ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 352

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
1 ta' Ottubru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 352/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 352/02

Kawżi Magħquda C-96/16 u C-94/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 38 de Barcelona, Tribunal Supremo – Spanja) – Banco Santander, SA vs Mahamadou Demba, Mercedes Godoy Bonet (C-96/16), Rafael Ramón Escobedo Cortés vs Banco de Sabadell SA (C-94/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti — Kamp ta’ applikazzjoni — Trasferiment ta’ kreditu — Kuntratt ta’ self konkluż mal-konsumatur — Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-karattru inġust ta’ klawżola ta’ dan il-kuntratt li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji — Konsegwenzi ta’ dan il-karattru)

2

2018/C 352/03

Kawża C-472/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Jorge Luis Colino Sigüenza vs Ayuntamiento de Valladolid et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 1(1) — Trasferimenti ta’ impriżi — Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema — Kuntratt għal servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali — Waqfien tal-attività tal-ewwel offerent rebbieħ qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti u għażla ta’ offerent rebbieħ ġdid fil-bidu tas-sena skolastika segwenti — Artikolu 4(1) — Projbizzjoni ta’ tkeċċijiet minħabba trasferiment — Eċċezzjoni — Tkeċċijiet li jseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fil-persunal — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47)

3

2018/C 352/04

Kawża C-561/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Saras Energía SA vs Administración del Estado (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2012/27/UE — Artikolu 7(1), (4) u (9) — Artikolu 20(4) u (6) — Promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija — Skema ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija — Miżuri oħra ta’ politika pubblika — Fond nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija — Stabbiliment ta’ tali fond bħala miżura prinċipali ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija — Obbligu ta’ kontribuzzjoni — Indikazzjoni tal-partijiet obbligati — Distributuri tal-enerġija u/jew impriżi tal-bejgħ bl-imnut tal-enerġija)

4

2018/C 352/05

Kawża C-16/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira Talba għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Oriġini u portata tad-dritt ta’ tnaqqis

4

2018/C 352/06

Kawża C-52/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – VTB Bank (Austria) AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-liġijiet — Direttiva 2013/36/UE — Artikoli 64, 65 u 67 — Regolament (UE) Nru 575/2013 — Artikolu 395(1) u (5) — Superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Setgħat ta’ superviżjoni u ta’ sanzjoni — Limiti għal espożizzjonijiet kbar — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ interessi fil-każ ta’ eċċess ta’ dawn il-limiti — Regolament (UE) Nruo468/2014 — Artikolu 48 — Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet nazzjonali — Proċedura ta’ superviżjoni prudenzjali mibdija formalment)

5

2018/C 352/07

Kawża C-59/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Château du Grand Bois SCI vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Suq tal-inbid — Regolament (KE) Nru 555/2008 — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni ta’ vinji — Kontrolli fil-post li ma għandhomx jitħabbru — Setgħat tal-uffiċjali ta’ kontroll — Possibbiltà għall-uffiċjali li jidħlu f’azjenda agrikola mingħajr ma jkunu kisbu l-kunsens tal-bidwi)

6

2018/C 352/08

Kawża C-61/17, C-62/17 u C-72/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – Miriam Bichat (C-61/17), Daniela Chlubna (C-62/17), Isabelle Walkner (C-72/17) vs Aviation Passage Service Berlin GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59/KE — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) — Kunċett ta’ impriża li tikkontrolla lill-persuna li timpjega — Proċeduri ta’ konsultazzjoni mal-ħaddiema — Oneru tal-prova)

6

2018/C 352/09

Kawża C-115/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Administration des douanes et droits indirects, Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Hubert Clergeau et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 1964/82 — Dikjarazzjonijiet foloz jew manuvri bl-iskop li jinkisbu ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti qatgħat tal-laħam tal-annimali bovini dissussat — Emenda tar-Regolament Nru 1964/82 li testendi l-benefiċċju tal-ħlasijiet lura partikolari fuq l-esportazzjoni — Prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli — It-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

7

2018/C 352/10

Kawża C-120/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – il-Latvja) – Administratīvā rajona tiesa vs Ministru kabinets (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Appoġġ għall-iżvilupp rurali — Regolament (KE) Nru 1257/1999 — Artikoli 10 sa 12 — Għajnuna għall-irtirar kmieni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-trasferiment causa mortis tal-għajnuna għall-irtirar kmieni — Leġiżlazzjoni approvata mill-Kummissjoni Ewropea — Bidla sussegwenti fil-pożizzjoni — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

8

2018/C 352/11

Kawża C-122/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – David Smith vs Patrick Meade, Philip Meade, FBD Insurance plc, Ireland, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur — It-Tielet Direttiva 90/232/KEE — Artikolu 1 — Responsabbiltà fil-każ ta’ danni fiżiċi kkawżati lill-passiġġieri kollha ħlief is-sewwieq — Assigurazzjoni obbligatorja — Effett dirett tad-direttivi — Obbligu li titħalla mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għal direttiva — Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali kuntrarja għal direttiva)

8

2018/C 352/12

Kawża C-123/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Nefiye Yön vs Landeshauptstadt Stuttgart (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 2/76 — Artikolu 7 — Klawżola ta’ standstill — Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork Obbligu li tinkiseb viża għad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru)

9

2018/C 352/13

Kawża C-161/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Land Nordrhein-Westfalen vs Dirk Renckhoff (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Soċjetà tal-informazzjoni — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati — Artikolu 3(1) — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Kunċett — Tqegħid online fuq sit internet, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt tal-awtur, ta’ ritratt ippubblikat preċedentement, mingħajr restrizzjoni u bl-awtorizzazzjoni tal-imsemmi detentur, fuq sit internet ieħor — Pubbliku ġdid)

10

2018/C 352/14

Kawża C-300/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Kúria – l-Ungerija) – Hochtief AG vs Budapest Főváros Önkormányzata Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri għal tressiq ta’ kawża — Direttiva 89/665/KE — Kawża għad-danni — Artikolu 2(6) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ammissibbiltà ta’ azzjoni għad-danni għall-konstatazzjoni preliminari u finali tal-illegalità tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li allegatament ikkawża d-dannu allegat — Rikors għal annullament — Proċedura preċedenti quddiem Kumitat Arbitrali — Stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet mill-Kumitat Arbitrali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-produzzjoni ta’ motivi li ma jkunux tqajmu quddiem il-Kumitat Arbitrali — tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza

11

2018/C 352/15

Kawża C-329/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Gerhard Prenninger et vs Oberösterreichische Landesregierung (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Anness II — Punt 1(d) — Kunċett ta’ deforestazzjoni tal-bidu bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art — Ftuħ ta’ parti minn foresta marbuta mal-kostruzzjoni u mal-operat ta’ linja tal-elettriku maqtugħa mill-art)

12

2018/C 352/16

Kawża C-435/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tartu Halduskohus – l-Estonja) – Argo Kalda Mardi talu vs Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Pagamenti diretti — Regolament (UE) Nru 1306/2013 — Artikoli 93 u 94 — Anness II — Kundizzjonalità — Kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali — Rekwiżiti minimi — Implimentazzjoni minn Stat Membru — Obbligu ta’ manutenzjoni ta’ monumenti funebri — Portata)

12

2018/C 352/17

Kawża C-475/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – Viking Motors AS et vs Tallinna linn, Maksu- ja Tolliamet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 401 — Taxxi nazzjonali li għandhom in-natura ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Projbizzjoni — Kunċett ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ — Taxxa lokali fuq il-bejgħ — Karatteristiċi essenzjali tal-VAT — Assenza)

13

2018/C 352/18

Kawża C-485/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Verbraucherzentrale Berlin eV vs Unimatic Vertriebs GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2011/83/UE — Artikolu 2(9) — Kunċett ta’ post tan-negozju — Kriterji — Kuntratt ta’ bejgħ konkluż fl-istand miżmum minn kummerċjant fl-okkażjoni ta’ fiera kummerċjali)

14

2018/C 352/19

Kawża C-521/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Ringkonnakohus – l-Estonja) – Coöperatieve Vereniging SNB-REACT U.A. vs Deepak Mehta (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Direttiva 2004/48/KE — Artikolu 4 — Locus standi quddiem organu ta’ rappreżentazzjoni kollettiva ta’ proprjetarji ta’ trade marks — Direttiva 2000/31/KE — Artikoli 12 sa 14 — Responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ kiri u ta’ reġistrazzjoni ta’ indirizzi IP li jippermetti l-użu anonimu ta’ ismijiet ta’ dominju u ta’ siti internet)

15

2018/C 352/20

Kawża C-396/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Gennaro Cafaro vs DQ

15

2018/C 352/21

Kawża C-417/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fis-26 ta’ Ġunju 2018 – AW, BV, CU, DT vs Ir-Repubblika tal-Litwanja, irrappreżentata minn Lietuvos Respublikos ryšių reguliavimo tarnyba, Bendrasis pagalbos centras u Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija

16

2018/C 352/22

Kawża C-430/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

17

2018/C 352/23

Kawża C-433/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-2 ta’ Lulju 2018 – ML vs OÜ Aktiva Finants

18

2018/C 352/24

Kawża C-435/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Otis Gesellschaft m.b.H. et vs Land Oberösterreich et

19

2018/C 352/25

Kawża C-454/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Linköping (l-Isvezja) fit-12 ta’ Lulju 2018 – Baltic Cable AB vs Energimarknadsinspektionen

19

2018/C 352/26

Kawża C-467/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Lukovit (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Lulju 2018 – Proċedura kriminali kontra EP

20

2018/C 352/27

Kawża C-476/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pesti Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Lulju 2018 – PannonHitel Pénzügyi Zrt. vs WizzAir Hungary Légiközlekedési Kft.

22

2018/C 352/28

Kawża C-482/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ Lulju 2018 – Google Ireland Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vámigazgatósága

23

2018/C 352/29

Kawża C-484/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-20 ta’ Lulju 2018 – Société de perception et de distribution des droits des artistes-interprètes de la musique et de la danse (SPEDIDAM), PG, GF vs Institut national de l’audiovisuel

24

2018/C 352/30

Kawża C-485/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-24 ta’ Lulju 2018 – Groupe Lactalis vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, Garde des Sceaux, ministre de la Justice, Ministre de l’Économie et des Finances

25

2018/C 352/31

Kawża C-486/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-23 ta’ Lulju 2018 – RE vs Praxair MRC

26

2018/C 352/32

Kawża C-495/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fit-30 ta’ Lulju 2018 – YX

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 352/33

Kawża T-680/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – K. Chrysostomides & Co. et vs Il-Kunsill et (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika ekonomika u monetarja — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar l-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza wara talba tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru — Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru — Deċiżjoni 2013/236/UE — Protokoll ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Rekwiżiti formali — Eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji nazzjonali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti protezzjoni lill-individwi — Dritt għall-proprjetà — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament)

28

2018/C 352/34

Kawża T-786/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Bourdouvali et vs Il-Kunsill et (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika ekonomika u monetarja — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Deċiżjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE dwar il-provvista ta’ likwidità ta’ urġenza sussegwentement għal talba tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru — Dikjarazzjonijiet tal-Eurogroup tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru — Deċiżjoni 2013/236/UE — Protokoll ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Rekwiżiti formali — Eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji nazzjonali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Dritt għall-proprjetà — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament)

29

2018/C 352/35

Kawża T-733/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Banque postale vs BĊE [Politika ekonomika u monetarja — Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva — Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet — Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 — Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE — Żbalji ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni]

30

2018/C 352/36

Kawża T-751/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Confédération nationale du Crédit mutuel vs BĊE [Politika ekonomika u monetarja — Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva — Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet — Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 — Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE — Żbalji ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni]

31

2018/C 352/37

Kawża T-768/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – BNP Paribas vs BĊE [Politika ekonomika u monetarja — Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva — Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet — Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 — Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE — Żbalji ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni]

32

2018/C 352/38

Kawża T-825/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (Pallas Halloumi) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Pallas Halloumi — Trade mark ta’ ċertifikazzjoni tar-Renju Unit verbali preċedenti HALLOUMI — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

32

2018/C 352/39

Kawża T-847/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Ċipru vs EUIPO – POA (COWBOYS HALLOUMI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea COWBOYS HALLOUMI — Trade mark ta’ ċertifikazzjoni verbali preċedenti tar-Renju Unit HALLOUMI — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

33

2018/C 352/40

Kawża T-797/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Star Television Productions vs EUIPO – Marc Dorcel (STAR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva STAR — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

34

2018/C 352/41

Kawża T-388/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2018 – WV vs SEAE

34

2018/C 352/42

Kawża T-391/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Riesco García vs Il-Parlament

36

2018/C 352/43

Kawża T-396/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – ITSA vs Il-Kummissjoni

36

2018/C 352/44

Kawża T-436/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Prigent vs Il-Kummissjoni

37

2018/C 352/45

Kawża T-453/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2018 – Biasotto vs EUIPO – OOFOS (OOF)

38

2018/C 352/46

Kawża T-454/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2018 – Biasotto vs EUIPO – OOFOS (OO)

39

2018/C 352/47

Kawża T-463/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2018 – Novartis vs EUIPO (SMARTSURFACE)

40

2018/C 352/48

Kawża T-473/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2018 – Getsmarter Online vs EUIPO (getsmarter)

40

2018/C 352/49

Kawża T-474/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Veit vs BĊE

41

2018/C 352/50

Kawża T-481/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2018 – Electroquímica Onubense vs ECHA

42

2018/C 352/51

Kawża T-487/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2018 – Stada Arzneimittel vs EUIPO (ViruProtect)

42

2018/C 352/52

Kawża T-491/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2018 – Vafo Praha vs EUIPO – Rutzinger-Kurpas (Meatlove)

43

2018/C 352/53

Kawża T-492/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (Scanner Pro)

44

2018/C 352/54

Kawża T-495/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2018 – Dermatest vs EUIPO (DERMATEST)

44

2018/C 352/55

Kawża T-496/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2018 – OCU vs BUR

45

2018/C 352/56

Kawża T-497/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2018 – IAK – Forum International vs EUIPO – Schwalb (IAK)

46

2018/C 352/57

Kawża T-498/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2018 – ZPC Flis v EUIPO – Aldi Einkauf (Happy Moreno choco)

47


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 352/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 341, 24.9.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 328, 17.9.2018

ĠU C 319, 10.9.2018

ĠU C 311, 3.9.2018

ĠU C 301, 27.8.2018

ĠU C 294, 20.8.2018

ĠU C 285, 13.8.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 38 de Barcelona, Tribunal Supremo – Spanja) – Banco Santander, SA vs Mahamadou Demba, Mercedes Godoy Bonet (C-96/16), Rafael Ramón Escobedo Cortés vs Banco de Sabadell SA (C-94/17)

(Kawżi Magħquda C-96/16 u C-94/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Kamp ta’ applikazzjoni - Trasferiment ta’ kreditu - Kuntratt ta’ self konkluż mal-konsumatur - Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-karattru inġust ta’ klawżola ta’ dan il-kuntratt li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji - Konsegwenzi ta’ dan il-karattru))

(2018/C 352/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 38 de Barcelona, Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Santander, SA (C-96/16), Rafael Ramón Escobedo Cortés (C-94/17)

Konvenuti: Mahamadou Demba, Mercedes Godoy Bonet (C-96/16), Banco de Sabadell SA (C-94/17)

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens, minn naħa, li din ma tapplikax għal prassi ta’ professjonist li tikkonsisti fit-trasferiment jew fix-xiri ta’ dejn miżmum fil-konfront ta’ konsumatur, mingħajr ma l-possibbiltà ta’ tali trasferiment tkun prevista mill-kuntratt ta’ self konkluż ma’ dan il-konsumatur, mingħajr ma dan tal-aħħar jiġi informat minn qabel dwar dan it-trasferiment jew mingħajr ma jagħti l-kunsens tiegħu u mingħajr ma tiġi offruta lilu l-possibbiltà li jifdi d-dejn tiegħu, u b’hekk jaqtgħu, billi jirrimborsa liċ-ċessjonarju l-prezz li dan ħallas skont l-imsemmi trasferiment, flimkien mal-ispejjeż, l-interessi u l-infiq applikabbli. Min-naħa l-oħra, din id-Direttiva lanqas ma tapplika għal dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 1535 tal-Código Civil (il-Kodiċi Ċivili) kif ukoll fl-Artikoli 17 u 540 tal-Ley 1/2000 de Enjuiciamiento Civil (il-Liġi 1/2000 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, tas-7 ta’ Jannar 2000, li jipprevedu tali possibbiltà ta’ fidi u li jirregolaw is-sostituzzjoni taċ-ċedent biċ-ċessjonarju fil-proċeduri pendenti.

2)

Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tgħid li klawżola mhux innegozjata ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji applikabbli tkun inġusta, minħabba li din timponi li l-konsumatur li jinsab lura fil-ħlasijiet iħallas kumpens f’ammont sproporzjonalment għoli, meta din ir-rata taqbeż b’iktar minn żewġ punti perċentwali dik tal-interessi ordinarji previsti minn dan il-kuntratt.

3)

Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tgħid li l-konsegwenza tal-karattru inġust ta’ klawżola mhux innegozjata ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur li tiffissa r-rata tal-interessi moratorji tikkonsisti fl-eliminazzjoni totali ta’ dawn l-interessi, fejn jibqgħu jiddekorru l-interessi ordinarji previsti minn dan il-kuntratt.


(1)  ĠU C 145, 25.04.2016.

ĠU C 151, 15.05.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Jorge Luis Colino Sigüenza vs Ayuntamiento de Valladolid et

(Kawża C-472/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(1) - Trasferimenti ta’ impriżi - Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kuntratt għal servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali - Waqfien tal-attività tal-ewwel offerent rebbieħ qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti u għażla ta’ offerent rebbieħ ġdid fil-bidu tas-sena skolastika segwenti - Artikolu 4(1) - Projbizzjoni ta’ tkeċċijiet minħabba trasferiment - Eċċezzjoni - Tkeċċijiet li jseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fil-persunal - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47))

(2018/C 352/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jorge Luis Colino Sigüenza

Konvenuti: Ayuntamiento de Valladolid, In-Pulso Musical SC, Miguel del Real Llorente, Administrador Concursal de Músicos y Escuela SL, Músicos u Escuela SL, Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-offerent rebbieħ ta’ kuntratt ta’ servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali, li għalih l-amministrazzjoni muniċipali kienet ipprovdiet ir-riżorsi materjali kollha neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività, itemm tali attivitajiet xahrejn qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti, billi jkeċċi l-persunal u jagħti lura dawn ir-riżorsi materjali lill-amministrazzjoni komunali, li min-naħa tagħha twettaq proċedura ta’ aġġudikazzjoni ġdida biss għas-sena skolastika segwenti u tagħti lill-offerent rebbieħ il-ġdid l-istess riżorsi materjali.

2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-offerent rebbieħ ta’ kuntratt ta’ servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali jtemm tali attivitajiet xahrejn qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti, billi jkeċċi l-persunal, u fejn l-offerent rebbieħ il-ġdid jaqbad mill-ġdid l-attività fil-bidu tas-sena skolastika segwenti, it-tkeċċija tal-impjegati għandha titqies li seħħet għal “raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li ċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tkeċċija tal-ħaddiema kollha kif ukoll għall-għażla tardiva ta’ fornitur ġdid ta’ servizzi ma jikkostitwixxux miżura deliberata intiża li ċċaħħad lill-ħaddiema kkonċernati mid-drittijiet mogħtija lilhom mid-Direttiva 2001/23, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Saras Energía SA vs Administración del Estado

(Kawża C-561/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2012/27/UE - Artikolu 7(1), (4) u (9) - Artikolu 20(4) u (6) - Promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija - Skema ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija - Miżuri oħra ta’ politika pubblika - Fond nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija - Stabbiliment ta’ tali fond bħala miżura prinċipali ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija - Obbligu ta’ kontribuzzjoni - Indikazzjoni tal-partijiet obbligati - Distributuri tal-enerġija u/jew impriżi tal-bejgħ bl-imnut tal-enerġija))

(2018/C 352/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saras Energía SA

Konvenuta: Administración del Estado

Fil-preżenza ta’: Endesa SA, Endesa Energía SA, Endesa Energía XXI SLU, Viesgo Infraestructuras Energéticas SL, Hidroeléctrica del Cantábrico SAU, Nexus Energía SA, Nexus Renovables SLU, Engie España SL, Villar Mir Energía SL, Energya VM Gestión de Energía SLU, Estaciones de Servicio de Guipúzcoa SA, Acciona Green Energy Developments SLU, Fortia Energía SL

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza tal-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, bħala l-metodu prinċipali ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, skema ta’ kontribuzzjoni annwali għal fond nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija, sakemm, minn naħa, din il-leġiżlazzjoni tiżgura t-twettiq ta’ ffrankar tal-enerġija f’miżura ekwivalenti għall-iskemi ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija li jistgħu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva, u sakemm, min-naħa l-oħra, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(10) u (11) tal-imsemmija direttiva jiġu osservati, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija fuq ċerti impriżi determinati biss tas-settur tal-enerġija, sakemm l-indikazzjoni ta’ dawn l-impriżi, bħala partijiet obbligati, tkun effettivament ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji esposti b’mod espliċitu, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-16/17) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Oriġini u portata tad-dritt ta’ tnaqqis)

(2018/C 352/05)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tqis li kumpannija li jkollha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, u l-fergħa tagħha fl-ewwel wieħed minn dawn l-Istati huma żewġ persuni taxxabbli distinti minħabba li kull waħda minn dawn l-entitajiet għandu jkollha numru ta’ identifikazzjoni fiskali, u tirrifjuta, għal din ir-raġuni, lill-fergħa id-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq noti ta’ debitu maħruġa minn grupp ta’ interess ekonomiku li l-imsemmija kumpannija (u mhux il-fergħa tagħha) hija membru tiegħu.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – VTB Bank (Austria) AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde

(Kawża C-52/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 2013/36/UE - Artikoli 64, 65 u 67 - Regolament (UE) Nru 575/2013 - Artikolu 395(1) u (5) - Superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Setgħat ta’ superviżjoni u ta’ sanzjoni - Limiti għal espożizzjonijiet kbar - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ interessi fil-każ ta’ eċċess ta’ dawn il-limiti - Regolament (UE) Nruo468/2014 - Artikolu 48 - Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet nazzjonali - Proċedura ta’ superviżjoni prudenzjali mibdija formalment))

(2018/C 352/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VTB Bank (Austria) AG

Konvenuta: Finanzmarktaufsichtsbehörde

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 64 u l-Artikolu 65(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE kif ukoll l-Artikolu 395(1) u (5) tar-Regolament Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ eċċess tal-limiti ta’ espożizzjoni previsti fl-Artikolu 395(1) ta’ dan ir-regolament, interessi ta’ rkupru jiġu imposti b’mod awtomatiku fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, anki jekk din tal-aħħar tissodisfa l-kundizzjonijiet, stabbiliti fl-Artikolu 395(5) tal-imsemmi regolament, li jippermettu lil istituzzjoni ta’ kreditu teċċedi l-imsemmija limiti.

2)

L-Artikolu 48(3) tar-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 468/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ir-“Regolament Qafas MSU”), għandu jiġi interpretat fis-sens li proċedura ta’ superviżjoni prudenzjali la tista’ titqies bħala formalment mibdija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta istituzzjoni ta’ kreditu tirrapporta lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza eċċess tal-limiti previsti fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament Nru 575/2013, u lanqas meta din l-awtorità tkun diġà adottat deċiżjoni fi proċedura parallela dwar ksur simili.


(1)  ĠU C 144, 08.05.2017


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Château du Grand Bois SCI vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

(Kawża C-59/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Suq tal-inbid - Regolament (KE) Nru 555/2008 - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni ta’ vinji - Kontrolli fil-post li ma għandhomx jitħabbru - Setgħat tal-uffiċjali ta’ kontroll - Possibbiltà għall-uffiċjali li jidħlu f’azjenda agrikola mingħajr ma jkunu kisbu l-kunsens tal-bidwi))

(2018/C 352/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Château du Grand Bois SCI

Konvenut: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Dispożittiv

L-Artikoli 76, 78 u 81 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur ta’ l-inbid, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jawtorizzawx lill-uffiċjali li jwettqu kontroll fil-post li jidħlu f’azjenda agrikola mingħajr ma jkunu kisbu l-kunsens tal-bidwi.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – Miriam Bichat (C-61/17), Daniela Chlubna (C-62/17), Isabelle Walkner (C-72/17) vs Aviation Passage Service Berlin GmbH & Co. KG

(Kawża C-61/17, C-62/17 u C-72/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59/KE - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) - Kunċett ta’ “impriża li tikkontrolla lill-persuna li timpjega” - Proċeduri ta’ konsultazzjoni mal-ħaddiema - Oneru tal-prova))

(2018/C 352/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Miriam Bichat (C-61/17), Daniela Chlubna (C-62/17), Isabelle Walkner (C-72/17)

Konvenuta: Aviation Passage Service Berlin GmbH & Co. KG

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “impriża li tikkontrolla lill-persuna li timpjega” ikopri kull impriża marbuta ma’ din il-persuna li timpjega permezz ta’ sehem fil-kapital azzjonarju ta’ din tal-aħħar jew permezz ta’ rabtiet ġuridiċi oħra li jippermettulha teżerċita influwenza determinanti fil-korpi deċiżjonali tal-persuna li timpjega u tobbliga lil din tal-aħħar tipprevedi jew twettaq tkeċċijiet kollettivi.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Administration des douanes et droits indirects, Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Hubert Clergeau et

(Kawża C-115/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 1964/82 - Dikjarazzjonijiet foloz jew manuvri bl-iskop li jinkisbu ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti qatgħat tal-laħam tal-annimali bovini dissussat - Emenda tar-Regolament Nru 1964/82 li testendi l-benefiċċju tal-ħlasijiet lura partikolari fuq l-esportazzjoni - Prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli - It-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali))

(2018/C 352/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administration des douanes et droits indirects, Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Konvenuti: Hubert Clergeau, Jean-Luc Labrousse, Jean-Jacques Berthellemy, Alain Bouchet, Jean-Pierre Dubois, Marcel Géry, Jean-Paul Matrat, Jean-Pierre Paziot, Patrice Raillot

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli, kif stabbilit fit-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li persuna tkun ikkundannata talli kisbet indebitament ħlasijiet lura speċjali fuq esportazzjoni previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82, tal-20 ta’ Lulju 1982, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet [ħlasijiet lura] speċjali tal-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat tal-annimali bovini, permezz ta’ manuvri jew ta’ dikjarazzjonijiet foloz dwar in-natura tal-oġġetti li għalihom il-ħlasijiet lura kienu mitluba, filwaqt li, wara emenda għal dan ir-regolament li seħħet wara l-fatti inkriminati, l-oġġetti li hija esportat saru eliġibbli għal dawn il-ħlasijiet lura.


(1)  ĠU C 178, 6.6.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – il-Latvja) – Administratīvā rajona tiesa vs Ministru kabinets

(Kawża C-120/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Regolament (KE) Nru 1257/1999 - Artikoli 10 sa 12 - Għajnuna għall-irtirar kmieni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-trasferiment causa mortis tal-għajnuna għall-irtirar kmieni - Leġiżlazzjoni approvata mill-Kummissjoni Ewropea - Bidla sussegwenti fil-pożizzjoni - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi))

(2018/C 352/10)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administratīvā rajona tiesa

Konvenut: Ministru kabinets

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-artikoli, l-Istati Membri jadottaw miżuri li jippermettu t-trasferiment causa mortis ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

2)

Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li regola nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-trasferiment causa mortis ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni u li kienet ġiet approvata mill-Kummissjoni bħala konformi mar-Regolament Nru 1257/1999, ħolqot aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-werrieta tal-bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna, u li konklużjoni bħal dik imsemmija fil-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2011, li tgħid li l-imsemmija għajnuna ma hijiex trasferibbli causa mortis, ma temmitx dawn l-aspettattivi leġittimi.


(1)  ĠU C 168, 29.5.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – David Smith vs Patrick Meade, Philip Meade, FBD Insurance plc, Ireland, Attorney General

(Kawża C-122/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - It-Tielet Direttiva 90/232/KEE - Artikolu 1 - Responsabbiltà fil-każ ta’ danni fiżiċi kkawżati lill-passiġġieri kollha ħlief is-sewwieq - Assigurazzjoni obbligatorja - Effett dirett tad-direttivi - Obbligu li titħalla mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għal direttiva - Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali kuntrarja għal direttiva))

(2018/C 352/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: David Smith

Konvenuti: Patrick Meade, Philip Meade, FBD Insurance plc, Ireland, Attorney General

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 288 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’tilwima bejn individwi, li tinsab fl-impossibbiltà li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħha kuntrarji għal dispożizzjoni ta’ direttiva li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikollha effett dirett, f’sens konformi ma’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, ma hijiex obbligata, abbażi biss tad-dritt tal-Unjoni, li tħalli mhux applikati dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali kif ukoll klawżola li tinsab, konformement magħhom, f’kuntratt ta’ assigurazzjoni.

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-parti leża bin-nuqqas ta’ konformità tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni jew il-persuna ssurrogata fid-drittijiet ta’ din il-parti tista’ madankollu tipprevalixxi ruħha mill-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich et (C-6/90 u C-9/90, EU:C:1991:428), sabiex tikseb mill-Istat Membru, skont il-każ, kumpens għad-dannu subit.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Nefiye Yön vs Landeshauptstadt Stuttgart

(Kawża C-123/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 2/76 - Artikolu 7 - Klawżola ta’ “standstill” - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork Obbligu li tinkiseb viża għad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru))

(2018/C 352/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nefiye Yön

Konvenuta: Landeshauptstadt Stuttgart

fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2/76, tal-20 ta’ Diċembru 1976, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, imwaqqaf mill-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963, f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fi-kawża prinċipali, introdotta matul il-perijodu ta’ bejn l-20 ta’ Diċembru 1976 u t-30 ta’ Novembru 1980, li tissuġġetta l-ħruġ ta’ permess ta’ residenza abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja favur ċittadini ta’ Stati terzi li huma membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat, għall-kisba minn dawn iċ-ċittadini, qabel id-dħul fit-territorju nazzjonali, ta’ viża għall-finijiet tal-imsemmija riunifikazzjoni tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali miżura tista’, madankollu, tiġi ġġustifikata minn raġunijiet relatati mal-kontroll effettiv tal-immigrazzjoni u tal-amministrazzjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni, iżda ma tistax tiġi aċċettata ħlief sakemm il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tagħha ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Land Nordrhein-Westfalen vs Dirk Renckhoff

(Kawża C-161/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Soċjetà tal-informazzjoni - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati - Artikolu 3(1) - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Kunċett - Tqegħid online fuq sit internet, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt tal-awtur, ta’ ritratt ippubblikat preċedentement, mingħajr restrizzjoni u bl-awtorizzazzjoni tal-imsemmi detentur, fuq sit internet ieħor - Pubbliku ġdid))

(2018/C 352/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Land Nordrhein-Westfalen

Konvenuti: Dirk Renckhoff

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri t-tqegħid online fuq sit internet ta’ ritratt li kien ippubblikat qabel, mingħajr miżura li tirrestrinġi t-tniżżil tiegħu u bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, fuq sit internet ieħor.


(1)  ĠU C 231, 17.07.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Kúria – l-Ungerija) – Hochtief AG vs Budapest Főváros Önkormányzata

(Kawża C-300/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għal tressiq ta’ kawża - Direttiva 89/665/KE - Kawża għad-danni - Artikolu 2(6) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ammissibbiltà ta’ azzjoni għad-danni għall-konstatazzjoni preliminari u finali tal-illegalità tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li allegatament ikkawża d-dannu allegat - Rikors għal annullament - Proċedura preċedenti quddiem Kumitat Arbitrali - Stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet mill-Kumitat Arbitrali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-produzzjoni ta’ motivi li ma jkunux tqajmu quddiem il-Kumitat Arbitrali - tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza)

(2018/C 352/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hochtief AG

Konvenut: Budapest Főváros Önkormányzata

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħolijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata permezz tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola proċedurali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-possibbiltà li tiġi sostnuta pretensjoni tad-dritt ċivili fil-każ ta’ ksur tar-regoli dwar l-kuntratti pubbliċi u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, għall-kundizzjoni li l-ksur ikun ġie kkonstatat b’mod definittiv minn dan il-Kumitat Arbitrali tal-Kuntratti Pubbliċi jew, fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni ta’ dan il-Kumitat Arbitrali, minn qorti.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u (3) tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2014/23, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ azzjoni għad-danni, ma jipprekludix regola proċedurali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet mogħtija minn Kumitat Arbitrali responsabbli fl-ewwel istanza mill-istħarriġ tad-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kontraenti fl-ambitu tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jiġu eżaminati biss motivi invokati quddiem dan il-kumitat.


(1)  ĠU C 269, 14.08.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Gerhard Prenninger et vs Oberösterreichische Landesregierung

(Kawża C-329/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Anness II - Punt 1(d) - Kunċett ta’ “deforestazzjoni tal-bidu bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art” - Ftuħ ta’ parti minn foresta marbuta mal-kostruzzjoni u mal-operat ta’ linja tal-elettriku maqtugħa mill-art))

(2018/C 352/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerhard Prenninger, Karl Helmberger, Franziska Zimmer, Franz Scharinger, Norbert Pühringer, Agrargemeinschaft Pettenbach, Marktgemeinde Vorchdorf, Marktgemeinde Pettenbach, Gemeinde Steinbach am Ziehberg

Konvenuti: Oberösterreichische Landesregierung

Fil-preżenza ta’: Netz Oberösterreich GmbH

Dispożittiv

Il-punt 1(d) tal-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ftuħ ta’ trinka forestali għall-finijiet tal-installazzjoni u tal-operat ta’ linja tal-elettriku maqtugħa mill-art, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, matul il-perijodu statutorju ta’ eżistenza tagħha, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “deforestazzjoni tal-bidu bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 318, 25.09.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tartu Halduskohus – l-Estonja) – Argo Kalda Mardi talu vs Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

(Kawża C-435/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Pagamenti diretti - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Artikoli 93 u 94 - Anness II - Kundizzjonalità - Kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali - Rekwiżiti minimi - Implimentazzjoni minn Stat Membru - Obbligu ta’ manutenzjoni ta’ monumenti funebri - Portata))

(2018/C 352/16)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Halduskohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Argo Kalda Mardi talu

Konvenut: Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 93(1) u (2), l-Artikolu 94 u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jimponi, bħala standard marbut mal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba previsti f’dak l-Anness II, il-konservazzjoni, fuq superfiċju agrikolu, ta’ siti funebri mmarkati b’ġebel, li ċ-ċaqliq tagħhom iwassal għal ksur ta’ tali standard u, għaldaqstant, it-tnaqqis tal-pagamenti dovuti lill-bidwi kkonċernat.

2)

L-Artikolu 72(1)(a), l-Artikolu 91(1) u (2), l-Artikolu 93(1) u l-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1306/2013, kif ukoll l-Artikolu 4(1)(b), (c) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligi bbażati fuq kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba, previsti mir-Regolament Nru 1306/2013, għandhom jiġu osservati fuq l-impriża agrikola kollha u mhux unikament fuq is-superfiċju agrikolu li għalih tintalab għajnuna b’mod konkret.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – Viking Motors AS et vs Tallinna linn, Maksu- ja Tolliamet

(Kawża C-475/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 401 - Taxxi nazzjonali li għandhom in-natura ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Projbizzjoni - Kunċett ta’ “taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ” - Taxxa lokali fuq il-bejgħ - Karatteristiċi essenzjali tal-VAT - Assenza))

(2018/C 352/17)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viking Motors AS, TKM Beauty Eesti OÜ, TKM King AS, Kaubamaja AS, Selver AS

Konvenuti: Tallinna linn, Maksu- ja Tolliamet

Dispożittiv

L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix iż-żamma jew l-introduzzjoni ta’ taxxa, bħat-taxxa fuq il-bejgħ inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Verbraucherzentrale Berlin eV vs Unimatic Vertriebs GmbH

(Kawża C-485/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 2(9) - Kunċett ta’ “post tan-negozju” - Kriterji - Kuntratt ta’ bejgħ konkluż fl-istand miżmum minn kummerċjant fl-okkażjoni ta’ fiera kummerċjali))

(2018/C 352/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verbraucherzentrale Berlin eV

Konvenuta: Unimatic Vertriebs GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li stand, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, miżmum minn kummerċjant f’fiera kummerċjali, li fih jeżerċita l-attivitajiet tiegħu xi ġranet fis-sena, huwa “post tan-negozju”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk, fir-rigward taċ-ċirkustanzi ta’ fatt kollha li jduru madwar dawn l-attivitajiet, u b’mod partikolari tad-dehra ta’ dan l-istand u tal-informazzjoni mgħoddija fil-post fejn isseħħ il-fiera stess, konsumatur normalment informat u raġonevolment attent u avżat seta’ raġonevolment jistenna li dan il-kummerċjant jeżerċita fih l-attivitajiet tiegħu u javviċinah sabiex jikkonkludi kuntratt, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 392, 20.11.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Ringkonnakohus – l-Estonja) – Coöperatieve Vereniging SNB-REACT U.A. vs Deepak Mehta

(Kawża C-521/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Direttiva 2004/48/KE - Artikolu 4 - Locus standi quddiem organu ta’ rappreżentazzjoni kollettiva ta’ proprjetarji ta’ trade marks - Direttiva 2000/31/KE - Artikoli 12 sa 14 - Responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ kiri u ta’ reġistrazzjoni ta’ indirizzi IP li jippermetti l-użu anonimu ta’ ismijiet ta’ dominju u ta’ siti internet))

(2018/C 352/19)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coöperatieve Vereniging SNB-REACT U.A.

Konvenut: Deepak Mehta

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati li jirrikonoxxu lil organu ta’ rappreżentazzjoni kollettiva ta’ proprjetarji ta’ trade marks, bħalma huwa dak fil-kawża prinċipali, bħala persuna li għandha l-kwalità sabiex titlob, f’isimha stess, l-applikazzjoni ta’ rimedji previsti minn din id-direttiva, bl-għan li jiġu protetti d-drittijiet ta’ dawn il-proprjetarji, kif ukoll locus standi, f’isimha stess, sabiex tiddefendi dawn l-imsemmija drittijiet, bil-kundizzjoni li dan l-organu huwa kkunsidrat, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħala persuna li għandha interess dirett li jiġu protetti dawn id-drittijiet u li din il-leġiżlazzjoni tippermettilha locus standi in judicio għal dan l-għan, li hija ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika.

2)

L-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-limiti ta’ responsabbiltà previsti minn dawn l-artikoli huma applikabbli għal fornitur ta’ servizz ta’ kiri u ta’ reġistrazzjoni ta’ indirizzi IP li jippermetti l-użu ta’ ismijiet ta’ dominju tal-internet b’mod anonimu, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm dan is-servizz jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ servizzi msemmija f’dawn l-artikoli u jissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti kollha, sa fejn l-attività ta’ tali fornitur tkun ta’ natura purament teknika, awtomatika u passiva, li jimplika li huwa la kellu għarfien ta’ u lanqas kellu kontroll fuq l-informazzjoni trażmessa jew maħżuna mill-klijenti tiegħu, u fejn huwa ma għandux rwol attiv, billi jippermetti lil dawn tal-aħħar li jottimizzaw l-attività tagħhom ta’ bejgħ online, li hija ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 382, 13.11.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Gennaro Cafaro vs DQ

(Kawża C-396/18)

(2018/C 352/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gennaro Cafaro

Konvenuta: DQ

Domandi preliminari

1)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista mid-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tad-9 ta’ Settembru 2008 li, b’applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 748 tal-Kodiċi Taljan dwar in-Navigazzjoni, jirregola l-limiti tal-impjieg tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ DQ u li jipprevedi b’mod partikolari t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol meta l-ħaddiem jagħlaq is-60 sena, tmur kontra r-Regolament Nru 1178/2011 (1), sa fejn huwa jiffissa l-limitu għal 65 sena għall-impjieg tal-piloti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-imsemmi regolament japplika f’dan il-każ, ladarba l-leġiżlazzjoni nazzjonali speċjali ma tiġix applikata?

2)

Sussidjarjament, jekk ir-regolament jitqies li ma huwiex applikabbli ratione materiae għaċ-ċirkustanzi tal-każ, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tmur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età, previst mid-Direttiva 2000/78 (2) u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 21(1)) li d-Direttiva 2000/78 tagħtiha espressjoni konkreta?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 311, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fis-26 ta’ Ġunju 2018 – AW, BV, CU, DT vs Ir-Repubblika tal-Litwanja, irrappreżentata minn Lietuvos Respublikos ryšių reguliavimo tarnyba, Bendrasis pagalbos centras u Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija

(Kawża C-417/18)

(2018/C 352/21)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AW, BV, CU, DT

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja, irrappreżentata minn Lietuvos Respublikos ryšių reguliavimo tarnyba, Bendrasis pagalbos centras u Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 26(5) tad-Direttiva 2002/22/KE (1), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE (2), jimponi l-obbligu li jkun hemm trasmissjoni ta’ informazzjoni dwar il-post minn fejn isiru telefonati minn apparat tal-mowbajl li ma fihx kard SIM?

2)

Meta l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tippermetti li jsiru telefonati min-numru tat-telefown tal-emerġenza “112” mingħajr kard SIM, dan ifisser li l-informazzjoni dwar il-post minn fejn isiru tali telefonati għandha tkun iddefinita konformement mal-Artikolu 26(5) tad-Direttiva 2002/22/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE?

3)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali stabbilita fil-punt 4.5.4 tar-Regoli għall-aċċess minn abbonati jew utenti għas-servizzi ta’ emerġenza pprovduti mill-awtoritajiet (fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ mill-11 ta’ Novembru 2011 sal-15 ta’ April 2016), li tipprevedi b’mod partikolari li l-fornituri tan-netwerk pubbliku tal-mowbajl għandhom jittrasmettu l-informazzjoni tal-post bi grad ta’ preċiżjoni li huwa dak tal-kopertura tal-istazzjon bażi (tas-settur) (bl-Ingliż Cell-ID), iżda ma tiddeterminax b’liema grad ta’ preċiżjoni minimu d-distanza) l-istazzjonijiet bażi għandhom jistabbilixxu l-post fejn jinsab min jagħmel it-telefonata lanqas kemm għandha tkun id-densità ta’ fejn għandhom ikunu stabbiliti l-istazzjonijiet bażi (id-distanza bejniethom), tikkonforma mar-regola prevista fl-Artikolu 26(5) tad-Direttiva 2002/22/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE, li skontha l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jiddefinixxu l-kriterji relatati mal-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post fejn jinsab min jagħmel it-telefonata?

4)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda jew għat-tieni domanda fis-sens li l-Istati Membri huma marbuta li jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post għandha tkun stabbilita skont l-Artikolu 26 (5) tad-Direttiva 2002/22/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE, u/jew ir-risposta għat-tielet domanda tkun fis-sens li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma hijiex konformi mal-Artikolu 26 (5) tad-Direttiva 2002/22/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE, li tipprevedi li l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jiddefinixxu l-kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post fejn jinsab min jagħmel it-telefonata, il-qorti nazzjonali għandha, meta tiddeċiedi dwar il-kumpens għad-danni, tikkonstata li hemm rabta kawżali diretta bejn il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u d-dannu sostnut mill-individwi, jew huwa biżżejjed li hija tikkonstata li hemm rabta kawżali indiretta bejn il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u d-dannu sostnut mill-individwi, meta, skont il-leġiżlazzjoni jew il-ġurisprudenza nazzjonali, li tiġi stabbilita tali rabta kawżali indiretta hija biżżejjed sabiex tagħti lok għal responsabbiltà?


(1)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU 2002, L 105, p. 5).

(2)  Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU 2009, L 337, p. 11).


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/17


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-430/18)

(2018/C 352/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf, J. Rius, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi ma adottax, qabel it-18 ta’ Settembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikax dawn id-dispożizzjonijiet kollha lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 29(1) ta’ din id-direttiva;

timponi fuq ir-Renju ta’ Spanja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 48 919,20, b’effett mid-data meta tingħata s-sentenza li tiddikjara n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jadotta, jew, fi kwalunkwe każ, li jinnotifika lill-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva 2014/92/UE;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2014/92/UE, l-Istati Memmbri kellhom jadottaw u jippubblikaw, mhux iktar tard mit-18 ta’ Settembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa għat-twettiq ta’ dak li huwa stabbilit f’din id-direttiva, u li jinformaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni.

Billi r-Renju ta’ Spanja ma wettaqx it-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva 2014/92/UE u ma nnotifikax lill-Kummissjoni bil-miżuri ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Kummissjoni tipproponi li r-Renju ta’ Spanja jiġi kkundannat iħallas pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 48 919,20 b’effett mid-data meta tingħata s-sentenza, ikkalkolati skont il-gravità, it-tul tal-ksur u l-effett dissważiv meqjusa fid-dawl tal-kapaċita ta’ ħlas ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU 2014, L 257, p. 214.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-2 ta’ Lulju 2018 – ML vs OÜ Aktiva Finants

(Kawża C-433/18)

(2018/C 352/23)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ML

Konvenuta: OÜ Aktiva Finants

Domandi preliminari

1)

Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli, stabbilita mis-sistema nazzjonali għall-preżentata ta’ appelli, hija kompatibbli mar-rimedji effettivi disponibbli għaż-żewġ partijiet abbażi tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 44/2001 (1) fir-rigward ta’ appell ġudizzjarju, fil-każ tal-ppreżentata ta’ appell minn deċiżjoni ta’ qorti tal-ewwel istanza li tirrigwarda r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza fis-sens tar-Regolament Nru 44/2001?

2)

Fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli, ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet relatati mal proċeduri f’materji kontradittorji fis-sens tal-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001, jekk l-appellat ma jkunx instema’ fir-rigward tal-appell propost qabel ma tingħata d-deċiżjoni relattiva għall-awtorizzazzjoni tal-appell? Tali kundizzjonijiet ikunu sodisfatti jekk l-appellat jinstema’ qabel ma tingħata d-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-appell?

3)

Fl-interpretazzjoni, għandha tingħata importanza lill-fatt li l-appellant jista’ jkun mhux biss il-parti li talbet l-eżekuzzjoni u li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda, iżda anki l-parti li kontriha ntalbet l-eżekuzzjoni, fil-każ li tali talba kontriha tkun intlaqgħet?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Otis Gesellschaft m.b.H. et vs Land Oberösterreich et

(Kawża C-435/18)

(2018/C 352/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Otis Gesellschaft m.b.H., Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Kone Aktiengesellschaft, ThyssenKrupp Aufzüge Gesellschaft m.b.H.

Konvenuti: Land Oberösterreich, Gemeinnützige Wohnungsgenossenschaft “Lebensräume” eingetragene Gen.m.b.H., EBS Wohnungsgesellschaft mbH, WAG Wohnungsanlagen Gesellschaft m.b.H., WSG Gemeinnützige Wohn- und Siedlergemeinschaft reg.Gen.m.b.H., Neue Heimat Oberösterreich Gemeinnützige Wohnungs- und SiedlungsgesmbH, BRW Gemeinnützige Wohnungs- und Siedlungsgenossenschaft “Baureform Wohnstätte” eingetragene Gen.m.b.H., Gemeinnützige Wohnungs- und Siedlungsgenossenschaft “Familie” eingetragene Gen.m.b.H., VLW Vereinigte Linzer Wohnungsgenossenschaften Gemeinnützige GmbH, Gemeinnützige Steyrer Wohn- und Siedlungs Genossenschaft “Styria” reg.Gen.m.b.H., Innviertler Gemeinnützige Wohnungs- und Siedlungsgenossenschaft reg.Gen.m.b.H., Gemeinnützige Wohnungsgesellschaft der Stadt Steyr GmbH, Gemeinnützige Industrie-Wohnungsaktiengesellschaft, Gemeinnützige Siedlungsgesellschaft m.b.H. für den Bezirk Vöcklabruck, GEWOG Neues Heim Gemeinnützige Wohnungsgesellschaft m.b.H.

Domanda preliminari

L-Artikoli 85 tat-Trattat KEE, 81 KE u 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tinżamm l-effettività sħiħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u l-effettività prattika tal-projbizzjoni li tirriżulta minnhom, il-membri tal-akkordju għandhom ukoll ikunu jistgħu jintalbu jħallsu kumpens għad-danni minn persuni li la huma attivi bħala fornituri u lanqas bħala xerrejja fis-suq materjalment u ġeografikament rilevanti kkonċernat minn akkordju iżda li jagħtu għajnuna f’kuntest legali taħt il-forma ta’ self b’kundizzjonijiet favorevoli lil xerrejja ta’ prodotti offruti fis-suq ikkonċernat mill-akkordju u li d-dannu tagħhom jikkonsisti fil-fatt li s-somma mislufa kienet ogħla, bħala perċentwali tal-ispejjeż tal-prodott, minn dik li kienet tkun fl-assenza ta’ ftehim kollużorju, peress li huma ma setgħux jinvestu dawn l-ammonti bi profitt?


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Linköping (l-Isvezja) fit-12 ta’ Lulju 2018 – Baltic Cable AB vs Energimarknadsinspektionen

(Kawża C-454/18)

(2018/C 352/25)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Linköping

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Baltic Cable AB.

Konvenuta: Energimarknadsinspektionen

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 16(6) tar-Regolament dwar l-Elettriku (1) japplika għall-każijiet kollha fejn persuna tirċievi introjti mill-allokazzjoni ta’ interkonnessjoni, ikunu xi jkunu ċ-ċirkustanzi tagħha, jew għandu japplika biss fejn il-persuna li tirċievi l-introjti tkun operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva dwar is-Suq tal-Elettriku?

2.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 16(6) tar-Regolament dwar l-Elettriku japplika biss għal operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, impriża li topera interkonnessjoni biss tista’ tiġi meqjusa bħala operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni?

3.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda jew għat-tieni domanda tfisser li l-Artikolu 16(6) tar-Regolament dwar l-Elettriku għandu japplika għal impriża li topera interkonnessjoni biss, l-ispejjeż relatati mat-tħaddim u mal-manutenzjoni ta’ interkonnessjoni, f’kull każ, jistgħu jiġu meqjusa bħala investimenti fin-netwerks sabiex il-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni jiġu miżmuma jew miżjuda, fis-sens tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(6)?

4.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda jew għat-tieni domanda tfisser li l-Artikolu 16(6) tar-Regolament dwar l-Elettriku għandu japplika għal impriża li topera interkonnessjoni biss, l-awtorità regolatorja tista’, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(6) tar-Regolament dwar l-Elettriku, tapprova li din l-impriża li topera interkonnessjoni biss, li għandha metodoloġija sabiex tistabbilixxi t-tariffi iżda li ma għandhiex klijenti li jagħmlu pagamenti diretti b’ħlasijiet (tariffi) tan-netwerks li jistgħu jiġu mnaqqsa, tista’ tuża introjti mill-allokazzjoni ta’ interkonnessjoni sabiex tagħmel profitt jew, jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija fin-negattiv, għat-tħaddim u għall-manutenzjoni?

5.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda jew għat-tieni domanda tfisser li l- Artikolu 16(6) tar-Regolament dwar l-Elettriku għandu japplika għal impriża li topera interkonnessjoni biss, u r-risposta għat-tielet domanda u għar-raba’ domanda tfisser jew li l-impriża ma tistax tuża l-introjti li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta’ interkonnessjoni għat-tħaddim u għall-manutenzjoni jew sabiex tagħmel profitt, jew li l-impriża tista’ tuża l-introjti għat-tħaddim u għall-manutenzjoni, iżda mhux sabiex tagħmel profitt, l-applikazzjoni tal-Artikolu 16(6) tar-Regolament dwar l-Elettriku għal impriża li topera interkonnessjoni biss tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-dritt tal-Unjoni jew kontra kwalunkwe prinċipju applikabbli ieħor?


(1)  Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU 2009, L 211, p. 15).


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Lukovit (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Lulju 2018 – Proċedura kriminali kontra EP

(Kawża C-467/18)

(2018/C 352/26)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Lukovit

Parti fil-kawża prinċipali

EP

Domandi preliminari

1)

Il-proċedura ineżami għall-applikazzjoni ta’ miżuri mediki obbligatorji, li jikkostitwixxu forma ta’ koerċizzjoni mill-Istat fil-konfront ta’ individwi li fir-rigward tagħhom il-prosekutur pubbliku kkonstata li wettqu atti ta’ perikolu għas-soċjetà, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2012/13 (1) dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali u tad-Direttiva 2013/48 (2) dwar id-dritt għas-servizzi ta’ avukat fi proċeduri kriminali?

2)

Id-dritt proċedurali Bulgaru li jirregola l-proċedura speċjali għall-applikazzjoni ta’ miżuri mediki obbligatorji skont ir-regoli previsti fl-Artikoli 427 et seq. tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, iktar ’il quddiem in-“NPK”), li ma jipprevedix il-possibbiltà għall-qorti li tibgħat il-kawża lura quddiem il-prosekutur pubbliku filwaqt li tordnalu jirrimedja d-diversi każijiet ta’ ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali mwettqa matul il-proċedura prekontenzjuża, iżda li jippermettilha biss tilqa’ jew tiċħad it-talba għall-applikazzjoni ta’ miżuri mediki obbligatorji, jagħti rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/48 u tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/13, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jiggarantixxi lill-individwu kkonċernat il-possibbiltà li jikkontesta quddiem qorti l-ksur tad-drititjiet tiegħu matul il-proċedura prekontenzjuża?

3)

Id-Direttiva 2012/13 u d-Direttiva 2013/48 japplikaw għal proċeduri kriminali (prekontenzjużi) meta d-dritt nazzjonali, f’dan il-każ in-NPK, ma jirrikonoxxix il-kwalità ta’ individwu “ssuspettat” u meta, minn perspettiva formali, matul il-proċedura prekontenzjuża, il-prosekutur pubbliku ma jqiegħedx taħt eżami lill-individwu kkonċernat għar-raġuni li l-qtil li huwa s-suġġett tal-investigazzjoni twettaq minn dan l-individwu fi stadju ta’ problemi mentali li jimplikaw l-assenza ta’ responsabbiltà kriminali tiegħu, raġuni li minħabba fiha l-prosekutur pubbliku jagħlaq il-proċedura kriminali, mingħajr ma jinforma lill-individwu kkonċernat, u jitlob lill-qorti tapplika miżuri mediki obbligatorji fil-konfront tal-imsemmi individwu?

4)

L-individwu li jkun is-suġġett ta’ proposta ta’ trattament mediku obbligatorju jikseb il-kwalità ta’ individwu “ssuspettat” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/13 u tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2013/48, meta l-uffiċjal tal-pulizija li kien l-ewwel wieħed li wasal fuq il-post fejn seħħew il-fatti wettaq l-ewwel passi ta’ investigazzjoni fid-dar tal-vittma tar-reat kriminali u ta’ binha, u, meta ra traċċi ta’ demm fuq il-ġisem ta’ dan tal-aħħar, għamillu mistoqsijiet dwar ir-raġunijiet għaliex kien qatel lill-ommu u ħareġ il-ġisem fit-triq, mistoqsijiet li għalihom l-individwu kkonċernat wieġeb, bil-konsegwenza li l-uffiċjal tal-pulizija libbislu l-manetti? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, huwa meħtieġ li diġà minn dan il-mument l-individwu kkonċernat jingħata l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 3(1), moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2012/13, u, f’tali sitwazzjoni, meta tingħata din l-informazzjoni, kif għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-bżonnijiet partikolari tal-individwu kkonċernat fis-sens tal-istess Artikolu 3(2), sa fejn il-pulizija tkun taf li l-individwu kkonċernat għandu problemi mentali?

5)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi ċaħda de facto tal-liberta, li tirriżulta minn tqegħid obbligatorju fi sptar mentali skont proċedura prevista fiz-Zakon za Zdraveto (il-Liġi dwar is-Saħħa) (miżura preventiva ta’ koerċizzjoni imposta meta jiġi pprovat li l-individwu kkonċernat ibati minn marda mentali u meta jkun hemm is-suspett ta’ riskju li dan ser iwettaq reat, u mhux fil-każ li jkun diġà twettaq reat), f’sitwazzjoni fejn din il-proċedura tkun inbdiet fuq il-bażi ta’ fatti li jikkostitwixxu l-att li huwa s-suġġett ta’ proċedura kriminali kontra l-individwu mqiegħed taħt trattament mediku, hija konformi mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2016/343, dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza (3), u, fil-każ ta’ tqegħid taħt arrest, dan iwassal għal ksur tad-dritt għal smigħ xieraq skont il-kriterji previsti fl-Artikolu 5(4) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jiġifieri għal smigħ li fil-kuntest tiegħu l-qorti jkollha s-setgħa li tivverifika kemm l-osservanza tar-regoli proċedurali u kemm ir-raġunijiet plawżibbli li jiġġustifikaw iż-żamma taħt arrest, kif ukoll in-natura leġittima tal-għan segwit minn din il-miżura, kif il-qorti hija obbligata tagħmel meta l-individwu jinżamm skont il-proċedura prevista fin-NPK?

6)

Il-kunċett ta’ “preżunzjoni tal-innoċenza” fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2016/343 jinkludi wkoll il-preżunzjoni li l-individwi li ma jistgħux jitqiesu li huma kriminalment responsabbli minħabba problemi mentali ma wettqux l-att li jikkostitwixxi perikolu għas-soċjetà li bih ikun qiegħed jakkużahom il-prosekutur pubbliku sakemm titressaq prova kuntrarja stabbilita konformement mad-dritt proċedurali (jiġifieri fil-kuntest ta’ proċedura kriminali u b’rispett tad-drittijiet tad-difiża)?

7)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-qorti li tiddeċiedi fuq il-mertu setgħat differenti fil-qasam ta’ verifika ex officio tal-legalità tal-proċedura prekontenzjuża skont:

(1)

jekk tkunx qiegħda teżmina att ta’ akkuża tal-prosekutur pubbliku li jiddikjara li individwu partikolari, li jgawdi mill-kapaċitajiet mentali tiegħu, wettaq qtil (Artikolu 249(1) moqri flimkien mal-Artikolu 249(4) tan-NPK), jew (2) jekk tkunx qiegħda teżamina proposta tal-prosekutur pubbliku li tiddikjara li l-individwu kkonċernat wettaq qtil iżda li, minħabba l-inkapaċità mentali tal-awtur tiegħu, dan l-att ma jikkostitwixxix reat kriminali u, għaldaqstant, jitlob lill-qorti tapplika miżura ta’ koerċizzjoni mill-Istat sabiex jingħata trattament mediku,

tista’ titqies li tiggarantixxi rimedji effettivi għall-individwi vulnerabbli, kif meħtieġ mill-Artikolu 13, moqri flimkien mal-Artikolu 12, tad-Direttiva 2013/48 u mill-Artikolu 8(2), moqri flimkien mal-Artikolu 3(2), tad-Direttiva 2012/13, u s-setgħat differenti mogħtija lill-qorti skont it-tip ta’ proċedura, li tiddependi minn jekk l-individwu identifikat bħala l-awtur tal-fatti jgawdix mill-kapaċitajiet mentali tiegħu jew le u jekk jistax jinżamm kriminalment responsabbli, huma konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


(1)  Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU 2012, L 142, p. 1).

(2)  Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU 2013, L 294, p. 1).

(3)  Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pesti Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Lulju 2018 – PannonHitel Pénzügyi Zrt. vs WizzAir Hungary Légiközlekedési Kft.

(Kawża C-476/18)

(2018/C 352/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pesti Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PannonHitel Pénzügyi Zrt.

Konvenuta: WizzAir Hungary Légiközlekedési Kft.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 261/2004”) (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġieri ta’ titjira affettwata minn bdila fil-ħin jistgħu jiġu assimilati għall-passiġieri ta’ titjira annullata għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens, u għalhekk jistgħu jinvokaw id-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, meta t-trasportatur tal-ajru jkun informa lill-passiġieri bil-bidla fil-ħin il-ġurnata ta’ qabel id-data tat-tluq indikata fuq l-orarju inizjali u meta l-passiġġieri jsofru, b’konsegwenza tal-bidla fil-ħin, telf ta’ ħin ta’ tliet sigħat jew iktar meta mqabbel mal-ħin tal-wasla previst fl-orarju inizjali, jiġifieri meta jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom bi tliet sigħat ta’ dewmien jew iktar meta mqabbel mal-ħin inizjalment ikkomunikat mit-trasportatur tal-ajru?

2)

L-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġieri ta’ titjira affettwata minn bdil fil-ħin jistgħu jiġu assimilati għall-passiġieri ta’ titjira mdewma għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens, u għalhekk jistgħu jinvokaw id-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, meta huma jsofru, b’konsegwenza tal-bidla fil-ħin, telf ta’ ħin ta’ tliet sigħat jew iktar, jiġifieri meta jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom bi tliet sigħat ta’ dewmien jew iktar meta mqabbel mal-ħin inizjalment ikkomunikat mit-trasportatur tal-ajru?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ Lulju 2018 – Google Ireland Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vámigazgatósága

(Kawża C-482/18)

(2018/C 352/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google Ireland Limited

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vámigazgatósága

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 18 u 56 tat-Trattat Dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE”) u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li s-sistema tas-sanzjonijiet tagħha tipprevedi, għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni għall-finijiet tat-taxxa fuq ir-reklamar, l-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunarja għal omissjoni, li l-ammont totali tagħha, fil-każ tal-kumpanniji mhux stabbiliti fl-Ungerija, jista’ jkun sa 2 000 darba ikbar minn dak applikabbli għall-kumpanniji li huma stabbiliti fl-Ungerija?

2)

Is-sanzjoni deskritta fid-domanda preċedenti, li hija ta’ ammont kbir ħafna u ta’ natura punittiva, tista’ tkun tali li tiddiswadi lill-fornituri tas-servizzi mhux stabbiliti fl-Ungerija milli jipprovdu servizzi f’dan l-Istat?

3)

L-Artikolu 56 TFUE u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni li abbażi tagħha, fil-każ ta’ impriżi stabbiliti fl-Ungerija, l-obbligu ta’ reġistrazzjoni jiġi ssodisfatt b’mod awtomatiku, mingħajr talba espliċita, bl-għoti ta’ numru ta’ identifikazzjoni fiskali Ungeriż fil-mument tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kumpanniji, indipendentement minn jekk l-impriża twettaqx attività ta’ pubblikazzjoni ta’ reklami jew le, filwaqt li, fil-każ tal-impriżi mhux stabbiliti fl-Ungerija u li minflok iwettqu attività ta’ pubblikazzjoni ta’ reklami f’tali Stat, dan ma jseħħx b’mod awtomatiku, peress li dawn tal-aħħar għandhom jissodisfaw espliċitament l-obbligu ta’ reġistrazzjoni u, fin-nuqqas ta’ dan, jistgħu jkunu suġġetti għal sanzjoni speċifika?

4)

Fil-każ ta’ risposta affermativa għall-ewwel domanda, l-Artikolu 56 TFUE u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sanzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiġi applikata minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni għall-finijiet tat-taxxa fuq ir-reklamar, sa fejn l-imsemmija dispożizzjoni tirriżulta kuntrarja għall-imsemmi artikolu?

5)

L-Artikolu 56 TFUE u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni li abbażi tagħha, fil-każ ta’ impriżi stabbiliti barra mill-pajjiż, id-deċiżjoni ġudizzjarja li permezz tagħha tiġi imposta sanzjoni pekunarja hija definittiva u eżekuttiva mill-mument li fiha hija tiġi kkomunikata u tista’ tiġi kkontestata biss permezz ta’ proċeduri ġudizzjarji li fihom il-qorti ma tistax iżżomm seduta u hija ammessa biss il-prova dokumentali, filwaqt li, fil-każ tal-impriżi stabbiliti fl-Ungerija, huwa possibbli li s-sanzjonijiet pekunjarji jiġu kkontestati permezz ta’ proċedura amministrattiva u, barra minn hekk, ma jeżistu l-ebda restizzjonijiet fir-rigward tal-proċedura?

6)

L-Artikolu 56 TFUE, fid-dawl tad-dritt għal proċess ġust li jinsab fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“Karta”), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-rekwiżit ma huwiex issodisfatt meta s-sanzjoni pekunjarja għal omissjoni tiġi imposta fuq bażi ta’ kuljum li tirriżulta fit-triplikazzjoni tal-ammont mingħajr ma l-fornitur ta’ servizzi ma jkun irċieva notifika tad-deċiżjoni ġudizzjarja preċedenti, b’tali mod li jkun impossibbli għalih li jirrimedja l-omissjoni tiegħu qabel ma tiġi imposta fuqu s-sanzjoni pekunjarja sussegwenti?

7)

L-Artikolu 56 TFUE, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-dritt għal proċess ġust li jinsab fl-Artikolu 41(1) tal-Karta, tad-dritt ta’ smigħ stabbilit fl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta u tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li tali rekwiżiti ma humiex issodisfatti meta d-deċiżjoni ġudizzjarja ma tistax tiġi kkontestata permezz ta’ proċedura amministrattiva u, fil-proċedura kontenzjuża-amministrattiva, hija ammessa biss l-prova dokumentali u l-qorti ma tistax iżżomm seduta fit-tilwima inkwistjoni?


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-20 ta’ Lulju 2018 – Société de perception et de distribution des droits des artistes-interprètes de la musique et de la danse (SPEDIDAM), PG, GF vs Institut national de l’audiovisuel

(Kawża C-484/18)

(2018/C 352/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société de perception et de distribution des droits des artistes-interprètes de la musique et de la danse (SPEDIDAM), PG, GF

Konvenut: Institut national de l’audiovisuel

Partijiet oħra: Syndicat indépendant des artistes-interprètes (SIA-UNSA), Syndicat français des artistes-interprètes (CGT)

Domanda preliminari

L-Artikoli 2(b), 3(2)(a) u 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 49, II, tal-loi no 86-1067 du 30 septembre 1986 relative à la liberté de communication (Liġi Franċiża Nru 86-1067 tat-30 ta’ Settembru 1986 dwar il-libertà ta’ komunikazzjoni), emendata permezz tal-Artikolu 44 tal-loi no 2006-961 (Liġi Nru 2006-961) tal-1 ta’ Awwissu 2006, tistabbilixxi, favur l-Institut national de l’audiovisuel (istitut nazzjonali tal-awdjoviżiv), benefiċjarju, fuq l-arkivji awdjoviżivi, tad-drittijiet ta’ użu mill-kumpanniji nazzjonali tal-programmi, sistema derogatorja li tipprevedi li l-kundizzjonijiet għall-użu tas-servizzi tal-artisti interpreti u r-remunerazzjonijiet li jagħti lok għalihom dan l-użu huma rregolati minn ftehimiet konklużi bejn l-artisti interpreti nfushom jew l-organizzazzjonijiet ta’ impjegati li jirrappreżentaw lill-artisti interpreti u dan l-istitut, fejn dawn il-ftehimiet għandhom b’mod partikolari jispeċifikaw il-livell tar-remunerazzjonijiet u l-modalitajiet għall-ħlas ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-24 ta’ Lulju 2018 – Groupe Lactalis vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, Garde des Sceaux, ministre de la Justice, Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-485/18)

(2018/C 352/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Groupe Lactalis

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, Garde des Sceaux, ministre de la Justice, Ministre de l’Économie et des Finances

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Otutbru 2011 (1), li jipprevedi b’mod partikolari li l-Kummissjoni tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza f’dak li jirrigwarda l-ħalib u l-ħalib użat bħala ingredjent, għandu jiġi kkunsidrat bħala li armonizza espressament din il-kwistjoni fis-sens tal-Artikolu 38(1) tal-istess regolament u jipprekludi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw miżuri li jeżiġu indikazzjonijiet obbligatorji supplimentari fuq il-bażi tal-Artikolu 39 ta’ dan ir-regolament?

2)

Fil-każ li l-miżuri nazzjonali jkunu ġġustifikati mill-protezzjoni tal-konsumaturi fid-dawl tal-Artikolu 39(1), iż-żewġ kriterji previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu li jirrigwardaw, minn naħa, rabta pprovata bejn ċerti kwalitajiet tal-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu, u min-naħa l-oħra, il-prova li l-maġġoranza tal-konsumaturi jagħtu [importanza] sinjifikattiva lil din l-informazzjoni għandhom jinqraw flimkien u, b’mod partikolari, l-evalwazzjoni tar-rabta pprovata tista’ tiġi bbażata biss fuq elementi li huma suġġettivi li jirrigwardaw l-importanza tal-assoċjazzjoni li l-maġġoranza tal-konsumaturi tagħmel bejn il-kwalità tal-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu?

3)

Sa fejn il- proprjetajiet tal-ikel jistgħu jinftiehmu bħala li jinkludu l-elementi kollha li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-ikel, il-kunsiderazzjonijiet relatati mal-kapaċità ta’ reżistenza tal-ikel għat-trasport u għar-riskji ta’ deterjorazzjoni tiegħu matul il-vjaġġ għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta pprovata bejn ċerti proprjetajiet tal-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 39(2)?

4)

L-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39 tippreżupponi li l- proprjetajiet ta’ ikel jitqiesu li huma uniċi minħabba l-oriġini jew il-provenjenza tagħhom jew li huma ggarantiti minħabba din l-oriġini jew din il-provenjenza u, f’dan l-aħħar każ, indipendentement mill-armonizzazzjoni tar-regoli sanitarji u ambjentali applikabbli fl-Unjoni Ewropea, l-indikazzjoni tal-oriġini jew tal-provenjenza tista’ tkun iktar speċifika minn indikazzjoni taħt il-forma “UE” jew “mhux tal-UE”?


(1)  Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal- Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal- Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, p. 18, rettifika fil-ĠU L 266, p. 7).


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-23 ta’ Lulju 2018 – RE vs Praxair MRC

(Kawża C-486/18)

(2018/C 352/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RE

Konvenuta: Praxair MRC

Domandi preliminari

1)

Il-Klawżola 2(4) u (6) tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-applikazzjoni għal persuna impjegata fuq leave parentali part-time fil-mument tat-tkeċċija tagħha ta’ dispożizzjoni ta’ dritt intern bħall-Artikolu L. 3123-13 tal-Kodiċi tax-Xogħol, dak iż-żmien applikabbli, li jipprovdi li “L-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance tal-irtirar tal-persuna impjegata li tkun ħadmet full-time u part-time fl-istess impriża huma kkalkolati proporzjonalment mal-perijodi ta’ impjieg imwettqa skont waħda minn dawn iż-żewġ modalitajiet sa mid-dħul tagħha fl-impriża”?

2)

Il-Klawżola 2(4) u (6) tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-applikazzjoni għal persuna impjegata part-time fil-mument tat-tkeċċija tagħha ta’ dispożizzjoni ta’ dritt intern bħall-Artikolu R. 1233-32 tal-Kodiċi tax-Xogħol li jipprovdi li, matul il-perijodu tal-leave għal bidla fl-impjieg li jeċċedi t-tul tal-avviż tat-temm ta’ impjieg, il-persuna impjegata tgawdi minn remunerazzjoni mensili mħallsa mill-persuna li timpjega, li l-ammont tagħha huwa ta’ mill-inqas 65 % tar-remunerazzjoni mensili gross medja tagħha suġġetta għall-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu L. 5422-9 tal-aħħar tnax-il xahar qabel in-notifika tat-tkeċċija?

3)

Fl-ipoteżi li tingħata risposta fl-affermattiv għal xi waħda miż-żewġ domandi preċedenti, l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet ta’ dritt intern bħall-Artikoli L. 3123-13 tal-Kodiċi tax-Xogħol, dak iż-żmien applikabbli, u R 1233-32 tal-istess kodiċi, sa fejn numru kunsiderevolment ogħla ta’ nisa milli rġiel jagħżlu li jgawdu mil-leave parentali part-time u li d-diskriminazzjoni indiretta li tirriżulta minn dan fir-rigward tad-dħul ta’ allowance ta’ tkeċċija u ta’ għoti ta’ leave għal bidla fl-impjieg imnaqqsa meta mqabbel mal-persuni impjegati li ma ħadux leave parentali part-time ma huwiex iġġustifikat minn elementi oġġettivi li bl-ebda mod ma huma diskriminatorji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fit-30 ta’ Lulju 2018 – YX

(Kawża C-495/18)

(2018/C 352/32)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YX

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni Qafas (1) [2008/909/JAI] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kriterji stabbiliti fih jiġu ssodisfatti biss jekk il-persuna kkundannata jkollha, fl-Istat Membru li tiegħu hija tkun ċittadin, rabtiet tal-familja, soċjali, professjonali jew oħrajn li jippermettu li raġonevolment jiġi preżunt li l-eżekuzzjoni tal-kundanna f’dak l-Istat Membru tista’ tiffaċilita l-integrazzjoni mill-ġdid soċjali tagħha [u] li dan l-artikolu għaldaqstant jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 4(1)(a) tal-liġi 549/2011 li tippermetti f’tali każijiet li tiġi rrikonoxxuta u eżegwita sentenza unikament abbażi ta’ residenza abitwali formali, irreġistrata fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-kwistjoni dwar jekk il-persuna kkundannata għandhiex rabtiet konkreti ma’ dan l-aħħar Stat li jippermettulha li ssaħħaħ il-probabbiltajiet tagħha ta’ integrazzjoni mill-ġdid soċjali?

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki fis-sitwazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni Qafas, l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha, qabel it-trażmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat, taċċerta ruħha li l-eżekuzzjoni tal-kundanna mill-Istat ta’ eżekuzzjoni sejra tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan li jikkonsisti fil-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni mill-ġdid soċjali tal-persuna kkundannata u li hija għandha wkoll tindika, fil-parti d), punt 4, ta’ dan iċ-ċertifikat, l-informazzjoni miġbura f’dan ir-rigward, b’mod partikolari meta l-persuna kkundannata tiddikjara, fl-osservazzjonijiet tagħha previsti fl-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Qafas, li għandha rabtiet tal-familja, soċjali jew professjonali konkreti fl-Istat emittenti?

3)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 9(1)(b) tad-Deċiżjoni Qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżisti motiv għal nuqqas ta’ rikonoxximent jew għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza wkoll meta, fis-sitwazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni Qafas, ma tkunx murija, minkejja l-konsultazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu u l-għoti eventwali ta’ informazzjoni neċessarja oħra, l-eżistenza ta’ rabtiet tal-familja, soċjali, professjonali jew oħrajn, li jippermettu raġonevolment li jiġi preżunt li l-eżekuzzjoni tal-kundanna fl-Istat ta’ eżekuzzjoni tista’ tiffaċilita l-integrazzjoni mill-ġdid soċjali tal-persuna kkundannata?


(1)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2008, L 327, p. 27).


Il-Qorti Ġenerali

1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – K. Chrysostomides & Co. et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-680/13) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar l-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza wara talba tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru - Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru - Deċiżjoni 2013/236/UE - Protokoll ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Rekwiżiti formali - Eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji nazzjonali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti protezzjoni lill-individwi - Dritt għall-proprjetà - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2018/C 352/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC (Nikosija, Ċipru) u l-50 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: P. Tridimas, barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Dumitriu-Segnana, E. Chatziioakeimidou u E. Moro, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Smulders, J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, sussegwentement J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis u L. Flynn, aġenti), il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Lenihan u F. Athanasiou, sussegwentement P. Papapaschalis u P. Senkovic u fl-aħħar M. Szablewska u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat), Eurogroupe, irrapreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Dumitriu-Segnana, E. Chatziioakeimidou u E. Moro, aġenti), l-Unjoni Ewropea, irrapreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Smulders, J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, sussegwentement J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis u L. Flynn, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament sostnew minħabba d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar l-assistenza ta’ liwkidità f’emerġenza wara talba mressqa mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, id-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal-25 ta’ April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar mżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU 2013, L 141, p. 32), il-Protokoll ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) kif ukoll atti oħra u aġir tal-Kummissjoni, tal-Kunsill, tal-BĊE u tal-Grupp tal-Euro marbuta mal-għoti ta’ faċilità ta’ assistenza finanzjarja lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 194, 24.6.2014.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Bourdouvali et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-786/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Deċiżjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE dwar il-provvista ta’ likwidità ta’ urġenza sussegwentement għal talba tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru - Dikjarazzjonijiet tal-Eurogroup tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru - Deċiżjoni 2013/236/UE - Protokoll ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Rekwiżiti formali - Eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji nazzjonali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dritt għall-proprjetà - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2018/C 352/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eleni Pavlikka Bourdouvali (Meneou, Ċipru) u 51 rikorrent ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness mas-sentenza (rappreżentant: P. Tridimas, barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Moro u E. Chatziioakeimidou, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis u L. Flynn, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Laurinavičius u M. Szablewska, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat), Eurogroup, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Moro u E. Chatziioakeimidou, aġenti) u L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis u L. Flynn, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarbu minħabba d-deċiżjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar il-provvista ta’ likwidità ta’ urġenza sussegwentement għal talba mressqa mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, id-dikjarazzjonijiet tal-Eurogroup tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE, tal-25 ta’ April 2013, indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU 2013, L 141, p. 32), il-Protokoll ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) u minħabba atti u aġir ieħor tal-Kummissjoni, tal-Kunsill, tal-BĊE u tal-Eurogroup marbuta mal-għoti ta’ faċilità ta’ assistenza finanzjarja lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eleni Pavlikka Bourdouvali u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Banque postale vs BĊE

(Kawża T-733/16) (1)

([“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva - Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet - Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE - Żbalji ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])

(2018/C 352/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Banque postale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Guillaume u L. Coudray, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax u G. Bassani, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u F. Louis, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-96950066U5XAAIRCPA 78/16 tal-BĊE tal-24 ta’ Awwissu 2016, meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), u tal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki ĠU 2013, L 208, p. 68, u ĠU 2013, L 321, p. 6).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-96950066U5XAAIRCPA 78/16 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-24 ta’ Awwissu 2016 hija annullata.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Confédération nationale du Crédit mutuel vs BĊE

(Kawża T-751/16) (1)

([“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva - Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet - Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE - Żbalji ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])

(2018/C 352/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération nationale du Crédit mutuel (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Grégoire u C. De Jonghe, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax u G. Bassani, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u F. Louis, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-9695000CG7B84NLR5984/92 tal-BĊE tal-24 ta’ Awwissu 2016, meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), u tal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki ĠU 2013, L 208, p. 68, u ĠU 2013, L 321, p. 6).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-9695000CG7B84NLR5984/92 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-24 ta’ Awwissu 2016 hija annullata.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – BNP Paribas vs BĊE

(Kawża T-768/16) (1)

([“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva - Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet - Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE - Żbalji ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])

(2018/C 352/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BNP Paribas (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax, G. Bassani u C. Olivier, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-R0MUWSFPU8MPRO8K5P83/136 tal-BĊE tal-24 ta’ Awwissu 2016, meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), u tal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki ĠU 2013, L 208, p. 68, u ĠU 2013, L 321, p. 6).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-R0MUWSFPU8MPRO8K5P83/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-24 ta’ Awwissu 2016 hija annullata.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (Pallas Halloumi)

(Kawża T-825/16) (1)

((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Pallas Halloumi - Trade mark ta’ ċertifikazzjoni tar-Renju Unit verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)))

(2018/C 352/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Papouis Dairies Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2065/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u Papouis Dairies.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Ċipru vs EUIPO – POA (COWBOYS HALLOUMI)

(Kawża T-847/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea COWBOYS HALLOUMI - Trade mark ta’ ċertifikazzjoni verbali preċedenti tar-Renju Unit HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

(2018/C 352/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pagkypriosorganismos ageladotrofon (POA) (Latsia, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Rikor ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2781/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u POA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Star Television Productions vs EUIPO – Marc Dorcel (STAR)

(Kawża T-797/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva STAR - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 352/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Star Television Productions Ltd (Tortola, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marc Dorcel SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: B. Soyer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1519/2016-2) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Star Television Productions u Marc Dorcel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Star Television Productions Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/34


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2018 – WV vs SEAE

(Kawża T-388/18)

(2018/C 352/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli u fondat;

konsegwentement, u wara li tkun ordnat lill-konvenut, b’mod preliminari u skont l-Artikolu 89(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali li jipprevedi “Miżuri ta’ Organizzazzjoni tal-Proċedura”, jipproduċi l-atti u d-dokumenti kollha dwar din il-kawża u b’mod partikolari: il-mandat u l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni interna ta’ sigurtà li saret mill-Awtorità tal-Ħatra; id-dokumenti u d-deċiżjonijiet interni kollha tas-SEAE prodotti b’relazzjoni mal-akkużi dwar l-allegata estrazzjoni ta’ dokumenti u trażmissjoni possibbli ta’ informazzjoni min-naħa tar-rikorrenti lil kwalunkwe Stat terz (l-Iżrael/it-Turkija), dati preċiżi, informazzjoni allegatament kondiviża u provi konkreti; kif ukoll l-informazzjoni trażmessa lil u t-tweġiba tas-servizz ta’ sigurtà; id-dokumenti u/jew id-deċiżjonijiet interni apparentement meħuda jew prodotti b’relazzjoni mal-inċident tas-27 ta’ Lulju 2016, u b’mod partikolari nota tas-Segretarju Ġenerali tas-SEAE dwar l-esklużjoni tar-rikorrenti mid-diviżjoni Torka; l-ittra elettronika tas-Sinjura [X] mibgħuta f’Settembru 2015 lis-Sinjur [Y] u li apparentement tagħmel riferiment għal “problemi serji essenzjalment marbuta mal-aġir tagħha”; l-informazzjoni dwar in-natura tad-diversi trasferimenti li hija kienet suġġetta għalihom sabiex jiġi ċċarat jekk it-trasferimenti seħħewx skont il-pożizzjoni tagħha u/jew b’mod eċċessiv; it-termini ta’ riferiment tal-esperti nazzjonali mpoġġija għad-dispożizzjoni tad-Diviżjoni Torka tas-SEAE li jirriflettu l-ftehim konkluż mad-diversi Stati Membri f’Ġunju 2015 fid-dawl tat-twaqqif tal-imsemmija diviżjoni; il-minuti tal-laqgħa tat-18 ta’ Mejju 2017 bejn ir-rikorrenti, rappreżentant tal-Kumitat tal-Persunal u tal-Awtorità tal-Ħatra; l-iskambju tal-ittri elettroniċi li seħħ fl-10 ta’ Lulju 2017 bejn is-Sinjur [Z] u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fit-Turkija;

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda impliċita tat-talba għal assistenza bbażata fuq l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, li saret fl-4 ta’ Settembru 2017;

tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2018, taħt ir-referenza Ares(2018)1705593, innotifikat fl-istess jum, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra tiċħad l-ilment tar-rikorrenti, li hija kienet ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2017; taħt ir-referenza R/510/17, kontra ċ-ċaħda impliċita ta’ talba għal assistenza bbażata fuq l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha, konformement mal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ assistenza u ta’ premura, fuq il-ksur tal-Artikoli 1e(2), (12), (12a), u 22b, 24, 25 u 26 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll fuq il-ksur tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).

Ir-rikorrenti tinvoka wkoll, bħala motiv, il-ksur b’mod partikolari tal-Artikoli 41, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll l-abbużi ta’ dritt u ta’ użu ħażin ta’ proċedura, minbarra l-ksur manifest tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet.

Ir-rikorrenti tinvoka, fl-aħħar nett, bħala motiv, il-ksur tal-prinċipju li jobbliga lill-amministrazzjoni tieħu deċiżjoni biss abbażi ta’ motivi legalment ammissibbli, jiġifieri rilevanti u mhux ivvizzjati bi żball jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, ta’ fatt jew ta’ liġi, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ kontradittorju, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali, minbarra l-ksur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

L-ilment għaldaqstant imqajjem huwa li, billi ħadet id-deċiżjoni kkontestata fil-kundizzjonijiet ikkritikati u billi ċaħdet, sussegwentement, l-ilment tar-rikorrenti, l-Awtorità tal-Ħatra manifestement ma għamlitx applikazzjoni u interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji msemmija iktar ’il fuq, billi bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq raġunijiet ineżatti kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt u billi poġġiet, konsegwentement, lir-rikorrenti f’sitwazzjoni amministrattiva illegali, nieqsa minn kwalunkwe adegwatezza bejn il-fatti stabbiliti u ċ-ċaħda tat-talba għal assistenza.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/36


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Riesco García vs Il-Parlament

(Kawża T-391/18)

(2018/C 352/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Juan Carlos Riesco García (Rota, Spanja) (rappreżentant: M. Tey Ariza, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

permezz ta’ dan l-att tiegħu u skont il-kompetenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jippreżenta rikors intiż għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-risposta rċevuta mill-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-31 ta’ Mejju 2017 għall-petizzjoni tiegħu Nru 0741/2015 dwar l-allegata diskriminazzjoni bejn l-uffiċjali permanenti u l-uffiċjali temporanji tas-servizz pubbliku rigward id-differenza fit-trattament marbuta mal-kundizzjonijiet tal-irtirar ta’ impjegati tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat Spanjol;

abbażi tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (Direttiva tal-Kunsill 1999/70 tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP), tiddikjara l-azzjoni ammissibbli, tiddeċiedi dwar il-kwistjoni mressqa u, abbażi ta’ dan, tordna l-Istat Spanjol jiddikjara u jagħti effett b’mod immedjat lid-dritt tal-uffiċjali kollha tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat Spanjol għall-istess kundizzjonijiet jew għal kundizzjonijiet simili ta’ aċċess għall-irtirar antiċipat.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola li hija s-suġġett tal-petizzjoni, numru ta’ uffiċjali (ta’ karriera) permanenti li huma affiljati mal-iskema ta’ sigurtà soċjali, u li javviċinaw l-irtirar volontarju, jistgħu jbiddlu l-iskema ta’ sigurtà soċjali tagħhom, peress li huma uffiċjali permanenti; filwaqt li impjegati temporanji ma jistgħux jagħmlu l-istess peress li ma humiex impjegati permanenti.

Ir-rikorrent iqis li r-risposta infondata rċevuta mill-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew għall-petizzjoni Nru 0741/2015 hija diżappuntanti u inkomprensibbli; dan l-organu, li ddikjara din il-petizzjoni ammissibbli u qies, fit-3 ta’ Awwissu 2016, li kien neċessarju li l-leġiżlazzjoni Spanjola tikkonforma mad-Direttiva 1999/70 kif ġie mitlub (kundizzjonijiet tal-irtirar ugwali), inkluż il-possibbiltà li tinbeda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, sussegwentement irrittrattat, billi argumentat li kien hemm “kwistjonijiet fattwali” mhux riżolti.

Huwa iktar inkomprensibbli l-fatt li, fil-każ ta’ dubji dwar din il-kwistjoni, ma jsirx riferiment għall-istituzzjoni kompetenti sabiex jiġi deċiż jekk huwiex neċessarju, f’dan il-każ, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma mad-Direttiva 1999/70, jiġifieri l-Qorti tal-Ġustizzja, iżda li minflok jiġi propost li din il-kwistjoni titressaq quddiem il-qrati nazzjonali, li huma inqas kompetenti, jew saħansitra ma għandhomx il-kompetenza, li jiddeċiedu dwar in-neċessità li d-dritt nazzjonali jikkonforma ma’ dak tal-Unjoni.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/36


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – ITSA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/18)

(2018/C 352/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) (Sunbury-on-Thames, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Scanvic, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/573 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-elementi ewlenin tal-kuntratti tal-ħżin tad-dejta li għandhom jiġu konklużi bħala parti minn sistema ta' traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/574 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta' traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/576 tal-15 ta' Diċembru 2017 dwar l-istandards tekniċi għall-karatteristiċi tas-sigurtà li jiġu applikati fuq il-prodotti tat-tabakk.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tal-WHO tal-Protokoll tal-WHO biex Jelimina l-Kummerċ Illeċitu fi Prodotti tat-Tabakk, adottat f’Seoul fit-12 ta’ Novembru 2012, li jipprojbixxi operazzjonijiet tat-tikkettar tat-tabakk milli jiġu fdati lill-industrija tat-tabakk. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm dak il-protokoll għadu ma daħalx fis-seħħ, ġie konkluż u ffirmat mill-Unjoni Ewropea, li jipprojbixxiha milli tagħmel atti li jkunu kuntrarji għaliha.

Barra minn hekk, hija tqajjem il-punt, li d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU 2014, L 127, p. 1), li abbażi tagħha r-regolament ikkontestat f'dan il-każ ġie adottat, jista’ u għandu jiġi interpretat bħala li huwa f’konformità mal-protokoll imsemmi hawn fuq, minkejja l-fatt li dan ma jipprojbixxix espressament li l-operazzjonijiet inkwistjoni jiġu fdati lill-industrija tat-tabakk.

Fl-aħħarnett, jekk wieħed jassumi li din l-interpretazzjoni mhix possibbli, tkun id-direttiva nnifisha li tkun kuntrarja għall-Protokoll u, konsegwentement, għat-Trattati Ewropej.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/37


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Prigent vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/16)

(2018/C 352/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Claude Prigent (Caudan, Franza) (rappreżentant: A. Bove, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors għal annullament;

fil-mertu, tiddikjara r-rikors fondat fil-motivi tiegħu;

għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Mejju 2018, abbażi tal-prinċipju ta’ solidarjetà nazzjonali kif iddefinit mill-Qorti tal-Ġustizzja (prinċipju ġenerali tad-dritt) u/jew tal-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

u tibgħat il-proċess lura lill-awtorità kompeteti;

tordna d-doveri kollha rikjesti mil-liġi fil-qasam;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza;

tirriżerva lir-rikorrent d-drittijiet, id-dovut u l-azzjonijiet kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà nazzjonali kif iddefinit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), li huwa prinċipju ġenerali tad-dritt. F’dan ir-rigward ir-rikorrent iqajjem l-argument li l-QĠUE tqis li skema intiża għal kategorija partikolari tal-popolazzjoni jew ta’ ħaddiema, ma hijiex skema legali iżda skema professjonali. Huwa jargumenta li f’dan il-każ, fid-dawl tad-diskriminazzjoni li teżisti bejn il-ħaddiema indipendenti li huma kostretti jkunu affiljati mar-régime social des travailleurs indépendants (skema soċjali tal-ħaddiema indipendenti) (iktar ’il quddiem l-“RSI”), anki fil-każ li d-dħul mill-bejgħ ikun żero jew f’defiċit, u l-oħrajn bħall-awtoimprendituri, il-ħaddiema impjegati jew anki l-uffiċjali, din evidentement ma hijiex skema legali.

Barra minn hekk, ir-rikorrent iqis li l-prinċipju ta’ solidarjetà, li fuqu hija bbażata l-RSI bħala skema legali ta’ sigurtà soċjali skont l-Istat Franċiż, ma huwiex f’dan il-każ osservat mill-RSI, sa fejn dan tal-aħħar jirċievi sejħiet għal kontribuzzjoni minima u b’rata fissa, anki fil-każ ta’ dħul baxx. Barra minn hekk, huwa jista’ jiġi totalment imċaħħad minn kumpens pekunjarju ta’ mard jew ta’ rtirar, fil-każ li ma jkunx hemm biżżejjed kontribuzzjonijiet jew fejn ikun hemm dewmien fil-ħlas, fatt li ma jkunx il-każ għal ħaddiema Franċiżi oħrajn affiljati ma’ skema ta’ sigurtà soċjali oħra.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi ugwaljanza bejn iċ-ċittadini Ewropej kollha, sa fejn ma huwiex possibbli jiġi kkalkulat il-valur tal-kontribuzzjonijiet tal-RSI b’mod sfavorevoli għall-persuni indipendenti bħar-rikorrenti meta mqabbla mal-ħaddiema Franċiżi l-oħrajn. Għaldaqstant, billi kklassifikat l-ilment ta’ dawn tal-aħħar, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ solidarjetà nazzjonali kif iddefinit mill-QĠUE bħala prinċipju ġenerali tad-dritt u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, liema fatt għandu jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni tagħha.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/38


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2018 – Biasotto vs EUIPO – OOFOS (OOF)

(Kawża T-453/18)

(2018/C 352/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Biasotto (Treviso, l-Italja) (rappreżentanti: F. le Divelec Lemmi, R. Castiglioni u E. Cammareri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: OOFOS LLC (Reno, Nevada, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea OOF – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 961 767

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1270/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors fl-intier tiegħu

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tippermetti r-reġistrazzjoni tal-Applikazzjoni għal TMUE Nru 14 961 767 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha indikati fiha fil-klassijiet 18, 25 u 35 (jew, possibbilment, titlob lill-EUIPO jeżamina mill-ġdid l-appell ippreżentat mir-rikorrenti fil-15 ta’ Ġunju 2017, din id-darba, madankollu, bi tqabbil tal-applikazzjoni kontenzjuża mat-trade mark tal-Opponent li għaliha saret l-applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 1 258 728);

tikkundanna lill-EUIPO jew lill-intervenjent għall-ispejjeż kollha sostnuti mhux biss fil-kuntest ta’ din il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali iżda anki dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/39


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2018 – Biasotto vs EUIPO – OOFOS (OO)

(Kawża T-454/18)

(2018/C 352/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Biasotto (Treviso, l-Italja) (rappreżentanti: F. le Divelec Lemmi, R. Castiglioni u E. Cammareri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: OOFOS LLC (Reno, Nevada, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea OO – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 961 791

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1281/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors fl-intier tiegħu

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata, billi tikkonferma, essenzjalment, il-konklużjoni li wasal għaliha l-EUIPO fid-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ Mejju 2017 f’dak li jirrigwarda l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2683558 u, konsegwentement, tippermetti r-reġistrazzjoni tal-Applikazzjoni għal TMUE Nru 14 961 791 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha indikati fiha fil-klassijiet 18, 25 u 35;

tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż kollha sostnuti mhux biss fil-kuntest ta’ din il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali iżda anki dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/40


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2018 – Novartis vs EUIPO (SMARTSURFACE)

(Kawża T-463/18)

(2018/C 352/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Junquera Lara, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SMARTSURFACE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru Nru 16 492 076

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1765/2017-@2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li l-Artikoli 7(1)(b) u (c) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludux is-sinjal inkwistjoni (Trade mark Komunitarja Nru 16 492 076) fir-rigward tal-prodotti fil-Klassi 9 deskritti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c) u 7(2) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/40


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2018 – Getsmarter Online vs EUIPO (getsmarter)

(Kawża T-473/18)

(2018/C 352/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Getsmarter Online Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: I. Silcock, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “getsmarter” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 565 939

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2632/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/41


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Veit vs BĊE

(Kawża T-474/18)

(2018/C 352/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Sebastian Veit (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Kujath, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-3 ta’ Jannar 2018 dwar il-klassifikazzjoni tar-rikorrent b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018 sa fejn tikklassifika lir-rikorrent biss fil-livell ta’ salarju 17 fil-grad ta’ salarju F/G;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-25 ta’ Mejju 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għall-klassifikazzjoni tiegħu fil-livell ta’ salarju 83 fil-grad ta’ salarju F/G b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq dawn il-motivi:

1.

Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrent jallega li fil-każ ta’ kandidati interni – b’differenza mill-każ ta’ kandidati esterni li kienu jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet identiċi – il-konvenut ħa inkunsiderazzjoni biss b’mod limitat l-esperjenza professjonali rilevanti.

2.

Ksur tal-prinċipju ta’ dmir ġenerali ta’ premura

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrent jallega li, fil-kuntest tal-klassifikazzjoni, il-konvenut, mingħajr ġustifikazzjoni sostantiva, ittratta lir-rikorrent, bħala membru tal-persunal tiegħu, b’mod sfavorevoli meta mqabbel ma’ kandidati li kienu għadhom ma humiex fis-servizz tal-konvenut.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/42


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2018 – Electroquímica Onubense vs ECHA

(Kawża T-481/18)

(2018/C 352/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Electroquímica Onubense, S.L. (Palos de la Frontera, Spanja) (rappreżentant: D. González Blanco, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali tagħti deċiżjoni ġdida peress li Electroquímica Onubense (EQO) tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ impriża ta’ daqs medju għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-drittijiet għar-reġistrazzjoni ta’ prodotti mal-ECHA.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-rapport għall-kalkolu ta’ SME mehmuż mad-deċiżjoni kkontestata jirreferi għar-rabta tagħha ma’ ERCROS fis-snin 2013 u 2014, peress li l-awtur ta’ dan ir-rapport ma kienx jaf, b’fatt daqstant rilevanti bħall-kostituzzjoni ta’ din fi Frar 2015, b’kapital azzjonarju ta’ EUR 3 000, il-kapital minimu li huwa legalment meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni kummerċjali Spanjola. F’dan ir-rigward, huwa ddikjarat li l-fatt imsemmi hawn fuq dwar il-kapital azzjonarju tal-kumpannija l-ġdida kien il-fattur determinanti sabiex issir id-dikjarazzjoni dwar din bħala “imrpiża żgħira”, peress li effettivament EQO kienet tissodisfa l-parametri meħtieġa mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ u ma huwiex xieraq li s-sehem ta’ ERCROS f’din jista’ jibdilha, waħdu, f’“impriża ta’ daqs kbir”.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li ERCROS kienet l-unika azzjonist ta’ EQO matul il-perijodu bejn il-kostituzzjoni tal-kumpannija (18 ta’ Frar 2015) u t-trasferiment tal-ishma lil SALINAS DEL ODIEL (2 ta’ Ġunju 2015), u b’karatteristika li hija sempliċement konġunturali jew strumentali, sabiex tiffaċilita t-trasferiment tal-proprjetà ta’ EQO lid-destinatarju finali tagħha, SALINAS DEL ODIEL.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li fl-aħħar tas-sena kummerċjali 201, EQO ma kinitx għadha proprjetà ta’ ERCROS (ikkunsidrata bħala “impriża kbira”), la direttament u lanqas indirettament, iżda kienet proprjetà ta’ SALINAS DE ONIEL (ikkunsidrata bħala “impriża ta’ daqs medju”).

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-fattur rilevanti għad-determinazzjoni tad-daqs tal-impriża ta’ EQO, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, ma jistax ikun differenti mir-rabta li kellha EQO mal-impriża li kienet il-kumpannija omm tagħha fl-aħħar tas-sena kummerċjali 2015, hekk kif rifless fil-kontijiet annwali għal dik is-sena, u mhux mill-fatt li din ir-rabta kienet konġunturali u strumentali matul is-sena ta’ referenza.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-applikazzjoni tar-rata korretta ma għandhiex tkun dik prevista għal impriża kbira, iżda dik intiża għal impriża ta’ daqs medju, peress li r-rabta li għandha tiġi stabbilita għal dan il-għan hija dik bejn EQO u SALINAS DEL ODIEL, u mhux bejn EQO u ERCROS.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/42


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2018 – Stada Arzneimittel vs EUIPO (ViruProtect)

(Kawża T-487/18)

(2018/C 352/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ViruProtect” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 295 511

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1886/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/43


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2018 – Vafo Praha vs EUIPO – Rutzinger-Kurpas (Meatlove)

(Kawża T-491/18)

(2018/C 352/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vafo Praha s.r.o. (Chrášt’any, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Vojáček, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Susanne Rutzinger-Kurpas (Spigelau, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “Meatlove” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 557 374

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 264/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tad-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 46 tar-Regolament 2017/1001.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/44


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (Scanner Pro)

(Kawża T-492/18)

(2018/C 352/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Igor Zhadanov (Odessa, l-Ukraina) (rappreżentant: P. Olson, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Scanner Pro” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 257 727

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1812/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni Nru 16 257 727 għal prodotti fil-Klassijiet 9 u 42;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/44


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2018 – Dermatest vs EUIPO (DERMATEST)

(Kawża T-495/18)

(2018/C 352/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dermatest Gesellschaft für allergologische Forschung u. Vertrieb von Körperpflegemitteln mbH (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DERMATEST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 542 986

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 426/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2018 – OCU vs BUR

(Kawża T-496/18)

(2018/C 352/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Martínez Martínez u C. López-Mélida de Ramón, avukati)

Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni finali (“Final Decision”) tad-19 ta’ Ġunju 2018 tal-Bord tal-Appell tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni mogħtija fil-kuntest tal-Każ 54/2017 u intiża kontra l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-“Bord tal-Appell tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni” għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt fundamentali fl-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u l-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża (dritt għal amministrazzjoni tajba hekk kif espress permezz tal-aċċess għal dokumenti għall-eżerċizzju leġittimu tad-drittijiet tad-difiża).

F’dan ir-rigward, huwa sostnut li d-deċiżjoni kkontestata li permezz tagħha il-Bord tal-Appell ma jagħtix aċċess sħiħ għad-dokumenti miżmuma mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (iktar ’il quddiem il-“BUR”), li ntalbet sabiex jiġi eżerċitat id-dritt leġittimu tad-drittijiet tad-difiża, tikkostitwixxi ksur serju tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba, hekk kif espress permezz tal-aċċess għal dokumenti fl-Artikolu 41(2) tal-Karta u tal-prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-artikoli li jeskludu resttrizzjoni tal-kunfidenzjalità u tas-sigriet tan-negozju fl-aċċess għad-dokumenti meta t-talba ssir fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża u fl-aċċess għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, imsemmija fl-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1); fl-Artikolu 84 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190); u fl-Artikolu 53 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU 2013, L 176, p. 338, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 73 u fil-ĠU 2017, L 20, p. 1).

F’dan ir-rigward, huwa sostnut li d-deċiżjoni kkontestata li permezz tagħha il-Bord tal-Appell ma jagħtix aċċess sħiħ għad-dokumenti miżmuma mill-BUR, tirriżulta f’applikazzjoni żbaljata tal-eċċezzjonijiet għall-aċċess ġenerali għad-dokumenti msemmija fir-regolamenti li għadhom kif issemmew, peress li tali aċċess huwa mitlub fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża u tal-aċċess għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali fl-Artikolu 41(2) tal-Karta (dritt għal amministrazzjoni tajba, fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti).

F’dan ir-rigward, huwa sostnut li d-deċiżjoni kkontestata li permezz tagħha il-Bord tal-Appell ma jagħtix aċċess sħiħ għad-dokumenti miżmuma mill-BUR, tikkostitwixxi ksur serju tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba, hekk kif espress fl-Artikolu 41(2) tal-Karta, sa fejn din ma tosservax l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/46


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2018 – IAK – Forum International vs EUIPO – Schwalb (IAK)

(Kawża T-497/18)

(2018/C 352/56)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: IAK GmbH – Forum International (Kirchzarten, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Wilke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Ulrich Schwalb (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni IAK – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 843 533

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1511/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tiġi miċħuda fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/47


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2018 – ZPC Flis v EUIPO – Aldi Einkauf (Happy Moreno choco)

(Kawża T-498/18)

(2018/C 352/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorreni: ZPC Flis sp.j. (Radziejowice, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Happy Moreno choco – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 028 087

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1464/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal eżami mill-ġdid.

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li ma hemmx motivi għal rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 015028087 “Happy Moreno choco” għall-prodotti kollha fil-klassijiet 30 u 35 u li t-trade mark għandha tiġi rreġistrata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż favur ir-rikorrenti.

Motivi

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill;

ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.