ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku |
|
2018/C 338/01 BERS/2018/5 |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 338/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9069 — Kuwait Investment Authority/North Sea Midstream Partners) ( 1 ) |
|
2018/C 338/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9024 — Abry Partners/Link) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2018/C 338/04 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 338/05 |
||
2018/C 338/06 |
||
2018/C 338/07 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-każ AT.40465 — Asus |
|
2018/C 338/08 |
||
2018/C 338/09 |
||
2018/C 338/10 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Każ AT.40182 — Pioneer |
|
2018/C 338/11 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2018 li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40182 — Pioneer (restrizzjonijiet vertikali)) (notifikat bid-dokument C(2018)4790 final) ( 1 ) |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2018/C 338/12 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 338/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8994 — Microsoft/GitHub) ( 1 ) |
|
2018/C 338/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8785 — The Walt Disney Company/Twenty-First Century Fox) ( 1 ) |
|
2018/C 338/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9102 — Carlyle/Investindustrial/B&B Italia/Louis Poulsen/Flos) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tas-16 ta’ Lulju 2018
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2018/5)
(2018/C 338/01)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 458 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali effettivi u konsistenti, huwa importanti li tiġi kkumplimentata r-reċiproċità obbligatorja meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni b’reċiproċità volontarja. |
(2) |
Il-qafas dwar reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stipulat fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4) għandu jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
(3) |
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) tirrakkomanda lill-awtorità li tattiva rilevanti biex tipproponi limitu massimu ta’ materjalità meta tissottometti talba għal reċiproċità lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li taħtu l-iskopritura tal-fornitur tas-servizz finanzjarju individwali għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn il-miżura ta’ politika makroprudenzjali hija applikata mill-awtorità ta’ attivazzjoni tista’ titqies bħala mhux materjali. It-Tim ta’ Valutazzjoni permanenti tal-BERS, stabbilit taħt id-Deċiżjoni BERS/2015/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (6), jista’ jirrakkomanda limitu differenti jekk dan jitqies meħtieġ. |
(4) |
Mit-30 ta’ April 2018, istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju u li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju huma soġġetti, skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal żieda ta’ piż għar-riskju għal skoperturi tal-imnut assigurati minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, magħmula minn: (a) żieda fissa ta’ piż għar-riskju ta’ 5 punti perċentwali; u (b) żieda proporzjonali tal-piż għar-riskju li tikkonsisti f’frazzjoni (33 fil-mija) tal-medja peżata mill-iskopertura tal-piżijiet għar-riskju. |
(5) |
Wara t-talba mill-Belġju lill-BERS skont l-Artikolu 458(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u sabiex ma jkunx hemm il-materjalizzazzjoni ta’ effetti transkonfinali negattivi f’forma ta’ tnixxijiet u arbitraġġ regolatorju li jista’ jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-miżura makroprudenzjali tal-politika applikata fil-Belġju skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jinkludi din il-miżura fil-lista ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali li huma rakkomandati li jiġu rreċiprokati taħt ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. |
(6) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
EMENDI
Id-Deċiżjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:
1. |
Fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija ssostitwita b’dan li ġej:
|
2. |
dan l-Anness jinbidel bl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Lulju 2018.
Francesco MAZZAFERRO
Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS
f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(4) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
(5) Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-24 ta’ Marzu 2015 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).
(6) Deċiżjoni BERS/2015/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-16 ta’ Diċembru 2015 dwar qafas ta’ koordinazzjoni għan-notifika ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali minn awtoritajiet rilevanti, il-ħruġ ta’ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS, u li tħassar id-Deċiżjoni BERS/2014/2 (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 28).
ANNESS
Anness
L-Estonja
Rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 1 fil-mija applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja
I. Deskrizzjoni tal-miżura
1. |
Il-miżura Estonjana tikkostitwixxi rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 1 fil-mija applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja. |
II. Reċiprokazzjoni
2. |
Meta l-Istati Membri jkunu implimentaw l-Artikolu 134 tad-Direttiva 2013/36/UE fil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Estonjana għal skoperturi li jinsabu fl-Estonja ta’ istituzzjonijiet awtorizzati domestikament skont l-Artikolu 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
3. |
Meta l-Istati Membri ma jkunux implimentaw l-Artikolu 134 tad-Direttiva 2013/36/UE fil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Estonjana għal skoperturi li jinsabu fl-Estonja ta’ istituzzjonijiet awtorizzati domestikament skont is-subrakkomandazzjoni C(2). Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien sitt xhur. |
Il-Finlandja
Livell minimu ta’ 15 % speċifikament għal istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-piż għar-riskju medju fuq self iggarantit minn ipoteka fuq unitajiet domestiċi fil-Finlandja applikabbli għal istituzzjonijiet ta’ kreditu billi jintuża l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni (IRB) (minn hawn ’il quddiem “istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB”) skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
1. |
Il-miżura Finlandiża, applikata b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tikkonsisti minn livell minimu ta’ 15 % speċifikament għal istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-piż għar-riskju medju ta’ 15 fil-mija għal istituzjonijiet ta’ kreditu IRB, fil-livell ta’ portafoll, għal self ipotekarju residenzjali ggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja. |
II. Reċiprokazzjoni
2. |
B’konformità mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati li jirreċiprokaw il-miżura Finlandiża u japplikawha għall-portafolli tal-istituti ta’ kreditu IRB ta’ self ipotekarju għall-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja, maħruġ minn fergħat domestiċi awtorizzati li jinsabu fil-Finlandja. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
3. |
Huwa rrakkomandat ukoll lill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura Finlandiża u japplikawha għall-portafolli tal-istituti ta’ kreditu IRB ta’ self ipotekarju għall-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja, maħruġ direttament b’mod transkonfinali minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
4. |
Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, il-miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett l-aktar ekwivalenti għar-reċiprokazzjoni fuq msemmija, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien erba’ xhur. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
5. |
Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta’ materjalità ta’ skopertura ta’ EUR 1 biljun lis-suq tas-self ipotekarju residenzjali fil-FInlandja sabiex tiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-Istati Membri reċiprokanti. |
6. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB individwali b’portafolli non-materjali ta’ self ipotekarju għall-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 1 biljun. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jissorveljaw il-materjalità tal-iskoperturi u huma rrakkomandati li jirreċiprokaw meta istituzzjoni ta’ kreditu IRB taqbeż il-limitu ta’ EUR 1 biljun. |
7. |
Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB awtorizzati fi Stati Membri kkonċerati oħra b’fergħat li jinsabu fil-Finlandja jew li jipprovdu servizzi finanzjarji direttament fil-Finlandja li għandhom skoperturi ta’ EUR 1 biljun jew aktar għas-suq ipotekarju Finlandiż, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx kif stipulat fit-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jissorveljaw il-materjalità tal-iskoperturi u huma rrakkomandati li jirreċiprokaw meta istituzzjoni ta’ kreditu IRB taqbeż il-limitu ta’ EUR 1 biljun. |
Il-Belġju
Żieda ta’ piż għar-riskju għal skoperturi tal-imnut ggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju li jużaw l-Approċċ IRB u applikati skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Iż-żieda hija komposta minn żewġ komponenti:
(a) |
żieda fissa ta’ piż għar-riskju ta’ 5 punti perċentwali; u |
(b) |
żieda proporzjonata fil-piż għar-riskju li tikkonsisti fi 33 fil-mija tal-medja peżata tal-iskopertura tal-piżijiet għar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi tal-imnut ggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju. |
I. Deskrizzjoni tal-miżura
1. |
Il-miżura Belġjana, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju bl-użu tal-Approċċ IRB, tikkonsisti f’żieda ta’ piż għar-riskju għal skoperturi tal-imnut iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, li hija magħmula minn żewġ komponenti:
|
II. Reċiprokazzjoni
2. |
Skont l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għal fergħat li jinsabu fil-Belġju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament bl-użu tal-Approċċ IRB fiż-żmien speċifikat fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
3. |
L-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament bl-użu tal-Approċċ IRB li għandu skoperturi diretti bl-imnut assigurati minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), l-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fil-Belġju mill-awtorità li tattiva fiż-żmien speċifikat fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
4. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma hijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għar-reċiprokazzjoni msemmija hawn fuq, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. L-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
5. |
Il-miżura hija kkumplimentata minn limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ EUR 2 biljun biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. |
6. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw individwalment lil istituzzjonijiet ta’ kreditu bl-użu tal-Approċċ IRB li jkollhom skoperturi fil-livell tal- bl-imnut iggarantiti minn unitajiet domestiċi fil-Belġju li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun. Meta jiġi applikat il-limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jissorveljaw il-materjalità tal-iskoperturi u huma rrakkomandati li japplikaw il-miżura Belġjana għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati qabel li jkunu eżentati qabel meta jinkiser il-limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun. |
7. |
Fejn m’hemm l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-Istati Membri kkonċernati ma’ fergħat li jinsabu fil-Belġju jew li għandhom skoperturi diretti għall-bejgħ bl-imnut garantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-Belġju, li jużaw l-Approċċ IRB u li għandhom skoperturi ta’ EUR 2 biljun jew iktar fis-suq tal-proprjetà immobbli residenzjali Belġjan, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont is-Sezzjoni 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Belġjana. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jissorveljaw il-materjalità tal-iskoperturi u huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana meta istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Approċċ IRB taqbeż il-limitu ta’ EUR 2 biljun. |
8. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni ESRB/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun huwa livell minimu ta’ limitu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk japplikaw il-livell limitu rakkomandat, japplikaw livell limitu aktar baxx għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9069 — Kuwait Investment Authority/North Sea Midstream Partners)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 338/02)
Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9069. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9024 — Abry Partners/Link)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 338/03)
Fis-17 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9024. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Settembru 2018
li taħtar id-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(2018/C 338/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 158(2) tiegħu,
Billi:
Fit-8 ta’ Ġunju 2018, ġiet ippreżentata lill-Kunsill lista ta’ kandidati għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (‘l-Uffiċċju’) mill-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-Sur Christian L.L.G. ARCHAMBEAU, li twieled f’Vielsalm (il-Belġju) fil-11 ta’ April 1960, huwa b’dan maħtur bħala d-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (‘l-Uffiċċju’) għal mandat ta’ ħames snin.
2. Id-data li fiha jibda t-terminu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata mill-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
Il-Kummissjoni Ewropea
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/9 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta’ Settembru 2018
(2018/C 338/05)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1769 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,98 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4592 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88590 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,3350 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1312 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
129,60 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5885 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,560 |
HUF |
Forint Ungeriż |
323,75 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2925 |
RON |
Leu Rumen |
4,6545 |
TRY |
Lira Turka |
7,4320 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6158 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5174 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2313 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7643 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6064 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 316,62 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
17,0297 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0559 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4265 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 471,00 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8694 |
PHP |
Peso Filippin |
63,436 |
RUB |
Rouble Russu |
78,0670 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,055 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,8390 |
MXN |
Peso Messikan |
22,0233 |
INR |
Rupi Indjan |
84,7510 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/10 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu fl-10 ta’ Lulju 2018 li tikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.40465 — Asus
Relatur: l-Iżvezja
(2018/C 338/06)
1.
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-aġir kopert mill-abbozz tad-deċiżjoni jikkostitwixxi żewġ każijiet ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE.
2.
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multa, inkluż it-tnaqqis tagħha bbażata fuq il-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1).
3.
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/11 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-każ AT.40465 — Asus
(2018/C 338/07)
(1)
L-abbozz ta’ deċiżjoni indirizzata lil AsusTek Kompjuter Inc., Asus Kompjuter GmbH u Asus France SARL (iktar ’il quddiem, flimkien, “Asus”) sab li Asus kiser l-Artikolu 101 TFUE permezz ta’ prattiki li għandhom l-għan li jirrestrinġu l-abbiltà tal-bejjiegħa bl-imnut fil-Ġermanja u fi Franza sabiex jiddeterminaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom b’mod indipendenti.
(2)
L-investigazzjoni bdiet bi spezzjonijiet għall-għarrieda fl-istabbilimenti ta’ bejjiegħa bl-imnut fil-Ġermanja u fi Franza f’Marzu 2015.
(3)
Fit-2 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni fetħet proċeduri fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (2) kontra Asus. Fil-15 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni indirizzat talba għal informazzjoni lil Asus Kompjuter GmbH, li għaliha Asus Kompjuter GmbH wieġeb fit-13 ta’ Marzu 2017.
(4)
Ftit wara l-bidu tal-proċedimenti, Asus indika l-interess tiegħu li jikkoopera mal-Kummissjoni. Fil-[…], Asus issottometta aktar evidenza dwar l-imġiba rilevanti.
(5)
Permezz ta’ ittra datata […], Asus ippreżenta offerta formali biex jikkoopera fid-dawl tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni (“Sottomissjoni ta’ Saldu”). Is-Sottomissjoni ta’ Saldu fiha:
— |
rikonoxximent f’termini ċari u mingħajr ekwivoċi tar-responsabbiltà ta’ Asus għall-żewġ każijiet ta’ ksur imfissrin fil-qosor fir-rigward l-iskop tiegħu, il-fatti ewlenin, il-kwalifikazzjoni ġuridika tagħhom, inkluż ir-rwol u t-tul ta’ żmien tas-sehem ta’ AsusTek Kompjuter Inc., Asus Germany u Asus France fiż-żewġ każijiet ta’ ksur; |
— |
indikazzjoni tal-ammont massimu tal-multa li Asus jistenna li tiġi imposta mill-Kummissjoni u li hu se jaċċetta fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni; |
— |
il-konferma li Asus kien ġie infurmat biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni tipprevedi li ser tqajjem kontrih, u li kien ingħata opportunità biżżejjed biex jagħmel il-fehmiet tiegħu magħrufa lill-Kummissjoni; |
— |
il-konferma li Asus ma jipprevedix li ser jitlob aċċess ulterjuri għall-fajl jew jitolob smigħ ieħor f’seduta verbali, sakemm il-Kummissjoni ma tirriflettix is-Sottomissjoni ta’ Saldu tagħha fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (“id-DO”) u fid-deċiżjoni finali; |
— |
il-ftehim li jirċievi d-DO u d-deċiżjoni finali bl-Ingliż. |
(6)
Fl-24 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat id-DO, fejn Asus wieġeb billi kkonferma li d-DO rriflettiet il-kontenut tas-Sottomissjoni ta’ Saldu tiegħu.
(7)
Il-ksur ikkonstatat u l-multi imposti fl-abbozz ta’ deċiżjoni jikkorrispondu għal dawk rikonoxxuti u aċċettati fis-Sottomissjoni ta’ Saldu. L-ammont tal-multi huwa mnaqqas b’40 % minħabba li Asus ikkoopera mal-Kummissjoni lil hinn mill-obbligu legali tiegħu li jagħmel dan billi: (i) jipprovdi evidenza addizzjonali li tirrappreżenta valur miżjud sinifikanti fir-rigward tal-evidenza li tkun diġà fil-pussess tal-Kummissjoni, peress li din l-evidenza saħħet ħafna l-kapaċità tal-Kummissjoni li tipprova l-ksur; (ii) jirrikonoxxi l-ksur tal-Artikolu 101 TFUE fir-rigward tal-imġiba; u (iii) jirrinunzja għal ċerti drittijiet proċedurali, li jirriżultaw f’ineffiċjenzi amministrattivi.
(8)
F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz tad-Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom Asus ngħata l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu. Nikkonkludi li jagħmel dan.
(9)
Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali, f’dan il-każ, ġie rrispettat.
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2018.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta ’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/13 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-24 ta’ Lulju 2018
li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(Il-Każ AT.40465 — Asus (restrizzjonijiet vertikali))
(notifikat bid-dokument C(2018) 4773 final)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2018/C 338/08)
Fl-24 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil AsusTek Kompjuter Inc., Asus Kompjuter GmbH u Asus France SARL (flimkien, “Asus”). Asus huwa manifattur ta’ ħardwer tal-kompjuter u ta’ prodotti elettroniċi. Asus Kompjuter GmbH u Asus France SARL huma sussidjarji akkwiżiti totalment minn AsusTek Kompjuter Inc (it-Tajwan). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna żewġ każijiet ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE Asus Kompjuter GmbH u Asus France SARL implementaw prattiki li għandhom l-għan li jirrestrinġu l-abbiltà tal-bejjiegħa bl-imnut li jiddeterminaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom b’mod indipendenti fil-Ġermanja u Franza rispettivament. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
(3) |
Il-każ kontra Asus oriġina minn spezzjonijiet mhux imħabbra fl-10 ta’ Marzu 2015 fil-bini ta’ bejjiegħ bl-imnut online fil-Ġermanja u ta’ bejjiegħ bl-imnut online ieħor fi Franza, fejn dawn il-bejjiegħa bl-imnut ibiegħu fost l-oħrajn prodotti Asus. |
(4) |
Fit-2 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti formali bil-għan li tittieħed deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
(5) |
Ftit wara l-bidu tal-proċedimenti, Asus indika l-interess tiegħu li jikkoopera mal-Kummissjoni u ssottometta aktar evidenza dwar l-imġiba rilevanti. |
(6) |
Sussegwentement, Asus ippreżenta offerta formali biex jikkoopera fid-dawl tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. |
(7) |
Fl-24 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet indirizzata lil Asus. Fit-28 ta’ Mejju 2018, Asus ressaq it-tweġiba tiegħu għad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet. |
(8) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fl-10 ta’ Lulju 2018. |
(9) |
Il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni fl-24 ta’ Lulju 2018. |
2.2. Destinatarji u durata
(10) |
L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipaw direttament, matul il-perjodi indikati hawn taħt, f’attivitajiet antikompetittivi:
|
2.3. L-infrazzjonijiet fil-qosor
(11) |
Il-prodotti kkonċernati mid-Deċiżjoni huma: (i) fir-rigward tal-Ġermanja, il-prodotti mibjugħa mill-grupp kummerċjali u ta’ Asus Systems u l-prodotti tan-netwerking, desktop u wiri mibjugħa mill-grupp kummerċjali tal-Pjattaforma Miftuħa tiegħu; u (ii) fir-rigward ta’ Franza, il-prodotti kollha mill-grupp kummerċjali tal-Pjattaforma Miftuħa. Dawn il-prodotti ġew affettwati mill-istrateġija tan-negozju ta’ Asus fil-Ġermanja u Franza li hi mmirata li żżomm il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid fiż-żewġ Stati Membri stabbli fil-livell ta’ prezz rakkomandat ta’ bejgħ mill-ġdid. |
(12) |
Asus jiddistribwixxi l-prodotti tagħha permezz ta’ distributuri indipendenti. Madankollu, maniġers tal-kontijiet ta’ Asus fil-Ġermanja u Franza kienu ta’ spiss f’kuntatt mal-bejjiegħa bl-imnut anki jekk m’hemmx relazzjoni ta’ provvista diretta. |
(13) |
Matul il-perjodi ta’ ksur, il-monitoraġġ tal-prezzijiet kien imwettaq fil-Ġermanja u fi Franza permezz ta’ diversi mezzi, b’mod partikolari permezz tal-osservazzjoni ta’ siti ta’ tqabbil tal-prezzijiet u, għal xi kategoriji ta’ prodotti, permezz ta’ għodod ta’ monitoraġġ interni tas-softwer li ppermettew lil Asus biex jidentifika l-bejjiegħa bl-imnut li kienu qed ibigħu prodotti Asus inqas mil-livell tal-prezz mixtieq li tipikament laħaq prezz ta’ bejgħ mill-ġdid rakkomandat. |
(14) |
Asus ġie infurmat ukoll dwar l-ipprezzar baxx minn bejjiegħa bl-imnut permezz tal-ilmenti ta’ bejjiegħa bl-imnut oħrajn. Il-bejjiegħa bl-imnut li ma kinux konformi mal-livell tal-prezz mixtieq tipikament jistgħu jiġu kkuntattjati minn Asus u jintalbu biex iżidu l-prezz. |
(15) |
Il-bejjiegħa bl-imnut li ripetutament ma osservawx il-livell tal-prezz għall-bejgħ mill-ġdid mixtieq kienu mhedda u/jew sanzjonati minn Asus. |
2.4. Rimedji
(16) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (2). |
2.4.1. L-ammont bażiku tal-multa
(17) |
Fl-istabbiliment tal-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ tal-prodotti kkonċernati minn dawn il-proċeduri fl-2013, li hija l-aħħar sena sħiħa ta’ negozju tal-parteċipazzjoni ta’ Asus Kompjuter GmbH fit-twettiq tal-ksur fil-Ġermanja u Asus France SARL fil-ksur fi Franza. |
(18) |
Il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li ż-żamma tal-prezz għall-bejgħ mill-ġdid, min-natura tagħha stess, tirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u li ftehim vertikali u prattiki miftiehma bħal manteniment tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid, huma, min-natura tagħhom, ħafna drabi inqas ta’ ħsara għall-kompetizzjoni meta mqabbla mal-atti ta’ ftehim orizzontali. B’kont meħud ta’ dawn il-fatturi u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, il-proporzjon tal-valuri tal-bejgħ huwa stabbilit għal 7 %. |
(19) |
Il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni t-tul taż-żewġ okkorrenzi ta’ ksur uniku u kontinwu, kif imsemmi hawn fuq. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
(20) |
Ma hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ. |
2.4.3. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
(21) |
L-ebda waħda mill-multi kkalkulati ma qabżet l-10 % tal-fatturat dinji ta’ Asus. |
2.4.4. Tnaqqis tal-multa fid-dawl ta’ kooperazzjoni
(22) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li, sabiex jirrifletti li Asus ikkoopera effettivament mal-Kummissjoni lil hinn mill-obbligu legali tiegħu li jagħmel dan, il-multa li kieku kienet tkun imposta għandha, skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi, tiġi mnaqqsa b’40 %. |
3. KONKLUŻJONI
(23) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ammont finali tal-multa imposta fuq Asus skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għal ksur uniku u kontinwu fil-Ġermanja jammonta għal EUR 58 162 000 u għal ksur uniku u kontinwu fi Franza jammonta għal EUR 5 360 000. |
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/16 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2018 li tikkonċerna l-abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40182 — Pioneer
Relatur: L-Iżvezja
(2018/C 338/09)
1.
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.
2.
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, inkluż it-tnaqqis tagħha bbażata fuq il-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ stabbiliment ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1).
3.
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/17 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-Każ AT.40182 — Pioneer
(2018/C 338/10)
(1)
L-abbozz ta’ deċiżjoni indirizzat lil Pioneer Europe N.V. (“Pioneer Europe”), Pioneer GB Ltd u l-kumpanija omm aħħarija Pioneer Corporation (flimkien, “Pioneer”) sab li Pioneer kisret l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 taż-ŻEE permezz ta’ prattiċi mmirati biex jirrestrinġu lill-bejjiegħa bl-imnut biex jiddeterminaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom indipendentement u jirrestrinġu t-territorji li fihom il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jbigħu.
(2)
L-investigazzjoni bdiet bi spezzjonijiet mhux imħabbra fl-istabbilimenti ta’ Pioneer Europe fil-Belġju f’Diċembru 2013.
(3)
Ftit wara l-ispezzjoni, Pioneer indikat l-interess tagħha li tikkoopera mal-Kummissjoni. Fil-[…], Pioneer ressqet evidenza ulterjuri rigward l-aġir rilevanti.
(4)
Fit-2 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni fetħet proċeduri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004 (2) kontra Pioneer Europe, Pioneer Corporation u l-entitajiet ġuridiċi kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha. Fis-7 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni indirizzat talba għal informazzjoni lil Pioneer Europe, li għaliha Pioneer Europe wieġbet fis-27 ta’ Frar 2017.
(5)
Fil-[…], Pioneer Corporation u Pioneer Europe ppreżentaw offerta formali biex jikkooperaw (“Sottomissjoni ta’ Saldu”). Is-Sottomissjoni ta’ Saldu fiha:
— |
rikonoxximent f’termini ċari u mingħajr ekwivoċi tal-obbligazzjoni in solidum ta’ Pioneer Corporation u Pioneer Europe għall-ksur miġbur fil-qosor fir-rigward tal-iskop tiegħu, il-fatti ewlenin, il-kwalifikazzjoni ġuridika tagħhom, inkluż ir-rwol tagħhom, u t-tul ta’ żmien tal-parteċipazzjoni fil-ksur. Pioneer Europe rrikonoxxiet ukoll obligazzjoni f’isem Pioneer GB Ltd; |
— |
indikazzjoni tal-ammont massimu tal-multa li Pioneer Corporation u Pioneer Europe huma mistennija li jiġu imposti mill-Kummissjoni u li huma jaċċettaw fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni; |
— |
il-konferma li Pioneer Corporation u Pioneer Europe kienu rċevew informazzjoni biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni tipprevedi li ser tqajjem kontrihom u li kienu ngħataw opportunità biżżejjed biex jesprimu l-fehmiet tagħhom mal-Kummissjoni; |
— |
il-konferma li Pioneer Corporation u Pioneer Europe ma jipprevedux li ser jitolbu aċċess ulterjuri għall-fajl jew jitolbu smigħ ieħor f’seduta verbali, sakemm il-Kummissjoni ma tirriflettix is-Sottomissjoni ta’ Saldu fid-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet (id-“DO”) u fid-deċiżjoni; |
— |
il-ftehim hu li jirċievu d-DO u d-deċiżjoni finali bl-Ingliż. |
(6)
Fis-7 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat id-DO, fejn Pioneer Europe, Pioneer GB Ltd u Pioneer Corporation wieġbu b’mod konġunt li jtennu l-impenn tagħhom li jsegwu l-proċedura ta’ kooperazzjoni, u li jikkonfermaw li d-DO rriflettiet il-kontenut tas-Sottomissjoni ta’ Saldu. Pioneer Europe, Pioneer GB Ltd u Pioneer Corporation ikkonfermaw li huma ma xtaqux li jinstemgħu mill-ġdid mill-Kummissjoni.
(7)
Il-ksur ikkonstatat u l-multi imposti fl-abbozz ta’ deċiżjoni jikkorrispondu għal dawk rikonoxxuti u aċċettati fis-Sottomissjoni ta’ Saldu. L-ammont tal-multi huwa mnaqqas b’50 % minħabba li Pioneer ikkooperat mal-Kummissjoni lil hinn mill-obbligu legali tagħha li tagħmel dan billi: (i) ipprovdiet evidenza addizzjonali li tirrappreżenta valur miżjud sinifikanti fir-rigward tal-provi li huma diġà fil-pussess tal-Kummissjoni, peress li dawn il-provi saħħew ħafna l-kapaċità tal-Kummissjoni li tipprova l-ksur; (ii) irrikonoxxiet il-ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE fir-rigward tal-imġiba; u (iii) rinunzjat għal ċerti drittijiet proċedurali, li rriżulta f’effiċjenzi amministrattivi.
(8)
Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom Pioneer Europe, Pioneer GB Ltd u Pioneer Corporation ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Nikkonkludi li jagħmel dan.
(9)
Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali, f’dan il-każ, ġie rrispettat.
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2018.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/19 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-24 ta’ Lulju 2018
li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.40182 — Pioneer (restrizzjonijiet vertikali))
(notifikat bid-dokument C(2018)4790 final)
(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 338/11)
Fl-24 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Pioneer Corporation, Pioneer Europe N.V. u Pioneer GB Ltd (iktar ’il quddiem, flimkien, “Pioneer”). Matul il-perjodu tal-ksur, Pioneer Europe N.V. u Pioneer GB Ltd kienu sussidjarji akkwiżiti totalment ta’ Pioneer Corporation (il-Ġappun). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur uniku u kontinwu skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”). Bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, Pioneer implementat prattiki fi 12-il pajjiż taż-ŻEE bil-mira li tirrestrinġi l-ħila tal-bejjiegħa bl-imnut li jiddeterminaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom b’mod indipendenti u tirrestrinġi t-territorji fejn ikunu jistgħu jbigħu. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
(3) |
Il-każ kontra Pioneer oriġina minn spezzjoni mhux imħabbra fit-3 ta’ Diċembru 2013 fil-bini ta’ Pioneer Europe N.V. fil-Belġju għal żamma tal-prezz għall-bejgħ mill-ġdid suspettata (“RPM”) fir-rigward ta’ prodotti elettroniċi tal-konsumatur ta’ Pioneer. Ftit wara l-ispezzjoni, Pioneer indikat l-interess tagħha li tikkoopera mal-Kummissjoni u ssottomettiet evidenza ulterjuri dwar l-imġiba rilevanti. |
(4) |
Fl-10 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet mhux imħabbra fil-bini ta’ bejjiegħ bl-imnut online fi Franza u ta’ bejjiegħ bl-imnut online ieħor fil-Ġermanja. Dawn il-bejjiegħa bl-imnut ibigħu fost l-oħrajn prodotti Pioneer. |
(5) |
Fit-2 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti bil-għan li tittieħed deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
(6) |
Sussegwentement, Pioneer ippreżentat offerta formali biex tikkoopera fid-dawl tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
(7) |
Fis-7 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lil Pioneer. Fl-14 ta’ Ġunju 2018, Pioneer issottomettiet it-tweġiba tagħha għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet. |
(8) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fl-10 ta’ Lulju 2018. |
(9) |
Il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni fl-24 ta’ Lulju 2018. |
2.2. Destinatarji u durata
(10) |
L-impriża li jmiss kisret l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipat, matul il-perjodu indikat hawn taħt, f’attivitajiet antikompetittivi:
|
2.3. Sommarju tal-ksur
(11) |
Il-prodotti kkonċernati mid-Deċiżjoni huma prodotti elettroniċi tad-dar tal-konsumatur tad-Diviżjoni Domestika ta’ Pioneer. |
(12) |
Matul il-perjodu tal-ksur, Pioneer żviluppat u implimentat strateġija pan-Ewropea biex tħeġġeġ, tikkoordina u tiffaċilita l-monitoraġġ mill-qrib tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid tal-prodotti tagħha tad-Diviżjoni Domestika. F’dan il-kuntest, Pioneer ħadet miżuri għall-monitoraġġ ta’ prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid tal-bejjiegħa bl-imnut fi 12-il pajjiż taż-ŻEE u talbet u kisbet il-qbil ta’ bejjiegħa bl-imnut għaż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid. Dan inkiseb bi tpoġġija ta’ pressjoni kummerċjali fuq il-bejjiegħa bl-imnut bi prezzijiet iktar baxxi u, f’xi każijiet, bit-teħid ta’ miżuri ta’ ritaljazzjoni kontra l-bejjiegħa bl-imnut mhux konformi. Barra minn hekk, Pioneer ħadet miżuri biex tillimita, tiskoraġġixxi jew tipprevjeni l-kummerċ parallel ta’ prodotti mid-Diviżjoni Domestika fi ħdan iż-ŻEE. |
(13) |
Interventi minn Pioneer kienu jew xprunati minn ilmenti min-naħa tal-bejjiegħa dwar il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-kompetituri tagħhom, jew mibdija b’mod proattiv minn Pioneer. Iż-żieda fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prevenzjoni ta’ bejgħ online transfruntier lejn pajjiżi oħra taż-ŻEE inkisbet permezz ta’ traċċar tan-numru tas-serje li ppermetta lil Pioneer li tidentifka l-bejjiegħa bl-imnut/kummerċjanti paralleli bil-prezzijiet iktar baxxi. |
(14) |
Filwaqt li Pioneer użat b’mod l-aktar frekwenti l-RPM fi Franza, il-Ġermanja, il-Belġju u n-Netherlands, l-approċċ ġenerali ta’ Pioneer għall-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid kien simili fil-pajjiżi taż-ŻEE oħrajn affettwati (id-Danimarka, il-Finlandja, l-Italja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit, u n-Norveġja). |
(15) |
Permezz ta’ monitoraġġ mill-qrib tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid tal-bejjiegħa bl-imnut tagħha, b’interventi ma’ bejjiegħa bl-imnut biex iżidu l-prezzijiet tagħhom u permezz tal-prevenzjoni tal-bejgħ online transfruntier, Pioneer ppruvat tevita jew tnaqqas ir-ritmu tal-erożjoni tal-prezzijiet online man-netwerk tal-bejgħ bl-imnut (online) kollu tagħha. |
2.4. Rimedji
(16) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (2). |
2.4.1. L-ammont bażiku tal-multa
(17) |
Fl-istabbiliment tal-multi, il-Kummissjoni qieset l-valur tal-bejgħ fl-2012, li hija l-aħħar sena kompleta tal-parteċipazzjoni ta’ Pioneer fil-ksur. |
(18) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-fatt li l-RPM u restrizzjonijiet għall-kummerċ parallel, min-natura tagħhom stess, jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Il-Kummissjoni qieset ukoll il-fatt li ftehimiet vertikali u prattiki miftiehma huma, min-natura tagħhom, ħafna drabi inqas ta’ ħsara għall-kompetizzjoni meta mqabbla ma’ ftehimiet orizzontali. B’kont meħud ta’ dawn il-fatturi u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, il-proporzjon tal-valuri ta’ bejgħ ġie stabbilit għal 8 %. |
(19) |
Il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni t-tul tal-ksur uniku u kontinwu, kif imsemmi hawn fuq. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
(20) |
Ma hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ. |
2.4.3. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
(21) |
Il-multa kkalkulata ma għandhiex taqbeż 10 % tal-fatturat dinji ta’ Pioneer. |
2.4.4. It-tnaqqis tal-multa fid-dawl ta’ kooperazzjoni
(22) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li, sabiex jiġi rifless li Pioneer ikkooperat effettivament b’mod kbir mal-Kummissjoni, lil hinn mill-obbligu legali tagħha li tagħmel dan, il-multa li kieku kellha tkun imposta għandha, skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi, tiġi mnaqqsa b’50 %. |
3. KONKLUŻJONI
(23) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ammont finali tal-multa imposta fuq Pioneer skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għal ksur uniku u kontinwu huwa ta’ EUR 10 173 000. |
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/22 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u dokumenti oħra
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)
(2018/C 338/12)
Din l-Opinjoni tagħti sommarju tal-pożizzjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu.
F’dan il-kuntest, il-KEPD josserva li l-Kummissjoni b’mod ċar għażlet li tipprijoritizza l-aspetti tal-moviment liberu tal-Proposta u li tittratta l-objettiv relatat mas-sigurtà bħala korollarju. Il-KEPD jikkummenta li dan jista’ jkollu impatt fuq l-analiżi tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-elementi tal-Proposta.
Il-KEPD jappoġġja l-objettiv tal-Kummissjoni Ewropea li jiżdiedu l-istandards ta’ sigurtà applikabbli għal karti tal-identità u dokumenti ta’ residenza, b’hekk jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-Unjoni sħiħa. Fl-istess waqt, il-KEPD iqis li l-Proposta ma tiġġustifikax biżżejjed il-ħtieġa li jiġu pproċessati żewġ tipi ta’ data bijometrika (immaġni tal-wiċċ u marki tas-swaba’) f’dan il-kuntest, filwaqt li l-iskopijiet iddikjarati jistgħu jinkisbu permezz ta’ approċċ inqas intrużiv.
Skont il-qafas legali tal-UE, kif ukoll fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni Modernizzata 108, data bijometrika titqies bħala data sensittiva u hija soġġetta għal protezzjoni speċjali. Il-KEPD jisħaq li kemm l-immaġnijiet tal-wiċċ kif ukoll il-marki tas-swaba’ li jiġu pproċessati skont il-Proposta, b’mod ċar jaqgħu fi ħdan din il-kategorija ta’ data sensittiva.
Barra minn hekk, il-KEPD iqis li l-Proposta jkollha impatt estensiv fuq sa 370 miljun ċittadin tal-UE, li potenzjalment 85 % tal-popolazzjoni tal-UE tiġi soġġetta għal rekwiżit obbligatorju tal-marki tas-swaba’. Dan il-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, flimkien mad-data sensittiva ħafna li tiġi pproċessata (immaġnijiet tal-wiċċ flimkien ma’ marki tas-swaba’) jitlob skrutinju mill-qrib skont test ta’ ħtieġa stretta.
Barra minn hekk, il-KEPD jirrikonoxxi li, minkejja d-differenzi bejn il-karti tal-identità u l-passaporti, l-introduzzjoni ta’ karatteristiċi ta’ sigurtà li jistgħu jitqiesu xierqa għall-passaporti għall-karti tal-identità ma tistax issir awtomatikament, iżda teħtieġ riflessjoni u analiżi profonda.
Barra minn dan, il-KEPD jixtieq jisħaq li l-Artikolu 35(10) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ “GDPR”) (1) ikun applikabbli għall-ipproċessar imminenti. F’dan il-kuntest, il-KEPD josserva li l-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Proposta ma tidhirx li tappoġġja l-għażla politika magħżula mill-Kummissjoni, jiġifieri l-inklużjoni obbligatorja kemm tal-immaġnijiet tal-wiċċ kif ukoll (żewġ) tal-marki tas-swaba’ fil-karti tal-identità (u dokumenti ta’ residenza). Konsegwentement, il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Proposta ma tistax titqies biżżejjed għall-iskopijiet ta’ konformità mal-Artikolu 35(10) tal-GDPR. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li tiġi vvalutata mill-ġdid il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-ipproċessar tad-data bijometrika (immaġni tal-wiċċ flimkien ma’ marki tas-swaba’) f’dan il-kuntest.
Barra minn hekk, il-Proposta għandha tipprevedi espliċitament salvagwardji kontra l-Istati Membri li jistabbilixxu bażijiet tad-data daktiloskopiċi nazzjonali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Proposta. Għandha tiżdied dispożizzjoni fil-Proposta li tiddikjara espliċitament li d-data bijometrika pproċessata fil-kuntest tagħha għandha titħassar immedjatament wara l-inklużjoni tagħha fuq iċ-ċippa u ma tistax tiġi pproċessata aktar għal skopijiet oħra ħlief dawk li huma espliċitament stabbiliti fil-Proposta.
Il-KEPD jifhem li l-użu tad-data bijometrika jista’ jitqies bħala miżura leġittima kontra l-frodi, iżda l-Proposta ma tiġġustifikax il-ħtieġa li jinħażnu żewġ tipi ta’ data bijometrika għall-iskopijiet previsti fiha. Għażla oħra li għandha tiġi kkunsidrata tista’ tkun li tiġi limitata l-bijometrija li tintuża għal waħda (eż. immaġni tal-wiċċ waħda).
Barra dan, il-KEPD jixtieq jenfasizza li huwa jifhem li l-ħażna tal-immaġnijiet tal-marki tas-swaba’ ttejjeb l-interoperabbiltà, iżda fl-istess waqt din iżżid l-ammont ta’ data bijometrika pproċessata u r-riskju ta’ impersonizzazzjoni f’każ ta’ ksur ta’ data personali. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li d-data tal-marki tas-swaba’ maħżuna fuq iċ-ċippa tad-dokumenti tiġi limitata għal irqaqat jew tendenzi, subsett tal-karatteristiċi li jinkisbu mill-immaġni tal-marka tas-swaba’.
Finalment, filwaqt li jikkunsidra l-medda wiesgħa u l-impatt potenzjali tal-Proposta deskritta hawn fuq, il-KEPD jirrakkomanda li jiġi stabbilit limitu tal-età għall-ġbir tal-marki tas-swaba’ tat-tfal skont il-Proposta ta’ 14-il sena, f’konformità ma’ strumenti oħra tal-liġi tal-UE.
1. INTRODUZZJONI U SFOND
1. |
Fis-17 ta’ April 2018, il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”) ħarġet il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu (2) li għandu l-għan li jtejjeb il-karatteristiċi tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-UE u ta’ karti ta’ residenza ta’ membri tal-familja mhux tal-UE (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Proposta”). |
2. |
Din il-proposta għal Regolament tagħmel parti mill-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Diċembru 2016 “biex jissaħħaħ ir-rispons Ewropew għall-frodi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar” (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Diċembru 2016”) (3), li fih il-Kummissjoni identifikat azzjonijiet għall-indirizzar tal-kwistjoni tas-sigurtà tad-dokumenti, inklużi karti tal-identità u dokumenti ta’ residenza, fil-kuntest tal-attakki terroristiċi riċenti fl-Ewropa. |
3. |
Il-karti tal-identità għandhom rwol importanti biex jiżguraw l-identifikazzjoni ta’ persuna għal skopijiet amministrattivi u kummerċjali, li ġie enfasizzat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha li ġiet adottata fl-14 ta’ Settembru 2016“It-titjib tas-sigurtà f’dinja ta’ mobilità: skambju mtejjeb tal-informazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fruntieri esterni li jifilħu aktar” (4). Il-ħtieġa li titjieb is-sigurtà ta’ dawn id-dokumenti ġiet enfasizzata wkoll fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017. |
4. |
Parti mill-missjoni tal-KEPD hija li jirrakkomanda s-servizzi tal-Kummissjoni fl-abbozzar ta’ proposti leġislattivi ġodda b’implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-data. |
5. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li kien diġà ġie kkonsultat b’mod mhux formali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-abbozz tal-Proposta u ngħata l-opportunità li jipprovdi kontribut dwar l-aspetti tal-protezzjoni tad-data. |
7. KONKLUŻJONIJIET
Il-KEPD josserva li l-Kummissjoni diġà għażlet b’mod ċar li tipprijoritizza l-aspetti tal-moviment liberu tal-Proposta u li tittratta l-objettiv relatat mas-sigurtà bħala korollarju. Il-KEPD jikkummenta li dan jista’ jkollu impatt fuq l-analiżi tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-elementi tal-Proposta.
Il-KEPD jappoġġja l-objettiv tal-Kummissjoni Ewropea li jiżdiedu l-istandards ta’ sigurtà applikabbli għal karti tal-identità u dokumenti ta’ residenza, b’hekk jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-Unjoni sħiħa. Fl-istess waqt, il-KEPD iqis li l-Proposta ma tiġġustifikax biżżejjed il-ħtieġa li jiġu pproċessati żewġ tipi ta’ data bijometrika (immaġni tal-wiċċ u marki tas-swaba’) f’dan il-kuntest, filwaqt li l-iskopijiet iddikjarati jistgħu jinkisbu permezz ta’ approċċ inqas intrużiv.
Skont il-qafas legali tal-UE, kif ukoll fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni Modernizzata 108, data bijometrika titqies bħala data sensittiva u hija soġġetta għal protezzjoni speċjali. Il-KEPD jisħaq li kemm l-immaġnijiet tal-wiċċ kif ukoll il-marki tas-swaba’ li jiġu pproċessati skont il-Proposta, b’mod ċar jaqgħu fi ħdan din il-kategorija ta’ data sensittiva.
Barra minn hekk, il-KEPD iqis li l-Proposta jkollha impatt estensiv fuq sa 370 miljun ċittadin tal-UE, li potenzjalment 85 % tal-popolazzjoni tal-UE tiġi soġġetta għal rekwiżit obbligatorju tal-marki tas-swaba’. Dan il-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, flimkien mad-data sensittiva ħafna li tiġi pproċessata (immaġnijiet tal-wiċċ flimkien ma’ marki tas-swaba’) jitlob skrutinju mill-qrib skont test ta’ ħtieġa stretta.
Barra minn hekk, il-KEPD jirrikonoxxi li, minkejja d-differenzi bejn il-karti tal-identità u l-passaporti, l-introduzzjoni ta’ karatteristiċi ta’ sigurtà li jistgħu jitqiesu xierqa għall-passaporti għall-karti tal-identità ma tistax issir awtomatikament, iżda teħtieġ riflessjoni u analiżi profonda.
Barraminn dan, il-KEPD jixtieq jisħaq li l-Artikolu 35(10) tal-GDPR ikun applikabbli għall-ipproċessar imminenti. F’dan il-kuntest, il-KEPD josserva li l-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Proposta ma tidhirx li tappoġġja l-għażla politika magħżula mill-Kummissjoni, jiġifieri l-inklużjoni obbligatorja kemm tal-immaġnijiet tal-wiċċ kif ukoll (żewġ) tal-marki tas-swaba’ fil-karti tal-identità (u dokumenti ta’ residenza). Konsegwentement, il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Proposta ma tistax titqies biżżejjed għall-iskopijiet ta’ konformità mal-Artikolu 35(10) tal-GDPR. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li tiġi vvalutata mill-ġdid il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-ipproċessar tad-data bijometrika (immaġni tal-wiċċ flimkien ma’ marki tas-swaba’) f’dan il-kuntest.
Barra minn hekk, il-Proposta għandha tipprevedi espliċitament salvagwardji kontra l-Istati Membri li jistabbilixxu bażijiet tad-data daktiloskopiċi nazzjonali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Proposta. Għandha tiżdied dispożizzjoni fil-Proposta li tiddikjara espliċitament li d-data bijometrika pproċessata fil-kuntest tagħha għandha titħassar immedjatament wara l-inklużjoni tagħha fuq iċ-ċippa u ma tistax tiġi pproċessata aktar għal skopijiet oħra ħlief dawk li huma espliċitament stabbiliti fil-Proposta.
Il-KEPD jifhem li l-użu tad-data bijometrika jista’ jitqies bħala miżura leġittima kontra l-frodi, iżda l-Proposta ma tiġġustifikax il-ħtieġa li jinħażnu żewġ tipi ta’ data bijometrika għall-iskopijiet previsti fiha. Għażla oħra li għandha tiġi kkunsidrata tista’ tkun li tiġi limitata l-bijometrija li tintuża għal waħda (eż. immaġni tal-wiċċ waħda).
Barra dan, il-KEPD jixtieq jenfasizza li huwa jifhem li l-ħażna tal-immaġnijiet tal-marki tas-swaba’ ttejjeb l-interoperabbiltà, iżda fl-istess waqt din iżżid l-ammont ta’ data bijometrika pproċessata u r-riskju ta’ impersonizzazzjoni f’każ ta’ ksur ta’ data personali. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li d-data tal-marki tas-swaba’ maħżuna fuq iċ-ċippa tad-dokumenti tiġi limitata għal irqaqat jew tendenzi, subsett tal-karatteristiċi li jinkisbu mill-immaġni tal-marka tas-swaba’.
Finalment, filwaqt li jikkunsidra l-medda wiesgħa u l-impatt potenzjali tal-Proposta deskritta hawn fuq, il-KEPD jirrakkomanda li jiġi stabbilit limitu tal-età għall-ġbir tal-marki tas-swaba’ tat-tfal skont il-Proposta ta’ 14-il sena, f’konformità ma’ strumenti oħra tal-liġi tal-UE.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2018.
Giovanni BUTTARELLI
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(2) Proposta għal Regolament tal-Parlament Erwopew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2018 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu, COM(2018) 212 final, 2018/0104 (COD).
(3) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2016: Pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ tar-reazzjoni Ewropea għall-frodi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, COM(2016) 790 final.
(4) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill — It-titjib tas-sigurtà f’dinja ta’ mobilità: skambju mtejjeb tal-informazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fruntieri esterni li jifilħu aktar, COM(2016) 602 final.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/25 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8994 — Microsoft/GitHub)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 338/13)
1.
Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Microsoft Corporation (l-Istati Uniti), |
— |
GitHub Inc. (l-Istati Uniti). |
Microsoft Corporation takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ GitHub Inc. kollha. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Microsoft Corporation: id-disinn, l-iżvilupp u l-provvista ta’ softwer tal-kompjuter (inklużi diversi għodod għall-iżvilupp u l-operazzjonijiet tas-softwer (“DevOps”)), apparat ta’ hardware u servizzi relatati, soluzzjonijiet ibbażati fuq il-cloud, ir-riklamar online, ir-reklutaġġ u servizzi professjonali ta’ netwerk soċjali,
— għal GitHub Inc.: il-provvista ta’ għodod DevOps u b’mod partikolari is-softwer popolari għall-kontroll tal-verżjonijiet, għall-użu online (bħala servizz) u fil-post tan-negozju, kif ukoll servizzi ta’ elenkar tal-impjiegi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8994 — Microsoft/GitHub
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/27 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8785 — The Walt Disney Company/Twenty-First Century Fox)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 338/14)
1.
Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
The Walt Disney Company (“TWDC”, l-Istati Uniti), |
— |
Twenty-First Century Fox, Inc. (“Fox”, l-Istati Uniti). |
TWDC takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ partijiet minn Fox.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
TWDC hija attiva primarjament fid-distribuzzjoni teatrali tal-films, il-provvista/l-għoti ta’ liċenzji ta’ kontenut awdjoviżiv, it-tħaddim u l-provvista bl-ingrossa ta’ stazzjonijiet televiżivi, prodotti għall-konsumatur, kotba u rivisti, il-provvista ta’ spettakli u l-għoti ta’ liċenzji mużikali. Hija wkoll is-sid u topera l-park ta’ divertiment, Disneyland Paris, tipprovdi kruċieri permezz ta’ Disney Cruise Line, u toffri pakketti tal-ivvjaġġar, |
— |
Fox hija attiva primarjament fid-distribuzzjoni teatrali tal-films, il-provvista/l-għoti ta’ liċenzji ta’ kontenut awdjoviżiv, it-tħaddim u l-provvista bl-ingrossa ta’ stazzjonijiet televiżivi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati jressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata kull darba:
M.8785 — The Walt Disney Company/Twenty-First Century Fox
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/28 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9102 — Carlyle/Investindustrial/B&B Italia/Louis Poulsen/Flos)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 338/15)
1.
Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
CEP IV Daisy S.à r.l., ikkontrollata minn The Carlyle Group (flimkien “Carlyle”, l-Istati Uniti), |
— |
Investindustrial Vehicle, ikkontrollata mill-Investindustrial Group (flimkien “Investindustrial”, ir-Renju Unit), |
— |
B&B Italia SpA (“B&B Italia”, l-Italja), |
— |
Louis Poulsen A/S (“Louis Poulsen”, id-Danimarka), |
— |
Flos SpA (“Flos”, l-Italja). |
Carlyle u Investindustrial jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ B&B Italia, Flos u Louis Poulsen fl-intier tagħhom. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Carlyle: bħala maniġer tal-assi alternattivi globali, iġġestixxi fondi li jinvestu globalment f’kapital ta’ akkwiżizzjoni u ta’ tkabbir, proprjetà immobbli, infrastruttura u enerġija, kreditu strutturat, fondi ta’ ħħeġġjar, dejn tas-suq tan-nofs u ekwità privata,
— għal Investindustrial: bħala grupp Ewropew ta’ kumpaniji ta’ investiment, azzjonarji u ta’ konsulenza finanzjarja, li jinvesti f’kumpaniji ta’ daqs medju attivi f’setturi bħal servizzi ta’ manifattura industrijali, ta’ bejgħ bl-imnut, ta’ divertiment u tan-negozju,
— għal B&B Italia: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ għamara ta’ disinjaturi b’enfasi fuq għamara ta’ ġewwa u ta’ barra għal applikazzjonijiet residenzjali, inkluża għamara għas-salotti, għall-kmamar tas-sodda u għall-kċejjen, kif ukoll apparati tad-dawk għal ġewwa,
— għal Louis Poulsen: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet għad-dawl minn disenjaturi, inklużi prodotti tad-dawl għal barra u għal ġewwa għal użu professjonali jew mill-konsumaturi,
— għal Flos: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet għad-dawl minn disenjaturi, inklużi prodotti tad-dawl għal barra u għal ġewwa għal użu professjonali jew mill-konsumaturi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati jressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata kull darba:
M.9102 — Carlyle/Investindustrial/B&B Italia/Louis Poulsen/Flos
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).