-leġiżlazzjoni Maltija kontra l-ħasil tal-flus; billi l-proċess tal-għoti ta' liċenzja lil Pilatus Bank kien imħaffef meta mqabbel maż-żmien medju meħtieġ biex tkun żgurata l-konformità mal-istandards stabbiliti fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali;

U.

billi l-kap tal-FIAU u l-Kummissarju tal-Pulizija, it-tnejn li huma persuni f'karigi maħtura direttament mill-gvern, irriżenjaw ftit wara l-ikkompletar ta' dawn ir-rapporti; billi ma ġiet varata l-ebda investigazzjoni tal-pulizija ta' dawn l-allegazzjonijiet serji ta' ħasil tal-flus minn Persuni Esposti Politikament, inkluż minn membru tal-gvern; billi nħatru maġistrati biex jindagaw il-każijiet imsemmija hawn fuq; billi żewġ membri tal-persunal tal-FIAU tkeċċew minn xogħolhom wara li r-rapporti tal-FIAU ġew żvelati lill-istampa b'mod mhux uffiċjali;

V.

billi l-Kummissjoni Ewropea kienet infurmata b'dawn l-allegazzjonijiet tal-anqas f'Ġunju 2017, bit-talba li tagħmel inkjesta ulterjuri dwar Malta u r-rispett ta' din tal-aħħar għat-tielet AMLD u għad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali u l-adegwatezza tal-implimentazzjoni tagħhom fil-pajjiż;

W.

billi ċ-ċittadinanza tal-UE hija waħda mill-kisbiet ewlenin tal-UE u billi, skont it-Trattati, kwistjonijiet ta' residenza u ċittadinanza huma kompetenza esklussiva tal-Istati Membri; billi l-UE għandha s-setgħa li tissorvelja prattiki kontra l-korruzzjoni min-naħa tal-Istati Membri;

X.

billi l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonferma li huwa kompitu ta' kull Stat Membru li, filwaqt li jirrispetta debitament id-dritt tal-Unjoni, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ksib u t-telf taċ-ċittadinanza tiegħu; billi, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Maastricht, l-għoti ta' ċittadinanza ta' Stat Membru jfisser ukoll l-għoti ta' ċittadinanza tal-UE u b'hekk ta' drittijiet addizzjonali qawwija, hekk li d-deċiżjonijiet ta' naturalizzazzjoni minn Stat Membru wieħed mhumiex newtrali fir-rigward tal-Istati Membri l-oħra u tal-UE;

Y.

billi l-Gvern Malti fl-2014 ħoloq Programm tal-Investitur Individwali li jbigħ iċ-ċittadinanza Maltija u tal-UE lil ċittadini ta' pajjiżi terzi bi prezz ta' EUR 650 000; billi l-lista ta' dawk li ngħataw din iċ-ċittadinanza tibqa’ mhux ċara minħabba li mhumiex identifikati fil-lista ppubblikata ta' ċittadini naturalizzati; billi rapport tal-FIAU li ġie żvelat b'mod mhux uffiċjali fl-2016 iqajjem tħassib dwar il-possibbiltà ta' korruzzjoni fl-amministrazzjoni ta' dan il-programm;

Z.

billi l-ġestjoni ta' dan il-Programm tal-Investitur Individwali ngħatat mill-gvern lil Nexia BT, ditta intermedjarja li ssemmiet fil-Panama Papers bħala inizjatriċi ta' trusts u kumpaniji offshore għal Persuni Esposti Politikament minn Malta, inkluż membru tal-gvern; billi l-Panama Papers jissuġġerixxu li Nexia BT aġixxiet b'nuqqas ta' diliġenza dovuta fl-għoti tal-informazzjoni sħiħa meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji;

AA.

billi r-rapport tal-Grupp tal-Intelligence Finanzjarja tal-Europol, bit-titlu “From suspicion to action – converting financial intelligence into greater operational impact” (Mis-suspett għall-azzjoni – it-tisrif tal-intelligence finanzjarja f'impatt operazzjonali akbar), jenfasizza li ċerti partijiet, fosthom organizzazzjonijiet kriminali, abbużaw minn aspetti tal-industriji Maltin ibbażati fuq l-internet biex jaħslu r-rikavat tal-kriminalità; billi dan m'għandux jiġi interpretat li jirrifletti fuq l-industrija kollha kemm hi;

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u jistieden lill-Gvern Malti jimmobilizza r-riżorsi kollha meħtieġa biex iressaq lil min qatilha quddiem il-ġustizzja;

2.

Jitlob li ssir investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia; jirrikonoxxi l-azzjonijiet tal-awtoritajiet Maltin li stiednu l-parteċipazzjoni f'dan ir-rigward ta' korpi internazzjonali tal-infurzar tal-liġi, inklużi l-Federal Bureau of Investigation tal-Istati Uniti u speċjalisti tal-forensika Olandiżi; jitlob li l-Europol ikun involut bis-sħiħ matul l-investigazzjoni kollha;

3.

Jinnota li l-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi u tal-informaturi hija fl-interess vitali tas-soċjetà; jistieden lill-awtoritajiet Maltin, u lill-Istati Membri kollha tal-UE, biex jiżguraw il-protezzjoni tas-sikurezza personali u tal-għajxien tal-ġurnalisti u tal-informaturi;

4.

Jitlob li l-Konferenza tal-Presidenti toħloq “Premju Ewropew Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu Investigattiv”, li għandu jingħata kull sena għal ġurnaliżmu investigattiv li jispikka fl-Ewropa;

5.

Jiddispjaċih li żviluppi f'Malta f'dawn l-aħħar snin wasslu għal tħassib serju dwar l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, inklużi l-libertà tal-midja u l-indipendenza tal-pulizija u tal-ġudikatura;

6.

Jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu mal-Gvern Malti dwar il-funzjonament tal-istat tad-dritt f'Malta u tiżgura r-rispett tal-valuri Ewropej; jitlob li l-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat bis-sħiħ dwar il-valutazzjoni tagħha; itenni l-ħtieġa li jkun hemm proċess regolari ta' monitoraġġ u ta' djalogu li jinvolvi lill-Istati Membri kollha, sabiex jissalvagwardja l-valuri fundamentali tal-UE ta' demokrazija, drittijiet fundamentali u stat tad-dritt, bl-involviment tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament, kif dan tal-aħħar ippropona fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (il-Patt DRF);

7.

Jiddispjaċih li diversi allegazzjonijiet serji ta' korruzzjoni u ta' ksur tal-obbligi rigward il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u rigward is-superviżjoni bankarja ma ġewx investigati mill-pulizija f'Malta, fatt li jirrappreżenta theddida għall-istat tad-dritt f'dan l-Istat Membru; jirrikonoxxi li hemm diversi inkjesti maġisterjali għaddejjin rigward uħud minn dawn l-allegazzjonijiet; jiddispjaċih, bmod speċifiku, għall-fatt li sal-lum ma saret l-ebda investigazzjoni mill-pulizija f'Malta dwar ir-rivelazzjonijiet rigward il-Panama Papers u Persuni Esposti Politikament f'rapporti tal-FIAU li ġew żvelati b'mod mhux uffiċjali, u jinnota li wħud mill-persuni msemmija b'isimhom fir-rapporti tal-FIAU għadhom membri tal-gvern; jistieden lill-Kummissarju tal-Pulizija ta' Malta jiftaħ tali investigazzjoni;

8.

Jinnota l-kummenti magħmula mill-Prim Imħallef ta' Malta dwar l-istat tad-dritt, u jappoġġja l-affermazzjoni tiegħu li, mingħajr infurzar tal-liġi sod, l-istat tad-dritt f'Malta ma jistax ikun salvagwardat (9);

9.

Jesprimi tħassib dwar ir-rapport tal-Kumitat PANA wara ż-żjara tiegħu f'Malta, li jsostni li l-istituzzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-konformità u għall-ġlieda kontra l-frodi u l-kriminalità finanzjarja huma politiċizzati bil-kbir;

10.

Jitlob li l-Kummissjoni tivverifika jekk Malta hijiex konformi mat-tielet AMLD u mad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali; jinnota li Malta hija waħda minn diversi Stati Membri li il-Kummissjoni ħadet azzjoni inizjali ta' ksur kontrihom talli naqsu milli jittrasponu r-raba' AMLD sal-iskadenza tat-26 ta' Ġunju 2017; jirrikonoxxi li din it-traspożizzjoni qiegħda ssir;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet Maltin jieħdu sehem fl-EPPO bil-għan li jaħdmu flimkien ma' Stati Membri oħra parteċipanti biex jikkumbattu l-frodi kontra l-UE u reati oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

12.

Jistieden lill-awtoritajiet superviżorji u ġudizzjarji Maltin jinvestigaw il-proċess tal-għoti ta' liċenzja lil Pilatus Bank, b'mod partikolari rigward l-issodisfar ta' rekwiżiti ta' kompetenza u idoneità għall-korp maniġerjali ta' istituzzjonijiet finanzjarji, kif imsemmi fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali, u jistedinhom jinvestigaw il-konformità ta' Nexia BT mal-AMLD;

13.

Itenni t-tħassib li Membri ta' din il-Kamra sikwit esprimew dwar iċ-Ċittadinanza permezz ta' Skemi ta' Investiment inġenerali, inkluż f'Malta u fi Stati Membri oħra tal-UE; jistieden lil Malta tagħmilha ċara min xtara passaport Malti u d-drittijiet kollha li jmorru miegħu, u x'salvagwardji huma implimentati biex jiżguraw li dawn iċ-ċittadini jkunu effettivament qattgħu sena f'Malta qabel ma seħħ ix-xiri; jitlob li l-Kummissjoni tissorvelja tali programmi ta' ċittadinanza fl-Istati Membri, peress li dawn tal-aħħar għandhom l-obbligu li jqisu debitament id-dritt tal-UE huma u jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom fil-qasam taċ-ċittadinanza;

14.

Jistieden lil Malta u lill-Istati Membri l-oħra kollha jiżguraw li l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa tingħata prijorità u li jkunu allokati għal din il-kawża r-riżorsi kollha neċessarji;

15.

Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippubblikax ir-rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni fl-2017;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-President tar-Repubblika ta' Malta.

(1)  ĠU C 482, 23.12.2016, p. 117.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2016)0409.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2017)0402.

(4)  Nenadic, Iva, 2016. “Media Pluralism Monitor 2016 – Monitoring Risks for Media Pluralism in the EU and Beyond. Country report: Malta”. (Monitoraġġ tal-Pluraliżmu Medjatiku 2016 – Monitoraġġ tar-Riskji għall-Pluraliżmu Medjatiku fl-UE u lil hinn minnha. Rapport dwar il-Pajjiż: Malta) Centre for Media Pluralism and Media Freedom. Disponibbli għat-tniżżil fl-indirizz http://cmpf.eui.eu/media-pluralism-monitor/mpm-2016-results/malta/

(5)  Ara https://rsf.org/en/malta

(6)  Il-Gvern ta' Malta, “Abbozz ta' Liġi bit-titlu ‘Att biex jipprovdi għall-aġġornar tar-regolamentazzjoni ta' ħwejjeġ li jikkonċernaw il-midja u l-malafama u għal ħwejjeġ konsegwenzjali jew anċillari għal dan’”, Artikolu 26(6). Ara http://justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lp&itemid=28292&l=2

(7)  Ara http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lp&itemid=25151&l=2

(8)  L-Att Nru XLIV tal-2016, Artikolu 5 (96A) http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lp&itemid=27835&l=2

(9)  http://www.independent.com.mt/articles/2017-10-02/local-news/Chief-Justice-boldly-speaks-out-about-rule-of-law-need-for-proper-law-enforcement-6736179695


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/34


P8_TA(2017)0439

Negozjati multilaterali fid-dawl tal-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar in-negozjati multilaterali fid-dawl tal-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO fi Buenos Aires, bejn l-10 u t-13 ta' Diċembru 2017 (2017/2861(RSP))

(2018/C 356/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-14 ta' Novembru 2001 (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Hong Kong tad-WTO tat-18 ta' Diċembru 2005 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA), partikolarment dawk tad-9 ta' Ottubru 2008 (3), tas-16 ta' Diċembru 2009 (4), tal-14 ta' Settembru 2011 (5), tal-21 ta' Novembru 2013 (6) u tas-26 ta' Novembru 2015 (7),

wara li kkunsidra r-riżultati tad-Disa' Konferenza Ministerjali ta' Bali f'Diċembru 2013 u partikolarment il-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (8),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Għaxar Konferenza Ministerjali li saret f'Nairobi f'Diċembru 2015, u d-Dikjarazzjoni Ministerjali adottata fid-19 ta' Diċembru 2015 (9),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Eżitu adottat b'kunsens fl-14 ta' Ġunju 2016 waqt is-Sessjoni Annwali tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO f'Ġinevra (10),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (11),

wara li kkunsidra s-Sitt Rieżami Globali tal-Għajnuna għall-Kummerċ, li sar f'Ġinevra mill-11 sat-13 ta' Lulju 2017 (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi sa mill-ħolqien tagħha, id-WTO żvolġiet rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-multilateraliżmu, billi tippromwovi ordni ekonomiku dinji inklużiv u trawwem sistema kummerċjali multilaterali miftuħa, bbażata fuq ir-regoli u nondiskriminatorja; billi ċ-Ċiklu ta' Doha tnieda fl-2001 bl-objettivi li jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, jissaħħu r-regoli kummerċjali multilaterali u jiġu indirizzati l-iżbilanċi attwali fis-sistema kummerċjali billi l-esiġenzi u l-interessi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u speċjalment tal-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) jitqiegħdu fil-qalba tan-negozjati;

B.

billi l-UE kienet konsistentement favur approċċ multilaterali b'saħħtu bbażat fuq ir-regoli fir-rigward tal-kummerċ, filwaqt li tirrikonoxxi li l-approċċi komplementari bħall-ftehimiet bilaterali, reġjonali u plurilaterali jistgħu wkoll irawmu l-ftuħ tal-kummerċ u l-iżvilupp ekonomiku, speċjalment billi jiżblokkaw il-liberalizzazzjoni u jaġġornaw regoli u dixxiplini f'oqsma politiċi ttrattati b'inqas reqqa mid-WTO, u jistgħu jsostnu s-sistema multilaterali, bil-patt li tali ftehimiet jaqblu mad-WTO, huma bbażati fuq regoli kondiviżi u joħolqu l-kundizzjonijiet għal multilateralizzazzjoni futura possibbli;

C.

billi r-riżultati tad-Disa' Konferenza Ministerjali tal-2013 kienu ta' importanza sistemika, b'mod partikolari l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, l-aktar ftehim kummerċjali multilaterali sinifikanti konkluż mindu twaqqfet id-WTO fl-1995;

D.

billi ċerti Membri tad-WTO qegħdin jippruvaw jimminaw il-mudell attwali għas-soluzzjoni tat-tilwim tal-kummerċ internazzjonali; billi l-Korp tal-Appell tad-WTO qiegħed jersaq lejn l-għadd minimu ta' mħallfin li għandu bżonn biex jaħdem; billi l-Istati Uniti reċentement ċaħdet proposti mill-UE u xi pajjiżi tal-Amerika Latina biex jinbeda proċess ta' għażla għall-mili ta' għadd dejjem jikber ta' postijiet tax-xogħol battala; billi dan l-imblokk, li diġà ħalla tnejn minn seba' siġġijiet fuq il-Korp Tal-Appell vakanti, jista' jwassal għall-kollass ta' sistema li hija essenzjali għall-ġestjoni tat-tilwim fost in-nazzjonijiet kummerċjali l-iktar b'saħħithom fid-dinja;

E.

billi r-riżultati miksuba fl-Għaxar Konferenza Ministerjali fl-2015 kienu wkoll ta' importanza ewlenija, b'serje ta' sitt deċiżjonijiet ministerjali dwar l-agrikoltura, il-qoton u kwistjonijiet relatati mal-LDCs, inkluż impenn biex jitneħħew is-sussidji tal-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet agrikoli, li probabbilment huwa l-aktar riżultat sinifikanti għall-qasam tal-agrikoltura li qatt kien hemm fi ħdan id-WTO;

F.

billi diskussjonijiet reċenti dwar kif jista' jinkiseb progress dwar id-DDA, urew li jeżistu fehmiet differenti fost il-membri tad-WTO dwar kif għandhom jitkomplew in-negozjati – turija tal-ħtieġa għal rieżami tal-livell ta' ambizzjoni sabiex jinkisbu b'mod realistiku riżultati fil-pilastri kollha tan-negozjati, u billi dan ir-rieżami jeħtieġ li jqis bis-sħiħ ir-realtà tal-ambjent kummerċjali tal-lum;

G.

billi t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tiftaħ kanali ġodda għall-kummerċ, li tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fil-kummerċ dinji permezz tal-kummerċ elettroniku; billi din hija dejjem iktar kwistjoni li fiha d-WTO jista' jkollha rwol importanti;

H.

billi l-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO se ssir fi Buenos Aires, l-Arġentina, mill-10 sat-13 ta' Diċembru 2017;

1.

Itenni l-impenn sħiħ tiegħu favur il-valur dejjiemi tal-multilateraliżmu, u jappella għal aġenda kummerċjali bbażata fuq kummerċ ħieles, ġust u bbażat fuq ir-regoli għall-benefiċċju ta' kulħadd, li tappoġġa l-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli billi tagħti importanza primarja lid-drittijiet soċjali, ambjentali u lid-drittijiet tal-bniedem, u tiżgura regoli miftiehma b'mod multilaterali u armonizzati, applikati b'mod uniformi għal kulħadd;

2.

Jenfasizza l-ħtieġa li nibnu fuq ir-riżultati miftehma fid-Disgħa u l-Għaxar Konferenza Ministerjali biex jittieħdu u jiġu garantiti passi progressivi fil-11-il Konferenza Ministerjali fi Buenos Aires f'Diċembru 2017, bil-għan li tinżamm u tissaħħaħ l-arkitettura kummerċjali multilaterali; jenfasizza li, minkejja dan, il-partijiet għandhom isegwu objettivi politiċi ġodda fl-oqsma tal-kummerċ diġitali u l-faċilitazzjoni tal-investiment;

3.

Iħeġġeġ lill-membri kollha tad-WTO jikkapitalizzaw fuq il-momentum li nħoloq mill-progress reċenti, filwaqt li jżommu f'moħħhom l-objettiv strateġiku li tissaħħaħ is-sistema kummerċjali multilaterali u l-ħtieġa li tiġi konsolidata d-WTO bħala ċ-ċentru tan-negozjati kummerċjali, filwaqt li fl-istess ħin jiġi rikonoxxut li hemm bżonn ta' approċċi ġodda biex jiġu ffaċċjati l-isfidi attwali; jirrikonoxxi li l-flessibbiltà, it-trasparenza, l-inklużività u l-impenn politiku se jkunu kruċjali biex isir progress b'mod globali, bilanċjat u realistiku fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li għad fadal tad-DDA; huwa tal-fehma li, mindu tnieda ċ-Ċiklu ta' Doha fl-2001, id-dinja nbidlet b'mod drammatiku f'termini ekonomiċi, politiċi u teknoloġiċi, u li hemm bżonn li jiġu diskussi sfidi ġodda bħall-kummerċ elettroniku, il-kummerċ diġitali, it-trasparenza fl-investiment, is-sussidji u l-kapaċità żejda, il-ktajjen ta' valur globali, l-akkwist pubbliku, ir-regolamentazzjoni domestika fis-servizzi, l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs) u kompatibbiltà akbar bejn l-aġendi tal-kummerċ, ix-xogħol u l-ambjent lil hinn mid-DDA, li jista' jsir mingħajr preġudizzju għal kwistjonijiet pendenti dwar id-DDA; jenfasizza l-ħtieġa biex il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu jsibu l-approċċi tagħhom stess biex ikomplu jiżguraw opportunitajiet indaqs f'dawn is-setturi l-ġodda;

4.

Jenfasizza l-importanza li d-WTO tiffunzjona bħala forum ta' negozjati effiċjenti u effikaċi dwar il-kwistjonijiet kollha ta' interess għall-membri tagħha, u li tipprovdi pjattaforma għal diskussjoni miftuħa dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ globali;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jasal fi Buenos Aires bi proposti testwali avvanzati sew sabiex jiġu żgurati negozjati aktar trasparenti u inklużivi, peress li l-Konferenza Ministerjali għandha tkun imħejjija tajjeb permezz ta' negozjati fil-livell ta' kumitat; ifaħħar, f'dan ir-rigward, in-negozjati avvanzati dwar is-sussidji għas-sajd bħala mod kif jiġi miġġieled is-sajd żejjed kif ukoll is-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat;

6.

Jieħu nota tal-proposti mressqa dwar l-appoġġ nazzjonali għall-agrikoltura, inkluża l-proposta konġunta mill-UE u l-Brażil; iqis li jkun riżultat kruċjali għall-11-il Konferenza Ministerjali jekk id-dibattitu f'dan il-qasam jimxi 'l quddiem; itenni, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni permanenti dwar il-ħażna pubblika għal skopijiet ta' sigurtà alimentari, l-appoġġ għall-industrija tal-qoton u s-sussidji, f'konformità mad-Deċiżjoni Ministerjali ta' Nairobi; jenfasizza li n-negozjati dwar dan is-suġġett u l-potenzjal tagħhom m'għandhomx jieħdu preċedenza fuq id-diskussjonijiet dwar il-futur tal-politika agrikola komuni;

7.

Jafferma mill-ġdid l-importanza li jimxu 'l quddiem negozjati u li jinkisbu riżultati dwar kwistjonijiet oħra li tqajmu mill-membri, inklużi: ir-regolamentazzjoni domestika fis-servizzi, il-kummerċ elettroniku, il-faċilitazzjoni tal-investiment, is-sussidji orizzontali u t-titjib fit-trasparenza u l-prattiki regolatorji tajba għall-benefiċċju tal-SMEs;

8.

Jemmen li r-riżultat tal-Konferenza Ministerjali tal-2017 għandu jagħraf b'mod ċar l-importanza tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-2030 u l-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u r-rwol li jista' jkollu l-kummerċ fil-kontribut lejn l-ilħuq tagħhom, u li dan irid jiddefinixxi azzjonijiet konkreti li għandhom jittieħdu f'dan ir-rigward, peress li standards globali u kundizzjonijiet multilaterali ekwivalenti huma ta' benefiċċju għall-kummerċ globali;

9.

Jafferma mill-ġdid ir-rabtiet bejn l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-iżvilupp inklużiv, filwaqt li jenfasizza li l-emanċipazzjoni tan-nisa hija fundamentali għall-qerda tal-faqar u li t-tneħħija tal-ostakli għall-parteċipazzjoni tan-nisa hija kritika għall-iżvilupp ekonomiku; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu żviluppati interventi li jindirizzaw l-firxa ta' ostakli li jillimitaw l-opportunitajiet għan-nisa fl-ekonomija; jistieden lill-membri tad-WTO jinkludu programm ta' ħidma biex ikun żgurat li fost ir-riżultati tal-Konferenza Ministerjali tal-2017 ikun hemm politika kummerċjali konxja tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

10.

Jiġbed l-attenzjoni lejn is-Sitt Rieżami Globali tal-Għajnuna għall-Kummerċ li sar f'Lulju 2017 f'Ġinevra, bit-titolu “promoting trade, inclusiveness and connectivity for sustainable development” (il-promozzjoni tal-kummerċ, l-inklużività u l-konnettività għal żvilupp sostenibbli), u li ffoka fost l-oħrajn fuq il-bżonn li jitnaqqas id-distakk diġitali;

11.

Jappoġġa l-fehma li dan għandu jissarraf f'azzjonijiet konkreti sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ elettroniku u l-opportunitajiet diġitali jinbidlu f'realtajiet kummerċjali; jissottolinja li konnettività aħjar toffri aktar opportunitajiet ta' negozju billi tagħmilha aktar faċli u irħas biex anke n-negozjanti tal-MSMEs fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikollhom aċċess għas-swieq; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-investimenti fl-infrastruttura jibqgħu sfida ewlenija u li huwa kruċjali li jinkiseb progress f'dan il-qasam; jappella, għalhekk, biex il-membri tad-WTO jippromwovu l-investiment fl-infrastruttura, filwaqt li jinkoraġġixxu, fost inizjattivi oħra, sħubiji pubbliċi-privati;

12.

Jenfasizza l-importanza ta' diskussjoni dwar it-tweġibiet ta' politika kummerċjali possibbli għall-fenomenu dejjem jikber ta' servitizzazzjoni fil-qasam tal-kummerċ f'oġġetti (“modalità 5”);

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha favur l-iżvilupp ta' ġabra ta' dixxiplini multilaterali vinkolanti dwar il-kummerċ elettroniku fi ħdan id-WTO; jappoġġa l-komunikazzjoni tal-UE “An enabling environment to facilitate online transactions” (Ambjent favorevoli li jiffaċilita t-tranżazzjonijiet online) ippreżentata lill-Membri tal-Kunsill għall-Kummerċ fis-Servizzi f'Ġunju 2017, li tipprovdi xprun tant meħtieġ u sett f'waqtu ta' prinċipji komuni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, messaġġi mhux mitluba, servizzi ta' awtentikazzjoni u dawk fiduċjarji, u kuntratti elettroniċi, li jsaħħu l-fiduċja tal-konsumaturi online u joħolqu ambjent li jippermetti l-kummerċ diġitali;

14.

Iħeġġeġ il-bidu mill-ġdid tan-negozjati kummerċjali plurilaterali b'rabta mal-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali;

15.

Jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ fit-22 ta' Frar 2017; iqis li dan il-ftehim se jissarraf f'benefiċċji sinifikanti għall-membri kollha tad-WTO, u partikolarment għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għall-operaturi ekonomiċi rilevanti, billi jsaħħaħ it-trasparenza u ċ-ċertezza ġuridika u jnaqqas il-kostijiet amministrattivi kif ukoll it-tul tal-proċeduri doganali;

16.

Jenfasizza l-importanza li l-membri kollha tad-WTO jagħtu segwitu għad-deċiżjonijiet li ttieħdu kemm f'Nairobi kif ukoll f'Bali, inkluż il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' esportazzjoni għal fornituri tas-servizzi tal-LDCs skont id-deroga għas-servizzi tal-LDCs u s-semplifikazzjoni tar-regolamenti dwar ir-regoli ta' oriġini; jinnota l-interess li qed jikber fost il-membri tad-WTO fi ftehim ta' faċilitazzjoni tas-servizzi; jitlob sforzi msaħħa fuq livell multilaterali biex jiġu semplifikati u armonizzati ulterjorment ir-regoli tal-oriġini;

17.

Jisħaq fuq l-importanza kruċjali tad-WTO fir-rigward tas-sistema kummerċjali bbażata fuq ir-regoli, u jqis kritika l-ħtieġa li jiġu żgurati l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tagħha, l-infurzar ta' impenji vinkolanti u r-riżoluzzjoni tat-tilwim kummerċjali, kif ukoll il-kontribut uniku tagħha fil-promozzjoni ta' aktar trasparenza u reviżjoni bejn il-pari, partikolarment permezz tal-Mekkaniżmu ta' Reviżjoni tal-Politika Kummerċjali (TPRM); jesprimi l-akbar tħassib tiegħu li diversi karigi fuq il-Korp tal-Appell għadhom battala, u li dan irażżan bil-qawwi l-ħidma ta' dan il-korp kruċjali billi jhedded li jimmina l-funzjonament attwali u tajjeb tas-soluzzjoni tat-tilwim, u jinsisti fuq deċiżjoni rapida dwar il-mili ta' dawn il-karigi;

18.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' dikjarazzjoni finali tal-11-il Konferenza Ministerjali, li fiha l-membri jistgħu jispeċifikaw oqsma ġodda u oqsma elenkati fuq l-aġenda taċ-Ċiklu ta' Doha li dwarhom se jibdew u se jkomplu jinnegozjaw;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-Parlament ikompli jkun involut mill-qrib fit-tħejjija tal-11-il Konferenza Ministerjali, jinżamm aġġornat fil-pront u jiġi kkonsultat matul il-Konferenza Ministerjali 2017; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssostni quddiem il-membri l-oħra tad-WTO biex tiżdied l-importanza tad-dimensjoni parlamentari tad-WTO;

20.

Jistieden lill-membri tad-WTO jiżguraw il-leġittimità demokratika u t-trasparenza billi tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tad-WTO; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jkun żgurat li l-parlamentari jkollhom aċċess aħjar għan-negozjati kummerċjali u jkunu involuti fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tad-WTO u li l-politiki kummerċjali jkunu analizzati adegwatament fl-interessi taċ-ċittadini tagħhom;

21.

Jiddispjaċih li l-Konferenza Ministerjali qasira tad-9 u l-10 ta' Ottubru 2017 f'Marrakesh ma waslitx għal progress sinifikanti fir-rigward tal-11-il Konferenza Ministerjali; jistieden lill-partijiet kollha jerfgħu bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tagħhom u li fin-negozjati jsarrfu r-rieda li ħarġet mid-dikjarazzjonijiet politiċi f'azzjonijiet konkreti, biex b'hekk jinkisbu riżultati pożittivi fil-11-il Konferenza Ministerjali fi Buenos Aires, u tinħoloq bażi soda għal aktar azzjonijiet u deċiżjonijiet lil hinn mill-Konferenza Ministerjali tal-2017;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-Direttur Ġenerali tad-WTO.

(1)  Dikjarazzjoni ministerjali ta' Doha (WT/MIN(01)/DEC/1) tal-14 ta' Novembru 2001

https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/min01_e/mindecl_e.htm

(2)  Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Hong Kong (WT/MIN (05)/DEC) tat-18 ta' Diċembru 2005

https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/min05_e/final_text_e.htm

(3)  ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 31.

(4)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 1.

(5)  ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 84.

(6)  ĠU C 436, 24.11.2016, p. 6.

(7)  ĠU C 366, 27.10.2017, p. 140.

(8)  Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Bali (WT/MIN(13)/DEC) tas-7 ta' Diċembru 2013

https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/mc9_e/balideclaration_e.htm

(9)  Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Nairobi (WT/MIN(15)/DEC) tad-19 ta' Diċembru 2015

https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/mc10_e/nairobipackage_e.htm

(10)  http://www.ipu.org/splz-e/trade16/outcome.pdf

(11)  http://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/

(12)  https://www.wto.org/english/tratop_e/devel_e/a4t_e/gr17_e/gr17programme_e.htm


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/38


P8_TA(2017)0441

Pjan ta' Azzjoni għan-natura, in-nies u l-ekonomija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar Pjan ta' Azzjoni għan-natura, in-nies u l-ekonomija (2017/2819(RSP))

(2018/C 356/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija” (COM(2017)0198),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2016 dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità (1),

wara li kkunsidra l-Kontroll tal-Idoneità tal-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-Natura (id-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats)) (SWD(2016)0472 finali),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2017 intitolat “Jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex il-potenzjal sħiħ tan-netwerk Natura 2000 jiġi implimentat”,

wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni intitolat “Reporting under the EU Habitats and Birds Directives 2007-2012: The State of Nature in the EU” (Ir-rapportar skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats u dik dwar l-Għasafar 2007-2012: l-Istat tan-Natura fl-UE),

wara li kkunsidra l-istatistika tal-EUROSTAT dwar il-bijodiversità, ta' Novembru 2016,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għan-natura, in-nies u l-ekonomija (2),

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni għan-natura, in-nies u l-ekonomija (O-000067/2017 – B8-0608/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, bejn wieħed u ieħor, madwar nofs l-ispeċijiet biss tal-għasafar protetti u għadd iżgħar ta' speċijiet u ħabitats protetti oħra fl-Unjoni bħalissa għandhom status ta' konservazzjoni tajjeb u billi 50 % biss tas-siti Natura 2000 għandhom pjanijiet ta' ġestjoni b'objettivi u miżuri ta' konservazzjoni;

B.

billi d-Direttivi dwar in-Natura għandhom rwol importanti biex jintlaħqu l-miri tal-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD), l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima;

C.

billi l-valutazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent intitolata “L-istat tan-Natura fl-UE fl-2015” tgħid li l-pressjonijiet u t-theddidiet ewlenin għall-ekosistemi terrestri rrapportati mill-Istati Membri huma l-agrikoltura u l-modifika tal-kundizzjonijiet naturali, filwaqt li fil-każ tal-ekosistemi tal-baħar huma l-użu ta' riżorsi ħajjin (is-sajd) u t-tniġġis; billi dawn kollha huma attivitajiet tal-bniedem u għandhom impatt profond u ta' ħsara fuq in-natura;

D.

billi l-istatistika tal-EUROSTAT dwar il-bijodiversità għall-2016 turi tnaqqis ġenerali tal-167 speċi kollha ta' għasafar komuni tal-UE mill-1990 sal-2014 (3);

Rimarki ġenerali

1.

Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni għan-natura, in-nies u l-ekonomija bħala pass fid-direzzjoni t-tajba sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttivi dwar in-Natura;

2.

Madankollu, jinnota bi tħassib li l-miri tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità tal-2020 u s-CBD mhux se jintlaħqu jekk ma jsirux sforzi immedjati, sostanzjali u addizzjonali; jenfasizza li l-miri tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità tal-2010 ma ntlaħqux;

3.

Josserva li l-ekosistemi b'saħħithom u reżiljenti huma aktar kapaċi li jimmitigaw l-effetti li jġib miegħu t-tibdil fil-klima u jadattaw rwieħhom għalih u, għaldaqstant, li jillimitaw it-tisħin globali; jinnota li dawn huma aktar reżistenti għal avvenimenti estremi ta' temp u jirkupraw minnhom aktar faċilment, u b'hekk jipprovdu għadd ta' benefiċċji li fuqhom jistgħu jiddependu n-nies;

4.

Josserva li fl-Ewropa, kważi kwart tal-ispeċijiet selvaġġi bħalissa jinsabu mhedda bl-estinzjoni u l-biċċa l-kbira tal-ekosistemi tant iddeterjoraw li m'għadhomx jistgħu jaqdu l-funzjonijiet fejjieda tagħhom; jinnota li dan qed jikkawża telf ekonomiku u soċjali kbir ħafna għall-UE, peress li l-kawżi ewlenin tat-telf tal-bijodiversità, jiġifieri d-deterjorament tal-ħabitats, l-isfruttar esaġerat tar-riżorsi naturali, l-introduzzjoni u t-tkattir ta' speċijiet aljeni invażivi u t-tibdil fil-klima, qed jiżdiedu u qed imewtu l-effetti pożittivi tal-inizjattivi maħsuba biex jipprevjenu dan kollu;

5.

Jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni għandu l-għan li “jħaffef il-progress lejn il-mira tal-UE 2020 li jieqaf u jitreġġa' lura t-telfien tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema”; madankollu jqis li huwa ta' dispjaċir li ma saret l-ebda referenza oħra għall-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-2020 jew mal-konklużjonijiet tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tagħha;

6.

Itenni l-ħtieġa li jsiru sforzi addizzjonali, sostanzjali u kontinwi biex jilħqu l-miri tal-2020, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtuhom prijorità politika akbar;

7.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u stretta tal-leġiżlazzjoni dwar in-natura tal-Unjoni;

8.

Jenfasizza li progress sostanzjali fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, sustanzi li jniġġsu l-arja u sustanzi oħra li jniġġsu, u fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika u dik materjali, irid jiġi ikkumplimentat b'azzjonijiet ulterjuri mill-Istati Membri biex jiġu applikati b'mod sħiħ il-politiki biex jipproteġu aħjar il-bijodiversità, ir-riżorsi naturali, u s-saħħa pubblika;

9.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu integrati b'mod ulterjuri l-politiki u l-għarfien sabiex jintlaħaq l-għan li ngħixu tajjeb fil-limiti tal-pjaneta tagħna, li hija l-viżjoni fit-tul tas-7 Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent;

10.

Jiddispjaċih dwar il-perjodu ta' żmien limitat tal-Pjan ta' Azzjoni u jistieden lill-Kummissjoni biex tibda taħdem fuq l-istrateġija għall-bijodiversità li jmiss mingħajr dewmien għall-perjodu ta' wara l-2020;

L-involviment tal-atturi kollha

11.

Jilqa' l-erba' oqsma ta' prijorità identifikati mill-Pjan ta' Azzjoni u jenfasizza l-ħtieġa għall-involviment attiv tal-atturi rilevanti fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex l-azzjonijiet konkreti li jridu jittieħdu jkunu jistgħu jindirizzaw b'mod effikaċi n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats;

12.

Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali Nru 1/2017 tagħha, ikkonkludiet li l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli u partijiet interessati oħra fl-Istati Membri ma kinitx żviluppata biżżejjed;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ effikaċi lill-atturi nazzjonali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar in-natura u fit-titjib tal-ispezzjonijiet ambjentali, inkluż permezz tal-kompetenza u l-bini tal-kapaċità u l-allokazzjoni aħjar tar-riżorsi;

14.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni bi ħsiebha taġġorna u tkompli tiżviluppa dokumenti ta' gwida fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE sabiex tippromwovi fehim akbar tal-leġiżlazzjoni fil-post u biex tgħin lill-awtoritajiet pubbliċi japplikawha aħjar u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-rigward biex tinvolvi u tikkonsulta lill-partijiet interessati kollha f'dan il-proċess;

15.

Jenfasizza r-rwol tas-soċjetà ċivili fl-iżgurar ta' implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura, u l-importanza tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus f'dan ir-rigward;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva ġdida dwar standards minimi dwar l-aċċess għal reviżjoni ġudizzjarja, u reviżjoni tar-Regolament ta' Aarhus li jimplimenta l-Konvenzjoni għal azzjoni tal-Unjoni, bil-għan li tqis ir-rakkomandazzjoni reċenti tal-Kumitat ta' Konformità tal-Konvenzjoni ta' Aarhus;

17.

Jilqa' l-fatt li, mingħajr ma jiġu pperikolati l-objettivi u r-rekwiżiti ta' konservazzjoni stabbiliti fid-Direttivi dwar in-Natura, l-approċċi flessibbli għall-implimentazzjoni li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi jikkontribwixxu għat-tnaqqis u l-eliminazzjoni progressiva ta' kunflitti u problemi bla bżonn li nqalgħu bejn il-ħarsien tan-natura u l-attivitajiet soċjoekonomiċi, kif ukoll biex jiġu indirizzati l-isfidi prattiċi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-annessi għad-Direttivi;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara r-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni tal-involviment lokali u l-iskambji tal-għarfien;

L-ispeċijiet u l-ħabitats protetti

19.

Jissottolinja li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda deterjorament taż-żoni ta' Natura 2000 u jieħdu miżuri ta' konservazzjoni sabiex iżommu jew jirrestawraw l-ispeċijiet u l-ħabitats protetti għal stat ta' konservazzjoni favorevoli;

20.

Jitlob biex id-Direttivi dwar in-Natura jiġu għal kollox implimentati sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet ta' konservazzjoni jittieħdu skont l-aħħar progress tekniku u xjentifiku;

21.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-Pjan ta' Azzjoni ma jistabbilixxix strateġija ta' prijorità u azzjonijiet konkreti bil-għan li jissaħħu: l-protezzjoni tal-insetti dakkara, partikolarment fil-ġlieda kontra r-riskji għas-saħħa u l-ispeċijiet parassiti (speċjalment il-Varroa), il-koordinazzjoni tal-ħidma ta' riċerka, l-armonizzazzjoni tal-metodi ta' analiżi u l-iskambju ta' data xjentifika dwar id-dakkara fuq livell Ewropew, kif kien diġà ntalab f'riżoluzzjoni preċedenti tal-Parlament Ewropew;

22.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni għal darb'oħra biex tippreżenta strateġija tal-UE li tipproteġi u tikkonserva dakkara mhedda li tindirizza b'mod komprensiv u trasversali l-kwistjoni fundamentali tar-rata ta' mortalità għolja tal-insetti dakkara fl-Ewropa, b'mod partikolari tan-naħal, li jipprovdu servizz ambjentali u ekonomiku imprezzabbli;

23.

Jipproponi li l-miżuri kontra l-Varroa jkunu obligatorji fil-livell tal-UE, li t-taħriġ għal dawk li jrabbu n-naħal f'metodi biex jipproteġu n-naħal ikun appoġġjat, u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll il-bdiewa u ċ-ċittadini l-oħrajn kollha jitħeġġu jippromwovu l-iżvilupp ta' speċijiet ta' pjanti, speċjalment pjanti tal-fjuri, f'żoni rurali u urbani, sabiex tiżdied id-disponibilità ta' pjanti li bihom jiġi prodott l-għasel;

24.

Ifakkar li l-qtil illegali tal-għasafar u partikolarment tal-ispeċijiet migratorji fil-Mediterran, iżda wkoll ta' għasafar tal-priża f'xi Stati Membri, għadu kawża ta' tħassib; jenfasizza l-ħtieġa ta' pjan ikkoordinat fuq livell Ewropew, ibbażat fuq data xjentifika, biex jiġu mmaniġġjati l-ispeċijiet tal-għasafar tal-passa li jtiru minn fuq aktar minn Stat Membru wieħed;

25.

Jitlob biex ir-Regolament dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi (IAS) jiġi implimentat b'mod sħiħ u effikaċi u biex il-baġit tal-UE għal dan ikun iffinanzjat b'mod adegwat; jenfasizza li l-inklużjoni ta' speċijiet fil-Lista tal-Unjoni ta' Speċijiet Aljeni Invażivi għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju armonizzata u standardizzata; iqis li ġestjoni tal-IAS hija prijorità urġenti, speċjalment fis-siti tan-Natura 2000; jilqa' l-pjattaforma online tan-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni dwar Speċijiet Aljeni (EASIN), li tiffaċilita l-aċċess għal data dwar l-ispeċijiet aljeni;

26.

Jenfasizza li l-ħarsien tal-ambjent naturali komuni tagħna fl-Ewropa huwa essenzjali kemm għall-ekonomiji kif ukoll għall-benessri tagħna, li n-netwerk Natura 2000 huwa stmat li għandu valur ekonomiku ta' EUR 200-300 biljun fis-sena u jista' jiġġenera dħul għall-komunitajiet lokali permezz tat-turiżmu u r-rikreazzjoni u li ekosistemi b'saħħithom jipprovdu servizzi essenzjali bħall-ilma ħelu, il-ħżin tal-karbonju, insetti dakkara, u l-protezzjoni kontra l-għargħar, il-valangi u l-erożjoni kostali (4); għalhekk jirrimarka li l-investiment fin-netwerk Natura 2000 jagħmel sens ekonomiku tajjeb;

27.

Ifakkar li s-siti tal-baħar tan-netwerk Natura 2000 huma ferm inqas stabbiliti mis-siti terrestri; jistieden lill-Istati Membri kkonċernati biex jindirizzaw din il-kwistjoni u lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni meħtieġa ma' pajjiżi terzi sabiex titjieb il-protezzjoni tal-ambjent f'żoni tal-baħar;

28.

Jilqa' l-azzjoni bil-għan li tintegra s-servizzi tal-ekosistemi fit-teħid tad-deċiżjonijiet; jiddispjaċih, madankollu, għan-nuqqas ta' Inizjattiva tal-Ebda Telf Nett tal-Bijodiversità konkreta fil-Pjan ta' Azzjoni;

Ir-rabtiet ma' oqsma ta' politika oħra

29.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tat-telf tal-bijodiversità, jiġifieri l-qerda u d-degradazzjoni tal-ħabitats, li jirriżultaw primarjament mill-konsum eċċessiv tal-art, mit-tniġġis, mill-agrikoltura intensiva, l-użu ta' pestiċidi kimiċi sintetiċi, it-tifrix ta' speċijiet invażivi u mit-tibdil fil-klima, u jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata koerenza fost il-politiki varji tal-UE;

30.

Jenfasizza li l-“Kontroll tal-Idoneità” jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb il-koerenza mal-politika agrikola komuni (PAK), u jissottolinja t-tnaqqis inkwetanti fi speċijiet u ħabitats marbuta mal-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità;

31.

Itenni li waħda mis-sitt prijoritajiet ewlenin għall-iżvilupp rurali fl-UE hija r-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija, inkluż fiż-żoni tan-Natura 2000; ifakkar fl-għadd ta' sforzi magħmula minn dawk involuti fl-agrikoltura, b'mod partikolari b'rabta mal-implimentazzjoni tal-miżuri ekoloġiċi introdotti meta l-PAK ġiet riveduta fl-2013;

32.

Jafferma mill-ġdid l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-fondi taħt il-PAK jiġu riallokati mis-sussidjar ta' attivitajiet assoċjati mat-tnaqqis tal-bijodiversità għall-finanzjament ta' prattiki agrikoli ambjentalment sostenibbli u għaż-żamma tal-bijodiversità konnessa;

33.

Jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, b'kooperazzjoni mas-sidien u l-utenti tal-art, jinvestigaw il-possibbiltà ta' “servizzi ħodor u blu” (ġestjoni tal-pajsaġġ, tan-natura u tal-ilma) bi ħlas b'termini bbażati fuq ir-rati tas-suq;

34.

Jinnota li l-ispeċijiet li huma deżinjati bħala li jeħtieġu protezzjoni speċjali fid-Direttiva dwar il-Ħabitats f'xi reġjuni tal-Ewropa kisbu status ta' konservazzjoni tajjeb u għalhekk jistgħu jipperikolaw speċijiet selvaġġi u annimali domestiċi oħra, u b'hekk jiddisturbaw il-bilanċ naturali tal-ekosistema; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proċedura ta' valutazzjoni li tkun tista' tbiddel l-istatus ta' protezzjoni ta' speċijiet f'reġjuni partikolari hekk kif jintlaħaq l-istatus ta' konservazzjoni mixtieq tagħhom;

35.

Ifakkar li l-koeżistenza ta' bnedmin u karnivori kbar, b'mod partikolari il-volpijiet, jista' jkollha impatti negattivi f'ċerti reġjuni fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-ekosistemi u l-inħawi rurali mhux abitati, b'mod partikolari fir-rigward ta' agrikoltura tradizzjonali u turiżmu sostenibbli, u fuq attivitajiet oħra soċjoekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu miżuri konkreti biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, sabiex ma jipperikolawx l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali, filwaqt li jirrikonoxxi l-flessibbiltà disponibbli fi ħdan id-Direttiva dwar il-Ħabitats;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja miżuri bħat-taħriġ għall-bdiewa dwar il-protezzjoni tal-bhejjem minn karnivori kbar u l-kondiviżjoni tal-aqwa prattiki dwar il-protezzjoni tal-bhejjem fost l-Istati Membri;

37.

Jiddispjaċih li l-PAK għadha ma ġietx żviluppata biex tipproteġi l-prattika agrikola tradizzjonali tar-ragħa li qed tisparixxi, li hija għodda storika importanti għall-ġestjoni tal-ħabitats u l-konservazzjoni tan-natura; jitlob li l-Pjan ta' Azzjoni jappoġġja qafas ta' żvilupp għar-ragħa fin-netwerk Natura 2000;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, b'mod partikolari, ġestjoni adattiva tal-ħsad bħala għodda tal-aħjar prattika, għall-ġestjoni sostenibbli tal-popolazzjonijiet tal-għasafar tal-ilma li huma suffiċjentement abbundanti fi ħdan l-UE u tikkonserva dawk li qed jonqsu;

39.

Jenfasizza li fiż-żoni tal-baħar iseħħ telf sinifikanti tal-bijodiversità u jemmen li l-politika komuni tas-sajd (PKS) għandha tippromwovi l-bijodiversità u xejriet ta' konsum u ta' produzzjoni sostenibbli; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-impatt tal-PKS fuq il-bijodiversità;

Il-finanzjament

40.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar in-netwerk Natura 2000 u jaqbel mal-valutazzjoni tagħha li l-fondi tal-UE ma ġewx mobilizzati biżżejjed biex jappoġġjaw il-ġestjoni tan-netwerk;

41.

Jissottolinja li l-finanzjament taż-żoni ta' Natura 2000 huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu responsabbiltà tal-Istati Membri u jenfasizza l-fatt li, aktarx, in-nuqqas ta' finanzjament huwa l-aktar element li kkaġuna lakuni fl-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar in-Natura, kif jiddikjara l-“Kontroll tal-Idoneità”;

42.

Jissottolinja li l-possibbiltà li jiġu stabbiliti mekkaniżmi finanzjarji ġodda għall-konservazzjoni tal-bijodiversità biex jintlaħqu l-miri tal-2020 hija waħda minima meta wieħed iqis il-perjodu ta' żmien tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali; jitlob li jsir użu massimu tal-mezzi eżistenti, inkluż l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE), il-PAK u l-fondi strutturali;

43.

Jilqa' l-proposta prevista tal-Kummissjoni li żżid l-allokazzjoni għall-pakkett tan-natura u l-bijodiversità b'10 % taħt il-programm LIFE;

44.

Jistqarr li jeħtieġ li ssir aktar ħidma preparatorja bil-ħsieb tal-QFP li jmiss f'termini kemm ta' rieżami kif ukoll ta' tbassir, sabiex jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-konservazzjoni tan-natura, il-bijodiversità u l-agrikoltura sostenibbli f'siti ta' Natura 2000; iqis li rieżami komprensiv ta' nfiq li sar fil-passat, b'enfasi fuq it-tagħlimiet miksuba f'termini tal-prestazzjoni mill-miżuri preċedenti, se jkun kruċjali f'dan ir-rigward;

45.

Jappella għal mekkaniżmi finanzjarji ġodda għall-konservazzjoni tal-bijodiversità biex jiġu inklużi fil-QFP li jmiss; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrumenti finanzjarji futuri għall-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u reġjonali jkun fihom pakketti ddedikati għall-bijodiversità u l-ġestjoni tan-netwerk Natura 2000, li huma ġestiti b'mod konġunt minn awtoritajiet ambjentali fil-livell nazzjonali u dak reġjonali;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal skemi ta' finanzjament b'mod aktar effikaċi għall-obbjettivi ta' Natura 2000 u tistabbilixxi indikaturi trasversali ta' Natura 2000 dwar il-prestazzjoni tal-fondi tal-UE kollha rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta' traċċar tal-infiq għal Natura 2000 biex ittejjeb it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-effikaċja, u tintegrahom fil-QFP li jmiss;

47.

Itenni li l-programm Natura 2000 normalment jiġi ffinanzjat permezz ta' kofinanzjament; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament tagħhom għal Natura 2000 b'mod sostanzjali, b'tali mod li l-kofinanzjament jiġi stabbilit b'rati aktar attraenti u bħala riżultat ta' dan, il-fond jintuża aktar, u li jittieħdu miżuri biex inaqqsu l-piż amministrattiv fuq l-applikanti u l-benefiċjarji tal-proġetti;

48.

Jenfasizza l-potenzjal ta' finanzjament pubbliku-privat fl-iżvilupp tas-servizzi tal-ekosistemi, l-infrastruttura ekoloġika u oqsma oħra relatati mal-kapital naturali, u jilqa' l-fatt li l-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF) ser tkompli tappoġġja l-proġetti marbutin mal-bijodiversità għall-perjodu ta' implimentazzjoni 2017-2019;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tipproponi mezzi għall-finanzjament u l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' ġestjoni transkonfinali għal speċijiet karnivori kbar, u jitlob ukoll li jsir eżami dettaljat tar-rwol tal-karnivori kbar u l-possibbiltà tal-introduzzjoni ta' miżuri ta' aġġustament biex jiġi żgurat li l-bijodiversità, il-pajsaġġ agrikolu u l-prattika ta' mijiet ta' snin fejn l-annimali jitħallew jirgħu f'reġjuni muntanjużi jinżammu;

L-infrastruttura ekoloġika

50.

Jilqa' l-impenn li sar fil-Pjan ta' Azzjoni biex tiġi pprovduta gwida għall-appoġġ ta' żviluppi ta' infrastruttura ekoloġika għall-konnettività aħjar taż-żoni ta' Natura 2000, iżda jtenni l-appell tiegħu għal proposta ġenwina għall-iżvilupp ta' Netwerk Trans-Ewropew għall-Infrastruttura Ekoloġika (TEN-G);

51.

Jistqarr li huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, bl-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha, jagħmlu użu aħjar mill-proċessi integrati tal-ġestjoni territorjali, itejbu l-fehim orizzontali ta' TEN-G b'għarfien speċifiku għas-settur, u jippermettu il-finanzjament ta' aktar konnettività, u tal-infrastruttura ekoloġika b'mod ġenerali, permezz ta' fondi għall-iżvilupp rurali u għall-iżvilupp reġjonali; jinnota li dawn il-kriterji għandhom jiggwidaw il-QFP għal wara l-2020 fir-rigward tal-ippjanar ta' xogħlijiet ta' infrastruttura; josserva li l-kunċett ta' infrastruttura ekoloġika jikkontribwixxi wkoll għat-twaqqif ta' ekonomija sostenibbli billi jżomm il-benefiċċji tal-ekosistemi filwaqt li jtaffi l-effetti negattivi tal-infrastrutturi tat-trasport u l-enerġija;

52.

Josserva li jeħtieġ li jiġi studjat ir-rwol tal-infrastruttura ekoloġika biex jittaffu l-effetti tad-diżastri naturali marbuta mat-tibdil meteoroloġiku u tal-klima, b'mod partikolari kundizzjonijiet meteoroloġiċi u klimatiċi estremi li huma l-kawża ta' wħud mid-diżastri naturali l-aktar qerrieda u fatali fl-Ewropa u fid-dinja;

o

o o

53.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0034.

(2)  http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/06/19/conclusions-eu-action-plan-nature/pdf

(3)  http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Biodiversity_statistics

(4)  http://ec.europa.eu/environment/nature/pdf/state_of_nature_en.pdf


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/44


P8_TA(2017)0442

Sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja (2017/2931(RSP))

(2018/C 356/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattati tal-UE u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 dwar qafas tal-UE ġdid biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt (COM(2014)0158),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2016 dwar l-iżviluppi reċenti fil-Polonja u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2016 (3) li tikkomplementa r-rakkomandazzjoni tagħha tas-27 ta' Lulju 2016, li tqis l-aħħar żviluppi fil-Polonja fid-dawl tal-ħatra ta' President ġdid tat-Tribunal Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra t-tielet Rakkomandazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 2017 (4), fejn tesprimi t-tħassib serju tagħha dwar ir-riforma ppjanata tal-ġudikatura fil-Polonja, li, skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, tkabbar it-theddida sistemika għall-istat tad-dritt fil-Polonja li diġà ġiet identifikata fil-proċedura tal-istat tad-dritt li nbdiet mill-Kummissjoni f'Jannar 2016,

wara li kkunsidra t-tweġiba tal-Gvern Pollakk tal-20 ta' Frar 2017 fejn irrifjuta l-idea li fil-Polonja kien hemm theddida sistemika għall-istat tad-dritt u dik tad-29 ta' Awwissu 2017 fejn irrifjuta l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni għar-riformi tal-ġudikatura u kkontesta l-kompetenza tagħha li tivvaluta s-sistema ġudizzjarja,

wara li kkunsidra l-proċeduri ta' ksur imnedija mill-Kummissjoni kontra l-Polonja, fosthom il-proċedura tad-29 ta' Lulju 2017 u l-opinjoni motivata tat-12 ta' Settembru 2017 rigward il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji, li ddikjarat li l-Liġi Pollakka mhijiex kompatibbli mad-dritt tal-UE, speċjalment l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Direttiva 2006/54/KE dwar it-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol u l-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jinqara f'konnessjoni mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

wara li kkunsidra l-iskambji ta' fehmiet li saru fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu mal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, fit-22 ta' Marzu, il-31 ta' Awwissu u s-6 ta' Novembru 2017,

wara li kkunsidra l-iskambji ta' fehmiet li saru fil-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-16 ta' Mejju 2017 u l-25 ta' Settembru 2017 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-14 ta' Ottubru 2016 tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali u d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Jannar 2017 mill-President tal-Kummissjoni ta' Venezja fejn esprima t-tħassib kbir tiegħu dwar id-deterjorament tal-qagħda fil-Polonja,

wara li kkunsidra t-tneħħija fit-18 ta' Mejju 2017 mis-sit web tat-Tribunal Kostituzzjonali u mill-bażi tad-data legali online tiegħu tat-tliet verdetti li jikkonċernaw dawn is-sentenzi li ġejjin: 9 ta’ Marzu 2016, K 47/15 (li tiddikjara li l-bidliet adottati mill-Parlament Pollakk għall-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali mhumiex kostituzzjonali), 11 ta’ Awissu 2016, K 39/16 (li tikkontesta l-legalità tad-dispożizzjonijiet ewlenin tat-tieni att li jemenda l-funzjonament tat-Tribunal Kostituzzjonali) u 7 ta’ Novembru 2016 K 44/16 (dwar il-legalità tal-ħatra tal-President u l-Viċi President tat-Tribunal Kostituzzjonali),

wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Parlament Pollakk f'Ġunju u f'Lulju 2017 ta' erba' liġijiet li jirriformaw il-ġudikatura, jiġifieri: il-liġi li temenda l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-Prosekuzzjoni Pubblika, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u ċerti liġijiet oħra (“il-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura”); il-liġi li temenda l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u ċerti liġijiet oħra (“il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura”); il-liġi li temenda l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji (“il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji”); u l-liġi dwar il-Qorti Suprema, li qajmet tħassib serju dwar il-ksur tas-separazzjoni tas-setgħat u t-tmiem tal-indipendenza tal-ġudikatura,

wara li kkunsidra l-ittra mill-President tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Lulju 2017 li tesprimi t-tħassib tal-maġġoranza kbira tal-mexxejja tal-gruppi politiċi fil-Parlament dwar il-liġijiet adottati li jirriformaw il-ġudikatura,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President Pollakk tas-27 ta' Lulju 2017 li jeżerċita veto kontra żewġ liġijiet kontroversjali li ġew approvati mill-Parlament Pollakk aktar kmieni dak ix-xahar u li kienu jheddu serjament l-indipendenza ġudizzjarja fil-Polonja,

wara li kkunsidra ż-żewġ proposti mill-President Pollakk dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-Qorti Suprema, li jqajmu tħassib dwar jekk humiex konformi mal-Kostituzzjoni Pollakka u li ma jindirizzawx il-problemi relatati mas-separazzjoni tas-setgħat jew l-indipendenza tal-ġudikatura,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali Pollakk tal-24 ta' Ottubru 2017 li ddikjarat li r-regoli għall-elezzjoni tal-Presidenti tal-Qorti Suprema u tal-Assemblea Ġenerali tal-Imħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema mhumiex kostituzzjonali,

wara li kkunsidra d-digriet ratione temporis maħruġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fis-27 ta' Lulju 2017 fil-Kawża C-441/17 li jitwaqqaf il-qtugħ tas-siġar fuq skala kbira fil-Foresta ta' Białowieża, li ma kienx implimentat mill-Gvern Pollakk, u l-biżgħat li l-qtugħ tas-siġar kontinwu jikkawża dannu gravi u irreparabbli lill-foresta filwaqt li l-qorti qed taħdem fuq dan il-każ,

wara li kkunsidra d-digrieti għal miżuri provviżorji tat-8 ta' Ġunju 2017 maħruġa mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem biex jintemmu r-ripatrijazzjonijiet sommarji lejn il-Belarussja; wara li kkunsidra l-proposti mressqa f'Jannar 2017 mill-Ministru għall-Intern tal-Polonja biex tiġi emendata l-Liġi dwar il-Barranin, li jqajmu tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt Ewropew u internazzjonali,

wara li kkunsidra l-Liġi dwar l-Assemblej Pubbliċi, kif emendata f'Diċembru 2016, li tippermetti limitazzjonijiet eċċessivi fuq id-dritt ta' għaqda, inkluż l-għoti ta' preċedenza tal-hekk imsejħa assemblej regolari/ċikliċi ddedikati għal avvenimenti patrijottiċi, reliġjużi u storiċi u l-possibbiltà li l-awtoritajiet jipprojbixxu kontrodimostrazzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Liġi dwar l-Istitut tal-Libertà Nazzjonali – iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili tal-15 ta’ Settembru 2017, li tpoġġi taħt il-kontroll tal-gvern l-aċċess għall-finanzjament pubbliku min-naħa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, anke f'dak li jirrigwarda l-fondi tal-UE, u b'hekk tqajjem tħassib dwar il-finanzjament adegwat tal-NGOs, inklużi, fost oħrajn, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa,

wara li kkunsidra r-rapporti minn NGOs internazzjonali dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-Polonja, fosthom ir-rapport tal-Amnesty International tad-19 ta' Ottubru 2017 intitolat “Poland: On the streets to defend human rights”(Il-Polonja: Fit-triq biex niddefendu d-drittijiet tal-bniedem) u r-rapport tal-Human Rights Watch tal-24 ta' Ottubru 2017 intitolat “Eroding Checks and Balances – Rule of Law and Human Rights Under Attack in Poland” (L-erożjoni tal-Kontroll Demokratiku – L-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet tal-Bniedem Qed Jiġu Attakkati fil-Polonja),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-OSKE/ODIHR tal-5 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' emendi għall-att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura u ċerti atti oħra tal-Polonja; dik tat-22 ta' Awwissu 2017 dwar l-Abbozz ta' Att tal-Polonja dwar l-Istitut tal-Libertà Nazzjonali – iċ-Ċentru għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili; u dik tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar ċerti dispożizzjonijiet tal-Abbozz ta' Att dwar il-Qorti Suprema tal-Polonja, li rrimarkaw li d-dispożizzjonijiet proposti kienu inkompatibbli b'mod inerenti mal-istandards internazzjonali u mal-impenji tal-OSKE,

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi dwar is-seba' rapport perjodiku tal-Polonja, adottat mill-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-31 ta' Ottubru 2016, fejn il-Polonja hija mħeġġa tieħu passi biex tipproteġi l-indipendenza tat-Tribunal Kostituzzjonali u l-ġudikatura, u tiddefinixxi b'mod aktar preċiż ir-reat tat-terroriżmu, sabiex tiġġieled kontra l-abbuż,

wara li kkunsidra l-intervent tal-Kanada tad-9 ta' Mejju 2017 fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-kuntest tal-Eżami Perjodiku Universali tal-Polonja, u l-ittra tat-23 ta' Ottubru 2017 indirizzata mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem għall-Polonja,

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet preliminari dwar iż-żjara uffiċjali fil-Polonja tas-27 ta' Ottubru 2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati, fejn esprima tħassib dwar l-istat tal-indipendenza tal-ġudikatura fil-Polonja,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2188(2017) tal-11 ta' Ottubru 2017 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, intitolata “New threats to the rule of law in Council of Europe member States: selected examples” (Theddid ġdid għall-istat tad-dritt fl-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropea: eżempji magħżula),

wara li kkunsidra l-protesti ripetuti tal-massa kontra l-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-gvern, fosthom “il-Protesta s-Sewda” ta' Ottubru 2016 li impediet bidla fil-liġi attwali dwar l-abbort, “il-Marċa favur il-Libertà” tas-6 ta' Mejju 2017 u l-protesti f'Lulju 2017 wara l-adozzjoni tal-liġijiet li jirriformaw il-ġudikatura,

wara li kkunsidra l-liġi li tillimita l-aċċess għall-pillola kontraċettiva ta' emerġenza għan-nisa u l-bniet ta' Ġunju 2017; wara li kkunsidra l-iskeda informattiva tad-WHO ta' Ġunju 2017, li tqis il-pillola kontraċettiva ta' emerġenza bħala sikura u tirrakkomanda li tkun disponibbli bħala parti minn kura tas-saħħa riproduttiva meħtieġa; wara li kkunsidra d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Jannar 2015 li temenda l-awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni mogħtija bid-Deċiżjoni C(2009)4049 għal “ellaOne – ulipristal acetate”, bħala prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem;

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; billi dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi l-konformità ma' dawn il-valuri ġiet approvata mill-poplu Pollakk fir-referendum li sar fl-2003;

B.

billi l-Artikolu 9 tal-Kostituzzjoni Pollakka jiddikjara li r-Repubblika tal-Polonja tirrispetta d-dritt internazzjonali li huwa vinkolanti għaliha;

C.

billi l-UE topera abbażi tal-preżunzjoni ta' fiduċja reċiproka, jiġifieri li l-Istati Membri jaġixxu f'konformità mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif minquxa fil-KEDB u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

D.

billi l-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni li fuqhom hija msejsa l-UE, u billi l-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament u l-Kunsill, hija responsabbli skont it-Trattati biex tiggarantixxi r-rispett għall-istat tad-dritt bħala valur fundamentali tal-Unjoni u biex tiżgura li d-dritt, il-valuri u l-prinċipji tal-UE jiġu rispettati;

E.

billi dawn il-prinċipji jinkludu: il-legalità, li timplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralistiku għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; qrati indipendenti u imparzjali; kontroll ġudizzjarju effettiv, inkluż ir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali; u l-ugwaljanza quddiem il-liġi;

F.

billi l-indipendenza tal-ġudikatura hija minquxa fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 6 tal-KEDB u hija rekwiżit essenzjali tal-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tas-setgħat, li huwa wkoll rifless fl-Artikolu 10 tal-Kostituzzjoni Pollakka;

G.

billi l-libertà ta' assoċjazzjoni għandha tkun protetta; billi soċjetà ċivili attiva u midja pluralistika jiżvolġu rwol essenzjali fil-promozzjoni ta' soċjetà miftuħa u pluralistika, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess demokratiku u t-tisħiħ tar-responsabbiltà tal-gvernijiet; billi l-NGOs għandhom jiġu ffinanzjati b'mod adegwat;

H.

billi r-rifjut tal-Gvern Pollakk li jimplimenta d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE dwar il-qtugħ tas-siġar fil-Foresta ta' Białowieża u li jirrispetta d-digriet għal miżuri provviżorji maħruġa mill-QEDB dwar ir-ripatrijazzjonijiet lejn il-Belarussja huwa turija ċara tal-fatt li l-Polonja mhijiex issegwi t-Trattati tal-UE;

I.

billi għexieren ta' dimostranti ffaċċjaw proċedimenti skont il-Kodiċi ta' Reati Żgħar u f'xi każijiet skont il-Kodiċi Kriminali; billi huwa rrapportat li aktar minn 300 ruħ sfaw imħarrka mill-pulizija b'rabta mal-parteċipazzjoni tagħhom fi protesti f'Ottubru 2017;

J.

billi, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-KEDB u l-ġurisprudenza tal-QEDB, is-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa hija relatata ma' diversi drittijiet tal-bniedem, inklużi d-dritt għall-ħajja u għad-dinjità, il-libertà minn trattament inuman u degradanti, id-dritt ta' aċċess għall-kura tas-saħħa, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-edukazzjoni u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, kif huwa rifless ukoll fil-Kostituzzjoni Pollakka;

K.

billi ċ-ċaħda għal aċċess għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inkluż abort sikur u legali, hi ksur tad-drittijiet fundamentali tan-nisa; billi l-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU talab lill-Polonja biex ma tadotta ebda riforma leġiżlattiva li tkun tfisser rigress minn leġiżlazzjoni diġà restrittiva dwar l-aċċess għan-nisa għal abort sikur u legali; billi l-QEDB tat deċiżjoni kontra l-Polonja f'diversi każijiet minħabba l-interpretazzjoni restrittiva ta' dan id-dritt mill-Polonja;

1.

Jisħaq li huwa ta' importanza fundamentali li l-valuri komuni Ewropej elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-Kostituzzjoni Pollakka jiġu rispettati bis-sħiħ u li d-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiġu garantiti;

2.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu li esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 u f'dik tal-14 ta' Settembru 2016; itenni, b'mod partikolari, it-tħassib tiegħu dwar l-iżviluppi leġiżlattivi li qed isiru b'pass mgħaġġel f'ħafna oqsma mingħajr konsultazzjonijiet xierqa jew il-possibbiltà ta' rieżami kostituzzjonali indipendenti u leġittimu, bir-riskju li dan jimmina sistematikament id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-kontrolli u l-ekwilibriji demokratiċi u l-istat tad-dritt; itenni, b'mod partikolari, it-tħassib tiegħu dwar tali bidliet fl-oqsma tal-midja pubblika, il-liġi kriminali, il-liġi dwar il-pulizija, il-liġi dwar is-servizz ċivili, il-liġi dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-liġi dwar l-NGOs, il-liġi dwar l-asil, il-libertà ta' għaqda u d-drittijiet tan-nisa;

3.

Jiddispjaċih ħafna u bi tħassib dejjem jikber dwar il-fatt li ma nstabet l-ebda soluzzjoni ta' kompromess għall-problema fundamentali tal-funzjonament xieraq tat-Tribunal Kostituzzjonali (l-indipendenza u l-leġittimità tiegħu, kif ukoll il-pubblikazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sentenzi kollha tiegħu), fatt li jimmina serjament il-Kostituzzjoni Pollakka u d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Polonja; jirrimarka b'dispjaċir kbir li l-Gvern Pollakk jirrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni l-kritika kostruttiva li ġejja miċ-ċittadini Pollakki u minn istituzzjonijiet nazzjonali, internazzjonali u tal-UE, u li ma tħabbret l-ebda azzjoni biex tindirizza dan it-tħassib;

4.

Jinsab imħasseb ħafna dwar il-leġiżlazzjoni abbozzata mill-ġdid dwar il-ġudikatura Pollakka, f'dak li jirrigwarda b'mod speċifiku l-potenzjal tagħha li timmina strutturalment l-indipendenza ġudizzjarja u ddgħajjef l-istat tad-dritt fil-Polonja;

5.

Jinnota li, fis-27 ta' Lulju 2017, il-President Duda uża l-veto tiegħu kontra żewġ liġijiet kontroversjali li kienu ġew approvati mill-Parlament Pollakk u li huwa qies bħala inkompatibbli mal-Kostituzzjoni Pollakka, filwaqt li ddikjara li kienu jheddu serjament l-indipendenza ġudizzjarja fil-Polonja; jappella għal dibattitu estensiv fil-livell nazzjonali mal-partijiet interessati rilevanti kollha rigward ir-riforma ġudizzjarja, li għandha tiddefendi l-istat tad-dritt u tikkonforma mad-dritt tal-UE u l-istandards Ewropej ta' indipendenza ġudizzjarja; jistieden lill-President Pollakk ma jiffirmax liġijiet ġodda sakemm dawn ma jiggarantux għalkollox l-indipendenza tal-ġudikatura;

6.

Jappoġġa r-Rakkomandazzjonijiet dwar l-Istat tad-Dritt maħruġa mill-Kummissjoni, kif ukoll il-proċedimenti ta' ksur li din nediet kontra l-Polonja għal ksur tad-dritt tal-UE; jirrikonoxxi d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li, bħala gwardjana tat-Trattati, tissorvelja s-sitwazzjoni fil-Polonja u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tagħha min-naħa tal-awtoritajiet Pollakki, filwaqt li tkompli toffri appoġġ sħiħ lill-Polonja biex issib soluzzjonijiet adegwati għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt;

7.

Iħeġġeġ lill-Parlament u lill-Gvern tal-Polonja biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni u tal-Kummissjoni ta' Venezja, u biex joqogħdu lura milli jwettqu kwalunkwe riforma li taf tpoġġi f'riskju r-rispett għall-istat tad-dritt, u b'mod partikolari l-indipendenza tal-ġudikatura; jappella, f'dan ir-rigward, għall-posponiment tal-adozzjoni ta' kwalunkwe liġi sakemm il-Kummissjoni u l-Kummissjoni ta' Venezja jwettqu valutazzjoni xierqa;

8.

Jistieden lill-Gvern Pollakk biex jikkonforma mad-digriet ratione temporis tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tas-27 ta' Lulju 2017 fil-Kawża C-441/17 u biex jissospendi minnufih il-qtugħ ta' siġar fuq skala kbira fil-Foresta ta' Białowieża, li qed jissogra li jikkawża dannu serju u irriversibbli lil dan is-sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO; jistieden lill-Gvern Pollakk biex iwaqqaf ir-ripatrijazzjonijiet sommarji lejn il-Belarussja bil-għan li jikkonforma mad-digriet għal miżuri provviżorji tal-QEDB tat-8 ta’ Ġunju 2017, li huwa vinkolanti, u biex jiżgura li kwalunkwe persuna li tesprimi l-intenzjoni li tfittex asil jew protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntieri tal-Polonja tgawdi aċċess sħiħ għall-proċedura Pollakka tal-asil f'konformità mal-obbligi internazzjonali u d-dritt tal-UE;

9.

Jistieden lill-Gvern Pollakk jirrispetta d-dritt għal-libertà ta' għaqda billi jneħħi mil-liġi attwali dwar l-għaqda dawk id-dispożizzjonijiet li jagħtu preċedenza lill-assemblej “ċikliċi” approvati mill-gvern; iħeġġeġ lill-awtoritajiet joqogħdu lura milli japplikaw sanzjonijiet kriminali kontra persuni li jipparteċipaw f'assemblej jew kontradimostrazzjonijiet paċifiċi u jwaqqgħu l-akkużi kriminali kontra dimostranti paċifiċi;

10.

Jistieden lill-Gvern Pollakk biex jirrevoka l-liġi dwar it-twaqqif ta' Istitut tal-Libertà Nazzjonali – Ċentru Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili, li tostakola l-aċċess għal finanzjament mill-Istat min-naħa ta' gruppi kritiċi tas-soċjetà ċivili, u biex jiżgura li d-distribuzzjoni tal-fondi pubbliċi lis-soċjetà ċivili titwettaq b'mod ġust, imparzjali u trasparenti u b'hekk jiggarantixxi rappreżentanza pluralistika;

11.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti tal-midja dwar sorveljanza mill-pulizija fil-konfront ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Pollakki jinvestigaw dawn ir-rapporti u jirrispettaw bis-sħiħ il-privatezza taċ-ċittadini kollha;

12.

Jitlob lill-gvern tal-Polonja jieħu pożizzjoni ferma favur id-drittijiet tan-nisa u l-bniet billi jipprovdi l-kontraċezzjoni libera u aċċessibbli mingħajr diskriminazzjoni, filwaqt li jagħmel disponibbli mingħajr riċetta medika l-kontraċezzjoni ta' emerġenza; jitlob, f'dan il-kuntest, it-tneħħija tal-liġi li tillimita l-aċċess għall-pillola ta' kontraċezzjoni ta' emerġenza għan-nisa u l-bniet;

13.

Jikkriktika bil-qawwa kull proposta leġiżlattiva li tipprojbixxi l-abort f'każijiet ta' problemi severi u fatali tal-fetu; jenfasizza li l-aċċess universali għall-kura tas-saħħa, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u għad-drittijiet assoċjati, huwa dritt fundamentali tal-bniedem; jirriafferma bil-qawwa l-appoġġ tiegħu għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, minħabba li reċentement kienu l-mira ta' prosekuzzjoni legali;

14.

Jistieden lill-Gvern Pollakk biex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali minquxa fit-Trattati, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fil-KEDB u fl-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jinvolvi ruħu direttament fi djalogu mal-Kummissjoni;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat regolarment u mill-qrib, b'mod trasparenti, dwar il-progress li jkun sar u l-azzjoni meħuda;

16.

Jemmen li s-sitwazzjoni attwali fil-Polonja tirrappreżenta riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE; jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu biex ifassal rapport speċifiku f'konformità mal-Artikolu 83(1)(a) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, bil-għan li ssir votazzoni plenarja dwar proposta motivata li tistieden lill-Kunsill jaġixxi skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE;

17.

Itenni l-ħtieġa li jkun hemm proċess regolari ta' monitoraġġ u ta' djalogu li jinvolvi lill-Istati Membri kollha, sabiex jissalvagwarda l-valuri fundamentali tal-UE ta' demokrazija, drittijiet fundamentali u stat tad-dritt, bl-involviment tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament, kif dan tal-aħħar ippropona fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 b’rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (5) (il-Patt DRF);

18.

Jistieden lill-Gvern Pollakk biex jieħu azzjoni xierqa dwar il-marċa ksenofobika u faxxista li saret f'Varsavja nhar is-Sibt, 11 ta' Novembru 2017, u biex jikkundannaha bil-qawwa;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Polonja, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-OSKE.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0123.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2016)0344.

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/146 tal-21 ta’ Diċembru 2016 rigward l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2016/1374 (ĠU L 22, 27.1.2017, p. 65).

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1520 tas-26 ta’ Lulju 2017 rigward l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2016/1374 u (UE) 2017/146 (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 19).

(5)  Testi adottati, P8_TA(2016)0409.


Il-Ħamis 16 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/50


P8_TA(2017)0443

Il-libertà tal-esperssjoni fis-Sudan, b'mod partikolari l-każ ta' Mohamed Zine al-Abidine

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar il-libertà tal-espressjoni fis-Sudan, b'mod partikolari l-każ ta' Mohamed Zine al-Abidine (2017/2961(RSP))

(2018/C 356/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan, b'mod partikolari dawk tat-13 ta' Ġunju 2012 (1), tal-10 ta' Ottubru 2013 (2), tat-18 ta' Diċembru 2014 (3) u tas-6 ta' Ottubru 2016 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Marzu 2017 dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2017 (5),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

wara li kkunsidra l-Att Sudaniż għall-Istampa u l-Pubblikazzjonijiet tal-2009,

wara li kkunsidra l-Liġi Sudaniża dwar il-Libertà ta' Informazzjoni tal-2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Kampala tal-Konferenza Pan-Afrikana dwar il-Libertà ta' Espressjoni u l-Aċċess għall-Informazzjoni, tas-26 ta' Marzu 2017,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-UE, in-Norveġja, l-Istati Uniti tal-Amerika u tal-Kanada dwar detenzjonijiet politiċi u ċ-ċensura tal-gazzetti fis-Sudan, tas-7 ta' Diċembru 2016,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Libertà ta' Espressjoni Online u Offline,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Aristide Nononsi, l-Espert Indipendenti tan-Nazzjonijiet Uniti, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan, wara l-missjoni tiegħu fis-Sudan tal-11-21 ta' Mejju 2017,

wara li kkunsidra ż-żjara mill-Kummissarju Stylianides fis-Sudan tat-22-23 ta' Ottubru 2017,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) f'isem l-UE fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali biex tintemm l-impunità għal reati kontra l-ġurnalisti, (2 ta' Novembru 2017),

wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri tal-2017,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi artiklu ppubblikat minn Mohamed Zine al-Abidine fit-23 ta' Frar 2012 fil-gazzetta Al-Tayar ikkritika l-allegata korruzzjoni fil-familja tal-President Sudaniż Omar al-Bashir;

B.

billi s-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence u s-Sigurtà Sudaniż (NISS) ressaq akkużi kontra Mohamed Zine al-Abidine u l-kap editur tiegħu, Osman Mirgani;

C.

billi fit-23 ta' Ottubru 2017 qorti Sudaniża kkundannat lil Mohamed Zine al-Abidine għal sentenza sospiża ta' ħabs b'perjodu ta' probazzjoni ta' ħames snin fuq akkużi li kiser il-kodiċi tal-etika tal-ġurnaliżmu;

D.

billi l-kap editur ta' Al-Tayar, Osman Mirgani, kien ikkundannat iħallas multa ta' 10 000 lira Sudaniża jew iservi sentenza ta' sitt xhur ħabs fuq l-istess akkużi, u kien meħlus wara li tħallset il-multa mill-Unjoni tal-Ġurnalisti Sudaniżi;

E.

billi l-avukat li jirrappreżenta kemm lill-Mohamed Zine al-Abidine kif ukoll lil Osman Mirgani wera l-intenzjoni tiegħu li jappella mill-verdett kontrihom;

F.

billi ġie rappurtat li l-NISS tinterroga u żomm arrestati ġurnalisti u ressqet diversi kawżi kontra ġurnalisti Sudaniżi u arbitrarjament ikkonfiskat ħarġiet sħaħ ta' gazzetti, bħal Al-Tayar, Al-Jareeda Al-Watan, Al-Youm Al-Tali, Al-Ayam u Akhir Lahza, li kien fihom artikli bi kritika kontra l-gvern;

G.

billi fl-2016 kien hemm tal-inqas 44 każ ta' pubblikazzjonijiet konfiskati li affettwaw 12-il gazzetta, inklużi ħames ħarġiet ta' Al-Jareeda f'ġimgħa waħda; billi fl-14 ta' Awwissu 2016 il-Kunsill Nazzjonali għall-Istampa u l-Pubblikazzjonijiet issospenda b'mod indefinit il-pubblikazzjoni tal-gazzetti Elaf, Al-Mustagilla, Al-Watan u Awal Al-Nahar;

H.

billi l-eżistenza ta' midja libera, indipendenti u imparzjali tikkostitwixxi wieħed mill-pedamenti essenzjali ta' soċjetà demokratika;

I.

billi fit-8 ta' Jannar 2017 is-Sudan iffirma d-Dikjarazzjoni dwar il-Libertà tal-Midja fid-Dinja Għarbija, u hekk sar ir-raba' firmatarju wara l-Palestina, it-Tuneżija u l-Ġordan; billi l-ministru tal-istat għall-affarijiet tal-midja nnota l-impenn tal-gvern li jirrispetta l-libertà tal-istampa fis-Sudan;

J.

billi l-Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri jikklassifikaw lis-Sudan fost l-anqas pajjiżi liberi, il-174 minn 180 pajjiż, fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tagħhom, minħabba “l-fastidju lill-midja, iċ-ċensura, il-konfiska ta' ħarġiet ta' gazzetti, l-għeluq tal-midja, u l-qtugħ tal-Internet”;

K.

billi r-rapport tal-Espert Indipendenti tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan innota, f'Lulju 2017, li ċ-ċensura mill-NISS tal-gazzetta Al-Jareeda jmur kontra l-Kostituzzjoni Nazzjonali Interim tas-Sudan;

L.

billi s-Sudan iffirma iżda ma rratifikax il-verżjoni riveduta tal-Ftehim ta' Cotonou tal-2005;

M.

billi l-VP/RGħ Federica Mogherini ħarġet dikjarazzjoni, fl-14 ta' Novembru 2017, dwar iż-żjara tal-President Sudaniż Omar al-Bashir fl-Uganda, li fiha fakkret lill-partijiet kollha għall-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali sabiex jirrispettaw u jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali;

N.

billi d-drittijiet tal-bniedem, ċivili u politiċi qed ikompli jkunu mrażżna fis-Sudan;

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-kundanna ta' Mohamed Zine al-Abidine mill-Qorti dwar l-Istampa f'Khartoum tat-23 ta' Ottubru 2017 għal sentenza sospiża ta' ħabs b'perjodu ta' probazzjoni ta' ħames snin, u jitlob li l-awtoritajiet Sudaniżi immedjatament jirrieżaminaw l-akkużi kollha kontrih;

2.

Jinsab ferm imħasseb dwar il-libertà tal-espressjoni fis-Sudan, dwar iċ-ċensura li teżisti u l-ħtif ta' gazzetti, kif ukoll dwar ir-restrizzjonijiet li qed jiżdiedu fuq ġurnalisti milli liberament jesprimu l-opinjoni tagħhom fis-Sudan; jinnota li l-obbligu ta' rendikont tal-politiki tal-gvern u tal-politiċi responsabbli fid-dominju pubbliku m'għandux jirriżulta f'repressjoni tal-istampa ħielsa; jinnota wkoll bi tħassib ir-restrizzjonijiet finanzjarji fuq terminu twil imqiegħda fuq il-gazzetti bħala riżultat ta' ħtif ta' rutina u ta' sospensjoni ta' operazzjonijiet;

3.

Jiddeplora l-fatt li ħarġu diversi rapporti dwar il-ksur repetut tal-libertà tal-midja u l-fastidju kontinwu ta' ġurnalisti mill-NISS, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Sudaniżi jaraw li s-segħat u l-metodi tal-NISS ikunu konformi mal-istandards internazzjonali;

4.

Jemmen li midja libera, indipendenti u imparzjali tikkostitwixxi waħda mill-fondazzjonijiet essenzjali ta' soċjetà demokratika, fejn dibattiti miftuħa jiżvolġu rwol kruċjali; jitlob li l-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-libertà tal-espressjoni permezz tal-politiki u l-istrumenti esterni tagħha;

5.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sudaniżi jtemmu immedjatament kull forma ta' fastidju, intimidazzjoni u attakki kontra ġurnalisti u difensuri tal-libertà ta' espressjoni online u offline, u biex iwettqu riformi demokratiċi bħala mezz li bih jiżguraw il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, inkluża l-libertà tal-espressjoni, bi qbil mal-obbligi tagħhom skont il-Kostituzzjoni Nazzjonali Interim tas-Sudan u l-impenji internazzjonali, inkluż il-Ftehim ta' Cotonou;

6.

Jenfasizza li l-istat, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, għandu responsabbiltà primarja għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet kollha tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet tas-Sudan jerġgħu jistabbilixxu u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali skont id-dritt internazzjonali, inkluża l-libertà tal-espressjoni;

7.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-missjoni reċenti tal-Kummissarju Stylianides u t-twassil tat-tħassib ferm magħruf tal-UE lill-awtoritajiet Sudaniżi, inkluż fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet fundamentali;

8.

Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jipprovdu appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz ta' assistenza teknika u ta' programmi tal-bini tal-kapaċità, bil-ħsieb li jtejbu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-kapaċitajiet tal-istat tad-dritt u jippermettulhom jikkontribwixxu b'mod aktar effettiv għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan;

9.

Jinnota bi tħassib l-Att dwar l-Istampa u l-Istampar tal-2017, li jinkludi restrizzjonijiet aktar kontroversjali fuq pubblikazzjonijiet online u dispożizzjonijiet għal sospensjonijiet itwal ta' gazzetti u ġurnalisti; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan jemenda l-Att dwar l-Istampa u l-Istampar tal-2009 sabiex jipprovdi aktar protezzjoni lill-ġurnalisti u lill-pubblikaturi ta' gazzetti;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan u lill-Gvern Sudaniż.

(1)  ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 49.

(2)  ĠU C 181, 19.5.2016, p. 87.

(3)  ĠU C 294, 12.8.2016, p. 28.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2016)0379.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2017)0089.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/53


P8_TA(2017)0444

Attakki terroristiċi fis-Somalja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-attakki terroristiċi fis-Somalja (2017/2962(RSP))

(2018/C 356/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Somalja,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà (VP/RGħ) tal-15 ta' Ottubru 2017 dwar l-attakki f'Mogadishu, is-Somalja, u d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tal-VP/RGħ tat-30 ta' Ottubru 2017 dwar l-attakk fis-Somalja,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta' April 2017 dwar is-Somalja,

wara li kkunsidra l-intervent tal-UE tas-27 ta' Settembru 2017 dwar is-36 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Djalogu Interattiv mal-Espert Indipendenti dwar is-Somalja,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2372 (2017) u 2383 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, adottati fit-30 ta' Awwissu 2017 u fis-7 ta' Novembru 2017 rispettivament,

wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tad-9 ta' Mejju u l-5 ta' Settembru 2017 dwar is-Somalja,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-15 ta' Ottubru 2017 dwar l-attakk terroristiku f'Mogadishu,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana (UA) tal-15 ta' Ottubru 2017 dwar l-attakk f'Mogadishu,

wara li kkunsidra l-istqarrijiet tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) li kkundannaw l-attakki terroristiċi tal-14 u t-28 ta' Ottubru 2017,

wara li kkunsidra l-komunikat finali tal-konferenza internazzjonali dwar is-Somalja, li saret f'Londra fil-11 ta' Mejju 2017,

wara li kkunsidra l-Komunikat Konġunt UE-Unjoni Afrikana dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi tal-1 ta' Ġunju 2017,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-AMISOM tat-8 ta' Novembru 2017 li biha ħabbret l-intenzjoni tagħha li f'Diċembru 2017 tibda gradwalment tirtira t-truppi mis-Somalja, bil-ħsieb li tirtirahom kompletament sal-2020,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou bejn l-AKP u l-UE,

wara li kkunsidra l-mandat tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli biex tippromwovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem u tal-popli taħt il-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv tagħha dwar l-involviment tat-tfal f'kunflitti armati,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, adottata fl-1999,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fl-14 ta' Ottubru 2017 trakk-bomba enormi heżżeż iċ-ċentru ta' Mogadishu u qatel mill-inqas 358 persuna u darab 228 oħra, filwaqt li 56 persuna għadhom nieqsa; billi l-attakk fil-qalba ta' Mogadishu kien wieħed mill-aktar operazzjonijiet terroristiċi letali madwar id-dinja f'dawn l-aħħar snin; billi fit-28 ta' Ottubru 2017 inqatlu aktar minn 30 persuna, meta splodew żewġ bombi barra lukanda qrib il-palazz presidenzjali f'Mogadishu;

B.

billi, għalkemm l-ebda grupp ma ħa r-responsabbiltà ta' dawn l-attakki kodardi, huma għandhom il-karatteristiċi distintivi ta' Al-Shabaab, li issa jidher li ma jridx idgħajjef kwalunkwe appoġġ popolari billi jassoċja ruħu ma' telf daqshekk enormi ta' ħajjiet ċivili; billi ċ-ċittadini Somali kkundannaw ripetutatment il-vjolenza ta' Al-Shabaab, u ngħaqdu bħala reazzjoni għall-attakki bil-bombi ta' Ottubru 2017, billi mmarċjaw bl-eluf matul Mogadishu bi sfida lil Al-Shabaab;

C.

billi kien hemm serje ta' attakki terroristiċi fatali f'Mogadishu u madwar il-pajjiż fix-xhur li għaddew, inklużi karozzi bomba, sparar bl-addoċċ, eżekuzzjonijiet u ħtif immirati, li enfasizzaw it-theddida kontinwa tal-estremiżmu vjolenti li qed jiffaċċja l-pajjiż;

D.

billi l-maġġoranza tal-attakki ġew attribwiti primarjament lill-azzjonijiet terroristiċi ta' Al-Shabaab, għalkemm huwa magħruf ukoll li d-Daesh jinsab attiv fil-pajjiż;

E.

billi l-President tas-Somalja, Mohamed Abdullahi Mohamed, wara li ħa l-poter fi Frar 2017 f'elezzjoni meqjusa bħala pass kruċjali li jimmarka r-ritorn gradwali ta' dan il-pajjiż mifni tal-Lvant tal-Afrika lejn l-istabbiltà u l-prosperità, wiegħed li jeħles lis-Somalja minn Al-Shabaab;

F.

billi fid-dawl tal-attakki matul l-2017, mhux l-inqas l-attakk bil-bombi orribbli tal-14 ta' Ottubru 2017, mhux ċar jekk il-forzi tas-sigurtà Somali, wara t-tluq ippjanat tal-AMISOM fl-2018, humiex ser ikunu kapaċi biżżejjed biex jiġġieldu t-terroriżmu mingħajr għajnuna esterna;

G.

billi l-forzi tal-AMISOM ġew akkużati f'diversi okkażjonijiet li wettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil indiskriminat u xi każijiet ta' sfruttament u abbuż sesswali; billi t-tqassim tat-truppi barranin f'territorju Somalu barra l-mandati tan-NU/UA jirrappreżenta sors sinifikanti ta' tħassib meta wieħed iqis l-allegazzjonijiet preċedenti ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tal-AMISOM;

H.

billi, minbarra l-estremiżmu vjolenti, in-nixfa, il-kunflitti bejn il-klans u t-tkeċċija furzata rriżultaw f'mijiet ta' eluf ta' persuni li spiċċaw spostati f'din l-aħħar sena biss, b'ħafna minnhom fiċ-ċentri urbani kkontrollati mill-gvern; billi ħafna jgħixu f'insedjamenti mhux sikuri, fejn in-nisa u l-bniet b'mod partikolari jiffaċċjaw abbuż u vjolenza sesswali;

I.

billi t-theddida tal-karestija għadha ferm preżenti fis-Somalja u madwar 400 000 tifel u tifla Somali jsofru minn malnutrizzjoni akuta filwaqt li 3 miljun persuna jgħixu f'kundizzjonijiet ta' kriżi jew ta' sigurtà tal-ikel ta' emerġenza; billi hemm madwar 1,1 miljun persuna spostata internament fis-Somalja, u aktar minn 900 rifuġjat Somalu fir-reġjun;

J.

billi hemm 420 000 rifuġjat Somalu f'kampijiet fil-Kenja, bi 350 000 minnhom fil-kamp ta' Dadaab, u billi l-gvernijiet tas-Somalja u tal-Kenja, u l-UNHCR, qablu li jiffaċilitaw ir-ritorn volontarju ta' 10 000 rifuġjat lejn żoni fis-Somalja li mhumiex taħt il-kontroll ta' Al-Shabaab; billi l-persuni rimpatrijati jiffaċċjaw problemi ta' riintegrazzjoni u ftit li xejn għandhom ċans li jsibu xogħol; billi ħafna rifuġjati ta' Dadaab huma ta' dixxendenza Somala, iżda ma jafux dwar ħajja barra mill-kamp u effettivament huma apolidi, li jfisser li ma jistgħux jintbagħtu lejn is-Somalja;

K.

billi sa mill-2016 l-UE żiedet progressivament l-għajnuna umanitarja annwali tagħha lis-Somalja, b'mod partikolari b'reazzjoni għan-nixfa severa li affettwat il-pajjiż, b'allokazzjoni ta' EUR 120 miljun lis-sħab umanitarji fl-2017 u bir-rilaxx tal-għajnuna ta' emerġenza ta' EUR 100 000 biex tgħin fl-isforzi għal rispons rapidu għall-bżonnijiet mediċi f'Mogadishu wara l-attakk fl-14 ta' Ottubru 2017; billi inizjalment l-UE mmobilizzat ukoll żewġ bastimenti tal-Operazzjoni Navali tal-UE ATALANTA, flimkien ma' titjiriet tal-assistenza ta' emerġenza, biex twassal provvisti mediċi ta' emerġenza lill-isptarijiet ta' Mogadishu;

L.

billi l-UE pprovdiet EUR 486 miljun permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2014-2020), filwaqt li ffukat fuq l-implimentazzjoni tal-“Patt” u, b'mod partikolari, fuq il-bini tal-istat u l-bini tal-paċi, is-sigurtà tal-ikel, ir-reżiljenza u l-edukazzjoni; billi l-UE hija impenjata wkoll li tappoġġja lill-AMISOM permezz tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika;

M.

billi f'Diċembru 2016 il-Bank Dinji wiegħed li jintensifika l-ġlieda kontra l-faqar estrem, fejn ħabbar li l-pajjiżi żviluppati wiegħdu rekord ta' USD 75 biljun għal għotjiet u self aġevolat lill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp (IDA); billi, madankollu, is-Somalja mhix eliġibbli għall-finanzjament mill-IDA peress li għandha dejn mal-bank u mal-FMI ta' aktar minn USD 300 miljun bħala parti minn muntanja ta' dejn li tammonta għal USD 5 biljun dovut lill-kredituri multilaterali u bilaterali;

N.

billi filwaqt li t-tfal għadhom qed jisfaw maqtula, detenuti b'mod arbitrarju u reklutati minn Al-Shabaab, huma qed jiġu wkoll reklutati mill-forzi armati tas-Somalja, minkejja l-fatt li s-Somalja rratifikat il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal f'Jannar 2015 u approvat id-Dikjarazzjoni dwar Skejjel Sikuri f'Novembru 2015, li fiha impenjat ruħha li tieħu passi konkreti biex tipproteġi lill-istudenti u lill-istituzzjonijiet edukattivi;

O.

billi, fin-nuqqas ta' ġudikatura ċivili li tiffunzjona, il-Gvern tas-Somalja jiddependi mill-qrati militari biex jipproċessa u jikkundanna lil persuni ċivili, u dan ma jiggarantixxix id-drittijiet tal-imputati ċivili; billi jingħataw setgħat wesgħin ta' stħarriġ lin-National Intelligence and Security Agency (NISA – Aġenzija Nazzjonali tal-Intelligence u s-Sigurtà), li bħalissa ma għandhiex mandat ta' infurzar tal-liġi, li jwassal għal ksur sostanzjali tad-drittijiet għal proċess ġust tal-persuni arrestati miżmuma minn NISA;

P.

billi skont Transparency International, is-Somalja hija wieħed mill-aktar pajjiżi korrotti fid-dinja għall-10 sena konsekuttiva; billi l-Gvern Somalu għadu jħabbat wiċċu ma' diversi sfidi, bħalma huma l-korruzzjoni u n-nuqqas ta' appoġġ wiesa' minn persuni ċivili, li inevitabbilment wassal għal nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-istat u għal appoġġ sussegwenti favur gruppi Iżlamisti u terroristiċi radikali;

1.

Jesprimi s-solidarjetà profonda tiegħu mal-vittmi tal-attakki terroristiċi reċenti fis-Somalja u mal-familji tagħhom, u jiddispjaċih profondament għall-ħajjiet li ntilfu; jikkundanna bil-qawwa, fl-istess ħin, lill-awturi ta' dawn l-attakki, attribwiti lill-grupp tar-ribelli Al-Shabaab;

2.

Ifakkar li l-istabbiltà u l-paċi dejjiema jistgħu jinkisbu biss bl-inklużjoni soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba, ibbażati fuq il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, b'rispett sħiħ għad-dinjità u d-drittijiet tal-persuni;

3.

Jilqa' r-rispons ta' emerġenza rapidu tal-Kummissjoni wara l-attakk terroristiku tal-14 ta' Ottubru 2017; jitlob lill-UE u lis-sħab internazzjonali tagħha jirrispettaw l-impenji tagħhom mas-Somalja, l-ewwel nett permezz ta' miżuri li jistabbilixxu s-sigurtà alimentari, bil-ħsieb li jiġu evitati l-problemi strutturali li jwasslu għall-karestija, jitrawmu s-sigurtà u r-rikonċiljazzjoni tal-ilmenti kollettivi, titjieb il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u tingħata assistenza għat-tlestija tar-rieżami kostituzzjonali meħtieġ għal stabbiltà fit-tul;

4.

Jiddeplora l-fatt li, minkejja twissijiet ripetuti mill-gruppi umanitarji, mill-aġenziji li joffru l-għajnuna u mill-Parlament Ewropew, is-Somalja qed tkompli riesqa f'xifer karestija; ifakkar li l-ammont ta' mwiet fil-karestija tal-2011 kien iggravat min-nuqqas ta' sigurtà u mill-azzjonijiet tal-militanti estremisti ta' Al-Shabaab li fixklu t-twassil tal-għajnuna alimentari fl-inħawi ċentrali u tan-nofsinhar tas-Somalja li dak iż-żmien kienu taħt il-kontroll tagħhom; jistieden lill-partijiet kollha jaħdmu mal-aġenziji umanitarji u jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji umanitarji biex jippermettu aċċess sħiħ u bla xkiel għal dawk li għadhom qed ibatu u li huma fil-bżonn, partikolarment fl-inħawi rurali;

5.

Jilqa' l-proċess elettorali organizzat fi Frar 2017, li wassal għall-elezzjoni ta' president ġdid, u jesprimi t-tama tiegħu li l-elezzjoni trawwem stabbiltà politika, tħeġġeġ l-adozzjoni tar-riformi meħtieġa u tmexxi 'l quddiem il-proġett federali f'koordinazzjoni u kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri Federali (FMS); jisħaq fuq l-importanza li tiġi miġġielda l-korruzzjoni endemika fil-pajjiż u li ż-żgħażagħ Somali jingħataw alternattivi sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' reklutaġġ min-naħa ta' Al-Shabaab;

6.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Forum Nazzjonali ta' Tmexxija Somalu li jippromwovi t-twaqqif u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi qabel l-elezzjonijiet tal-2020, abbażi tal-prinċipju ta' “persuna waħda, vot wieħed”, kif ukoll it-tentattiv biex jinbnew mill-ġdid l-istituzzjonijiet tal-istat u l-adozzjoni ta' liġijiet ġodda importanti dwar il-partiti politiċi u dwar il-ħolqien ta' Kummissjoni Nazzjonali indipendenti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jirrimarka li jridu jsiru sforzi biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa;

7.

Jenfasizza l-importanza tal-kontribut tad-dijaspora u s-soċjetà ċivili tal-pajjiż fl-irkupru mhux biss tal-governanza, iżda anke tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, b'enfasi fuq l-importanza tar-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet; jilqa', f'dan il-kuntest, iż-żieda fl-għadd ta' membri nisa fil-Parlament Somalu (għal 24 %) u fil-Kabinett, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-ħtieġa ta' sforzi akbar biex jitjieb il-bilanċ bejn is-sessi, kemm fl-UE kif ukoll fis-Somalja;

8.

Jieħu nota tad-Dikjarazzjoni ta' Nairobi tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD) dwar soluzzjonijiet sostenibbli għar-rifuġjati Somali u r-riintegrazzjoni tal-persuni rimpatrijati lejn is-Somalja; jilqa' l-impenn biex ikun hemm approċċ reġjonali komprensiv, filwaqt li fl-istess ħin tinżamm il-protezzjoni u titrawwem l-awtonomija fil-pajjiżi tal-asil, li għandu jitwettaq bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali u b'konsistenza mal-kondiviżjoni internazzjonali tar-responsabbiltà kif deskritta fil-Qafas ta' Rispons Komprensiv għar-Rifuġjati (CRRF) tad-Dikjarazzjoni ta' New York;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni tintensifika l-konsultazzjoni mal-atturi fir-reġjun, inklużi l-popolazzjonijiet lokali, il-gvernijiet reġjonali u l-NGOs, bil-ħsieb li ssir enfasi fuq il-problemi u l-ħtiġijiet identifikati lokalment, titrawwem klima favorevoli u tiżdied il-kapaċità għar-rimpatriju tar-rifuġjati lejn pajjiżhom;

10.

Jesprimi tħassib dwar il-mandat wiesa' tan-NISA u l-fatt li użat qrati militari għall-prosekuzzjoni ta' allegati delitti relatati mat-terroriżmu u – ripetutament – ma rrispettatx il-proċess dovut u imponiet il-piena tal-mewt mingħajr responsabbiltà;

11.

Jistieden lill-Gvern Somalu u lill-UE, bħala parti mill-attivitajiet tagħha dwar l-istat tad-dritt fis-Somalja, jiżguraw li n-NISA tkun regolata b'mekkaniżmi ta' sorveljanza effikaċi u jsaħħu l-għarfien espert tekniku tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali (CID) tas-Somalja biex dan ikun jista' jwettaq investigazzjonijiet bir-reqqa u effikaċi li jirrispettaw id-drittijiet taċ-ċittadini;

12.

Jilqa', b'mod partikolari, il-qbil politiku li laħqu l-mexxejja tas-Somalja fis-16 ta' April 2017 biex jintegraw il-forzi reġjonali u federali f'Arkitettura ta' Sigurtà Nazzjonali koerenti li gradwalment tkun kapaċi tieħu r-responsabbiltà prinċipali għas-sigurtà, kif ukoll it-twaqqif rapidu tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali;

13.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-AMISOM fl-iżgurar tas-sigurtà u l-istabbiltà, biex is-Somalja tkun tista' toħloq l-istituzzjonijiet politiċi u testendi l-awtorità statali, qabel ma r-responsabbiltà għas-sigurtà tgħaddi għand l-istituzzjonijiet u l-forzi Somali; jilqa' l-investigazzjoni tal-Unjoni Afrikana dwar l-allegazzjonijiet ta' vjolenza sesswali mit-truppi tal-AMISOM; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar is-Somalja u, f'konformità mar-riżoluzzjoni 2272 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, iħeġġeġ lill-Unjoni Afrikana u lill-pajjiżi li qed jikkontribwixxu għat-truppi jiżguraw li l-allegazzjonijiet jiġu investigati kif xieraq u bir-reqqa u li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja; jenfasizza l-importanza tal-possibbiltà li l-mandat tal-AMISOM jiġi estiż lil hinn minn Mejju 2018, u jwissi li t-trasferiment prematur tar-responsabbiltajiet lit-truppi Somali jista' jkun ta' detriment għall-istabbiltà fit-tul;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi miġġielda l-impunità u tiġi żgurata r-responsabbiltà għad-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra mwettqa fis-Somalja; jieħu nota tal-offerta tal-President Somalu li jagħti amnestija għal ċerti delitti lil dawk li jiċħdu t-terroriżmu u l-vjolenza u jixtiequ jħallu 'l Al-Shabaab u gruppi terroristiċi oħra, u jħeġġeġ l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni dwar l-amnestiji;

15.

Jiddeplora r-reklutaġġ ta' suldati tfal min-naħa ta' Al-Shabaab u l-użu tat-tfal mill-forzi tas-sigurtà bħala suldati u informaturi, inkluż l-użu ta' suldati tfal maqbuda jew diżerturi; ifakkar li l-Gvern tas-Somalja impenja ruħu favur ir-riabilitazzjoni tat-tfal li kienu suldati u t-tressiq ta' dawk responsabbli għar-reklutaġġ tagħhom quddiem il-ġustizzja; jistieden lid-donaturi internazzjonali, inkluża l-UE, jagħtu prijorità lill-forniment ta' servizzi ta' riabilitazzjoni, edukazzjoni u tagħlim sikur bħala element kruċjali biex jinkiser iċ-ċiklu qattiel tal-vjolenza; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jittrattaw lit-tfal suspettati b'assoċjazzjoni ma' Al-Shabaab primarjament bħala vittmi u jikkunsidraw l-aħjar interess tat-tfal billi jsegwu l-istandards ta' protezzjoni internazzjonali bħala prinċipji ta' gwida;

16.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li r-riżorsi naturali, b'mod partikolari l-faħam, għadhom jikkostitwixxu sors ta' finanzjament sinifikanti għat-terroristi u kawża ta' degradazzjoni ambjentali serja fis-Somalja; jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif l-iskemi ta' traċċabbiltà u diliġenza dovuta jistgħu jitwessgħu biex jinkludu r-riżorsi naturali kollha użati biex isostnu l-attività terroristika u l-vjolenza; jistieden lill-partijiet kollha, f'dan il-kuntest, jiżguraw l-osservanza tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' faħam Somalu;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Parlament tas-Somalja, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0229.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/58


P8_TA(2017)0445

Il-Madagascar

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar Madagascar (2017/2963(RSP))

(2018/C 356/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Madagascar, partikolarment dawk tas-7 ta' Mejju 2009 (1), tal-11 ta' Frar 2010 (2) u tad-9 ta' Ġunju 2011 (3), u l-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE f'Madagascar tal-10 u l-11 ta' Lulju 2010,

wara li kkunsidra l-informazzjoni pprovduta mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fit-2 ta' Novembru 2017 dwar it-tifqigħa riċenti tal-pesta,

wara li kkunsidra l-Osservazzjonijiet Konklużivi tat-22 ta' Awwissu 2017 tal-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar ir-raba' rapport perjodiku ta' Madagascar,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU John H. Knox ta' Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni tal-missjoni tiegħu f'Madagascar,

wara li kkunsidra s-Summit Straordinarju dwar Madagascar tat-20 ta' Mejju 2011 tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u l-pjan direzzjonali propost mit-tim ta' medjazzjoni tal-SADC wara t-tneħħija tas-sanzjonijiet kontra Madagascar mill-UE, l-Unjoni Afrikana u l-SADC,

wara li kkunsidra r-Rapport tas-26 ta' April 2017 tar-Rapporteur Speċjali dwar il-kwistjoni tal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem relatati mat-tgawdija ta' ambjent sikur, nadif, san u sostenibbli, b'relazzjoni maż-żjara tiegħu f'Madagascar,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim ta' Cotonou rivedut,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni ta' Madagascar,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-Libertà ta' Espressjoni Online u Offline,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Madagascar iffirma fl-1969 u rratifika fl-1971,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id--Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza (ACDEG),

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-120 sessjoni tal-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem, li saret f'Ġinevra fl-10 u l-11 ta' Lulju 2017 u li matulha sar rieżami tar-raba' rapport perjodiku ta' Madagascar dwar l-implimentazzjoni tiegħu tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi wara perjodu ta' ħames snin ta' taqlib politiku li matulu d-donaturi ssospendew il-programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp, f'Madagascar saru elezzjonijiet parlamentari kredibbli u demokratiċi f'Ottubru 2013 u elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2013, u dan wassal għall-ħatra ta' Hery Rajaonarimampianina bħala President; billi s-sitwazzjoni politika baqgħet volatili, minkejja li t-tkomplija tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi donaturi neħħiet ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-kooperazzjoni mal-gvern il-ġdid;

B.

billi feġġ kodiċi dwar il-komunikazzjoni ġdid, li ġie kkritikat bl-aħrax mill-ġurnalisti ta' Madagascar peress li jirreferi għall-kodiċi penali fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar reati tal-istampa, bil-potenzjal li dan iwassal għall-kriminalizzazzjoni tal-professjoni; billi s-sitwazzjoni kkalmat iżda ma jidhirx li sejra fid-direzzjoni t-tajba;

C.

billi, fil-prinċipju, is-sena d-dieħla għandha ssir elezzjoni presidenzjali, għalkemm s'issa ma ġietx stabbilita data fissa għaliha; billi l-President ta' Madagascar iddikjara lilu nnifsu favur riforma kostituzzjonali li tippermettilu jibqa' fil-poter matul il-perjodu elettorali u wera r-rieda li jgħawweġ l-emendi proposti għal-liġi elettorali mfassla mill-kummissjoni elettorali nazzjonali indipendenti, esperti, is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni; billi dawn id-dikjarazzjonijiet ġew ikkontestati mill-avversarji politiċi tiegħu u partijiet mis-soċjetà ċivili, li jinsabu mħassba li dan jaf ikun tentattiv biex jipposponi l-elezzjoni u jibqa' fil-poter lil hinn mill-mandat kostituzzjonali tiegħu; billi dan aktarx se jżid it-tensjonijiet f'kuntest politiku li diġà huwa fraġli;

D.

billi fl-10 ta' Lulju 2017 id-Direttur Reġjonali għan-Nofsinhar tal-Afrika ta' Amnesty International iddikjara li r-rekord tad-drittijiet tal-bniedem ta' Madagascar qed jeħżien ħafna bħala riżultat ta' nuqqas sfaċċat ta' rispett tal-istat tad-dritt; billi aktar minn 50 % tal-priġunieri kollha qed jinżammu taħt priġunerija preventiva mingħajr proċess, u qed iseħħu każijiet ta' ksur bħal eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji mill-pulizija u priġunerija ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minħabba n-nuqqas ta' aċċess ħieles u ġust għall-ġustizzja;

E.

billi Amnesty International iddokumentat ukoll rapporti dwar uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li qed ifittxu li jivvendikaw ruħhom wara l-inċidenti fejn il-folla ħadet il-liġi b'idejha; billi, fi Frar 2017, uffiċjali tal-pulizija allegatament ħarqu ħamest irħula f'Antsakabary wara li żewġ kollegi tagħhom allegatament inqatlu minn raħħala, u mara anzjana mietet kawża tal-ħruq waqt l-attakk peress li ma setgħetx taħrab; billi l-pulizija issa qed jinvestigaw dan l-attakk, minkejja li huma involuti fih;

F.

billi l-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed iħabbtu wiċċhom ma' intimidazzjoni u fastidju min-naħa tal-awtoritajiet f'tentattiv biex isikktuhom u jostakolaw l-investigazzjonijiet tagħhom u l-ħidma tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem; billi, wara l-elezzjonijiet tal-2013, bosta stabbilimenti tal-midja ġew imġiegħla jagħlqu u ġew iċċensurati għal raġunijiet ta' “rispett tal-istat tad-dritt” u tal-ħtieġa assoluta ta' “tindif tax-xenarju awdjoviżiv” promoss mill-Ministeru tal-Komunikazzjoni;

G.

billi, fl-2013, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) adottat pjan ta' azzjoni għal Madagascar li jirrikjedi li l-pajjiż isaħħaħ l-isforzi ta' infurzar tiegħu u jqiegħed embargo fuq l-esportazzjoni ta' kwalunkwe ħażna ta' injam; billi, minn dak iż-żmien 'l hawn, is-Segretarjat u l-Kumitat Permanenti tas-CITES stqarru ripetutament li Madagascar ma kkonformax mal-pjan ta' azzjoni; billi, skont is-Segretarjat tas-CITES, tipprevali impunità mifruxa fir-rigward tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-ksur tal-liġijiet ambjentali; billi, min-naħa l-oħra, individwi li jopponu l-qtugħ illegali tas-siġar ġew ikkundannati mill-qrati, fejn jeżisti riskju serju ta' korruzzjoni;

H.

billi Madagascar huwa wieħed mill-aktar postijiet ambjentalment eċċezzjonali tad-dinja, iżda huwa wkoll l-ifqar pajjiż bla kunflitti fid-dinja, fejn 92 % tal-popolazzjoni jgħixu b'inqas minn USD 2 kuljum, u huwa kklassifikat fil-154 pożizzjoni minn 188 pajjiż fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem;

I.

billi t-traffikar illegali tal-injam u ta' speċijiet ta' annimali joħloq theddida sinifikanti għall-ambjent u l-bijodiversità ta' Madagascar, kif ukoll għad-drittijiet ambjentali tal-poplu ta' din il-ġżira; billi l-impatt ambjentali tal-industriji estrattivi u n-nuqqas ta' trasparenza fil-ġestjoni tagħhom spiss jagħmlu ħsara lill-komunitajiet lokali u lill-iżvilupp sostenibbli tagħhom; billi n-netwerks tat-traffikar għandhom rabtiet allegati mal-kriminalità organizzata, u dan jhedded il-governanza demokratika fil-pajjiż; billi skont ir-Rapporteur Speċjali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, il-qtugħ illegali tas-siġar u t-traffikar tal-injam prezzjuż, u l-konċessjonijiet għat-tħaffir fil-minjieri, huma marbuta mill-qrib mal-vjolenza kontra l-popolazzjoni lokali;

J.

billi l-attivist ambjentali Clovis Razafimalala, li ddenunzja t-traffikar u l-isfruttament illegali tal-injam tal-warda u ta' tipi oħrajn ta' injam, ilu detenut sa mis-16 ta' Settembru 2016 fuq akkużi foloz ta' ribelljoni, qerda ta' dokumenti u beni pubbliċi, u ħruq, minkejja n-nuqqas flagranti ta' provi; billi Raleva, difensur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent, safa arrestat fis-27 ta' Settembru 2017 fuq akkuża ta' “użu ta' titlu falz” huwa u jqajjem dubji dwar l-operazzjonijiet ta' kumpanija tat-tħaffir għad-deheb, wara li t-tħaffir kien ġie pprojbit minħabba d-degradazzjoni tal-ambjent; billi Raleva ngħata sentenza sospiża ta' sentejn priġunerija fis-26 ta' Ottubru 2017; billi Augustin Sarovy, direttur ta' NGO attiva fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-injam tal-warda, ġie mġiegħel jaħrab lejn l-Ewropa wara li rċieva theddid ta' mewt;

K.

billi Fernand Cello, direttur ta' stazzjon radjofoniku magħruf għall-investigazzjonijiet tiegħu dwar suġġetti sensittivi bħalma huwa t-tħaffir illegali għaż-żaffir, kien suġġett ta' proċedura kriminali fis-6 ta’ Mejju 2017 fuq akkużi ta' “falsifikazzjoni u użu ta' oġġetti ffalsifikati”; billi Reporters Sans Frontières (RSF – Reporters Mingħajr Fruntieri) iddenunzjat it-trattament aħrax tad-direttur ta' Radio Jupiter mill-awtoritajiet fir-reġjun abbażi ta' allegazzjonijiet foloz imressqa minn persuni li kienu ġew implikati fl-investigazzjonijiet tiegħu;

L.

billi l-arrest ta' Claudine Razaimamonjy fuq l-inizjattiva tal-Bianco (Bureau Indépendant Anti-Corruption – Bureau Independenti Kontra l-Korruzzjoni) għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi f'diversi lokalitajiet saret affari statali, peress li hija alleata mill-qrib tal-Kap tal-Istat Hery Rajaonarimampianina, kif ukoll konsulenta tiegħu; billi qabel l-arrest tagħha l-ġendarmerija ressqet talba biex is-Sa Jacqueline Raharimanantsoa Saholiniaina, is-Sa Sylvie Randriantsara Linah u s-Sa Claudine Razaimamonjy jiġu sottoposti għal interrogazzjoni; billi, fil-fatt, jirriżulta li dawn it-tliet nisa huma l-istess persuna, Claudine Razaimamonjy, illi qatt ma wieġbet is-sejħa biex tiġi sottoposta għal interrogazzjoni;

M.

billi l-“każ ta' Claudine” nissel kunflitt miftuħ bejn il-gvern u l-ġudikatura, peress li l-Ministru tal-Ġustizzja kien għamel personalment appell pubbliku biex Claudine Razaimamonjy tinħeles ħalli jevita li l-arrest preventiv tagħha jiġi estiż; billi l-union tal-maġistrati ddikjarat ruħha offiża bil-pożizzjoni adottata u bl-involviment dirett tal-gvern fil-każ, filwaqt li appellat għas-separazzjoni tas-setgħat u saħqet li din il-kwistjoni ma kellha l-ebda konnessjoni mal-politika; billi din is-sena l-maġistrati għamlu tliet strajkijiet biex jikkundannaw l-intimidazzjonijiet ripetuti u l-interferenzi tal-gvern fl-attivitajiet tagħhom u biex jaffermaw mill-ġdid l-indipendenza tagħhom;

N.

billi Madagascar ilu suġġett għal epidemji ta' pesta kull sena sa mit-tmeninijiet, iżda l-aħħar tifqigħa, li bdiet f'Awwissu 2017, kienet partikolarment vjolenti u laqtet bliet kbar u żoni li mhumiex endemiċi; billi ġew irrappurtati aktar minn 1 800 każ ta' kontaminazzjoni u 127 każ ta' mewt; billi, skont id-WHO, in-natura mhux tas-soltu u t-tixrid rapidu tal-pesta din is-sena huma dovuti għal deterjorament fis-sistema tas-saħħa marbut mal-kriżi soċjopolitika li laqtet lill-pajjiż f'dawn l-aħħar snin; billi, skont l-istimi tad-WHO, għad hemm riskju għoli li t-tifqigħa tal-pesta potenzjalment tkompli tinfirex fil-livell nazzjonali;

O.

billi l-predominanza tal-liġijiet konswetudinarji fil-pajjiż iffavoriet prattiki tradizzjonali dannużi, inklużi żwiġijiet irranġati, forzati u bikrija; billi n-nisa u l-bniet għadhom ibatu minn vjolenza sesswali jew fiżika oħra, filwaqt li r-rati ta' rapportar huma baxxi u l-proċeduri kriminali huma rari; billi l-abort għadu pprojbit fil-pajjiż bis-saħħa ta' liġi li tmur lura għall-1920; billi madwar għaxar nisa kuljum imutu huma u jwelldu; billi l-projbizzjoni tal-abort taf twassal għall-interruzzjoni klandestina u perikoluża tat-tqala minn nies li m'għandhomx kwalifiki mediċi;

1.

Jilqa' l-istabbiliment mill-ġdid tal-istat tad-dritt bl-elezzjonijiet ta' Ottubru u Diċembru 2013; ifakkar lill-awtoritajiet ta' Madagascar, u l-ewwel u qabel kollox lill-President tal-pajjiż, fir-responsabbiltà tagħhom li jiddefendu u jħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini tagħhom madwar il-pajjiż kollu, inkluża l-prevenzjoni tal-abbużi u r-reati kollha, u li jeżerċitaw il-missjoni tagħhom li jiggvernaw b'rispett rigoruż tal-istat tad-dritt; iħeġġiġhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini tagħhom, inkluża l-libertà ta' espressjoni;

2.

Jittama li l-elezzjonijiet li ġejjin isiru f'ambjent paċifiku u seren ħalli jkunu demokratiċi u trasparenti; jinsisti li l-ordni kostituzzjonali u l-istabbiltà politika jridu jiġu ppreservati u li d-djalogu u l-bini ta' kunsens fost il-parteċipanti politiċi kollha huma l-uniċi garanziji ta' elezzjonijiet f'waqthom u kredibbli fl-2018; jistieden lill-komunità internazzjonali tieħu l-passi kollha possibbli biex tiżgura proċess elettorali ġust u ħieles għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-2018;

3.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-prevalenza ta' każijiet fejn il-folla tieħu l-liġi b'idejha u dwar l-involviment ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi f'każijiet ta' qtil extraġudizzjarju; jappella għal investigazzjoni independenti u imparzjali dwar il-ħruq ta' ħames irħula f'Antsakabary, li tkun tiggarantixxi s-sikurezza tal-vittmi minn kwalunkwe attakk ta' rappreżalja kemm-il darba jressqu provi rigward din il-kwistjoni; jistieden lill-awtoritajiet ta' Madagascar iwettqu sistematikament investigazzjonijiet imparzjali dwar eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, iniedu proċeduri kriminali kontra l-awturi tar-reati u jiżguraw li l-familji tal-vittmi jirċievu kumpens adegwat;

4.

Jistieden lill-awtoritajiet ta' Madagascar jirrispettaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mis-CITES, inkluż billi jsaħħu bil-kbir l-infurzar effettiv tal-liġijiet kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u t-traffikar illegali tal-injam;

5.

Jilqa' r-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-Kodiċi dwar it-Tħaffir fil-Minjieri u jistieden lill-gvern jiżgura li l-kodiċi rivedut jissodisfa r-rekwiżiti internazzjonali, bħal valutazzjoni minn qabel u konsultazzjoni mal-biċċa l-kbira tal-persuni milquta, aċċess għal rimedji u minimizzazzjoni tal-ħsara lill-ambjent; jistieden lill-gvern biex jirrevedi l-permessi għat-tħaffir fil-minjieri maħruġa mill-gvern tranżitorju u biex jissospendi dawk il-permessi li mhumiex skont id-digriet MECIE;

6.

Jiddenunzja d-detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti ambjentali fuq il-bażi ta' akkużi vvintati; jappella biex il-fastidju u l-intimidazzjoni kontra tagħhom jintemmu b'mod definittiv, jiddiżapprova l-miżuri meħuda kontra l-midja qabel l-aħħar elezzjonijiet u jappella għar-restituzzjoni sħiħa tal-libertajiet individwali u kollettivi kollha; jistieden lill-Gvern ta' Madagascar jirrevoka l-elementi restrittivi fil-Kodiċi dwar il-Komunikazzjoni;

7.

Jistieden lill-Gvern ta' Madagascar iħalli l-ġustizzja ssegwi l-kors normali u indipendenti tagħha fil-“każ ta' Claudine” u fil-każijiet kollha ta' korruzzjoni attiva u passiva; jinsisti li l-politika m'għandhiex tinterferixxi mal-ġudikatura u li l-Bianco għandu jitħalla jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu dwar il-korruzzjoni liberament; jinsisti fuq ir-rispett rigoruż tal-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat u jisħaq li l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jridu jkunu ggarantiti f'kull ċirkostanza; jitlob li l-awtoritajiet ta' Madagascar jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-korruzzjoni u l-impunità fil-pajjiż u jiżguraw li l-każijiet kollha ta' korruzzjoni jitressqu quddiem il-ġustizzja;

8.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fl-attivitajiet ta' predikaturi barranin li qed iġiegħlu lid-dixxipli tagħhom jikkonvertu għal forma estremista tal-Iżlam;

9.

Jisħaq li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jinvestu fl-għoti ta' appoġġ u protezzjoni lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħala parteċipanti ewlenin fl-iżvilupp sostenibbli, inkluż permezz ta' għotjiet urġenti bis-saħħa tal-fond ta' emerġenza tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju;

10.

Iħeġġeġ lill-kumpaniji transnazzjonali jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipju ta' diliġenza dovuta kif stabbilit fil-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

11.

Jistieden lill-UE toqgħod attenta biex tiżgura li t-tħejjijiet għall-elezzjonijiet presidenzjali li ġejjin ikunu inklużivi, trasparenti u aċċettati minn kulħadd, inkluż permezz ta' pakkett ta' appoġġ ta' sentejn għall-arranġamenti elettorali;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Gvern ta' Madagascar, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika, kif ukoll lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana.

(1)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 111.

(2)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 72.

(3)  ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 129.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/62


P8_TA(2017)0447

Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u n-New Zealand (Riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (15470/2016 – C8-0027/2017 – 2016/0366(NLE) – 2017/2050(INI))

(2018/C 356/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15470/2016),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (1) (09787/2016),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 207, l-Artikolu 212(1) ,l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0027/2017),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (2), adottat f'Lisbona fl-2007,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni reċenti tiegħu dwar New Zealand tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-bidu tan-negozjati dwar l-FTA mal-Awstralja u New Zealand (3),

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' New Zealand f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet, iffirmat fl-2012 (4),

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' New Zealand (5), li daħal fis-seħħ fl-2009,

wara li kkunsidra t-22 laqgħa interparlamentari UE-New Zealand, li saret Brussell fit-23 ta' Marzu 2017,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0333/2017),

A.

billi New Zealand igawdi minn sħubija stretta u storika mal-Unjoni Ewropea u mal-Istati Membri tagħha;

B.

billi l-Unjoni Ewropea tikkondividi valuri u prinċipji komuni ma' New Zealand, inklużi r-rispett tal-prinċipji demokratiċi, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali, tal-istat tad-dritt, tad-dritt internazzjonali, tal-paċi u s-sigurtà;

C.

billi l-Unjoni Ewropea għadha t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali ta' New Zealand u ż-żewġ naħat iżommu firxa wiesgħa ta' interessi ekonomiċi u kummerċjali;

D.

billi l-ewwel ambaxxatur residenti fi New Zealand assuma l-kariga f'Settembru 2016, okkażjoni li mmarkat it-tranżizzjoni sħiħa lejn Delegazzjoni awtonoma tal-Unjoni Ewropea fi New Zealand;

E.

billi New Zealand igawdi minn relazzjonijiet tajbin ma' għadd tal-eqreb sħab tal-UE, partikolarment mal-Awstralja u mal-Istati Uniti; josserva, f'dan ir-rigward, id-Dikjarazzjoni ta' Wellington tal-2010 li tistabbilixxi qafas ta' sħubija strateġika bejn New Zealand u l-Istati Uniti, kif ukoll il-Ftehim dwar l-Intensifikazzjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi (Closer Economic Relations – CER) iffirmat mal-Awstralja fl-1983;

F.

billi New Zealand, membru tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD, huwa sieħeb prezzjuż għall-iżvilupp u fornitur importanti ta' assistenza f'termini ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) bħala perċentwal tal-ING u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għat-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal pjaneta aktar ġusta, aktar sikura u aktar prospera;

G.

billi New Zealand huwa membru tal-alleanza tal-intelligence “Five Eyes” flimkien mal-Istati Uniti, mar-Renju Unit, mal-Kanada u mal-Awstralja; billi Stati Membri oħra tal-UE (Franza, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, il-Belġju, l-Iżvezja, id-Danimarka u Spanja) huma parti mill-arranġament anqas strett magħruf bl-isem ta' “Fourteen Eyes”;

H.

billi New Zealand ipoġġi enfasi speċjali fuq l-iżvilupp tar-relazzjonijiet fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, partikolarment maċ-Ċina, mal-Asja tax-Xlokk u mal-Ġappun, u jikkontribwixxi għall-istabilità reġjonali tal-Asja tax-Xlokk u tal-Paċifiku tal-Lbiċ;

I.

billi reġjun tal-Asja-Paċifiku integrat, li fih New Zealand jiżvolġi rwol prominenti, jikkontribwixxi għal sistema globali bbażata fuq valuri u regoli u, għaldaqstant, għas-sigurtà tal-istess Unjoni;

J.

billi New Zealand huwa membru fundatur tal-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku (PIF) u għandha sħubija strateġika mal-ASEAN;

K.

billi New Zealand ikkonkluda ftehimiet bilaterali ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja, ma' Singapore, mat-Tajlandja, maċ-Ċina, ma' Hong Kong, mat-Tajwan, mal-Malasja u mal-Korea t'Isfel, kif ukoll ftehimiet kummerċjali multilaterali tal-Ftehim tas-Sħubija Strateġika u Ekonomika Trans-Paċifika ma' Singapore, maċ-Ċilì u mal-Brunei, il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles ASEAN-Awstralja-New Zealand u l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles New Zealand-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC); billi ċ-Ċina u New Zealand qegħdin jippruvaw iqawwu l-ftehimiet kummerċjali tagħhom;

L.

billi New Zealand huwa wkoll parti tal-ftehim tas-Sħubija Trans-Paċifika (TPP), u rratifikah, u huwa parti attiva fin-negozjati għas-Sħubija Ekonomika Komprensiva Reġjonali (RCEP);

M.

billi New Zealand kien membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għal mandat ta' sentejn mill-2015 sal-2016 li matulu assuma, b'sens ta' tmexxija u viżjoni b'saħħtu, il-presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà darbtejn;

N.

billi New Zealand ilu żmien twil membru tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), tal-Bank Dinji u tal-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp (ADB) u huwa membru tal-Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura (AIIB) b'sede f'Shanghai li għadu kif twaqqaf;

O.

billi New Zealand ta l-kontribut tiegħu lill-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tan-NU, inklużi fil-Bożnija, fil-Kosovo, fi Sierra Leone u fl-Afganistan; billi fl-Afganistan mexxa skwadra għar-rikostruzzjoni fil-provinċja ta' Bamyan, kif ukoll missjonijiet ta' taħriġ biex jgħin fl-iżvilupp tal-Armata Nazzjonali Afgana, barra milli kkontribwixxa għall-missjoni EUPOL sal-2012 biex tingħata assistenza fl-istabbiliment mill-ġdid tal-ordni pubbliku;

P.

billi New Zealand ilu mill-2015 iwettaq missjoni ta' taħriġ mhux għall-ġlied fl-Iraq bil-għan li jħarreġ il-forzi tas-sigurtà tal-Iraq fl-ambitu tal-ġlieda kontra l-IS/Daesh;

Q.

billi New Zealand kien l-ewwel pajjiż fid-dinja li adotta l-vot universali fl-1893;

R.

billi New Zealand huwa proponent tal-produzzjoni ekoloġika, partikolarment tal-ikel, u ilu jippromwovi l-ftehimiet komprensivi globali fil-qasam tal-klima fi ħdan il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' Pariġi COP21 u l-azzjoni effikaċi ta' mitigazzjoni min-naħa tal-pajjiżi żviluppati kollha u tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw prinċipali li huma għajn ta' emissjonijiet, anki billi jaġixxi ta' prekursur bl-istabbiliment ta' skema nazzjonali għan-negozjar ta' emissjonijiet;

S.

billi New Zealand u l-Unjoni Ewropea jikkooperaw fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, tar-reżiljenza u tal-mitigazzjoni biex jiġġieldu l-effetti tat-tibdil fil-klima fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, speċjalment billi jrawmu l-użu sistematiku tal-enerġija rinnovabbli;

T.

billi New Zealand u l-Unjoni Ewropea jikkooperaw fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u fil-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima fir-reġjun tal-Paċifiku, b'attenzjoni partikolari fuq ir-rwol li jiżvolġu l-għejun ta' enerġija rinnovabbli;

U.

billi New Zealand jikkontribwixxi fil-Fond Internazzjonali għall-Irlanda, organizzazzjoni li taħdem għall-promozzjoni tal-progress ekonomiku u soċjali, u tinkoraġġixxi u tiffaċilita d-djalogu u r-rikonċiljazzjoni bejn il-komunitajiet;

1.

Jilqa' pożittivament il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni, li se joffri qafas politiku projettat lejn il-futur għar-relazzjonijiet UE-New Zealand kif ukoll kooperazzjoni fl-iżvilupp sostenibbli u f'firxa komprensiva ta' kwistjonijiet li se jiġu żviluppati ulterjorment fis-snin li ġejjin biex tingħata tweġiba lil ambizzjonijiet u aspirazzjonijiet ġodda;

2.

Jappoġġa t-tnedija tan-negozjati dwar il-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u New Zealand, li għandhom jitmexxew fi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju għal xulxin, b'kont meħud tas-sensittività ta' ċerti prodotti agrikoli u ta' tip ieħor; jisħaq fuq il-fatt li huwa importanti li jissaħħaħ id-djalogu politiku u titjieb il-kooperazzjoni dwar it-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, il-kummerċ u l-investimenti;

3.

Japprezza l-ġest tal-Prim Ministru Bill English li bih enfasizza u tenna l-impenn lejn ir-relazzjonijiet speċjali mal-Ewropa meta għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu barra l-pajjiż fl-Unjoni Ewropea, fil-Parlament Ewropew, f'Londra u f'Berlin f'Jannar 2017, xahar wara biss li nħatar Prim Ministru;

4.

Jirrikonoxxi r-relazzjonijiet bilaterali storiċi u b'saħħithom bejn New Zealand u l-Istati Membri tal-UE, inklużi r-rabtiet kulturali, ekonomiċi u interpersonali;

5.

Jissottolinja l-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma' New Zealand fil-qasam tal-paċi, tas-sigurtà u tal-istabilità reġjonali fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, tal-agrikoltura, tal-iżvilupp sostenibbli, tas-sajd u tal-affarijiet marittimi, tat-trasport, tal-għajnuna umanitarja, tal-miżuri sanitarji, tal-enerġija, tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima;

6.

Jissottolinja l-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma' New Zealand għat-tisħiħ tal-governanza ambjentali u tal-oċeani, li hi neċessarja biex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni u użu sostenibbli tar-riżorsi;

7.

Jieħu nota tal-pjan direzzjonali UE-New Zealand fil-qasam tal-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni; jinkoraġġixxi aktar investiment u opportunitajiet ġodda fil-kooperazzjoni xjentifika, akkademika u teknoloġika;

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-artikoli tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, partikolarment l-impenji għall-iskambju tal-informazzjoni dwar il-gruppi u n-netwerks terroristiċi u l-iskambju ta' fehmiet dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-propaganda, ir-radikalizzazzjoni u ċ-ċiberkriminalità tiegħu, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u jirrispettaw l-istat tad-dritt;

9.

Jenfasizza l-parteċipazzjoni ta' New Zealand fl-operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet biex ikunu promossi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali u l-kontribut tiegħu fl-operazzjonijiet kontra l-piraterija EUNAVFOR Atalanta 'l barra mix-xtut tal-Qarn tal-Afrika, fl-EUPOL Afghanistan u fl-EUFOR Althea fil-Bożnija-Ħerzegovina;

10.

Ifaħħar l-impenn li New Zealand ilu li ħa favur il-koalizzjoni internazzjonali kontra t-terroriżmu; ifakkar li New Zealand jista' jiżvolġi rwol sinifikanti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku; jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-pajjiż diġà joffri sostenn lill-gvernijiet u lill-NGOs fil-pajjiżi tal-Asja tax-Xlokk kontra l-estremiżmu vjolenti u r-radikalizzazzjoni;

11.

Jirrikonoxxi r-rwol ta' New Zealand fil-kosponsorizzazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Proċess ta' Paċi fis-Sirja u fil-Lvant Nofsani fi tmiem l-2016 fil-mument meta kien membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

12.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn li New Zealand ilu li ħa fir-rigward tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u jifraħlu tal-isforzi u tal-kontributi kostruttivi tiegħu favur l-iżvilupp u l-effikaċja tal-QKI bħala mezz biex jissaħħu l-paċi u l-ġustizzja internazzjonali;

13.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-ratifika min-naħa ta' New Zealand tal-ftehim dwar il-klima COP21 u josserva pożittivament il-fatt li aktar minn 80 % tal-elettriku tiegħu ġej minn sorsi enerġetiċi rinnovabbli;

14.

Jieħu nota tas-Sħubija UE-New Zealand fis-settur tal-enerġija għall-Paċifiku; jistieden liż-żewġ partijiet iqawwu l-kooperazzjoni dwar l-enerġija sostenibbli konformement mal-inizjattiva tan-Nazzjonijiet Uniti “Enerġija sostenibbli għal kulħadd”;

15.

Jirrikonoxxi l-kontribut ta' New Zealand fil-protezzjoni, fil-konservazzjoni u fl-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u fir-riċerka relatata mal-baħar;

16.

Jemmen li New Zealand huwa sieħeb importanti fil-kooperazzjoni dwar l-ambjent u fil-protezzjoni tiegħu fir-reġjun tal-Paċifiku u fl-Antartika;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament ta' New Zealand.

(1)  ĠU L 321, 29.11.2016, p. 3.

(2)  ĠU C 32, 6.2.2008, p. 1.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2016)0064.

(4)  ĠU L 160, 21.6.2012, p. 2.

(5)  ĠU L 171, 1.7.2009, p. 28.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2017)0446.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/66


P8_TA(2017)0448

L-Istrateġija UE-Afrika: spinta għall-iżvilupp

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-Istrateġija UE-Afrika: spinta għall-iżvilupp (2017/2083(INI))

(2018/C 356/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-“Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea – Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha”, ippreżentata lill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2016,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-7 ta' Ġunju 2017 tal-Parlament, tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, u tal-Kummissjoni dwar il-Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp – id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna,

wara li kkunsidra s-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u d-dokument finali adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli)”, kif ukoll is-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs),

wara li kkunsidra l-Prinċipji għal Investiment Responsabbli fis-Sistemi Agrikoli u Alimentari li ġew żviluppati fil-Kumitat dwar is-Sigurtà Alimentari Dinjija (CFS-RAI) biex jgħinu jintlaħqu l-SDGs nri 1 u 2,

wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp tal-2015,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima tal-2015,

wara li kkunsidra s-Summit ta' Azzjoni għall-Afrika li sar fis-16 ta' Novembru 2016, li għaraf id-dimensjoni Afrikana tal-COP 22,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2016 dwar Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi (COM(2016)0087),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) (il-“Ftehim ta' Cotonou”), u r-reviżjonijiet tiegħu tal-2005 u tal-2010,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika adottata mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern Afrikani u Ewropej fis-Summit ta' Lisbona tad-9 ta' Diċembru 2007, kif ukoll iż-żewġ pjanijiet ta' azzjoni adottati f'Akkra f'Ottubru 2007 (għall-perjodu 2008-2010) u fi Tripli f'Novembru 2010 (għall-perjodu 2011-2013),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tar-raba' Summit UE-Afrika li sar fi Brussell fit-2 u t-3 ta' April 2014 kif ukoll il-pjan direzzjonali għall-format tal-laqgħat (format tal-Kajr) u l-oqsma tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ kontinenti għall-perjodu 2014-2017, u d-dikjarazzjoni UE-Afrika dwar il-migrazzjoni u l-mobilità,

wara li kkunsidra l-Aġenda 2063 tal-Unjoni Afrikana (UA) adottata f'Mejju 2014,

wara li kkunsidra r-rapport dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet dwar ir-riforma istituzzjonali tal-Unjoni Afrikana, imħejji mill-E.T. Paul Kagamé, bit-titolu “L'impératif de renforcer notre Union” (L-imperattiv li nsaħħu l-Unjoni tagħna),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-tielet Forum Interkontinentali tas-Soċjetà Ċivili li sar f'Tuneż mill-11 sat-13 ta' Lulju 2017, li appella għat-tisħiħ tal-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u biex il-persuni jitpoġġew fil-qalba tal-istrateġija UE-Afrika,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-7 ta' Ġunju 2017 bit-titolu “Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2017)0021),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (2),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2016 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (COM(2016)0447),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titolu “Sħubija mġedda mal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku” (JOIN(2016)0052),

wara li kkunsidra d-diversi komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika u b'mod partikolari dik tas-27 ta' Ġunju 2007 bit-titolu “Mill-Kajr sa Lisbona – Il-Partenarjat Strateġiku bejn l-UE u l-Afrika” (COM(2007)0357), u dik tas-17 ta' Ottubru 2008 bit-titolu “Sena wara Lisbona: Il-partenarjat bejn l-Afrika u l-UE fl-azzjoni” (COM(2008)0617) u dik tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-konsolidazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika 1,5 biljun ruħ, 80 pajjiż, żewġ kontinenti, futur wieħed (COM(2010)0634),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tal-4 ta' Mejju 2017, Għal impetu mġedded tas-Sħubija Afrika-UE (JOIN(2017)0017) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dan is-suġġett, tad-19 ta' Ġunju 2017,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika u l-pajjiżi tal-AKP, u b'mod partikolari dik tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-futur tar-relazzjonijiet AKP-UE wara l-2020 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika: l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar ir-Rapport tal-UE 2015 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-22 ta' Novembru 2016 dwar it-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0334/2017),

A.

billi r-rabtiet li l-Unjoni Ewropea għandha mal-pajjiżi Afrikani huma storiċi, u d-destini tagħhom huma marbuta mill-qrib; billi l-UE hija s-sieħba ewlenija tal-Afrika fl-oqsma ekonomiċi u kummerċjali kif ukoll fl-oqsma tal-iżvilupp, tal-għajnuna umanitarja u tas-sigurtà;

B.

billi hemm bżonn li s-sħubija UE-Afrika tingħata viżjoni ġdida li tirrifletti l-evoluzzjoni tas-sitwazzjonijiet politiċi, ekonomiċi, ambjentali u soċjali taż-żewġ kontinenti; billi hemm bżonn ta' adattament għall-atturi l-ġodda fix-xena internazzjonali – fosthom iċ-Ċina – u li jsir progress lejn sħubija msaħħa, modernizzata u aktar politika, b'attenzjoni partikolari fuq id-difiża tal-interessi komuni prinċipali tagħna;

C.

billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika għandhom jinbnew fuq il-prinċipji ta' komprensjoni u interess reċiproċi, kif ukoll il-kondiviżjoni ta' valuri komuni fil-kuntest ta' sħubija reċiproka;

D.

billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-kontinent Afrikan huma bbażati fuq diversi strumenti ġuridiċi u strateġiji politiċi u billi huwa importanti li jkunu intensifikati s-sinerġiji u l-koerenza bejniethom sabiex is-sħubija ssir aktar effikaċi u sostenibbli;

E.

billi l-Ftehim ta' Cotonou, li jgħaqqad 79 Stat tal-AKP, li 48 minnhom jinsabu fl-Afrika sub-Saħarjana, mal-UE, ireġi s-sħubija ewlenija bejn l-UE u l-Afrika; billi l-UE stabbiliet ukoll relazzjonijiet mal-pajjiżi Afrikani li mhumiex partijiet tal-Ftehim ta' Cotonou; billi s-sħubija UE-AKP ġiet stabbilita f'mument meta l-pajjiżi AKP kienu għadhom ma sawrux l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali u kontinentali attwali tagħhom; billi l-ħolqien tal-UA fl-2003 u tal-Istrateġija Konġunta Afrika-UE (JAES) fl-2007 jagħmilha essenzjali li jkunu razzjonalizzati d-diversi oqfsa strateġiċi bejn l-UE u l-Afrika; billi l-objettiv li l-Afrika tkun ittrattata bħala entità waħda huwa ddikjarat b'mod ċar fil-preambolu tal-JAES;

F.

billi l-UE tinsab impenjata mal-pajjiżi Afrikani fi djalogu politiku u istituzzjonali avvanzat permezz tas-summits UE-Afrika, tal-organizzazzjoni intergovernattiva “Unjoni għall-Mediterran” (UgħM) u tal-organi ta' kooperazzjoni AKP-UE, fosthom fil-livell parlamentari bis-saħħa tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, tad-Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari UgħM u mal-Parlament Pan-Afrikan;

G.

billi l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għandu baġit ta' EUR 30,5 biljun, li minnhom EUR 900 miljun huma riservati għall-Fond għall-Paċi fl-Afrika, u billi EUR 1,4 biljun tal-FEŻ se jintużaw għall-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika; billi ntefqu aktar minn EUR 5 biljun fuq il-bżonnijiet tal-pajjiżi Afrikani fil-kuntest tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), u billi ġew allokati EUR 845 miljun għall-Programm Pan-Afrikan fl-ambitu tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għall-implimentazzjoni tal-JAES;

H.

billi s-Summit UA-UE li jmiss, li se jsir f'Abidjan mid-29 sat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-tema “Investimenti fiż-Żgħażagħ”, jirrappreżenta opportunità biex jinħolqu, ikunu sostnuti u żviluppati l-kundizzjonijiet ekonomiċi ta' parità veritiera bejn sħab li jixtiequ jiddefendu l-interessi komuni prinċipali;

I.

billi l-JAES il-ġdida trid tkun inkluża fil-ftehim futur post-Cotonou;

J.

billi l-UE ilha żmien twil sieħba kif ukoll garanti ewlenija tas-sigurtà tal-kontinent Afrikan, li tirrappreżenta suġġett ta' importanza enormi; billi s-sigurtà u t-tkabbir sostenibbli tal-kontinent Ewropew jiddependi b'mod strett u immedjat mill-istabbiltà u mill-iżvilupp tal-kontinent Afrikan u viċi versa;

K.

billi s-sostenn kostanti favur l-implimentazzjoni effikaċi tal-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà u l-impenn tal-UE, tal-UA u tal-atturi internazzjonali l-oħra preżenti fl-Afrika huma essenzjali għall-iżvilupp u għall-istabbiltà tal-kontinent Afrikan;

L.

billi l-migrazzjoni tokkupa post prominenti fl-istrateġija globali tal-UE fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà u tikkostitwixxi tema prijoritarja fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, inklużi r-relazzjonijiet tagħha mal-Afrika; billi l-Afrika u l-Ewropa għandhom interess u responsabbiltà komuni fejn tidħol il-migrazzjoni u l-mobilità, inkluż fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu, u billi l-ġestjoni tal-migrazzjoni titlob soluzzjonijiet globali bbażati fuq is-solidarjetà, il-qsim tar-responsabbiltà, ir-rispett tad-drittijiet tal-migrant u tad-dritt internazzjonali, kif ukoll l-użu effikaċi tal-istrumenti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

M.

billi aktar minn 218-il miljun persuna jgħixu f'faqar estrem fl-Afrika; billi s-sehem tal-popolazzjoni li jgħix f'faqar estrem fl-Afrika sub-Saħarjana naqas minn 56 % fl-1990 għal 43 % fl-2012; billi 33 mis-47 pajjiż l-anqas żviluppati jinsabu fil-kontinent Afrikan, u dan jagħmel is-Sħubija UE-Afrika għodda indispensabbli fit-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari l-qerda tal-faqar;

N.

billi fl-Afrika, ir-rekwiżiti infrastrutturali huma stmati għal EUR 75 biljun fis-sena, il-valur tas-suq tal-konsum aktarx jilħaq l-USD 1 000 biljun fl-2020, l-investiment dirett barrani huwa mistenni li jiżdied b'mod kostanti għal madwar USD 144 biljun fl-2020 u l-popolazzjoni attwali hija ta' biljun abitant;

O.

billi l-Afrika għadha tesporta l-aktar prodotti mhux ipproċessati u billi l-konċessjoni ta' preferenzi kummerċjali assorbiet parti kbira ta' dawn l-esportazzjonijiet; billi aċċess ħieles għas-suq għall-biċċa l-kbira tal-prodotti Afrikani jżid il-kapaċitajiet tal-pajjiżi Afrikani u jtejjeb il-kompetittività u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-swieq globali, meta akkumpanjat, fost affarijiet oħra, minn politiki mmirati lejn industrijalizzazzjoni sostenibbli u dejjiema u produttività rurali bħala toroq ewlenin għall-iżvilupp;

P.

billi d-dinamika demografika se jkollha titqies, fil-perspettiva tal-fatt li sal-2050, skont ċerti stimi, l-Afrika x'aktarx se jkollha 2,5 biljun abitant, li l-parti l-kbira minnhom se jkunu żgħażagħ, filwaqt li l-Ewropa mistennija jkollha popolazzjoni ferm ixjaħ; billi huwa għalhekk kruċjali li jiġu ġġenerati miljuni ta' impjiegi u li l-emanċipazzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ tingħata għajnuna u sostenn, partikolarment permezz tal-edukazzjoni, tal-aċċess għall-assistenza għas-saħħa u tat-taħriġ fil-kontinent Afrikan;

Intensifikazzjoni tad-djalogu politiku bejn l-UE u l-Afrika: kundizzjoni preliminari għal sħubija strateġika mġedda

1.

Jilqa' pożittivament il-komunikazzjoni bit-titolu “Impetu mġedded tas-Sħubija Afrika-UE”, li għandha l-għan li tagħti impetu ġdid lis-sħubija bejn l-Afrika u l-UE bl-għan li ssaħħaħha u tapprofondiha billi tiddiriġiha lejn il-prosperità u l-istabbiltà taż-żewġ kontinenti, skont l-impenji meħuda fil-qafas tal-SDGs, tal-Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp, li jservi ta' ġabra ta' linji gwida għall-politika ta' żvilupp Ewropea, tal-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni u tal-Aġenda 2063;

2.

Ifakkar li l-Afrika hija sieħba strateġika fundamentali għall-UE u jqis li huwa essenzjali li jiġu intensifikati r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-UA permezz ta' djalogu rivedut u mwessa', li jħaddan il-prinċipji ta' trasparenza u tal-governanza tajba, bil-għan li tinħoloq sitwazzjoni vantaġġjuża għal kulħadd, kif ukoll kooperazzjoni ndaqs u sostenibbli biex tagħti risposta lill-isfidi komuni u tiżgura benefiċċji komuni, filwaqt li tiżgura l-prinċipju ta' sjieda u tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-livell ta' żvilupp ta' kull pajjiż sieħeb;

3.

Jistieden lis-sħubija futura tikkonċentra fuq l-oqsma prijoritarji identifikati kemm mill-UA kif ukoll mill-UE, bħal:

l-iżvilupp ekonomiku (permezz tal-kummerċ u tal-ftehimiet ta' sħubija ekonomika (FSE), tal-integrazzjoni reġjonali msaħħa, tad-diversifikazzjoni ekonomika, tal-industrijalizzazzjoni sostenibbli u tal-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità),

il-governanza tajba, inklużi d-drittijiet tal-bniedem,

l-iżvilupp uman permezz tas-servizzi pubbliċi li jkopru l-bżonnijiet bażiċi, pereżempju l-edukazzjoni, is-saħħa, l-aċċess għall-ilma u għas-sanità, l-ugwaljanza tal-ġeneru, ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni,

is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu,

il-migrazzjoni u l-mobilità,

l-ambjent – inkluż it-tibdil fil-klima;

4.

Ifakkar li l-appoġġ baġitarju huwa l-aqwa mod kif tkun attwata r-responsabbiltà, b'hekk il-gvernijiet jingħataw il-mezzi biex jiddeterminaw il-bżonnijiet u l-prijoritajiet tagħhom; ifakkar li l-appoġġ baġitarju ġenerali jew settorjali jippermetti s-sostenn favur il-politiki ta' żvilupp u jiżgura l-kapaċità ta' assorbiment massima;

5.

Jilqa' pożittivament il-fatt li t-tema ċentrali tal-ħames Summit UA-UE li se jsir fil-Kosta tal-Avorju f'Novembru 2017, hija ż-żgħażagħ, fid-dawl tal-importanza tagħhom għall-futur taż-żewġ kontinenti;

6.

Ifakkar fl-importanza u fl-effikaċja tal-kooperazzjoni AKP-UE u r-riżultati miksuba fil-qasam tal-iżvilupp; jisħaq fuq il-fatt li dan il-qafas ġuridikament vinkolanti jrid jinżamm wara l-2020; jisħaq fuq il-bżonn ta' intensifikazzjoni ta' din il-kooperazzjoni, u tkun żviluppata d-dimensjoni reġjonali tagħha, anki permezz ta' aktar kooperazzjoni mal-UA, mal-komunitajiet ekonomiċi reġjonali u mal-organizzazzjonijiet reġjonali l-oħrajn; jitlob approċċ aktar strateġiku, pragmatiku, komprensiv u strutturat għad-djalogu politiku fl-ambitu tan-negozjati għall-ftehim post-Cotonou;

7.

Jappella għall-intensifikazzjoni tad-dimensjoni parlamentari tal-AKP-EU; jenfasizza li l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tirrappreżenta pjattaforma unika għall-interazzjoni u tiżvolġi rwol fundamentali fit-tisħiħ tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

8.

Jenfasizza li r-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) jipprovdi opportunitajiet għat-titjib fil-koordinament tal-politika tal-viċinat u tal-politika b'rabta ma' stati Afrikani oħrajn permezz tal-ħolqien ta' oqfsa ta' kooperazzjoni estiżi dwar kwistjonijiet reġjonali bħas-sigurtà, l-enerġija u anki l-migrazzjoni;

9.

Itenni l-ħtieġa, fil-kuntest tas-Sħubija Afrika-UE, ta' approċċ ikkoordinat bejn l-Istati Membri tal-UE nfushom u bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha kif previst fl-Artikolu 210 tat-TFUE; ifakkar, analogament, li r-rispett tal-prinċipju tal-UE ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp huwa neċessarju kemm fil-politiki kif ukoll fl-inizjattivi Ewropej u Afrikani biex jintlaħqu l-SDGs;

10.

Jitlob li l-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp jiġi inkorporat għalkollox fir-relazzjoni kummerċjali tal-UE mal-Afrika, li jirrikjedi l-inklużjoni ta' klawsoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (TSD) infurzabbli fil-ftehimiet kummerċjali kollha tal-UE mal-pajjiżi Afrikani, f'konformità mal-impenn meħud mill-Kummissjoni fl-istrateġija “Kummerċ għal kulħadd”;

11.

Itenni l-importanza li l-Istati Membri jonoraw l-impenn tagħhom li jiddestinaw 0,7 % tal-PDG tagħhom lill-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Afrika;

12.

Jaqbel mar-rieda espressa li jissaħħu l-koalizzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika dwar temi relatati mal-governanza globali; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jkun intensifikat id-djalogu mal-UA u l-importanza li tiġi żgurata l-awtonomija finanzjarja tagħha, skont id-Deċiżjoni ta' Kigali dwar il-Finanzjamenti, billi titnaqqas id-dipendenza tagħha mill-finanzjamenti esterni; jieħu nota tal-proposti mressqa fir-rapport imfassal minn Paul Kagamé li jimmiraw li jsaħħu lill-UA ħalli jingħata impetu lill-proċess tal-integrazzjoni politika Afrikana;

13.

Jenfasizza r-rwol li tiżvolġi s-soċjetà ċivili – inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet konfessjonali, l-organizzazzjonijiet favur id-drittijiet taż-żgħażagħ u tan-nisa, is-settur privat, it-trade unions, l-assemblej parlamentari, l-awtoritajiet lokali u d-djaspora, kull wieħed u waħda minnhom bil-karatteristiċi speċifiċi proprji tagħhom – fil-konsolidament tad-djalogu politiku bejn l-UE u l-Afrika biex tkun garantita sħubija ċċentrata fuq il-persuni;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fis-Sħubija UE-Afrika bil-promozzjoni tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, speċjalment permezz tat-trasferiment tal-għarfien espert u tal-garanzija tal-involviment tagħha fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tar-riformi u tal-politiki rilevanti; iqis li l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) huwa essenzjali għall-obbligu ta' rendikont f'livell pubbliku; jappoġġa l-pjattaformi differenti introdotti biex is-soċjetà ċivili ssir attur ewlieni tas-Sħubija, u b'mod partikolari l-Forum Annwali Konġunt (JAF), li għandu l-għan li jimplimenta l-Pjan Direzzjonali UE-Afrika; jiddispjaċih, madankollu, mill-fatt li l-JAF qatt ma sar u jistieden lill-UE u lill-UA jpoġġu għad-dispożizzjoni minnufih il-mezzi finanzjarji u politiċi meħtieġa biex jiżguraw il-parteċipazzjoni sinifikanti tal-partijiet interessati kollha fis-sħubija, anki fil-qafas ta' dan il-ħames Summit UA-UE;

Bini ta' stati u soċjetajiet aktar reżiljenti għall-ġid ta' kulħadd, partikolarment għaż-żgħażagħ bl-għan li jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs)

15.

Iqis neċessarju li r-reżiljenza – fil-ħames dimensjonijiet tagħha – issir fattur ewlieni tal-istrateġija l-ġdida UE-Afrika;

Reżiljenza politika

16.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu promossi l-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, iżda wkoll li jsiru sforzi favur il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fiż-żewġ kontinenti, peress li dawn huma elementi indispensabbli għall-iżvilupp sostenibbli;

17.

Jitlob, għaldaqstant, djalogu sinċier u inklużiv, imsejjes fuq ir-rispett reċiproku, li jagħmel dawn il-valuri u l-prinċipji komponent importanti tal-kooperazzjoni, partikolarment billi l-kundizzjonalità tal-għajnuna għall-iżvilupp tkun estiża għar-rispett rigoruż tagħhom;

18.

Jenfasizza li l-indirizzar tal-isfidi tal-governanza fiż-żewġ kontinenti b'determinazzjoni akbar huwa importantissmu biex jinbnew soċjetajiet aktar ġusti, aktar stabbli u aktar siguri; jissottolinja l-bżonn li jitkomplew id-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-governanza abbażi tal-istrumenti ġuridiċi, tal-liġijiet, tal-prinċipji u tal-mekkaniżmi internazzjonali eżistenti, fosthom dawk tal-organi tal-governanza reġjonali Afrikani bħall-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-protokolli tagħha, il-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, il-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-Qorti Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, bil-għan li tissaħħaħ is-sjieda;

19.

Ifakkar fl-importanza tar-rwol tal-Qorti Kriminali Internazzjonali fl-indirizzar tal-impunità u fid-difiża tal-valuri li din taqdi – il-valuri tal-paċi, tas-sigurtà, tal-ugwaljanza, tal-imparzjalità, tal-ġustizzja u tar-riżarċiment; jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Afrikani jkomplu jappoġġaw l-Istatut ta' Ruma u l-Qorti Kriminali Internazzjonali; iħeġġeġ lill-firmatarji kollha tal-Istatut ta' Ruma jirratifikawh mill-aktar fis possibbli;

20.

Jappoġġa l-organizzazzjoni ta' konferenza konġunta ta' livell għoli UA-UE dwar il-proċessi elettorali, id-demokrazija u l-governanza fl-Afrika u fl-Ewropa, u jitlob lill-Parlament, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (AP-UgħM) jipparteċipaw bis-sħiħ fiha; jappella għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn id-diversi assemblej bil-għan li jitrawmu s-sinerġiji u l-konsistenza tal-miżuri konġunti;

Reżiljenza fil-qasam tas-sigurtà

21.

Itenni l-interkonnessjoni stretta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp; jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn ta' integrazzjoni aħjar tal-problemi marbuta mas-sigurtà u l-għanijiet tal-iżvilupp biex jiġu ttrattati l-problemi speċifiċi tal-istati fraġli u jitrawmu stati u soċjetajiet aktar reżiljenti; josserva li dan għandu jsir permezz ta' strumenti speċifiċi u finanzjamenti addizzjonali;

22.

Jappella għal kooperazzjoni aktar qawwija bejn l-UE u l-Afrika fil-qasam tas-sigurtà u tal-ġustizzja fir-rigward tal-qafas ġuridiku internazzjonali bil-għan li jittieħed approċċ olistiku fir-riżoluzzjoni tal-problemi u fil-ġlieda aħjar kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu, partikolarment fir-rigward tat-tfal, u t-terroriżmu; iqis li l-azzjonijiet tal-UE għandhom ikunu f'sinerġija mal-istrateġiji adottati mill-pajjiżi Afrikani, b'mod partikolari dawk relatati mal-paċi u mas-sigurtà espressi fl-Aġenda 2063;

23.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' kooperazzjoni bejn l-UE, l-UA, l-organizzazzjonijiet reġjonali u atturi politiċi rilevanti oħrajn fl-Afrika fil-qasam tas-sigurtà bil-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, ikunu riformati s-setturi tas-sigurtà tagħhom, jingħata sostenn lill-attivitajiet fil-qasam tad-diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR) tal-ex ġellieda;

24.

Ifakkar li t-terroriżmu huwa theddida globali li tolqot il-paċi u l-istabbiltà reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u s-sigurtà interna, li jeħtieġ li tiġi indirizzata b'mod koordinat mill-gvernijiet nazzjonali, mill-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali u mill-Aġenziji Ewropej; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa fi ħdan l-Istrateġija UE-Afrika mmirata biex tipprevjeni l-impunità, tippromwovi l-istat tad-dritt u tespandi l-kapaċitajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki, kif ukoll biex jiġi evitat, ikkuntrastat u miġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu u biex dan jinġieb quddiem il-ġustizzja; josserva li l-istrateġija kontra t-terroriżmu għandha tinkludi wkoll miżuri maħsuba biex jippromwovu d-djalogu interkonfessjonali u jipprevjenu r-radikalizzazzjoni fl-Afrika u fl-Ewropa, speċjalment fost iż-żgħażagħ, li twassal għall-estremiżmu vjolenti;

25.

Itenni l-importanza tad-diversi missjonijiet u operazzjonijiet tal-UE stazzjonati fl-Afrika; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-forza konġunta tal-G5 tas-Saħel; jappella għall-intensifikazzjoni tal-azzjonijiet favur il-paċi u s-sigurtà Ewropej f'kooperazzjoni mas-sħab Afrikani u internazzjonali u għas-sostenn biex l-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà ssir totalment operattiva; jitlob kontribut inizjali tal-UE għall-Fond tal-Paċi tal-UA għal attivitajiet li jaqgħu taħt il-“medjazzjoni u d-diplomazija”;

Reżiljenza ambjentali

26.

Ifakkar li l-Afrika hija partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima; iqis bħala essenzjali li l-UE tiżviluppa approċċ strateġiku biex tinbena reżiljenza klimatika u jingħata appoġġ lill-pajjiżi Afrikani, partikolarment lill-pajjiżi l-anqas żviluppati, fl-isforzi tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għall-adattament; jisħaq fuq l-importanza tat-tibdil fil-klima bħala multiplikatur tar-riskji għall-kunflitt, għan-nixfa, għall-karestija u għall-migrazzjoni, kif eżemplifikat mit-tifqigħa reċenti tal-karestija fis-Sudan t'Isfel, fin-Niġerja u fis-Somalja; ifakkar, f'dan il-kuntest, li hu imperattiv li jiġi promoss u rispettat l-impenn meħud f'Pariġi fl-2015 li USD 100 biljun jiġu allokati sal-2020 għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jitlob li jiġu sfruttati forom ġodda ta' kollaborazzjoni UE-Afrika bil-għan li jitbaxxew l-ostakli marbuta mal-finanzjament u mat-trasferiment tat-teknoloġiji;

27.

Jenfasizza li l-Afrika għandha ambjent naturali rikk u diversifikat; jitlob li l-protezzjoni tal-bijodiversità titpoġġa fil-qalba tal-aġenda politika UA-UE; jitlob li l-istrateġija UE-Afrika taħdem flimkien għall-prijoritajiet tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra t-traffikar illegali ta' annimali selvaġġi u tipproteġi l-patrimonju naturali u, b'mod partikolari, il-parks naturali;

28.

Jinkoraġġixxi investiment akbar fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli u tal-ekonomija ċirkolari bil-għan li jitkompla l-istimolu tal-azzjonijiet li jikkontribwixxu għar-rispett tal-ambjent u joħolqu opportunitajiet ta' xogħol; ifakkar li l-garanzija ta' aċċess sostenibbli, affidabbli u modern għall-enerġija bi prezzijiet aċċessibbli għal kulħadd hija kruċjali biex ikunu sodisfatti l-bżonnijiet umani bażiċi, hija essenzjali għal kważi t-tipi kollha ta' attività ekonomika kif ukoll fattur ewlieni għall-iżvilupp; jitlob sostenn kontinwu mill-UE għall-Inizjattiva tal-Afrika għal Enerġija Rinnovabbli (AREI), u jilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni li tniedi Sħubija ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni bejn l-UE u l-Afrika dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija sostenibbli;

29.

Jistieden lis-sħubija Afrika-UE tikkonċentra fuq is-sigurtà agrikola u alimentari f'perspettiva fit-tul u tippromwovi sinerġiji bejn s-sigurtà alimentari u l-miżuri fl-ambitu tal-klima; iħeġġeġ lill-UE, f'dan il-kuntest, tqawwi l-assistenza tagħha favur l-agrikoltura sostenibbli, l-agroforestrija u l-prattiki agroekoloġiċi fir-rispett tal-użu tradizzjonali tal-art, u tiżgura aċċess għall-art, għall-ilma u għaż-żrieragħ “open source”; jistieden, barra minn hekk, lill-UE tappoġġa lill-produtturi/bdiewa u lir-rgħajja ż-żgħar ħalli jilħqu s-sigurtà alimentari permezz tal-bini tal-infrastruttura u tal-investiment fiha konformement mal-Prinċipji għal Investiment Responsabbli fis-Sistemi Agrikoli u Alimentari tas-CFS, u tappoġġa l-ħolqien ta' kooperattivi; jissottolinja wkoll il-kapaċità u l-esperjenza li l-OSĊ kisbu fil-livell tal-komunità fir-rigward tal-agrikoltura sostenibbli;

30.

Jilqa' favorevolment l-inizjattivi tal-UE li jesiġu ġestjoni aħjar u kummerċ aktar trasparenti tar-riżorsi naturali; jemmen li l-ġestjoni sostenibbli u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, bħall-minerali, l-injam u l-annimali selvaġġi, tkun tippermetti lill-pajjiżi b'ħafna riżorsi, kif ukoll lill-popolazzjonijiet tagħhom, ikomplu jibbenefikaw minnhom; ifakkar fil-bżonn, skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-minerali ta' kunflitt, li jiddaħħlu miżuri ta' akkumpanjament b'segwitu għal approċċ integrat li jinkoraġġixxi l-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali dwar id-diliġenza dovuta, kif definit mill-Gwida tal-OECD; jitlob li titfassal karta komuni UE-Afrika dwar il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali;

Reżiljenza ekonomika

31.

Iqis li ambjent regolatorju u istituzzjonali stabbli u ekonomija b'saħħitha huma elementi essenzjali biex ikunu żgurati l-kompetittività, l-investimenti, il-ħolqien tal-impjiegi, standards ogħla ta' ħajja u tkabbir sostenibbli; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-bżonn li tiżdied l-aċċessibbiltà online tal-informazzjoni fil-qasam tad-dritt soċjetarju; ifakkar li t-tkabbir ekonomiku mingħajr stat imparzjali ma jiggarantix sistematikament l-iżvilupp soċjali jew il-progress u jinsisti fuq il-bżonn li jkunu assigurati r-ridistribuzzjoni tal-ġid, l-għoti tas-servizzi għaċ-ċittadini u li jitjiebu l-opportunitajiet indaqs;

32.

Jappella għal aktar kooperazzjoni bejn is-setturi privati tal-Ewropa u tal-Afrika u għall-konċentrazzjoni tal-investiment, partikolarment permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati, ibbażati fuq kodiċi etiku rigoruż u fuq il-prinċipji tar-responsabbiltà soċjali, f'setturi importanti bħal:

l-enerġija sostenibbli inkluż l-aċċess għall-elettriku għal kulħadd,

l-infrastruttura bażika, primarjament fis-settur tat-trasport, fostu dak marittimu,

l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali,

l-agrikoltura sostenibbli,

l-“ekonomija blu” – inkluża l-industrija marittima,

ir-riċerka, ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, kemm f'suġġetti ta' interess komuni kif ukoll f'dawk li jolqtu partikolarment lil wieħed mill-kontinenti, bħal dawk marbuta mal-faqar u mal-mard traskurat;

id-diġitalizzazzjoni bħala fattur fundamentali biex jiżgura l-iżvilupp tal-ekonomija Afrikana, iżda wkoll il-konnessjoni tal-persuni;

33.

Jisħaq fuq il-fatt li l-integrazzjoni reġjonali tmexxi lill-iżvilupp ekonomiku u hija neċessità f'dinja globalizzata; jitlob appoġġ fir-rigward tal-Kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar li jirrifletti t-trasformazzjoni gradwali tal-kontinent Afrikan; jappoġġa t-twaqqif ta' żona kontinentali ta' kummerċ ħieles fl-Afrika kif ukoll l-għan biex jiżdied il-kummerċ intra-Afrikan għal 50 % sal-2050; ifakkar ukoll fil-prospettivi ta' żvilupp offruti mill-FSE u mill-ftehimiet kummerċjali bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani, li jippermettu l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, u l-kummerċ ġust u etiku; jisħaq fuq il-bżonn li jingħataw regoli tal-oriġini li jsostnu l-iżvilupp, klawsoli ta' garanzija effettiva, skedi ta' liberalizzazzjoni asimmetriċi, protezzjoni tal-industriji li għadhom kemm inħolqu, u s-semplifikazzjoni u t-trasparenza tal-proċeduri tad-dwana; ifakkar li l-FSE huma maħsuba biex jgħinu lill-pajjiżi AKP jespandu s-swieq tagħhom, jinkoraġġixxu l-kummerċ fl-oġġetti u jagħtu spinta lill-investimenti u li jantiċipaw ftuħ bil-mod, gradwali u asimmetriku tal-kummerċ fl-oġġetti bejn l-UE u l-pajjiżi AKP;

34.

Jappella għal aktar trasparenza fil-ftehimiet kummerċjali u għall-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi s-soċjetajiet ċivili tal-pajjiżi kkonċernati, permezz ta' konsultazzjonijiet formali, f'negozjati futuri u fl-implimentazzjoni ta' ftehimiet li attwalment qed jiġu negozjati;

35.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkoordinaw aħjar l-għajnuna tagħhom għall-programmi tal-kummerċ u jagħtu spinta lis-sinerġiji mal-politiki ta' investiment tagħhom għall-Afrika; jappella, barra minn hekk, għal żieda fl-impenji finanzjarji tagħhom favur l-għajnuna għall-kummerċ kif ukoll assistenza teknika u inizjattivi ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet, li huma essenzjali għall-pajjiżi Afrikani, partikolarment dawk l-inqas żviluppati;

36.

Ifakkar li s-settur privat, mill-impriżi mikro sa dawk żgħar u ta' daqs medju, mill-kooperattivi sal-kumpaniji multinazzjonali, għandu rwol deċiżiv fil-ħolqien tal-impjiegi u fil-proċess tal-iżvilupp, u jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' dan; jenfasizza r-rwol speċifiku tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju u tal-istabbilimenti ż-żgħar bi tmexxija familjari, u jitlob sostenn għall-inizjattiva individwali; jilqa' pożittivament, f'dan ir-rigward, l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, li għandu jimmira li jagħti sostenn lis-settur privat fil-pajjiżi Afrikani, partikolarment l-impriżi lokali u lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-pajjiżi fraġli, u b'hekk jippromwovi l-investimenti u l-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, partikolarment għan-nisa u għaż-żgħażagħ;

37.

Ifakkar fl-obbligi li s-settur privat jeħtieġlu jaqdi fl-ambitu tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Linji Gwida tal-OECD, u jtenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri tal-UE u tal-UA biex jipparteċipaw b'mod kostruttiv fil-grupp ta' ħidma intergovernattiv tan-NU dwar il-kumpaniji transnazzjonali u impriżi oħrajn fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, biex jaħdmu favur it-tfassil ta' trattat internazzjonali vinkolanti, ibbażat fuq il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, dwar il-mod kif il-kumpaniji jirrispettaw l-obbligi relatati mad-drittijiet tal-bniedem u l-obbligi fir-rigward tal-istandards soċjali, tax-xogħol u ambjentali;

38.

Jissottolinja n-neċessità li jinħolqu impjiegi dinjitużi u li dawn jintrabtu mal-investimenti, li t-tnejn li huma għandhom isiru fi ħdan il-qafas tas-sħubija Afrika-UE; jitlob il-konformità mal-istandards tal-ILO f'dan ir-rigward; jisħaq fuq l-importanza ta' interazzjoni bejn il-persuni minn kuntest soċjali, ekonomiku u istituzzjonali u jitlob li r-rwol tas-sħab soċjali jissaħħaħ billi tingħata spinta lill-effikaċja tad-djalogu soċjali fil-livelli rilevanti kollha, li jiffavorixxi n-negozjar kollettiv;

39.

Jiddispjaċih li madwar USD 50 biljun kull sena joħorġu mill-Afrika fis-sura ta' flussi finanzjarji illeċiti, somma akbar mill-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) annwali u timmina l-isforzi fil-qasam tal-mobilizzazzjoni tad-dħul nazzjonali; jistieden, għaldaqstant, liż-żewġ partijiet:

joħolqu strumenti effikaċi għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa u l-korruzzjoni, inkluża t-trasparenza pubblika rigward is-sjieda benefiċjarja aħħarija tal-entitajiet ġuridiċi, it-trusts u arranġamenti simili,

jippromwovu l-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli (PRI) appoġġati min-NU,

isostnu l-inizjattivi intiżi li jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistemi ta' ġestjoni finanzjarja pubblika;

40.

Jitlob, barra minn hekk, l-implimentazzjoni effettiva tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar id-dejn barrani u d-drittijiet tal-bniedem u l-Prinċipji dwar il-Promozzjoni ta' Għoti u Teħid Responsabbli ta' Self Sovran tal-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD); jilqa' pożittivament il-ħidma tan-NU favur mekkaniżmu ta' ristrutturazzjoni tad-dejn sovran fil-livell internazzjonali;

41.

Jappella għal inklużjoni finanzjarja akbar fl-Afrika, anki dik tan-nisa, permezz tal-iżvilupp tas-servizzi bankarji elettroniċi bil-għan li tkun miġġielda l-polarizzazzjoni tas-soċjetà Afrikana; ifakkar li r-rimessi jikkostitwixxu fluss ta' flus lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw akbar mill-ODA totali u jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv biex titwettaq l-Aġenda 2030; jistieden, għalhekk, lill-UE ssostni ulterjorment l-isforzi tal-UA intiżi li jtejbu l-mekkaniżmi ta' rimessa;

Reżiljenza soċjali

42.

Jirrikonoxxi l-importanza tad-dinamiki demografiċi fl-Afrika, li jeħtieġu viżjoni strateġika fit-tul biex ikunu żviluppati soċjetajiet sostenibbli, inklużivi u parteċipattivi; jisħaq, analogament, fuq il-bżonn li tiġi żgurata nondiskriminazzjoni fil-konfront tal-gruppi vulnerabbli, fosthom il-persuni b'diżabbiltà u l-popolazzjonijiet indiġeni; jirrikonoxxi l-fatt li l-popolazzjoni dejjem akbar tal-Afrika hija kemm sfida għall-ekonomija lokali kif ukoll opportunità għall-kontinent; jistieden, għalhekk, lill-UE turi impenn fil-promozzjoni ta' politiki pubbliċi xierqa u investimenti fl-edukazzjoni u fis-saħħa, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, biex tiżgura li ż-żgħażagħ ikunu mgħammra bil-mezzi neċessarji biex jieħdu deċiżjonijiet informati dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva tagħhom, fl-ugwaljanza tal-ġeneru u fid-drittijiet tal-minorenni li mingħajrhom ir-reżiljenza soċjali, ekonomika u ambjentali ma tistax tinkiseb;

43.

Jenfasizza li r-rata ta' urbanizzazzjoni fl-Afrika qiegħda tiżdied u toħloq sfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali; jitlob soluzzjonijiet biex tbatti din il-pressjoni urbana u jittaffu l-problemi tal-urbanizzazzjoni bla rażan;

44.

Jistieden lill-UE u lill-UA jsaħħu s-sistemi edukattivi nazzjonali Afrikani, inkluża l-kapaċità tal-istruttura amministrattiva tagħha, billi jinvestu almenu 20 % tal-baġits nazzjonali tagħhom fl-edukazzjoni u billi jintensifikaw is-sostenn tal-UE favur il-Global Partnership for Education (GPE – Sħubija Globali għall-Edukazzjoni) u l-fond “Education Cannot Wait” (ECW – L-edukazzjoni ma tistax tistenna);

45.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' aċċess universali, inklużiv, ekwu u fit-tul għall-edukazzjoni ta' kwalità għolja fil-livelli kollha, mill-ewwel snin tat-tfulija 'l quddiem u għal kulħadd, b'attenzjoni partikolari għall-bniet, u anki f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi;

46.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' investiment fil-kapital uman u li ż-żgħażagħ ikunu konnessi mar-realtajiet globali, u li l-ħiliet ikunu jikkorrispondu għall-bżonnijiet attwali u futuri tas-suq tal-impjiegi permezz tat-tisħiħ tas-sistemi edukattivi u tat-tagħlim vokazzjonali, kemm formali kif ukoll informali, tal-impjiegi indipendenti u tal-imprenditorija;

47.

Iqis li huwa importanti l-appoġġ favur il-pajjiżi Afrikani biex jistabbilixxu sistemi tas-saħħa pubblika effikaċi u jiżguraw aċċess għal servizzi tas-saħħa ta' kwalità bi prezzijiet raġonevoli għal kulħadd, u, b'mod partikolari, jinkisru l-ostakli li magħhom iħabbtu wiċċhom in-nisa u l-gruppi vulnerabbli l-oħrajn, fosthom it-tfal, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni LGBTI;

48.

Jappella għall-introduzzjoni tal-kopertura universali minima billi jinħolqu sistemi nazzjonali orizzontali tas-saħħa; jissottolinja l-bżonn li jitħarrġu miljun professjonist tas-saħħa kkwalifikat aktar minn dawk oriġinarjament ippjanati fuq il-bażi tat-tendenzi attwali biex jintlaħaq l-istandard minimu tad-WTO sal-2030;

49.

Jenfasizza li l-mard infettiv joħloq theddida sinifikanti għar-reżiljenza soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi ta' kooperazzjoni xjentifika u medika bejn iż-żewġ kontinenti, bħas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw, EDCTP2, u tinvesti fix-xjenza, t-teknoloġija u l-innovazzjoni (STI) biex ikun imvinċi l-piż, li għadu enormi, tal-mard l-ieħor ittraskurat relatat mal-faqar, permezz tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha;

50.

Ifakkar fil-bżonn ta' investiment akbar fl-aċċess għall-assistenza tas-saħħa materna u ta' dik sesswali u riproduttiva biex tonqos il-mortalità materna u infantili u jinqerdu l-prattiki tradizzjonali, bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili u ż-żwieġ furzat u/jew prekoċi;

51.

Jenfasizza l-importanza tal-ugwaljanza tal-ġeneru u tal-emanċipazzjoni tan-nisa fil-kooperazzjoni UE-Afrika; jisħaq fuq ir-rwol pożittiva u l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-isferi politiċi u ekonomiċi, kif ukoll fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fil-bini ta' paċi sostenibbli;

52.

Josserva li l-kultura hija faċilitatur kif ukoll komponent importanti tal-iżvilupp, u tista' tiffaċilita l-inklużjoni soċjali, il-libertà tal-espressjoni, il-bini tal-identità, l-awtonomizzazzjoni ċivili u l-prevenzjoni tal-kunflitti filwaqt li ssaħħaħ it-tkabbir ekonomiku; jistieden, għaldaqstant, lill-UE u lill-UA jippromwovu d-djalogu interkulturali u d-diversità kulturali u jsostnu l-istrateġiji li jħarsu l-kultura u l-patrimonju; jenfasizza li d-demokrazija hija valur universali li tista' tkun parti ta' kwalunkwe kultura; jagħraf, analogament, ir-rwol tal-isport bħala għajn u xprun tal-inklużjoni soċjali u tal-ugwaljanza tal-ġeneru;

Ħolqien ta' strateġija għall-mobilità u l-migrazzjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-żewġ kontinenti

53.

Ifakkar li l-migrazzjoni u l-mobilità bejn u fi ħdan l-Ewropa u l-Afrika jħallu impatt ekonomiku, soċjali, ambjentali u politiku, u li din l-isfida trid tkun indirizzata b'mod koordinat u olistiku bejn iż-żewġ kontinenti u f'kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni, bis-saħħa tal-massimizzazzjoni tas-sinerġiji u bl-użu tal-politiki, tal-istrumenti u tal-għodod rilevanti tal-UE, fuq il-bażi tas-solidarjetà, tal-qsim tar-responsabbiltà, tar-rispett u tad-dinjità umana; ifakkar, f'dan il-kuntest, li huwa awspikabbli li jkun intensifikat id-djalogu Afrika-UE qabel in-negozjati dwar iż-żewġ pattijiet globali dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati, rispettivament, li se jitfasslu sal-2018 taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti bil-għan li jkunu identifikati, meta possibbli, il-prijoritajiet komuni;

54.

Ifakkar fil-bżonn li l-impatt pożittiv tal-migrazzjoni u tal-mobilità jitqawwa sabiex dawn il-fenomeni jitqiesu bħala strumenti ta' żvilupp reċiproku għaż-żewġ kontinenti; jenfasizza li dan jirrikjedi risposta politika mfassla bir-reqqa, ibbilanċjata, ibbażata fuq il-provi u sostenibbli bi strateġija fit-tul li tqis il-perspettivi demografiċi u l-kawżi profondi tal-migrazzjoni;

55.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-kunflitti vjolenti, il-persekuzzjoni, l-inugwaljanza, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza dgħajfa, il-korruzzjoni, it-terroriżmu, ir-reġimi repressivi, id-diżastri naturali, it-tibdil fil-klima, il-qgħad u l-faqar kroniku wasslu għal mewġiet ta' ċaqliq ta' popolazzjoni u żieda fil-migrazzjoni lejn l-Ewropa f'dawn l-aħħar snin; ifakkar, madankollu, li aktar minn 85 % tal-popolazzjoni Afrikana li titlaq minn pajjiżha tibqa' fil-kontinent stess;

56.

Jappoġġa l-inizjattivi differenti adottati fil-livell tal-UE biex jiġu miġġielda l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari: is-sħubiji tal-migrazzjoni, il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli; jappella biex l-implimentazzjoni tagħhom tkun żgurata u titkompla b'mod flessibbli, effiċjenti, koerenti u trasparenti filwaqt li jiżdiedu s-sinerġiji possibbli fost id-diversi strumenti, programmi u attivitajiet, kemm fl-azzjoni interna kif ukoll f'dik esterna; jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni akbar fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri;

57.

Itenni l-appell tiegħu għall-promozzjoni tal-migrazzjoni legali, konformement mar-rakkomandazzjonijiet tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Belt Valletta; jenfasizza, ukoll, li l-għajnuna għall-iżvilupp ma għandix tiddependi mill-kooperazzjoni fi kwistjonijiet tal-migrazzjoni;

58.

Jistieden lill-Istati Membri joffru l-postijiet ta' risistemazzjoni tagħhom lil għadd sinifikanti ta' rifuġjati; jitlob, f'dan il-kuntest, il-ħolqien ta' qafas ta' risistemazzjoni Ewropew li fir-rigward tiegħu l-Istati Membri jistgħu jieħdu azzjoni faċilment; jistieden, barra minn hekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkooperaw mal-pajjiżi Afrikani li jiffaċċjaw ċaqliq ta' rifuġjati jew sitwazzjonijiet ta' kriżi fit-tul, u jipprovdulhom assistenza, bil-għan li jkabbru l-kapaċitajiet tagħhom ta' asil u s-sistema ta' protezzjoni tagħhom;

59.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom fil-fondi fiduċjarji u fl-istrumenti l-oħra bil-għan li jitrawwem tkabbir inklużiv u sostenibbli u jkun stimolat il-ħolqien ta' impjiegi b'hekk jingħata kontribut lill-indirizzar tal-kawżi profondi tal-migrazzjoni; jitlob ukoll rwol ta' skrutinju aktar b'saħħtu tal-Parlament Ewropew biex jiżgura li s-sħubijiet tal-migrazzjoni u l-istrumenti ta' finanzjament ikunu kompatibbli mal-bażi, mal-prinċipji u mal-impenji ġuridiċi tal-UE;

60.

Jistieden lill-UE u lill-UA jippromwovu skambji bejn l-istudenti, l-għalliema, l-imprendituri u r-riċerkaturi bejn iż-żewġ kontinenti; jilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni li tniedi Faċilità taż-Żgħażagħ għall-Afrika, bl-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' Erasmus+ u faċilità tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; jitlob diskussjoni dwar ir-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, taċ-ċertifikati u tad-diplomi maħruġa mill-iskejjel u mill-universitajiet Afrikani; josserva li huwa essenzjali li l-migrazzjoni ċirkolari tkun żgurata għall-iżvilupp sostenibbli kif ukoll għall-prevenzjoni ta' eżodu ta' mħuħ mill-Afrika;

61.

Jirrikonoxxi l-pożizzjoni speċjali tad-djaspora kemm fil-pajjiżi ospitanti kif ukoll f'dawk ta' oriġini biex tibgħat fondi konsiderevoli kif ukoll bħala sieħba fl-iżvilupp fil-livelli nazzjonali u reġjonali; jesprimi x-xewqa tiegħu li d-djaspora taġixxi bħala għajn ta' informazzjoni apposta biex tissodisfa il-bżonnijiet reali tal-persuni, tindirizza l-perikli marbuta mal-migrazzjoni irregolari, kif ukoll l-isfidi marbuta mal-integrazzjoni fil-pajjiżi ospitanti;

o

o o

62.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrika, kif ukoll lill-Parlament Pan-Afrikan u lill-Bureau tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.

(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2016)0371.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2016)0337.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2016)0246.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2016)0437.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/77


P8_TA(2017)0449

L-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2016

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2016 (2017/2126(INI))

(2018/C 356/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2016,

wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 24 u 228 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1),

wara li kkunsidra l-Kodiċi Ewropew ta' Kondotta Amministrattiva Tajba (2) kif adottat mill-Parlament Ewropew fis-6 ta' Settembru 2001,

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar il-Kooperazzjoni konkluż bejn il-Parlament Ewropew u l-Ombudsman Ewropew fil-15 ta' Marzu 2006, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 220(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0328/2017),

A.

billi r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2016 ġie ppreżentat uffiċjalment lill-President tal-Parlament fis-17 ta' Mejju 2017, u billi l-Ombudsman, Emily O'Reilly, ippreżentat ir-rapport tagħha lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi Brussell fit-30 ta' Mejju 2017;

B.

billi l-Artikoli 24 u 228 tat-TFUE jagħtu s-setgħa lill-Ombudsman Ewropew li jilqa' l-ilmenti li jinvolvu każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji tagħha;

C.

billi l-Artikolu 15 tat-TFUE jistipula li “sabiex tiġi promossa t-tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod kemm jista' jkun miftuħ” u “kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu jkollha d-dritt għall-aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni”; billi l-garanzija li ċ-ċittadini tal-UE jirċievu servizzi ta' kwalità għolja u li l-amministrazzjoni tal-UE tirreaġixxi għall-bżonnijiet u l-preokupazzjonijiet tagħhom huma essenzjali sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini.

D.

billi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistipula li “kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi trattat b'mod imparzjali, b'mod ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni.”;

E.

billi l-Artikolu 43 tal-Karta jistipula li “kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju tagħha reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jirrikorru għand l-Ombudsman Ewropew f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, tal-korpi jew tal-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha”

F.

billi l-prijorità ewlenija tal-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew hija li jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini u li d-dritt għal amministrazzjoni tajba tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji jew tal-aġenziji tal-UE jirrifletti l-ogħla standards;

G.

billi fl-2016, 15 797 ċittadin talbu għall-għajnuna lis-servizzi tal-Ombudsman, li minnhom 12 646 ingħataw konsulenza permezz tal-Gwida Interattiva li tinsab fis-sit web tal-Ombudsman, filwaqt li mill-bqija, 1 271 talba ngħaddew lil ħaddieħor għal informazzjoni u 1 880 ġew trattati mill-Ombudsman bħala lmenti;

H.

billi mill-għadd totali ta' 1 880 ilment ipproċessati mill-Ombudsman, 711 kienu jidħlu fil-portata tal-mandat tiegħu filwaqt li 1 169 kienu barra l-portata tal-mandat tiegħu;

I.

billi fl-2016 l-Ombudsman fetħet 245 inkjesta, li minnhom 235 kienu bbażati fuq ilmenti u 10 kienu inkjesti fuq inizjattiva proprja, filwaqt li għalaq 291 inkjesta (278 ibbażati fuq ilmenti u 13-il inkjesta fuq inizjattiva proprja); billi ħafna mill-inkjesti kienu jikkonċernaw lill-Kummissjoni Ewropea (58,8 %), segwita mill-aġenziji tal-UE (12,3 %), il-Parlament Ewropew (6,5 %), l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) (5,7 %), is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (4,5 %), l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (0,8 %) u istituzzjonijiet oħra (11,4 %).

J.

billi l-uffiċċju tal-Ombudsman kull sena jirċievi għadd kbir ta' lmenti minn individwi u organizzazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tal-UE, u billi it-tliet preokkupazzjonijiet prinċipali fl-inkjesti li ngħalqu mill-Ombudsman fl-2016 kienu: it-trasparenza u l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni u għad-dokumenti (29,6 %); il-ġestjoni tajba ta' kwistjonijiet relatati mal-persunal tal-UE (28,2 %); u l-kultura ta' servizz (25,1 %); billi kwistjonijiet oħra jinkludu l-użu xieraq tad-diskrezzjoni anki matul il-proċeduri ta' ksur, il-ġestjoni finanzjarja tajba ta' għotjiet u kuntratti tal-UE, u r-rispett għad-drittijiet proċedurali u fundamentali; billi r-rilevanza ta' dawn il-kwistjonijiet tenfasizza r-rwol ċentrali tal-Ombudsman fl-iżgurar tat-trasparenza sħiħa u l-imparzjità kompleta fil-proċessi deċiżjonali u l-amministrazzjoni fil-livell tal-UE, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet taċ-ċittadini u tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom;

K.

billi fil-ħidma strateġika tiegħu fl-2016, l-uffiċċju tal-Ombudsman għalaq 5 inkjesti strateġiċi u fetaħ 4 ġodda dwar, fost suġġetti oħrajn, kunflitti ta' interess possibbli ta' konsulenti speċjali u d-dewmien fl-ittestjar ta' kimika, u barra minn hekk, fetaħ 10 inizjattivi strateġiċi ġodda;

L.

billi l-Ombudsman nediet inkjesta strateġika wiesgħa fuq kif il-Kummissjoni taħtar il-konsulenti speċjali tagħha u twettaq il-valutazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess fir-rigward ta' dawn il-konsulenti, li spiss jaħdmu għal klijenti tas-settur privat u għall-UE fl-istess ħin;

M.

billi l-Ombudsman eżaminat il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Bord tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), filwaqt li nnota li dan ma jipprevedix l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta' interessi jew divulgazzjoni ta' interess finanzjarju;

N.

billi l-kriżi finanzjarja ġabet kriżi ekonomika u soċjali, u b'hekk dgħajfet il-kredibilità tal-istituzzjonijiet tal-UE;

O.

billi l-Ombudsman irrilevat li l-fatt li l-Kummissjoni tal-2009-2014 naqset milli tittratta ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji minn eks Kummissarju u milli tinvestiga kif xieraq il-kompatibilità tal-kuntratt tax-xogħol fis-settur privat tal-Kummissarju mal-obbligi tat-Trattat tal-UE jikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina; billi l-każijiet ta' amministrazzjoni ħażina relatati mal-attivitajiet tal-Kummissarji, inkluż il-President tal-Kummissjoni, wara t-tmiem tal-mandat tagħhom iqawwu n-nuqqas ta' fiduċja taċ-ċittadini fil-konfront tal-Kummissjoni;

P.

billi l-uffiċċju tal-Ombudsman jikkoopera wkoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, bħan-NU, u huwa parti mill-qafas tal-UE skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CPRD), inkarigat mill-protezzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE;

Q.

billi, skont l-Ewrobarometru Flash dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea ta' Marzu 2016, 9 minn 10 ċittadini tal-UE (87 %) huma konxji mill-istatus tagħhom ta' ċittadini tal-Unjoni u mid-dritt tagħhom li jressqu lment lill-Parlament, lill-Kummissjoni jew lill-Ombudsman;

1.

Japprova r-rapport annwali għall-2016 ippreżentat mill-Ombudsman Ewropew, u jilqa' l-preżentazzjoni ċara u faċilment leġġibbli fejn huma miġbura l-aktar fatti u ċifri importanti dwar il-ħidma tal-Ombudsman għall-2016;

2.

Jifraħ lil Emily O'Reilly għall-ħidma eċċellenti tagħha fit-titjib tal-kwalità u l-aċċessibilità tas-servizzi tal-Ombudsman u għall-kooperazzjoni kollaborativa u pożittiva ta' ħidmitha mal-Parlament, b'mod partikolari mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, kif ukoll mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-UE;

3.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-inkjesti u l-inizjattivi strateġiċi, u jappoġġja lil dawk imwettqa mill-Ombudsman fuq inizjattiva tagħha, dwar suġġetti strateġikament importanti li huma fl-interess pubbliku taċ-ċittadini Ewropej; ifaħħar l-isforzi mill-Ombudsman biex tagħmel użu aħjar mill-ħidma strateġika tagħha billi tippermetti li l-każijiet ibbażati fuq ilmenti b'kontenut simili jiġu ttrattati b'mod kollettiv;

4.

Jilqa' d-determinazzjoni tal-Ombudsman li tirreaġixxi fil-pront u b'mod effiċjenti għall-ħtiġijiet u l-preokupazzjonijiet taċ-ċittadini tal-UE, u jappoġġja l-metodi ġodda ta' ħidma u l-proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' każijiet introdotta fl-2016, li jippermettu aktar flessibbiltà u effiċjenza u impatt akbar fuq numru ikbar ta' ċittadini;

5.

Jaqbel li l-isfidi attwali u mingħajr preċedent li qed tiffaċċja l-UE, bħalma huma l-qgħad, l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali, il-kriżi tal-migrazzjoni u Brexit, iġiegħlu lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż l-Ombudsman, jaħdmu b'aktar sforz u determinazzjoni ħalli jiżguraw l-ogħla livelli ta' ġustizzja soċjali, responsabilità u trasparenza fil-livell Ewropew;

6.

Jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb id-djalogu soċjali;

7.

Jenfasizza li l-fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet hija tal-ogħla importanza fis-sitwazzjoni ekonomika attwali;

8.

Jieħu att tal-fatt li l-uffiċċju tal-Ombudsman irreġistra t-tieni l-ogħla rata ta' konformità mad-deċiżjonijiet u/jew rakkomandazzjonijiet tiegħu s'issa; jirrakkomanda lill-Ombudsman tibqa' attenta, tidentifika r-raġunijiet għal nuqqas ta' konformità mar-rakkomandazzjonijiet tagħha u tinforma lill-Parlament dwar kwalunkwe każ ripetut ta' nuqqas ta' konformità mill-amministrazzjoni tal-UE;

9.

Jieħu att tat-tnaqqis fin-numru ta' inkjesti li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet Ewropej imwettqa mill-Ombudsman fl-2016 (245 fl-2016, 261 fl-2015); iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE biex jirrispondu u jirreaġixxu fi żmien raġonevoli għar-rimarki ta' kritika tal-Ombudsman u jtejbu r-rata ta' konformità tagħhom mar-rakkomandazzjonijiet u/jew deċiżjonijiet tal-Ombudsman;

10.

Jieħu att tal-fatt li fl-2016, il-biċċa l-kbira tal-każijiet ġestiti mill-Ombudsman ingħalqu fi żmien 12-il xahar u li ż-żmien medju meħtieġ biex tingħalaq inkjesta kien 10 xhur, u li 30 % biss tal-każijiet jingħalqu wara 12-il xahar jew aktar; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli ttejjeb il-metodi ta' ħidma tagħha u tqassar iż-żmien meħud għat-trattament tal-ilmenti, speċjalment għal każijiet li għadhom miftuħa wara 12-il xahar, mingħajr ma tikkomprometti l-effiċjenza tax-xogħol tagħha;

11.

Jieħu att tal-fatt li l-inkjesti relatati mat-trasparenza, b'mod partikolari dawk relatati ma' kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasparenza tal-proċessi deċiżjonali, it-trasparenza tal-lobbying u l-aċċess għad-dokumenti tal-UE, għal darb'oħra jirrappreżentaw l-akbar proporzjon ta' każijiet ittrattati mill-Ombudsman, segwiti minn problemi oħra relatati ma' firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, mill-ksur tad-drittijiet fundamentali u kwistjonijiet etiċi sal-kuntratti u l-għotjiet tal-UE;

12.

Jenfasizza r-rwol essenzjali tat-trasparenza, tal-amministrazzjoni tajba u tal-kontrolli u l-bilanċi istituzzjonali fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE; jiddispjaċih li inkjesti relatati mat-trasparenza u l-aċċess għal informazzjoni u dokumenti jikkostitwixxu, b'mod konsistenti, aktar minn 20 % tat-talbiet kollha ppreżentati lill-Ombudsman u baqgħu preokkupazzjoni importanti fost iċ-ċittadini Ewropej matul is-snin; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jippubblikaw informazzjoni u dokumenti b'mod proattiv ħalli jżidu t-trasparenza u jnaqqsu l-amministrazzjoni ħażina;

13.

Jemmen li bħala regola għandu jkun hemm livell massimu ta' trasparenza tad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet u aċċess komplut għalihom; ifakkar li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) tagħti liċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi l-oħra tal-Unjoni u li d-derogi possibbli kif ukoll l-eċċezzjonijiet potenzjali għall-istess dritt dejjem għandhom jiġu evalwati fil-kuntest tal-prinċipji ta' trasparenza u ta' demokrazija, bħala prekundizzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet demokratiċi tagħhom. iqis li r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 hija meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-Ombudsman fl-iskrutinju tal-għoti ta' aċċess għal dokumenti mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza u l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri pilota tal-UE fir-rigward tal-petizzjonijiet riċevuti u mal-proċeduri pilota tal-EU u proċeduri ta' ksur li diġà ngħalqu; jissottolinja l-importanza li l-Kummissjoni tiżgura segwitu regolari mal-Parlament; jinkoraġġixxi t-tkomplija tal-inkjesta strateġika tal-Ombudsman fuq it-trasparenza tal-Kummissjoni fit-trattament ta' lmenti dwar ksur fil-qafas tal-proċeduri pilota tal-UE, u jħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tinvestiga l-kwistjoni fl-2017 b'determinazzjoni u b'reqqa; iqis li dewmien mhux raġonevoli fil-ġestjoni tal-proċeduri ta' ksur u l-proċeduri pilota tal-UE mnedija, jew in-nuqqas ta' eżitu konklużiv, jista' wkoll jidħol fl-ambitu ta' amministrazzjoni ħażina;

15.

Ifaħħar id-determinazzjoni tal-Ombudsman li tikseb l-ogħla livell ta' trasparenza fil-proċess deċiżjonali tal-UE; jisħaq fuq il-bżonn li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman għat-trasparenza fit-trilogi; jappella lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippubblikaw informazzjoni rilevanti rigward id-deċiżjonijiet li jittieħdu fit-trilogi; itenni, barra minn hekk, il-ħtieġa għal trasparenza sħiħa u msaħħa fil-ftehimiet u n-negozjati kummerċjali, u jistieden lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha fil-monitoraġġ tat-trasparenza fin-negozjati tal-ftehimiet kummerċjali kollha tal-UE ma' pajjiżi terzi, filwaqt li żżomm f'moħħha li dan ma għandux jimmina l-pożizzjoni ta' negozjar tal-UE;

16.

Itenni l-importanza ta' trasparenza min-naħa tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE fin-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit fir-rigward tal-ħruġ ta' dan tal-aħħar mill-Unjoni mingħajr ma tiġi pperikolata l-pożizzjoni ta' negozjar tal-partijiet; jistieden lill-Ombudsman tissorvelja l-konformità mat-trasparenza fil-proċess tan-negozjati tal-ħruġ;

17.

Jappella għal trasparenza akbar fil-proċess deċiżjonali tal-UE fl-ambitu tal-ekonomija u l-finanzi, b'mod partikolari fil-qasam tas-superviżjoni bankarja mwettqa mill-Bank Ċentrali Ewropew; jappoġġja, barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman li tiżdied it-trasparenza tal-BEI u tal-Grupp tal-Euro u li jissaħħu r-regoli ta' etika interni tagħhom, filwaqt li jirrikonoxxi l-isforzi reċenti tagħha f'dan ir-rigward u l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma japplikax għall-Grupp tal-Euro peress li dan mhuwiex istituzzjoni jew korp fis-sens tat-Trattati; jitlob konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar ir-Reviżjoni tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI (BEI-CM) u jissottolinja l-importanza ta' mekkaniżmu tal-ilmenti indipendenti; jistieden lill-Ombudsman Ewropew tiżvolġi rwol aktar attiv sabiex tiżgura li l-BEI-CM ġdid jibqa' kredibbli u effiċjenti u jirrispetta l-prinċipji ta' indipendenza operazzjonali, trasparenza, aċċessibilità, tempesitività u riżorsi xierqa;

18.

Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-objettiv aħħari tal-Ombudsman, li hu li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istrutturi u l-istituzzjonijiet f'termini ta' responsabilità u trasparenza fil-livell tal-UE, u ttejjeb il-kwalità tad-demokrazija fl-Unjoni Ewropea;

19.

Jieħu att tal-konstatazzjonijiet tal-Ombudsman ta' amministrazzjoni ħażina fir-rigward tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji; jenfasizza l-importanza ta' standards morali u etiċi għolja fi ħdan l-UE, u jieħu att tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-perjodu ta' preklużjoni għal sentejn fil-każ ta' eks Kummissarji, u għal tliet snin fil-każ ta' eks Presidenti tal-Kummissjoni, iżda jemmen bil-qawwa li hemm bżonn li jiġu applikati regoli etiċi aktar stretti fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE, anki kemm għall-politiċi kif ukoll għall-persunal tal-UE, bil-għan li jiġi garantit ir-rispett għad-dmir ta' mġiba b'integrità u diskrezzjoni kif ukoll ta' indipendenza totali mis-settur privat; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi pubblikazzjoni proattiva u trasparenza sħiħa fir-rigward tal-impjiegi ta' eks Kummissarji wara t-tmiem tal-mandat tagħhom; jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman għal aktar reviżjoni tal-Kodiċi f'konformità mal-obbligi tat-Trattat permezz ta' regoli aktar espliċiti u faċilment applikabbli biex b'hekk jiġu żgurati l-kredibilità, l-imparzjalità u n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess fuq bażi ta' każ b'każ; iħeġġeġ lill-Ombudsman biex tkompli tissorvelja u tivvaluta l-livell ta' indipendenza tal-Kumitat tal-Etika Ad Hoc tal-Kummissjoni;

20.

Jieħu att tal-passi tal-Kummissjoni bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar kif ir-regoli tal-persunal tal-UE li jirregolaw il-fenomenu tal-hekk imsejjaħ “bieb idur” ġew implimentati, u jistenna bil-ħerqa l-inkjesta ta' segwitu tal-Ombudsman li se tivvaluta kif qed jaħdmu fil-prattika r-regoli ġodda;

21.

Jistieden lill-Ombudsman tkompli bix-xogħol tagħha biex tiżgura l-pubblikazzjoni f'waqtha tal-ismijiet tal-uffiċjali kollha tal-UE involuti f'każijiet ta' “bieb idur” u biex tiggarantixxi t-trasparenza sħiħa fir-rigward tal-informazzjoni relatata kollha;

22.

Jappoġġja l-impenn tal-Ombudsman biex ittejjeb it-trasparenza tal-lobbying fl-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tikkonforma bis-sħiħ mas-suġġerimenti tal-Ombudsman għat-titjib fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE billi tagħmlu punt ċentrali ta' trasparenza obbligatorju għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE; jenfasizza li għandha tittieħed azzjoni ċara u koerenti u jiġu żviluppati skedi ta' xogħol effikaċi għal dan il-għan; jisħaq fuq l-importanza ta' trasparenza akbar, anki fir-rigward ta' informazzjoni dwar finanzjament, gruppi ta' interess u interessi finanzjarji;

23.

Jilqa' l-inkjesta strateġika tal-Ombudsman dwar kif il-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess għall-konsulenti speċjali tagħha; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar il-proċedura għall-ħatra ta' konsulenti speċjali, il-valutazzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali qabel u wara l-ħatra tagħhom u l-provvediment ta' aċċess pubbliku u informazzjoni fir-rigward ta' dokumenti u laqgħat;

24.

Jappoġġja l-inkjesta strateġika tal-Ombudsman dwar il-gruppi esperti tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Ombudsman tiżgura li l-ġestjoni ta' kunflitt ta' interess u rappreżentanza bilanċjata u ndaqs għall-partijiet interessati kollha, inklużi l-partijiet soċjali interessati, jittejbu fir-regoli l-ġodda tal-Kummissjoni, inkluż l-elenkar tal-esperti kollha fir-Reġistru għat-Trasparenza tal-UE;

25.

Jieħu att tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-trasparenza tal-laqgħat tagħha mal-lobbyists tat-tabakk u l-miżuri ta' trasparenza implimentati mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa tagħha; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tbiddel il-prattika tagħha u trendi xogħolha kompletament trasparenti billi tippubblika onlajn data dwar il-laqgħat kollha mal-lobbyists jew ir-rappreżentanti legali tagħhom, kif ukoll il-minuti ta' dawn il-laqgħat, f'konformità mal-obbligi tagħha fil-qafas tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC);

26.

Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet prattiċi tal-Ombudsman dwar l-interazzjoni tal-uffiċjali pubbliċi mal-lobbyists; iħeġġeġ lill-Ombudsman biex iżżid is-sensibilizzazzjoni dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet fost il-membri tal-persunal fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE permezz ta' taħriġ edukattiv, seminars u miżuri ta' sostenn relatati u jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex jimplimentaw il-Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva Tajba tal-Ombudsman u l-miżuri ta' trasparenza tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-NU dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (FCTC); itenni l-appell tiegħu għal aġġornament effikaċi tal-Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva Tajba permezz tal-adozzjoni ta' regolament vinkolanti dwar il-kwistjoni matul din il-leġiżlatura;

27.

Ifaħħar l-inkjesta strateġika tal-Ombudsman fuq l-aċċess għal dokumenti relatati mal-korpi preparatorji tal-Kunsill, inklużi l-Kumitati, il-gruppi ta' ħidma u l-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER) tiegħu, meta jiġu diskussi abbozzi ta' atti leġiżlattivi tal-UE; iħeġġeġ lill-Ombudsman biex titlob lill-Kunsill itejjeb it-trasparenza fir-rigward tal-laqgħat tiegħu mal-partijiet interessati u d-deċiżjonijiet adottati, jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċess għal dokumenti, u jipprovdi dan l-aċċess fi żmien utli u mingħajr dewmien;

28.

Ifaħħar il-ħidma tal-Ombudsman fit-trattament ta' kwistjonijiet ta' interess pubbliku ġenerali, bħad-drittijiet fundamentali, is-sigurtà u l-effikaċja tal-mediċina, il-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa, u l-protezzjoni kontra r-riskji ambjentali; jistieden lill-Ombudsman tagħti segwitu għall-proposti tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar diżinċentivi relatati mal-ittestjar fuq l-annimali meta jiġu rreġistrati fis-suq prodotti kożmetiċi ġodda u lill-EPSO dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' force majeure u t-trasparenza tal-kompetizzjonijiet tal-EPSO;

29.

Jirrikonoxxi l-esperjenza tal-Ombudsman fit-trattament ta' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet tal-UE marbuta mal-fastidju u l-abbuż sesswali fuq il-post tax-xogħol, kif kien il-każ rigward l-ilment 1283/2012/AN; jistieden lill-Ombudsman, fid-dawl tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE u tad-deċiżjoni tiegħu li joħloq task force ta' esperti indipendenti biex jeżamina s-sitwazzjoni tal-fastidju u l-abbuż sesswali fil-Parlament, u jeżamina wkoll is-sitwazzjoni tal-fastidju u l-abbuż sesswali fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċji u l-aġenziji tal-UE u jipprovdi rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-prevenzjoni ta' każijiet ġodda fl-istituzzjonijiet tal-UE;

30.

Jappoġġja r-rwol tal-Ombudsman fit-tfassil ta' politika proattiva u trasparenti fir-rigward tal-provi kliniċi mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman rigward l-approvazzjoni ta' Humira, waħda mid-drogi li jinbigħu l-aktar l-aktar fid-dinja, li tintuża għat-trattament tal-marda ta' Crohn; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tissorvelja l-EMA biex tiżgura li din tilħaq l-ogħla standards fil-qasam tat-trasparenza u tal-aċċess għal informazzjoni dwar il-provi kliniċi, jiġifieri standards li huma fl-interess pubbliku u ta' valur għat-tobba, il-pazjenti u r-riċerkaturi;

31.

Jistieden lill-Ombudsman tkompli tinvestiga l-prattiki fi ħdan l-aġenziji tal-UE, b'enfasi partikolari fuq l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fir-rigward tal-Monsanto Papers u l-implikazzjonijiet possibbli f'termini ta' segretezza u kunflitt ta' interess;

32.

Jilqa' l-inkjesti tal-Ombudsman insegwitu ta' lmenti minn persuni b'diżabilità, u jinkoraġġixxi l-ħidma tagħha bħala parteċipant attiv fil-Qafas tal-UE għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u l-kontribut tagħha fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità; jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni fil-livell tal-UE;

33.

Jistieden lill-Ombudsman tiżgura li l-Kummissjoni tikkunsidra l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar ir-reviżjoni fil-futur tal-istrument tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) bil-għan li jiġi garantit li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ECI jkunu ġenwinament ċari, sempliċi, faċilment applikabbli u proporzjonati;

34.

Jistieden lill-Ombudsman tiżgura li l-Kummissjoni tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' infrastruttura li tipprovdi pariri legali fuq l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej u ta' qafas legali li jipproteġi lill-membri tal-ECI;

35.

Ifakkar li l-informaturi għandhom rwol kruċjali fl-iżvelar ta' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina, u jappoġġja miżuri li jinkoraġġixxu l-iżvelar b'mod effikaċi u jipproteġu lill-informaturi mir-rappreżalji, u jistieden lill-Ombudsman sabiex tkompli tivvaluta l-implimentazzjoni tar-regoli interni ġodda dwar l-iżvelar fl-istituzzjonijiet tal-UE; iħeġġeġ segwitu fuq l-inkjesti tal-Ombudsman tal-2015 relatati mar-regoli interni dwar l-iżvelar tal-istituzzjonijiet tal-UE; jilqa' r-regoli tal-Ombudsman stess f'dan il-qasam u jħeġġeġ lil istituzzjonijiet tal-UE oħra biex jużawhom bħala gwida; itenni l-appell tiegħu għal leġiżlazzjoni orizzontali tal-UE dwar il-protezzjoni tal-informaturi li tistabbilixxi mezzi u proċeduri xierqa għar-rapportar tal-forom kollha ta' amministrazzjoni ħażina, kif ukoll garanziji adegwati u salvagwardji legali fil-livelli kollha għall-individwi involuti;

36.

Jipproponi reviżjoni tal-Istatut tal-Ombudsman Ewropew biex tingħata s-setgħa li tinvestiga allegazzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti minn istituzzjonijiet u korpi tal-UE u biex tieħdu deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni tad-dokumenti rilevanti;

37.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Ombudsman li tidentifika l-aħjar prattiki fl-amministrazzjoni tal-UE u ġġibhom aktar għall-attenzjoni tal-pubbliku permezz tal-Premju għal Amministrazzjoni Tajba tal-Ombudsman;

38.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tikkollabora mal-ombudsmen nazzjonali permezz tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen; jappoġġja l-idea ta' konferenza annwali tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen fi Brussell, li seħħet għall-ewwel darba fl-2016, u l-impenn tal-Kummissjoni li taħdem b'mod aktar effikaċi man-Netwerk;

39.

Qed jikkunsidra l-idea li fil-futur jiġu organizzati konferenzi annwali tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen fil-binjiet tal-Parlament, fid-dawl tar-rabtiet diretti bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Ombudsman;

40.

Ifakkar li n-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen jista' jkollu rwol importanti fid-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fin-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE;

41.

Ifaħħar lill-Ombudsman talli għamlet laqgħat ma' ombudsmen nazzjonali b'mod individwali u mas-soċjetà ċivili u ma' organizzazzjonijiet tan-negozju; iħeġġeġ lill-Ombudsman tirreplika dawk il-laqgħat fl-Istati Membri kollha u tkompli tqajjem kuxjenza dwar x'jista' jagħmel l-Uffiċċju tal-Ombudsman għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej;

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-ombudsmen tal-Istati Membri jew lill-entitajiet kompetenti simili.

(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 331.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/84


P8_TA(2017)0450

Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) tal-UE (2017/2705(RSP))

(2018/C 356/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2017 intitolata “L-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar” (COM(2017)0063), u 2-28 rapport għall-Istati Membri li jakkumpanjawha,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2016 intitolata “It-twassil tal-benefiċċji tal-politiki ambjentali tal-UE permezz ta' Analiżi regolari tal-Implimentazzjoni Ambjentali” (COM(2016)0316),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (1) (“is-7 EAP”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015“Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli” (A/RES/70/1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 intitolata “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli. Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà” (COM(2016)0739),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2017 intitolata “Semestru Ewropew 2017: Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi”(COM(2017)0500),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015 intitolat “L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari” (COM(2015)0614),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari (COM(2017)0033),

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill (O-000065/2017 – B8-0606/2017) u lill-Kummissjoni (O-000066/2017 – B8-0607/2017) dwar ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (l-EIR) tal-UE,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, filwaqt li l-UE għandha leġiżlazzjoni ambjentali b'saħħitha, l-implimentazzjoni dgħajfa u difettuża tagħha hija problema dejjiema; billi dawn il-lakuni fl-implimentazzjoni jheddu l-iżvilupp sostenibbli, iħallu impatti transkonfinali ħżiena fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem, u jġibu magħhom kostijiet soċjoekonomiċi konsiderevoli; billi, barra minn hekk, il-lakuni fl-implimentazzjoni jimminaw il-kredibilità tal-UE;

B.

billi 70 % tad-dritt ambjentali tal-UE jimplimentawh l-awtoritajiet reġjonali u lokali;

C.

billi l-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) tal-UE u t-28 Rapport speċifiku għall-Istati Membri għal darb'oħra wrew li l-implimentazzjoni tad-dritt ambjentali fl-UE mhijiex omoġenja, iżda tvarja b'mod drammatiku kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-oqsma ambjentali differenti; jinnota, madankollu, li jeżistu oqsma problematiċi komuni fejn l-implimentazzjoni hija batuta fl-UE kollha kemm hi, u li dawn ħafna drabi jikkonċernaw l-akbar theddidiet għas-saħħa ambjentali;

D.

billi l-eżerċizzju ta' rappurtar ta' kull sentejn huwa importanti ħafna biex jagħti stampa tas-sitwazzjoni reali tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri, iżda jkun importanti wkoll li jsir monitoraġġ regolari;

E.

billi l-EIR tindirizza partijiet importanti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, iżda jeħtieġilha titwessa' ulterjorment biex tippermetti l-provvediment ta' soluzzjonijiet aktar sistematiċi għall-isfidi mqajma mill-iżvilupp ambjentali sostenibbli;

F.

billi l-EIR għandha tkun strument transettorjali, li jkun kapaċi jevalwa l-impatti ambjentali f'oqsma oħrajn bħalma huma l-agrikoltura, is-sajd, l-industrija, it-trasport, il-forestrija u l-politiki reġjonali inġenerali;

G.

billi l-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tikseb komparabbiltà aħjar tad-data li tintuża fil-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet tal-Istati Membri; billi d-differenzi bejn id-data miġbura fi Stati Membri differenti jirrappreżentaw ostaklu importanti għall-komparabbiltà tagħha, u fl-aħħar mill-aħħar għall-valutazzjoni nfisha;

H.

billi huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti kollha jkunu involuti fl-EIR, b'mod konsistenti mar-realtà istituzzjonali tal-Istati Membri; billi, b'mod partikolari, huwa importanti li jiġi enfasizzat li f'xi Stati Membri r-reġjuni għandhom kompetenza sħiħa fil-qasam tal-leġiżlazzjoni ambjentali;

I.

billi l-EIR hija għodda għalkollox komplementari għal strumenti oħra li jiffokaw fuq implimentazzjoni aħjar, bħall-IMPEL (in-Netwerk Ewropew għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali) u l-proġett “Make it Work”;

J.

billi l-EIR għandha titqies bħala strument għal diskussjoni politika, b'mod partikolari fil-livell ministerjali, u mhux biss bħala għodda teknika;

L-importanza u l-kuntest tal-EIR

1.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tintroduċi EIR u jirrikonoxxi l-potenzjal enormi tagħha, jekk tingħata l-importanza politika li jistħoqqilha u tkun għalkollox trasparenti; jirrimarka li l-EIR għandha l-potenzjal li l-problemi ta' implimentazzjoni tagħtihom prominenza fl-aġenda politika, li sservi bħala mekkaniżmu ta' “twissija bikrija” għal min jieħu d-deċiżjonijiet, u fl-aħħar mill-aħħar, li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika ambjentali tal-Ewropa;

2.

Ifakkar li l-Parlament Ewropew talab, f'diversi okkażjonijiet, li l-Kummissjoni jkollha rwol aktar proattiv fil-monitoraġġ, il-gwida u l-appoġġ rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika ambjentali, eż. b'rabta mad-Direttivi dwar in-Natura; iqis li l-Kummissjoni għandha taġixxi b'mod deċiżiv f'każijiet ta' ksur, billi tuża b'mod attiv il-miżuri leġiżlattivi kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha;

3.

Jappoġġja l-approċċ transettorjali, b'bosta partijiet interessati u olistiku adottat mill-Kummissjoni, li huwa kruċjali biex isiru bidliet fil-prattika; jilqa' l-fatt li l-EIR tidentifika l-għeruq tal-implimentazzjoni batuta u tissuġġerixxi miżuri biex dawk l-isfidi jiġu indirizzati b'mod kostruttiv;

4.

Iqis li l-EIR jenħtieġ li tkun waħda mill-għodod li jintużaw biex tinħoloq koerenza akbar mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u għall-evalwazzjoni tal-progress imwettaq mill-Istati Membri u mill-Unjoni lejn it-twettiq tal-SDGs rilevanti mil-lat ambejntali; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tkompli tidentifika kif l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE wkoll iġġib 'il quddiem dik tal-SDGs rilevanti u l-ilħiq ta' indikaturi u miri speċifiċi tal-SDGs min-naħa tal-Istati Membri;

5.

Jirrikonoxxi li l-EIR tista' sservi wkoll bħala għodda ta' prevenzjoni u b'hekk tista' tnaqqas l-għadd ta' proċeduri ta' ksur; jenfasizza, madankollu, li l-EIR m'għandhiex tissostitwixxi jew iddewwem azzjonijiet neċessarji min-naħa tal-Kummissjoni rigward każijiet ta' ksur;

Kif tista' tissaħħaħ l-EIR u jitwettqu riżultati aħjar

6.

Jilqa' l-fatt li l-EIR tkopri l-maġġoranza tal-objettivi tematiċi tas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (is-7 EAP); jiddispjaċih, madankollu, li oqsma importanti bħat-tibdil fil-klima, miżuri tal-effiċjenza enerġetika u tal-iffrankar tal-enerġija, is-sustanzi kimiċi u l-emissjonijiet industrijali, kif ukoll ċerti sfidi sistemiċi u ambjentali marbuta mal-politiki tal-enerġija, tat-trasport, tal-prodotti u tar-reġjuni ma ġewx koperti, u jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li dawn ikunu inklużi f'verżjonijiet futuri; jirrimarka li d-data eżistenti diġà ppubblikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent setgħet ippermettiet tal-anqas analiżi preliminari tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-tibdil fil-klima, tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u tal-iffrankar tal-enerġija, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri;

7.

Jiddispjaċih, barra minn hekk, dwar il-fatt li ma ġewx indirizzati kwistjonijiet ewlenin bħar-resdiwi tal-ormoni u tal-mediċini fl-ilma mormi, fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma tal-pjan, u l-effetti tagħhom fuq l-ilma tax-xorb, fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq il-bijodiversità u fuq l-ambjent (akkwatiku), u jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li dawn ikunu inklużi f'verżjonijiet futuri;

8.

Jisħaq fuq il-fatt li l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, fil-livell globali, u s-7 EAP, fil-livell tal-UE, joħolqu qafas għal politiki ambjentali progressivi;

9.

Iqis li rabta aktar qawwija bejn l-EIR u s-Semestru Ewropew tkun ta' benefiċċju għall-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni;

10.

Jissottolinja li d-disponibbiltà limitata ta' data tista' twassal għal lakuni fl-implimentazzjoni u għal diffikultajiet b'rabta mal-analiżi tal-implimentazzjoni;

11.

Jenfasizza l-importanza tal-armonizzazzjoni tad-data u taċ-ċikli ta' rappurtar għas-simplifikazzjoni tal-proċessi ta' analiżi futuri; jitlob li l-Kummissjoni żżid il-komparabbiltà tad-data u tinkludi fl-EIRs futuri taqsima speċifika li tivvaluta l-kwalità tar-rappurtar u tad-data pprovduti mill-Istati Membri skont id-direttivi differenti; jissottolinja l-importanza ta' kondiviżjoni elettronika sikura tad-data sabiex jiġi ffaċilitat ir-rappurtar mill-Istati Membri;

12.

Jenfasizza l-importanza li l-valutazzjoni kwalitattiva tiġi appoġġjata b'miri kwantitattivi; iqis f'dan il-kuntest, li kooperazzjoni aħjar mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tkun ta' għajnuna fl-iżvilupp ta' indikaturi adegwati;

13.

Jenfasizza li l-EIR għandha tqis u tivvaluta kull problema serja u kull għan kunfliġġenti possibbli bejn il-politiki ambjentali u politiki settorjali oħra, filwaqt li tirrileva n-nuqqasijiet ta' allinjament kull fejn jiġu identifikati, u tfassal proposti biex dawn jiġu korretti;

14.

Jemmen li għandu jkun hemm anqas marġini għal diskrezzjoni min-naħa tal-Istati Membri biex jinstabu soluzzjonijiet għal implimentazzjoni aħjar;

Modi kif tista' tittejjeb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali

15.

Jissottolinja li n-nuqqas ta' integrazzjoni ta' kwistjonijiet ambjentali f'oqsma ta' politika oħrajn huwa wieħed mill-kawżi ewlenin tal-lakuni fl-implimentazzjoni fil-qasam tal-leġiżlazzjoni u l-politika ambjentali;

16.

Jissottolinja li l-implimentazzjoni tad-dritt ambjentali tista' tittejjeb permezz ta' integrazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni ambjentali f'oqsma ta' politika oħra, kif ukoll permezz tal-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' prekawzjoni;

17.

Jemmen li n-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva u n-nuqqas ta' governanza, li huma tnejn mill-kawżi ewlenin ta' implimentazzjoni difettuża, huma parzjalment dovuti kemm għal nuqqas ta' finanzjament adegwat kif ukoll għal użu ineffiċjenti tal-fondi disponibbli min-naħa tal-Istati Membri, u jistieden lil dawn tal-aħħar jagħmlu titjib f'dan ir-rigward;

18.

Jemmen li, għal raġunijiet ta' governanza tajba u soda u ta' effikaċja mtejba, huwa essenzjali li jkun hemm sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha u trasparenza ta' dawn l-awtoritajiet, tqassim ċar tar-responsabbiltajiet, allokazzjoni ta' riżorsi adegwati, tisħiħ tal-kapaċitajiet u mekkaniżmi ta' koordinament aħjar;

19.

Huwa tal-fehma li l-użu ta' strumenti tas-suq mill-Istati Membri, bħal politika fiskali bbażata fuq il-prinċipju ta' ''min iniġġes iħallas'', huwa għodda effikaċi u effiċjenti biex jintlaħaq l-għan ta' implimentazzjoni sħiħa tal-politika ambjentali;

20.

Jappoġġja bis-sħiħ l-enfasi li tagħmel l-EIR fuq l-iskambju tal-aħjar prattiki u r-rieżamijiet bejn il-pari, u jqis li dan jista' jgħin lill-Istati Membri li jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali sabiex isibu soluzzjonijiet innovattivi; jinsab konvint, f'dan il-kuntest, li linji gwida mill-Kummissjoni jkunu ta' għajnuna;

21.

Iqis li l-EIR għandha tinkludi skedi ta' żmien ċari u stretti stabbiliti mill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni tad-dritt ambjentali fl-Istati Membri;

22.

Jemmen li l-EIR tista' tintuża wkoll bħala għodda biex tingħata informazzjoni lill-pubbliku, tinħoloq sensibilizzazzjoni, jitqawwa l-involviment tas-soċjetà ċivili u jissaħħu l-involviment tal-pubbliku u l-edukazzjoni fir-rigward tal-politika ambjentali, b'benefiċċji għall-Istati Membri u għaċ-ċittadini; jitlob li l-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżviluppa ġabra ta' miżuri biex tivvaluta l-progress miksub fil-prestazzjoni ambjentali mill-Istati Membri, inklużi valutazzjonijiet komparattivi tal-aħjar prattiki u rapporti tat-tabelli ta' valutazzjoni, li għandhom jiġu aġġornati u ppubblikati fuq bażi regolari biex jiġi żgurat li jkunu disponibbli għall-pubbliku;

23.

Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsaħħu l-assigurazzjoni tal-konformità, anke billi jtejbu u jintensifikaw l-isforzi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali;

24.

Jenfasizza li l-NGOs u l-pubbliku inġenerali jista' jkollhom ukoll rwol importanti fil-promozzjoni ta' implimentazzjoni aħjar, u b'hekk iħarsu l-istat tad-dritt fejn ikun disponibbli aċċess effikaċi għall-ġustizzja;

25.

Jitlob li l-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar l-ispezzjonijiet ambjentali sabiex tħaffef l-implimentazzjoni tal-liġijiet u l-istandards ambjentali;

26.

Jitlob li l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-governanza tajba u l-assigurazzjoni tal-konformità, tressaq proposta leġiżlattiva ġdida dwar standards minimi għall-aċċess għar-rieżami ġudizzjarju, u tipproponi r-reviżjoni tar-Regolament ta' Aarhus li jimplimenta l-Konvenzjoni għal azzjoni tal-Unjoni, bil-għan li titqies ir-rakkomandazzjoni riċenti tal-Kumitat ta' Konformità tal-Konvenzjoni ta' Aarhus;

Ir-rwol tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE fis-segwitu għall-EIR

27.

Jitlob li l-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti jinvolvu ruħhom bis-sħiħ fl-EIR mingħajr dewmien; jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali; jitlob li l-Istati Membri jinvolvu bis-sħiħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jħeġġuhom jinvolvu ruħhom iżjed fin-netwerk IMPEL, u jippromwovu l-involviment ta' esperti lokali u reġjonali sabiex itejbu l-iskambju ta' data, għarfien u l-aħjar prattiki bħala kwistjoni ta' urġenza;

28.

Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jtejbu l-ġbir tad-data u d-disponibbiltà tal-informazzjoni, it-tixrid tal-aħjar prattiki u l-involviment taċ-ċittadini, u jikkunsidraw jinvolvu ferm aktar lill-awtoritajiet lokali fil-proċess ta' definizzjoni tal-politika ambjentali;

29.

Jitlob li l-awtoritajiet kompetenti fil-livell rilevanti fl-Istati Membri jiżguraw li jiġu organizzati djalogi miftuħa u inklużivi dwar l-implimentazzjoni, b'għoti ta' informazzjoni adegwata lill-pubbliku u lill-atturi tas-soċjetà ċivili u bl-involviment tagħhom, u jitlob li l-Kummissjoni tinvolvi ruħha f'dawk id-djalogi u żżomm lill-Parlament infurmat;

30.

Jilqa' l-proposti ta' politika tal-Kummissjoni dwar il-qafas iddedikat għad-djalogu strutturat dwar l-implimentazzjoni, iżda jqis li huwa essenzjali li jiġi żgurat li dan il-proċess ikun wieħed trasparenti u jinvolvi lill-NGOs rilevanti u lill-partijiet interessati ewlenin;

31.

Jilqa' d-diskussjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati fil-Grupp ta' Esperti “Ekoloġizzazzjoni tas-Semestru Ewropew”, iżda jqis li l-involviment ta' Grupp ta' Esperti speċifiku għall-implimentazzjoni ambjentali jista' jiffaċilita djalogu strutturat dwar l-implimentazzjoni b'mod addizzjonali għad-djalogi nazzjonali bilaterali;

32.

Iħeġġeġ li l-kwistjoni tal-implimentazzjoni għandha tidher bħala punt rikorrenti fil-programmi u l-prijoritajiet tat-triju ta' presidenzi, tiġi diskussa fil-Kunsill Ambjent tal-anqas darba fis-sena, possibbilment permezz ta' Kunsill ta' Implimentazzjoni ddedikat, u li dan jiġi kkumplementat minn forum ieħor li fih jiġu involuti wkoll il-Parlament u l-Kumitat tar-Reġjuni; jitlob li jsiru laqgħat konġunti tal-Kunsill biex jindirizzaw l-implimentazzjoni ta' kwistjonijiet transsettorjali u orizzontali, sfidi komuni, kif ukoll kwistjonijiet emerġenti b'impatti transfruntiera possibbli;

o

o o

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/89


P8_TA(2017)0451

Il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi (2016/2269(INI))

(2018/C 356/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta,

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2015 bit-titolu “EU Employment and Social Situation – Quarterly Review September 2015” (Is-Sitwazzjoni Soċjali u tal-Impjiegi fl-UE – Rieżami Trimestrali Settembru 2015),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2014 bit-titolu “Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2014)0130),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummisjoni bit-titolu “Employment and Social Developments in Europe 2012” (L-Impjieg u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa 2012),

wara li kkunsidra l-Pakkett ta' Investiment Soċjali tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013, inkluża r-rakkomandazzjoni 2013/112/UE bit-titolu “L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 bit-titolu “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” (COM(2010)0758),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-UE 2020 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel (2);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2014-2015 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (4),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2016 lill-Kunsill dwar il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' April 2016 dwar l-ilħuq tal-mira tal-ġlieda kontra l-faqar fid-dawl tal-ispejjeż li qed jiżdiedu għall-familji (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2014 dwar strateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa fl-Unjoni Ewropea (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta' soċjetà inklużiva fl-Ewropa (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE (15),

wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba orali O-000047/2016 – B8-0369/2016 dwar l-indirizzar tal-inugwaljanzi sabiex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli fl-UE,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar “Introjtu minimu Ewropew u indikaturi tal-faqar” (16),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2011 dwar “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: qafas Ewropew għall-Koeżjoni Soċjali u Territorjali” (17),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Settembru 2009 bit-titolu “Ix-xogħol u l-faqar: lejn l-approċċ olistiku meħtieġ” (18),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Marzu 2011 dwar “Il-pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali” (19),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-10 ta' Marzu 2015 tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali bit-titolu “Social situation in the European Union (2014)” (20) (Is-sitwazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (2014)),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-15 ta' Frar 2011 bit-titolu “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Inizjattiva Ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020” (21),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound dwar “Third European Quality of Life Survey – Quality of life in Europe: Impacts of the crisis” (It-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja – Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: L-impatti tal-kriżi),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound dwar “Third European Quality of Life Survey – Quality of life in Europe: Impacts of the crisis” (It-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja – Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: L-inugwaljanzi soċjali),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound “Income inequalities and employment patterns in Europe before and after the great Recession” (L-inugwaljanzi fl-introjtu u xejriet tal-impjiegi fl-Ewropa qabel u wara r-Reċessjoni l-Kbira),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound li jagħti ħarsa ġenerali “Sixth European Working Conditions Survey” (Is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofond “Social mobility in the EU” (Il-mobilità soċjali fl-UE),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound “New forms of employment” (Forom ġodda ta' impjieg),

wara li kkunsidra l-aġġornament topiku tal-Eurofound “Posted Workers' remuneration gaps: Challenging the ‘equal treatment’ principle” (Id-distakk tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema stazzjonati: Sfida għall-prinċipju ta' trattament ugwali) li jipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata tal-pożizzjonijiet tal-gvernijiet u tas-sħab soċjali madwar l-Ewropa fir-rigward tal-prinċipju ta' remunerazzjoni ugwali għal xogħol ugwali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound “Developments in working life in Europe: EurWORK annual review 2016” (L-Iżviluppi fil-ħajja tax-xogħol fl-Ewropa: rieżami annwali tal-EurWORK 2016), u b'mod speċifiku l-kapitlu tiegħu dwar “Pay inequalities – Evidence, debate and policies” (L-inugwaljanzi fil-pagi – Evidenza, dibattitu u politiki),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound “Occupational change and wage inequality: European Jobs Monitor 2017” (Il-bidliet fuq il-post tax-xogħol u l-inugwaljanza fil-pagi: Monitoraġġ tal-Impjiegi Ewropej 2017),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound “Women, men and working conditions in Europe” (In-nisa, l-irġiel u l-kundizzjonijet tax-xogħol fl-Ewropa),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni “European Economic Forecast Spring 2016” (Tbassir Ekonomiku Ewropew Rebbiegħa 2016) (22),

wara li kkunsidra l-Aġenda tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030, u b'mod aktar speċifiku l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 10 “Reduce inequalities within and among countries” (Tnaqqis tal-inugwaljanzi fi ħdan u fost il-pajjiżi),

wara li kkunsidra r-rapport tan-NU “World Social Situation 2007: The Employment Imperative” (Is-Sitwazzjoni Soċjali fid-Dinja 2007: L-Imperattiv tax-Xogħol),

wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tal-21 ta' Mejju 2015 bit-titolu “In It Together: Why Less Inequality Benefits All” (Flimkien: Għaliex it-tnaqqis fl-inugwaljanzi huwa ta' benefiċċju għal kulħadd),

wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tad-19 ta' Diċembru 2011“Divided We Stand: Why Inequality Keeps Rising” (Ninsabu mifruda: Għalfejn l-inugwaljanzi qed ikomplu jiżdiedu),

wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD ta' Ottubru 2008, bit-titolu “Growing Unequal?: Income Distribution and Poverty in OECD countries” (Tkabbir Inugwali?: Id-Distribuzzjoni tal-Introjtu u l-Faqar fil-pajjiżi tal-OECD),

wara li kkunsidra n-Nota ta' Diskussjoni tal-Persunal tal-IMF tas-17 ta’ Frar 2014 bit-titolu “Redistribution, Inequality and Growth” (23) (Distribuzzjoni mill-Ġdid, Inugwaljanza u Tkabbir),

wara li kkunsidra n-Nota ta' Diskussjoni tal-Persunal tal-IMF tat-8 ta' April 2011 bit-titolu “Inequality and Unsustainable Growth: Two Sides of the Same Coin?” (24) (Inugwaljanza u Tkabbir Mhux Sostenibbli: Żewġ Naħat tal-Istess Munita?),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-ILO tat-3 ta' Ġunju 2013“World of Work Report 2013: Repairing the economic and social fabric” (Rapport dwar id-Dinja tax-Xogħol 2013: Insewwu l-fibra ekonomika u soċjali) u l-kapitolu tiegħu “Snapshot of the United States” (Ħarsa lejn l-Istati Uniti),

wara li kkunsidra r-rapport ippubblikat f'Settembru 2014 mill-University College, Londra, bħala parti mill-proġett “DRIVERS For Health Equity” (DRIVERS favur l-ekwità fis-saħħa), bit-titolu “Final Scientific Report: Social Inequalities in early childhood health and development: a European-wide systematic review” (Rapport Xjentifiku Finali: L-inugwaljanzi soċjali fis-saħħa u l-iżvilupp bikri tat-tfal: analiżi sistematika fl-Ewropa kollha),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0340/2017),

A.

billi l-ugwaljanza u l-ġustizzja huma parti integrali mill-valuri Ewropej u pedament għall-mudell soċjali Ewropew, l-UE u l-Istati Membri tagħha; billi l-objettivi kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-UE jinkludu l-promozzjoni tal-impjieg, bil-ħsieb li jkun hemm livell għoli ta' impjieg permanenti u tiġi miġġielda l-esklużjoni.

B.

billi l-inugwaljanza tista' ddgħajjef il-fiduċja soċjali u tnawwar l-appoġġ għall-istituzzjonijiet demokratiċi; billi l-miżuri biex tiġi miġġielda l-inugwaljanza jridu jissaħħu f'termini ekonomiċi, soċjali u reġjonali sabiex jiġi promoss żvilupp armonjuż madwar l-Unjoni;

C.

billi l-inugwaljanza tirreferi kemm għad-diskrepanza tal-introjtu fost l-individwi kif ukoll għat-telf ta' opportunitajiet tal-individwi li jfixkel it-titjib potenzjali tal-abilitajiet u tal-ħiliet tagħhom, filwaqt li jillimita l-iżvilupp tagħhom u, konsegwentement, il-kontribut potenzjali tagħhom għas-soċjetà;

D.

billi l-għeruq ta' dak li qed jikkawża t-tnaqqis fid-domanda huwa l-kriżi ekonomika u finanzjarja li ilha rampanti fiż-żona tal-euro għal aktar minn 10 snin;

E.

billi l-inugwaljanza u l-qgħad irażżnu d-domanda effettiva, ifixklu l-innovazzjoni, u jistgħu jwasslu għal żieda żieda fil-fraġilità finanzjarja; billi l-inugwaljanza kbira u li qed tiżdied ixxekkel mhux biss il-progress lejn il-qerda tal-faqar, iżda anki l-isforzi favur it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali u tal-koeżjoni soċjali;

F.

billi l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi tista' tkun xprun biex tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u lit-tkabbir u fl-istess ħin jitnaqqas il-faqar; billi 47,5 % tal-persuni qiegħda kollha fl-UE kienu jinsabu f'riskju ta' faqar fl-2015 (25);

G.

billi l-inugwaljanzi jdgħajfu t-tkabbir u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità (26), skont istituzzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-FMI (27) jew l-OECD (28), li ddikjaraw ukoll li l-inugwaljanzi li huma kbar wisq u li qed jiżdiedu għandhom kosti soċjali diretti, ifixklu l-mobilità soċjali u jistgħu jxekklu wkoll it-tkabbir sostenibbli, illum u fil-futur;

H.

billi waħda mill-ħames miri tal-Ewropa 2020 għandha l-għan li tnaqqas b'mill-inqas 20 miljun in-numru ta' persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, minn 115,9 miljun fl-2008 għal mhux iktar minn 95,9 miljun sal-2020; billi fl-2015 kien hemm 117,6 miljun ruħ f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, 1,7 miljun aktar miċ-ċifra tal-2008; billi 32,2 miljun persuna b'diżabilità kienu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fl-UE fl-2012; billi fl-2013, 26,5 miljun tifel u tifla fl-UE-28 kienu f'riskju li jispiċċaw fil-faqar jew f'esklużjoni soċjali; billi l-proporzjon tal-popolazzjoni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni għadu fil-livell inaċċettabbilment għoli ta' 23,7 %, b'ċifri li għadhom għoljin ħafna f'xi Stati Membri; billi, barra minn hekk, il-faqar enerġetiku tant għadu kbir li għall-11 % tal-popolazzjoni tal-UE kkonċernata dan iwassal għal ċiklu ta' żvantaġġ ekonomiku (29);

I.

billi ż-żieda fl-inugwaljanza, li ġabet magħa l-kriżi, affettwat b'mod partikolari lin-nisa, billi aggravat il-faqar fost in-nisa u eskludiethom dejjem iżjed mis-suq tax-xogħol; billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol jenħtieġ li tiżdied permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tal-leġiżlazzjoni eżistenti u komplementarja dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u permezz tal-modernizzazzjoni tal-qafas ta' politika attwali bl-għan li jitjieb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

J.

billi hemm korrelazzjoni pożittiva bejn l-ugwaljanza msaħħa bejn in-nisa u l-irġiel u t-tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu, l-inklużività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-prosperità tan-negozji; billi t-tnaqqis tal-inugwaljanza okkupazzjonali huwa mezz mhux biss biex jinkiseb trattament ugwali iżda wkoll biex jiġu żgurati l-kompetittività u l-effiċjenza tas-suq tax-xogħol;

K.

billi l-OECD tenfasizza li t-tnaqqis fl-inugwaljanza b'1 Gini jissarraf f'żieda ta' tkabbir kumulattiv ta' 0,8 % fil-ħames snin ta' wara (30).

L.

billi skont il-Eurofound “xogħol atipiku” tirreferi għal relazzjonijiet ta' impjieg li ma jikkonformawx mal-mudell standard jew tipiku ta' impjieg full-time, regolari u għal żmien indeterminat ma' impjegatur uniku fuq perjodu ta' żmien twil; billi skont l-ILO, “forom mhux standard ta' impjieg” hija terminu ġenerali għal arranġamenti ta' impjieg differenti li jiddevjaw minn impjieg standard, inkluż l-impjieg temporanju, part-time u b'kuntratt ta' żero sigħat, ix-xogħol temporanju permezz ta' aġenzija u relazzjonijiet ta' impjieg oħrajn b'ħafna partijiet, kif ukoll l-impjieg moħbi u l-impjieg awtonomu dipendenti;

M.

billi ż-żieda fl-inugwaljanza hija assoċjata ma' tnaqqis fil-mobilità soċjali, tnaqqis fil-kapaċitajiet umani u limiti fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundimentali; billi r-rapport tal-Eurofound tal-2017 dwar il-mobilità soċjali fl-UE (31) jipprovdi evidenza li l-kuntest soċjali għadu jiddetermina l-opportunitajiet tal-ħajja f'ħafna Stati Membri;

N.

billi t-tkabbir fl-ekonomiji tal-Istati Membri jiddependi fuq bosta fatturi; billi l-inugwaljanza li qed tiżdied jista' jkollha impatt negattiv fuq it-tkabbir; billi l-FMI identifika, fuq skala globali, relazzjoni inversa bejn is-sehem tal-introjtu li ġej mill-aħjar 20 % u t-tkabbir ekonomiku, fejn jekk is-sehem tal-introjtu tal-aħjar 20 % jiżdied b'punt perċentwali wieħed, it-tkabbir tal-PDG fil-fatt ikun 0,08 punti perċentwali aktar baxx fil-ħames snin sussegwenti; billi, għall-kuntrarju, żieda simili fis-sehem tal-introjtu tal-agħar 20 % hija assoċjata ma' tkabbir ogħla ta' 0,38 punti perċentwali;

O.

billi l-inugwaljanza hija fenomenu multidimensjonali li mhux limitat biss għal kwistjonijiet monetarji iżda jikkonċerna wkoll id-differenzi fl-opportunitajiet disponibbli għall-persuni, u dan jiddependi, pereżempju, fuq is-sess, l-oriġini etnika, id-diżabilità, il-preferenzi sesswali, il-post ġeografiku jew l-età tagħhom; billi l-inugwaljanzi multipli fl-aċċess għax-xogħol u fi ħdan ix-xogħol joħolqu riskju għas-saħħa u l-benessri tal-individwi, kif ukoll għall-opportunitajiet finanzjarji tagħhom u għaldaqstant jistgħu jwasslu għal produttività baxxa;

P.

billi l-kopertura mhux ugwali fil-qasam tal-protezzjoni soċjali hija analizzata fir-rapport tal-Eurofound “New Forms of Employment” (32) (Forom Ġodda ta' Impjiegi), li jinkludi enfasi fuq l-aktar forom problematiċi ta' tali impjieg minn perspettiva ta' protezzjoni soċjali, jiġifieri x-xogħol każwali, u jipprovdi eżempji ta' leġiżlazzjoni li teskludi speċifikament il-ħaddiema każwali, u ta' leġiżlazzjoni oħra li għandha l-għan li tinkludihom, tipikament permezz ta' kumpens abbażi tal-livelli limitu tal-introjtu; billi x-xogħol bil-vawċer u l-kondiviżjoni strateġika tal-impjegati huma eżempji ta' xogħol mhux standard li għandhom l-għan li jindirizzaw l-inadegwatezza tal-protezzjoni soċjali f'xogħol okkażjonali jew part-time;

Q.

billi s-soċjetajiet b'inugwaljanzi ikbar fl-introjtu għandhom rati ogħla ta' problemi ta' saħħa u ta' vjolenza, riżultati iktar baxxi fil-matematika u fil-litteriżmu, rati ogħla ta' obeżità u rati ogħla ta' inkarċerazzjoni u omiċidji (33); billi fis-soċjetajiet aktar ugwali l-istat jonfoq inqas għall-benessri taċ-ċittadini;

R.

billi l-inugwaljanzi matul iċ-ċiklu tal-ħajja huma riflessi f'inugwaljanzi fl-età tax-xjuħija bħalma huma l-istennija ta' ħajja f'saħħa tajba iktar baxxa, il-faqar fl-anzjanità, u d-diskrepanza tal-pensjoni skont il-ġeneru ta' kważi 40 %; billi l-istrateġiji Ewropej għall-qerda tal-faqar huma neċessarji biex jinkiseb żvilupp sostenibbli għal kulħadd;

S.

billi s-sigurtà ekonomika hija fattur importanti għas-sodisfazzjon tal-bniedem;

T.

billi fil-5 ta' Ottubru 2015 il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-“Rapport dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet 2015: l-adegwatezza tal-introjtu attwali u futur fix-xjuħija fl-UE”, filwaqt li kkunsidra essenzjali li l-pensjoni pubblika jew skemi oħra ta' protezzjoni soċjali jkollhom salvagwardji xierqa għan-nisa u l-irġiel li l-opportunitajiet ta' xogħol tagħhom ma jippermettulhomx jew ma ppermettewlhomx iġemmgħu intitolamenti tal-pensjoni suffċijenti, u filwaqt li ddikjara wkoll li tali salvagwardji jinkludu b'mod partikolari pensjonijiet minimi jew dispożizzjonijiet oħra ta' introjtu minimu għall-persuni anzjani (34);

U.

billi n-nuqqas ta' finanzjament suffiċjenti għall-edukazzjoni pubblika huwa kawża ewlenija tad-disparitajiet soċjali futuri u ż-żieda fl-inugwaljanzi;

V.

billi bejn l-2005 u l-2015 il-koeffiċjent Gini għall-UE żdied minn 30,6 għal 31 u l-inugwaljanza fl-introjtu bejn l-ogħla u l-inqas 20 % tal-popolazzjoni żdiedet minn 4,7 għal 5,2; billi l-proporzjon ta' persuni f'riskju ta' faqar monetarju hu marbut mill-qrib mal-inugwaljanza fl-introjtu u l-faqar monetarju ilu jiżdied b'mod kostanti mill-2015; billi bejn l-2008 u l-2014 bosta Stati Membri raw żieda fl-inugwaljanza f'dak li għandu x'jaqsam mal-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi (35);

W.

billi d-disparitajiet bejn u fi ħdan it-tkabbir ekonomiku tal-Istati Membri qed iwasslu għal żbilanċi ekonomiċi fi ħdan l-Unjoni; billi dawn ix-xejriet ekonomiċi inugwali ħafna ġġeneraw qgħad eċċessiv u żoni ta' faqar;

X.

billi skont l-OECD (36) l-evoluzzjoni globali tal-inugwaljanzi hija konsistenti maż-żieda kostanti fl-inugwaljanzi fil-pajjiżi żviluppati sa mill-1980, indipendentement miċ-ċiklu ekonomiku (b'xi eċċezzjonijiet speċifiċi), u b'hekk il-koeffiċjent Gini għola bi tliet punti minn 0,29 għal 0,32 bejn l-1980 u l-2013, li jfisser żieda ta' 10 % fl-aħħar deċenni;

Y.

billi, għalkemm il-livell ta' inugwaljanza jista' jiġi ddeterminat minn ħafna fatturi, l-istituzzjonijiet u l-awturi ta' interventi politiċi huma dawk responsabbli biex jindirizzawhom, b'mod speċjali fil-livell strutturali; billi hemm diskrepanza fl-investiment fl-UE u l-investiment pubbliku u privat huma elementi ewlenin fit-tnaqqis tal-inugwaljanza peress li jagħtu spinta lill-impjieg; billi jeħtieġ li n-nuqqasijiet strutturali jiġu indirizzati b'mod xieraq; billi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) mistenni jiġi aġġornat bil-ħsieb li jgħin sabiex tiġi indirizzata d-diskrepanza fl-investiment;

Z.

billi x-xejriet fl-inugwaljanza mhux neċessarjament jikkoinċidu max-xejriet f'forom ta' faqar assolut u estrem bħall-fenomenu tal-persuni mingħajr dar;

AA.

billi l-għoti ta' appoġġ u ta' fondi adegwati għal settur tal-abitazzjoni sostenibbli u permanenti hu essenzjali għall-aċċess għall-impjieg, l-edukazzjoni u s-saħħa u għat-tisħiħ tal-integrazzjoni u l-aċċettazzjoni lokali; billi s-salvagwardja tal-abitabilità tal-viċinati u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni huma parti importanti fis-sostenn tal-integrazzjoni u fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi;

AB.

billi skont l-Eurostat il-proporzjon tal-popolazzjoni f'riskju ta' faqar fl-UE fl-2015 kien jammonta għal 24,4 %, u jogħla għal 26,9 % fir-rigward tat-tfal;

AC.

billi n-nisa huma milquta b'mod sproporzjonat mill-kriżi, u billi l-impjiegi ekoloġiċi rriżultaw iktar reżistenti għall-kriżijiet minn tipi oħra impjiegi;

AD.

billi n-nisa jinsabu f'riskju ogħla ta' faqar u ta' prekarjetà;

Stabbiliment ta' koordinazzjoni politika Ewropea kontra l-inugwaljanza

1.

Jafferma li l-inugwaljanzi jheddu l-ġejjieni tal-proġett Ewropew, inawru l-leġittimità tiegħu u jistgħu jagħmlu ħsara lill-fiduċja fl-UE bħala mutur tal-progress soċjali, dimensjoni tal-Unjoni li jeħtieġ li tiġi żviluppata; ifakkar li l-inugwaljanzi attwali għandhom effetti negattivi li jdgħajfu l-istabilità politika u soċjali. jenfasizza li t-trawwim ta' konverġenza 'l fuq u t-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej kollha jeħtieġ li jkomplu jkunu l-mutur għal integrazzjoni ulterjuri;

2.

Jemmen bis-sħiħ li t-tnaqqis tal-inugwaljanzi jrid ikun waħda mill-prijoritajiet ewlenin fil-livell Ewropew, mhux biss sabiex jiġi indirizzat il-faqar jew tiġi promossa l-konverġenza, imma wkoll bħala l-prekundizzjoni għall-irkupru ekonomiku, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, il-koeżjoni soċjali u l-prosperità kondiviża;

3.

Jenfasizza li t-tnaqqis tal-inugwaljanzi huwa essenzjali biex jiġu promossi demokraziji aktar ġusti u aktar stabbli, jiġi żgurat trattament ugwali mingħajr standards doppji, ikun hemm marġinalizzazzjoni tal-populiżmu, l-estremiżmu u l-ksenofobija, u jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun proġett imħaddan miċ-ċittadini kollha tagħha;

4.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-Unjoni Ewropea trid tissodisfa l-impenji tagħha skont it-Trattati f'termini tal-promozzjoni tal-benessri tan-nies tagħha, l-impjieg sħiħ u l-progress soċjali, il-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, l-ugwaljanza bejn ċittadini bi sfondi soċjoekonomiċi differenti, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u l-inklużjoni soċjali tal-persuni kollha li huma f'sitwazzjoni vulnerabbli jew li jsofru minn marġinalizzazzjoni;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, b'konformità mal-kompiti rispettivi tagħhom, jevalwaw il-prestazzjoni u l-eżiti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, filwaqt li jqisu l-evoluzzjoni tal-progress soċjali u tal-ġustizzja soċjali fl-UE; josserva li s-Semestru Ewropew ma pprijoritizzax il-kisba ta' dawn l-għanijiet u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-proċess tal-koordinazzjoni tal-politika sabiex tissorvelja, tevita u tikkoreġi t-tendenzi negattivi li jistgħu jżidu l-inugwaljanzi u jdgħajfu l-progress soċjali jew jaffettwaw b'mod negattiv il-ġustizzja soċjali, filwaqt li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri preventivi u korrettivi meta dan ikun neċessarju; jemmen li jenħtieġ li jiġu kkusidrati politiki speċifiċi mmirati kontra l-inugwaljanzi ekonomiċi, u jiġu introdotti, fejn xieraq, fis-Semestru Ewropew;

6.

Jemmen li l-miżuri soċjali f'xi każijiet jistgħu jitqiesu bħala miżuri ta' taffija u jenħtieġ li jiġu kkomplementati b'politiki ekonomiċi u riformi strutturali soċjalment repsonsabbli biex jinkiseb tkabbir ekonomiku pożittiv, dejjiemi u sostenibbli u biex it-tendenza tal-inugwaljanzi titnaqqas b'mod strutturali fuq terminu ta' żmien medju u twil;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tas-Semestru Ewropew, u bla preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali, tevalwa aħjar l-iżbilanċi f'termini ta' distribuzzjoni tal-introjtu u tal-ġid, inkluż peremezz ta' rapporti ta' analiżi fil-fond (IDR) jekk jinstabu tali żbilanċi, bħala mod kif tinħoloq konnessjoni bejn il-koordinazzjoni ekonomika u l-impjiegi u mal-prestazzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi stampa preċiża u aġġornata tad-differenzi fl-introjtu u l-ġid, il-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali bejn u fi ħdan il-pajjiżi, u tibbaża l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tagħha għal deċiżjonijiet politiċi fuq data solida u dettaljata; jistieden lill-Kummissjoni tistudja liema jenħtieġ li jkunu l-indikaturi preċiżi tal-inugwaljanza ekonomika (l-indiċi Gini, l-indiċijiet Palma, l-indiċi Theil, is-sehem tal-pagi, ir-rata tal-paga minima mal-PDG per capita jew mal-paga medja, eċċ.), u tissorvelja l-evoluzzjoni tal-inugwaljanzi, filwaqt li tqis ukoll il-kompetittività u l-produttività ġenerali tal-fatturi kollha;

8.

Jinnota li r-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u permanenti, bħalma huma r-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, il-gżejjer, ir-reġjuni transfruntieri u muntanjużi msemmija fl-Artikolu 174 tat-TFUE, kif ukoll ir-reġjuni remoti u depopolati, għandhom diffikultà ikbar biex jipprovdu aċċess għal servizzi publiċi bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni u li, konsegwentement, dawk is-servizzi ta' spiss ikunu piż akbar fuq il-finanzi pubbliċi u r-riċevituri jeħtieġ li jivvjaġġaw aktar biex jakkwistawhom;

9.

Itenni l-ħtieġa li l-investiment jiġi indirizzat lejn koeżjoni territorjali mtejba, sabiex isaħħaħ in-nisġa industrijali ta' reġjuni bi żvantaġġi naturali u demografiċi severi u permanenti, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għall-broadband;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi investiment ambizzjuż fil-protezzjoni soċjali, is-servizzi u l-infrastrutturi min-naħa tal-Istati Membri permezz ta' użu aktar immirat u strateġiku tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, sabiex ikun hemm reazzjoni aħjar għall-bżonnijiet soċjali u ekonomiċi tal-Istati Membri u r-reġjuni;

11.

Itenni t-talba tiegħu għall-istabbiliment ta' Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali awtentiku li jippromwovi konverġenza 'l fuq, b'kunsiderazzjoni tal-kompetenzi kondiviżi stabbiliti fit-Trattati, u għall-bini ta' dimensjoni soċjali aktar profonda u aktar ġusta tal-UEM;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex taħdem mal-Istati Membri biex jinkisbu l-miri kollha tal-istrateġija Ewropa 2020, inkluż it-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali b'20 miljun, u tallinja l-kamp ta' applikazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, sabiex tinkludi wkoll il-ġlieda kontra l-inugwaljanza u l-faqar estrem fost l-għanijiet tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tissorvejla mill-qrib l-implimentazzjoni tal-miri tal-istrateġija Ewropea 2020 u tieħu kont tat-tabella ta' valutazzjoni Eurostat fuq l-indikaturi prinċipali tal-Ewropa 2020, anki fil-proċedura tas-Semestru Ewropew u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, filwaqt li jfakkar li dawn tal-aħħar huma primarjament responsabbli għall-politiki soċjali tagħhom, li jridu jiġu appoġġjati u kkumplementati b'azzjoni Ewropea, biex isaħħu l-isforzi tagħhom favur it-tnaqqis tal-inugwaljanza bejn gruppi ta' introjtu, u biex jinkoraġġixxu qafas xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi, fost affarijiet oħra, kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti għal kulħadd, edukazzjoni pubblika, saħħa, pensjonijiet, infrastruttura pubblika u servizzi soċjali adegwati, u li jippromwovi opportunitajiet ugwali; jenfasizza li tali qafas jenħtieġ li jippermetti “lift soċjali” li jiffunzjona sew;

14.

Jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jistabbilixxi l-implimentazzjoni ta' politiki xierqa favur it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u koeżjoni soċjali ikbar;

15.

Jenfasizza s-supremazija tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-liġi tax-xogħol u l-istandards soċjali għoljin għandhom rwol kruċjali fl-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ekonomiji, is-sostenn tal-introjtu, u l-promozzjoni ta' kapaċità ta' investiment; ifakkar fl-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet soċjali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inklużi d-drittijiet u l-libertajiet tat-trejdjunjins u d-drittijiet ta' negozjar kollettiv, u li jitħares it-trattament ugwali tal-ħaddiema;

16.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ma nistgħux ninjoraw l-importanza futura tal-politiki settorjali biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u li, b'mod partikolari, il-ħtieġa ta' żvilupp ulterjuri tas-suq intern u ta' politika ta' investiment fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali (eż. f'infrastrutturi ewlenin, kura tas-saħħa, edukazzjoni) u l-formulazzjoni tal-aspetti kollha tal-politika dwar l-enerġija jridu jqisu l-opportunitajiet li tali politiki joffru f'termini ta' fatturi ekonomiċi, soċjali u territorjali, sabiex jiġu garantiti opportunitajiet ugwali; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tiżviluppa strateġiji komprensivi għall-ħolqien tal-impjiegi, l-intraprenditorija u l-innovazzjoni, bl-għan li jkun hemm investiment strateġiku fl-impjiegi ekoloġiċi, fis-setturi soċjali, tas-saħħa u tal-kura, u fl-ekonomija soċjali, li l-potenzjal ta' impjiegi tagħha għadu mhux jiġi sfruttat;

Miżuri biex tingħata spinta lill-ħolqien ta' xogħol deċenti u impjieg ta' kwalità;

17.

Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-evoluzzjoni tal-inugwaljanza fl-UE wara l-kriżi, li kienet dovuta l-aktar għall-qgħad dejjem jikber; huwa tal-fehma li l-qgħad huwa sors ta' inugwaljanzi u li l-politiki għall-ħolqien ta' xogħol deċenti u impjieg ta' kwalità ddirezzjonati il-konċentrazzjonijiet prinċipali ta' qgħad jistgħu jgħinu biex jitjieb l-introjtu tal-unitajiet domestiċi li jinsabu fil-kwintil tal-qiegħ;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub tinkludi dispożizzjonijiet li jeliminaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-istatus kuntrattwali u li jiżguraw lil kull ħaddiem id-dritt għal termi u kundizzjonijiet ġusti ta' impjieg, b'konformità mal-istandards tal-ILO dwar ix-Xogħol Deċenti;

19.

Jissottolinja l-fatt, barra minn hekk, li livelli għoljin ta' qgħad jagħmlu pressjoni 'l isfel fuq il-pagi u jistgħu, f'ċerti każijiet, ikollhom ukoll effett detrimentali fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u dawk soċjetali; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-qgħad per se hija kundizzjoni meħtieġa, iżda mhux suffiċjenti, sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi livell ta' finanzjament ogħla għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) għall-perjodu 2017-2020, filwaqt li jiġi inkluż l-ilħuq taż-żgħażagħ taħt it-30 sena; jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni aħjar tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, billi tiffoka aktar fuq l-aktar żgħażagħ vulnerabbli li ħafna drabi jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' ħtiġijiet kumplessi, filwaqt li tqis l-aħħar sejbiet tar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu tal-YEI u tiżgura implimentazzjoni u valutazzjoni preċiżi u trasparenti;

21.

Jenfasizza l-importanza li jiġu segwiti aktar mill-qrib iż-żgħażagħ li jitilqu mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ/Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bl-għan li jkollhom integrazzjoni dejjiema u effiċjenti fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà ta' YEI aktar flessibbli, anki għal pajjiż bi prestazzjoni tajba f'termini ta' politika dwar iż-żgħażagħ, għall-integrazzjoni ta' skemi għall-protezzjoni taż-żgħażagħ fi tranżizzjoni mill-edukazzjoni jew l-edukazzjoni għolja għax-xogħol, sabiex tagħmel tajjeb għall-esklużjoni taż-żgħażagħ minn skemi kontributorji ta' protezzjoni soċjali fl-Ewropa;

22.

Jenfasizza li programmi bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-YEI ma jridux ikunu sostituti għall-isforzi proprji tal-Istati Membri kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u favur l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol; jirrikonoxxi li edukazzjoni ta' kwalità u aċċessibbli hija l-fattur deċiżiv biex jingħelbu l-inugwaljanzi; jitlob, għalhekk, li jkun hemm żieda fl-investiment fl-edukazzjoni pubblika u fit-tagħlim tul il-ħajja;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu promossi impjiegi ekoloġiċi u li tingħata spinta lill-impjiegi fiż-żoni rurali u li qed jiddeterjoraw, u jagħmluhom aktar attraenti għan-nisa;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni, permezz tal-FSE u tal-proċedura tas-Semestru Ewropew, u lill-Istati Membri, permezz tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tagħhom, jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri fil-livell nazzjonali mniżżla fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-persuni qiegħda fit-tul;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkomplementaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja b'suq tax-xogħol Ewropew komplut flimkien ma' kopertura wiesgħa ta' protezzjoni soċjali; jemmen li swieq tax-xogħol li jiffunzjonaw tajjeb u sistemi soċjali kkoordinati u robusti huma vitali għas-suċċess tal-unjoni monetarja Ewropea u huma parti minn proċess usa' ta' konverġenza 'l fuq lejn koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tippreżenta studju dwar kif l-UE tista' tappoġġja u tippromwovi Programmi ta' Impjieg Pubbliku Garantit fil-livell nazzjonali;

26.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw allinjament aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fl-UE kollha, billi jtejbu kemm l-opportunitajiet ta' mobilità kif ukoll l-istrateġiji ta' reklutaġġ u taħriġ, b'mod partikolari permezz ta' taħriġ “fuq il-post tax-xogħol” u investiment immirat li jagħti spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u jżid id-domanda għall-impjieg; ifakkar li t-taħriġ mill-ġdid huwa element importanti li jagħti lok sabiex in-nies ikunu jistgħu jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u jgħin biex jiġi indirizzat il-qgħad fit-tul u biex ikun hemm tlaqqigħ aħjar tal-ħiliet max-xogħlijiet disponibbli; jenfasizza li l-validazzjoni tal-ħiliet u r-rikonoxximent tat-tagħlim formali u informali huma għodda importanti sabiex il-ħiliet miksuba jkunu jistgħu jiġu vvalorizzati fis-swieq tax-xogħol; jinsisti li l-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jenħtieġ li jkunu promossi tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja, inkluż fix-xjuħija, sabiex ikun jista' jiġi sfruttat il-potenzjali sħiħ tagħhom favur il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien dwar l-indirizzar tad-diskriminazzjoni fir-reklutaġġ u fil-proċeduri ta' reklutaġġ diskriminatorji li ma jħallux li n-nies jidħlu fis-suq tax-xogħol minħabba raġunijiet ta' (fost affarijiet oħra) ġeneru, espressjoni jew identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, karatteristiċi sesswali, etniċità, diżabilità u età;

Intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien

28.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ammont ta' xogħol mhux iddikjarat, kuntratti tax-xogħol atipiċi u forom oħra ta' impjieg mhux standard li jistgħu jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, pagi aktar baxxi, sfruttament u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ifqar, kif ukoll għal żieda fl-inugwaljanza f'ċerti Stati Membri; ifakkar li jeħtieġ li jiġu pprovduti sigurtà soċjali u protezzjoni soċjali adegwati sabiex il-ħaddiema kollha jkunu protetti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom kontra l-ekonomija mistura u x-xogħol mhux iddikjarat;

29.

Iqis li l-kwalità tal-impjiegi madwar l-UE jenħtieġ li titjieb, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagi li jiggarantixxu l-għajxien, is-sigurtà tax-xogħol, l-aċċess għall-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja riċerka ulterjuri fir-rigward tal-monitoraġġ u t-titjib tal-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u tal-kompetittività ġenerali fl-UE, abbażi tar-riċerka tal-Eurofound;

30.

Iqis li ċerti forom ta' impjieg, bħall-kuntratti ta' żero sigħat u l-internships mhux imħallsa, ma jagħtux lok għal standard ta' għajxien deċenti; iqis li huwa kruċjali li jiġu żgurati opportunitajiet ta' tagħlim u taħriġ xierqa u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, fejn applikabbli, għall-internships, it-traineeships u l-apprendistati, li jiġu stabbiliti limiti fuq forom ta' xogħol mhux standard, u li jiġi evitat l-użu ta' kuntratti ta' żero sigħat, l-użu ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija sabiex jissostitwixxu ħaddiema li jkunu fuq strajk, u l-użu ta' kuntratti għal żmien determinat għal kompiti permanenti;

31.

Josserva li x-xogħol part-time volontarju jista' jħeġġeġ lil ċerti kategoriji ta' persuni, li attwalment huma sottorappreżentati, biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, u jista' jkun utli għal arranġamenti ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

32.

Jemmen bis-sħiħ li tista' tiġi esplorata l-idea ta' klassifikazzjoni komuni preċiża tal-impjiegi fil-livell Ewropew sabiex titnaqqas il-prekarjetà abbażi ta' data u fatti stabbiliti b'mod xjentifiku; huwa konvint li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali mwettaq fl-istess post se tgħin biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn il-ħaddiema;

33.

Jenfasizza l-importanza li li jiġu studjati kif xieraq l-effetti u l-aspetti differenti ta' żieda fl-awtomazzjoni u l-impatt tad-dewmien fl-adattatament tal-leġiżlazzjoni, li jistgħu jheddu li joħolqu pressjoni 'l isfel fuq is-sistemi tal-protezzjoni soċjali u tal-pagi, u li b'mod speċjali jaffettwa l-ħaddiema b'livell baxx u medju ta' ħiliet; jenfasizza, b'rabta ma' dan, l-importanza li l-protezzjoni soċjali u l-pagi jinżammu f'livelli adegwati;

34.

Iqis li l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet trid tipprovdi aċċess affordabbli lill-ħaddiema kollha għat-tagħlim tul il-ħajja u tiżgura adattament għad-diġitalizzazzjoni u l-bidliet teknoloġiċi permanenti;

35.

Jieħu nota tal-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar direttiva qafas dwar introjtu minimu adegwat fl-Unjoni Ewropea, li jenħtieġ li tistabbilixxi regoli u indikaturi komuni u tipprovdi metodi għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħha;; jenfasizza li l-baġits ta' referenza, li jindikaw l-għoli ta' ħajja dinjituża f’diversi arranġamenti ta' abitazzjoni, kompożizzjonijiet ta' unità domestika u etajiet tal-membri tagħha, huma għodda li tista' tintuża sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-iskemi ta' introjtu minimu introdotti mill-Istati Membri;

36.

Jinsab imħasseb dwar il-livelli għoljin ta' nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-iskemi ta' introjtu minimu, fejn dawn jeżistu, u dan jenfasizza l-bosta ostakli li jeżistu fosthom proċeduri intrużivi u stigma marbuta mal-applikazzjoni f'tali skemi; jemmen li l-programi ta' appoġġ tal-introjtu huma vitali biex jiġu evitati tendenzi ekonomiċi mhux ugwali, billi jappoġġjaw lill-individwi qabel ma jilħqu l-istadju ta' faqar u esklużjoni soċjali;

37.

Jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv biex jiġu determinati l-pagi, u l-ħtieġa li dawn il-mekkaniżmi jibqgħu f'idejn is-sħab soċjali f'konformità mal-awtonomija tagħhom kif stabbilit fit-Trattati; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar indiċi tal-paga li tiggarantixxi l-għajxien sabiex jiġu stmati l-ispejjeż tal-għajxien u l-introjtu approssimattiv meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet bażiċi tal-familji, għal kull Stat Membru u reġjun; jenfasizza li għal kull unità domestika, livell ta' introjtu adegwat huwa essenzjali biex il-ħaddiema foqra jiksbu indipendenza finanzjarja filwaqt li jżommu l-abitazzjoni u s-sigurtà tal-ikel;

38.

Jenfasizza li fir-rigward tal-finanzjament fit-tul tal-kostruzzjoni ta' abitazzjonijiet ġodda, minbarra l-Fondi SIE u l-FEIS, jenħtieġ li jiġu mobilizzati forom oħra ta' finanzjament kemm privat kif ukoll pubbliku sabiex jiżdiedu l-attivitajiet tal-banek pubbliċi nazzjonali jew ta' aġenziji oħrajn fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tal-ħaddiema, inkluż permezz tal-infurzar xieraq tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol;

40.

Ifakkar li d-dritt ta' negozjar u azzjoni kollettivi huwa dritt fundamentali fl-UE u li l-istituzzjonijiet Ewropej iridu jirrispettaw, josservaw il-prinċipji tiegħu u jippromwovu l-applikazzjoni tiegħu (37); jemmen li t-tnaqqis fis-setgħa ta' negozjar tal-ħaddiema u t-trejdjunjins ma għenx biex jinkisbu dawk l-objettivi u jista' jkun kawża ta' żieda ta' pagi baxxi u l-proliferazzjoni ta' xogħol mhux sigur;

41.

Jinnota l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u t-trawwim tas-setgħa ta' negozjar tal-impjegati permezz ta' riformi strutturali tas-swieq tax-xogħol li jippromwovu tkabbir sostenibbli, impjiegi deċenti, prosperità kondiviża u koeżjoni soċjali; jenfasizza r-rwol tad-djalogu bejn is-sħab soċjali biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE jiżguraw id-dritt għal ta' sħubija f'junjin kif ukoll is-saħħa u l-awtonomija kemm tat-trejdjunjins kif ukoll tal-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi meta jkunu involuti f'negozjati fi kwalunkwe livell;

42.

Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tad-djalogu ċivili ma' rappreżentanti ta' gruppi differenti tas-soċjetà, speċjalment dawk li jinsabu f'riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali, meta jkunu qed jiġu diskussi kwistjonijiet marbuta mal-inugwaljanzi;

43.

Jitlob l-implimentazzjoni ta' politika kontra d-diskriminazzjoni bi rwol ewlieni fl-iżgurar ta' opportunitajiet ta' impjieg ugwali u fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali; jistieden lill-Istati Membri jiżblokkaw id-direttiva kontra d-diskriminazzjoni;

44.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiżguraw li d-diskriminazzjoni, il-fastidju u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-identità jew l-espressjoni tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali u l-karatteristiċi sesswali (fost affarijiet oħra) jiġu indirizzati fuq il-post tax-xogħol, u li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi ċari ta' rappurtar u ta' appoġġ għall-vittmi, kif ukoll proċeduri kontra min iwettaqhom;

Insaħħu l-istat soċjali u l-protezzjoni soċjali

45.

Jenfasizza li, f'ħafna pajjiżi, is-sistemi ta' protezzjoni soċjali sfaw taħt pressjoni peress li ġew milquta mill-konsolidazzjoni fiskali b'riperkussjonijiet f'termini ta' inugwaljanzi fl-introjtu; jemmen li s-sistemi ta' protezzjoni soċjali jenħtieġ li jservu ta' xibka ta' sikurezza u jiffaċilitaw ukoll l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ multidimensjonali biex jinkisbu ugwaljanza u koeżjoni soċjali akbar, kif rifless fil-klawżola soċjali orizzontali (l-Artikolu 9 tat-TFUE), b'enfasi fuq id-dimensjoni soċjali tal-politiki tal-Unjoni u l-impenn biex jiġi applikat il-prinċipju ta' integrazzjoni soċjali fil-politiki kollha tal-Unjoni;

46.

Isostni li l-progress soċjali, kif definit fl-indiċi ta' progress soċjali Ewropew, huwa l-kapaċità ta' soċjetà li tissodisfa l-ħtiġijiet umani bażiċi taċ-ċittadini tagħha, tistabbilixxi l-elementi kostitwenti li jippermettu liċ-ċittadini u lill-komunitajiet isaħħu u jsostnu l-kwalità tal-ħajja tagħhom, u toħloq il-kundizzjonijiet biex l-individwi kollha jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom;

47.

Jistieden lill-Istati Membri jtejbu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom (l-edukazzjoni, is-saħħa, is-settur tal-abitazzjoni, il-pensjonijiet u t-trasferimenti) abbażi ta' salvagwardji soċjali ta' livell għoli, sabiex tinkiseb protezzjoni komprensiva tan-nies, filwaqt li jitqiesu r-riskji soċjali ġodda u l-gruppi vulnerabbli li tfaċċaw b'riżultat tal-kriżijiet finanzjarji, ekonomiċi u mbagħad soċjali li l-Istati Membri kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom;

48.

Jistieden lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment f'servizzi ta' kwalità u affordabbli tal-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, filwaqt li jenfasizza li tali investiment jidher li jħalli l-frott, b'mod partikolari għat-tfal minn familji żvantaġġati; jistieden lill-Istati Membri biex, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u bi qbil mal-miri ta' Barċellona, jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw aċċess universali u affordabbli għal edukazzjoni pubblika ta' kwalità sa minn età bikrija (0-3 snin), peress li dan huwa fundamentali biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi fuq perjodu ta' żmien twil;

49.

Jitlob aċċess universali għal akkomodazzjoni affordabbli, sabiex l-unitajiet domestiċi vulnerabbli jiġu protetti kontra l-evizzjoni u d-dejn eċċessiv, u jiġi promoss qafas effikaċi għat-tieni opportunità għall-individwi u l-familji fil-livell Ewropew;

50.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni malajr fir-rigward tal-kriżi tal-migrazzjoni u r-rifuġjati attwali u jiggarantixxu li r-rifuġjati jkollhom aċċess għal proċessi rapidi ta' tagħlim tal-lingwa u l-kultura, għall-formazzjoni, għal akkomodazzjoni ta' kwalità, għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, għas-suq tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali, għar-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kapaċitajiet formali u mhux formali, u jiżguraw l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà;

51.

Jafferma li l-aċċess universali għal pensjonijiet tal-irtirar u tax-xjuħija pubbliċi, ibbażati fuq is-solidarjetà u adegwati, irid jingħata lil kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fit-tisħiħ tas-sistemi tal-pensjonijiet pubbliċi u tax-xogħol biex jipprovdu introjtu adegwat għall-irtirar ogħla mil-livell limitu tal-faqar u biex jippermettu lill-pensjonanti jżommu l-istandard tal-għajxien tagħhom u jgħixu b'mod dinjituż u indipendenti; itenni l-appell tiegħu għal “care credits” fis-sistemi tal-pensjonijiet li jikkumpensaw għall-kontribuzzjonijiet li bosta nisa u rġiel ikunu tilfu minħabba responsabbiltajiet ta' kura tat-tfal u kura fit-tul bħala għodda biex titnaqqas id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi; jenfasizza li filwaqt li l-iskemi tal-pensjonijiet personali jistgħu jkunu għodda importanti biex titjieb l-adegwatezza tal-pensjonijiet, is-sistemi tal-pensjonijiet statutorji bbażati fuq is-solidarjetà jibqgħu l-aktar għodda effiċjenti biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost l-anzjani;

52.

Jenfasizza li d-drittijiet fundamentali tal-persuni b'diżabilità jenħtieġ li jkunu ggarantiti, inkluż id-dritt għal xogħol deċenti u ħieles mill-ostakoli, servizzi u sigurtà tal-introjtu bażiku adattati għall-ħtiġijiet individwali speċifiċi, standards tal-għajxien deċenti u l-inklużjoni soċjali, u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni mill-isfruttament u x-xogħol furzat;

53.

Iqis li l-kummerċ internazzjonali kien mutur għat-tkabbir imma li l-benefiċċji tiegħu mhumiex dejjem jiġu mqassma tajjeb u dan jista' jiġi perċepit bħala sors ta' inugwaljanzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali aktar ġusti li jirrispettaw ir-regolamenti tas-suq tax-xogħol Ewropej u l-konvenzjonijiet tal-ILO, filwaqt li jipproteġu wkoll l-impjiegi ta' kwalità u d-drittijiet tal-ħaddiema u jiżguraw mekkaniżmi Ewropej u nazzjonali għall-kumpens tal-ħaddiema u s-setturi milquta b'mod negattiv minn bidliet kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, inkluż il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

54.

jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-politiki tal-UE dwar il-kompetizzjoni jippermettu kompetizzjoni ġusta u jgħinu fil-ġlieda kontra l-kartelli jew l-għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli, li joħolqu distorsjoni tal-prezzijiet u jostakolaw il-funzjonament tas-suq intern, bil-ħsieb li jiżguraw li jkunu protetti l-konsumaturi;

Niġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali

55.

Iqis li d-dritt għal opportunitajiet indaqs jenħtieġ li jiġi żgurat fl-Unjoni Ewropea; Iqis li l-inugwaljanza attwali tal-eżiti li jaffettwaw lil kull min jgħix fl-UE, iżda speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ, hija sikwit aggravata mid-disinn mhux ugwalitarju tas-sistemi edukattivi u għandha konsegwenzi ta' ħsara għall-benessri u għall-iżvilupp taż-żgħażagħ bħala individwi, u b'hekk tikkontribwixxi għal sens baxx ta' awtostima jew inklużjoni fis-soċjetà taż-żgħażagħ Ewropej, b'mod speċjali dawk b'nuqqas ta' riżorsi u opportunitajiet;

56.

Jenfasizza li l-edukazzjoni għandha rwol ewlieni x'tiżvolġi fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi u, b'rabta ma' dan, jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom u jallokaw investiment suffiċjenti sabiex jiggarantixxu opportunitajiet ugwali; isostni l-importanza ta' aċċess universali għall-edukazzjoni u aċċess għall-għajnuna lill-istudenti għaż-żgħażagħ fl-edukazzjoni għolja; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri biex joħolqu akkomodazzjoni adegwata deċenti u aċċessibbli għaż-żgħażagħ biex isostnu t-tranżizzjonijiet tagħhom;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw il-ġlieda kontra l-faqar, speċjalment fost it-tfal, billi jistabbilixxu miri għat-tnaqqis tal-faqar fost it-tfal, jesploraw l-implimentazzjoni koordinata tar-Rakkomandazzjoni dwar l-Investiment fit-Tfal, u permezz tal-ħolqien ta' skema ta' garanzija għat-tfal;

58.

Jenfasizza, barra minn hekk, li ħafna attivitajiet kulturali u sportivi huma għodod b'saħħithom għall-koeżjoni u l-integrazzjoni soċjali, u jirrimarka li dawn l-attivitajiet jistgħu jtejbu l-prospetti tal-impjieg tal-membri żvantaġġjati tas-soċjetà billi jgħallmuhom ħiliet personali;

59.

Jistieden lill-Istati Membri jilħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 dwar it-tnaqqis tal-faqar u tar-riskju ta' esklużjoni soċjali;

60.

Iqis li ż-żieda mgħaġġla fl-ammont ta' persuni mingħajr dar fil-maġġoranza tal-Istati Membri hija kwistjoni ta' tħassib urġenti. jemmen li, bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex irażżnu t-tendenza dejjem akbar ta' persuni mingħajr dar bil-ħsieb li din tiġi eliminata gradwalment;

Niksbu bilanċ reali bejn is-sessi

61.

Jinnota li l-Kummissjoni wieġbet għall-istedina tiegħu favur bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għan-nisa u l-irġiel li jgħixu u jaħdmu fl-UE, permezz tal-proposta għal direttiva dwar il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata għall-ġenituri u l-indukraturi biex jiġu indirizzati l-isfidi tad-deċenni li ġejjin; ifakkar fl-appell tiegħu għal remunerazzjoni u protezzjoni soċjali xierqa, u jenfasizza li l-proposti mressqa mill-Kummissjoni huma bażi tajba biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u tingħata spinta lill-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u lill-arranġamenti ta' xogħol flessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, bħala mezz biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fix-xogħol kemm imħallas u kemm mhux;

62.

Jenfasizza li l-inklużjoni ulterjuri tan-nisa fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jitjieb l-appoġġ għall-intraprenditorija femminili u jingħalaq id-distakk bejn dak li n-nisa jiksbu fl-edukazzjoni tagħhom u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, u s-salvagwardja tal-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa f'termini ta' paga, avvanz fil-karriera u opportunitajiet ta' xogħol full-time, huma kollha fatturi essenzjali għall-kisba ta' tkabbir ekonomiku inklużiv u fit-tul, li jeqred id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi, jiġġieled l-inugwaljanzi u jrawwem l-indipendenza finanzjarja tan-nisa;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq inizjattivi, jekk ikun hemm bżonn, biex tneħħi kwalunkwe tip ta' diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, billi tiffissa penali għaċ-Ċentri tax-Xogħol li jiksru d-dritt għall-ugwaljanza billi jistabbilixxu pagi differenti għal kategoriji ta' impjieg identiċi, skont jekk ikunux okkupati prinċipalment minn irġiel jew minn nisa.

64.

Jiddispjaċih mill-fatt li, minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti li tintegra l-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, xorta għad hemm differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u diskrepanza saħansitra ikbar fil-pensjonijiet bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jindirizzaw l-isfida tad-diskrepanza fil-pagi u fil-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa;

65.

Jinsab imħasseb biż-żieda fir-rata ta' faqar u bil-fatt li l-ommijiet waħedhom, in-nisa żgħażagħ u n-nisa anzjani huma dawk milquta b'mod partikolari mill-faqar; jirrimarka li t-tnaqqis tal-livelli tal-faqar b'20 miljun ruħ sal-2020 jista' jintlaħaq permezz ta' politiki kontra l-faqar u ta' xogħol attiv imsejsa fuq l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ffukata primarjament fuq it-tkattir u l-appoġġ tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; Jinnota li l-faqar għadu jiġi mkejjel fuq l-introjtu akkumulat tal-unità domestika, liema prattika tassumi li l-membri kollha tal-unità domestika jaqilgħu l-istess u jqassmu r-riżorsi b'mod indaqs; jitlob drittijiet individwalizzati u kalkoli bbażati fuq l-introjti individwali bl-għan li jinkixef il-kobor veru tal-faqar fost in-nisa;

66.

Ifakkar fir-rwol importanti kemm tas-servizzi pubbliċi ta' kwalità fil-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll tas-sistemi ta' taxxa u ta' benefiċċji ħielsa minn diżinċentivi għal dawk li jirrapreżentaw it-tieni sors ta' dħul milli jaħdmu jew milli jaħdmu aktar, peress li dan jista' jtejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

67.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jiżgura l-adozzjoni rapida tad-direttiva dwar il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati fil-borża, bħala l-ewwel pass importanti lejn ir-rappreżentanza ugwali kemm fis-settur pubbliku u kemm f'dak privat;

Nimmodernizzaw is-sistemi tat-taxxa

68.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkoreġu l-inugwaljanzi interpersonali eċċessivi billi jappoġġjaw u jinkoraġġixxu il-forom ta' investiment l-aktar produttivi; ifakkar li għall-dak il-fini, il-politiki dwar it-tassazzjoni huma kruċjali u li ħafna Stati Membri jeħtieġu riforma tat-taxxa profonda; jistieden lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ, tagħti pariri, tippromwovi u tħejji parametri referenzjarji fid-dawl tas-Semestru Ewropew;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjonijiet reali kontra l-evitar u l-frodi tat-taxxa bħala mezz importanti biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi ekonomiċi u biex jitjieb il-ġbir tal-introjtu mit-taxxi fl-Istati Membri;

70.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ riformi tal-politiki tat-tassazzjoni tal-Istati Membri biex jiġu żgurati baġits pubbliċi adegwati għas-servizzi soċjali, tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni, tal-impjieg u tal-edukazzjoni; jemmen li dan jenħtieġ li jinvolvi wkoll l-indirizzar tal-korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika u tal-inugwaljanza fil-ġid, inkluż permezz ta' distribuzzjoni mill-ġdid tal-konċentrazzjoni eċċessiva tal-ġid, peress li dan huwa essenzjali sabiex l-inugwaljanza ma tiġix aggravata f'ħafna Stati Membri; jenfasizza barra minn hekk li hemm bżonn ta' miżuri f'oqsma bħall-finanzjalizzazzjoni tal-ekonomija u koordinazzjoni, approssimazzjoni u armonizzazzjoni ulterjuri, fejn applikabbli, tal-politika tat-taxxa, kif ukoll miżuri kontra r-rifuġji fiskali, il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, miżuri biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, u miżuri għall-ottimizzazzjoni tat-taħlita ta' taxxi u l-piż rispettiv ta' bħala sehem tad-dħul mit-taxxi ta' Stat Membru mid-dħul minn taxxi bbażati fuq ix-xogħol u fuq il-ġid;

o

o o

71.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 57.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2017)0260.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2017)0073.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2017)0010.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2016)0317.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2016)0136.

(7)  ĠU C 366, 27.10.2017, p. 19.

(8)  ĠU C 482, 23.12.2016, p. 141.

(9)  ĠU C 75, 26.2.2016, p. 130.

(10)  ĠU C 65, 19.2.2016, p. 68.

(11)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 57.

(12)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 77.

(13)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 25.

(14)  ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 8.

(15)  ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 11.

(16)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 23

(17)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 130.

(18)  ĠU C 318, 23.12.2009, p. 52.

(19)  ĠU C 166, 7.6.2011, p. 18.

(20)  http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=13608&langId=mt

(21)  Opinjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali indirizzata lill-Kunsill, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 6491/11, SOC 124, 15 ta' Frar 2011.

(22)  Kummissjoni Ewropea, Dokument Istituzzjonali 025, Mejju 2016.

(23)  Awturi: Jonathan D. Ostry, Andrew Berg u Charalambos G. Tsangarides.

(24)  Awturi: Andrew Berg u Jonathan D. Ostry.

(25)  Eurostat, http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Income_distribution_statistics

(26)  FMI (2017) “IMF Working Paper WP 17/76: Inequality Overhang” (Dokument ta' Ħidma tal-FMI WP 17/76: Il-Problemi tal-Inugwaljanzi). Awturi: Francesco Grigoli u Adrian Robles, Washington, D.C.: Fond Monetarju Internazzjonali.

(27)  FMI (2015), “Causes and Consequences of Income Inequality: A Global Perspective” (Kawżi u Konsegwenzi tal-Inugwaljanzi fl-Introjtu: Perspettiva Globali). Nota ta' Diskussjoni tal-Persunal SDN/15/13 Washington, D.C.: Fond Monetarju Internazzjonali. http://www.imf.org/external/pubs/ft/sdn/2015/sdn1513.pdf

(28)  OECD (2015), “In it Together: Why Less Inequality Benefits All” (Flimkien: Għaliex it-tnaqqis fl-inugwaljanzi huwa ta' benefiċċju għal kulħadd), Pariġi: OECD Publishing.

(29)  L-Eurostat: http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/images/f/f8/People_at_risk_of_poverty_or_social_exclusion%2C_EU-27_and_EU-28%2C_2005-2015.JPG

(30)  OECD 2015 “In it together: Why less inequality benefits all” (Flimkien: Għaliex it-tnaqqis fl-inugwaljanzi huwa ta' benefiċċju għal kulħadd), p. 67.

(31)  Eurofound (2017), “Social mobility in the EU” (Il-mobilità soċjali fl-UE), Luxembourg: Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(32)  https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1461en.pdf

(33)  “Inequality and mental illness” (L-inugwaljanza u l-mard mentali), R. Wilkinson u K. Pickett, Departiment tax-Xjenzi tas-Saħħa, Università ta' York, UK; Pubblikazzjoni online fil-25 ta' Mejju 2017; S2215-0366(17)30206-7

(34)  COREPER I, "Introjtu adegwat wara l-irtirar fil-kuntest ta' soċjetajiet li qed jixjieħu – Abbozz ta' Konklużjonijiet tal-Kunsill, 12352/15: http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12352-2015-INIT/mt/pdf

(35)  Eurofound (2017) “Income inequalities and employment patterns in Europe before and after the Great Recession” (Inugwaljanzi fl-introjtu u mudelli ta' impjiegi fl-Ewropa qabel u wara r-Reċessjoni l-Kbira).

(36)  OECD (2015), “In it together: Why less inequality benefits all” (Flimkien: Għaliex it-tnaqqis fl-inugwaljanzi huwa ta' benefiċċju għal kulħadd), Pariġi: OECD Publishing.

(37)  B'konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


Il-Ħamis 30 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/104


P8_TA(2017)0473

Sitwazzjoni fil-Jemen

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen (2017/2849(RSP))

(2018/C 356/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Jemen, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Ġunju 2017 (1) u tal-25 ta' Frar 2016 (2) dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen, u dik tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-8 ta' Ottubru 2016 dwar l-attakk fil-Jemen, tad-19 ta' Ottubru 2016 dwar il-waqfien mill-ġlied fil-Jemen u tal-21 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, tal-11 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta' April 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali (4) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati (5),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni tal-Konformità mad-Dritt Umanitarju Internazzjonali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) dwar il-Jemen, b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 2342 (2017), 2266 (2016), 2216 (2015), 2201 (2015) u 2140 (2014),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għall-Jemen, Ismail Ould Cheikh Ahmed, tat-30 ta' Jannar, tat-12 ta' Lulju, tad-19 ta' Awwissu u tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Lulju 2017 ta' dak li kien is-Sotto-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji, Stephen O'Brien, quddiem il-KSNU;

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Programm Dinji tal-Ikel (WFP), il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tas-16 ta' Novembru 2017 li tappella għat-tneħħija immedjata tal-imblokk umanitarju fil-Jemen,

wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Livell Għoli tad-Donaturi tan-NU għall-Kriżi Umanitarja fil-Jemen, tal-25 ta' April 2017, li matulha ġew imwiegħda USD 1,1 biljun biex titnaqqas diskrepanza fil-finanzjament ta' USD 2,1 biljun għall-2017,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU ta' Settembru 2017 li jiġu investigati l-allegazzjonijiet kollha ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen matul il-kunflitt;

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet presidenzjali maħruġa mill-KSNU fil-15 ta' Ġunju 2017 li appellaw lill-partijiet fil-Jemen biex jimpenjaw ruħhom b'mod kostruttiv fi sforz bona fide favur ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt, u fid-9 ta' Awwissu 2017 dwar it-theddida tal-karestija fil-Jemen,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi diversi ċikli ta' negozjati organizzati min-NU għadhom ma wasslux għal progress sinifikanti lejn soluzzjoni politika fil-Jemen; billi l-partijiet involuti fil-kunflitt u s-sostenituri reġjonali u internazzjonali tagħhom, inklużi l-Arabja Sawdija u l-Iran, ma rnexxilhomx jilħqu ftehim ta' waqfien mill-ġlied jew xi tip ta' soluzzjoni u billi l-ġlied u l-bumbardamenti indiskriminati qed ikomplu bla waqfien; billi l-ebda naħa ma kisbet rebħa militari u billi mhuwiex probabbli li xi naħa minnhom tagħmel dan fil-ġejjieni; billi s-sejbien ta' soluzzjoni politika għall-kunflitt taħt il-patroċinju tal-inizjattiva għall-paċi tan-NU fil-Jemen għandu jkun prijorità għall-UE u għall-komunità internazzjonali inġenerali;

B.

billi s-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen għadha waħda katastrofika; billi l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO) iddikjarat is-sitwazzjoni fil-Jemen bħala “l-akbar emerġenza tas-sigurtà tal-ikel fid-dinja”; billi, skont l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), 20,7 miljun ruħ fil-Jemen jeħtieġu assistenza, speċjalment assistenza għall-ikel, u minn dawn 7 miljuni qed jiffaċċjaw “emerġenza tas-sigurtà tal-ikel”; billi 2,2 miljun tifel u tifla qegħdin isofru malnutrizzjoni akuta u gravi u billi tifel jew tifla jmutu kull għaxar minuti minħabba kawżi prevenibbli; billi hemm 2,9 miljun ruħ li sfaw spustati internament u miljun ruħ li ġew rimpatrijati;

C.

billi, skont in-NU, aktar minn 8 000 ruħ, li 60 % minnhom kienu persuni ċivili, inqatlu u aktar minn 50 000 indarbu, fosthom numru kbir ta' tfal, f'attakki mill-ajru u ġlied fuq l-art minn meta l-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija intervjeniet fil-gwerra ċivili tal-Jemen f'Marzu 2015; billi l-ġlied, kemm fuq l-art kif ukoll fl-ajru, għamilha impossibbli li l-osservaturi fuq il-post tal-Uffiċċju tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem ikollhom aċċess għaż-żona biex jivverifikaw in-numru ta' vittmi ċivili; billi dawn iċ-ċifri, għalhekk, jirriflettu biss il-persuni maqtula u midruba li l-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) irnexxielu jikkorrobora u jikkonferma;

D.

billi l-gruppi vulnerabbli, in-nisa u t-tfal huma partikolarment affettwati mill-ostilitajiet li għaddejjin bħalissa u mill-kriżi umanitarja; billi l-għadd ta' vittmi ċivili qed ikompli jiżdied;

E.

billi, skont l-organizzazzjoni Save the Children, 130 tifel u tifla jmutu kuljum fil-Jemen; billi minn tal-anqas 1,8 miljun tifel u tifla kellhom jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, flimkien mal-1,6 miljun li ma kinux imorru skola qabel ma beda l-kunflitt;

F.

billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tirrapporta li “aktar minn nofs il-faċilitajiet tas-saħħa kollha għalqu minħabba ħsara, qerda jew nuqqas ta' fondi” u li hemm nuqqas serju ta' provvisti mediċi; billi 30 000 ħaddiem tas-saħħa essenzjali ilhom ma jitħallsu 'l fuq minn sena;

G.

billi l-qerda tal-infrastruttura u l-kollass tas-servizzi pubbliċi aċċeleraw it-tifqigħa tal-kolera; billi, fit-2 ta' Novembru 2017, l-OCHA ħabbar li mis-27 ta' April 2017 'il quddiem kienu ġew rappurtati kważi 895 000 każ suspettat ta' kolera, li wasslu għall-mewt ta' 2 200 ruħ; billi aktar min-nofs il-każijiet suspettati jinvolvu lit-tfal; billi huwa diffiċli li jiġi aċċertat b'eżattezza n-numru veru tal-każijiet ta' kolera, peress li hemm aċċess limitat għal ħafna reġjuni u ħafna pazjenti suspettati li għandhom il-kolera jiġu ttrattati qabel ma jiġu dijanjostikati kompletament;

H.

billi kważi 90 % tal-ikel bażiku fil-pajjiż jiġi importat; billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-impatt negattiv tal-miżuri koerċittivi unilaterali diġà enfasizza fil-passat li l-imblokk mill-ajru u mill-baħar impost fuq il-Jemen mill-forzi tal-koalizzjoni huwa fost il-kawżi ewlenin tal-katastrofi umanitarja li għaddejja bħalissa; billi dan l-imblokk irrestrinġa u ħarbat l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-ikel, il-fjuwil u l-provvisti mediċi, kif ukoll tal-għajnuna umanitarja; billi d-dewmien mhux raġonevoli u/jew iċ-ċaħda tad-dħul tal-bastimenti fil-portijiet tal-Jemen jirrappreżentaw miżura koerċittiva unilaterali, skont id-dritt internazzjonali;

I.

billi s-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen kompliet tiggrava minħabba l-fatt li fis-6 ta' Novembru 2017 il-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija imponiet imblokk fuq il-fruntieri tal-art, tal-baħar u tal-ajru tal-pajjiż; billi l-port marittimu ta' Aden u l-punt ta' qsim tal-fruntiera tal-art bejn l-Arabja Sawdija u l-Jemen f'al-Wadea reġgħu nfteħu; billi, madankollu, il-portijiet ta' Hodeida u Saleef, kif ukoll l-ajruport ta' Sana'a, meħuda mir-ribelli Houthi f'Marzu 2015, li permezz tagħhom madwar 80 % tal-importazzjonijiet – inklużi prodotti kummerċjali u provvisti umanitarji – jidħlu fil-Jemen, għadhom suġġetti għall-imblokk; billi l-aġenziji tal-għajnuna wissew li, jekk l-imblokk ma jitneħħiex, il-Jemen se jiffaċċja l-akbar karestija li rat id-dinja għal għexieren ta' snin u li dan se jikkaġuna miljuni ta' vittmi;

J.

billi r-Riżoluzzjoni 2216 tal-KSNU tipprevedi espliċitament li individwu jiġi kklassifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala li jkun qed “jostakola t-twassil tal-għajnuna umanitarja fil-Jemen”;

K.

billi l-attakki mill-ajru mmexxija mill-koalizzjoni ġewwa u madwar Sana'a intensifikaw f'dawn l-aħħar ġimgħat u qed jikkaġunaw vittmi ċivili u l-qerda tal-infrastruttura; billi għexieren ta' attakki mill-ajru mmexxija mill-Arabja Sawdija ġew meqjusa responsabbli għall-qtil u l-feriment indiskriminat ta' persuni ċivili bi ksur tal-liġijiet tal-gwerra, anke permezz ta' munizzjon dispersiv li huwa pprojbit internazzjonalment; billi fl-4 ta' Novembru 2017 ir-ribelli Houthi sparaw missili ballistiċi fuq l-ajruport internazzjonali ċivili prinċipali ta' Riyadh; billi għexieren oħra ta' missili ġew sparati lejn it-territorju tal-Arabja Sawdija din is-sena; billi l-liġijiet tal-gwerra jipprojbixxu l-attakki intenzjonati u indiskriminati fuq il-persuni ċivili; billi tali attakki huma kkunsidrati bħala delitti tal-gwerra u l-individwi li jwettquhom jistgħu jittellgħu quddiem il-ġustizzja għal dawn id-delitti;

L.

billi s-sitwazzjoni fil-Jemen iġġorr magħha riskji serji għall-istabbiltà tar-reġjun, b'mod partikolari dik tal-Qarn tal-Afrika, tal-Baħar l-Aħmar u tar-reġjun usa' tal-Lvant Nofsani; billi l-grupp Al-Qaeda fil-Peniżola Għarbija (AQAP) irnexxielu japprofitta mid-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà fil-Jemen, hekk li firex il-preżenza tiegħu u kabbar l-għadd u l-iskala tal-attakki terroristiċi tiegħu; billi l-AQAP u l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (ISIS/Daesh) stabbilew il-preżenza tagħhom fil-Jemen u wettqu attakki terroristiċi, li qatlu mijiet ta' persuni;

M.

billi hemm embargo internazzjonali fuq l-armi fis-seħħ kontra l-forzi Houthi/Saleh, li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Iran; billi, skont it-18-il Rapport Annwali tal-UE dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi, l-Istati Membri tal-UE komplew jawtorizzaw it-trasferimenti tal-armi lejn l-Arabja Sawdija wara l-eskalazzjoni tal-kunflitt, bi ksur tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi; billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen appellat lill-VP/RGħ biex tniedi inizjattiva maħsuba biex l-UE timponi embargo fuq l-armi fil-konfront tal-Arabja Sawdija, bi qbil mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK;

N.

billi, skont il-UNICEF, l-edukazzjoni ta' 2 miljun tifel u tifla waqfet għalkollox; billi, skont l-OCHA, “aktar minn 1 700 skola fil-preżent mhumiex f'qagħda li jintużaw minħabba ħsarat relatati mal-kunflitt, minħabba li qed jospitaw lil persuni spostati internament, jew minħabba li huma okkupati minn gruppi armati”; billi ġew iddokumentati każijiet ta' reklutaġġ u użu ta' tfal biex jiġġieldu jew jaqdu dmirijiet militari; billi eluf ta' għalliema, wara li ma tħallsux għal aktar minn sena, ma kellhomx għażla oħra għajr li jitilqu minn xogħolhom biex isibu mezz ta' dħul ieħor; billi, minħabba l-qerda ta' infrastruttura kritika, huwa diffiċli li jintlaħqu l-perċentwal żgħir ta' skejjel li għadhom qed jiffunzjonaw;

O.

billi l-ġurnalisti ripetutament mhumiex jitħallew jidħlu fil-Jemen, b'mod partikolari mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija, anke billi jiġu pprojbiti minn titjiriet ta' għajnuna tan-NU lejn il-belt kapitali Sana'a, li tinsab ikkontrollata mir-ribelli Houthi;

P.

billi d-deċiżjoni biex ċerti individwi jiżdiedu fil-lista tal-objettivi tal-operazzjonijiet bid-drones spiss tittieħed mingħajr mandati tal-qorti jew inġunzjonijiet; billi l-attakki fuq ċerti individwi u l-qtil sussegwenti tagħhom qed isiru mingħajr proċess ġust;

Q.

billi, mill-bidu tal-kunflitt, l-Unjoni Ewropea allokat EUR 171,7 miljun f'għajnuna umanitarja; billi l-għajnuna umanitarja tal-UE tagħti prijorità lis-saħħa, lin-nutrizzjoni, lis-sigurtà tal-ikel, lill-protezzjoni, lill-kenn, kif ukoll lill-ilma u lis-servizzi sanitarji;

R.

billi minkejja l-Konferenza ta' Livell Għoli tad-Donaturi għall-Kriżi Umanitarja fil-Jemen li saret f'Ġinevra f'April 2017, li matulha bosta pajjiżi u organizzazzjonijiet wiegħdu donazzjonijiet b'valur ta' USD 1,1 biljun, sal-21 ta' Novembru 2017 id-donaturi kienu taw fondi li jammontaw biss għal 56,9 % mill-USD 2,3 biljun li n-NU talbet f'għajnuna umanitarja għall-Jemen għall-2017;

1.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-vjolenza li għaddejja bħalissa fil-Jemen u l-attakki kollha kontra l-persuni ċivili u l-infrastruttura ċivili, li jikkostitwixxu delitti tal-gwerrra; jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament allarmanti tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen; jiddispjaċih ferm għat-telf ta' ħajja kkawżat mill-kunflitt u għat-tbatija estrema ta' dawk li huma mċaħħda mill-għajnuna umanitarja u mill-prodotti bażiċi, u li nqabdu fil-ġlied, li ġew spustjati jew li tilfu l-mezzi tal-għajxien tagħhom, u jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; itenni l-impenn tiegħu li jkompli jappoġġja lill-Jemen u lill-poplu Jemenit;

2.

Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u tal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Jemen sabiex in-negozjati jaqbdu mill-ġdid; jenfasizza li hija biss soluzzjoni politika, inklużiva u nnegozjata għall-kunflitt li tista' ġġib lura l-paċi u żżomm l-għaqda, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Jemen; jistieden lill-atturi internazzjonali u reġjonali kollha jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv mal-partijiet preżenti fil-Jemen sabiex tkun tista' tittaffa l-intensità tal-kunflitt u tintlaħaq soluzzjoni nnegozjata; iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija u lill-Iran jaħdmu biex itemmu l-ġlied fil-Jemen u biex itejbu r-relazzjonijiet bilaterali; jistieden lill-Iran jieqaf minnufih jagħti appoġġ lill-forzi Houthi fil-Jemen, kemm direttament kif ukoll permezz ta' intermedjarji;

3.

Jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jilħqu ftehim b'urġenza dwar waqfien tal-ostilitajiet immonitorjat min-NU, bħala l-ewwel pass lejn il-qbid mill-ġdid tat-taħdidiet ta' paċi taħt it-tmexxija tan-NU; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex, b'bona fide u mingħajr prekundizzjonijiet, jimpenjaw ruħhom mill-aktar fis possibbli f'ċiklu ġdid ta' negozjati ta' paċi mmexxija min-NU; jiddispjaċih għad-deċiżjoni tal-ġellieda Houthi u tal-alleati tagħhom li jirrifjutaw lil Ismail Ould Cheikh Ahmed bħala negozjatur tal-paċi;

4.

Jistieden lill-VP/RGħ tipproponi b'urġenza strateġija integrata tal-UE għall-Jemen u ġġedded l-isforzi favur inizjattiva ta' paċi għall-Jemen taħt il-patroċinju tan-NU; isostni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex jiffaċilita l-qbid mill-ġdid tan-negozjati, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jirreaġixxu għal dawn l-isforzi b'mod kostruttiv u mingħajr ma jiffissaw prekundizzjonijiet; jenfasizza li l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' bini ta' fiduċja – bħar-rilaxx tal-priġunieri politiċi, passi immedjati lejn waqfien mill-ġlied sostenibbli, mekkaniżmu għall-irtirar tal-forzi taħt is-superviżjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, l-iffaċilitar tal-aċċess umanitarju u kummerċjali, inizjattivi Track II li jinvolvu parteċipanti fil-livell tal-politika, tas-sigurtà u tas-soċjetà ċivili – hija essenzjali biex jiġi ffaċilitat ritorn għad-direzzjoni politika t-tajba;

5.

Jiddeplora l-fatt li l-Arabja Sawdija u s-sħab tal-koalizzjoni tagħha għalqu l-portijiet marittimi, l-ajruporti u l-punti ta' qsim tal-fruntiera fil-Jemen, li wassal biex is-sitwazzjoni fil-pajjiż kompliet tmur għall-agħar; iqis li l-miżuri meħudin mill-koalizzjoni intiżi biex jerġgħu jinbdew l-operazzjonijiet fil-port ta' Aden u biex jinfetaħ il-punt ta' qsim tal-fruntiera f'al-Wadea huma pass fid-direzzjoni t-tajba; iħeġġeġ lill-koalizzjoni tiżgura li l-attivitajiet tal-portijiet ta' Hodeida u Saleef jerġgħu jinbdew minnufih, li l-fruntieri tal-art jinfetħu għall-għajnuna umanitarja u li l-prodotti kummerċjali bażiċi jkunu jistgħu jitwasslu fil-pajjiż;

6.

Jenfasizza li l-KSNU, bil-ħsieb li jindirizza l-emerġenza umanitarja kif ukoll li jibni l-fiduċja bejn in-naħat b'mod li jwassal għal negozjati politiċi, qed iħeġġeġ li jintlaħaq ftehim malajr dwar l-użu ta' kontrolli addizzjonali fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-NU, biex b'hekk tiżdied il-kapaċità tal-portijiet kollha tal-Jemen u jkun hemm aċċess akbar għall-ajruport ta' Sana'a;

7.

Jistieden lill-partijiet kollha involuti jagħtu aċċess umanitarju sħiħ u immedjat għaż-żoni milquta mill-kunflitt sabiex dawk fil-bżonn ikunu jistgħu jintlaħqu u jappella biex tkun żgurata s-sigurtà tal-ħaddiema umanitarji; jistieden lill-Kunsill u lill-KSNU biex, waqt l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 2216 tal-KSNU, jidentifikaw l-individwi li qed jostakolaw it-twassil tal-għajnuna umanitarja fil-Jemen u jimponu fuqhom sanzjonijiet immirati;

8.

Jikkundanna l-attakki indiskriminati mill-ajru mmexxija mill-koalizzjoni li qed iħallu vittmi ċivili, inklużi tfal, u li jed jeqirdu l-infrastruttura ċivili u medika; jikkundanna l-attakki tant ieħor indiskriminati mill-Houthis u l-forzi alleati li kkaġunaw il-mewt ta' persuni ċivili u wasslu biex dawn il-gruppi jużaw l-isptarijiet u l-iskejjel bħala bażijiet biex minnhom iwettqu l-attakki tagħhom;

9.

Jikkundanna l-attakki indiskriminati bil-missili li twettqu fl-4 ta' Novembru 2017 mill-forzi Houthi/Saleh fuq bliet tal-Arabja Sawdija, b'mod partikolari fuq l-ajruport internazzjonali ċivili ewlieni ta' Riyadh (l-Ajruport Internazzjonali King Khaled);

10.

Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jagħtu l-aċċess għall-pajjiż lill-ġurnalisti, inkluż fit-territorji kollha u fiż-żoni kollha ta' kunflitt fil-pajjiż; jinnota li l-imblokk impost mill-Jemen biex il-ġurnalisti ma jidħlux fil-pajjiż huwa l-kaġun tan-nuqqas ta' rappurtaġġ tal-kriżi, u dan qed ixekkel l-isforzi tal-ħaddiema umanitarji milli jiġbdu l-attenzjoni tal-komunità internazzjonali u tad-donaturi rigward is-sitwazzjoni katastrofika; jilqa' l-ħelsien riċenti ta' Yahya Abdulraqeeb al-Jubeihi, Abed al-Mahziri u Kamel al-Khozani u jħeġġeġ il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-ġurnalisti kollha li għadhom il-ħabs;

11.

Jistieden lin-naħat kollha jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-persuni ċivili u sabiex iżommu lura milli jkollhom fil-mira diretta tagħhom l-infrastrutturi ċivili, b'mod partikolari l-faċilitajiet mediċi u s-sistemi tal-ilma;

12.

Ifakkar li l-attakki intenzjonati kontra l-persuni ċivili u l-infrastruttura ċivili, inklużi l-isptarijiet u l-persunal mediku, jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tieħu provvedimenti għall-prosekuzzjoni kriminali internazzjonali tal-persuni responsabbli għal każijiet ta' ksur tad-dritt internazzjonali mwettqa fil-Jemen; jappoġġa bis-sħiħ, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li twettaq investigazzjoni komprensiva dwar id-delitti mwettqa fil-kunflitt fil-Jemen;

13.

Jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi mill-Istati Membri tal-UE u minn pajjiżi terzi biex jistabbilixxu mekkaniżmi internazzjonali bil-għan li jiġbru l-provi u li jitolbu rendikont lil dawk responsabbli għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u għall-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali; jisħaq li, biex tinkiseb soluzzjoni fit-tul għall-kunflitt, huwa indispensabbli li min wettaq vjolazzjonijiet jagħti kont ta' għemilu; jilqa', f'dan ir-rigward, l-istabbiliment ta' Grupp ta' Esperti Internazzjonali u Reġjonali Eminenti tan-NU li jkollu l-mandat li jimmonitorja u jirrapporta dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen u li jwettaq eżami komprensiv tal-allegazzjonijiet kollha ta' ksur u abbużi tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u ta' oqsma rilevanti u applikabbli oħra tad-dritt internazzjonali mwettqa mill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt sa minn Marzu 2015; jiddeplora l-fatt li l-isforzi biex issir inkjesta indipendenti ġew imblukkati;

14.

Jesprimi tħassib serju li l-instabbiltà fil-Jemen ġiet sfruttata minn organizzazzjonijiet terroristiċi u estremisti bħalma huma l-ISIS/Daesh u l-AQAP; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Jemen jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu fil-ġlieda kontra l-ISIS/Daesh u l-AQAP; jenfasizza l-ħtieġa li l-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jieħdu azzjoni deċiża kontra tali gruppi, li l-attivitajiet tagħhom jirrappreżentaw theddida serja għal soluzzjoni nnegozjata u għas-sigurtà fir-reġjun u lil hinn minnu; itenni l-impenn tal-UE li topponi l-gruppi estremisti u l-ideoloġiji tagħhom u jisħaq fuq il-bżonn li l-partijiet fir-reġjun jagħmlu l-istess;

15.

Jistieden lill-Kunsill jippromwovi b'mod effikaċi l-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, kif previst fil-linji gwida rilevanti tal-UE; itenni, b'mod partikolari, il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha tal-UE japplikaw strettament ir-regoli stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen, li tistieden lill-VP/RGħ tniedi inizjattiva bil-għan li l-UE timponi embargo fuq l-armi fil-konfront tal-Arabja Sawdija, fid-dawl tal-allegazzjonijiet serji ta' vjolazzjonijiet tad-dritt umanitarju internazzjonali mill-Arabja Sawdija fil-Jemen u tal-fatt li, jekk ikomplu jinħarġu l-liċenzji għall-bejgħ tal-armi lill-Arabja Sawdija, dan ikun għalhekk qed jikser il-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK;

16.

Jappoġġja l-appell tal-UE lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa ħalli jipprevjenu u jiġġieldu l-forom kollha ta' vjolenza, inklużi l-vjolenza sesswali u dik ibbażata fuq il-ġeneru, f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat; jikkundanna bil-qawwa l-ksur tad-drittijiet tat-tfal u jinsab preokkupat dwar l-aċċess limitat tat-tfal anki għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni bażiċi; jikkundanna r-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal fit-taqbid, kemm mill-forzi tal-gvern kif ukoll mill-gruppi armati tal-oppożizzjoni;

17.

Jilqa' l-impenji meħuda waqt il-Konferenza ta' Livell Għoli tad-Donaturi għall-Kriżi Umanitarja fil-Jemen u jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm azzjoni umanitarja kkoordinata taħt it-tmexxija tan-NU biex tittaffa t-tbatija tal-poplu tal-Jemen; jitlob il-mobilizzazzjoni immedjata tal-fondi mwiegħda lill-Jemen u l-finanzjament sħiħ tal-Pjan ta' Rispons Umanitarju 2017 tan-NU għall-Jemen;

18.

Jilqa' l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma lesti jintensifikaw l-għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni fil-pajjiż kollu bil-għan li jindirizzaw il-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu u li jimmobilizzaw l-assistenza tagħhom għall-iżvilupp sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati proġetti f'setturi kruċjali;

19.

Jappoġġja bil-qawwa l-ħidma tas-Sotto-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji u Koordinatur tal-Għajnuna ta' Emerġenza, Mark Lowcock – u tal-predeċessur tiegħu, Stephen O'Brien – biex tittaffa t-tbatija tal-popolazzjoni Jemenita;

20.

Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex, flimkien mal-isforzi umanitarji u politiċi tagħhom, jappoġġjaw l-azzjonijiet ta' bini tal-paċi u ta' reżiljenza, inkluż bl-appoġġ għall-atturi tas-soċjetà ċivili u għall-istrutturi lokali ekonomiċi u ta' governanza, sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment mill-ġdid tas-servizzi u tal-infrastrutturi bażiċi, tiġi stimulata l-ekonomija lokali u jiġu promossi l-paċi u l-koeżjoni soċjali;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab u lill-Gvern tal-Jemen.

(1)  Testi adottati: P8_TA(2017)0273.

(2)  Testi adottati: P8_TA(2016)0066.

(3)  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 93.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2016)0201.

(5)  ĠU C 285, 29.8.2017, p. 110.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/110


P8_TA(2017)0474

L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (2017/2127(INI))

(2018/C 356/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 9, 10, 19, 168 u 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23, 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (is-CRPD) u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (1),

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jistabbilixxi arranġamenti interni għall-implimentazzjoni mill-Unjoni Ewropea kif ukoll għar-rappreżentanza tagħha relatati mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

wara li kkunsidra l-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tat-2 ta' Ottubru 2015 dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (Sensiela tat-Trattati Ewropej, Nru 5, 1950), u l-protokolli tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea (ETS Nru 35, 1961, riveduta fl-1996; ETS Nru 163),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Rec(2002)5 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-protezzjoni tan-nisa kontra l-vjolenza, u r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2007)17 dwar l-istandards u l-mekkaniżmi ta' ugwaljanza bejn is-sessi,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979 u l-Protokoll Fakultattiv tagħha tas-6 ta' Ottubru 1999,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (4),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615),

wara li kkunsidra l-kunsens Ewropew il-ġdid għall-iżvilupp bit-titolu “Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-ġejjieni tagħna”, dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea u l-impenn f’dan ir-rigward li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2017 bit-titolu “Rapport ta' Progress dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020” (SWD(2017)0029),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 bit-titolu “Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-ġdid għal Ewropa mingħajr ostakoli” (COM(2010)0636),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (“Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi”) (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (10),

wara li kkunsidra t-tgħarrif tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu “The European Disability Strategy 2010-2020” (L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020),

wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni tal-Parlament bit-titolu “Discrimination Generated by the Intersection of Gender and Disability” (Diskriminazzjoni Ġġenerata mill-Intersezzjoni tas-Sessi u d-Diżabilità),

wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2016 tal-Ombudsman Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapporti dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2016 u l-2017 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

wara li kkunsidra r-rapporti tematiċi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

wara li kkunsidra l-istatistika tal-Eurostat tal-2014 dwar id-diżabilità fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-faqar u l-inugwaljanzi fid-dħul,

wara li kkunsidra l-Konklużjoni tal-Kunsill dwar “Ġejjieni Ewropew sostenibbli: It-tweġiba tal-UE għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli” li ġiet ippubblikata fl-20 ta' Ġunju 2017,

wara li kkunsidra l-Qafas Ewropew Volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali (SPC/2010/10/8),

wara li kkunsidra l-Aġenda Urbana Ġdida (A/RES/71/256),

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0339/2017),

A.

billi, bħala ċittadini sħaħ (11), il-persuni b'diżabilità kollha għandhom drittijiet ugwali fl-oqsma kollha tal-ħajja u huma intitolati għal dinjità inaljenabbli, trattament ugwali, għajxien indipendenti, awtonomija u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;

B.

billi huwa stmat li fl-Unjoni Ewropea hemm 80 miljun persuna b'diżabilità, li 46 miljun minnhom huma nisa;

C.

billi t-TFUE jirrikjedi li l-Unjoni tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha (l-Artikolu 10) u jagħtiha s-setgħa li tadotta leġiżlazzjoni sabiex tindirizza tali diskriminazzjoni (l-Artikolu 19);

D.

billi l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità u jipprevedu l-parteċipazzjoni ugwali tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà;

E.

billi l-UNCRPD hija l-ewwel trattat internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem irratifikat mill-UE, u ġie ffirmat ukoll mit-28 Stat Membru u rratifikat minn 27; billi l-UE hija l-akbar donatur ta' għajnuna għall-iżvilupp u waħda mill-aktar partijiet interessati influwenti fil-livell internazzjonali;

F.

billi l-UE hija impenjata favur l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) fi ħdan l-UE u fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp ma' pajjiżi sħab;

G.

billi l-UNCRPD tiddikjara li l-persuni b'diżabilità jinkludu dawk li għandhom indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensjorju fit-tul li, meta f'interazzjoni ma' diversi ostakoli, jista' jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà bħal ħaddieħor; filwaqt li l-Artikolu 9 tal-UNCRPD, huwa ta’ importanza partikolari f'dak ir-rigward;

H.

billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssaħħaħ il-fatt li l-UNCRPD hija vinkolanti fuq l-UE u l-Istati Membri tagħha fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, peress li hija strument ta' leġiżlazzjoni sekondarja (12); billi huwa imperattiv li l-għodod ta' politika u d-dritt tal-UE eżistenti jiġu infurzati sabiex tiġi mmassimizzata l-implimentazzjoni tal-UNCRPD;

I.

billi l-persuni b'diżabilità jikkostitwixxu grupp varjat, u billi n-nisa, it-tfal, il-persuni iktar anzjani, u l-individwi bi ħtiġijiet ta' appoġġ kumplessi jew b'diżabilità temporanja jew li ma tidhirx iħabbtu wiċċhom ma' ostakoli addizzjonali u forom multipli ta' diskriminazzjoni;

J.

billi l-persuni b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma' spejjeż addizzjonali, dħul iktar baxx u livell ogħla ta' qgħad; billi l-benefiċċji relatati mad-diżabilità jenħtieġ li jitqiesu bħala għajnuna mill-istat immirata biex tgħin lin-nies jeliminaw l-ostakoli bl-għan li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà, inkluż permezz tal-impjieg;

K.

billi t-tfal b'diżabilità għandhom id-dritt li jgħixu mal-familja tagħhom jew f'ambjent tal-familja li jkun konformi mal-aħjar interess tagħhom; billi l-membri tal-familja ta' spiss ikollhom inaqqsu jew iwaqqfu l-attivitajiet professjonali tagħhom biex jindukraw membri tal-familja b'diżabilità;

L.

billi l-prinċipji tal-UNCRPD jmorru ferm lil hinn mid-diskriminazzjoni, u juru t-triq lejn it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem mill-persuni kollha b'diżabilità u mill-familji tagħhom f'soċjetà inklużiva;

M.

billi għadha qed tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida u reveduta mingħajr ebda referenza għall-UNCRPD u l-aċċessibilità; billi l-aċċessibilità hija prerekwiżit għall-parteċipazzjoni; billi l-UE, bħala parti għall-UNCRPD, għandha d-dmir li tiżgura l-involviment mill-qrib u l-parteċipazzjoni attiva tal-persuni b'diżabilità u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki filwaqt li tirrispetta l-kunċetti diversi ta' diżabilità;

N.

billi l-istereotipi, il-kunċetti żbaljati u l-preġudizzji huma parti mill-għeruq ta' dak li jikkawża d-diskriminazzjoni, l-istigma u l-inugwaljanza;

O.

billi l-persuni b'diżabilità ta' spiss isofru minn nuqqas ta' appoġġ, protezzjoni, komunikazzjoni u informazzjoni dwar id-drittijiet u s-servizzi ta' kura tas-saħħa, protezzjoni kontra l-vjolenza u kura tat-tfal, u m'għandhom l-ebda aċċess jew ftit għandhom aċċess għal tali servizzi u informazzjoni; billi l-persunal tas-servizzi tas-saħħa jenħtieġ li jkun imħarreġ b'mod xieraq dwar il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità;

P.

billi parti konsiderevoli mill-4 miljun persuna li ta' kull sena jispiċċaw mingħajr dar għandhom diżabilità, u billi dawn ġew injorati bħala grupp fil-mira tal-UNCRPD u l-Istrateġija tal-UE dwar id-Diżabilità;

Q.

billi, minkejja l-bosta konvenzjonijiet internazzjonali, leġiżlazzjonijiet u strateġiji tal-UE u nazzjonali, il-persuni b'diżabilità xorta għadhom mhux jipparteċipaw fis-soċjetà u jgawdu drittijiethom b'mod sħiħ; billi l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità tista' tinkiseb biss jekk ikunu inklużi fil-ħajja politika u pubblika, fejn ta' spiss mhumiex rappreżentati biżżejjed, bi qbil mal-Artikolu 29 tal-UNCRPD;

R.

billi r-rapport ta' progress tal-Kummissjoni juri li hemm dewmien evidenti fl-implimentazzjoni tal-obbligi li jidderivaw mill-UNCRPD kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri; billi għad hemm sfidi u diskrepanzi fil-qafas tal-istrateġija u hemm bżonn ta' perspettiva fit-tul għall-allinjament tal-politiki, il-liġijiet u l-programmi tal-UE mal-UNCRPD;

S.

billi l-mudell ta' għajxien indipendenti, kif enfasizzat mll-UNCRPD, jissalvagwardja l-ogħla livell ta' aċċessibilità possibbli; billi l-aċċess għal servizzi oħrajn bħat-trasport aċċessibbli, u l-aċċess għall-attivitajiet kulturali u rikreattivi, huma wkoll komponent ta' għajxien ta' kwalità u jistgħu jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità;

T.

billi huwa imperattiv li jkun hemm aċċess għas-suq tax-xogħol inklużiv u attiv peress li dan huwa wieħed mill-mezzi prinċipali għall-promozzjoni tal-indipendenza għall-persuni b'diżabilità; billi l-aċċess għas-suq tax-xogħol attwalment jammonta għal 58,5 % meta mqabbel ma' 80,5 % fost persuni mingħajr diżabilità, b'ċerti gruppi jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni addizzjonali abbażi tat-tip ta' diżabilità, u billi l-ekonomija soċjali tipprovdi għadd kbir ta' opportunitajiet ta' impjieg għall-persuni b'diżabilità;

U.

billi linji gwida aktar b'saħħithom fil-livell Ewropew u riżorsi adegwati, kif ukoll taħriġ fi kwistjonijiet ta' diżabilità jistgħu jsaħħu l-effikaċja u l-indipendenza tal-korpi li jippromwovu l-ugwaljanza fil-livell nazzjonali;

V.

billi waħda mill-erba' prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni wara d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni ta' libertà, tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, hija li trawwem l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ żvantaġġati, billi jiġi żgurat li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħna jindirizzaw il-bżonnijiet tagħhom;

W.

billi l-ispiża kumplessiva li tirriżulta jekk il-persuni b'diżabilità jinżammu barra mis-suq tax-xogħol hija ogħla minn dik li tirriżulta jekk ikunu inklużi fil-post tax-xogħol; billi dan jgħodd aktar u aktar għall-persuni bi ħtiġijiet ta' appoġġ multipli fejn il-membri tal-familja jafu jiġu sfurzati jsiru ndokraturi;

X.

billi l-għadd ta' persuni b'diżabilità b'impjieg jaf hu aktar baxx minn dak li tindika d-data, meta wieħed iqis li ħafna jaqgħu fil-kategorija ta' “mhux impjegabbli” jew jaħdmu fis-settur protett jew f'ambjenti aktar protetti, m'għandhomx l-istatus ta' impjegat u għaldaqstant ma jidhrux fid-data u l-istatistika uffiċjali;

Y.

billi l-impjegaturi jridu jiġu appoġġati u mħeġġa jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkunu awtonomizzati tul it-traġitt sħiħ mill-edukazzjoni sal-impjieg; billi, għal dan l-għan, is-sensibilizzazzjoni tal-imjegaturi hija mezz wieħed biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fir-reklutaġġ ta' persuni b'diżabilità;

Z.

billi l-miżuri fuq il-post tax-xogħol huma kruċjali kemm għall-promozzjoni ta' saħħa mentali pożittiva kif ukoll għall-prevenzjoni tal-mard mentali u d-diżabilitajiet psikosoċjali;

AA.

billi l-UE hija l-akbar donatur ta' għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja, u għandha rwol ewlieni fil-programmi ta' inklużjoni tal-persuni b'diżabilità;

AB.

billi d-diskriminazzjoni fl-impjieg mhijiex kwistjoni iżolata; billi d-diskriminazzjoni fl-edukazzjoni, fit-taħriġ vokazzjonali u fl-akkomodazzjoni, u n-nuqqas ta' aċċess għat-trasport ifissru diskriminazzjoni fl-impjieg;

AC.

billi 75 % tal-persuni b'diżabilità serja fl-UE ma għandhomx l-opportunità li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol; billi kemm is-sottoimpjieg kif ukoll il-qgħad jistgħu jikkostitwixxu problema b'mod partikolari għall-persuni li jbatu minn disturbi fl-ispettru awtistiku jew dawk li huma torox u li għandhom problemi ta' smigħ kif ukoll il-persuni għomja jew dawk torox-għomja;

AD.

billi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali jafu jkunu mezzi potenzjali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD;

AE.

billi n-nuqqas ta' kapaċità ġuridika jikkostitwixxi ostakolu sinifikanti għall-eżerċitar tad-dritt tal-vot, inkluż fl-elezzjonijiet Ewropej;

AF.

billi 34 % tan-nisa bi problema tas-saħħa jew diżabilità esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali mwettqa minn sieħeb tul ħajjithom;

AG.

billi l-Artikolu 168(7) tat-TFUE jagħti lill-Istati Membri r-responsabilità li jiddefinixxu l-politiki tas-saħħa tagħhom u jipprovdu s-servizzi tas-saħħa, u dan juri l-importanza vitali tal-konsultazzjoni u l-involviment tal-Istati Membri sabiex l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità tirnexxi;

AH.

billi l-Artikolu 25 tal-UNCRPD jsaħħaħ id-dritt ta' persuni b'diżabilità li jiksbu l-ogħla standard tal-kura tas-saħħa li jista' jintlaħaq, mingħajr diskriminazzjoni;

AI.

billi l-persuni b'diżabilità huma partikolarment vulnerabbli għan-nuqqasijiet fis-servizzi tal-kura tas-saħħa, u dan iwassal għal imġiba ta' riskju għas-saħħa u rati ogħla ta' mwiet prematuri;

L-oqsma ewlenin ta' azzjoni

L-aċċessibilità

1.

Jirrikonoxxi l-importanza li l-aċċessibilità tiġi definita u applikata b'mod olistiku, u l-valur tagħha bħala bażi għall-persuni b'diżabilità biex igawdu minn opportunitajiet ugwali u inklużjoni soċjali u parteċipazzjoni ġenwini fis-soċjetà, kif rikonoxxut fil-UNCRPD u b'konformità mal-Kumment Ġenerali Nru 2 tal-UNCRPD, b'kont meħud tad-diversità tal-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u l-promozzjoni tal-importanza dejjem tikber ta' disinn għal kulħadd bħala prinċipju tal-UE;

2.

Ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha li tintegra d-diżabilità u tiżviluppa u tippromwovi l-aċċessibilità fl-oqsma ta' politika kollha kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll f'dawk privati, u jirrakkomanda li jitwaqqfu unitajiet b'għarfien espert b'rabta mal-aċċessibilità fi ħdan il-ġerarkija tal-Kummissjoni bl-għan li jiġi vverifikat li dan id-dmir qed jitwettaq;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti obbligatorji dwar l-aċċessibilità tal-ispazji pubbliċi u speċjalment tal-ambjent mibni;

4.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ u jimmonitorjaw b'mod kontinwu l-leġiżlazzjoni kollha relatata mal-aċċessibilità, inklużi d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, il-Pakkett tat-Telekomunikazzjonijiet u d-Direttiva dwar l-Aċċessibilità għall-Web, kif ukoll ir-regolamenti rilevanti dwar it-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri; jistieden lill-UE, f'dan il-kuntest, tikkoordina u timmonitorja tali implimentazzjoni minbarra li tippromwovi r-ratifika tal-UNCRPD internament u esternament;

5.

Jittama li l-koleġiżlaturi tal-UE jadottaw, mingħajr dewmien, l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità; jirrakkomanda li, sabiex il-UNCRPD tiġi implimenta bis-sħiħ, it-test finali jenħtieġ li jtejjeb l-aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi għall-persuni b'diżabilità u l-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali; jenfasizza li huma meħtieġa regoli Ewropej komprensivi kemm dwar l-aċċessibilità tal-ambjent mibni kif ukoll dwar l-aċċess għall-mezzi kollha tat-trasport;

6.

Jinsab imħasseb li l-monitoraġġ ta' xi atti leġiżlattivi, bħad-Direttiva dwar l-Aċċessibilità għall-Web (13) jew ir-Regolament dwar l-Aċċessibilità Ferrovjarja (14), isir permezz ta' awtovalutazzjoni mill-industrija u l-Istati Membri u ma jitwettaqx minn entità indipendenti; jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-Kummissjoni ttejjeb il-valutazzjoni tal-konformità tagħha u tqis l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni dwar il-monitoraġġ sabiex ikun żgurat li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità jiġu rrispettati, inkluż, pereżempju, fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (15);

7.

Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-obbligi kollha relatati mal-aċċessibilità tirrikjedi finanzjament suffiċjenti fil-livell tal-UE, fil-livell nazzjonali u fil-livell lokali; jistieden lill-UE tiżgura li l-programmi ta' finanzjament kollha huma aċċessibbli, jimxu fuq approċċ ta' disinn għal kulħadd u jinkludu baġit separat għall-aċċessibilità; jistieden lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment pubbliku sabiex tiġi żgurata l-aċċessibilità tal-persuni b'diżabilità kemm għall-ambjent fiżiku kif ukoll għal dak diġitali;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-aċċessibilità permezz ta' appoġġ għall-iżvilupp tal-ICT u billi jappoġġaw l-inizjattivi relatati kollha, inklużi n-negozji l-ġodda li joperaw fil-qasam tas-sikurezza tal-persuni b'diżabilità;

9.

Huwa favur l-istudju u l-użu tal-aħjar prattiki f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajxien indipendenti fl-UE;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li n-numru ta' emerġenza 112 ikun aċċessibbli totalment għall-persuni kollha b'kull tip ta' diżabilità, u li l-aspetti kollha tal-politiki u l-programmi għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri jkunu inklużivi u aċċessibbli għall-persuni kollha b'diżabilità;

11.

Jinsab imħasseb minħabba li l-kundizzjonalità ex ante tal-akkwist pubbliku ta' xiri aċċessibbli qabel l-iffirmar ta' kuntratt pubbliku mhux qed tiġi implimentata biżżejjed fil-livell nazzjonali; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li jinħoloq portal, b'mod simili għall-akkwist pubbliku ekoloġiku, bil-linji gwida kollha dwar l-aċċessibilità;

12.

Jirrakkomanda bil-qawwa li l-proċeduri għat-tressiq tal-ilmenti b'rabta mad-drittijiet tal-passiġġieri jsiru għalkollox aċċessibbli u adatti għall-persuni b'diżabilità, u li jingħataw numru ikbar ta' responsabilitajiet ta' infurzar daqstant b'saħħithom lill-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar;

13.

Jenfasizza, b'mod partikolari, li l-aċċessibilità hija prinċipju ċentrali tal-UNCRPD, u prekundizzjoni għall-eżerċizzju ta' drittijiet oħra minquxa fil-Konvenzjoni; jissottolinja li għadd konsistenti ta' petizzjonijiet imressqa minn ċittadini Ewropej jilmentaw dwar in-nuqqas ta' aċċessibilità jew il-preżenza ta' ostakoli arkitettoniċi; jenfasizza li d-dritt għall-aċċessibilità, kif definit fl-Artikolu 9 tal-UNCRPD, irid jiġi implimentat b'mod komprensiv sabiex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jaċċessaw l-ambjent tagħhom, it-trasport, il-faċilitajiet u s-servizzi pubbliċi, kif ukoll it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-aċċessibilità tkun prijorità għolja u tiġi integrata aħjar fl-oqsma ta' politika kollha marbuta mad-diżabilità;

14.

Jinnota li l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali jenħtieġ li tiġi implimentata b'tali mod li jiġi żgurat aċċess sħiħ għall-aspetti kollha tagħha għall-persuni b'diżabilità;

Il-parteċipazzjoni

15.

Jilqa' l-proġett tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, jinkludu lill-pajjiżi kollha f'inizjattiva fit-tul futura bil-ħsieb li jinkiseb kamp ta' applikazzjoni identiku għall-kard Ewropea għall-parkeġġ, u jinkludu aċċess għas-servizzi li jagħti lok għal parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali u t-turiżmu;

16.

Jinsab imħasseb dwar l-użu kontinwu tal-mudell mediku ta' diżabilità li aktar jiffoka fuq id-dijanjożi medika tal-persuni b'diżabilità milli fuq l-ostakoli ambjentali li jħabbtu wiċċhom magħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti bidu għal reviżjoni ta' dan l-approċċ, b'mod partikolari fil-qasam tal-ġbir tad-data; jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw modi kif issir ħidma lejn definizzjoni komuni ta' diżabilità;

17.

Jilqa' l-progress miksub fir-rigward tat-Trattat ta' Marrakexx; josserva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-opinjoni tagħha tal-14 ta' Frar 2017, indikat li l-UE għandha kompetenza esklużiva fir-rigward tal-konklużjoni tat-Trattat ta' Marrakexx, peress li l-korp tal-obbligi tat-Trattat ta' Marrakexx jaqa' f'qasam li fil-biċċa l-kbira diġà huwa kopert minn regoli komuni tal-UE; jirrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri jistabbilixxu pjan ta' azzjoni biex jiżguraw li dan jiġi implimentat bis-sħiħ; jistieden lill-UE ma tirratifikax l-opzjoni li tikkonċerna l-piż ekonomiku;

18.

Huwa tal-fehma li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, b'mod partikolari fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, iridu jirrispettaw il-UNCRPD u jenħtieġ li jkomplu jrawmu d-deistituzzjonalizzazzjoni bħala kwistjoni ta' prijorità u li jenħtieġ li, barra minn hekk, jiffinanzjaw servizzi ta' appoġġ biex jippermettu li l-persuni b'diżabilità jgawdu d-dritt li jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità; jemmen li l-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-kundizzjonalitajiet ex ante dwar it-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal servizzi bbażati fil-komunità, li jridu jkunu konkreti u vverifikati fir-rigward tal-kwalità b'mod kontinwu u trasparenti; jemmen li l-proposti għal proġetti ffinanzjati mill-UE, inklużi dawk fil-qafas tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u s-self mill-Bank Ewropew tal-Investiment, jenħtieġ li jirrispettaw ir-regoli tal-aċċessibilità permezz ta' approċċ ta' disinn għal kulħadd; iqis li wieħed ma jistax jiddependi biss fuq l-istrumenti finanzjarji sabiex jinkisbu dawn l-objettivi;

19.

Jenfasizza li hemm ħtieġa li jiġi żgurat aċċess liberu għal komunikazzjoni li tkun adatta għat-tip ta' diżabilità, u jenfasizza li dan huwa ta' importanza vitali f'dak li jikkonċerna l-parteċipazzjoni ċivika tal-persuni b'diżabilità;

20.

Jinsab imħasseb dwar l-ostakoli għall-parteċipazzjoni li l-persuni taħt tutela u dawk li jgħixu f'istituzzjonijiet iħabbtu wiċċhom magħhom fl-Ewropa, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-persuni mċaħħda mill-kapaċità ġuridika tagħhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha minquxa fit-trattati u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni billi jaċċelleraw il-proċess tad-deistituzzjonalizzazzjoni u jissostitwixxu t-teħid ta' deċiżjonijiet sostituttiv b'teħid ta' deċiżjonijiet appoġġat;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti mis-serje ta' rapporti regolari tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/109/KE (16) u 94/80/KE (17), tinkludi valutazzjoni ta' jekk humiex qed jiġu interpretati b'mod konsistenti mal-Artikolu 29 tal-UNCRPD;

22.

Jenfasizza l-fatt li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jsofru minn diskriminazzjoni doppja minħabba l-intersezzjoni tal-ġeneru u d-diżabilità, u ħafna drabi jistgħu saħansitra jkunu esposti għal diskriminazzjoni multipla li tirriżulta mill-intersezzjoni tal-ġeneru u d-diżabilità mal-orjentazzjoni sesswali, l-età, ir-reliġjon jew l-etniċità;

23.

Itenni li n-nisa b'diżabilità ta' spiss ikunu f'pożizzjoni aktar żvantaġġata mill-kontropartijiet irġiel tagħhom u jkunu aktar ta' spiss f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali;

24.

Iqis li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jenħtieġ li jipprovdi gwida f'livell Ewropew u tal-Istati Membri fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tan-nisa u l-bniet b'diżabilità, u jenħtieġ li jkollu rwol attiv fil-ħidma ta' promozzjoni biex jiġu żgurati drittijiet ugwali u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni;

25.

Ifakkar li l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost il-persuni b'diżabilità hija marbuta mill-qrib mal-kwistjoni tat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-membri tal-familja li ta' sikwit jaġixxu ta' ndokraturi mhux imħallsa u ma jitqisux bħala persuni impjegati; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri jippreżentaw strateġiji nazzjonali ta' appoġġ għall-indokraturi informali, li fil-maġġoranza tagħhom huma nisa qraba ta' persuni b'diżabilità;

26.

Jenfasizza li l-għadd ta' anzjani qiegħed jikber u li, skont id-WHO, il-prevalenza tad-diżabilità hija ogħla fost in-nisa, li huma affettwati b'mod partikolari minn dan il-fenomenu minħabba li l-istennija tal-għomor tagħhom hija itwal; jenfasizza li, għalhekk, se jkun hemm żieda proporzjonali fin-numru ta' nisa b'diżabilità;

27.

Jenfasizza l-valur tal-istrumenti mikrofinanzjarji għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu dawn l-istrumenti disponibbli aktar faċilment għan-nisa b'diżabilità;

28.

Jenfasizza li, bl-għan li jiġi żgurat għajxien indipendenti għall-persuni b'diżabilità, huwa meħtieġ li jingħata appoġġ lil riċerka u innovazzjoni mmirati lejn l-iżvilupp ta' prodotti li jgħinu lill-persuni b'diżabilità fl-attivitajiet ta' kuljum tagħhom;

L-ugwaljanza

29.

Jenfasizza li l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni jinsabu fil-qalba tal-Istrateġija dwar id-Diżabilità;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza d-diżabilità fl-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 tagħha;

31.

Jiddispjaċih ħafna dwar l-imblokk prolongat fil-Kunsill Ewropew rigward il-progress lejn id-direttiva kontra d-diskriminazzjoni, u jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-adozzjoni tad-Direttiva Orizzontali kontra d-Diskriminazzjoni (18), sabiex isir progress lejn soluzzjoni prammatika, li jenħtieġ li tinkludi l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja għall-persuni b'diżabilità, inkluż ir-rikonoxximent taċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli bħala forma ta' diskriminazzjoni, u ta' diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali;

32.

Jinsab allarmat bid-data eżistenti dwar id-diskriminazzjoni u l-abbuż ta' persuni b'diżabilità; għadu mħasseb bil-każijiet ta' sottorappurtar minħabba l-inaċċessibilità ta' mekkaniżmi ta' lment u ta' rappurtar, u nuqqas ta' fiduċja u sensibilizzazzjoni fir-rigward tad-drittijiet; jinsisti li jenħtieġ li tinġabar data diżaggregata skont il-ġeneru u jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ta' metodu ġdid għall-ġbir tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' każijiet ta' imbark miċħud u rifjut ta' assistenza jew assistenza mhux disponibbli;

33.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza kollha għandhom mandat fil-qasam tad-diżabilità, riżorsi adegwati u l-indipendenza biex jipprovdu l-assistenza meħtieġa lill-vittmi ta' diskriminazzjoni, u jiżguraw li kwalunkwe estensjoni tal-mandat tagħhom tkun akkumpanjata minn żieda fir-riżorsi umani;

34.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiffinanzjaw taħriġ u jiżviluppaw mudelli ta' prattika tajba minn u għall-persuni b'diżabilità, l-organizzazzjonijiet tagħhom, it-trejdjunjins, il-federazzjonijiet tal-impjegaturi, il-korpi tal-ugwaljanza u l-impjegati taċ-ċivil dwar il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, u akkomodazzjoni raġonevoli;

35.

Jistieden lill-UE tiżviluppa programmi ta' riċerka li jindirizzaw il-prinċipji tal-ugwaljanza meta tkun qed tfassal il-qafas post Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Iżvilupp;

L-impjieg

36.

Jenfasizza li l-aċċess għas-suq tax-xogħol huwa kwistjoni olistika li tirrikjedi l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ li jirriżultaw f'sitwazzjoni favorevoli kemm għall-individwu kif ukoll għall-impjegatur, filwaqt li tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali u li jenħtieġ li jinkludu proċeduri ta' reklutaġġ aċċessibbli, trasport aċċessibbli minn u lejn il-post tax-xogħol, progress fil-karriera, taħriġ kontinwu, kif ukoll akkomodazzjoni raġonevoli u postijiet tax-xogħol aċċessibbli; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-Kompendju ta' prattiki tajbin dwar l-impjieg appoġġat għall-persuni b'diżabilità fl-UE u fl-EFTA-ŻEE;

37.

Jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva, inkluża l-adozzjoni ta' perċentwali minimi rigward l-impjieg ta' persuni b'diżabilità fis-setturi pubbliċi u privati;

38.

Jiddispjaċih li ċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli ma tikkostitwix diskriminazzjoni fi ħdan il-qafas tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi (19), u dan ġie kkritikat mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; ifakkar li l-ewwel artikolu tad-Direttiva dwar it-trattament ugwali fl-impjieg jipprojbixxi kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' diżabilità;

39.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-nases tal-benefiċċji ma jikkostitwux ostakolu għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, u jitlob is-separazzjoni tal-benefiċċji relatati mad-diżabilità mill-appoġġ għad-dħul b'kont meħud tal-kura addizzjonali u l-ħtiġijiet l-oħra li l-persuni b'diżabilità jista' jkollhom, sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża u jgawdu minn aċċess għas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jiżguraw li l-benefiċċji relatati mad-diżabilità ma jiġux irtirati minħabba raġunijiet ta' impjieg;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-intrapriżi soċjali f'konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta' Bratislava u tad-Dikjarazzjoni ta' Madrid dwar l-Ekonomija Soċjali bħala sors importanti ta' opportunitajiet ta' impjieg għal persuni b'diżabilità;

41.

Jistieden lill-Istati Membri, b'konformità mal-UNCRPD, jikkunsidraw li jneħħu l-ostakoli ġuridiċi kollha għall-impjegabilità, inklużi, pereżempju, il-miżuri li jmorru kontra l-Artikolu 12 tal- UNCRPD, li ma jħallux lill-persuni b'diżabilità jiffirmaw kuntratti tax-xogħol, jiftħu kont bankarju u jkollhom aċċess għal flushom, u b'hekk jispiċċaw finanzjarjament esklużi, jew il-klawżoli nazzjonali li jiddikjaraw ċerti kategoriji ta' persuni b'diżabilità bħala “mhux kapaċi jaħdmu”;

42.

Jenfasizza l-importanza tar-riintegrazzjoni u r-riabilitazzjoni effettivi kif ukoll tal-miżuri ta' attivazzjoni u żamma f'soċjetà li qed tixjieħ, li jagħtu lok sabiex in-nies jerġgħu lura x-xogħol jew jibqgħu jaħdmu wara marda jew diżabilità fiżika, mentali jew emozzjonali;

43.

Ifakkar li t-tfigħ tal-piż finanzjarju tal-assistenza fuq il-persuni b'diżabilità u s-sħab tagħhom inaqqas mhux biss id-dħul attwali tagħhom imma anki l-prospetti ta' impjieg u d-dħul tagħhom meta jixjieħu;

44.

Jifhem li l-miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inklużi l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, bħax-xogħol intelliġenti, it-telexogħol u s-sigħat tax-xogħol flessibbli jistgħu jkunu ta' ġid għall-persuni b'diżabilità u pożittivi għas-saħħa mentali, filwaqt li jiżguraw sigurtà u stabilità għal kulħadd, iżda jinsab imħasseb minħabba li l-ambjenti tax-xogħol diġitali jaf joħolqu ostakoli ġodda jekk ma jkunux aċċessibbli u jekk ma tkunx provduta akkomodazzjoni raġonevoli;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-prattiki tajbin u ħżiena f'rapporti futuri biex tippermetti lil min iħaddem jimplimenta b'mod effettiv il-leġiżlazzjoni dwar id-diżabilità;

46.

Jinsab imħasseb minħabba li f'xi Stati Membri, il-persuni b'diżabilità li jaħdmu f'workshops protetti mhumiex rikonoxxuti formalment bħala ħaddiema skont il-liġi, jitħallsu inqas mill-paga minima u mhumiex intitolati għall-istess vantaġġi soċjali li jgawdu l-ħaddiema regolari;

47.

Jinsab partikolarment imħasseb dwar iż-żgħażagħ b'diżabilità u dawk li ilhom qiegħda għal perjodu itwal ta' żmien; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu favur l-inklużjoni taż-żgħażagħ b'diżabilità fis-suq tax-xogħol bħala kwistjoni ta' prijorità, pereżempju, billi jistabbilixxu ċentri ta' konsulenza għall-karriera speċjali sabiex jagħtu pariri lill-istudenti u ż-żgħażagħ qiegħda dwar il-karrieri futuri tagħhom, jew bħala parti mill-programm ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu d-diversità bħala argument għall-vijabilità u jinkoraġġixxu karti tad-diversità li jippromovu l-valur miżjud tal-persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol;

49.

Jistieden lill-UE tiżgura li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom ikunu inklużi fil-pakkett propost dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

L-edukazzjoni u t-taħriġ

50.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li ħafna tfal b'diżabilità fi Stati Membri differenti tal-UE għadhom esklużi mill-edukazzjoni inklużiva ta' kwalità minħabba, pereżempju, politiki ta' segregazzjoni kif ukoll minħabba numru ta' ostakoli arkitettoniċi, li jikkostitwixxu forma ta' diskriminazzjoni kontra t-tfal u ż-żgħażagħ b'diżabilità;

51.

Jenfasizza li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma essenzjali għall-impjegabilità tal-persuni b'diżabilità u li l-impjegaturi jenħtieġ li jkunu involuti fil-proċess sabiex jintegraw il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità, anki, iżda mhux esklużivament, billi jitqiesu l-benefiċċji possibbli tat-teknoloġiji l-ġodda f'oqsma bħalma huma t-tiftix ta' impjieg, l-iżvilupp personali u t-tisħiħ tal-indipendenza;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu l-ostakoli ġuridiċi, fiżiċi u organizzattivi għall-persuni b'diżabilità kollha sabiex jiġu garantiti s-sistemi ta' edukazzjoni inklużiva u tagħlim tul il-ħajja;

53.

Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jiżguraw akkomodazzjoni raġonevoli għat-trainees, u jesiġi li l-proċeduri tal-applikazzjoni għat-traineeships ikunu aċċessibbli u li jiġu offruti traineeships speċifiċi għall-persuni b'diżabilità, inklużi traineeships abbażi ta' inċentivi għall-impjegaturi;

54.

Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li Erasmus + u programmi oħra għaż-żgħażagħ, bħalma huma l-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, ikunu kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità permezz ta' akkomodazzjoni raġonevoli individwalizzata u li l-informazzjoni dwar id-drittijiet ta' aċċessibilità tagħhom tkun disponibbli għall-persuni b'diżabilità sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom; jirrakkomanda, għal dan l-għan, li l-għodod eżistenti, bħalma huma dawk previsti, pereżempju, fil-pjattaforma ta' mobilità inklużiva MappED! jiġu mmassimizzati;

55.

Jiddispjaċih li l-aġenda l-ġdida għall-ħiliet ma tinkludix mira speċifika għall-persuni b'diżabilità; jenfasizza li s-sottoimpjieg u d-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol attwali tal-persuni b'diżabilità wkoll huma ħela ta' ħiliet siewja; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tqis il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità fl-inizjattivi futuri kollha relatati mal-ħiliet;

56.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri effettivi mmirati biex jindirizzaw is-segregazzjoni u r-rifjut tal-istudenti b'diżabilità fl-iskejjel u fl-ambjenti tat-tagħlim, u jiżviluppaw, f'dan il-kuntest, programmi nazzjonali ta' tranżizzjoni biex jiġu żgurati edukazzjoni inklużiva u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità, kemm formali kif ukoll mhux formali, inkluż għall-persuni b'diżabilità li jeħtieġu livell għoli ta' appoġġ, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-UNCRPD;

57.

Jenfasizza l-importanza tat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-persunal edukattiv, b'mod partikolari biex jingħata appoġġ lill-persuni bi ħtiġijiet kumplessi;

58.

Jirrakkomanda li jsir użu aħjar mill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva sabiex il-mandat eżistenti tagħha jiġi mmassimizzat;

59.

Jenfasizza li huwa essenzjali li l-għalliema u dawk li jħarrġu jiġu mħejjija biex jaħdmu mat-tfal b'diżabilità u li jingħataw appoġġ adegwat; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jfasslu edukazzjoni inklużiva, taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu għall-għalliema u għal dawk li jħarrġu, b'kontribut mingħand varjetà ta' partijiet interessati, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità u l-professjonisti b'diżabilità;

60.

Jitlob, fid-dawl tar-rata għolja ta' tluq bikri mill-iskola fost iż-żgħażagħ b'diżabilità u/jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali, l-esplorazzjoni ulterjuri tal-opportunitajiet offruti mit-tagħlim tul il-ħajja u l-għoti ta' alternattivi attraenti; iqis li l-promozzjoni ta' programmi ta' tagħlim tul il-ħajja għall-persuni b'diżabilità hija parti vitali mill-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità;

61.

Jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-edukazzjoni inklużiva u t-tagħlim tul il-ħajja bejn l-għalliema, il-persunal, il-korpi governattivi, l-istudenti u t-tfal tal-iskola b'diżabilità;

62.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, minkejja t-titjib, il-persuni b'diżabilità għadhom f'riskju għoli ta' qgħad u li inqas minn 30 % spiċċaw l-edukazzjoni terzjarja jew edukazzjoni ekwivalenti, meta mqabbla ma' madwar 40 % għall-persuni mingħajr diżabilità; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħtu attenzjoni speċjali lid-diffikultajiet li ż-żgħażagħ b'diżabilità u/jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali jiltaqgħu magħhom matul it-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni sekondarja u universitarja u/jew mit-taħriġ vokazzjonali għall-impjieg;

63.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-kumpaniji tal-UE jimplimentaw politiki favur id-diversità u l-Karti tad-Diversità nazzjonali;

64.

Jenfasizza li ż-żgħażagħ b'diżabilità jipparteċipaw inqas fl-attività fiżika minn żgħażagħ bħalhom mingħajr diżabilità u li l-iskejjel għandhom rwol importanti fl-adozzjoni ta' stil ta' ħajja san; jenfasizza, għalhekk, kemm hu importanti li titrawwem il-parteċipazzjoni ikbar taż-żgħażagħ b'diżabilità fl-attivitajiet fiżiċi; jistieden lill-Istati Membri biex ineħħu b'ħeffa l-ostakoli kollha eżistenti li jxekklu l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità jew tal-persuni bi bżonnijiet speċjali fl-attivitajiet sportivi;

65.

Ifakkar fil-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk diġitali u li jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jibbenefikaw bis-sħiħ mill-Unjoni Diġitali; jenfasizza, f'dan il-kuntest, kemm hu importanti li jittejbu l-ħiliet u l-kompetenzi diġitali tal-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari permezz ta' proġetti finanzjati mill-programm Erasmus+, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni taċ-ċittadini vulnerabbli – inklużi l-persuni b'diżabilità – online, permezz ta' miżuri effiċjenti kontra d-diskors ta' mibegħda, il-bullying ċibernetiku u l-forom kollha ta' diskriminazzjoni online u billi jipprovdu aktar edukazzjoni fil-litteriżmu diġitali u medjatiku bħala parti mill-edukazzjoni kemm mhux formali kif ukoll formali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jagħmlu l-għodda teknoloġiċi edukattivi adegwati disponibbli mingħajr ħlas għat-tfal b'diżabilità, sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet edukattivi u ta' taħriġ;

Il-protezzjoni soċjali

66.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istrateġija tal-UE tad-Diżabilità 2030 tinkludi azzjonijiet speċifiċi għall-promozzjoni ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali inklużivi fl-UE kollha, li jiggarantixxu l-aċċess għall-benefiċċji u s-servizzi għall-persuni b'diżabilità tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu bażi ta' protezzjoni soċjali għal persuni b'diżabilità, li tiżguralhom standard ta' għajxien adegwat;

67.

Jistieden lill-koleġiżlaturi jikkunsidraw l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità bħala grupp fil-mira speċifiku fir-Regolament dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali (20);

68.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku meta jwettqu l-valutazzjoni u d-determinazzjoni tagħhom ta' diżabilità, u dan jenħtieġ li jsegwi u ma jridx jikkomprometti l-mudell ta' diżabilità tal-UNCRPD bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu l-ostakoli ambjentali u soċjetali li persuna tiltaqa' magħhom u bl-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha sabiex jiġi żgurat li l-istandards tal-għajxien tal-persuni b'diżabilità ma jiġux ipperikolati, pereżempju, mill-programmi ta' aġġustament ekonomiku;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jintegra d-diżabilità fl-aspetti kollha;

70.

Jirrakkomanda li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-fondi soċjali futuri tal-UE jintużaw mhux biss għal miżuri ta' attivazzjoni tal-impjieg, iżda anki għall-inklużjoni soċjali; jenfasizza l-importanza tar-riabilitazzjoni bħala mezz ta' inklużjoni soċjali biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jibqgħu attivi fi ħdan il-komunità;

71.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi, bħall-għoti ta' assistenza finanzjarja u kura ta' serħan, għall-promozzjoni ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali inklużivi madwar l-UE li jiggarantixxu standard ta' għajxien adegwat, benefiċċji u aċċess għas-servizzi għall-persuni kollha b'diżabilità tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja;

72.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li d-deistituzzjonalizzazzjoni qatt ma twassal biex il-persuni b'diżabilità jispiċċaw bla dar minħabba nuqqas ta' akkomodazzjoni adegwata u/jew aċċessibbli biex tingħata l-kura fil-komunità;

Is-saħħa

73.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva tal-2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (21); jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi komponent qawwi ta' diżabilità fit-traspożizzjoni tad-Direttiva sabiex jiġi garantit l-aċċess għal kura tas-saħħa transkonfinali affordabbli u ta' kwalità għall-persuni b'diżabilità; jistieden, b'rabta ma' dan, lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tad-Direttiva bl-għan li tirrevediha sabiex issir konformi mal-UNCRPD u tħejji gwida għall-UE kollha dwar l-integrazzjoni tad-diżabilità fil-ħidma tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali bi kriterji komuni ta' prestazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għad-diżabilità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu edukazzjoni u taħriġ xierqa lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa dwar il-ħtiġijiet speċifiċi tal-pazjenti b'diżabilità;

74.

Huwa mħasseb dwar il-ksur, inkluż ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fis-servizzi tas-saħħa mentali u tal-kura, li f'ħafna każijiet kellu impatt sinifikanti fuq il-kwalità tas-servizzi pprovduti, u jinnota li dawk is-servizzi jridu jkunu ffokati fuq l-irkupru, iffinanzjati b'mod xieraq u pprovduti skont mudell ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem;

75.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw servizzi tas-saħħa mentali li jirrikjedu li tkun il-persuna b'diżabilità nfisha, u mhux persuna oħra li tieħu d-deċiżjonijiet minflokha, li tagħti l-kunsens infurmat għat-trattament u għall-ammissjoni fl-isptar, filwaqt li jitqiesu wkoll miżuri ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'mod assistit;

76.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-saħħa elettronika u s-servizzi tas-saħħa u tal-kura jkunu kompletament aċċessibbli u jkunu jistgħu jintużaw b'mod sikur mill-persuni kollha b'diżabilità, inklużi dawk b'diżabilitajiet intellettwali u ħtiġijiet kumplessi, u mill-membri tal-familja tagħhom;

77.

Jiġbed l-attenzjoni lejn kemm hu urġenti li jiġi indirizzat in-nuqqas ġenerali ta' aċċess għal kura speċjalizzata multidixxiplinari għall-persuni b'diżabilità u, fejn din teżisti, li jiġi indirizzat ukoll iż-żmien twil li l-pazjenti jkollhom jistennew, bħala ostakolu mill-akbar għall-aċċess ugwali għall-prevenzjoni u t-trattament għall-kura tas-saħħa, li spiss jirriżulta fid-deterjorament tal-kundizzjoni tal-pazjent b'diżabilità u f'piż li jkun seta' jiġi evitat fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa;

78.

Jirrimarka li s-sistemi tal-kura tas-saħħa għandhom jiżguraw id-detezzjoni, ir-rappurtar u l-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali u/jew l-abbuż sesswali;

79.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-għadd ta' servizzi ta' valutazzjoni u ta' valutazzjoni mill-ġdid multidixxiplinari għall-adulti b'diżabilità, bil-għan li jiġu żviluppati pjanijiet imfassla apposta li jkunu jistgħu jiġu implimentati billi jintużaw riżorsi territorjali (bħal servizzi tad-djar/ta' kura matul il-jum/residenzjali) li jissodisfaw ir-rekwiżiti bijopsikosoċjali identifikati;

80.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-qafas tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza sabiex jiżviluppaw kura tas-saħħa multidixxiplinari u speċjalizzata għall-persuni b'diżabilità b'mod ġenerali u, b'mod partikolari, għal dawk b'diżabilità rari, u sabiex jespandu l-aċċess għal tali kura tas-saħħa;

81.

Jenfasizza n-nuqqas ta' attenzjoni fir-rigward tad-diżabilitajiet min-naħa tal-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Forza tax-Xogħol tal-UE fil-Qasam tal-Kura tas-Saħħa u l-aġenda tal-UE dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti, peress li mhumiex trattati b'mod speċifiku fiż-żewġ testi;

82.

Jenfasizza s-suċċess tat-tieni Azzjoni Konġunta dwar id-Demenzja, filwaqt li jittama li, għall-perjodu tat-tliet snin li jmiss, se jiġu żborżati fondi addizzjonali mill-kumpaniji farmaċewtiċi li jieħdu sehem fl-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi;

83.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq strateġija rigward l-assistenza ta' persuni b'diżabilità serja wara l-mewt ta' qraba tagħhom li kienu jieħdu ħsieb il-kura ta' kuljum tagħhom (ara l-liġi Taljana adottata reċentement “dopo di noi”);

84.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tal-lakuni li jeżistu bejn l-Osservazzjonijiet Konklużivi tan-Nazzjonijiet Uniti u r-rapport ta' progress tagħha stess, speċifikament fir-rigward tal-qasam tal-prijorità tas-saħħa tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità;

85.

Jitlob promozzjoni konsistenti tal-għoti ta' kura ostetrika lokali bħala servizz pubbliku fl-Istati Membri, sabiex jitnaqqsu l-każijiet ta' diżabilità li jirriżultaw minn kumplikazzjonijiet fit-twelid u jkun żgurat twelid sikur kemm għall-ommijiet kif ukoll għat-trabi, b'konformità mal-Lista ta' Kontroll tat-Twelid Sikur tal-WHO;

86.

Huwa kuntent bil-progress li sar fis-settur Ewropew tat-telemediċina li għandu l-potenzjal jibdel b'mod fundamentali l-kapaċità ta' persuni b'diżabilità biex jaċċedu għas-servizzi; jemmen, barra minn hekk, li l-użu tat-teknoloġija 4G, l-introduzzjoni tal-5G u l-firxa tal-Internet tal-Oġġetti se jwasslu għal titjib fl-għoti tal-kura tas-saħħa għall-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-settur Ewropew tat-teknoloġija tas-saħħa ma jkunx mgħobbi b'regolamentazzjoni eċċessiva u jkollu aċċess adegwat għall-finanzjament;

L-azzjoni esterna

87.

Jitlob li l-azzjoni esterna tal-UE tkun konformi bis-sħiħ mal-UNCRPD;

88.

Jistieden lill-UE tiżgura li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-azzjoni umanitarja jkunu kompletament aċċessibbli u inklużivi fir-rigward tal-persuni b'diżabilità;

89.

Jistieden lill-UE tintroduċi indikatur tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fir-rappurtar uffiċjali tal-assistenza għall-iżvilupp;

90.

Jistieden lill-UE tiżgura li jkollha rwol ewlieni fl-iżgurar li l-persuni b'diżabilità ma jitħallewx jaqgħu lura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, skont l-impenn meħud fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, u tinkludi l-indirizzar tad-diskriminazzjoni multipla li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni vulnerabbli u l-gruppi emarġinati;

91.

Jistieden lill-Kummissjoni tkun minn ta' quddiem nett fil-kisba ta' implimentazzjoni b'mod li jkun jinkludi lill-persuni b'diżabilità tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fl-azzjoni esterna, indipendentement minn strateġija Ewropea ġdida dwar id-diżabilità, permezz tal-adozzjoni ta' pjan direzzjonali ċar, trasparenti u inklużiv biex jinkisbu l-għanijiet;

92.

Jiddispjaċih li l-indikatur tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-UE dwar l-impjieg mhuwiex diżaggregat skont id-diżabilità; jistieden lill-UE tħeġġeġ id-diżaggregazzjoni tad-data skont it-tip ta' diżabilità b'kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab;

93.

Jistieden lill-UE u s-sħab tagħha jinkludu lill-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-politiki u tal-proġetti, inkluż fuq il-post fil-pajjiżi sħab bil-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità;

94.

Itenni li n-nisa b'diżabilità ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' sfidi u perikli saħansitra ikbar f'pajjiżi involuti f'kunflitt u f'żoni ta' kunflitt; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li n-nisa b'diżabilità jkunu protetti fil-politiki esterni tal-UE;

L-obbligi fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE

95.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħmlu l-funzjonalità, il-kontenut, id-dokumenti, il-vidjows u s-servizzi tal-web tas-siti web esterni u interni tagħhom aċċessibbli, inklużi l-konsultazzjonijiet pubbliċi, u jippubblikaw ir-rapporti ta' osservanza u konformità fir-rigward tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-obbligi dwar l-aċċessibilità għall-web;

96.

Jiddispjaċih li l-proġett INSIGN li jippermetti komunikazzjoni indipendenti għall-persuni torox u dawk neqsin mis-smigħ matul l-interazzjoni tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE billi jiġu konnessi ma' interpreti tal-lingwa tas-sinjali u persuni responsabbli mid-didaskalija fl-Istati Membri għadu ma ġiex implimentat, minkejja li l-Kummissjoni ffinanzjat l-iżvilupp tal-prototip tal-pjattaforma ta' servizz, li ġie ttestjat b'suċċess fil-Parlament Ewropew fl-2014;

97.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex, fuq talba sempliċi, jagħmlu l-laqgħat pubbliċi kollha tagħhom aċċessibbli, inkluż permezz ta' provvediment ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, didaskalija mid-diskors għat-test u dokumenti pprovduti bil-Braille, kif ukoll permezz ta' metodi ta' komunikazzjoni awmentattivi u alternattivi oħrajn u l-aċċessibilità fiżika tal-bini tagħhom; jirrikonoxxi d-diffikultajiet biex jiġu pprovduti sottotitoli għax-xandir bi streaming kollu u l-vidjows kollha tal-laqgħat; jitlob, madankollu, lill-istituzzjonijiet ikomplu jimmonitorjaw l-iżviluppi teknoloġiċi f'dan il-qasam sabiex tittejjeb l-aċċessibilità fil-futur;

98.

Jagħti parir lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jagħtu prijorità lill-interpretazzjoni minn u għal-lingwa/lingwi nazzjonali tas-sinjali pjuttost milli l-Lingwa Internazzjonali tas-Sinjali, b'konformità mal-politika tal-UE dwar il-multilingwiżmu;

99.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-elezzjonijiet tagħhom tal-Parlament Ewropew ikunu aċċessibbli u jkunu jinkludu lil dawk li attwalment qed jgħixu f'istituzzjoni u/jew taħt tutela;

100.

Jirrikonoxxi n-nuqqas ta' proċessi elettorali aċċessibbli u inklużivi għall-persuni b'diżabilità, speċjalment għall-persuni b'diżabilitajiet mentali/intellettwali, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri; Iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew jiżgura li l-materjali ta' komunikazzjoni tagħhom dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ikunu kompletament aċċessibbli;

101.

Jistieden lill-iskejjel, il-faċilitajiet għall-indukrar tat-trabi u ċ-ċentri ta' wara l-iskola Ewropej jipprovdu edukazzjoni ta' kwalità, inklużiva u konformi mal-UNCRPD għat-tfal kollha tal-persunal tal-UE, inklużi dawk bi bżonnijiet ta' appoġġ kumplessi jew ta' livell għoli;

102.

Jistieden lill-UE tiffaċilita il-provvediment ta' akkomodazzjoni raġonevoli u forom oħra ta' appoġġ għall-impjieg, bħax-xogħol intelliġenti għall-impjegati, inkluż għall-assistenti parlamentari b'diżabilità fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE;

103.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli konġunti, id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni, ir-rappreżentanza tal-persuni b'diżabilità, l-aċċessibilità u l-prattiki tar-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tagħha biex iġġibu konformi mal-UNCRPD;

104.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE jistabbilixxu punti fokali, u jenfasizza l-ħtieġa ta' mekkaniżmu ta' koordinament interistituzzjonali orizzontali fid-Direttorati Ġenerali u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jitlob li l-arranġamenti meħtieġa sabiex dan jinkiseb, ikunu jiffurmaw parti minn strateġija ta' implimentazzjoni tal-UNCRPD;

105.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jadottaw politiki komprensivi ta' reklutaġġ, żamma u promozzjoni, inklużi miżuri pożittivi temporanji, biex iżidu b'mod attiv u sostanzjali l-għadd ta' uffiċjali jew persunal u trainees b'diżabilità, inklużi diżabilitajiet psikosoċjali u intellettwali b'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78/KE;

106.

Ifakkar fir-rwol tal-Intergrupp dwar id-Diżabilità tal-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità, skont il-Konvenzjoni tan-NU, bħala pjattaforma li ġġib flimkien membri parlamentari Ewropej u nazzjonali u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet u tas-soċjetà ċivili, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak lokali; jinnota li l-Intergrupp huwa forum privileġġat għat-tħeġġiġ tad-diskussjonijiet u d-dibattiti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-istrateġija;

107.

Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jikkonsultaw bis-sħiħ u jinvolvu b'mod effettiv lill-membri tal-persunal u lill-Membri b'diżabilità fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-prattiki, tal-politiki u tar-regoli interni tagħhom, inklużi r-Regolamenti tal-Persunal u d-dispożizzjonijiet dwar l-akkommodazzjoni raġonevoli u l-aċċessibilità;

Il-lakuni fir-rapport ta' progress vis-à-vis l-Osservazzjonijiet Konklużivi

108.

Jiddispjaċih li s-siti web tal-istituzzjonijiet tal-UE ma jikkonformawx mal-istandards tal-aċċessibilità tal-livell AAA; jistieden lill-Istituzzjonijiet jikkonformaw kemm jista' jkun malajr;

109.

Jiddispjaċih li l-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri dwar it-trasport għadha mhijiex implimentata bis-sħiħ fil-livell nazzjonali; jirrakkomanda, għal dan l-għan, li jiġu stabbiliti korpi nazzjonali tal-infurzar f'kull Stat Membru;

110.

Jinnota l-progress li sar f'dik li hi aċċessibilità ferrovjarja; jitlob l-istess livell ta' regolamenti tal-aċċessibilità għall-modi tat-trasport l-oħra kollha, inkluż l-ivvjaġġar bl-ajru, bl-għan li jissolvew il-kunflitti bejn is-sikurezza u l-aċċessibilità;

111.

Jinnota li d-Direttiva Orizzontali dwar it-Trattament Ugwali ma ġietx indirizzata fir-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni;

112.

Jiddispjaċih li ftit li xejn sar progress fir-rigward tar-ratifika min-naħa tal-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Fakultattiv għall-UNCRPD;

113.

Jinnota li sa issa l-Kummissjoni għadha ma wettqitx rieżami komprensiv u trasversali tal-leġiżlazzjoni tagħha sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD;

114.

Jilqa' l-lista aġġornata ta' strumenti, inklużi l-istrumenti li ġew adottati reċentement, iżda jiddispjaċih li d-dikjarazzjoni tal-kompetenzi ma ġietx riveduta u li l-lista ta' strumenti ma tinkludix strumenti li ma jirreferux b'mod speċifiku għall-persuni b'diżabilità, iżda huma xorta waħda rilevanti għall-persuni b'diżabilità;

115.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni m'għamlitx progress fl-integrazzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet b'diżabilità fil-politiki u l-programmi kollha tagħha dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u fl-inklużjoni ta' perspettiva tal-ġeneru fl-istrateġiji tad-diżabilità tagħha;

116.

Ifaħħar l-iffirmar min-naħa tal-UE tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u jistieden lill-Kunsill biex jirratifikaha malajr;

117.

Jiddispjaċih li l-politiki Ewropej attwali dwar id-drittijiet tat-tfal ma jinkludux b'mod suffiċjenti strateġija komprensiva bbażata fuq id-drittijiet għas-subien u l-bniet b'diżabilità jew salvagwardji biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom, u li l-istrateġiji tad-diżabilità ma jindirizzawx u ma jintegrawx biżżejjed id-drittijiet tas-subien u l-bniet b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni, b'konformità mal-UNCRPD u mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC), tagħti attenzjoni partikolari lit-tfal b'diżabilità; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa ta' mudelli eżemplari għan-nisa u l-bniet b'diżabilità;

118.

Jinnota li l-UE għadha ma organizzatx kampanja komprensiva biex trawwem sensibilizzazzjoni għall-UNCRPD u biex tiġġieled il-preġudizzju kontra l-persuni b'diżabilità;

Lejn Strateġija tad-Diżabilità 2030 komprensiva u effettiva

Il-kwistjonijiet orizzontali

119.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istrateġija tad-Diżabilità futura timmira li timplimenta bis-sħiħ il-UNCRPD fl-oqsma ta' politika kollha tal-UE u li tintegra l-aċċessibilità, il-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, filwaqt li tqis l-artikoli kollha tal-UNCRPD u tinkludi baġit adegwat, skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni u mekkaniżmu ta' monitoraġġ, u jkollha wkoll l-istess valur legali bħall-istrateġija attwali; huwa konxju li din l-istrateġija tista' tkun ta' suċċess biss jekk il-partijiet interessati kollha, inkluża s-soċjetà ċivili, ikunu involuti;

120.

Jenfasizza li l-istrateġija 2020-2030 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq rieżami trasversali u komprensiv tal-leġiżlazzjoni u l-politiki kollha tal-UE sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD, u li jenħtieġ li tinkludi dikjarazzjoni tal-kompetenzi riveduta;

121.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi miżuri relatati mal-integrazzjoni mill-ġdid u r-riabilitazzjoni effettivi biex jitnaqqsu jew jiġu eliminati l-effetti ta' marda jew diżabilità fiżika, mentali jew emozzjonali fuq il-kapaċità tal-qligħ ta' persuna;

122.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe strateġija futura u l-proċess ta' konsultazzjoni relatata magħha jenħtieġ li jkunu trasparenti, jinftiehmu u aċċessibbli għalkollox, u jinkludu indikaturi u punti ta' riferiment ċari;

123.

Jinnota li s-sett ta' indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-UE mhumiex inklużivi għall-persuni b'diżabilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-għan numru 4 (l-edukazzjoni), l-għan numru 5 (l-ugwaljanza bejn is-sessi) u l-għan numru 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku); jitlob li l-istrateġija futura tuża l-indikaturi globali tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-politiki ewlenin tal-UE fil-qasam tal-impjieg;

124.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-Istrateġija tad-Diżabilità futura tkun koerenti ma' inizjattivi u strateġiji oħrajn tal-UE, sabiex jitrawmu l-impjiegi u l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari n-nisa;

125.

Jirrakkomanda li l-istrateġija post 2020 tinkludi l-akkwist pubbliku u l-istandardizzazzjoni bħala kwistjonijiet orizzontali li jżidu l-impjegabilità tal-persuni b'diżabilità, kif ukoll sabiex jiġu promossi l-ġbir u l-iskambju ta' prattiki tajba fost l-Istati Membri;

126.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-proġetti ffinanzjati mill-UE jkunu konformi mal-approċċ tal-UNCRPD bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, u ma jiffinanzjaw l-ebda proġett li joħloq riżultati li ma jkunux aċċessibbi, li jeskludi l-persuni b'diżabilità, jew li ma jirrispettawx l-istandards ta' aċċessibilità;

127.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi għodda ta' valutazzjoni tal-aċċessibilità b'monitoraġġ kontinwu, inklużi indikaturi speċifiċi u objettivi tanġibbli;

128.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, b'segwitu għar-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul mill-UE, jadottaw miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet b'diżabilità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal strateġija Ewropea komprensiva għall-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront tan-nisa, b'enfasi partikolari fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità;

129.

Jirrikonoxxi li n-nisa b'diżabilità, speċjalment diżabilità intellettwali, huma aktar vulnerabbli għall-vjolenza sessista, għall-fastidju sesswali jew għal forom oħra ta' abbuż; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li minħabba l-pożizzjoni tagħhom ta' dipendenza għandhom imnejn ma jkunux kapaċi jidentifikaw jew jirrappurtaw l-abbuż; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi akkomodata aktar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità li tipprevedi miżuri preventivi intiżi biex jiġi evitat kull tip ta' abbuż u biex il-vittmi tal-vjolenza jingħataw appoġġ ta' kwalità għolja, aċċessibbli u mfassal apposta;

130.

Jistieden lill-UE tintegra l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità fil-firxa kollha tal-leġiżlazzjoni tal-UE u fil-proċess tas-Semestru Ewropew; Jitlob, f'dan ir-rigward, li jkun hemm djalogu strutturat u ġenwin bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità għat-tfassil tal-istrateġija post 2020;

131.

Jirrakkomanda li l-istrateġija futura tinkludi r-rwol essenzjali tas-servizzi ta' appoġġ għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem mill-persuni b'diżabilità;

132.

Jirrakkomanda li l-istrateġija futura tinkludi kwistjonijiet li jirrigwardaw it-taħriġ tal-persunal, li huma fundamentali sabiex jingħata appoġġ skont il-prinċipji tal-UNCRPD;

Oqsma addizzjonali ta' azzjoni

133.

Iħeġġeġ li l-ugwaljanza, il-perspettiva tal-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni, inkluż, pereżempju, fir-rigward tal-persuni LGBTQI b'diżabilità li huma esposti għal diskriminazzjoni multipla, jiġu integrati fl-oqsma kollha tal-istrateġija futura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu kampanji u korsijiet ta' taħriġ favur is-sensibilizzazzjoni għall-UNCRPD u għall-ħtieġa li d-diversità tiġi rispettata sabiex jiġu miġġielda d-diskriminazzjoni, l-istigma u l-preġudizzji kontra l-persuni b'diżabilità, il-persuni b'diżabilitajiet psikosoċjali u dawk b'diżabilità relatata mat-tagħlim jew bl-awtiżmu;

134.

Jenfasizza li jrid isir aktar biex jingħelbu l-isterjotipi u l-preġudizzji dwar id-diżabilità fil-midja sabiex jinbidlu n-normi soċjali prevalenti ta' esklużjoni; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jinvestu f'inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku sabiex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jkunu rappreżentati bħala ċittadini ugwali sabiex jiġu miġġielda l-isterjotipi dwar id-diżabilità;

135.

Jinnota l-intersezzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u d-diżabilità, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsens infurmat dwar l-użu tal-kontraċettivi, l-isterilizzazzjoni furzata u l-aċċess għad-drittijiet riproduttivi; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-ħtieġa li jevalwaw il-leġiżlazzjoni tagħhom f'dan ir-rigward;

136.

Iħeġġeġ lill-UE tintegra d-drittijiet tat-tfal b'diżabilità fl-oqsma kollha tal-istrateġija futura;

137.

Jirrikonoxxi li l-kapaċità ġuridika hija wieħed mill-prerekwiżiti għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt tal-vot, u li kwalunkwe strateġija ġdida trid tirsisti sabiex ħadd ma jiġi mċaħħad mill-kapaċità ġuridika abbażi tad-diżabilità fl-oqsma kollha tal-ħajja; jenfasizza, għal dan l-għan, li l-UE jenħtieġ li tiżgura li l-persuni kollha b'diżabilità jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha minquxa fit-trattati u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, bħall-aċċess għall-ġustizzja, il-prodotti u s-servizzi, inklużi s-servizzi bankarji, l-impjiegi u l-kura tas-saħħa, kif ukoll il-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej u d-drittijiet tal-konsumatur b'konformità mal-Konvenzjoni, u tinkoraġġixxi miżuri nonkoerċittivi u teħid ta' deċiżjonijiet b'appoġġ bi qbil mal-UNCRPD;

138.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tinkludi l-miżuri kollha possibbli fl-istrateġija l-ġdida biex tiżgura l-libertà u s-sigurtà tal-persuni kollha b'kull tip ta' diżabilità b'konformità mal-Konvenzjoni u l-Kumitat tal-UNCRPD;

139.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni żżomm il-prinċipju tas-sħubija fir-regolamenti futuri dwar il-finanzjament u tiżgura li dan jiġi rispettat bis-sħiħ;

140.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-involviment strutturali tal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-proċessi kollha ta' teħid ta' deċiżjonijiet, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE, u tiffinanzja l-bini ta' kapaċità tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità sabiex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod strutturali fid-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernawhom; jistieden lill-Istati Membri jkomplu jagħtu taħriġ dwar l-UNCRPD biex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom sabiex id-diskriminazzjoni tkun tista' tiġi evitata;

141.

Ifakkar li l-Kumitat tal-UNCRPD esprima t-tħassib kbir tiegħu dwar is-sitwazzjoni prekarja tal-persuni b'diżabilità fil-kriżi tal-migrazzjoni attwali fl-UE; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tintegra d-diżabilità fil-politiki tagħha dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati u tiżgura li l-finanzjament kollu tal-UE ddirezzjonat biex tiġi affrontata din il-kriżi umanitarja jkun inklużiv fir-rigward tad-diżabilità;

142.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri jiddiżaggregaw id-data skont it-tipi ta' diżabilità, u jaħdmu mill-qrib mal-Eurostat biex jiġbru data komparabbli dwar id-diżabilità f'oqsma differenti, li tkun tinkludi l-persuni li jgħixu fl-istituti, filwaqt li l-istrateġija dwar id-diżabilità tiġi konnessa mal-proċess tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli;

143.

Jenfasizza l-bżonn ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, miżurabbli u komparabbli, inkluż dwar l-aċċessibilità, l-ugwaljanza, l-impjieg, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa, l-eżiti tal-iskejjel u l-għadd ta' studenti fl-edukazzjoni inklużiva, sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-UNCRPD min-naħa tal-UE u l-Istati Membri, u jħeġġeġ bil-qawwa li tinġabar id-data biex jiġu applikati dawn l-indikaturi;

144.

Iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa sistema ta' indikaturi abbażi tad-drittijiet tal-bniedem b'kooperazzjoni mal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, kif ukoll sistema ta' ġbir komprensiv ta' data komparabbli, b'data diżaggregata skont il-ġeneru, l-età, il-popolazzjoni rurali jew urbana u t-tip ta' indeboliment;

145.

Jirrikonoxxi li l-persuni b'diżabilità intellettwali huma partikolarment vulnerabbli għad-diskriminazzjoni u l-abbuż, u ta' sikwit jitpoġġew f'istituti, mingħajr ebda aċċess għall-edukazzjoni u mingħajr ebda awtodeterminazzjoni;

146.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali biex jilħqu lil dawk l-aktar vulnerabbli, bħalma huma l-persuni b'diżabilità mingħajr saqaf fuq rashom;

147.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ kontinwu tal-implimentazzjoni tal-UNCRPD b'konformità mal-Artikolu 33 tagħha u b'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità;

148.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta' intolleranza b'rabta mat-titjib tar-reġistrar u l-ġbir ta' data dwar reati ta' mibegħda tirrifletti għalkollox ir-reati ta' mibegħda kontra l-persuni b'diżabilità;

149.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jallokaw riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti u stabbli għall-oqfsa ta' monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 33(2) tal-UNCRPD sabiex dawn iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti;

150.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi riżorsi adegwati lill-Qafas ta' Monitoraġġ tal-UE, sabiex dan ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu b'mod indipendenti u adegwat;

151.

Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI) kull sena jirċievi għadd konsiderevoli ta' petizzjonijiet li jkunu jirreferu għad-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni b'diżabilità madwar l-UE kollha fl-attivitajiet tagħhom ta' kuljum f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmien oqsma prinċipali ta' azzjoni identifikati fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità u kwistjonijiet oħra tal-aċċessibilità, bħalma huma l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-suq tax-xogħol, l-ambjent mibni u t-trasport, l-oġġetti u s-servizzi, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-parteċipazzjoni fil-ħajja politika, pubblika u kulturali;

152.

Jistieden lill-Istati Membri kollha jirratifikaw il-UNCRPD u jiffirmaw il-Protokoll Fakultattiv;

153.

Jenfasizza r-rwol ta' protezzjoni li jiżvolġi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet permezz tal-proċess tal-petizzjonijiet (flimkien mal-Ombudsman Ewropew, maħtur biex jipproteġi liċ-ċittadini f'każ ta' amministrazzjoni ħażina) fil-kuntest tal-qafas tal-UE għall-UNCRPD, li jippermetti li l-petizzjonanti jressqu lment kontra ksur tad-drittijiet tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali; jenfasizza li l-petizzjonijiet li jirċievi l-Kumitat juru l-ħtieġa li jiġi adottat approċċ effettiv, orizzontali, nondiskriminatorju u bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-politiki tad-diżabilità; jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali fit-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-persuni b'diżabilità fl-UE u fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD min-naħa tal-UE;

154.

Jenfasizza li l-maġġoranza tal-petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini Ewropej jikkonċernaw id-diffikultajiet involuti fil-proċeduri ta' applikazzjoni, fil-ksib ta' rikonoxximent u fir-rigward ta' ħlasijiet tardivi tal-pensjoni tal-invalidità min-naħa tal-amministrazzjonijiet rilevanti; jissottolinja li, fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità u l-qasam ta' azzjoni tagħha ddedikat għall-protezzjoni soċjali, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lil dawn il-kwistjonijiet, b'konformità mal-Artikolu 28 tal-UNCRPD dwar standard ta' għajxien adegwat u protezzjoni soċjali;

o

o o

155.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.

(2)  UNCRPD/C/EU/CO/1.

(3)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(4)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2016)0485.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2016)0360.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2016)0318.

(8)  ĠU C 353, 27.9.2016, p. 41.

(9)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.

(10)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.

(11)  Fil-kuntest ta' din ir-riżoluzzjoni, “ċittadini sħaħ” jenħtieġ li tinftiehem fis-sens tal-UNCRPD – jiġifieri li kull persuna b'diżabilità jenħtieġ li tibbenefika b'mod sħiħ mid-drittijiet tal-bniedem kollha.

(12)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' April 2013, HK Danmark, Kawżi Konġunti C-335/11 u C-337/11, ECLI:EU:C:2013:222, paragrafi 29-30; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Marzu 2014, Z, C-363/12, ECLI:EU:C:2014:159, paragrafu 73; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Mejju 2014, Glatzel, C-356/12, , ECLI:EU:C:2014:350, paragrafu 68.

(13)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta' imbark miċħud u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqgħodu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34).

(17)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura f'elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini ĠU L 368, 31.12.1994, p. 38).

(18)  Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1).

(21)  Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/130


P8_TA(2017)0440

Is-Sħubija tal-Lvant: Is-Summit ta' Novembru 2017

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (2017/2130(INI))

(2018/C 356/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 8 u t-Titolu V, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 36 u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll il-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra t-tnedija tas-Sħubija tal-Lvant fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009 bħala sforz komuni tal-UE u s-sħab tal-Lvant tagħha l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tas-Summits dwar is-Sħubija tal-Lvant tal-2011 f'Varsavja, tal-2013 f'Vilnius u tal-2015 f'Riga,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-mexxejja ta' 27 Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea adottata f'Ruma fil-25 ta' Marzu 2017,

wara li kkunsidra rakkomandazzjonijiet minn u l-attivitajiet tal-Assemblea Parlamentari Euronest, tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant, u tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP),

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), b'mod partikolari r-rapport tal-2017 dwar l-implimentazzjoni tar-rieżami tal-PEV (JOIN(2017)0018) u d-dokument ta' ħidma rivedut tal-2017, bit-titolu “Is-Sħubija tal-Lvant – 20 Riżultat għall-2020: Enfasi fuq il-prijoritajiet ewlenin u r-riżultati tanġibbli” (SWD(2017)0300), kif ukoll il-Komunikazzjoni tal-2016 dwar l-“Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea”,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-PEV u s-Sħubija tal-Lvant,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2017 dwar it-72 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (1), għar-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-każ ta' Afgan Mukhtarli u s-sitwazzjoni tal-midja fl-Ażerbajġan (2), tas-6 ta' April 2017 (3) u tal-24 ta' Novembru 2016 (4) dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja, tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2017 (5), tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Istati tas-Sħubija tal-Lvant (6), tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni/iż-Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna (7) u tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (8),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlamenti tal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna tat-3 ta' Lulju 2017,

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0308/2017),

A.

billi s-Sħubija tal-Lvant hija bbażata fuq impenn kondiviż bejn l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova, l-Ukrajna u l-Unjoni Ewropea bil-għan li japprofondixxu r-relazzjonijiet tagħhom u jaderixxu mad-dritt internazzjonali u l-valuri fundamentali, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll l-ekonomija tas-suq soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba;

B.

billi s-Sħubija tal-Lvant tfittex li tikseb l-għanijiet komuni tal-promozzjoni tal-istabbiltà, il-bini ta' fiduċja u l-kooperazzjoni, l-appoġġ għal riformi demokratiċi, ir-relazzjonijiet tajba mal-viċinat, is-soluzzjoni paċifika tal-kunflitt u l-kooperazzjoni reġjonali, it-tisħiħ tal-kuntatti bejn in-nies u l-ixprunar tal-kummerċ, sabiex jitkattar id-djalogu u l-assoċjazzjoni politika kif ukoll il-kooperazzjoni ekonomika u l-integrazzjoni;

C.

billi permezz tal-Istrateġija Globali u, l-PEV riveduta tagħha, l-UE tfittex li tqarreb is-sħab tagħha permezz ta' assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika mħaffa mal-UE, waqt li fl-istess ħin għandha l-għan li tippromwovi l-istabbilizzazzjoni politika, ir-reżiljenza tas-soċjetà u l-prosperità ekonomika fil-viċinat tagħha, u toffri opportunitajiet għal relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi privileġġati skont il-livell ta' ambizzjoni ta' kull pajjiż imsieħeb;

D.

billi, minħabba li l-UE tikkunsidra l-kooperazzjoni bħala valur fiha nnifisha u temmen bis-sħiħ li din twassal għal sitwazzjonijiet ta' benefiċċju reċiproku għall-partijiet kollha kkonċernati, hemm impenn min-naħa tal-UE biex tkompli taħdem mal-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant sakemm il-valuri ewlenin Ewropej ma jiġux dubitati jew imxekkla;

E.

billi l-UE u s-sħab tagħha jinħtieġu li jqabblu r-riżorsi u l-istrumenti mal-impenji magħmula u billi s-sħab għandhom jiffokaw aktar fuq l-implimentazzjoni tal-ftehimiet eżistenti;

F.

billi l-parteċipanti fis-Summit ta' Riga fl-2015 talbu li jsir progress sas-Summit li jmiss fl-oqsma ta': (1) it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-governanza tajba, (2) il-mobbiltà u l-kuntatti bejn il-persuni, (3) l-iżvilupp ekonomiku u l-opportunitajiet tas-suq, u (4) il-konnettività, l-effiċjenza tal-enerġija, l-ambjent u t-tibdil fil-klima;

G.

billi twettaq progress sinifikanti mill-aħħar Summit, partikolarment bil-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ ta' tliet Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni inkluża Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv (DCFTA) mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, kif ukoll reġimi mingħajr viża mal-Georgia u l-Ukrajna sa mill-2017 (u mal-Moldova sa mill-2014), il-konklużjoni ta' negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Imtejba u Komprensiva mal-Armenja (li jservi bħala eżempju ta' kif is-sħubija tal-Unjoni Ekonomika Ewroasjatika u l-parteċipazzjoni fl-istrateġiji tal-viċinat tal-UE jistgħu jgħixu flimkien), it-tnedija ta' negozjati dwar ftehim komprensiv ġdid mal-Ażerbajġan, l-adozzjoni ta' riformi kbar f'għadd minn dawn il-pajjiżi bl-appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju tal-Unjoni Ewropea, u t-tkomplija tal-politika ta' parteċipazzjoni kritika fil-konfront tal-Belarussja;

H.

billi mit-tnedija tas-Sħubija tal-Lvant fi Praga, xi membri fundaturi esperjenzaw deterjorament ġenerali tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u t-treġġigħ lura ta' xejriet ta' demokratizzazzjoni; billi l-iffaċilitar ta' tranżizzjoni kontinwa għal tkabbir inklużiv, responsabbli, demokraziji stabbli u vijabbli hi waħda mill-isfidi ewlenin;

I.

billi żieda fil-mobbiltà u t-tisħiħ tal-kuntatti bejn il-persuni bejn il-pajjiżi sħab u l-UE tibqa' strument indispensabbli għall-promozzjoni tal-valuri Ewropej;

J.

billi pjan ġdid ta' ħidma strateġika propost mill-Kummissjoni Ewropea u s-SEAE li jgħaqqad flimkien il-kooperazzjoni bilaterali u dik reġjonali għandu l-għan li jiggwida l-ħidma futura mill-UE u s-sitt pajjiżi sħab billi jiffoka fuq għoxrin riżultat li jistgħu jinkisbu sal-2020;

K.

billi l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tas-sħab tal-Lvant tal-UE għadhom mhedda minn kunflitti reġjonali mhux solvuti, inklużi wħud li tnedew u li għadhom attivament sostnuti mill-Federazzjoni Russa f'kontradizzjoni mal-impenji internazzjonali tagħha li tiddefendi l-ordni ġuridiku internazzjonali; billi l-UE għandha twettaq rwol aktar attiv fis-soluzzjoni paċifika tal-konflitti kollha li għadhom għaddejjin fil-viċinat tagħha; billi l-aggressjoni Russa fil-konfront tal-Ukrajna, l-annessjoni tal-peniżola tal-Krimea u l-okkupazzjoni kontinwa taż-żewġ reġjuni tal-Georgia, kif ukoll it-theddid ibridu Russu inklużi l-attivitajiet ta' destabilizzazzjoni u propaganda, jheddu s-sigurtà Ewropea kollha kemm hi;

L.

billi l-politika tas-Sħubija tal-Lvant hija bbażata fuq id-dritt sovran ta' kull wieħed mis-sħab li jagħżel il-livell ta' ambizzjoni u l-miri li jaspira għalihom fir-relazzjonijiet tiegħu mal-UE; billi s-sħab li jfittxu relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE għandhom ikunu kapaċi li jaċċedu għal aktar appoġġ u assistenza biex jinkisbu miri stipulati reċiproċi, jekk dawn jissodisfaw l-impenji ta' riforma eżistenti, bi qbil mal-prinċipju ta' “aktar għal aktar”;

1.

Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna:

Dwar il-futur tas-Sħubija tal-Lvant

(a)

li jiżguraw li s-summit ta' Novembru 2017 ikun wieħed li jħares 'il quddiem, li jinjetta dinamiżmu ġdid u li jfassal viżjoni politika ċara għall-futur tas-sħubija tal-Lvant bħala politika fuq il-perjodu twil; li jiżguraw li r-riżultati ta' dan is-Summit ta' Novembru 2017 ikollhom bħala l-ewwel prijorità, il-provviżjoni ta' bażi għad-difiża tal-valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari r-rispett tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-drittijiet ċivili, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi, li fuqhom hija bbażata s-Sħubija tal-Lvant, filwaqt li jenfasizza li dawn il-valuri jinsabu fil-qalba tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni u jirrikonoxxi l-impenji tas-sħab ikkonċernati biex jimplimentaw u jippromwovu dawn il-valuri;

(b)

li jissodisfaw l-aspettattivi għolja taċ-ċittadini fil-pajjiżi sħab kollha rigward il-qerda tal-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt u l-governanza tajba; li jfittxu għalhekk l-impenn imġedded tas-sħab biex jadottaw u jimplimentaw b'mod sħiħ ir-riformi relatati mal-ġudikatura, l-amministrazzjoni pubblika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, skont pjani direzzjonali b'objettivi u skadenzi definiti biċ-ċar;

(c)

li jsaħħu s-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab u r-rwol tagħha fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant, kemm bħala attur dispensabbli fil-proċess ta' konsolidazjoni demokratika u bħala pjattaforma għal kooperazzjoni reġjonali billi topponi mingħajr kompromess kull tip ta' leġiżlazzjoni u miżuri li jfittxu li jnaqqsu l-attivitajiet leġittimi tagħha u billi jħeġġu l-involviment aktar profond tagħha fit-tfassil, fl-iskrutinju u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' riformi marbuta mas-Sħubija kif ukoll bil-promozzjoni tat-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet pubbliċi;

(d)

li jinkoraġġixxu r-riformi elettorali li jiżguraw li l-oqfsa legali jkunu konformi mal-istandards internazzjonali, mar-rakkomandazzjonijiet minn missjonijiet ta' osservazzjoni internazzjonali mmexxija mill-OSKE u mal-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u li jistgħu jinkisbu permezz ta' proċess trasparenti, u jkunu s-suġġett ta' konsultazzjoni wiesgħa u, sa fejn ikun possibbli, kunsens mal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, sabiex jittejbu l-oqfsa elettorali mingħajr l-ebda preġudizzju lejn il-partiti fil-gvern; li jiżguraw l-applikazzjoni stretta mill-UE tal-kundizzjonalità eżistenti fir-rigward tar-riforma elettorali;

(e)

li jiżguraw li l-eżitu tas-Summit ta' Novembru 2017 jieħu kont tar-riżultati tanġibbli li diġà nkisbu, li jenfasizza l-bżonn li jiġu ssodisfatti l-impenji kollha diġà magħmula u li jipprovdi impetu ġdid għall-futur tas-Sħubija, inkluż it-twassil ta' riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini, partikolarment f'termini ta' impjiegi, it-tnaqqis tad-diskrepanzi soċjoekonomiċi, it-trasport u l-konnettività, l-indipendenza tal-enerġija, il-mobbiltà u l-edukazzjoni, filwaqt li tittieħed nota tal-fatt li Pjan ġdid ta' Investiment Estern Ewropew (PIE) huwa strument importanti f'dan ir-rigward;

(f)

li jkomplu bl-isforzi mmirati lejn l-indirizzar tal-qgħad, speċjalment il-qgħad fost iż-żgħażagħ, inkluż permezz ta' pakkett ta' miżuri ta' appoġġ għaż-żgħażagħ bħall-programm EU4Youth, u bl-iżvilupp ta' ħiliet adattati għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, it-trawwim tal-intraprenditorija u l-industriji lokali, l-appoġġ għal agrikoltura sostenibbli, l-iżvilupp tat-turiżmu u l-ekonomija diġitali, u l-espansjoni tal-infrastruttura soċjali u tas-setturi tas-servizzi pubbliċi u privati, inter alia fil-qasam tas-saħħa u tal-indukrar tas-saħħa;

(g)

li jippromwovu u jappoġġaw b'mod attiv l-implimentazzjoni ta' politiki kontra d-diskriminazzjoni fis-setturi kollha tas-soċjetà; li jiżguraw l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki pubbliċi u l-appoġġ għall-impjegabbiltà u l-intraprenditorija tan-nisa, bil-garanzija tal-kontinwità ta' politika lil hinn mid-data fil-mira tal-2020;

(h)

li jimpenjaw ruħhom biex jaħdmu flimkien fuq mobbiltà akbar bejn l-UE u l-pajjiżi sħab; li jappoġġaw lill-Moldova, lill-Georgia u lill-Ukrajna fl-implimentazzjoni tal-ftehim ta' liberalizzazzjoni tal-viża u li jiżguraw li l-mekkaniżmi ta' sospensjoni ma jiskattawx fil-futur, partikolarment permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib fl-oqsma tal-pulizija u tad-dwana sabiex issir salvagwardja kontra t-theddid għas-sigurtà, il-kriminalità u l-qbiż tas-soġġorn awtorizzat; li jiftħu djalogi dwar il-viża mal-Armenja, li jinkoraġġixxu l-progress mill-Ażerbajġan fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Viża u ta' Riammissjoni (VFA/RA) bil-ħsieb li jinfetaħ djalogu dwar il-viża fil-ġejjieni, u biex jiġu ffinalizzati n-negozjati tal-VFA/RA mal-Belarussja għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħha, jekk dawn il-pajjiżi jagħmlu progress sinifikanti fil-qasam tal-valuri fundamentali u jissodisfaw il-kondizzjonijiet preċiżi definiti fi pjanijiet direzzjonali dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża;

(i)

li jkomplu jżidu l-opportunitajiet għal kooperazzjoni aktar mill-qrib fl-oqsma tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment permezz ta' programmi bħal Erasmus+, Spreading excellence and widening participation (it-Tixrid tal-eċċellenza u firxa tal-parteċipazzjoni) u EU4Innovation kif ukoll l-għoti ta' garanziji ta' self mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment bħala parti mill-programm InnovFin tiegħu; li jipprovdu appoġġ sabiex issir ir-riforma tal-edukazzjoni u li jindirizzaw id-distakk fl-edukazzjoni u l-innovazzjoni;

(j)

li jiżguraw li r-riżultati tas-Summit ta' Novembru 2017 jipprovdu wkoll impetu mġedded sabiex jiġi xprunati t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-immodernizzar tas-setturi eżistenti, l-opportunitajiet ta' kummerċ u investiment, inklużi l-opportunitajiet intrareġjonali għal kooperazzjoni transfruntiera u b'enfasi partikolari fuq l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs);

(k)

li jitolbu appoġġ tal-UE kalibrat mill-ġdid għall-aġendi ta' Assoċjazzjoni u r-riformi strutturali relatati, b'mod partikolari dawk li jippermettu titjib fil-kompetittività, ambjent tan-negozju iktar favorevoli u aċċess adegwat għas-sorsi ta' finanzjament, inkluż permezz tal-inizjattiva EU4business; li jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni tad-DCFTAs sabiex ikun evitat id-dumping soċjali u ambjentali; li jfassalu assistenza mmirata għall-SMEs biex jgħinuhom jassorbu bis-sħiħ il-potenzjal tad-DCFTAs; li jippromwovu u jappoġġaw riforma ġenwina tas-sistema ekonomika li għandha l-għan li telimina gradwalment il-monopolji u li ddgħajjef ir-rwol tal-oligarki bl-introduzzjoni ta' liġijiet adegwati, kif ukoll permezz ta' riforma ewlenija tas-settur bankarju u finanzjarju bil-għan li jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-evażjoni fiskali;

(l)

li jappoġġaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport u l-konnettività meħtieġa, inkluż permezz ta' pjan ta' investiment ambizzjuż għan-netwerk ewlieni tat-TEN-T, u anke sabiex jippromwovu l-kummerċ intrareġjonali; li jappoġġaw proġetti infrastrutturali li se jipprovdu opportunitajiet ġodda għall-kummerċ u li jippermettu aktar komunikazzjoni u skambji bejn l-UE u l-pajjiżi sħab kif ukoll fost is-sħab infushom;

(m)

li jtejbu kemm l-indipendenza enerġetika kif ukoll l-effiċjenza permezz ta' investimenti speċifiċi u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, partikolarment fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, permezz ta' kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma prijoritarji kollha koperti mill-Unjoni tal-Enerġija tal-UE u bl-integrazzjoni aktar mill-qrib tas-swieq tal-enerġija tas-sħab mas-suq tal-enerġija Ewropew, u b'enfasi partikolari fuq l-interkonnettività u l-infrastruttura; li jiżguraw li s-sezzjonijiet onshore u offshore tal-infrastruttura ta' pipeline il-ġdida fir-reġjun, inkluż il-pipeline Nord Stream 2, jikkonformaw bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni tal-UE u mal-istrateġija tal-Unjoni tal-enerġija u li dawn ma jipperikolawx is-sigurtà enerġetika reġjonali; li jaħdmu mas-sħab tal-Lvant biex jappoġġaw l-unitajiet domestiċi l-iktar milquta mill-prezzijiet dejjem ogħla tal-enerġija;

(n)

li jiżguraw ir-rispett sħiħ tas-sigurtà nukleari internazzjonali u l-ftehimiet u l-obbligi tal-protezzjoni ambjentali; li jżidu l-isforzi lejn it-twettiq tal-impenji tat-tibdil fil-klima inkluż permezz tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u permezz tat-tneħħija gradwali tal-impjanti tal-enerġija qodma fl-Armenja u fl-Ukrajna; li jsegwu mill-qrib l-iżvilupp ta' proġetti ġodda bħall-impjant tal-enerġija nukleari f'Ostrovets, il-Belarussja;

(o)

li jiżguraw li r-riżultati tas-Summit ta' Novembru 2017 jindirizzaw ukoll it-theddid għas-sigurtà u l-kunflitti li jaffettwaw is-sovranità, l-integrità territorjali, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-istabbiltà politika, soċjali u ekonomika u l-iżvilupp tas-sħab u tar-reġjun kollu kemm hu;

(p)

li jimpenjaw ruħhom biex isostnu l-unità ta' azzjoni fost l-Istati Membri tal-UE sabiex iżommu pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, li minkejja kollox il-preżenza militari tagħha fir-reġjun kompliet tikber matul dawn l-aħħar snin, partikolarment permezz tat-tisħiħ ta' miżuri restrittivi mmirati, biex jissolva l-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna billi jikkonformaw b'mod sħiħ u ġenwin l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk u biż-żamma ta' missjoni ta' monitoraġġ tal-OSKE, biex jissolva l-kunflitt bejn ir-Russja u l-Georgia permezz ta' riżultati tanġibbli għad-Diskussjonijiet Internazzjonali ta' Ġinevra u l-implimentazzjoni sħiħa min-naħa tar-Russja tal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied tal-2008, li terġa' tiġi stabbilita s-sovranità sħiħa tal-Ukrajna fil-Krimea, u dik tal-Georgia fit-territorji okkupati tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar tal-Moldova fit-Transnistrija, biex tingħata attenzjoni adegwata dwar is-sitwazzjoni ekoloġika perikoluża fil-Lvant tal-Ukrajna, li tappoġġa s-sħab tagħha fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom, u biex itemmu t-theddid addizzjonali ta' qtil, attakki ċibernetiċi, diżinformazzjoni u tipi oħra ta' destabilizzazzjoni sponsorizzati mill-istat;

(q)

li jenfasizzaw li l-parteċipazzjoni ta' sieħeb tal-Lvant f'eżerċizzji militari fil-konfront tal-UE u/jew ta' xi wħud mis-sħab, bħall-eżerċizzju Zapad 2017 immexxi mir-Russja, mhijiex aċċettabbli; li jiżguraw li wieħed mis-sħab ma jerġax jieħu sehem f'eżerċizzji bħal dawn fil-futur;

(r)

li jsejħu għal waqfien immedjat tal-ostilitajiet militari bejn il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan, li wasslu għall-mewt mhux meħtieġa ta' persuni ċivili u suldati filwaqt xekklu l-iżvilupp soċjoekonomiku; li jaffermaw mill-ġdid l-appoġġ għall-isforzi tal-Kopresident tal-Grupp ta' Minsk tal-OSKE biex jiġi solvut il-kunflitt ta' Nagorno-Karabakh, u għall-Prinċipji Bażiċi 2009 tagħhom, li jinkludu l-integrità territorjali, l-awtodeterminazzjoni u n-nuqqas ta' użu tal-forza; li jistiednu lill-Armenja u lill-Ażerbajġan biex jerġgħu jniedu mill-ġdid in-negozjati in bona fede bil-għan li jimplimentaw dawn il-prinċipji biex jissolva l-kunflitt, li ma jistax jiġi solvut bl-użu tal-forza militari; li jappellaw lill-Gvernijiet tal-Armenja u tal-Ażerbajġan biex jorganizzaw taħdidiet ta' livell għoli u jimpenjaw ruħhom għal miżuri ta' bini ta' kunfidenza u ta' djalogu ġenwin bejn is-soċjetà ċivili Armena u tal-Ażerbajġan; li jirratifikaw ftehimiet ġodda bejn l-UE u kull waħda mill-partijiet bil-kondizzjoni li jittieħdu impenji serji u jitwettaq progress sostanzjali lejn is-soluzzjoni tal-konflitt bħal biż-żamma tal-waqfien mill-ġlied u bl-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Prinċipji Bażiċi tal-2009;

(s)

li jappellaw għal appoġġ kontinwu għall-ħidma mwettqa mill-missjonijiet tal-UE u l-OSKE fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajnatal-Lvant bħala operazzjonijiet essenzjali fl-iżgurar tal-paċi u s-sigurtà, l-ewwel u qabel kollox, għall-benefiċċju taċ-ċittadini fuq il-post; li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-mandati ta' dawn il-missjonijiet u jħeġġu lir-Russja tiggarantixxi l-aċċess mingħajr xkiel tagħhom; li jikkunsidraw li jappoġġaw l-iskjerament ta' missjoni armata tal-pulizija tal-OSKE fil-Lvant tal-Ukrajna; li jirriflettu, b'mod konġunt mal-pajjiżi sħab, dwar il-prospett ta' rwol imsaħħaħ għall-UE f'termini li tinstab soluzzjoni għal dawn il-kunflitti, inkluż billi jitniedu missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) ambizzjużi u żviluppati bil-kompitu li jtejbu s-sigurtà u l-istabbiltà;

(t)

li jistiednu lis-sħab tal-UE biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-UE biex jiġu indirizzati sfidi bħalma huma l-migrazzjoni illegali, it-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin, il-kuntrabandu u l-kummerċ illeċitu;

(u)

li jikkunsidraw, fi ħdan il-politika tal-EaP, mudell ta' “EaP+” attraenti fuq medda itwal ta' żmien għal pajjiżi assoċjati li jkunu wettqu progress sostanzjali fl-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-AA/DCFTA, li eventwalment jistgħu jwasslu biex huma jingħaqdu mal-unjoni doganali, mal-unjoni tal-enerġija, mal-unjoni diġitali u maż-żona Schengen, jitkattar aktar l-aċċess għas-suq intern tal-UE, l-integrazzjoni fin-netwerks tat-trasport tal-UE, sħubijiet industrijali, żieda fil-parteċipazzjoni fi programmi u aġenziji oħra tal-UE, kooperazzjoni ulterjuri fil-qasam tal-PSDK, u aktar miżuri immedjati bħal preferenzi tariffarji unilaterali addizzjonali, qafas ta' żmien konkret għall-abolizzjoni tat-tariffi tar-roaming bejn is-sħab u l-UE, u l-iżvilupp ta' broadband b'kapaċita għolja; li jwessgħu l-mudell “EaP+” għal pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant ladarba jkunu lesti għal tali impenji msaħħa u jkunu wettqu progress sinifikanti lejn l-implimentazzjoni ta' riformi maqbula b'mod reċiproku;

(v)

li jikkunsidraw, għal pajjiżi mhux assoċjati, mezzi ġodda ta' appoġġ għas-soċjetà ċivili, in-negozji, il-komunitajiet tal-midja akkademika u indipendenti u ż-żgħażagħ, inkluż permezz ta' finanzjament addizzjonali u sħubijiet ta' mobbiltà;

(w)

li jiżguraw li, fiż-żewġ każijiet, l-għanijiet komuni huma kemm fuq perjodu medju u fit-tul meta meħtieġ, li jinkoraġġixxu lil xi wħud mill-pajjiżi sħab biex imorru lil hinn mil-loġika ta' ċikli elettorali lejn viżjonijiet aktar strateġiċi;

Dwar l-implimentazzjoni tas-Sħubija tal-Lvant

(x)

li jtennu l-prinċipju tad-differenzjazzjoni u li l-ambitu u l-profondità tal-kooperazzjoni mal-UE jiġu determinati mill-ambizzjonijiet tagħha u minn dawk tas-sħab, kif ukoll ir-ritmu u l-kwalità tar-riformi li għandhom jiġu evalwati abbażi tal-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom, partikolarment fir-rigward tar-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba;

(y)

li jenfasizzaw li s-Sħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għal assoċjazzjoni politika mill-qrib u integrazzjoni ekonomika, inkluża l-parteċipazzjoni fil-programmi tal-UE; li jtennu li l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna ma jirrappreżentawx l-għan aħħari tar-relazzjonijiet tagħhom mal-UE; li jirrikonoxxu għal darb'oħra l-aspirazzjonijiet Ewropej ta' dawn il-pajjiżi; li jirrimarkaw, li skont l-Artikolu 49 tat-TUE u bi qbil mad-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017, kwalunkwe Stat Ewropew jista' japplika biex isir membru tal-UE, dment li jaderixxi mal-kriterji ta' Copenhagen u l-prinċipji tad-demokrazija, u li jirrispetta l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem inklużi dawk tal-gruppi ta' minoranzi u li jiżgura l-istat tad-dritt; li jħeġġu lill-Istati Membri sabiex f'dan ir-rigward, jilħqu ftehim dwar dikjarazzjoni ambizzjuża għas-Summit tal-2017, li tistabbilixxi miri rilevanti fuq il-perjodu ta' żmien twil;

(z)

li jistiednu lill-Georgia, lill-Moldova u lill-Ukrajna biex jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-aġendi ta' Assoċjazzjoni sabiex jisfruttaw l-opportunitajiet kollha disponibbli permezz tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, li jimpenjaw ruħhom ukoll fid-diskussjonijiet konġunti dwar il-progress, l-opportunitajiet u l-isfidi relatati ma' riformi marbuta ma' AA/DCFTA; li jtennu l-importanza ta' implimentazzjoni ġenwina tar-riformi msemmija hawn fuq għall-istabbiltà futura u l-iżvilupp tal-pajjiżi u l-benesseri tas-soċjetajiet tagħhom; li jaffermaw mill-ġdid li l-approfondiment tar-relazzjonijiet fi ħdan il-mudell “EAP+” kif ukoll kull prospettiva ta' sħubija fl-UE tirrikjedi progress sostanzjali f'termini tal-implimentazzjoni ta' dawn ir-riformi, speċjalment fir-rigward tal-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba;

(aa)

li jiżguraw li l-livelli ta' kooperazzjoni attwali u ulterjuri jkunu marbuta b'kundizzjonalità stretta u b'appoġġ għas-sħab, u li tiġi rispettata wkoll; li jenfasizzaw li l-appoġġ finanzjarju tal-UE lis-sħab tagħha se jkun jiddependi fuq passi konkreti ta' riforma, u l-implimentazzjoni effettika tagħhom, u li l-approċċ ibbażat fuq l-inċentivi tal-UE se jkompli jibbenefika lil dawk is-sħab l-iktar involuti f'riformi ambizzjużi; li jipprevedu l-ħlas ta' għotjiet f'pagamenti iżgħar sabiex l-UE tkun tista' tirrispondi aħjar għal kriżiijiet mhux mistennija jew għal nuqqas ta' riformi; li jenfasizzaw b'mod partikolari li mhu se jkun ratifikat l-ebda ftehim komprensiv ma' pajjiż li ma jirrispettax il-valuri tal-UE, partikolarment permezz tan-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u bil-fastidju, l-intimidazzjoni u l-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-NGOs u tal-ġurnalisti; li jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jintlaħqu punti ta' riferiment ċari qabel ma jinbeda u jiġi konkluż kull djalogu ġdid dwar reġimi mingħajr viża; li jtennu li r-rigress fuq kisbiet preċedenti b'mod sistematiku se jwassal għas-sospensjoni ta' ftehimiet, inkluż fil-qasam ta' reġimi mingħajr viża u l-finanzjament tal-UE;

(ab)

li jappoġġaw id-dimensjoni multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant bħala mezz kif tiżdied il-bini ta' fiduċja multilaterali, partikolarment f'żoni milquta mill-kunflitti, u l-ħolqien ta' opportunitajiet għal kooperazzjoni reġjonali, inkluż permezz ta' pjattaformi tas-soċjetà ċivili transnazzjonali, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-proġetti transfruntiera bħall-programmi bejn il-persuni li jinvolvu d-djalogu interkulturali u l-ġenerazzjoni żgħażugħa bħala fatturi għall-bidla;

(ac)

li jenfasizzaw l-importanza tal-komunikazzjoni ta' politiki relatati mas-Sħubija tal-Lvant b'mod koerenti u effikaċi, kemm internament kif ukoll esternament, u li jiġu pprovduti attivitajiet ta' komunikazzjoni mfassla għal reġjuni speċifiċi, partikolarment sabiex jimtela' d-distakk tal-għarfien fir-rigward tal-UE u r-relazzjonijiet mas-sħab tagħha; li jirrikonoxxu l-ħidma eċċellenti mwettqa s'issa mit-Task Force East StratCom u li jappoġġaw l-attivitajiet tagħha b'finanzjament addizzjonali; li jindirizzaw l-isfida ta' informazzjoni aħjar dwar il-benefiċċji konkreti u l-għanijiet tas-Sħubija tal-Lvant, li jdaħlu fil-mira d-diżinformazzjoni permezz ta' informazzjoni ta' kwalità msejsa fuq il-fatti u aċċessibbli bil-lingwi kollha tal-pajjiżi sħab u li jiżguraw ir-rispett sħiħ għal-libertà tal-espressjoni;

(ad)

li jsostnu li l-appoġġ tal-UE jinħtieġ ikun imfassal apposta biex jilħaq il-livell ta' ambizzjoni komuni rigward il-kooperazzjoni ma' kull sieħeb skont il-prinċipji ta' “aktar għal aktar” u “anqas għal anqas”; li jappellaw b'mod partikolari biex l-UE tallinja l-istrumenti baġitarji bħalma huma l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli mal-kompiti politiċi u mal-istrateġiji ta' implimentazzjoni b'mod partikolari fi ħdan il-proċeduri baġitarji annwali u pluriennali tagħha;

(ae)

li jilqgħu l-proposti tal-Kummissjoni biex is-sħab jiġu pprovduti b'assistenza makrofinanzjarja (MFA), filwaqt li ssir insistenza fuq kundizzjonalità stretta u effettiva mehmuża mal-proposti, notevolment f'termini tar-rispett għall-istat tad-dritt (inkluża ġudikatura indipendenti u sistema parlamentari multipartitika), l-iżgurar ta' governanza tajba (inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni b'mod effettiv) u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-midja; li jipprovdu lill-Parlament u lill-Kunsill b'rapport bil-miktub dettaljat kull sitt xhur dwar il-progress li jkun sar f'dawn it-tliet oqsma għal sħab li diġà jibbenefikaw minn tali assistenza; li jappellaw lill-Kummissjoni tfassal programmi MFA ġodda għall-pajjiżi sħab li temmew b'suċċess il-programmi tal-passat, sabiex ikun hemm dispożizzjoni sistematika għall-kundizzjonalità msemmija aktar 'il fuq fi proposti futuri għal assistenza simili, u li jiżguraw li tiġi applikata b'mod strett, partikolarment fil-każ tal-Moldova;

(af)

li jitlobu lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali oħrajn biex jaħdmu lejn l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u ta' mekkaniżmu ta' appoġġ speċifiku għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant impenjati li jimplimentaw il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni; li jitlobu l-istabbiliment ta' fond fiduċjarju għall-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova bbażat fuq l-aħjar prattiki ta' strumenti b'diversi donaturi, filwaqt li jisħqu li dan il-fond fiduċjarju jinħtieġ li jiffoka fuq investimenti privati u pubbliċi, b'mod partikolari dawk fl-infrastruttura soċjali u ekonomika u li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità ta' assorbiment ta' investiment, u fuq il-koordinazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-appoġġ ta' donaturi internazzjonali fil-post; li jikkunsidraw iż-żamma ta' konferenza tad-donaturi għall-Ukrajna b'appoġġ għall-bżonnijiet umanitarji tal-pajjiż kaġun tal-kunflitt fil-Lvant u tal-annessjoni tal-Krimea; li jiżguraw li l-użu tal-fondi kollha jkun mifli b'mod strett sabiex tiġi evitata kull miżapproprjazzjoni;

(ag)

li jtennu l-appoġġ qawwi tagħhom għal kontribut tal-parlament lejn il-politka tas-Sħubija tal-Lvant u l-iskrutinju tagħha, partikolarment fir-rigward tal-impatt tal-politika fuq il-ħajja taċ-ċittadini; li jsaħħu f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-Assemblea Parlamentari Euronest fi ħdan l-arkitettura ġdida multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll tal-Kumitati ta' Assoċjazzjoni jew ta' Kooperazzjoni Parlamentari (PAC/PCC) fi ħdan il-Kunsilli ta' Assoċjazzjoni jew Kooperazzjoni; li jilqgħu l-programmi ta' Approċċ Komprensiv ta' Appoġġ għad-Demokrazija (CDSA) li qed jiġu implimentati; li jistiednu lill-membri parlamentari mill-pajjiżi sħab biex jaħdmu flimkien biex jiskrutinizzaw l-implimentazzjoni u jiskambjaw l-aħjar prattiki; li jkabbru f'dan il-proċess, il-parteċipazzjoni tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant;

(ah)

li jieħdu nota tar-riżoluzzjoni tal-Parlament biex jiżdied il-monitoraġġ tiegħu tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali mas-sħab tal-Lvant u biex jiżdied l-iskrutinju tiegħu ta' appoġġ tal-UE f'dan ir-rigward; li jirrispondu għat-talba tal-Parlament lis-sħab u lill-Kummissjoni biex iżidu t-trasparenza tal-benefiċjarji kollha ta' finanzjament tal-UE; li jitlobu lill-Kummissjoni u lis-SEAE jibagħtu rapport dettaljat bil-miktub dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet kull sitt xhur lill-Parlament u lill-Kunsill;

(ai)

li jieħdu nota tar-riżoluzzjoni tal-Parlament biex jiżdied l-iskrutinju tiegħu tan-negozjati ta' ftehimiet internazzjonali futuri mas-sħab tal-lvant; li jappellaw lill-Kunsill biex mingħajr dewmien jipprovdi lill-Parlament bid-direttivi ta' negozjati kollha rilevanti f'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali rilevanti (9); li jilqgħu l-kooperazzjoni effettiva mill-Kummissjoni u s-SEAE mal-Parlament fl-għoti ta' informazzjoni dwar dawn in-negozjati, iżda li jintalbu jipprovdu wkoll, mingħajr dewmien, l-abbozz ta' testi ta' negozjati u ftehimiet inizjalati, f'konformità mal-Ftehim Qafas rilevanti (10);

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia, lill-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0304.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2017)0267.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2017)0126.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2016)0456.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2017)0089.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2016)0487.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2016)0018.

(8)  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 110.

(9)  ĠU C 95, 1.4.2014, p. 1.

(10)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 30 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/137


P8_TA(2017)0459

It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes (2017/2096(IMM))

(2018/C 356/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes, imressqa fit-30 ta' Mejju 2017 mir-Rappreżentanza Permanenti tal-Portugall għall-Unjoni Ewropea, u ffirmata mid-Deputat Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika Portugiża fl-ambitu ta' proċedimenti kriminali pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Distrettwali ta' Peso da Régua – fid-Distrett ta' Vila Reale (ref. NUIPC 430/16.6T9LSBP), u mħabbra fis-seduta plenarja fit-12 ta' Ġunju 2017,

wara li sema' lil Ana Gomes skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 157(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża u l-Artikolu 11 tal-Istatut tal-Membri tal-Assemblea tar-Repubblika Portugiża,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0363/2017),

A.

billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Prosekuzzjoni tar-Repubblika Portugiża tad-Distrett ta' Vila Real, Prosekuzzjoni Ġenerali tal-Qorti Distrettwali ta' Peso de Régua, ressaq talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Ana Gomes f'konnessjoni ma' dikjarazzjonijiet magħmula mill-onorevoli Gomes f'intervista lill-gazzetta ta' kuljum Diàrio de Noticias, ippubblikata mill-istess gazzetta fuq l-internet fid-29 ta' April 2016; billi t-talba intbagħtet sabiex ikun jista' jinfetaħ proċediment kriminali kontra l-onorevoli Gomes u hi tkun tista' tinstema' fl-ambitu ta' tali proċediment;

B.

billi l-artikolu fil-gazzetta rrapporta dwar perkwiżizzjonijiet fir-rigward tat-tarzni ta' Viana, u li l-onorevoli Gomes iddikjarat li “huwa sinjal li xi ħaġa qed tiċċaqlaq f'każ ta' korruzzjoni flagranti”, filwaqt li għamlet referenza għall-bejgħ, skont hi “għal ftit ċenteżmi”, tal-lanċa Atlântida;

C.

billi l-fatti denunċjati, teoretikament, jikkostitwixxu tliet reati, mwettqa mill-onorevoli Gomes, jiġifieri r-reati ta' offiża fil-konfront ta' organizzazzjoni, ta' servizz jew ta' persuna ġuridika, previsti u sanzjonati permezz tal-Artikolu 187(1) u (2)(a), u l-Artikolu 183(2) tal-Kodiċi Kriminali fil-konfront ta' żewġ partijiet ċivili, reat punibbli b'piena ta' ħabs sa mhux aktar minn sentejn jew multa kuljum għal mhux inqas minn 120 jum;

D.

billi skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom;

E.

billi l-Artikolu 5 tar-regolament tal-Parlament Ewropew jistabbilixxi li fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu rigward il-privileġġi u l-immunitajiet, il-Parlament għandu jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġiżlattiva demokratika u jiggarantixxi l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom;

F.

billi l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddeċidiet li dikjarazzjoni magħmula minn Membru barra mill-Parlament Ewropew tista' tikkostitwixxi opinjoni espressa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 meta jkun hemm valutazzjoni soġġettiva li turi rabta diretta u evidenti mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-Membru stess fil-Parlament Ewropew, u b'hekk tagħti rilevanza mhux lill-post li fih id-dikjarazzjoni tkun saret, iżda lin-natura u l-kontenut tad-dikjarazzjoni nnifisha;

G.

billi llum il-ġurnata id-dibattitu poliku qiegħed isir dejjem aktar 'il barra mill-awli tal-Parlament, permezz ta' mezzi ta' kommunikazzjoni li jvarjaw minn stqarrijiet għall-istampa, sa intervisti, blogs u l-internet;

H.

billi d-dikjarazzjonijiet magħmula waqt l-intervista inkwistjoni tal-onorevoli Gomes saru fit-twettiq tal-funzjonijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari fl-ambitu tal-attribuzzjonijiet li jidderivaw mir-rwol tagħha ta' Viċi President tal-Kummissjoni ta' Investigazzjoni inkarigata biex teżamina r-rapporti ta' ksur u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-ħasil tal-flus, l-evitar u l-evażjoni tat-taxxi;

I.

billi l-affermazzjonijiet tal-onorevoli Gomes huma direttament marbuta mad-dikjarazzjonijiet li għamlet waqt il-programm televiżiv “TVI24- Cara a Cara – Ana Gomes versus Carlos Abreu Amorim” imxandar fid-29 ta' Novembru 2013, u li għalihom il-Parlament Ewropew iddefenda l-immunità tagħha (2);

J.

billi d-dikjarazzjonijiet tal-onorevoli Gomes għalhekk jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tagħha fil-Parlament Ewropew;

1.

Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Ana Gomes;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Portugiża u lil Ana Gomes.

(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.

(2)  Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2014 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes (ĠU C 285, 5.8.2016, p. 19).


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 14 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/139


P8_TA(2017)0422

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/004 IT/Almaviva

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Italja – EGF/2017/004 IT/Almaviva) (COM(2017)0496 – C8-0322/2017 – 2017/2200(BUD))

(2018/C 356/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0496 – C8-0322/2017),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0346/2017),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin ir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u rapidu;

C.

billi l-Italja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2017/004 IT/Almaviva għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont il-kriterji ta' intervent stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG b'segwitu għall-1 646 sensja f'Almaviva Contact SpA li topera fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 82 ta' NACE Reviżjoni 2 (Attivitajiet ta' servizz ta' amministrazzjoni ta' uffiċċji, sostenn għal uffiċċji u negozju ieħor) fir-reġjun tal-Lazio tal-livell NUTS 2 fl-Italja (ITI4); billi 1 610 ħaddiema li ngħataw is-sensja huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, l-Italja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 3 347 370 skont dan ir-Regolament, ammont li jirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 5 578 950;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw l-applikazzjoni fid-9 ta' Mejju 2017, u li wara informazzjoni addizzjonali mogħtija mill-Italja, il-valutazzjoni tagħha ġiet konkluża mill-Kummissjoni fis-26 ta' Settembru 2017 u l-Parlament ġie avżat fl-istess ġurnata;

3.

Ifakkar li l-kriżi ekonomika poġġiet pressjoni sinifikanti fuq il-prezz tas-servizzi tal-kummerċjalizzazzjoni u l-assistenza lix-xerrejja ta' prodotti u ta' servizzi, li wassal għal tnaqqis tal-fatturat u l-profittabbiltà tal-fornituri tas-servizzi; filwaqt li jitqies il-fatt li l-kost lavorattiv huwa bil-bosta l-ogħla spiża tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċentri telefoniċi, jinnota li n-negozji rreaġixxew għal dawn il-kundizzjonijiet ħżiena billi rrilokaw, u b'hekk bidlu l-kost lavorattiv jew għalqu; jiddispjaċih li, bejn l-2009 u l-ewwel tliet xhur tal-2014, terz mill-intrapriżi Taljani kollha fis-settur waqqfu l-attività tagħhom;

4.

Jirrikonoxxi li dawn is-sensji huma direttament marbuta ma' tnaqqis ta' 45 % fid-dħul taċ-ċentru Almaviva f'Ruma bejn l-2011 u l-2016; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jintlaħaq ftehim mar-rappreżentanza tat-trade unions magħqudin (RSU) dwar pjan biex jiġi allinjat il-kost lavorattiv ta' Almaviva f'Ruma ma' ċentri ta' xogħol oħrajn ta' Almaviva fl-Italja, li kien ikun jissarraf effettivament fi tnaqqis tal-paga bir-riżultat li jagħlaq iċ-ċentru li jinsab Ruma;

5.

Jinnota li l-ħaddiema tas-settur taċ-ċentri telefoniċi għandhom ikunu aktar protetti, dan jimplika li għandu jiġi evitat ċaqliq ta' persunal minn ċentru għal ieħor, li jintuża bħala strateġija partikolari għal sensji massivi furzati;

6.

Jirrikonoxxi li l-ekonomija reġjonali u lokali qiegħda tirkupra bil-mod il-mod il-vitalità biss wara d-diffikultajiet kbar li jirriżultaw mill-kriżi ekonomika u finanzjarja u li s-sensji tal-massa jirriskjaw li jwaqqfu jew jinterrompu dan l-irkupru; jenfasizza l-importanza kruċjali ta' miżuri tas-suq tax-xogħol attiv, bħal dawk kofinanzjati mill-FEG, biex dan jiġi evitat;

7.

Jinnota li 79 % tal-benefiċjarji fil-mira huma nisa u li l-maġġoranza kbira minnhom għandhom bejn 30 u 55 sena; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li tinstab soluzzjoni vijabbli biex tiġi evitata s-sensja tagħhom, b'mod partikolari minħabba l-fatt li n-nisa f'din il-faxxa ta' età diġà huma inqas probabbli li jibqgħu u javvanzaw fis-suq tax-xogħol minħabba d-diffikultà li jsibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bħala riżultat tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala dawk li jagħtu l-kura b'mod informali, kif ukoll nuqqas ta' opportunitajiet indaqs fuq il-post tax-xogħol;

8.

Jisħaq li t-taħriġ u tipi oħra ta' servizzi personalizzati għandhom iqisu b'mod sħiħ tal-karatteristiċi ta' dan il-grupp ta' ħaddiema, b'mod partikolari, il-proporzjon għoli ta' nisa; jilqa' l-inklużjoni tal-ammont stmat ta' EUR 680 000 għar-rimborż tal-ispejjeż għal dawk li jieħdu ħsieb persuni dipendenti;

9.

Jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet Taljani bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji indirizzati fis-6 ta' April 2017, qabel l-applikazzjoni għal appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

10.

Jinnota li l-Italja qiegħda tippjana tmien tipi ta' miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: (i) orjentazzjoni individwali, (ii) għajnuna għat-tfittxija għal impjieg, (iii) taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, (iv) vawċers għall-impjieg mill-ġdid, (v) appoġġ għall-intraprenditorija, (vi) kontribuzzjoni għall-bidu ta' negozju, (vii) rimborż tal-ispejjeż għal dawk li jieħdu ħsieb persuni dipendenti, u (viii) rimborż tal-ispejjeż għall-mobbiltà; jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu se jkunu 17,4 % tal-pakkett kumplessiv ta' miżuri personalizzati, perċentwal li huwa sew taħt il-limitu massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG, u li dawn l-azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tiftix ta' xogħol jew ta' taħriġ;

11.

Jilqa' l-istabbiliment ta' kumitat (magħmul mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku (MiSE (4), ANPAL (5), ir-Reġjun tal-Lazio u t-trade unions) biex jiddefinixxi l-istrateġija u l-interventi b'appoġġ għall-ħaddiema li kienu jaħdmu ma' Almaviva kif ukoll ifassal pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati;

12.

Jifhem li l-użu tal-vawċers għar-reimpjegabbiltà huwa ġdid, li kien użat biss f'każ wieħed preċedenti; jenfasizza l-importanza ta' evalwazzjoni b'mod sħiħ tal-effikaċja ta' tali miżuri ladarba jkun għadda biżżejjed żmien biex id-data tkun disponibbli;

13.

Jenfasizza li l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, iżda li dawn se jkunu kkumplementati minn azzjonijiet li jkunu ffinanzjati mill-FSE jew permezz tal-fondi nazzjonali biss;

14.

Ifakkar li t-tfassil tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati bl-appoġġ tal-FEG għandu jantiċipa l-perspettivi tas-suq tax-xogħol għall-ġejjieni u l-ħiliet rikjesti u għandu jkun kompatibbli mal-bidla f'ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u li tkun sostenibbli;

15.

Ifaħħar l-impenn tal-gvern Taljan fid-definizzjoni ta' qafas ġuridiku ġdid għal ħaddiema fit-telekomunikazzjoni sabiex jiġu evitati każijiet oħra bħal dak li huwa s-suġġett tal-applikazzjoni EGF/2017/004 IT/Almaviva;

16.

Itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tistax tissostitwixxi l-azzjonijiet li jkunu r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, jew il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu aktar dettalji fil-proposti futuri dwar is-setturi li għandhom il-prospettivi ta' tkabbir, u għalhekk aktarx li jirreklutaw, kif ukoll jiġbru data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' reintegrazzjoni miksuba mill-FEG;

18.

Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

19.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Ministero dello Sviluppo Economico (MiSE)

(5)  Agenzia Nazionale per le Politiche Attive del Lavoro (ANPAL)


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata mill-Italja – EGF/2017/004 IT/Almaviva

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2017/2192.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/143


P8_TA(2017)0424

Tipoloġiji territorjali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) (COM(2016)0788 – C8-0516/2016 – 2016/0393(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 356/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0788),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0516/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta’ Lulju 2017 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Ottubru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0231/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 71.

(2)  ĠU C 342, 12.10.2017, p. 74.


P8_TC1-COD(2016)0393

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2391.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/144


P8_TA(2017)0425

Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE (COM(2016)0082 – C8-0061/2016 – 2016/0050(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 356/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0082),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0061/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Lulju 2016 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0338/2016),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel, temenda b'mod sustanzjali jew tagħmel il-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 389, 21.10.2016, p. 93.


P8_TC1-COD(2016)0050

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2017/2397.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/145


P8_TA(2017)0426

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2016)0283 – C8-0194/2016 – 2016/0148(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 356/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0283),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0194/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Bulgaru, il-Kamra tad-Deputati Ċeka, il-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra taT-30 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0077/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 34, 2.2.2017, p. 100.


P8_TC1-COD(2016)0148

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2394.)


L-Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/146


P8_TA(2017)0429

Perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati (COM(2017)0136 – C8-0116/2017 – 2017/0060(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 356/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0136),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0116/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ottubru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0332/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 67.


P8_TC1-COD(2017)0060

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni ta' atti delegati

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2017/2380.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/147


P8_TA(2017)0430

Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Karel Pinxten

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0328/2017 – 2017/0812(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0328/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0336/2017),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/148


P8_TA(2017)0431

Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Pietro Russo

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0329/2017 – 2017/0813(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0329/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0337/2017),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/149


P8_TA(2017)0432

Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Hannu Takkula

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Hannu Takkula bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0330/2017 – 2017/0814(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0330/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0338/2017),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Hannu Takkula bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/150


P8_TA(2017)0433

Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Baudilio Tomé Muguruza

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Baudilio Tomé Muguruza bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0331/2017 – 2017/0815(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0331/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0342/2017),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta mill-Kunsill għall-ħatra ta' Baudilio Tomé Muguruza bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/151


P8_TA(2017)0434

Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Bettina Jakobsen

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar in-nomina ta' Bettina Jakobsen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0332/2017 – 2017/0816(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0332/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0341/2017),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Bettina Jakobsen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/152


P8_TA(2017)0435

Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0333/2017 – 2017/0817(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0333/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0343/2017),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/153


P8_TA(2017)0436

Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Iliana Ivanova

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0334/2017 – 2017/0818(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0334/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0344/2017),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/154


P8_TA(2017)0437

Protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0721 – C8-0456/2016 – 2016/0351(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 356/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0721),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0456/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Ottubru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0236/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0223.


P8_TC1-COD(2016)0351

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2321.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tranżizzjoni

Il-Kummissjoni tfakkar li l-iskop tal-metodoloġija l-ġdida huwa li tinżamm il-protezzjoni kontinwa tal-industrija tal-Unjoni kontra prattiki kummerċjali inġusti, b’mod partikolari dawk ikkawżati minn distorsjonijiet sinifikanti fis-suq. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ser tiżgura li l-industrija tal-Unjoni ma ġġarrab l-ebda piż addizzjonali meta din titlob protezzjoni taħt l-istrument antidumping, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ talbiet potenzjali għal reviżjonijiet ta’ skadenza ppreżentati wara d-dħul fis-seħħ tal-metodoloġija l-ġdida.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 23 u l-interazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull meta jkollha l-intenzjoni li tipproduċi jew taġġorna rapport skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament Bażiku. Fejn il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jinformaw lill-Kummissjoni li jkunu jqisu li l-kundizzjonijiet għall-produzzjoni jew l-aġġornament ta’ rapport skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament Bażiku jkunu ssodisfati, il-Kummissjoni se tieħu azzjoni xierqa u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament Bażiku

Il-Kummissjoni, bla dewmien, ser tagħmel użu mill-possibbiltà prevista taħt l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament Bażiku biex tipproduċi rapporti dwar distorsjonijiet sinifikanti, b’tali mod li l-partijiet interessati jkollhom dawk ir-rapporti għad-dispożizzjoni tagħhom meta jkunu qed iħejju s-sottomissjonijiet li għalihom japplikaw l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku. Hija ser tipprovdi gwida lill-partijiet interessati dwar l-użu ta’ dawk ir-rapporti.


Il-Ħamis 16 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/156


P8_TA(2017)0446

Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u n-New Zealand (Kunsens)***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (15470/2016 – C8-0027/2017 – 2016/0366(NLE))

(Kunsens)

(2018/C 356/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15470/2016),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija dwar ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (09787/2016),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 207, l-Artikolu 212(1) ,l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0027/2017),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0327/2017),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0447.


Il-Ħamis 30 ta’ Novembru 2017

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/157


P8_TA(2017)0452

Il-Mobilizzazjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 (COM(2017)0900 – C8-0408/2017 – 2017/2265(BUD))

(2018/C 356/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0900 – C8-0408/2017),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

wara li kkunsidra t-test konġunt approvat fit-18 ta' Novembru 2017 mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A8-0359/2017), fil-kuntest tal-konċiljazzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2018,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0372/2017),

A.

billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill immobilizzaw il-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 għall-ammont ta' EUR 1 906,1 miljun lil hinn mil-limiti massimi tal-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u tal-intestatura 4 (Ewropa Globali);

B.

billi, fi ħdan dan l-ammont, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jikkumpensaw EUR 575,0 miljun kontra l-marġini mhux allokat skont l-Intestatura 2 (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali) fl-2017, kif ukoll EUR 507,3 miljun, EUR 570,0 miljun u EUR 253,9 miljun, kontra l-marġini mhux allokati skont l-Intestatura 5 (Amministrazzjoni) fl-2017, 2018 u 2019 rispettivament;

C.

billi l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li ltaqa' għall-adozzjoni tal-baġit għall-2018 sussegwentement qabel li jaġġusta t-tpaċija tal-Marġini ta' Kontinġenza msemmija hawn fuq sabiex l-ammont ikkumpensat skont l-Intestatura 5 fl-2018 jitnaqqas b'EUR 252,0 miljun u introduċa kumpens korrispondenti fl-Intestatura 5 fl-2020;

1.

Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni, bħala parti mill-ftehim dwar il-baġit għall-2018, dwar ir-reviżjoni tat-tpaċija tal-marġini ta' kontinġenza mobilizzat fl-2017, sabiex jiżdied il-marġini globali għall-impenji disponibbli għall-2018; jiddispjaċih dwar l-enfasi eċċessiva ta' xi Stati Membri fuq il-marġini disponibbli taħt il-limiti tal-QFP, li ta' spiss twassal biex jiġu injorati l-flessibilitajiet offruti mill-istrumenti speċjali;

2.

Jissottolinja, li anke mingħajr tpaċija riveduta, il-marġini globali għall-impenji fil-baġit maqbul għall-2018 diġà jammonta għal EUR 1 348,3 miljun, filwaqt li aktar minn EUR 900 miljun għadhom disponibbli skont l-Istrument ta' Flessibbiltà u l-Marġini Globali għall-Impenji (GMC); jindika li EUR 1,2 biljun oħra għandhom isiru disponibbli skont il-GMC u l-Istrument ta' Flessibilità matul l-2018;

3.

Jieħu nota li tali reviżjoni ta' tpaċija, filwaqt li mhijiex essenzjali, tirrilaxxa EUR 252 miljun tal-marġini addizzjonali fl-2018 minflok fl-2020, sabiex b'hekk tiġi pprovduta flessibbiltà addizzjonali fi stadju aktar bikri skont dan il-QFP;

4.

Jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrikorru għall-qsim tat-tpaċija skont l-Intestatura 5 bejn l-2018 u l-2020 sabiex il-baġit tal-UE jingħata l-flessibbiltà meħtieġa fl-2018; jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis konsegwenti fil-marġini tal-Intestatura 5 li se ġġib magħha din il-manuvra fl-2020; jindika li l-adozzjoni ta' tali approċċ lil hinn mill-limiti hi sinjal ċar li l-baġit tal-UE mhuwiex jiġi fornut bir-riżorsi indispensabbli biex iwettaq il-politiki u l-programmi tal-Unjoni;

5.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 50, 28.2.2017, p. 57-58.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/9.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/160


P8_TA(2017)0453

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017: Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament u impenn f'konformità mat-tbassir aġġornat tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji u multi)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017: Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn f'konformità mat-tbassir aġġornat tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji u multi) (14275/2017 – C8-0417/2017 – 2017/2217(BUD))

(2018/C 356/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2017, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Ottubru 2017 (COM(2017)0597),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017, adottata mill-Kunsill fis-27 ta' Novembru 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (14275/2017 – C8-0417/2017),

wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0379/2017),

A.

billi l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6/2017 għandu l-għan li jaġġorna kemm mil-lat ta' nefqa kif ukoll mil-lat ta' dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi;

B.

billi, mil-lat ta' nefqa, l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6/2017 inaqqas il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 7 719,7 miljun, l-aktar fil-linji baġitarji taħt l-intestatura 1b (Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali), u fuq livell inqas minn hekk, taħt l-intestaturi 2 (Tkabbir sostenibbli – riżorsi naturali), 3 (Siġurtà u Ċittadinanza) u 4 (Ewropa Globali) u fil-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), u b'hekk inaqqas il-kontribuzzjonijiet nazzjonali kif xieraq;

C.

billi l-Abbozz ta' Baġit Emenedatorju Nru 6/2017 inaqqas il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 15,33 miljun taħt l-intestatura 2 u jirrilaxxa EUR 46 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn tal-FSUE;

D.

billi mil-lat ta' dħul, l-Abbozz ta' Baġit Emenedatorju Nru 6/2017 jinkludi wkoll aġġustamenti marbuta mar-reviżjoni tal-previżjonijiet tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), tal-bażijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u tal-introjtu nazzjonali gross (ING), u tal-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit u l-finanzjament tagħhom għall-2013 u l-2016;

E.

billi l-Abbozz ta' Baġit Emenedatorju Nru 6/2017 jieħu inkunsiderazzjoni l-ammont totali ta' EUR 3 2 019,7 miljun ta' multi li sar definittiv u jeċċedi l-livell ippjanat oriġinarjament għall-baġit 2017, u jassenja d-differenza bejn tal-ewwel u tal-aħħar (li tammonta għal EUR 2 209,7 miljun) għat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji mill-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni;

F.

billi l-Abbozz ta' Baġit Emenedatorju Nru 6/2017 jirriżulta f'rimborż lill-baġits nazzjonali ta' EUR 9 829,6 miljun addizzjonali għar-rifużjoni ta' EUR 6 405 miljun li diġà ġiet ikkonfermata fid-dawl tal-Baġit Emendatorju Nru 2/2017;

1.

Jesprimi tħassib serju dwar l-eċċess fil-pagamenti ta' EUR 7 719,7 miljun; huwa partikolarment sorpriż bis-sitwazzjoni fis-subintestatura 1b tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (Fondi ESI), fejn l-Istati Membri, fis-sottomissjonijiet tagħhom ta' Lulju, irrivedew 'il isfel il-previżjonijiet tagħhom għal talbiet għal pagamanet b'EUR 5,9 biljun minħabba dewmien kontinwu fl-implimentazzjoni tal-programmi, li b'hekk qed jimpedixxu ħafna proġetti u benefiċjarji potenzjali minn appoġġ tal-Unjoni; jiddeplora wkoll il-fatt li l-Istati Membri naqsu milli jniedu l-programmi nazzjonali tagħhom għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) fuq ir-ritmu mistenni u milli jimplimentaw kif xieraq l-iskemi għar-rilokazzjoni ta' rifuġjati, li jirriżulta fi tnaqqis ta' EUR 287,6 miljun fl-intestatura 3;

2.

Jieħu nota tal-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-kawżi ta' sottoimplimentazzjoni fis-subintestatura 1b, bħalma huma l-iffokar fuq l-assorbiment tal-pakketti 2007-2013, l-adozzjoni tardiva tal-bażijiet ġuridiċi, it-tul fid-deżinjazzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali, il-bidliet li ġew introdotti permezz tal-qafas ġuridiku ġdid, u t-tnaqqis ta' inċentivi minħabba r-regola ta' diżimpenn N+3; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, skont l-aħħar previżjonijiet tal-pagamenti mill-Kummissjoni, is-sottoimplimentazzjoni se tibqa' fis-snin li ġejjin u se tirriżulta f'ammont addizzjonali ta' EUR 31 biljun ta' pagamenti li se jkollhom riperkussjonijiet fuq il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jieħu nota tal-fatt li mhux l-Istati Membri kollha għandhom l-istess diffikultajiet fl-implimentazzjoni; iħeġġeġ b'mod partikolari lil dawk l-Istati Membri b'livell għoli ta' sottoimplimentazzjoni biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw b'mod xieraq il-programmi tal-Unjoni, maqbula b'mod konġunt, bl-assistenza tal-Kummissjoni;

3.

Jiddispjaċih bid-dewmien fl-iżborż tal-fondi tal-Unjoni għal pajjiżi fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni u għal pajjiżi ġirien, li jirriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-pagamenti (- EUR 702,2 miljun) fi żmien meta dawn ikunu jinħtieġu l-aktar; jirrikonoxxi l-ambjent imprevedibbli li f'xi drabi l-Unjoni hija mitluba biex topera; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluż permezz ta' żieda fid-djalogu politiku u assistenza teknika, sabiex jiġi evitat dewmien bħal dan;

4.

Jinnota b'sodisfazzjon, b'kuntrast ma' dan, li l-programmi tal-Unjoni taħt is-subintestatura 1a “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” ġeneralment huma implimentati sew, kif jixhdu dan l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju u l-adozzjoni reċenti tat-Trasferiment Globali fejn is-subintestatura 1a tassorbi parti sinifikanti tas-sottoeżekuzzjoni tal-pagamenti f'intestaturi oħra; jisħaq li dan juri li l-Kunsill kien żbaljat fl-approċċ kostanti tiegħu li jnaqqas l-approprjazzjonijiet ta' din is-subintestatura għal raġunijiet ta' allegat nuqqas ta' kapaċità ta' assorbiment;

5.

Jiddeplora għal darb'oħra li l-ammonti rkuprati mis-sottoimplimentazzjoni ta' programmi tal-Unjoni u minn multi taħt il-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huma ddestinati biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-ING tal-Istati Membri minflok ma jintużaw għall-finanzjament tal-prijoritajiet tal-Unjoni; jenfasizza li l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6/2017 jiġġenera rimborż tal-kontribuzzjonijiet ING ta' EUR 9 829,6 miljun lill-Istati Membri minbarra r-rimborż ta' EUR 6 405 miljun li diġà ġie approvat fil-Baġit Emendatorju Nru 2/2017; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta' qbil bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fir-rigward tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni għall-2018, wara l-qari tal-Parlament u fil-bidu tal-perjodu ta' konċiljazzjoni, ammonta biss għal EUR 3 619,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 2 182,4 f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

6.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 6/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 28.2.2017.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/163


P8_TA(2017)0454

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018 (COM(2017)0270 – C8-0161/2017 – 2017/2076(BUD))

(2018/C 356/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0270 – C8-0161/2017),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

wara li kkunsidra r-riżultati tat-trilogu tas-17 ta' Novembru 2017,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0371/2017),

A.

billi, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tqiegħed għad-dispożizzjoni ammont ta' EUR 50 000 000 biex il-pagamenti bil-quddiem jitħallsu permezz ta' approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni,

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 143).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/508.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/165


P8_TA(2017)0455

Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2017)0271 – C8-0163/2017 – 2017/2077(BUD))

(2018/C 356/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0271 – C8-0163/2017),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1) (ir-Regolament dwar il-QFP) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, li l-Kummissjoni adottat fid-29 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0400), kif emendat bl-Ittra emendatorja Nru 1/2018 (COM(2017)0615),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017, u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2017 (11815/2017 – C8-0313/2017),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2018 (3),

wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-18 ta' Novembru 2017 (14587/17 – C8-0416/2017),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0370/2017),

A.

billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonjiet ta' impenn taħt l-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), jidher li hemm bżonn li jiġi mobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;

B.

billi l-Kummissjoni kienet ipproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità bl-ammont ta' EUR 817,1 miljun biex tissuplimenta l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018 lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 3, bl-għan li tiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, id-dħul tar-rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà;

C.

billi l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni kkonvokat għall-baġit 2018 qabel dwar mobilizzazzjoni ulterjuri ta' EUR 20,2 miljun bħala riżultat ta' tisħiħ fl-intestatura 3;

1.

Jinnota li l-limiti massimi għall-2018 għall-intestatura 3 ma jippermettux finanzjament xieraq ta' miżuri urġenti fil-qasam tal-migrazzjoni, id-dħul tar-rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà;

2.

Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibilità jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 837,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

3.

Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti ta' EUR 464 miljun fl-2018, EUR 212,7 miljun fl-2019, EUR 126,4 miljun fl-2020 u EUR 34,2 miljun fl-2021;

4.

Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra l-bżonn kruċjali ta' aktar flessibilità fil-baġit tal-Unjoni;

5.

Itenni l-opinjoni li ilu jħaddan li l-pagamenti li ġejjin minn impenji mobilizzati preċedentement permezz tal-Istrument ta' Flessibilità, jistgħu jingħaddu biss lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP;

6.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2017)0408


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati it-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/8.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/168


P8_TA(2017)0456

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2017/003 GR/Attica retail

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2017/003 GR/Attica retail) (COM(2017)0613 – C8-0360/2017 – 2017/2229(BUD))

(2018/C 356/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0613 – C8-0360/2017),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 7/2013 tal-Qorti tal-Awdituri li l-FEG wassal valur miżjud tal-UE meta ntuża għall-kofinanzjament ta' servizzi għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja jew benefiċċji li normalment ma jeżistux taħt is-sistemi ta' benefiċċji tal-qgħad tal-Istati Membri,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu adottati minn Jannar 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, inklużi l-kummenti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar l-applikazzjonijiet rispettivi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0367/2017),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ internazzjonali jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-Greċja ressqet l-applikazzjoni EGF/2017/003 GR/Attica retail bil-għan li tikseb kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond wara 725 sensja f'disa' impriżi, li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu fis-settur ekonomiku rilevanti tal-bejgħ bl-imnut fir-reġjun ta' Attica u f'għaxar reġjuni oħra (4);

C.

billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta' intervent previsti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG;

D.

billi sabiex tistabbilixxi rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija, il-Greċja ssostni li l-ekonomija tagħha għaddiet minn reċessjoni gravi matul sitt snin konsekuttivi (2008-2013); billi bejn l-2008 u l-2016, il-PDG Grieg naqas b'26,2 % u l-konsum pubbliku fil-Greċja naqas bi 22,8 %, filwaqt li hemm 700 000 persuna aktar li huma qiegħda fil-pajjiż; billi sa mill-2008, biex jindirizzaw il-ħlasijiet lura tad-dejn barrani, il-Gvernijiet Griegi għollew ir-rati tat-taxxa b'mod sinifikanti, irrazzjonalizzaw in-nefqa pubblika u naqqsu l-pagi fis-settur pubbliku, b'mod partikolari l-pensjonijiet, filwaqt li l-pagi tas-settur privat naqsu wkoll bħala konsegwenza tal-kombinament tal-politiki applikati; billi t-tnaqqis fl-introjtu ġie rifless fi tnaqqis fil-konsum, li affettwa bil-qawwa s-settur tal-bejgħ bl-imnut;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati, u li l-Greċja hi intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 949 150 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 4 915 250;

2.

Jinnota li l-Kummissjoni rrispettat l-iskadenza ta' 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta mill-awtoritajiet Griegi, sakemm iffinalizzat il-valutazzjoni tagħha dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja, fit-23 ta' Ottubru 2017, u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;

3.

Jinnota li d-disa' impriżi kkonċernati għandhom ħwienet u supermarkets li jbiegħu prodotti ta' konsum li ġejjin mill-bejgħ bl-imnut; jiddeplora l-fatt li l-bejgħ bl-imnut naqas bejn l-2008 u l-2015, li jvarja minn 60 % għall-ħwienet tal-apparat domestiku għal 30 % għall-bejgħ bl-imnut tal-ikel u 23 % għas-supermarkets;

4.

Jirrikonoxxi li dawn is-sensji huma direttament marbuta ma' tnaqqis fis-settur tal-bejgħ sa mill-2008; jinnota li bejn l-2008 u l-2015 intilfu 164 000 impjieg fis-setturi tal-bejgħ bl-imnut, tal-manifattura u tal-kostruzzjoni u dawn jammontaw għal 64,2 % tal-impjiegi kollha li ntilfu;

5.

Jirrimarka li mill-2008 il-kriżi ekonomika poġġiet pressjoni sinifikanti 'l isfel fuq il-kapaċità tal-akkwist tal-familji Griegi; jiddikjara li t-tnaqqis drastiku tas-self għall-impriżi u għall-individwi kellu impatt fuq il-bejjiegħa bl-imnut; jiddeplora li l-kombinament ta' dawn iż-żewġ fatturi wassal għal tnaqqis fil-fatturat globali tas-settur tal-bejgħ bl-imnut, li naqas b'aktar minn 63 % matul il-perjodu bejn l-2008 u l-2016; jirrimarka li l-miżuri ta' awsterità applikati mill-2008, b'mod partikolari t-tnaqqis fil-pagi, in-negozjar mill-ġdid tal-kirjiet u s-sospensjoni tad-data tal-maturità tal-kontijiet wasslu biex is-sitwazzjoni tiddeterjora; jindika li dan il-każ juri li l-miżuri applikati ma jistgħux jindirizzaw il-kriżi ekonomika b'mod effikaċi u fuq medda twila ta' żmien;

6.

Jenfasizza bi tħassib li r-reġjun ta' Attica, fejn huma kkonċentrati aktar minn 70 % tas-sensji, għandu rata ta' qgħad ta' 22,9 %, filwaqt li fl-10 reġjuni l-oħra r-rata tvarja minn 19,5 % fir-reġjun tal-Eġew għal 26,8 % fir-reġjuni ta' Epirus u tal-Maċedonja tal-Punent; jinsab imħasseb bil-fatt li dawn is-sensji jistgħu jaggravaw aktar is-sitwazzjoni tal-qgħad li dawn ir-reġjuni ilhom iħabbtu wiċċhom magħha mill-bidu tal-kriżi ekonomika u finanzjarja; jinnota b'mod partikolari li 31,8 % tal-popolazzjoni ta' Attica tinsab f'sitwazzjoni ta' riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali;

7.

Jinnota li l-Greċja qiegħda tippjana ħames tipi ta' miżuri: (i) gwida okkupazzjonali, (ii) taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, (iii) kontribuzzjoni għall-bidu ta' negozju, (iv) benefiċċju għat-tiftix ta' impjieg u benefiċċju għat-taħriġ, u (v) sussidju għall-ħolqien ta' impjiegi;

8.

Jinnota li 85,2 % tal-benefiċjarji fil-mira huma persuni ta' aktar minn 55 sena, li 24,8 % minnhom għandhom aktar minn 64 sena; jissottolinja li hija ħasra li ma kienx possibbli li tinstab soluzzjoni vijabbli sabiex jiġu evitati s-sensji, speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li l-età hija fattur aggravanti meta persuna tfittex impjieg; jilqa' d-deċiżjoni tal-Greċja li tipprovdi korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali lill-ħaddiema li jikkorrispondu ma' bżonnijiethom, speċjalment dawk tal-benefiċjarji anzjani, u l-bżonnijiet attwali fis-suq tax-xogħol.

9.

Jinnota u jilqa' l-fatt li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati ġie mfassal b'konsultazzjoni mas-Segretarju Ġenerali u r-rappreżentanti tal-Istitut tax-Xogħol tal-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Ħaddiema Helleniċi (GSEE); ifakkar li djalogu soċjali sod, ibbażat fuq fiduċja reċiproka u responsabbiltà konġunta, huwa l-aħjar strument sabiex jinstabu soluzzjonijiet ta' qbil u metodi komuni sabiex jantiċipaw, jipprevjenu u jiġġestixxu l-proċessi tar-ristrutturar; jissottolinja li dan id-djalogu jista' jgħin biex jipprevjeni t-telf ta' impjiegi u għalhekk, każijiet tal-FEG;

10.

Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu se jikkostitwixxu 34,72 % tal-pakkett globali ta' miżuri personalizzati, ftit inqas mill-massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament, u perċentwal ħafna aktar ogħla minn dak propost għal każijiet reċenti oħra; ifakkar li dawn l-azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet tat-tfittxija għall-impjieg jew tat-taħriġ;

11.

Jissottolinja li l-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċievu l-ebda assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni;

12.

Ifakkar li t-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati bl-appoġġ tal-FEG għandu jkun orjentat lejn inizjattivi li jikkontribwixxu għall-impjiegi, għall-kompetenzi tal-ħaddiema, għall-valorizzazzjoni tal-karrieri tagħhom bil-għan li jersqu lejn il-komunità tan-negozju, inklużi l-kooperattivi, u għandu jkun koordinat mal-programmi eżistenti tal-Unjoni, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew; jinsab konvint li strateġija koerenti tkun waħda li tnaqqas ir-riskju ta' delokalizzazzjoni u li toħloq il-kundizzjonijiet favorevoli għar-riallokazzjoni tal-produzzjoni industrijali fl-Unjoni; jinsisti fuq il-fatt li politika serja ta' prevenzjoni u ta' antiċipazzjoni tar-ristrutturar għandha tieħu preċedenza fuq kull użu tal-FEG; jenfasizza wkoll l-importanza ta' politika industrijali reali fil-livell tal-Unjoni li ġġib magħha tkabbir sostenibbli u inklużiv;

13.

Ifakkar li huwa diġà esprima tħassib dwar id-diverġenza bejn ir-riżorsi mitluba mill-FEG u l-ammonti rimborżati mill-Istati Membri fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014 (5); jistieden lill-Kummissjoni tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu previżjonijiet aktar realistiċi tal-ispejjeż mistennija, sabiex tiġi minimizzata l-ħtieġa li sussegwentement jiġu rkuprati fondi;

14.

Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet li se jkun hemm bżonn fis-suq tax-xogħol fil-futur, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

15.

Itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tistax tissostitwixxi la l-azzjonijiet li jkunu r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

16.

Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

17.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-Anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Il-Maċedonja tal-Lvant, Traċja (EL11), il-Maċedonja Ċentrali (EL12), il-Maċedonja tal-Punent (EL13), Tessalija (EL14), Epirus (EL21), il-Greċja tal-Punent (EL23), il-Greċja Ċentrali (EL24), Peloponnese (EL25), in-Nofsinhar tal-Eġew (EL42) u Kreta (EL43).

(5)  Test adottat, P8_TA(2016)0361.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2017/003 GR/Attica retail

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/6.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/172


P8_TA(2017)0457

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/005 FI/Retail

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja – EGF/2017/005 FI/Retail) (COM(2017)0618 – C8-0364/2017 – 2017/2231(BUD))

(2018/C 356/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0618 – C8-0364/2017),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0366/2017),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u rapidu;

C.

billi l-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2017/005 FI/Retail għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont il-kriterji ta' intervent stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG b'segwitu għall-1 660 sensja fi tliet impriżi li joperaw fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 47 ta' NACE Reviżjoni 2 (Negozju bl-imnut, għajr ta' vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Finlandja tal-Punent (Länsi-Suomi), ta' Helsinki-Uusimaa, tal-Finlandja tan-Nofsinhar (Etelä-Suomi) u tal-Finlandja tat-Tramuntana u tal-Lvant (Pohjois- ja Itä-Suomi) fil-Finlandja; billi 1 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;

D.

billi l-kontroll finanzjarju tal-azzjonijiet appoġġati mill-FEG jinkombi għall-Istat Membru kkonċernat, kif stabbilit fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) punt (b) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti, u li għalhekk il-Finlandja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 499 360 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 4 165 600;

2.

Jinnota li l-Kummissjoni rrispettat l-iskadenza tat-12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta mill-awtoritajiet Finlandiżi sal-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni tagħha dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjoni finanzjarja fit-23 ta' Ottubru 2017 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;

3.

Josserva li l-Finlandja sostniet li s-sensji kienu marbutin mal-bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'mod aktar partikolari t-tkabbir esponenzjali tal-kummerċ internazzjonali online; josserva, partikolarment, li ż-żieda fil-bejgħ online bl-imnut fil-Finlandja, flimkien mal-popolarità tal-ħwienet online mhux tal-UE mal-konsumaturi Finlandiżi, wasslet għal tnaqqis kostanti fil-bejgħ tal-ħwienet kbar konvenzjonali Finlandiżi mill-2014;

4.

Josserva li l-erba' reġjuni NUTS-2 kollha tal-Finlandja ntlaqtu mit-tkeċċijiet li saru f'żewġ katini ta' ħwienet Finlandiżi kbar; jirrikonoxxi li tali ħwienet ħabbtu wiċċhom ma' tnaqqis tal-profittabilità u tal-likwidità minħabba ż-żieda tal-kummerċ elettroniku, it-tibdil fid-drawwiet tax-xiri u fil-fiduċja skarsa tal-konsumaturi;

5.

Ifakkar li t-tkeċċijiet saru f'żewġ katini ta' ħwienet Finlandiżi kbar u f'waħda sussidjarja, li mill-2015 ilkoll għaddew minn problemi serji ta' tnaqqis tal-profittabilità u tal-likwidità minħabba ż-żieda tal-kummerċ elettroniku, it-tibdil fid-drawwiet tax-xiri u fil-fiduċja skarsa tal-konsumaturi; jiddispjaċih li kmieni fl-2017 tnejn mill-kumpaniji kkonċernati kellhom jagħlqu kompletament;

6.

Huwa konxju tal-fatt li, fl-istess ħin, saret bidla importanti fin-natura tal-impjiegi bl-imnut, u qegħdin jiżdiedu l-impjiegi part-time li jeħtieġu ħiliet ġodda, bħall-informatika, il-forecasting, l-analiżi tad-data, il-komunikazzjoni, l-għarfien tal-klijenti u l-ħiliet loġistiċi; jiddispjaċih li 43 % tal-persunal Finlandiż tal-ħwienet tal-imnut, ta' età ogħla minn 45 sena, ma għandux dawn il-ħiliet; iqis li l-impedimenti għal impjieg ieħor għal dawk il-persuni f'età akbar minn 50 sena jirrappreżentaw problemi importanti u jistenna b'interess evalwazzjoni tal-proġetti pilota ta' pariri dwar il-karriera li ddaħħlu għal dan il-grupp ta' ħaddiema ssensjati;

7.

Jissottolinja li numru kbir ta' ħaddiema ssensjati għandhom età ogħla minn 55 sena u 'l fuq minn 76 % huma nisa; fid-dawl ta' dan, jirrikonoxxi l-importanza tal-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol kofinanzjati mill-FEG biex itejbu l-possibilitajiet ta' reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' dawn il-gruppi vulnerabbli; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ngħatat importanza partikolari lill-adegwament tal-miżuri proposti għall-esiġenzi speċifiċi tal-gruppi kkonċernati;

8.

Jinnota li l-Finlandja qiegħda tippjana seba' tipi ta' miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: (i) miżuri ta' kowċing u miżuri oħrajn preparatorji, (ii) impjiegi u miżuri oħra ta' negozju, (iii) korsijiet ta' taħriġ, (iv) għotjiet biex jinbeda negozju, (v) proġetti pilota ta' pariri dwar il-karriera, (vi) pagi ssussidjati, (vii) allowances għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni; jilqa' pożittivament il-proġetti pilota ta' pariri dwar il-karriera ppjanati li jqisu l-kwistjonijiet fiżiċi, mentali jew ta' tip ieħor li jistgħu jagħmluha ta' impediment għal impjieg ieħor fil-każ tal-benefiċjarji f'età akbar minn 50 sena; jinnota li ġew allokati biżżejjed fondi għall-kontroll u r-rapportar;

9.

Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu se jkunu 22,05 % tal-pakkett kumplessiv ta' miżuri personalizzati, perċentwal li huwa sew taħt il-limitu massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG, u li dawn l-azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tiftix ta' xogħol jew ta' taħriġ;

10.

Jikkonstata li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal f'konsultazzjoni mar-rappreżentanti taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent ta' Uusimaa, Pirkanmaa, Pohjois-Pohjanmaa, Varsinais-Suomi u tal-Uffiċċju għall-Impjiegi u l-Iżvilupp Ekonomiku ta' Uusimaa, kif ukoll mar-rappreżentanti tal-kumpaniji u tat-trade unions;

11.

Jinnota li l-awtoritajiet Finlandiżi pprovdew garanziji li l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu appoġġ finanzjarju minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, li kwalunkwe rduppjar ta' finanzjament se jiġi evitat u li dawn se jkunu komplemantari għall-azzjonjijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali;

12.

Ifakkar li t-tfassil tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati bl-appoġġ tal-FEG għandu jantiċipa l-perspettivi tas-suq tax-xogħol għall-ġejjieni u l-ħiliet rikjesti u għandu jkun kompatibbli mal-bidla f'ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u li tkun sostenibbli;

13.

Itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tistax tissostitwixxi l-azzjonijiet li jkunu r-responsabilità tal-kumpaniji, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, jew il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu aktar dettalji fil-proposti futuri dwar is-setturi li għandhom il-prospettivi ta' tkabbir, u għalhekk aktarx li jirreklutaw, kif ukoll jiġbru data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' reintegrazzjoni miksuba mill-FEG;

15.

Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

16.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja – EGF/2017/005 FI/Retail

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/7.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/176


P8_TA(2017)0458

Proċedura baġitarja 2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-test konġunt tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14587/2017 – C8-0416/2017 – 2017/2044(BUD))

(2018/C 356/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14587/2017 – C8-0416/2017),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0400),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017, u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2017 (11815/2017 – C8-0313/2017),

wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 għall-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2017,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (1) u l-emendi baġitarji li tinkludi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 90 u l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A8-0359/2017),

1.

Japprova t-test konġunt maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li jikkonsisti mid-dokumenti li ġejjin meħuda flimkien:

lista ta' linji baġitarji mhux modifikati, mqabbla mal-abbozz tal-baġit jew mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

ċifri sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju;

ċifri linja b'linja dwar il-partiti baġitarji kollha;

dokument konsolidat biċ-ċifri u t-test finali tal-linji kollha li ġew modifikati matul il-konċiljazzjoni;

2.

Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet unilaterali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0408.

(2)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(5)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

18.11.2017

FINALI

Baġit 2018 – Elementi għal konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:

1.

Baġit 2018

2.

Baġit 2017 – Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2017

3.

Dikjarazzjonijiet

Ħarsa ġenerali

 

A.

Baġit 2018

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2018 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 160 113,5 miljun. B'mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2018 ta' EUR 1 600,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.

Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2018 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 144 681,0 miljun.

L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2018 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 837,2 miljun għall-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza.

Il-marġni globali għall-impenji qed jintuża f'livell ta' EUR 1 113,7 miljun għall-intestatura 1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-intestatura 1b Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali.

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017 (1) se tiġi emendata sabiex taġġusta l-profil ta' tpaċija biex jitnaqqas l-ammont ikkumpensat fl-intestatura 5 Amministrazzjoni fl-2018 minn EUR 570 miljun għal EUR 318-il miljun u b'mod korrispondenti tintroduċi kumpens ta' EUR 252 miljun għall-istess l-intestatura fl-2020.

L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2018 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2014, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 678,3 miljun.

B.

Baġit 2017

Skont l-elementi għal konklużjonijiet konġunti, l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2017 huwa aċċettat kif propost mill-Kummissjoni.

1.   Baġit 2018

1.1.   Linji “magħluqa”

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha li ma ġewx emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.

Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.

1.2.   Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 bl-eċċezzjoni ta':

Skont l-intestatura 3:

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL, artikolu baġitarju 18 02 04) li għalih ġew miżjuda 10 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 3 690 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

L-Uffiċċju Ewropew fil-qasam tal-Asil (EASO, artikolu baġitarju 18 03 02) li għalih ġie miżjud l-ammont ta' EUR 5 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Il-Korp Ewropew għat-Titjib tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (EUROJUST, artikolu baġitarju 33 03 04) li għalih ġew miżjuda 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 1 845 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Taħt l-intestatura 1a:

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA, artikolu baġitarju 02 05 11) li għalih ġew miżjuda 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 345 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, artikolu baġitarju 12 02 06) li għalih tnaqqsu l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit.

Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' postijiet għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2018, kif emendati mill-Ittra Emendatorja 1/2018.

Proġetti pilota/azzjonijiet preparatorji

Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 87 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 100,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament flimkien mal-azzjoni preparatorja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2018.

Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.3.   Intestaturi tal-infiq tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

1.1.11

Sistemi Ewropej ta' Navigazzjoni bis-Satellita (EGNOS u Galileo)

 

 

-4 090 000

02 05 01

Żvilupp u forniment ta' infrastrutturi u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) sal-2020

623 949 000

621 709 000

-2 240 000

02 05 02

Forniment ta' servizzi b'bażi satellitari b'titjib tal-prestazzjoni tal-GPS biex gradwalment ikun kopert ir-reġjun kollu tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) sal-2020 (EGNOS)

185 000 000

183 150 000

-1 850 000

1.1.13

Programm Ewropew tal-Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus)

 

 

-10 370 000

02 06 01

Twassil ta' servizzi operazzjonali li jistrieħu fuq osservazzjonijiet mill-ispazju u data in situ (Copernicus)

130 664 000

129 364 000

-1 300 000

02 06 02

Bini ta' kapaċità awtonoma tal-osservazzjoni tad-Dinja mill-Unjoni (Copernicus)

507 297 000

498 227 000

-9 070 000

1.1.14

Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC)

 

 

-30 000 000

15 05 01

Korp Ewropew ta' Solidarjetà

68 235 652

38 235 652

-30 000 000

1.1.31

Orizzont 2020

 

 

110 000 000

02 04 02 01

Rwol ta' tmexxija fl-ispazju

173 389 945

184 528 490

11 138 545

02 04 02 03

Żieda tal-innovazzjoni fl-intrapriżi żgħar u medji (SMEs)

36 937 021

43 178 448

6 241 427

06 03 03 01

Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika

53 986 199

56 835 072

2 848 873

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

1 827 122 604

1 842 122 604

15 000 000

08 02 02 01

Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, materjali avvanzati, teknoloġija tal-lażer, bijoteknoloġija u manifatturar u proċessar avvanzati

518 395 125

524 204 453

5 809 328

08 02 03 03

Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva

330 244 971

336 486 398

6 241 427

08 02 03 04

Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika

230 777 055

239 323 675

8 546 620

08 02 03 05

Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima

297 738 618

303 307 891

5 569 273

08 02 08

Strument għall-SMEs

471 209 870

481 209 870

10 000 000

09 04 02 01

Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

722 055 754

725 189 515

3 133 761

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet, għarfien u innovazzjoni ġodda

870 013 019

885 710 765

15 697 746

32 04 03 01

Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva

300 984 111

320 757 111

19 773 000

1.1.4

Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME)

 

 

15 000 000

02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn

199 554 000

214 554 000

15 000 000

1.1.5

Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+)

 

 

54 000 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rilevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 955 123 300

1 979 123 300

24 000 000

15 02 01 02

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea

182 672 916

212 672 916

30 000 000

1.1.7

Dwana, Fiscalis u Ġlieda Kontra l-Frodi

 

 

-1 365 232

14 02 01

Appoġġ għall-funzjonament u l-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali

80 071 000

78 860 555

-1 210 445

14 03 01

Titjib tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi tat-tassazzjoni

32 043 000

31 888 213

- 154 787

1.1.81

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) – Enerġija

 

 

-19 773 000

32 02 01 04

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrumenti Finanzjarji għall-ħolqien ta' ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti enerġetiċi.

19 773 000

0

-19 773 000

1.1.

DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

-3 965 555

02 05 11

Aġenzija tal-GNSS Ewropea

30 993 525

31 338 525

345 000

12 02 06

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

15 947 170

11 636 615

-4 310 555

1.1.

OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

-2 346 000

02 03 02 01

Sostenn għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni mwettqa mis-CEN, is-Cenelec u l-ETSI

18 908 000

18 562 000

- 346 000

26 02 01

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi

8 500 000

7 500 000

-1 000 000

29 02 01

Forniment ta' informazzjoni ta' statistika ta' kwalità, implimentazzjoni ta' metodi ġodda ta' produzzjoni ta' statistika Ewropea u tisħiħ tas-sħubija fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika

59 475 000

58 475 000

-1 000 000

1.1.

PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

51 650 000

1.1.

SPEC

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni

 

 

-2 900 000

01 02 01

Koordinazzjoni u sorveljanza ta', u komunikazzjoni dwar, l-unjoni ekonomika u monetarja, inkluża l-euro

12 000 000

11 500 000

- 500 000

04 03 01 08

Relazzjonijiet industrijali u djalogu soċjali

16 438 000

15 038 000

-1 400 000

06 02 05

Attivitajiet ta' sostenn għall-politika Ewropea tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri inklużi attivitajiet ta' komunikazzjoni

11 821 000

10 821 000

-1 000 000

 

Total

 

 

155 840 213

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 22 001,5 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 1a ta' EUR 21 239 miljun, u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 762,5 miljun.

Intestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustament maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljat fit-tabella ta' hawn taħt:

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

1.2.5

Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni komplementari speċifika)

 

 

116 666 667

04 02 64

Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

233 333 333

350 000 000

116 666 667

1.2.

PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

7 700 000

 

Total

 

 

124 366 667

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 55 532,2 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 1b ta' EUR 55 181 miljun, u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 351,2 miljun.

Intestatura 2 – Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

2.0.10

Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

 

 

- 229 900 000

05 03 01 10

Skema ta' pagament bażiku (BPS)

16 556 000 000

16 326 100 000

- 229 900 000

2.0.

PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

15 600 000

 

Total

 

 

- 214 300 000

It-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa kompletament attribwit għal aktar dħul allokat disponibbli mis-surplus tal-FAEG tal-31 ta' Ottubru 2017 li se jkopri l-ħtiġijiet kollha tas-settur kif aġġornat fl-Ittra Emendatorja 1/2018. Fost dawn il-ħtiġijiet aġġornati, l-Ittra Emendatorja 1/2018 iżżid il-ħlasijiet għal:

Bdiewa żgħażagħ b'EUR 34 miljun (partita baġitarja 05 03 01 13),

Il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent b'EUR 95 miljun (partita baġitarja 05 03 01 11),

Miżuri oħra għal-laħam tal-majjal, tjur, bajd, trobbija tan-naħal u ta' prodotti tal-annimali oħrajn b'EUR 60 miljun (partita baġitarja 05 02 15 99)

Programmi ta' appoġġ nazzjonali għas-settur tal-inbid b'EUR 7 miljun (partita baġitarja 05 02 09 08), u

Miżuri ta' ħżin għall-ħalib tat-trab xkumat b'EUR 2 miljun (partita baġitarja 05 02 12 02).

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 59 285,3 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 981,7 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 2.

Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

3.0.11

Ewropa Kreattiva

 

 

3 500 000

15 04 01

Tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet żgħar u żgħar ħafna fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, u trawwim ta' politika tal-iżvilupp u mudelli ta' negozju ġodda

34 528 000

35 528 000

1 000 000

15 04 02

Sottoprogramm kulturali — Appoġġ ta' azzjonijiet transkonfinali u promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobilità transnazzjonali

68 606 000

71 106 000

2 500 000

3.0.8

Ikel u Għalf

 

 

-6 500 000

17 04 01

Żgurar ta' stat aħjar tas-saħħa tal-annimali u livell ogħla ta' protezzjoni tal-annimali fl-Unjoni

161 500 000

160 000 000

-1 500 000

17 04 02

Żgurar tad-detezzjoni propizja ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-qerda tagħhom

25 000 000

22 000 000

-3 000 000

17 04 03

Żgurar ta' kontrolli effettivi, effiċjenti u affidabbli

57 483 000

55 483 000

-2 000 000

3.0.

DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

10 535 000

18 02 04

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

116 687 271

120 377 271

3 690 000

18 03 02

Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

85 837 067

90 837 067

5 000 000

33 03 04

Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

36 506 468

38 351 468

1 845 000

3.0.

PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

12 650 000

 

Total

 

 

20 185 000

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 493,2 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 3, u l-mobilizzazzjoni ta' EUR 837,2 miljun permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà.

Intestatura 4 – Ewropa Globali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit tal-2018

Differenza

4.0(1)

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

 

 

-95 000 000

05 05 04 02

Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

148 000 000

131 000 000

-17 000 000

22 02 01 01

Sostenn għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo (2), il-Montenegro, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

189 267 000

199 267 000

10 000 000

22 02 03 01

Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

217 400 000

167 400 000

-50 000 000

22 02 03 02

Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

274 384 000

236 384 000

-38 000 000

4.0.2

Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)

 

 

50 000 000

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti

262 072 675

296 072 675

34 000 000

22 04 01 04

Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

293 379 163

299 379 163

6 000 000

22 04 02 02

Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

351 556 726

361 556 726

10 000 000

4.0.3

Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)

 

 

20 000 000

21 02 07 03

L-iżvilupp tal-bniedem

193 374 058

205 874 058

12 500 000

21 02 20

Erasmus+ — Kontribuzzjoni mill-istrument għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI)

94 928 673

102 428 673

7 500 000

4.0.4

Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (PI)

 

 

-3 000 000

19 05 01

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-avvanz u l-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u dawk reċiproċi

126 263 000

123 263 000

-3 000 000

4.0.

OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

-1 083 000

13 07 01

Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

32 473 000

34 473 000

2 000 000

21 02 40

Ftehimiet dwar il-prodotti bażiċi

5 583 000

2 500 000

-3 083 000

4.0.

PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

8 900 000

4.0.

SPEC

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni

 

 

1 000 000

19 06 01

Sensibilizzazzjoni informattiva dwar relazzjonijiet esterni tal-Unjoni

12 000 000

15 000 000

3 000 000

21 08 01

Evalwazzjoni tar-riżultati ta' għajnuna mill-Unjoni, u segwitu u miżuri ta' awditjar

30 676 000

29 176 000

-1 500 000

21 08 02

Koordinament u promozzjoni ta' sensibilizzazzjoni rigward kwistjonijiet ta' żvilupp

13 036 000

12 536 000

- 500 000

 

Total

 

 

-19 183 000

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 9 568,8 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 256,2 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 4.

Intestatura 5 – Amministrazzjoni

L-għadd ta' postijiet fl-organigrammi tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

It-taqsima tal-Parlament li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;

It-taqsima tal-Kunsill li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li għalih EUR 800 000 ġew allokati għal partita baġitarja ġdida 2 2 1 4 Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika. Dan għandu l-għan li jgħammar lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex ikopri l-istrumenti ta' komunikazzjoni strateġika, jingaġġa esperti tekniċi fil-komunikazzjoni strateġika, isostni l-pluralità lingwistika tal-prodotti tal-komunikazzjoni strateġika u jagħmel kuntatt ma' u jżomm netwerk ta' speċjalisti li jikkuntrastaw id-diżinformazzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ġirien. Il-partita baġitarja 3 0 0 4 Nefqa amministrattiva oħra tnaqqset bi EUR 800 000 biex tkun żgurata n-newtralità baġitarja.

Barra minn hekk, l-impatt fil-Baġit tal-2018 tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li japplika mill-1 ta' Lulju 2017 huwa integrat fit-taqsimiet kollha tal-Istituzzjonijiet bil-mod segwenti:

f'EUR

Il-Parlament

-2 796 000

Il-Kunsill

- 948 000

Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi)

-13 179 600

Il-Qorti tal-Ġustizzja

- 868 800

Il-Qorti tal-Awdituri

- 357 000

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

- 193 000

Il-Kumitat tar-Reġjuni

- 146 000

L-Ombudsman

-24 600

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

-13 459

Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna

- 878 400

Total

-19 404 859

Fl-aħħar nett, it-tnaqqis addizzjonali ta' EUR 5 miljun ġie identifikat fl-Istituzzjonijiet kollha għan-nefqa relatata mal-binjiet, bil-mod segwenti:

f'EUR

Il-Kunsill

- 378 623

Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi)

-3 637 499

Il-Qorti tal-Ġustizzja

- 270 611

Il-Qorti tal-Awdituri

-96 409

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

-89 461

Il-Kumitat tar-Reġjuni

-63 393

L-Ombudsman

-7 016

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

-9 526

Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna

- 447 462

Total

-5 000 000

Bħala konsegwenza ta' dan, u wara li tqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji (EUR 3,5 miljun) proposti fl-ambitu tat-taqsima 1.2 ta' hawn fuq, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 9 665,5 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 362,5 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 5, wara l-użu ta' EUR 318,0 miljun tal-marġni biex tkun impaċija l-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017.

Strumenti speċjali: FEG, Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u FSUE

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) u għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza huma stabbiliti fil-livell proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018. Ir-riżerva għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) tħassret (artikolu baġitarju 40 02 44).

1.4.   Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-Baġit tal-2018 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

1.

L-ewwel nett, qiegħed jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi tnaqqis addizzjonali tan-nefqa agrikola tal-ammont -EUR 229,9 miljun. L-effett kombinat huwa tnaqqis ta' -EUR 255,3 miljun.

2.

L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji kollha ġodda proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 50 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 50 % tal-impenji l-ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. L-effett kombinat huwa żieda ta' EUR 50,0 miljun;

3.

L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għal nefqa differenzjata:

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit tal-2018

Differenza

1.1.14

Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC)

 

 

-22 501 000

15 05 01

Korp Ewropew ta' Solidarjetà

51 177 000

28 676 000

-22 501 000

1.1.5

Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+)

 

 

12 000 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rilevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 845 127 000

1 857 127 000

12 000 000

1.1.

DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

-3 965 555

02 05 11

Aġenzija tal-GNSS Ewropea

30 993 525

31 338 525

345 000

12 02 06

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

15 947 170

11 636 615

-4 310 555

1.1.

OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

- 900 000

26 02 01

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi

8 200 000

7 300 000

- 900 000

3.0.

DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

10 535 000

18 02 04

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

116 687 271

120 377 271

3 690 000

18 03 02

Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

85 837 067

90 837 067

5 000 000

33 03 04

Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

36 506 468

38 351 468

1 845 000

4.0.1

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

 

 

-76 300 000

05 05 04 02

Appoġġ għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

120 000 000

107 200 000

-12 800 000

22 02 01 01

Sostenn għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo (3), il-Montenegro, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

219 000 000

221 500 000

2 500 000

22 02 03 01

Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

86 000 000

48 500 000

-37 500 000

22 02 03 02

Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

291 000 000

262 500 000

-28 500 000

4.0.2

Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)

 

 

12 500 000

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti

125 000 000

133 500 000

8 500 000

22 04 01 04

Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

260 000 000

261 500 000

1 500 000

22 04 02 02

Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

320 000 000

322 500 000

2 500 000

4.0.3

Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)

 

 

16 900 000

21 02 07 03

L-iżvilupp tal-bniedem

170 000 000

179 400 000

9 400 000

21 02 20

Erasmus+ — Kontribuzzjoni mill-istrument għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI)

95 995 100

103 495 100

7 500 000

4.0.

OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

1 000 000

13 07 01

Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

25 000 000

26 000 000

1 000 000

4.0.

SPEC

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni

 

 

1 500 000

19 06 01

Sensibilizzazzjoni informattiva dwar relazzjonijiet esterni tal-Unjoni

13 700 000

15 200 000

1 500 000

 

Total

 

 

-49 231 555

4.

Sar tnaqqis addizzjonali fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għal dawn il-linji baġitarji li ġejjin:

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit tal-2018

Differenza

1.2.12

Reġjuni fi tranżizzjoni

 

 

-55 000 000

04 02 61

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

1 345 000 000

1 305 000 000

-40 000 000

13 03 61

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

2 750 463 362

2 735 463 362

-15 000 000

1.2.13

Kompetittività (reġjuni aktar żviluppati)

 

 

-90 000 000

04 02 62

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

2 882 000 000

2 847 000 000

-35 000 000

13 03 62

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

3 497 060 077

3 442 060 077

-55 000 000

1.2.2

Kooperazzjoni territorjali Ewropea

 

 

-90 500 000

13 03 64 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — kooperazzjoni territorjali Ewropea

1 004 701 248

914 201 248

-90 500 000

1.2.31

Assistenza teknika

 

 

-4 500 000

13 03 65 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Assistenza teknika operazzjonali

72 000 000

69 000 000

-3 000 000

13 03 66

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Azzjonijiet ta' innovazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli

43 321 859

41 821 859

-1 500 000

 

Total

 

 

- 240 000 000

1.

Tħassret ir-riżerva tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (artikolu baġitarju 40 02 44) (-EUR 88,0 miljun).

Dawn l-azzjonijiet se jipprovdu livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li jammonta għal EUR 144 681,0 miljun, tnaqqis ta' EUR 582,5 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018.

1.5.   Riżerva

Ma hemm l-ebda riżerva oħra barra minn dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, ħlief il-partita baġitarja 22 02 03 01 Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni li għaliha EUR 70 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 35 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament jitqiegħdu fir-riżerva sakemm din il-kundizzjoni li ġejja tiġi sodisfatta:

Dan l-ammont jiġi żblukkat meta t-Turkija tagħmel titjib suffiċjenti u kwantifikabbli fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-istampa, skont ir-rapport annwali tal-Kummissjoni.

Il-kumment baġitarju għall-partita baġitarja 22 02 03 01 huwa modifikat f'dan is-sens.

1.6.   Kummenti baġitarji

Sakemm ma jkunx indirizzat speċifikament fil-paragrafi preċedenti, l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill lit-test tal-kummenti baġitarji huma maqbula, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-linji baġitarji elenkati fiż-żewġ tabelli li ġejjin:

Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati bil-modifika proposta mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja tagħha.

Linja baġitarja

Isem

06 02 01 01

It-tneħħija tar-restrinġiment, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-għaqda fejn hemm il-lakuni u t-titjib tat-taqsimiet transkonfinali

09 05 01

Sottoprogramm MEDIA— Jopera fuq livell transnazzjonali u internazzjonali u jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali

18 04 01 01

Ewropa għaċ-Ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni

21 02 07 03

L-iżvilupp tal-bniedem

22 02 03 02

Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 u mill-aġġornament FEG, huma approvati.

Linja baġitarja

Isem

02 02 01

Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni

02 03 04

Għodod ta' Governanza tas-Suq Intern

05 02 08 03

Fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

05 03 01 01

Skema ta' pagament uniku (SPU)

05 03 01 10

Skema ta' pagament bażiku (BPS)

05 04 60 01

Promozzjoni ta' żvilupp rurali sostenibbli, aktar bilanċjat territorjalment u ambjentalment, settur agrikolu tal-Unjoni aktar favorevoli għall-klima u innovattiv

08 02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni

09 05 05

Azzjonijiet ta' Multimedia

13 03 61

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

13 06 01

Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija

18 02 01 02

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u mmaniġġar aħjar tar-riskji u l-kriżijiet b'rabta mas-sigurtà

18 03 01 01

Tisħiħ u żvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri

21 04 01

Tisħiħ tar-rispett u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-appoġġ għal riformi demokratiċi

23 02 01

Konsenja ta' għajnuna umanitarja u assistenza alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi

33 02 07

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

Dan huwa skont il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi ġuridika eżistenti, jew inaqqru l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tkun koperta minn riżorsi disponibbli.

1.7.   Linji baġitarji ġodda

In-nomenklatura baġitarja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, hija maqbula bl-inklużjoni ta':

il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda, proposti fl-ambitu tat-taqsima 1.2 ta' hawn fuq; u

il-partita baġitarja 2 2 1 4 l-ġdida fi ħdan it-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, proposta fl-ambitu tat-taqsima 1.3 ta' hawn fuq.

2.   Baġit 2017

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 6/2017 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.

3.   DIKJARAZZJONIJIET

3.1.   Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordnata tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b'mod attiv l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-2020. Għal dak l-għan, jistiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta f'waqthom, ċifri aġġornati rigward l-istat ta' implimentazzjoni u stimi rigward ħtiġijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2018.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa fi żmien debitu għal ħtiġijiet ġustifikati kif dovut biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta' ammont eċċessiv ta' kontijiet mhux imħallsa u biex jiżguraw li t-talbiet għal pagament jiġu rimborżati kif dovut.

3.2.   Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill (4) u tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li t-tnaqqis tal-qgħad, u b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, jibqa' prijorità politika għolja u kondiviża, u għal dan l-għan huma jirriaffermaw id-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi baġitarji disponibbli biex dan jiġi indirizzat, u b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

Għaldaqstant, huma jilqgħu ż-żieda fl-ammont allokat għal din l-inizjattiva fl-2018. Madankollu, mhuwiex biss essenzjali li jkun previst finanzjament adegwat fil-baġit tal-UE, iżda li jkun hemm fis-seħħ, fl-istess ħin, il-proċeduri xierqa biex jiġi implimentat b’mod effettiv.

F’dan ir-rigward, hija meħtieġa kooperazzjoni effettiva bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiġi żgurat l-akbar impatt possibbli tal-miżuri adottati.

Għaldaqstant, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jikkunsidraw, bħala materja ta’ prijorità, il-modifika fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni meħtieġa mill-adozzjoni tal-baġit għall-2018.

Il-Kummissjoni ser tiffaċilita l-approvazzjoni rapida tat-tibdil fil-programmi għall-implimentazzjoni tal-YEI.

3.3.   Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

It-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa’ prijorità politika għolja. Il-Kummissjoni ser tagħmel monitoraġġ mill-qrib tax-xejra fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI). Jekk ix-xejra ta’ din l-inizjattiva taċċellera u jekk il-kapaċità ta’ assorbiment tippermetti żieda, il-Kummissjoni ser tipproponi żieda tal-finanzjament tal-YEI permezz ta’ baġit emendatorju li għandu jiġi ffinanzjat mill-marġini globali għall-impenji f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament QFP.

F’dak il-każ, il-Kummissjoni tistenna lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jipproċessaw b’mod rapidu kwalunkwe abbozz ta’ baġit emendatorju bħal dan.

3.4.   Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal

Il-Kunsill ifakkar li s-sena fil-mira għall-implimentazzjoni sħiħa tat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal kienet l-2017. Madankollu, minħabba li mhux l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha laħqu l-mira ta’ tnaqqis, il-Kunsill iħeġġeġ it-tkomplija tal-isforzi fl-2018 sabiex jiġi ssodisfat il-ftehim.

Huwa essenzjali li l-mira ta’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal tiġi implimentata mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha u jsir monitoraġġ sakemm tintlaħaq għalkollox. Fid-dawl ta' dan, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tevalwa l-eżitu tal-eżerċizzju sabiex jinsiltu minnu tagħlimiet għall-futur.


(1)  ĠU L 50, 28.2.2017, p. 57.

(2)  Din il-pożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet 1244(1999) u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(3)  Din il-pożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet 1244(1999) u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(4)  Ir-Renju Unit ma jappoġġax din id-dikjarazzjoni.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/196


P8_TA(2017)0460

Tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (COM(2017)0565 – C8-0342/2017 – 2017/0247(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 356/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0565),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0342/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0358/2017),

A.

Billi għal raġunijiet ta' urġenza huwa ġustifikat li jipproċedi għall-votazzjoni qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta “sussidjarjetà u proporzjonalità;”

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2017)0247

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2305.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/197


P8_TA(2017)0461

Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Eġittu: il-parteċipazzjoni tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11965/2017 – C8-0345/2017 – 2017/0196(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 356/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11965/2017),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11926/2017),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0345/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0353/2017),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.

(1)  ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/198


P8_TA(2017)0462

Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Alġerija: il-parteċipazzjoni tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11964/2017 – C8-0346/2017 – 2017/0197(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 356/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11964/2017),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11924/2017),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0346/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0354/2017),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija.

(1)  ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/199


P8_TA(2017)0463

Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Ġordan: il-parteċipazzjoni UE/Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11966/2017 – C8-0343/2017 – 2017/0200(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 356/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11966/2017),

wara li kkunsidra l-ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11927/2017),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0343/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0355/2017),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

(1)  ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/200


P8_TA(2017)0464

L-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Rumanija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0360 – C8-0234/2017 – 2017/0150(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0360),

wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0234/2017),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0364/2017),

1.

Japprova l-awtorizzazzjoni għar-Rumanija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/201


P8_TA(2017)0465

L-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta’ El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0369 – C8-0231/2017 – 2017/0153(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0369),

wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3), kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0231/2017),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0362/2017),

1.

Japprova l-awtorizzaazzjoni għall-Awstrija u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/202


P8_TA(2017)0466

L-adeżjoni ta’ San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kroazja, lin-Netherlands, lill-Portugall u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0359 – C8-0232/2017 – 2017/0149(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0359),

wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3), kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0232/2017),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0360/2017),

1.

Japprova l-awtorizzazzjoni għall-Kroazja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/203


P8_TA(2017)0467

L-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t’Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil-Lussemburgu u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0357 – C8-0233/2017 – 2017/0148(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 356/48)

Il-Parlament Ewropew

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0357),

wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0233/2017),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0361/2017),

1.

Japprova l-awtorizzazzjoni għal-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/204


P8_TA(2017)0468

Arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (COM(2016)0850 – C8-0158/2017 – 2016/0360B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 356/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0850),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0158/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikajara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Novembru 2017 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Marzu 2017 (2),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' Mejju 2017 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji li jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jħejji żewġ rapporti leġiżlattivi separati fuq il-bażi tagħha,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Novembru 2017 li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0255/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.


P8_TC1-COD(2016)0360B

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 dwar fondi proprji u għat-trattament ta’ espożizzjonijiet kbar ta’ ċerti skoperturi tas-settur pubbliku denominat f'muniti differenti minn dawk domestiċi tal-Istati Membri

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2395.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/206


P8_TA(2017)0469

Strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi (COM(2016)0447 – C8-0264/2016 – 2016/0207(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 356/50)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0447),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0264/2016),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta’ Ottubru 2017 li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0261/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; li se tkun ippubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2016)0207

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2306.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni dwar is-sorsi ta' finanzjament ta' miżuri ta' għajnuna taħt l-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp għandu jiġi ffinanzjat fi ħdan l-Intestatura IV tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, prinċipalment permezz ta’ riallokazzjonijiet, filwaqt li jiġi ppreservat, kemm jista' jkun possibbli, il-bilanċ finanzjarju fost l-istrumenti kollha. Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali, tali riallokazzjonijiet ma għandhomx jinkludu użu ta' approprjazzjonijiet allokati għal miżuri taħt ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perijodu 2014-2020.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/208


P8_TA(2017)0470

Il-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (COM(2016)0853 – C8-0479/2016 – 2016/0363(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 356/51)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0853),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0479/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Novembru 2017 li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0302/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 132, 26.4.2017, p. 1.

(2)  ĠU C 173, 31.5.2017, p. 41.


P8_TC1-COD(2016)0363

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2017/2399.)


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/209


P8_TA(2017)0471

Obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti (COM(2016)0757 – C8-0004/2017 – 2016/0370(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2018/C 356/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0757),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0004/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0307/2017),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

Id-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont ta' VAT li fil-fatt inġabar (id-“diskrepanza tal-VAT”) fl-Unjoni fl-2015 kienet madwar EUR 152 biljun u l-frodi transfruntiera tammonta għal telf ta' dħul mill-VAT fl-Unjoni ta' madwar EUR 50 biljun fis-sena, u dan kollu jagħmel il-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni, u jagħmel l-adozzjoni ta' reġim tal-VAT definittiv ibbażat fuq il-prinċipju tad-destinazzjoni essenzjali.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-valutazzjoni ta' dawk l-iskemi speċjali kif introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 identifikat numru ta' oqsma fejn hemm lok għal titjib. L-ewwel nett, jenħtieġ li jitnaqqas il-piż għan-negozji mikro stabbiliti fi Stat Membru li kultant ifornu t-tali servizzi lil Stati Membri oħrajn sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT fi Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li jiddaħħal limitu li japplika madwar il-Komunità kollha li, f'ammonti anqas minnu, dawn il-provvisti għandhom jibqgħu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. It-tieni, ir-rekwiżit li jridu jżommu konformità mar-rekwiżiti tal-fatturar u ta' żamma tar-rekords tal-Istati Membri kollha fejn jibagħtu l-provvisti huwa wieħed li joħloq piżijiet kbar. B'hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji, ir-regoli dwar il-fatturar u ż-żamma tar-rekords għandhom ikunu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-identifikazzjoni tal-fornitur li juża l-iskemi speċjali. It-tielet, il-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità iżda li għandhom reġistrazzjoni tal-VAT fi Stat Membru (eż. għaliex iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali soġġetti għall-VAT f'dak l-Istat Membru) la jistgħu jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità, u lanqas l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità. Konsegwentement, huwa propost li t-tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jitħallew jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

(3)

Il-valutazzjoni ta' dawk l-iskemi speċjali kif introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 identifikat numru ta' oqsma fejn hemm lok għal titjib. L-ewwel nett, jenħtieġ li jitnaqqas il-piż għan-negozji mikro stabbiliti fi Stat Membru li kultant ifornu t-tali servizzi lil Stati Membri oħrajn sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT fi Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li jiddaħħal limitu li japplika madwar il-Komunità kollha li, f'ammonti anqas minnu, dawn il-provvisti għandhom jibqgħu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. It-tieni, ir-rekwiżit li jridu jżommu konformità mar-rekwiżiti tal-fatturar tal-Istati Membri kollha fejn jibagħtu l-provvisti huwa wieħed li joħloq piżijiet kbar. B'hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji, ir-regoli dwar il-fatturar jenħtieġ li jkunu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-identifikazzjoni tal-fornitur li juża l-iskemi speċjali. It-tielet, il-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità iżda li għandhom reġistrazzjoni tal-VAT fi Stat Membru (eż. għaliex iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali soġġetti għall-VAT f'dak l-Istat Membru) la jistgħu jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità, u lanqas l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità. Konsegwentement, huwa propost li t-tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jitħallew jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Filwaqt li l-valutazzjoni tal-Mini One Stop Shop (MOSS) kienet fil-biċċa l-kbira tagħha pożittiva, 99 % tad-dħul mill-VAT ipproċessat permezz tal-MOSS jiġi ddikkjarat minn 13 % biss tan-negozju rreġistrat, u dan juri l-ħtieġa li l-Istati Membri jippromwovu l-MOSS ma' firxa usa' ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, sabiex jingħelbu l-ostakli għall-kummerċ elettroniku transfruntier.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Din id-Direttiva emendatorja tista' twassal għal żieda fl-ispejjeż amministrattivi għall-konsenji żgħar, peress li l-pakketti rilevanti jeħtieġu marka ta' distinzjoni li turi li ntużat l-iskema ta' importazzjoni tal-VAT u s-settur postali jkollu jorganizza l-pakketti skont jekk intużatx l-iskema ta' importazzjoni tal-VAT. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħtu attenzjoni mill-qrib fir-rigward tal-impatt fuq is-settur postali.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandha , fejn rilevanti, tqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Istati Membri jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u għall-pagament tal-VAT.

(14)

Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li , fejn rilevanti, tqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Istati Membri u n-negozji jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u għall-pagament tal-VAT.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Il-proposta tal-Kummissjoni hija biss wieħed mill-elementi importanti biex tingħalaq id-diskrepanza tal-VAT; hemm bżonn ta' miżuri ulterjuri sabiex il-frodi tal-VAT fl-Unjoni tiġi miġġielda b'mod effikaċi;

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

Fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3a.     Meta persuna taxxabbli, li taġixxi f'isimha iżda li, f'isem perusna oħra, tieħu parti f'bejgħ mill-bogħod ta' prodotti importati minn territorji jew pajjiżi terzi f'konsenja b'valur intrinsiku inqas minn EUR 150, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u jkollha fatturat annwali li jaqbeż EUR 1 000 000 , jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, matul is-sena kalendarja attwali, inklużi l-każijiet fejn netwerk tat-telekomunikazzjonijiet, interfaċċja jew portal jintużaw għall-iskop tal-bejgħ mill-bogħod, dik il-persuna taxxabbli għandha titqies li tkun irċeviet u forniet dawk il-prodotti hija stess.”

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

is-servizzi huma pprovduti lil klijenti li jinsabu fi kwalunkwe Stat Membru għajr l-Istat Membru msemmi fil-punt (a);

(b)

is-servizzi huma pprovduti lil klijenti li jinsabu fi kwalunkwe Stat Membru għajr l-Istat Membru msemmi fil-punt (a); u

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-valur totali, mingħajr VAT, tat-tali fornimenti ma jaqbiżx l-EUR 10 000 fis-sena kalendarja attwali, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamiltx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

(c)

il-valur totali, mingħajr VAT, tat-tali fornimenti ma jaqbiżx il-EUR 35 000 fis-sena kalendarja attwali, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamiltx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“L-Istat Membru tal-identifikazzjoni għandu jistabbilixxi l-perjodu li matulu dawk ir-rekords għandhom jinżammu mill-persuna taxxabbli mhux stabbilita fi ħdan il-Komunità.”

“Dawk ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin minn tmiem is-sena kalendarja li matulha tkun saret it-tranżazzjoni.”

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta'  Jannar  2021

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta'  April  2021

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta'  Jannar  2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

Mill-1 ta'  April  2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2006/112/KE

Titolu V — Kapitolu 3a — Artikolu 59c — paragrafu 1 — punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-valur totali, mingħajr VAT, tal-fornimenti koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqbiżx l-EUR 10 000 , jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali fis-sena kalendarja attwali, u lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

(c)

il-valur totali, mingħajr VAT, tal-fornimenti koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqbiżx il-EUR 35 000 , jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali fis-sena kalendarja attwali, u lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 143 – paragrafu 1 – punt ca

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘(ca)

l-importazzjoni ta' prodotti fejn il-VAT tiġi ddikjarata skont l-iskema speċjali fil-Kapitolu 6, Taqsima 4, tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni;

“(ca)

l-importazzjoni ta' prodotti fejn il-VAT tiġi ddikjarata skont l-iskema speċjali fil-Kapitolu 6, Taqsima 4, tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q ikun ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tispeċifika f'att in-natura preċiża tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni;”

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq bejgħ intra-Komunitaru mill-bogħod ta' prodotti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tforni servizzi lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita jew għandha l-indirizz permanenti tagħha jew is-soltu tirrisjedi fi Stat Membru, sabiex tuża din l-iskema speċjali . Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk il-prodotti jew is-servizzi kollha forniti fil-Komunità.

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq bejgħ intra-Komunitaru mill-bogħod ta' prodotti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tforni kwalunkwe servizz lil persuna mhux taxxabbli biex tuża l-iskema speċjali skont dan il-kapitolu, irrispettivament mill-post fejn din il-persuna taxxabbli hija stabbilita jew fejn għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn is-soltu tirrisjedi. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk il-prodotti jew is-servizzi kollha forniti fil-Komunità.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 29

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369l – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Il-valur tal-prodotti, li ma jistax jaqbeż il-EUR 150 b'konformità ma' dan il-paragrafu, għandu jiġi ddeterminat mill-konverżjoni tal-munita skont l-Artikolu 53 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, dment li l-prodotti jkunu qegħdin jiġu kkumerċjalizzati f'muniti barranin.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369y – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-persuna li għaliha jkunu ddestinati l-prodotti importati f'konsenji b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150 ma tapplikax l-arranġamenti standard għall-importazzjoni ta' prodotti, inkluż għall-applikazzjoni ta' rata tal-VAT imnaqqsa skont l-Artikolu 94(2) , l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità li tagħmel użu minn arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom id-dispaċċ jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.

Meta l-iskema speċjali msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 ma tintużax għall-importazzjoni tal-prodotti f'konsenji b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150, l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana f'isem il-persuna li għaliha l-prodotti huma ddestinati fi ħdan it-territorju tal-Komunità li tagħmel użu minn arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom id-dispaċċ jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369z – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità għandha tkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT mingħand il-persuna li lilha huma ddestinati l-prodotti.

(b)

il-persuna li tiddikjara l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità għandha tkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT mingħand il-persuna li lilha huma ddestinati l-prodotti.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369z – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma ddestinati l-prodotti.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuna li tiddikjara l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma ddestinati l-prodotti.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta'  Jannar  2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.

B'effett mill-1 ta'  April  2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva mill-1 ta'  Jannar  2021.

Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva mill-1 ta'  April  2021.


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/217


P8_TA(2017)0472

Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2016)0755 – C8-0003/2017 – 2016/0371(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2018/C 356/53)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0755),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0003/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0306/2017),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Id-diskrepanza tal-VAT fl-Unjoni huwa stmat għal 12,8  % jew EUR 152 biljun fis-sena, inkluż EUR 50 biljun ta' frodi transfruntiera tal-VAT, u dan qed jagħmel il-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Peress li, bl-iskemi speċjali, Stat Membru tal-identifikazzjoni jiġbor u jikkontrolla l-VAT f'isem l-Istati Membri tal-konsum, xieraq li jiġi pprovdut għal mekkaniżmu li bih l-Istat Membru tal-identifikazzjoni jirċievi dritt mingħand l-Istati Membri tal-konsum ikkonċernati li jikkumpensa għall-kostijiet tal-ġbir u tal-kontroll. Madankollu, peress li s-sistema attwali li biha tinżamm miżata mill-ammonti tal-VAT ittrasferiti mill-Istat Membru tal-identifikazzjoni lill-Istati Membri tal-konsum ħolqot kumplikazzjonijiet għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari meta jkunu involuti r-rimborżi, tali miżata għandha tiġi kkalkolata u titħallas darba fis-sena, barra l-iskemi speċjali.

(5)

Peress li, bl-iskemi speċjali, Stat Membru tal-identifikazzjoni jiġbor u jikkontrolla l-VAT f'isem l-Istati Membri tal-konsum, xieraq li jiġi pprovdut għal mekkaniżmu li bih l-Istat Membru tal-identifikazzjoni jirċievi dritt mingħand l-Istati Membri tal-konsum ikkonċernati li jikkumpensa għall-kostijiet tal-ġbir u tal-kontroll. Madankollu, peress li s-sistema attwali li biha tinżamm miżata mill-ammonti tal-VAT ittrasferiti mill-Istat Membru tal-identifikazzjoni lill-Istati Membri tal-konsum ħolqot kumplikazzjonijiet għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari meta jkunu involuti r-rimborżi, tali miżata jenħtieġ li tiġi kkalkolata u titħallas darba fis-sena, barra l-iskemi speċjali , u fejn titħallas rifużjoni bejn il-muniti nazzjonali differenti, jenħtieġ li tkun applikata r-rata tal-kambju valida ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew .

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata taċċessa b'mod awtomatiku l-informazzjoni ġenerali relatata mal-iskemi speċjali maħżunin fis-sistemi elettroniċi tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-data rigward il-persuni taxxabbli individwali.

(6)

Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun awtorizzata taċċessa b'mod awtomatiku l-informazzjoni ġenerali relatata mal-iskemi speċjali maħżunin fis-sistemi elettroniċi tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-data rigward il-persuni taxxabbli individwali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiżguraw li din l-informazzjoni ġenerali tkun disponibbli għal awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn, jekk dan mhuwiex diġà l-każ, sabiex jiġu miġġielda l-frodi tal-VAT u l-ħasil tal-flus.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Il-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li tkun adegwata u effikaċi, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament fiż-żmien opportun.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

L-użu tal-IT fil-ġlieda kontra l-frodi, jista' jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw netwerks ta' frodi aktar malajr u b'mod komprensiv. Approċċ immirat u ekwilibrat bl-użu ta' teknoloġiji ġodda jista' jnaqqas il-ħtieġa ta' miżuri ġenerali kontra l-frodi tal-Istati Membri u jtejjeb fl-istess ħin l-effiċjenza tal-politika kontra l-frodi.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE) Nru 904/2010

Taqsima 3 – Sottotaqsima 1 – Artikolu 47a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.

Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha msemmija fis-Sottotaqsima 2 mingħajr dewmien, sakemm ma jkunx iddikjarat espressament mod ieħor.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE) Nru 904/2010

Taqsima 3 – Sottotaqsima 3 – Artikolu 47j – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni d-dettalji tal-persuna kompetenti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-inkjesti amministrattivi fi ħdan dak l-Istat Membru.

4.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni d-dettalji tal-persuna kompetenti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-inkjesti amministrattivi fi ħdan dak l-Istat Membru. Dik l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE) Nru 904/2010

Taqsima 3 – sottotaqsima 4 – Artikolu 471 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fi żmien sentejn mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami biex tiżgura l-vijabilità u l-kosteffettività tal-miżata u, jekk meħtieġ, tieħu passi korrettivi.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE) Nru 904/2010

Taqsima 3 – Sottotaqsima 5 – Artikolu 47m – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għall-informazzjoni statistika maħżuna fis-sistema elettronika tagħhom skont l-Artikolu 17(1)(d). Din l-informazzjoni ma għandux ikun fiha data personali.

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għall-informazzjoni statistika maħżuna fis-sistema elettronika tagħhom skont l-Artikolu 17(1)(d). Din l-informazzjoni ma għandux ikun fiha data personali u għandha tkun limitata għall-informazzjoni meħtieġa għal skopijiet rilevanti ta' statistika .

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE) Nru 904/2010

Taqsima 3 – Sottotaqsima 6 – Artikolu 47n – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

l-informazzjoni li trid tiġi aċċessata mill-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 47m kif ukoll il-mezzi tekniċi għall-estrazzjoni ta' din l-informazzjoni.

(f)

l-informazzjoni li trid tiġi aċċessata mill-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 47m kif ukoll il-mezzi tekniċi għall-estrazzjoni ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-estrazzjoni tad-data ma timponix piż amministrattiv żejjed fuq l-Istati Membri.