ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 335

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
20 ta' Settembru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 335/01

Deċiżjoni Tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2018 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 335/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 335/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2018 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40469 — Denon & Marantz — Relatur: L-Iżvezja

3

2018/C 335/04

Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjali tas-Seduta — Il-Każ AT.40469 — Denon & Marantz

4

2018/C 335/05

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2018 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Il-Każ AT.40469 — Denon & Marantz (restrizzjonijiet vertikali)) (notifikat bid-dokument C(2018) 4774 final)

5

2018/C 335/06

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Frar 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni marbut mal-Każ M.8394 — Essilor/Luxottica — Relatur: Ir-Renju Unit

7

2018/C 335/07

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Każ M.8394 — Essilor/Luxottica

9

2018/C 335/08

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2018 li jiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Il-Każ M.8394 — Essilor/Luxottica) (notifikat bid-dokument C(2018) 1198 final)  ( 1 )

10

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2018/C 335/09

Rapport Speċjali Nru 20/2018 — L-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà: jeħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE jiġi ffukat mill-ġdid

17

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2018/C 335/10

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

18


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2018/C 335/11

Sentenza tal-Qorti tat-30 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża E-6/17 — Fjarskipti hf. v Síminn hf. (Artikolu 54 taż-ŻEE — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Kompressjoni tal-marġni — Dritt li titlob danni — Applikabbiltà ta’ dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE fi proċedimenti domestiċi — Sinifikat ta’ deċiżjoni finali ta’ awtorità tal-kompetizzjoni)

19

2018/C 335/12

Sentenza tal-Qorti tat-30 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża E-9/17 — Edmund Falkenhahn AG v L-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (Finanzmarktaufsicht) (Id-Direttiva 2009/110/KE — Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi — Tifdija fi flus bi flus — Rekwiżiti ta’ salvagwardja)

20

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 335/13

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9054 — Broadcom/CA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21

2018/C 335/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9059 — CVC/Messer Group/Divestment Business) ( 1 )

23


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Settembru 2018

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2018/C 335/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018 ġie adottat definittivament fit-30 ta’ Novembru 2017 (2),

fl-10 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2018,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 ġiet adottata fit-18 ta’ Settembru 2018.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 57, 28.2.2018, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Settembru 2018

(2018/C 335/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1667

JPY

Yen Ġappuniż

130,94

DKK

Krona Daniża

7,4597

GBP

Lira Sterlina

0,88813

SEK

Krona Żvediża

10,3878

CHF

Frank Żvizzeru

1,1304

ISK

Krona Iżlandiża

128,40

NOK

Krona Norveġiża

9,5470

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,434

HUF

Forint Ungeriż

323,39

PLN

Zloty Pollakk

4,2951

RON

Leu Rumen

4,6523

TRY

Lira Turka

7,3236

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6109

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5136

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1515

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7684

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5993

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 308,76

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,1004

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9983

HRK

Kuna Kroata

7,4285

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 355,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,8336

PHP

Peso Filippin

63,023

RUB

Rouble Russu

78,0688

THB

Baht Tajlandiż

37,871

BRL

Real Brażiljan

4,8582

MXN

Peso Messikan

21,8681

INR

Rupi Indjan

84,4515


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2018 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40469 — Denon & Marantz

Relatur: L-Iżvezja

(2018/C 335/03)

1.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-aġir kopert mill-abbozz tad-deċiżjoni jikkostitwixxi f’żewġ infrazzjonijiet separati u kontinwi tal-Artikolu 101 TFUE.

2.   

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multa, inkluż it-tnaqqis tagħha bbażata fuq il-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/4


Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjali tas-Seduta (1)

Il-Każ AT.40469 — Denon & Marantz

(2018/C 335/04)

(1)   

L-abbozz tad-deċiżjoni indirizzat lil D&M Germany GmbH (“D&M Germany”), D&M Europe BV (“D&M Netherlands”) u D&M Holdings Inc. (flimkien, “D&M”) isib li D&M kisret l-Artikolu 101 TFUE permezz ta' prattiċi immirati biex jirrestrinġu l-abbiltà tal-ħwienet fil-Ġermanja u fin-Netherlands biex jiddeterminaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid b'mod indipendenti.

(2)   

L-investigazzjoni bdiet bi spezzjonijiet mingħajr preavviż fl-istabbilimenti ta' bejjiegħ bl-imnut fil-Ġermanja.

(3)   

Fit-2 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni fetħet proċeduri fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (2) kontra D&M. Fil-21 ta' April 2017, il-Kummissjoni bagħtet talba għall-informazzjoni lil D&M Netherlands, li għaliha D&M wieġbet fid-9 ta' Mejju 2017.

(4)   

Ftit wara l-bidu tal-proċedimenti, D&M indikat l-interess tagħha li tikkoopera mal-Kummissjoni. Fil- […], D&M ippreżentat aktar evidenza dwar l-imġiba rilevanti.

(5)   

Fil- […], D&M ippreżentat offerta formali biex tikkoopera (“Sottomissjoni tas-Saldu”). Is-Sottomissjoi tas-Saldu fiha:

rikonoxximent tar-responsabbiltà ta' D&M għal żewġ okkorrenzi ta' ksur separati u kontinwi deskritti fil-qosor fir-rigward tal-iskop tagħhom, il-fatti ewlenin, il-kwalifikazzjoni ġuridika tagħhom, inkluż ir-rwol u t-tul ta' żmien tal-parteċipazzjoni ta' D&M Germany, D&M Netherlands u D&M Holdings Inc. f'żewġ każijiet ta' ksur;

indikazzjoni tal-ammont massimu tal-multa li D&M tistenna li tiġi imposta mill-Kummissjoni u li hija se taċċetta fil-kuntest tal-proċedura ta' kooperazzjoni;

il-konferma li D&M kienet informata b'mod suffiċjenti dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni tipprevedi li tqajjem kontriha u li l-kumpanija kienet ingħatat opportunità biżżejjed biex tesprimi l-fehmiet tagħhom mal-Kummissjoni;

il-konferma li D&M ma tipprevedix li se titlob aktar aċċess għall-fajl jew li titlob smigħ ieħor f'seduta verbali, sakemm il-Kummissjoni ma tirriflettix is-Sottomissjoni tas-Saldu tal-kumpanija fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (id-“DO”) u d-deċiżjoni;

il-ftehim li jirċievu d-DO u d-deċiżjoni finali bl-Ingliż.

(6)   

Fit-13 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat id-DO, li għaliha D&M wieġbet billi kkonfermat li d-Dikjarazzjoni kienet tirrifletti l-kontenut tas-Sottomissjoni tas-Saldu tagħha.

(7)   

Il-każijiet ta' ksur ikkonstatati u l-multi imposti fl-Abbozz tad-Deċiżjoni jikkorrispondu għal dawk rikonoxxuti u proposti fis-Sottomissjoni tas-Saldu. L-ammont tal-multi huwa mnaqqas b'40 % minħabba li D&M kkooperat mal-Kummissjoni lil hinn mill-obbligu legali tagħha li tagħmel dan billi: (i) ipprovdiet evidenza addizzjonali li tirrappreżenta valur miżjud sinifikanti fir-rigward tal-provi li jkunu diġà fil-pussess tal-Kummissjoni, billi dawn il-provi saħħew ħafna l-kapaċità tal-Kummissjoni li tipprova l-każ ta' ksur; (ii) irrikonoxxiet il-każ ta' ksur tal-Artikolu 101 TFUE fir-rigward tal-imġiba; u (iii) warrbet ċerti drittijiet proċedurali, li jirriżultaw f'ineffiċjenzi amministrattivi.

(8)   

F'konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz tad-Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom D&M ingħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Nikkonkludi li dan għamlitu.

(9)   

Kollox ma' kollox, nikkonkludi li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali, f'dan il-każ, ġie rrispettat.

Brussell, it-12 ta' Lulju 2018.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta' referenza tal-uffiċjal tas-seduta f'ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta ' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli minn 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).


20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/5


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-24 ta’ Lulju 2018

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(Il-Każ AT.40469 — Denon & Marantz (restrizzjonijiet vertikali))

(notifikat bid-dokument C(2018) 4774 final)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2018/C 335/05)

Fl-24 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil D&M Holdings Inc., D&M Germany GmbH u D&M Europe BV (kollettivament “D&M”). D&M hija manifattur fis-settur tal-elettronika tal-awdjo/tal-vidjo għall-konsumatur u fis-settur tad-divertiment fid-dar. D&M Germany GmbH u D&M Europe BV huma sussidjarji u proprjetà kollha kemm huma ta’ D&M Holdings Inc. (il-Ġappun)

(2)

Id-Deċiżjoni tirrigwarda żewġ każijiet ta’ ksur separati u kontinwi tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE D&M Germany GmbH u D&M Europe BV implementaw prattiki li kellhom l-għan li jirrestrinġu l-abbiltà tal-bejjiegħa bl-imnut li jiddeterminaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom b’mod indipendenti fil-Ġermanja u fin-Netherlands rispettivament.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(3)

Il-każ kontra D&M oriġina minn spezzjonijiet mhux imħabbra fl-10 ta’ Marzu 2015 fil-bini ta’ bejjiegħ bl-imnut online fil-Ġermanja li jbigħ inter alia prodotti tad-D&M.

(4)

Fit-2 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti bil-għan li tieħu deċiżjoni skont il-Kapitolu III ta’ Regolament (KE) Nru 1/2003.

(5)

Ftit wara l-bidu tal-proċedimenti, D&M indikat l-interess tagħha li tikkoopera mal-Kummissjoni u ppreżentat evidenza ulterjuri dwar l-imġiba rilevanti.

(6)

Sussegwentement, D&M ippreżentat offerta formali biex tikkoopera fid-dawl tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(7)

Fit-13 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lid-D&M. Fil-25 ta’ Ġunju 2018, D&M ippreżentat ir-risposta tagħha għad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet.

(8)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fl-10 ta’ Lulju 2018.

(9)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fl-24 ta’ Lulju 2018.

2.2.   Destinatarji u tul ta’ żmien

(10)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipaw direttament, matul il-perjodu indikat hawn isfel, fi prattiki antikompetittivi:

Impriża

Tul ta’ żmien

Il-każ ta’ ksur fil-Ġermanja: D&M Germany GmbH

Mid-19 ta’ April 2011 sad-19 ta’ Jannar 2015

Il-każ ta’ ksur fin-Netherlands: D&M Europe BV

Mit-30 ta’ Mejju 2011 sas-6 ta’ Frar 2014

2.3.   Il-każijiet ta’ ksur fil-qosor

(11)

Matul il-perjodi tal-każijiet ta’ ksur, D&M mmonitorjati l-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid tal-bejjiegħa bl-imnut u talbet u kisbet il-ftehim tal-bejjiegħa li jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid sal-livell mixtieq. Ħafna drabi dan kien miksub mill-mod kif titpoġġa pressjoni fuq il-bejjiegħa bl-imnut bi prezzijiet baxxi u, f’xi każijiet, billi jittieħdu miżuri ta’ ritaljazzjoni kontra l-bejjiegħa bl-imnut mhux konformi, b’mod partikolari billi temporanjament ikunu imblokkati l-kontijiet tagħhom u billi titwaqqaf l-provvista tal-prodotti rilevanti.

(12)

D&M fil-Ġermanja u n-Netherlands segwew strateġija mmirata biex tilħaq u żżomm il-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid stabbli. L-impjegati tad-D&M, inkluż il-maniġment tagħha, immonitorjaw f’kull wieħed miż-żewġ Stati Membri, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid u regolarment ikkuntattjaw lill-bejjiegħa bl-imnut biex jitolbuhom iżidu l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom. Din l-imġiba kienet immotivata wkoll minn ilmenti li waslu minn ċerti bejjiegħa bl-imnut dwar pressjoni tal-bejgħ mill-ġdid eżerċitata fuq ipprezzar aggressiv minn bejjiegħa bl-imnut oħra li ma kinux qed jitħallew ibigħu prodotti tad-D&M bi prezzijiet ogħla mixtieqa u b’hekk jiksbu marġni ta’ profitt li huma stennew. Il-bejjiegħa bl-imnut regolarment qablu mat-talbiet tad-D&M u aġġustaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom.

(13)

Id-D&M fil-Ġermanja u n-Netherlands għamlu pressjoni fil-forma ta’ theddid u ħadu miżuri ta’ ritaljazzjoni fil-konfront ta’ bejjiegħa bl-imnut li waqqgħu l-livelli tal-prezz mixtieq.

2.4.   Rimedji

(14)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (2).

2.4.1.   Ammont bażiku tal-multa

(15)

Fl-istabbiliment tal-multi, il-Kummissjoni qieset il-valur tal-bejgħ fl-2014 għall-Ġermanja u fl-2013 għan-Netherlands, li huma l-aħħar snin kummerċjali kompluti tal-parteċipazzjoni tad-D&M fil-każijiet tal-ksur.

(16)

Il-Kummissjoni qieset li ż-żamma tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid, min-natura tiegħu stess, jillimita l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u li arranġamenti vertikali u prattiki miftiehma bħaż-żamma tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid, huma, min-natura tagħhom stess, ta’ spiss inqas ta’ dannu għall-kompetizzjoni milli arranġamenti orizzontali. Meta jitqiesu dawn il-fatturi u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, il-proporzjon tal-valuri tal-bejgħ ġie stabbilit għal 7 %.

(17)

Il-Kummissjoni qieset it-tul ta’ żmien taż-żewġ każijiet tal-ksur separati u kontinwi, kif imsemmi hawn fuq.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

(18)

Ma hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ.

2.4.3.   Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(19)

L-ebda waħda mill-multi kkalkulati ma qabżet l-l0 % tal-fatturat dinji tad-D&M.

2.4.4.   Tnaqqis fil-multa fid-dawl tal-kooperazzjoni

(20)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li, biex jiġi rifless li d-D&M ikkooperat effettivament mal-Kummissjoni lil hinn mill-obbligu legali tagħha li tagħmel dan, il-multa li altrimenti kellha tkun imposta jinħtieġ li, skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi, titnaqqas b’40 %.

3.   KONKLUŻJONI

(21)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ammont finali tal-multa imposta fuq D&M skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għall-każ ta’ ksur separat u kontinwu fil-Ġermanja jammonta għal EUR 6 327 000 u għall-każ ta’ ksur separat u kontinwu fin-Netherlands jammonta għal EUR 1 392 000.

(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.


20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Frar 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni marbut mal-Każ M.8394 — Essilor/Luxottica

Relatur: Ir-Renju Unit

(2018/C 335/06)

Operazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”) (1).

Id-dimensjoni tal-Unjoni

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Suq tal-prodotti

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ta’ prodotti rilevanti kif ġie ddikjarat fl-abbozz ta’ deċiżjoni għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ din l-operazzjoni, b’mod partikolari:

a.

il-forniment bl-ingrossa ta’ substrat oftalmiku;

b.

il-forniment bl-ingrossa ta’ lentijiet oftalmiċi lesti, li jħalli miftuħa l-possibbiltà ta’ segmentazzjoni ulterjuri skont il-materjal, disinn tal-preskrizzjoni jew mezz ta’ distribuzzjoni;

c.

il-forniment bl-ingrossa ta’ frejms, li jħalli miftuħa l-possibbiltà ta’ segmentazzjoni ulterjuri skont il-prezz, il-marka u l-mezz ta’ distribuzzjoni;

d.

il-forniment bl-ingrossa ta’ nuċċalijiet tax-xemx, li jħalli miftuħa l-possibbiltà ta’ segmentazzjoni ulterjuri skont il-prezz, il-marka u l-mezz ta’ distribuzzjoni;

e.

il-forniment ta’ magni oftalmiċi, li jħalli miftuħa l-possibbiltà ta’ segmentazzjoni ulterjuri bejn il-lixxar, il-kisi tal-ħġieġ industrijali u kummerċjali (“table-top edgers”);

f.

il-provvista ta’ prodotti ta’ konsum, bid-definizzjoni preċiża titħalla miftuħa;

g.

is-suq ottiku tal-konsumaturi, li jħalli miftuħa l-possibbiltà ta’ segmentazzjoni ulterjuri bejn il-bejgħ tradizzjonali u online; kif ukoll

h.

il-provvista ta’ lentijiet tal-kuntatt, li jħalli miftuħa l-possibbiltà ta’ segmentazzjoni ulterjuri bejn lentijiet tal-kuntatt rotob u dawk iebsa.

Is-Suq ġeografiku

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti kif imniżżel fl-abbozz ta’ deċiżjoni, b’mod partikolari:

a.

Is-suq rilevanti għas-substrat oftalmiku ikopri mill-inqas it-territorju kollu taż-ŻEE;

b.

Is-swieq rilevanti għal lentijiet oftalmiċi u apparat ottiku f’livell tal-konsumaturi għandhom ambitu nazzjonali;

c.

Is-swieq ġeografiċi preċiżi għall-provvista ta’ frejms, nuċċalijiet tax-xemx, u lentijiet tal-kuntatt, jistgħu jkunu nazzjonali jew mifruxa mat-territorju taż-ŻEE, jew jistgħu jitħallew miftuħa; kif ukoll

d.

Is-swieq ġeografiċi preċiżi għal magni oftalmiċi u prodotti għall-konsum jistgħu jkunu mill-anqas mifruxa madwar iż-ŻEE, iżda jistgħu jitħallew miftuħa.

Valutazzjoni kompetittiva

Effetti orizzjontali mhux koordinati

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-effetti mhux koordinati orizzontali, jiġifieri li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fi:

a.

is-suq tal-lentijiet oftalmiċi f’xi wieħed mill-pajjiżi taż-ŻEE, inklużi r-Renju Unit u l-Italja;

b.

is-swieq tal-frejms u tan-nuċċalijiet tax-xemx fiż-ŻEE kollha kemm hi, jew f’xi wieħed mill-pajjiżi taż-ŻEE;

c.

is-suq ottiku f’livell tal-konsumaturi f’xi wieħed mill-pajjiżi taż-ŻEE inklużi r-Renju Unit u l-Italja; kif ukoll

d.

l-għoti ta’ liċenzji għal frejms u għal nuċċalijiet tax-xemx tad-ditta, jew fil-livell taż-ŻEE jew fuq livell dinji.

Effetti vertikali mhux koordinati

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi l-kompetizzjoni b’mod sinifikanti f’xi swieq affettwati vertikalment, b’riżultat ta’ effetti vertikali mhux koordinati, inklużi:

a.

bejn il-provvista ta’ substrat oftalmiku ta’ Essilor u l-produzzjoni ta’ lentijiet oftalmiċi ta’ Luxottica;

b.

bejn il-provvista ta’ magni oftalmiċi u ta’ prodotti għall-konsum ta’ Essilor u l-produzzjoni ta’ lentijiet oftalmiċi ta’ Luxottica;

c.

bejn il-provvista ta’ lentijiet għax-xemx newtrali (“sun plano”) (inklużi lentijiet NXT) ta’ Essilor u l-produzzjoni ta’ nuċċalijiet tax-xemx ta’ Luxottica;

d.

bejn il-provvista ta’ lentijiet oftalmiċi ta’ Essilor u l-attivitajiet relatati mal-bejgħ ta’ prodotti ottiċi f’livell tal-konsumaturi;

e.

bejn il-provvista ta’ magni oftalmiċi u ta’ prodotti għall-konsum ta’ Essilor u l-attivitajiet relatati mal-bejgħ ta’ prodotti ottiċi f’livell tal-konsumaturi ta’ Luxottica, jew f’livell taż-ŻEE jew f’livell nazzjonali; kif ukoll

f.

bejn il-provvista ta’ frejms u nuċċalijiet tax-xemx lil bejjiegħa bl-imnut ta’ prodotti ottiċi ta’ Luxottica, u l-attivitajiet relatati mal-bejgħ ta’ prodotti ottiċi f’livell tal-konsumaturi ta’ Essilor, jew fil-livell nazzjonali jew taż-ŻEE.

Effetti mhux koordinati ta’ konglomerat

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-effetti mhux koordinati ta’ konglomerat, jiġifieri li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi l-kompetizzjoni effettiva b’mod sinifikanti f’xi wieħed mis-swieq affettwati, inkluż b’konsegwenza ta’:

a.

effett ta’ ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Luxottica fi frejms u nuċċalijiet tax-xemx sabiex teskludi l-kompetituri f’lentijiet, jew fil-livell taż-ŻEE jew f’livell nazzjonali;

b.

effett ta’ ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Essilor f’lentijiet oftalmiċi biex teskludi l-kompetituri fi frejms jew nuċċalijiet tax-xemx;

c.

effett ta’ ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Essilor f’magni oftalmiċi biex teskludi l-kompetituri fi frejms jew nuċċalijiet tax-xemx fil-livell taż-ŻEE; jew

d.

effett ta’ ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Essilor u ta’ Luxottica f’lentijiet oftalmiċi u frejms u nuċċalijiet tax-xemx sabiex jeskludu l-kompetituri f’lentijiet tal-kuntatt jew f’magni oftalmiċi mibjugħa lill-professjonisti tal-kura tal-għajnejn fil-livell taż-ŻEE.

Kompatibbiltà mas-suq intern

8.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li jenħtieġ li l-konċentrazzjoni notifikata tkun iddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(2) u 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/9


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Każ M.8394 — Essilor/Luxottica

(2018/C 335/07)

1.   

Fit-22 ta' Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) li permezz tiegħu l-impriżi Essilor International (Compagnie Générale d'Optique) SA (“Essilor”) u Luxottica Group S.p.A. (“Luxottica”) jidħlu f'għaqda sħiħa skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (“it-Tranżazzjoni Proposta”). Essilor u Luxottica minn hawn 'il quddiem huma magħrufa bħala l-“Partijiet”.

2.   

Fis-26 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tagħti bidu għall-proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li għaliha l-Partijiet ippreżentaw it-tweġiba tagħhom fis-7 ta' Ottubru 2017.

3.   

Fis-17 ta' Ottubru 2017, il-Partijiet talbu li d-data tal-iskadenza legali tiġi estiża b'10 t'ijiem ta' xogħol skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fil-31 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, li talbet lil Luxottica biex tforni ċerta informazzjoni li l-Kummissjoni kienet talbet fid-9 ta' Ottubru 2017, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u li Luxottica naqset milli tippreżenta fil-limitu taż-żmien stipulat mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, din id-deċiżjoni ssospendiet ukoll il-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sa meta l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni mitluba. Is-sospensjoni tal-iskadenza spiċċat fis-7 ta' Novembru 2017, wara li Luxottica bagħtet l-informazzjoni li talbet il-Kummissjoni.

4.   

Fid-19 ta' Diċembru 2017, Essilor ippreżentat għadd ta' dokumenti lill-Kummissjoni li kienet eskludiet b'mod involontarju mit-tweġiba tagħha għar-rikjesta tal-Kummissjoni għall-informazzjoni (“RFI”, request for information) ddatata t-3 ta' Ottubru 2017. Fil-21 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni, bi qbil mal-Partijiet, estendiet il-limitu ta' żmien tal-proċedimenti b'10 ijiem ta' xogħol skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, biex tkun tista' tivvaluta jekk Essilor weġbitx din l-RFI bis-sħiħ u b'mod sodisfaċenti.

5.   

Żewġ kompetituri tal-entitajiet emerġenti, Hoya Corporation u Rodenstock GmbH, li wrew “biżżejjed interess” fis-sens tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ġew ammessi bħala terzi persuni interessati. Dawn it-terzi persuni interessati kkonfermaw li reċevew biżżejjed informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-natura u s-suġġett tal-proċedura biex jesponu l-fehmiet tagħhom.

6.   

Il-Kummissjoni ma ħarġitx dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (3). Ma kien hemm l-ebda smigħ orali formali f'konformità mal-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament.

7.   

Wara l-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'xi parti sostanzjali minnu. Id-deċiżjoni għalhekk tiddikjara t-Tranżazzjoni Proposta bħala kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE.

8.   

Min-naħa tiegħi, ma rċevejt l-ebda lment mill-Partijiet jew minn xi terza persuna interessata dwar l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal smigħ. B'mod ġenerali, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rrispettat matul il-proċedimenti preżenti

Brussell, il-21 ta' Frar 2018.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta' referenza tal-uffiċjal tas-seduta f'ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tas-7 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1).


20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/10


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-1 ta’ Marzu 2018

li jiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Il-Każ M.8394 — Essilor/Luxottica)

(notifikat bid-dokument C(2018) 1198 final)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 335/08)

Fl-1 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (1) , u partikolarment l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, billi l-każ jista’ jkun fil-forma ta’ verżjoni provviżorja, hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f’dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

(1)   

Id-deċiżjoni mehmuża tiddikjara l-fużjoni bejn Essilor International (Compagnie Générale d’Optique) S.A. (“Essilor”, Franza) u Luxottica Group S.p.A. (“Luxottica”, l-Italja), bħala kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim taż-ŻEE, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(2)   

Fit-22 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) li permezz tagħha l-impriżi Essilor u Luxottica daħlu f’fużjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (“it-Tranżazzjoni”). Essilor u Luxottica minn hawn ’il quddiem huma flimkien magħrufa bħala l-“Partijiet”. Il-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni hija magħrufa bħala “l-Entità Amalgamata”.

I.   IL-PARTIJIET U T-TRANŻAZZJONI

(3)

It-Tranżazzjoni tittratta l-fużjoni sħiħa ta’ Essilor u Luxottica. Fil-15 ta’ Jannar 2017, Delfin, l-azzjonist kontrollanti ta’ Luxottica, u Essilor daħlu għal Ftehim ta’ Għaqda. Bħala riżultat tal-implimentazzjoni tat-Tranżazzjoni, Essilor se ssir kumpanija purament azzjonarja bl-isem il-ġdid “EssilorLuxottica” (HoldCo) li tikkontrolla żewġ sussidjarji: (i) Luxottica u (ii) New Essilor li tirriżulta minn tnaqqis tal-attivitajiet operattivi ta’ Essilor.

(4)

Essilor hija kumpanija bis-sede tagħha fi Franza, prinċipalment attiva fil-manifattura u fid-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ lentijiet oftalmiċi. Hija tipproduċi wkoll strumenti u magni ottiċi kif ukoll prodotti ottiċi għall-konsum għal professjonisti tal-kura tal-għajnejn u għall-manifatturi tal-lentijiet. Essilor hija attiva wkoll sa ċertu punt fil-manifattura u l-bejgħ ta’ nuċċalijiet u fil-bejgħ bl-imnut online. Fl-2016, Essilor iġġenerat bejgħ ta’ madwar EUR 7 biljun.

(5)

Luxottica hija kumpanija bis-sede tagħha fl-Italja, li tfassal, timmanifattura u tqassam frejms u nuċċalijiet tax-xemx bi preskrizzjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt il-portafoll taż-żewġ ditti proprjetarji u b’liċenzja. Hija wkoll attiva fil-bejgħ ta’ prodotti ottiċi, iżda fl-Ewropa sa ċertu punt biss, u fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ lentijiet wara l-ftuħ reċenti ta’ laboratorju fl-Italja. Fl-2016, Luxottika ġġenerat bejgħ ta’ madwar EUR 9 biljun.

II.   ID-DIMENSJONI TAL-UE

(6)

L-impriżi kkonċernati għandhom flimkien fatturat dinji aggregat ta’ iktar minn EUR 5 000 miljun (2). Kull wieħed minnhom għandu fatturat fl-UE ta’aktar minn EUR 250 miljun, iżda ma jilħqux aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħhom fl-UE kollha fi Stat Membru wieħed u l-istess.

III.   PROĊEDURA

(7)

Abbażi tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni qajmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni mas-suq intern u fis-26 ta’ Settembru 2017, adottat deċiżjoni biex tniedi proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(8)

Fis-17 ta’ Ottubru 2017, il-Partijiet talbu estensjoni tal-iskadenza legali b’10 ijiem ta’ xogħol skont l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(9)

Fid-19 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 11(3) li tirrikjedi lil Essilor li tipprovdi informazzjoni li twieġeb għat-talba għall-informazzjoni mingħand il-Kummissjoni.

(10)

Fit-31 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikoli 10(4) u 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li titlob lil Luxottica tippreżenta d-dokumenti li jwieġbu għat-talba għall-informazzjoni mingħand il-Kummissjoni. Id-data għall-kontroll tal-operazzjonijiet tal-fużjoni ġiet sospiża mill-25 ta’ Ottubru 2017 għas-7 ta’ Novembru 2017.

(11)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni, bi qbil mal-Partijiet, estendiet il-limitu ta’ żmien tal-proċedimenti b’10 ijiem ta’ xogħol sat-22 ta’ Marzu 2018 skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, biex tkun tista’ tivvaluta dokumenti li ġew ippreżentati tard u li qabel kienu tħallew barra mill-Partijiet.

IV.   VALUTAZZJONI

(12)

It-Tranżazzjoni tittratta l-katina tal-valur ottika fiż-ŻEE. Is-swieq tal-prodotti u dawk ġeografiċi rilevanti huma definiti kif ġej:

1.   Definizzjonijiet tas-suq rilevanti

1.1.   Substrat oftalmiku

(13)

Il-Kummissjoni tqis li s-suq għas-substrat oftalmiku, input għall-produzzjoni ta’ lentijiet oftalmiċi magħmula skont l-ordni preskritta, huwa separat mis-suq għal-lentijiet oftalmiċi billi ma hemmx sostitwibbiltà la min-naħa tad-domanda u lanqas min-naħa tal-forniment bejn il-lentijiet u s-substrat. B’konformità mal-preċedenti tagħha, il-Kummissjoni tqis li s-suq għas-substrat oftalmiku ikopri mill-inqas it-territorju taż-ŻEE.

1.2.   Provvista bl-ingrossa ta’ lentijiet oftalmiċi

(14)

Il-Kummissjoni tqis li s-suq rilevanti huwa s-suq bl-ingrossa ta’ lentijiet oftalmiċi lesti, inklużi kemm lentijiet ċari kif ukoll lentijiet għax-xemx. L-investigazzjoni kkonfermat ir-rilevanza ta’ segmentazzjonijiet potenzjali skont il-materjal, it-tfassil tal-preskrizzjoni, u l-mezz ta’ bejgħ. Madankollu, tali segmentazzjonijiet ma jkollhom l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni kompetittiva u jistgħu għalhekk jitħallew miftuħa. L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li s-suq ġeografiku tal-lentijiet oftalmiċi bl-ingrossa huwa nazzjonali.

1.3.   Provvista bl-ingrossa ta’ frejms

(15)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-suq bl-ingrossa ta’ frejms huwa separat minn dak għall-bejgħ bl-ingrossa ta’ nuċċalijiet tax-xemx billi ma hemmx sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda bejn il-prodotti. Filwaqt li jista’ jkun hemm xi sostituzzjoni min-naħa tal-provvista, il-fornituri għandhom it-tendenza li joffru vantaġġi differenti f’dak li għandu x jaqsam ma’ frejms jew ma’ nuċċalijiet tax-xemx.

(16)

Il-Kummissjoni tqis li s-suq rilevanti huwa s-suq għall-forniment bl-ingrossa ta’ frejms. Subsegmentazzjoni ulterjuri mill-aspett tal-prezz, ditta jew mezz ta’ bejgħ ma jkollhiex impatt fuq il-valutazzjoni kompetittiva u tista’ għalhekk titħalla miftuħa. Id-definizzjoni tas-suq ġeografiku għall-bejgħ bl-ingrossa ta’ frejms tista’ tkun nazzjonali jew mifruxa maż-ŻEE kollha u tista’ fl-aħħar mill-aħħar titħalla miftuħa.

1.4.   Provvista bl-ingrossa ta’ nuċċalijiet tax-xemx

(17)

Il-Kummissjoni tqis li s-suq rilevanti huwa s-suq għall-forniment bl-ingrossa ta’ nuċċalijiet tax-xemx. Subsegmentazzjoni ulterjuri mill-aspett tal-prezz, ditta jew mezz ta’ bejgħ ma jkollhiex impatt fuq il-valutazzjoni kompetittiva u tista’ għalhekk titħalla miftuħa. Id-definizzjoni tas-suq ġeografiku għall-bejgħ bl-ingrossa ta’ nuċċalijiet tax-xemx tista’ tkun nazzjonali jew mifruxa maż-ŻEE kollha u tista’ fl-aħħar mill-aħħar titħalla miftuħa.

1.5.   Magni u oġġetti oftalmiċi għall-konsum

(18)

Il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni dwar jekk is-suq ta’ magni oftalmiċi għandux ikompli jinqasam bejn magni għall-illixxar u t-trattament tal-uċuħ tal-lentijiet, magni għall-kisi, magni għall-igglejżjar industrijali, u għall-igglejżjar kummerċjali għat-trattament tal-ħġieġ (“table-top edgers’”) minħabba li t-Tranżazzjoni ma tqajjem l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni f’ebda wieħed minn dawn is-swieq. Il-Kummissjoni tqis li s-suq għal magni oftalmiċi u speċifikament għal magni għall-glejżing kummerċjali għat-trattament tal-ħġieġ (“table-top edgers)” huwa mifrux minn tal-anqas maż-ŻEE kollha u jħalli d-delineazzjoni preċiża tas-suq miftuħa billi dan ma għandux impatt fuq il-valutazzjoni kompetittiva.

(19)

Il-Kummissjoni tħalli miftuħa d-definizzjoni tas-suq tal-prodott rilevanti għal prodotti għall-konsum billi t-tranżazzjoni ftit li xejn taffettwa dan is-suq. Is-suq ġeografiku jkopri mill-inqas iż-ŻEE kollha.

1.6.   Bejgħ bl-imnut ta’ prodotti ottiċi

(20)

Il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni dwar jekk is-suq ta’ bejgħ bl-imnut ta’ prodotti ottiċi għandux jinqasam ulterjorment bejn bejgħ tradizzjonali u bejgħ online billi tali segmentazzjoni ma jkollha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni kompetittiva. Il-Kummissjoni tikkunsidra s-swieq bl-imnut ta’ tagħmir ottiku bħala nazzjonali fid-dawl ta’ prattika tal-imgħoddi u r-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq.

1.7.   Lentijiet tal-kuntatt

(21)

Il-Kummissjoni tqis li d-distinzjoni potenzjali bejn lentijiet rotob u lentijiet iebsa f’dan il-każ tista’ titħalla miftuħa billi din mhijiex se jkollha impatt fuq l-eżitu tal-valutazzjoni. Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-swieq tal-lentijiet tal-kuntatt huma nazzjonali jew mifruxa maż-ŻEE kollha fl-ambitu tagħhom iżda li d-definizzjoni tas-suq ġeografiku tista’ titħalla miftuħa billi din ma għandha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni kompetittiva.

2.   Il-valutazzjoni kompetittiva

2.1.   Il-valutazzjoni ta’ effetti orizzontali mhux koordinati

2.1.1.   Bejgħ bl-ingrossa ta’ lentijiet oftalmiċi

(22)

Il-Kummissjoni sabet li fl-2016, Luxottica daħlet fis-suq Ewropew għal lentijiet oftalmiċi bil-ftuħ ta’ laboratorju fl-Italja (Sedico).

(23)

L-investigazzjoni tas-suq uriet li maġġoranza kbira ta’ dawk li wieġbu ma jqisux lil Luxottica bħala attur sinifikanti fil-qasam tal-lentijiet fis-snin li ġejjin.

(24)

Barra minn hekk, il-kompetituri Hoya, Zeiss u Rodenstock jidhru li jinsabu f’qagħda aħjar minn Luxottica biex jagħmlu pressjoni kompetittiva fuq Essilor. Dan huwa kkumplimentat minn kompetituri lokali f’diversi pajjiżi taż-ŻEE u minn kompetizzjoni mill-fornituri Asjatiċi għal prodotti ta’ valur iktar baxx.

(25)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li minkejja d-dħul riċenti ta’ Luxottica fis-swieq tal-lentijiet oftalmiċi fl-Ewropa, it-Tranżazzjoni mhi se ixxekkel b’ebda mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, f’ebda pajjiż taż-ŻEE, minħabba l-effetti orizzontali mhux koordinati fis-swieq għal-lentijiet oftalmiċi, b’mod partikolari fir-Renju Unit u fl-Italja.

2.1.2.   Bejgħ bl-ingrossa ta’ frejms u nuċċalijiet tax-xemx bi preskrizzjoni

(26)

Essilor ilha tiżviluppa n-negozju tagħha ta’ frejmz u nuċċalijiet tax-xemx fiż-ŻEE f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li d-ditti ta’ Luxottica u ta’ Essilor huma ta’ kompetituri distinti fil-frejms bi preskrizzjoni billi d-ditti ta’ Essilor għandhom prezzijiet aktar baxxi, b’Bolon u Costa biss bħala l-uniċi eċċezzjonijiet. Essilor kisbet lil Costa bbażata fl-Istati Uniti fl-2014 u lil Costa bbażata fiċ-Ċina fl-2013, […]. Iż-żewġ ditti tnedew fis-suq Ewropew fl-2016 u bħalissa qed jiġu implimentati f’diversi pajjiżi tal-UE.

(27)

Madankollu, Costa u Bolon […] jekk il-kumpanija tkun laħqet l-objettivi ewlenin ta’ bejgħ tagħha għall-aqwa ditti ta’ tagħmir ottiku sal-2020, tkun tirrappreżenta biss madwar 2 % tas-suq taż-ŻEE ta’ tagħmir ottiku tad-ditta.

(28)

L-investigazzjoni tas-suq uriet li l-maġġoranza l-kbira ta’ dawk li wieġbu ma jqisux lil Essilor bħala attur sinifikanti fil-frejms jew fin-nuċċalijiet tax-xemx għas-snin li ġejjin.

(29)

Barra minn hekk, l-entità amalgamata se tibqa’ taffaċċja kompetizzjoni minn fornituri oħra ta’ frejms u nuċċalijiet tax-xemx, billi joffru varjetà wiesgħa ta’ ditti, inkluż Safilo u De Rigo fost oħrajn.

(30)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li minkejja t-tnedija reċenti min-naħa ta’ Essilor ta’ tagħmir ottiku ġdid tad-ditta bħal Bolon u Costa fiż-ŻEE, it-Tranżazzjoni mhux se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba effetti orizzontali mhux koordinati fis-swieq tal-frejms bi preskrizzjoni jew fi swieq għal nuċċalijiet tax-xemx fiż-ŻEE kollha kemm hi jew f’xi pajjiż partikolari taż-ŻEE.

2.1.3.   Bejgħ bl-imnut ta’ prodotti ottiċi

(31)

Il-Kummissjoni sabet li ma hemm ebda swieq affettwati mil-bejgħ bl-imnut ta’ tagħmir ottiku fiż-ŻEE. Barra minn hekk, Essilor ġabet xi żidiet fl-ishma tas-suq żgħar fuq is-suq tal-bejgħ bl-imnut, filwaqt li Luxottica illimitat l-ishma tas-suq, inkluż fir-Renju Unit u fl-Italja. Barra minn hekk, Luxottica u Essilor huma kompetituri mbiegħda minn xulxin fil-bejgħ bl-imnut ta’ nuċċalijiet billi Essilor tiffoka fuq il-bejgħ online ta’ lentijiet tal-kuntatt, filwaqt li Luxottica tispeċjalizza fil-bejgħ bl-imnut tradizzjonali ta’ tagħmir ottiku u fil-bjegħ bl-imnut online tan-nuċċalijiet tax-xemx.

(32)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi fl-ebda pajjiż taż-ŻEE, b’xi mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti orizzontali mhux koordinati fis-swieq tal-bejgħ bl-imnut ta’ tagħmir ottiku, b’mod partikolari r-Renju Unit u l-Italja.

2.1.4.   Il-liċenzji tad-ditti

(33)

Kemm Essilor kif ukoll Luxottica huma attivi fil-liċenzjar tad-ditti jew bħala akkwirenti potenzjali jew bħala akkwirenti attwali ta’ liċenzji. Il-Kummissjoni sabet, madankollu, li Essilor u Luxottica għandhom profili differenti minħabba li l-portafoll ta’ trade marks bil-liċenzja jinkludi ditti prestiġjużi lussużi u tal-moda filwaqt li Essilor iġġib ftit ditti li jidhru inqas attraenti u tikseb ishma tas-suq baxxi.

2.2.   Valutazzjoni ta’ effetti vertikali mhux koordinati

(34)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti vertikali mhux koordinati f’dawn is-swieq affettwati vertikalment.

(a)

Rigward il-provvista ta’ Essilor ta’ substrat oftalmiku bħala materja prima u l-produzzjoni tal-lenti ta’ Luxottica, il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni minħabba li kien hemm biżżejjed fornituri alternattivi ta’ substrat oftalmiku u minħabba l-pożizzjoni fis-suq żgħira ħafna ta’ Luxottica fis-suq downstream għal lentijiet fiż-ŻEE.

(b)

Rigward il-provvista ta’ Essilor ta’ magni għall-illixxar u t-trattament tal-uċuħ tal-lentijiet, għall-kisi u għall-igglejżjar kif ukoll ta’ prodotti għall-konsum u l-produzzjoni ta’ lenti ta’ Luxottica, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni tagħha minħabba l-fatt li hemm biżżejjed fornituri alternattivi ta’ magni oftalmiċi u ta’ prodotti għall-konsum u minħabba l-pożizzjoni żgħira ħafna tas-suq ta’ Luxottica fis-suq downstream għal lentijiet fiż-ŻEE.

(c)

Rigward il-provvista ta’ Essilor ta’ lentijiet sun plano u l-produzzjoni tan-nuċċalijiet tax-xemx ta’ Luxottica, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni tagħha fid-dawl ta’ bejgħ minimu ta’ Essilor u l-eżistenza ta’ biżżejjed fornituri alternattivi (3).

(d)

Fir-rigward tal-provvista ta’ lentijiet ta’ Essilor u tal-attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut ta’ Luxottica, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni tagħha wara li qieset il-preżenza ta’ numru suffiċjenti ta’ fornituri alternattivi ta’ lentijiet u d-daqs limitat tan-negozju tal-bejgħ bl-imnut tal-entità amalgamata fiż-ŻEE.

(e)

Rigward il-provvista ta’ Essilor ta’ magni tal-igglejżjar u l-attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut ta’ Luxottica, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni tagħha wara li qieset il-preżenza ta’ numru suffiċjenti ta’ fornituri alternattivi ta’ magni oftalmiċi u d-daqs limitat tan-negozji tal-bejgħ bl-imnut tal-entità amalgamata fiż-ŻEE.

(f)

Rigward il-provvista ta’ Luxottica ta’ frejms u ta’ nuċċalijiet tax-xemx u l-attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut ta’ Essilor, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni tagħha fid-dawl tal-preżenza limitata ħafna fil-bejgħ bl-imnut ta’ tagħmir ottiku ta’ Essilor.

2.3.   Il-valutazzjoni tal-effetti mhux koordinati tal-konglomerat

(35)

It-Tranżazzjoni twassal għal rabtiet tal-konglomerat bejn il-bejgħ bl-ingrossa ta’ tagħmir ottiku, ta’ lentijiet, ta’ table-top edgers u ta’ lentijiet tal-kuntatt taż-żewġ Partijiet, billi l-Partijiet ibigħu dawn il-prodotti lill-istess bażi ta’ klijentela fiż-ŻEE, jiġifieri lill-bejjiegħa bl-imnut ta’ tagħmir ottiku.

(36)

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-effetti mhux koordinati tal-konglomerat tiffoka fuq (i) il-potenzjal ta’ ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Luxottica biex teskludi l-kompetituri tal-lentijiet, (ii) il-potenzjal ta’ ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Essilor fil-lentijiet biex teskludi l-kompetituri tat-tagħmir ottiku, (iii) il-potenzjal ta’ ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Essilor fil-magni oftalmiċi (table-top edgers) biex teskludi l-kompetituri tat-tagħmir ottiku, (iv) l-ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Luxottica fi tagħmir ottiku biex teskludi l-kompetituri tal-lentijiet tal-kuntatt jew tal-magni oftalmiċi.

2.3.1.   L-effett ta’ ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Luxottica fit-tagħmir ottiku biex teskludi l-kompetituri fil-lentijiet tan-nuċċalijiet

Il-kapaċità ta’ esklużjoni

(37)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li Luxottica għandha ċertu livell ta’ saħħa fis-suq fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ nuċċalijiet tax-xemx u livell limitat ta’ saħħa fis-suq fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ frejms fiż-ŻEE iżda mhux biżżejjed li jippermettilha li teskludi l-kompetituri tal-Entità Amalgamata mis-swieq tal-lentijiet tan-nuċċalijiet.

(38)

Filwaqt li Luxottica għandha sehem tas-suq ta’ [40-50] % fuq il-livell taż-ŻEE rigward in-nuċċalijiet tax-xemx, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-saħħa fis-suq ta’ Luxottica mhijiex biżżejjed biex tkun tista’ teskludi l-kompetituri tal-Entità Amalgamata mis-swieq tal-lentijiet tan-nuċċaijiet. Din il-konklużjoni hija bbażata prinċipalment fuq il-fatt li sehem kbir ta’ ħwienet tal-ottika ma tbigħx nuċċalijiet tax-xemx ta’ Luxottica, skont ir-rispons minn għadd kbir ta’ ottiċi dwar l-importanza ta’ ditti tan-nuċċalijiet tax-xemx. Hija bbażata wkoll fuq il-fatt li skont l-ottiċi, id-dħul fuq in-nuċċalijiet tax-xemx jirrappreżenta biss parti żgħira, u fuq il-fatt li l-livelli ta’ marġini tal-fornituri tan-nuċċalijiet tax-xemx huma relativi.

(39)

L-Entità Amalgamata għandha sehem mis-suq baxx fil-frejms, fil-livell ta’ [10-20] % fiż-ŻEE, u l-evidenza miġbura mill-Kummissjoni ma kinitx issostni l-pretensjonijiet li Luxottica skont l-ottiċi għandha d-ditti ta’ frejms “l-aktar imfittxija”. Parti kbira ta’ ħwienet tal-ottika ma tbigħx frejms ta’ Luxottica u r-reazzjonijiet li waslu minn għadd kbir ta’ ottiċi ma jissuġġerux li s-saħħa fis-suq ta’ Luxottica marret lil hinn minn dak indikat mis-sehem tas-suq tagħha.

Inċentivi għal esklużjoni

(40)

Il-Kummissjoni tqis li għandha ssir distinzjoni bejn l-inċentivi tal-Entità Amalgamata biex tidħol f’bejgħ abbinat (fejn l-Entità Amalgamata tagħmel il-bejgħ tagħha ta’ nuċċalijiet tax-xemx jew frejms ta’ Luxottica, jew it-tnejn, soġġett għall-kundizzjoni li l-klijent jixtri wkoll il-lentijiet tan-nuċċalijiet ta’ Essilor), li jidhru li huma limitati, u inċentivi biex tbigħ pakketti ta’ prodotti mħalltin (fejn l-Entità Amalgamata toffri pakketti ta’ nuċċalijiet tax-xemx jew frejms ta’ Luxottica, jew it-tnejn li huma, minn naħa waħda, u lentijiet tan-nuċċalijiet ta’ Essilor min-naħa l-oħra bi prezz irħas minn meta l-prodotti jinxtraw individwalment), li huma aktar probabbli.

Inċentivi li jħeġġu l-bejgħ abbinat

(41)

Il-Kummissjoni tqis li l-Entità Amalgamata ma jkollha l-ebda inċentiv li tidħol f’bejgħ abbinat billi tuża l-pożizzjoni tagħha fi frejms u/jew nuċċalijiet tax-xemx biex tħeġġeġ l-ottiċi jixtru aktar lentijiet mingħand Essilor. Luxottica użat biss il-bejgħ abbinat ta’ prodotti differenti sa ċertu punt limitat ħafna fil-passat u ma hemm l-ebda indikazzjoni fid-dokumenti interni tal-Partijiet li qed jippjanaw li jabbinaw il-bejgħ ta’ tagħmir ottiku mal-bejgħ ta’ lentijiet tan-nuċċalijiet wara t-Tranżazzjoni. Barra minn hekk, għadd sinifikanti ta’ klijenti li wieġbu għall-investigazzjoni dwar is-suq indika li, b’mod ġenerali, huma kienu se jirrifjutaw kull prattika ta’ bejgħ abbinat u li dan iħeġġiġhom biex ifittxu fornituri alternattivi. Barra minn hekk, il-marġnijiet ta’ kost varjabbli ta’ Luxottica fuq nuċċali tax-xemx jew frejm wieħed huma ogħla mill-marġinijiet ta’ Essilor fuq par lenti ta’ nuċċali, li jindikaw – flimkien mar-riżultati l-oħra tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni – li l-Entità Amalgamata x’aktarx iġġarrab telfiet sinifikanti jekk tinvolvi ruħha fil-bejgħ abbinat.

Inċentivi għal bejgħ ta’ pakketti ta’ prodotti mħalltin

(42)

Il-Kummissjoni tqis li l-Entità Amalgata se jkollha inċentivi biex tbiegħ pakketti ta’ prodotti mħalltin billi toffri nuċċali flimkien ma’ lentijiet li jaqblu bħala “pakkett komplut” bi prezz irħas milli kieku kellhom jinxtraw separatament. Dan huwa bbażat fuq offerti fil-passat u fuq pjanijiet futuri kemm min-naħa ta’ Essilor kif ukoll min-naħa ta’ Luxottica.

L-effetti ta’ esklużjoni

(43)

Anki fl-eventwalità pjuttost improbabbli ta’ tentattiv ta’ esklużjoni, ir-riżultati tal-investigazzjoni dwar is-suq ma ssuġġerewx li l-ħila ta’ kompetituri rivali fis-settur ta’ lentijiet li jeżerċitaw pressjoni kompetittiva fuq Essilor tixxekkel jekk dawn jitilfu s-sehem tas-suq. Id-data disponibbli dwar l-effiċjenzi ta’ skala ma ssuġġerietx li l-fornituri b’ishma tas-suq iżgħar jistgħu jsofru minn nuqqas ta’ ekonomiji ta’ skala. Barra minn hekk, skont l-analiżi kwantitattiva tal-Kummissjoni, kull telf ipotetiku ta’ sehem tas-suq minn kompetituri tal-lentijiet ikun, fi kwalunkwe każ, relattivament modest.

(44)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal lentijiet oftalmiċi minħabba effetti mhux koordinati ta’ konglomerat bħala riżultat tal-pożizzjoni ta’ ingranaġġ għal Luxottika fit-tagħmir ottiku, la fil-livell taż-ŻEE u lanqas fil-livell nazzjonali.

2.3.2.   L-ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Essilor ta’ lentijiet oftalmiċi biex jeskludi l-kompetituri mit-tagħmir ottiku

(45)

Meta jitqies li l-klijenti għandhom preferenzi limitati għal ditti ta’ lentijiet speċifiċi u preferenzi iżjed b’saħħithom għal ditti speċifiċi ta’ tagħmir ottiku, mhux realistiku li wieħed jassumi li l-Partijiet jistgħu jużaw il-pożizzjoni tagħhom fil-konfront ta’ lentijiet tan-nuċċalijiet biex jimponu l-bejgħ ta’ tagħmir ottiku fuq il-klijenti permezz ta’ strateġija ta’ “ingranaġġ”. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li kull tentattiv ta’ dan it-tip se jkollu l-oppożizzjoni min-naħa tal-konsumaturi, li jkunu lesti u kapaċi jaqilbu għal fornitur kompetitur ieħor ta’ lentijiet, sabiex jevitaw li jiġu mġiegħla jixtru frejms kontra l-ġudizzju tagħhom stess.

(46)

Filwaqt li l-ishma tas-suq tal-lentijiet ta’ Essilor huma konsiderevolment ogħla minn dawk tal-ishma tas-suq tat-tagħmir ottiku ta’ Luxottica, il-lentijiet ta’ nuċċalijiet huma prodotti ħafna aktar kommoditizzati bi preferenza ta’ klijentela limitata biss għal ditti speċifiċi. Dan huwa rifless ukoll fil-marġinijiet ta’ qliegħ li jaqilgħu l-kumpaniji fiż-żewġ swieq, li huma kunsiderevolment iżgħar għal lentijiet tan-nuċċalijiet minn dawk għat-tagħmir ottiku (b’hekk jindikaw grad akbar ta’ setgħa fl-ipprezzar tat-tagħmir ottiku). Il-Kummissjoni tqis li l-ħsara kompetittiva permezz ta’ ingranaġġ mis-suq tal-lentijiet tan-nuċċalijiet għas-suq tat-tagħmir ottiku hija implawżibbli fil-każ attwali.

(47)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Entità Amalgamata mhux se tkun kapaċi u mhux se jkollha inċentivi għall-ingranaġġ tal-pożizzjoni tagħha fil-lentijiet fiż-ŻEE billi torbot il-bejgħ tagħha mal-bejgħ ta’ frejms jew ta’ nuċċalijiet tax-xemx sa ċertu punt li jikkawża l-esklużjoni ta’ fornituri kompetituri ta’ frejms u ta’ nuċċalijiet tax-xemx billi jitnaqqsulhom l-abbiltà jew l-inċentivi tagħhom li jikkompetu.

(48)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal frejms jew għal nuċċalijiet tax-xemx b’riżultat tal-effetti mhux koordinati ta’ konglomerat minħabba l-ingranaġġ tal-pożizzjoni ta’ Essilor fir-rigward ta’ lentijiet, la fil-livell taż-ŻEEu lanqas fil-livell nazzjonali.

2.3.3.   L-effett ta’ ingranaġġ fil-pożizzjoni ta’ Essilor rigward il-magni oftalmiċi biex teskludi l-kompetituri fit-tagħmir ottiku

(49)

Essilor tbigħ tip wieħed biss ta’ magni oftalmiċi lill-ECPs, jiġifieri table-top edgers, li fihom hija għandha sehem tas-suq fiż-ŻEE ta’ 40-45 %. Il-biċċa l-kbira tad-domanda għal dawn il-prodotti ġejja minn klijenti b’saħħa kbira ta’ xerrejja, bħall-katini l-kbar jew il-gruppi ta’ xiri. Il-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet qed tiżdied, b’importazzjonijiet minn barra ż-ŻEE li diġà jammontaw għal madwar 35 % tad-domanda taż-ŻEE.

(50)

Il-Kummissjoni sabet każijiet preċedenti ta’ raggruppament ta’ bejgħ ta’ lentijiet oftalmiċi u bejgħ ta’ magni oftalmiċi min-naħa ta’ Essilor, iżda mhux każijiet li fihom Essilor rabtet dawn iż-żewġ gruppi ta’ prodotti. Ir-raggruppament tal-magni ta’ Essilor mal-frejms jew man-nuċċalijiet tax-xemx ikun jirriżulta f’rata għolja ta’ attrizzjoni billi l-ottiċi m’għandhomx preferenzi qawwija għal ditti ta’ magni oftalmiċi. Barra minn hekk, il-kompetituri tat-tagħmir ottiku mhux se jiġu esklużi peress li ħafna minnhom ikollhom ditta internazzjonali jew globali.

(51)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal frejms jew għal nuċċalijiet tax-xemx madwar is-swieq nazzjonali fiż-ŻEE bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati ta’ konglomerat minħabba l-ingranaġġ tal-pożizzjoni ta’ Essilor fil-magni ottiċi li jinbiegħu lil-ECPs fil-livell taż-ŻEE.

2.3.4.   L-ingranaġġ tal-pożizzjoni ta’ Luxottica rigward it-tagħmir ottiku biex teskludi l-kompetituri tal-lentijiet tal-kuntatt u tal-magni oftalmiċi

(52)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li tiġġustifika l-pretensjoni li l-Entità Amalgamata tista’ tuża s-saħħa tagħha fi swieq tat-tagħmir ottiku biex teskludi l-kompetituri fi prodotti oħra mibjugħa lill-ECPs, b’mod partikolari l-lentijiet tal-kuntatt u l-magni oftalmiċi (table-top edgers).

(53)

Essilor bħalissa bilkemm hija attiva fil-forniment ta’ lentijiet tal-kuntatt. Ma tipproduċix lentijiet tal-kuntatt iżda terġa’ tbigħ dawn il-prodotti biex takkomoda lil ċerti bejjiegħa bl-imnut biss. L-ebda ottiku ma stqarr waqt l-investigazzjoni tas-suq li jikkunsidra lil Essilor bħala fornitur tal-lentijiet tal-kuntatt.

(54)

Għal raġunijiet simili għal dawk esposti fil-paragrafi (38) u (39), Luxottica ma għandhiex grad suffiċjenti ta’ saħħa fis-suq fir-rigward tal-frejms u tin-nuċċalijiet tax-xemx biex teskludi l-fornituri ta’ table top edgers. Barra minn hekk, l-ottiċi jistgħu faċilment jaqilbu minn table top edgers ta’ Essilor b’rispons għal kull offerta magħquda jew marbuta.

(55)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal lentijiet tal-kuntatt jew għal table top edgers fiż-ŻEE bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati ta’ konglomerat minħabba l-ingranaġġ tal-pożizzjoni ta’ Luxottica fir-rigward tat-tagħmir ottiku.

V.   KONKLUŻJONI U PROPOSTA

(56)

Id-deċiżjoni mehmuża dwar l-Artikolu 8(1) tikkonkludi li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Għaldaqstant, id-deċiżjoni mehmuża tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim taż-ŻEE, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Il-fatturat ikkalkulat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u skont l-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1).

(3)  Il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-pretensjonijiet ta’ esklużjoni potenzjali mill-aċċess għall-aċetat taċ-ċelluloża, komponent li jintuża fil-produzzjoni ta’ frejms u ta’ nuċċalijiet tax-xemx. Wara li kkunsidrat il-fatt li bħalissa Luxottica tforni parti moderata mill-kapaċitajiet taż-żewġ fornituri u li Essilor tikkontribwixxi ftit ferm għall-attivitajiet ta’ bejgħ bl-ingrossa ta’ tagħmir ottiku ta’ Luxottica fiż-ŻEE, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemm l-ebda riskju ta’ esklużjoni mill-aċċess għall-aċetat taċ-ċelluloża għal kompetituri tat-tagħmir ottiku.


Il-Qorti tal-Awdituri

20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/17


Rapport Speċjali Nru 20/2018

“L-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà: jeħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE jiġi ffukat mill-ġdid”

(2018/C 335/09)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 20/2018 “L-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà: jeħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE jiġi ffukat mill-ġdid” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/18


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

(2018/C 335/10)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

fl-14 ta’ Ġunju 2018

In-Nru tal-Każ

:

82119

In-Nru tad-Deċiżjoni

:

061/18/COL

L-Istat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Ir-reġjun

:

It-titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Skema ta’ żvilupp u innovazzjoni għall-midja tal-ġrajjiet kurrenti u l-aħbarijiet

Il-bażi legali

:

Forskrift om innovasjons- og utviklingstilskudd til nyhets- og aktualitetsmedier

It-tip ta’ miżura

:

Skema

L-objettiv

:

Il-pluraliżmu tal-midja

L-għamla tal-għajnuna

:

Għotja

Il-baġit

:

NOK 30 miljun

L-intensità

:

40 % (50 % għall-intrapriżi żgħar)

Id-durata

:

2018-2022

Is-setturi ekonomiċi

:

C.58.1 Il-pubblikazzjoni ta’ kotba, perjodiċi u attivitajiet oħra ta’ pubblikazzjoni, C.60.1 Ix-xandir fuq ir-radju, C.60.2 Il-programmazzjoni tat-TV u l-attivitajiet tax-xandir u C.63.9 Attivitajiet oħra ta’ servizz ta’ informazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

L-Awtorità tal-Midja tan-Norveġja

Nygata 4

NO-1607 Fredrikstad

NORWAY

Tagħrif ieħor

:

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/19


SENTENZA TAL-QORTI

tat-30 ta’ Mejju 2018

fil-Kawża E-6/17

Fjarskipti hf. v Síminn hf.

(Artikolu 54 taż-ŻEE — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Kompressjoni tal-marġni — Dritt li titlob danni — Applikabbiltà ta’ dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE fi proċedimenti domestiċi — Sinifikat ta’ deċiżjoni finali ta’ awtorità tal-kompetizzjoni)

(2018/C 335/11)

Fil-Kawża E-6/17, Fjarskipti hf. v Síminn hf. – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavik (Héraðsdómur Reykjavíkur) dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-Qorti magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur), u Martin Ospelt (ad hoc), tat il-ġudizzju fit-30 ta’ Mejju 2018, li l-parti operattiva tiegħu hija kif imiss:

1.

Persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun tista’ toqgħod fuq l-Artikolu 54 taż-ŻEE minħabba li huwa, jew sar, parti mil-liġi domestika, sabiex jintalab kumpens quddiem qorti nazzjonali għal ksur tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni.

2.

Mhuwiex prerekwiżit għal evalwazzjoni minn qorti tal-pretensjoni ta’ ħsara għal ksur ta’ regoli ta’ kompetizzjoni li awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tagħti deċiżjoni finali li ssib ksur tal-Artikolu 54 taż-ŻEE. Fejn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun tat deċiżjoni simili, il-liġi taż-ŻEE ma teħtieġx li d-deċiżjoni tkun vinkolanti fuq il-qrati nazzjonali f’azzjoni ta’ segwitu. Fin-nuqqas tal-liġi taż-ŻEE li tirregola l-proċedura u r-rimedji għall-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni, hija taqa’ taħt l-awtonomija proċedurali ta’ kull Stat taż-ŻEE biex jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-livell ta’ sinifikanza li għandu jiġi mehmuż ma’ deċiżjoni finali, suġġett għall-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.

3.

Il-fatt li impriża f’pożizzjoni dominanti hija obbligata tixtri servizzi ta’ terminazzjoni minn operaturi oħra b’rata ogħla minn dik tagħha stess, ma jipprekludix sejba li ll-prattika ta’ prezzijiet mill-impriża f’pożizzjoni dominanti fil-forma ta’ kompressjoni tal-marġni tikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 54 taż-ŻEE.

4.

Huwa biżżejjed li l-konstatazzjoni ta’ kompressjoni tal-marġni illegali bi ksur tal-Artikolu 54 taż-ŻEE li l-impriża inkwistjoni tkun f’pożizzjoni dominanti fuq is-suq bl-ingrossa rilevanti. M’huwiex meħtieġ li l-impriża żżomm pożizzjoni dominanti anke fis-suq tal-bejgħ bl-imnut relevanti.


20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/20


SENTENZA TAL-QORTI

tat-30 ta’ Mejju 2018

fil-Kawża E-9/17

Edmund Falkenhahn AG v L-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (Finanzmarktaufsicht)

(Id-Direttiva 2009/110/KE — Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi — Tifdija fi flus bi flus — Rekwiżiti ta’ salvagwardja)

(2018/C 335/12)

Fil-Kawża E-9/17, Edmund Falkenhahn AG v l-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (Finanzmarktaufsicht) — TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Bord tal-Appelli tal-Awtorità tas-Suq Finanzjarju tal-Liechtenstein (Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur), u Martin Ospelt (ad hoc), tat il-ġudizzju fit-30 ta’ Mejju 2018, li l-parti operattiva tiegħu hija kif imiss:

1.

Hija inkompatibbli mal-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, jekk il-flus elettroniċi jkollhom valur differenti minn flus bi flus fuq l-irċevuta tal-fondi fi kwalunkwe ħin, inkluż matul il-perjodu bejn il-ħruġ u t-tifdija.

2.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2009/110/KE, moqri flimkien mat-Tabella 1 tal-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu, jiddefinixxu b’mod eżawrjenti liema assi jikkostitwixxux beni sikuri b’riskju baxx għall-finijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2009/110/KE.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9054 — Broadcom/CA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 335/13)

1.   

Fit-12 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Broadcom Inc. (l-Istati Uniti)

CA, Inc. (l-Istati Uniti).

Broadcom Inc. takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ CA, Inc. kollha.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ għaqda.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Broadcom Inc.: il-manifattura ta’ semikondutturi u ħardwer għal komunikazzjonijiet, il-ħżin, u applikazzjonijiet industrijali;

—   għal CA, Inc.: l-iżvilupp ta’ software li jassisti lill-klijenti fl-iżvilupp, it-tħaddim, l-ittestjar, l-użu, u l-iżgurar ta’ applikazzjonijiet u bażijiet tad-data tan-negozju tagħhom.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9054 — Broadcom/CA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 1 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9059 — CVC/Messer Group/Divestment Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 335/14)

1.   

Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu),

Messer Group GmbH (“Messer”) (il-Ġermanja), u

Divestment Business (negozju f’ċessjoni), li jikkonsisti f’assi u f’impriżi fl-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel kif ukoll f’assi u f’kuntratti għall-provvista globali tal-elju, li qed jiġu ċeduti fil-kuntest tal-fużjoni proposta bejn Praxair, Inc. u Linde AG.

CVC u Messer, permezz ta’ impriża konġunta li għadha kif inħolqot, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tad-Divestment Business.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Messer: il-gassijiet industrijali u l-impriċi relatati kif ukoll is-servizzi relatati ma’ dawn il-prodotti,

—   għal CVC: konsulenza marbuta ma’ fondi u pjattaformi ta’ investiment u l-ġestjoni tagħhom,

—   għal Divestment Business: gassijiet industrijali u impriżi relatati fl-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel kif ukoll attivitajiet globali għall-provvista tal-elju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9059 — CVC/Messer Group/Divestment Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).