|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
||
|
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 4 ta’ Lulju 2017 |
|
|
2018/C 334/01 |
||
|
2018/C 334/02 |
||
|
2018/C 334/03 |
||
|
2018/C 334/04 |
||
|
2018/C 334/05 |
||
|
2018/C 334/06 |
||
|
2018/C 334/07 |
||
|
2018/C 334/08 |
||
|
2018/C 334/09 |
||
|
|
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju 2017 |
|
|
2018/C 334/10 |
||
|
2018/C 334/11 |
||
|
2018/C 334/12 |
||
|
2018/C 334/13 |
||
|
|
Il-Ħamis 6 ta’ Lulju 2017 |
|
|
2018/C 334/14 |
||
|
2018/C 334/15 |
||
|
2018/C 334/16 |
||
|
2018/C 334/17 |
||
|
2018/C 334/18 |
||
|
2018/C 334/19 |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju 2017 |
|
|
2018/C 334/20 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju 2017 |
|
|
2018/C 334/21 |
||
|
|
Il-Ħamis 6 ta’ Lulju 2017 |
|
|
2018/C 334/22 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
|
It-Tlieta 4 ta’ Lulju 2017 |
|
|
2018/C 334/23 |
||
|
2018/C 334/24 |
||
|
2018/C 334/25 |
||
|
2018/C 334/26 |
||
|
2018/C 334/27 |
||
|
2018/C 334/28 |
||
|
2018/C 334/29 |
||
|
|
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju 2017 |
|
|
2018/C 334/30 |
||
|
2018/C 334/31 |
||
|
2018/C 334/32 |
||
|
2018/C 334/33 |
||
|
2018/C 334/34 |
||
|
2018/C 334/35 |
||
|
2018/C 334/36 |
||
|
2018/C 334/37 |
||
|
2018/C 334/38 |
||
|
|
Il-Ħamis 6 ta’ Lulju 2017 |
|
|
2018/C 334/39 |
||
|
2018/C 334/40 |
||
|
2018/C 334/41 |
||
|
2018/C 334/42 |
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
|
MT |
|
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2017–2018
Dati tas-seduti: 3-6 ta’ Lulju 2017
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 78, 1.3.2018.
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 4 ta’ Lulju 2017
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/2 |
P8_TA(2017)0278
Standards Ewropej għas-Seklu 21
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-istandards Ewropej għas-seklu 21 (2016/2274(INI))
(2018/C 334/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (id-Direttiva NIS), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 mill-2013 sal-2015 (COM(2016)0212), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “Analiżi tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 mill-2013 sal-2015 u skedi informattivi” (SWD(2016)0126), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “Standards Ewropej għas-Seklu 21” (COM(2016)0358), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “Nilħqu l-potenzjal tal-istandards Ewropej dwar is-servizzi sabiex ngħinu lill-konsumaturi u n-negozji Ewropej” (SWD(2016)0186), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “Il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea għall-2017” (COM(2016)0357), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fil-programm ta' ħidma tal-Unjoni 2016 għall-istandardizzazzjoni Ewropea, inklużi l-atti ta' implimentazzjoni u mandati mibgħuta lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni” (SWD(2016)0185), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu “L-istandards tal-ICT bħala l-Pedament tas-Suq Uniku Diġitali” (COM(2016)0176), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni fil-qafas tal-Istrateġija għal Suq Uniku, imsemmija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji” (COM(2015)0550), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-futur tal-istandardizzazzjoni Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu “Standards Ewropej għas-Seklu 21”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu “Standardizzazzjoni Ewropea 2016”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar is-softwer b'sors miftuħ 2014-2017 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0213/2017), |
|
A. |
billi s-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni hija element ċentrali għar-realizzazzjoni tas-suq uniku; billi l-azzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi viżjoni komuni għall-istandardizzazzjoni Ewropea hija riżultat dirett tal-għaxar prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker u, b'mod partikolari, tal-prijoritajiet dwar is-Suq Uniku Diġitali Konness u l-Istrateġija għal Suq Uniku; |
|
B. |
billi sistema Ewropea ta' standardizzazzjoni miftuħa, inklużiva u trasparenti u prinċipalment immexxija mis-suq u bbażata fuq il-fiduċja u fuq konformità xierqa għandha rwol ewlieni biex twieġeb b'mod pożittiv għall-ħtieġa dejjem ikbar, fil-politika Ewropea industrijali, ekonomika, u soċjali, u l-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali, għal standards li jistgħu jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-prodott, għall-innovazzjoni, għall-interoperabbiltà, għas-sostenibbiltà u għall-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità, u għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tal-ħaddiema; |
|
C. |
billi sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq sħubija u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi, il-korpi ta' standardizzazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra, bħalma huma l-organizzazzjonijiet tal-Anness III rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
|
D. |
billi l-istandards Ewropej għandhom jiġu żviluppati permezz ta' sistema miftuħa, inklużiva u trasparenti, ibbażata fuq il-kunsens fost il-partijiet kollha interessati, bil-għan li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tekniċi jew ta' kwalità strateġiċi li prodotti attwali jew futuri, il-proċessi, is-servizzi jew il-metodi ta' produzzjoni jistgħu jikkonformaw magħhom; |
|
E. |
billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Prijoritajiet tal-Istandardizzazzjoni tal-ICT għas-Suq Uniku Diġitali tagħraf il-valur ta' standards miftuħa, iżda ma tipprovdix definizzjoni ta' standard miftuħ; billi standards miftuħa rriżultaw importanti għall-ħolqien u l-iżvilupp tal-internet u tas-servizzi tal-internet li min-naħa tagħhom rawwmu innovazzjoni, u prospetti soċjali u ekonomiċi; |
|
F. |
billi l-użu ta' soluzzjonijiet ta' liċenzjar ta' softwer u hardware b'sors miftuħ għandu u jista' jgħin lill-kumpaniji Ewropej u l-amministrazzjonijiet jiżguraw aċċess aħjar għal oġġetti u servizzi diġitali; |
|
G. |
billi sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea moderna u flessibbli hi komponent utli għal politika industrijali Ewropea ambizzjuża u mġedda u għat-tħaddim tas-suq uniku; billi l-istandards jistgħu jtejbu l-kompetittività globali tal-UE, it-tkabbir, il-kompetizzjoni ġusta u l-innovazzjoni, kif ukoll jappoġġjaw il-kwalità, in-negozji, u, b'mod partikolari, il-prestazzjoni tal-SMEs u l-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tal-ambjent; |
|
H. |
billi fl-Ewropa jeżistu flimkien żewġ sistemi differenti ta' żvilupp ta' standards, jiġifieri wieħed ibbażat fuq il-prinċipju tad-delega nazzjonali kif implimentat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), u ieħor ibbażat fuq is-sħubija bil-ħlas tal-partijiet ikkonċernati kif żviluppat mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI); billi hemm il-ħtieġa li jiġu evalwati s-sistemi ta' żvilupp ta' standards relatati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 bil-ħsieb li jiġu identifikati l-isfidi eżistenti u l-prattiki tajbin; |
|
I. |
billi r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 wassal għal titjib fil-proċess ta' standardizzazzjoni billi integra, għall-ewwel darba, il-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà u l-SMEs taħt il-bażi legali tas-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea; |
|
J. |
billi l-istandards tal-ICT, li huma żviluppati b'mod predominanti f'livell globali, jippermettu l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet interoperabbli għal prodotti komplementari u għad-diversi partijiet ta' prodott partikolari, li huwa partikolarment importanti għall-iżvilupp tal-“internet tal-oġġetti” (IoT); billi l-frammentazzjoni ta' standards u ta' soluzzjonijiet proprjetarji jew nofshom magħluqa jxekkel it-tkabbir u l-adozzjoni tal-IoT, u huwa għalhekk neċessarju li jiġi żviluppat approċċ strateġiku għall-istandardizzazzjoni tal-ICT sabiex jiġi żgurat rispons ta' suċċess għall-ħtiġijiet tad-deċennju li ġej, biex b'hekk l-UE tkun tista' żżomm rwol ta' tmexxija fis-sistema ta' standardizzazzjoni globali; |
|
K. |
billi l-pubblikazzjoni ta' dokumenti u tad-data tissodisfa r-responsabbiltajiet governattivi u l-miri ta' trasparenza, inkluża r-responsabbiltà, ir-riproduċibilità, is-sostenibbiltà, u l-affidabbiltà tal-azzjoni governattiva; billi meta jiġu ppubblikati dokumenti jew data, dan irid iseħħ fuq il-bażi ta' formati miftuħa u standardizzati sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' “lock-in” fejn hemm possibbiltà li prodott ta' softwer jew bejjiegħ ma jkunx disponibbli aktar kummerċjalment, u b'tali mod li l-entitajiet indipendenti jkunu jistgħu jimplimentaw dawk il-formati taħt mudelli ta' żvilupp u kummerċjali differenti, inkluż is-sors miftuħ, sabiex jiżguraw it-tkomplija ta' proċessi governattivi u amministrattivi; |
|
L. |
billi s-settur tat-trasport sa issa kien fuq quddiem nett tal-iżvilupp u l-użu ta' standards li huma meħtieġa għall-ħolqien taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport; |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-pakkett ambizzjuż tal-Kummissjoni dwar l-istandardizzazzjoni, li flimkien mal-Komunikazzjoni dwar l-Istandards tal-ICT u l-Inizjattiva Konġunta dwar l-istandardizzazzjoni, jimmira li jistabbilixxi sistema sempliċi u koerenti Ewropea ta' standardizzazzjoni bil-għan li jinżamm l-għadd kbir ta' elementi ta' suċċess tiegħu, jitjiebu n-nuqqasijiet tiegħu u jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn id-dimensjonijiet Ewropej, nazzjonali u internazzjonali; jenfasizza li kwalunkwe rieżami futur tas-Sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea (ESS) għandu jibni fuq l-aspetti pożittivi tas-sistema eżistenti, li jikkostitwixxu bażi solida għal titjib, filwaqt li joqgħod lura minn kwalunkwe bidla radikali li ddgħajjef il-valuri ċentrali tagħha; |
|
2. |
Jirrikonoxxi l-ispeċifiċità u l-importanza tal-ESS mill-perspettiva tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-industrija, l-SMEs, il-konsumaturi u l-ħaddiema, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistema Ewropea tkompli teżisti u li jkollha riżorsi suffiċjenti biex tissodisfa l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u b'hekk tikkontribwixxi inter alia għall-interoperabbiltà, iċ-ċertezza legali u l-applikazzjoni ta' salvagwardji xierqa, kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi u għall-moviment ħieles tat-teknoloġija tal-informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi baġit sostenibbli għall-ESS fir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP); |
|
3. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-iStandards Market Relevance Roundtable (SMARRT) taħt l-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni, li tippermetti d-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-industrija bi trasparenza sħiħa għall-partijiet ikkonċernati dwar punti fuq l-aġenda tal-Kumitat tal-Istandards; |
|
4. |
Jinnota li l-istandards huma għodda volontarja, u inċentivata mis-suq, li tipprovdi r-rekwiżiti tekniċi u gwida li l-użu tagħhom jista' jiffaċilita l-konformità ta' prodotti u servizzi mal-leġiżlazzjoni Ewropea u jappoġġja politiki Ewropej meta dawn jiġu żviluppati b'mod trasparenti u inklużiv; jenfasizza, madankollu, li l-istandards ma jistgħux jitqiesu bħala liġi tal-UE, peress li l-leġiżlazzjoni u l-politiki dwar il-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi, is-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent u l-protezzjoni tad-data u l-livell ta' inklużjoni soċjali huma ddeterminati mil-leġiżlatur; |
|
5. |
Jirrikonoxxi r-rwol ta' formati miftuħa u standardizzati għad-dmir ta' trasparenza tal-gvernijiet, tal-amministrazzjoni, u l-istituzzjonijiet Ewropej; jistieden lill-Istati Membri jippruvaw japplikaw standards komuni fir-rigward tal-amministrazzjoni diġitali, b'enfasi partikolari fuq il-korpi ġudizzjarji u l-awtoritajiet lokali; jenfasizza li l-istandards miftuħa huma essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' politiki ta' data tal-gvern miftuħa u ta' bliet intelliġenti, u li d-dokumenti u d-data jridu għalhekk jiġu ppubblikati f'formati miftuħa, standardizzati u li jistgħu jiġu implimentati faċilment, biex l-użu mill-ġdid tad-data jiġi ffaċilitat; jenfasizza r-rwol tal-akkwist pubbliku u ta' soluzzjonijiet ta' standards miftuħa biex jiġi evitat il-lock-in tal-bejjiegħa; |
|
6. |
Jemmen bis-sħiħ li d-data miftuħa tibqa' element essenzjali, b'mod partikulari fis-settur tat-trasport, biex jinħasdu l-benefiċċji kollha tas-Suq Uniku Diġitali, bħalma huma l-promozzjoni u l-iżvilupp tat-trasport multimodali; jenfasizza, għalhekk, li hija meħtieġa aktar ċertezza legali, prinċipalment f'dawk li huma sjieda u responsabbiltà; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tippubblika, mingħajr aktar dewmien, pjan direzzjonali għall-iżvilupp ta' standards immirati lejn l-armonizzazzjoni ta' interfaċċi tad-data u tal-ipproggrammar tat-trasport li jkunu ffinanzjati mill-istat sabiex tingħata spinta lill-innovazzjonijiet li jkunu intensivi f'dik li hi data u l-forniment ta' servizzi ġodda tat-trasport; |
|
7. |
Jenfasizza li s-sistema attwali ta' akkreditazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-ittestjar mhux dejjem tiggarantixxi li l-prodotti u s-servizzi fis-suq li japplikaw b'mod volontarju standards Ewropej huma konformi ma' dawk l-istandards; jiddispjaċih li l-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni (JIS) u l-Programm ta' Ħidma Annwali tal-Unjoni għall-Istandardizzazzjoni Ewropea (AUWP) ma jagħtu l-ebda attenzjoni għall-akkreditazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-ittestjar u tal-istandards, u jistieden lill-Kummissjoni biex tqis dan l-aspett meta tipproponi inizjattivi ġodda; |
|
8. |
Huwa tal-fehma li l-istandards miftuħa għandhom ikunu bbażati fuq it-trasparenza tal-proċess ta' standardizzazzjoni u l-iżvilupp u d-disponibilità ta' standards għall-implimentazzjoni u l-użu, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-prinċipji tad-WTO; jirrikonoxxi l-intenzjoni tal-Kummissjoni, kif espressa fil-pjan direzzjonali dwar il-Privattivi Standard Essenzjali, biex jiġu ċċarati kwistjonijiet relatati ma' liċenzjar FRAND u SEP; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs) u l-komunitajiet b'sors miftuħ, biex jesploraw mezzi adatti ta' ħidma konġunta; |
|
9. |
Jenfasizza li s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-innovazzjoni Ewropea, ittejjeb il-kompetittività tal-Unjoni, issaħħaħ post l-Ewropa fil-kummerċ internazzjonali u tkun ta' benefiċċju għall-benessri taċ-ċittadini tagħha; iqis li hu importanti, għalhekk, li l-Ewropa żżomm ir-rwol ewlieni tagħha fis-sistema internazzjonali ta' standardizzazzjoni, u jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' standards Ewropej fuq livell globali meta tkun qed tinnegozja ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi; jenfasizza li s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea tista' wkoll tibbenefika minn ftehimiet ta' sħubija stabbiliti minn ESOs ma' organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni ta' pajjiżi terzi, u jinnota li l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 diġà jipprevedu l-involviment ta' bosta Organizzazzjonijiet tal-Iżvilupp tal-Istandards (SDOs) għall-akkwist pubbliku fil-qasam tal-ICT; jirrakkomanda li l-ESOs iqisu kooperazzjoni eqreb ma' Korpi Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni (NSBs) ta' pajjiżi terzi, inklużi Korpi ta' Standardizzazzjoni ta' Akkumpanjament, fejn jeżistu possibbiltajiet għal allinjament mill-qrib; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-ESOs biex ikomplu jaħdmu lejn il-ħolqien ta' standards globali, filwaqt li tingħata attenzjoni wkoll lill-kuntest reġjonali u r-rilevanza tal-istandard meta jkunu involuti f'xogħol ta' standardizzazzjoni; |
|
10. |
Jenfasizza li l-kooperazzjoni internazzjonali dwar l-istandards tgħin sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-effiċjenza u l-koerenza, u toħloq kuntest favur il-kompetizzjoni għas-settur industrijali – eżempju tajjeb huwa l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi (WP.29) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), li ġie stabbilit għas-settur tal-ICT; |
|
11. |
Jenfasizza li l-istandards li huma adottati minn organizzazzjonijiet internazzjonali huma normalment żviluppati barra l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u jirrakkomanda lill-ESOs biex japprovawhom biss wara proċess ta' approvazzjoni interna bl-involviment ta' rappreżentanza xierqa tal-partijiet ikkonċernati, bħall-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Anness III, speċjalment għal standards armonizzati li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea; |
|
12. |
Huwa tal-opinjoni li l-ESOs għandhom fiċ-ċirkustanzi kollha jiżviluppaw standards inklużivi, sostenibbli, sikuri u ta' kwalità għolja b'aċċess u trattament ġust għall-partijiet ikkonċernati kollha, kif ukoll l-inqas impatt fuq l-ambjent u protezzjoni adegwata tad-data personali u l-privatezza; |
|
13. |
Iqis kruċjali l-involviment tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri mal-industrija tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' standards globali b'marka Ewropea fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji 5G; |
|
14. |
Jiddeplora l-fatt li d-differenzi bejn l-istandards nazzjonali, bħalma huma dawk fis-settur tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika, għadhom ostaklu għas-suq intern, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jiżviluppaw standards xierqa biex jarmonizzaw il-kundizzjonijiet fil-livell nazzjonali kull meta jqisu li jkun meħtieġ, bl-għan li jitneħħew l-ostakli li jista' jkun hemm għas-suq intern; jenfasizza l-ħtieġa li ssir ħidma biex tinkiseb armonizzazzjoni transmodali tal-istandards f'dan ir-rigward; |
|
15. |
Jirrimarka, barra minn hekk, li minbarra li tipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq, l-istandardizzazzjoni tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż tat-trasport għan-negozji kollha (eż. permezz ta' dokumenti elettroniċi) u għall-SMEs b'mod partikolari, u tista' tiffaċilita l-infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni tal-UE (eż. permezz tat-takografi diġitali, jew is-sistemi elettroniċi tal-pedaġġ); |
|
16. |
Jinnota li r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tejjeb l-inklużività tal-ESS, li jippermetti lill-SMEs, lill-konsumaturi, lill-ħaddiema u lill-organizzazzjonijiet ambjentali jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess ta' standardizzazzjoni, u jħeġġeġ li nkomplu f'din id-direzzjoni sabiex ilkoll ikunu rappreżentati b'mod adegwat u jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-sistema ta' standardizzazzjoni u għaldaqstant, jisfruttaw kompletament il-benefiċċji dderivati mill-istandardizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, lill-ESOs u l-NSBs jidentifikaw l-aħjar modi biex jintlaħaq dan l-għan u jindirizzaw l-isfidi, inkluż in-nuqqas ta' għarfien, assoċjati ma' involviment ulterjuri; |
|
17. |
Jilqa' l-isforzi tal-ETSI biex jingħata aċċess faċli għall-SMEs Ewropej, kif ukoll l-istrateġija fit-tul tiegħu għall-2016-2021 li tindirizza b'mod speċifiku l-kollaborazzjoni transettorjali; |
|
18. |
Jirrikonoxxi li l-pass li bih jiġu definiti l-istandards tjieb, u jfakkar l-importanza li jinstab bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li jiġi żgurat l-iżvilupp f'waqtu u l-ħtieġa li l-istandards ikunu ta' kwalità għolja; |
|
19. |
Huwa tal-fehma li, flimkien mal-aħjar prattiki eżistenti fost il-komunitajiet ta' standardizzazzjoni, iż-żieda tas-sensibilizzazzjoni pubblika tal-istandards proposti, l-involviment xieraq u bikri tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u t-titjib fil-kwalità tat-talbiet ta' standardizzazzjoni jistgħu jżidu aktar it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistema ta' standardizzazzjoni; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tagħti attenzjoni u tipprovdi assistenza lill-pajjiżi kandidati fl-isforzi tagħhom biex jarmonizzaw l-istandards tagħhom mal-istandards Ewropej, sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ostakli eżistenti; |
Standards tal-ICT
|
21. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-istandards tal-ICT li jistabbilixxu approċċ strateġiku għall-istandardizzazzjoni għat-teknoloġiji tal-ICT, iżda jistieden lill-Kummissjoni tidentifika b'mod ċar l-allinjament bejn din il-komunikazzjoni u l-Pjan Rikorrenti tal-ICT, il-pakkett “Standards Ewropej għas-Seklu 21” u l-Programm ta' Ħidma Annwali; |
|
22. |
Jinnota li l-konverġenza tat-teknoloġiji riċenti u d-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà, tan-negozji u s-servizzi pubbliċi qed tisfoka d-distinzjoni tradizzjonali bejn l-istandardizzazzjoni ġenerali u dik tal-ICT; iqis li l-istandardizzazzjoni tal-ICT għandha tkun parti minn strateġija diġitali Ewropea biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, iffrankar fil-baġit u kompetittività mtejba għall-kumpaniji Ewropej, u biex tiżdied l-interoperabbiltà transsettorjali u transkonfinali ta' prodotti u servizzi permezz ta' definizzjoni aktar mgħaġġla, b'mod miftuħ u kompetittiv, ta' standards volontarji li jkunu faċilment implimentati mill-SMEs; |
|
23. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar kooperazzjoni fi ħdan il-komunità tal-istandardizzazzjoni tal-ICT, b'mod partikolari bejn l-ESOs, u jistieden lill-ESOs iħejju programmi ta' ħidma annwali komuni li jidentifikaw oqsma trażversali ta' interess komuni; |
|
24. |
Jenfasizza li proċessi ta' standardizzazzjoni miftuħa, volontarji, inklużivi u orjentati lejn il-kunsens kienu effikaċi sa fejn dawn jammontaw għal mutur tal-innovazzjoni, l-interkonnettività u l-użu ta' teknoloġiji, u jfakkar li huwa importanti wkoll li jiġi żgurat investiment xieraq u kompetenza fit-teknoloġiji avvanzati u l-iżvilupp tagħhom, u biex jiġu appoġġjati SMEs; |
|
25. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni titlob lill-ESOs jikkontribwixxu għal standards ta' kwalità għolja, interoperabbli u miftuħa, sabiex tiġi trattata l-framentazzjoni u tiġi inkoraġġuta l-adozzjoni wiesa' tagħhom, u jirrikonoxxu l-ekosistema eżistenti u mudelli kummerċjali differenti li jappoġġjaw l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali, peress li dan jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali tal-katini ta' valur tal-ICT u jikkonfermaw l-impenn fl-interess pubbliku li jiġu żgurati l-privatezza u l-protezzjoni tad-data; |
|
26. |
Jenfasizza l-bżonn indispensabbli li l-politika ta' standardizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni tiġi adattata għas-suq u għall-iżvilupp ta' politika, peress li dan iwassal biex jinkisbu miri politiċi Ewropej importanti li jirrikjedu l-interoperabbiltà, bħall-aċċessibilità, is-sigurtà, in-negozju elettroniku, il-gvern elettroniku, is-saħħa elettronika u t-trasport; jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-ESOs jipprijoritizzaw l-istandards fil-qasam tal-5G, tal-cloud computing, tal-IoT, tad-data u tal-oqsma taċ-ċibersigurtà, kif ukoll f'dak tal-oqsma vertikali, bħalma huma “sewqan konness u awtomatiku u sistemi ta' trasport intelliġenti”, “bliet intelliġenti”, “enerġija intelliġenti, manifattura avvanzata” u “postijiet ta' għajxien intelliġenti”; |
|
27. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq ekosistema tal-ICT miftuħa u interoperabbli bbażata fuq il-ħames standards ta' prijorità tal-ICT li tħeġġeġ il-kompetizzjoni fil-ħolqien tal-valur li fuqha l-innovazzjoni tista' tirnexxi; jemmen li:
|
|
28. |
Jirrikonoxxi li netwerks tal-komunikazzjoni tal-5G effiċjenti jiddependu b'mod essenzjali fuq standards komuni biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u s-sigurtà, iżda jfakkar li l-iżvilupp ta' netwerk ta' kapaċità għolja ħafna huwa s-sinsla ta' netwerk tal-5G affidabbli; |
|
29. |
Jinnota li biex tkun suċċess, ekonomija mmexxija mid-data tiddependi fuq ekosistema tal-ICT aktar wiesgħa, inklużi esperti ferm kwalifikati bħal persuni b'ħiliet sabiex jiġu terminati l-qasma diġitali u l-esklużjoni diġitali; |
|
30. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiġbor statistika bl-għan li tivvaluta aħjar l-impatt tad-diġitalizzazzjoni u tal-ICT fuq it-trasport u t-turiżmu; |
|
31. |
Huwa konxju mill-għadd li qed jikber ta' pjattaformi, gruppi, laqgħat u mezzi relatati ma' standards tal-ICT; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrazzjonalizza l-għadd ta' pjattaformi u mekkaniżmi ta' koordinazzjoni li jieħdu ħsieb l-istandardizzazzjoni u jinvolvu l-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni dwar inizjattivi ġodda, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi għall-partijiet ikkonċernati; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-istandards tal-ICT u prijoritajiet tal-istandardizzazzjoni fost l-organizzazzjonijiet differenti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforma minnufih lill-partijiet ikkonċernati dwar l-istadju milħuq fl-inizjattivi li għaddejjin bħalissa fir-rigward tal-istandards tal-ICT; |
|
32. |
Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni miexja b'pass mgħaġġel u hija mutur ewlieni tal-ekonomija; jissottolinja l-importanza tad-diġitalizzazzjoni effettiva tal-industriji vertikali sabiex minnha jibbenefikaw l-SMEs, u b'mod speċjali l-konsumaturi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali u l-ħtieġa li t-tħassib tagħhom jiġi rrappreżentat b'mod xieraq fil-qafas tal-istandardizzazzjoni internazzjonali tal-ICT; |
|
33. |
Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tesplora inizjattivi bħal sistema affidabbli ta' ċertifikazzjoni u ta' tikkettar tal-IoT, li tista' trawwem il-fiduċja fil-livelli tal-privatezza u tas-sigurtà minn tarf sa tarf ta' apparat tal-IoT billi jiġu pprovduti klassifikazzjonijiet komparabbli dwar ir-riskji possibbli assoċjati mal-operat u l-użu ta' apparat jew servizz IoT; jemmen li dawn għandhom jiġu żviluppati fejn ikun rilevanti u fejn l-apparati tal-IoT jista' jkollhom impatt fuq l-infrastruttura rilevanti abbażi tar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva NIS, li għandha sservi bħala bażi għad-definizzjoni ta' rekwiżiti ta' sigurtà; jinnota li kull tikketta minn dawn għandha tkun tista' tadatta għal bidliet teknoloġiċi futuri u tieħu kont ta' standards globali fejn xieraq; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu pożizzjoni ta' tmexxija fil-promozzjoni ta' standards intersettorjali, b'ilsna differenti u fl-appoġġ ta' servizzi favur il-privatezza, affidabbli u sikuri; |
|
35. |
Jappoġġja, f'dan is-sens, id-definizzjoni ta' rekwiżiti minimi speċifiċi u miżurabbli li jqisu s-sostenibbiltà u l-affidabbiltà ta' apparati jew servizzi tal-IoT kif ukoll ta' standards ta' sigurtà informatika ta' livell industrijali u standards ta' sostenibbiltà; din il-lista għandha tinkludi, pereżempju, l-impenn li jagħmlu l-aġġornamenti disponibbli għal perjodu minimu ta' żmien wara x-xiri, l-impenn tal-manifattur jew tal-fornitur għal perjodu ta' żmien li fih ikun se jipprovdi aġġornament wara li tiġi skoperta u notifikata xi vulnerabbiltà; għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibilità ta' awtoregolamentazzjoni tal-industrija, filwaqt li titqies il-ħeffa li biha l-istandards u t-teknoloġiji jevolvu fis-settur tal-ICT, u d-diversità tal-iżvilupp u l-mudelli kummerċjali, inklużi s-sors miftuħ, in-negozji ġodda u l-SMEs; |
|
36. |
Jinnota t-tħassib dwar iċ-ċibersigurtà u l-ispeċifiċitajiet tat-theddidiet fis-settur tat-trasport; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza dawn l-ispeċifiċitajiet meta tkun qed tadotta r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar l-istandards taċ-ċibersigurtà li huma mistennija sa tmiem l-2017, bħala l-ewwel pass lejn strateġija komprensiva dwar iċ-ċibersigurtà fis-settur tat-trasport; |
|
37. |
Jinnota li l-istandardizzazzjoni tal-ICT se tkun ta' benefiċċju għall-iżvilupp tas-servizzi marbuta mat-trasport u mat-turiżmu u ta' soluzzjonijiet tat-trasport multimodali; jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-ESOs, tagħti importanza akbar lil dan l-iżvilupp meta tkun qed timplimenta l-pjan ta' azzjoni prijoritarju tagħha għall-istandardizzazzjoni tal-ICT, u b'mod partikolari tesplora r-rwol potenzjali tal-istandardizzazzjoni biex jingħata appoġġ lit-tibdil teknoloġiku u lill-mudelli kummerċjali ġodda li qed jitfaċċaw fis-settur tat-turiżmu; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni rapida biex tippromwovi l-iżvilupp ta' servizzi integrati għall-ħruġ tal-biljetti u għall-għoti ta' informazzjoni u kunċetti ta' mobilità ġodda bħall-Mobilità bħala Servizz; |
|
38. |
Jinnota li biż-żieda fl-użu tal-internet, tas-servizzi bankarji online, tan-netwerking soċjali u tal-inizjattivi elettroniċi tas-saħħa, in-nies qed ikollhom dejjem aktar tħassib dwar is-sigurtà u l-privatezza, u li l-istandards tal-ICT jeħtieġu li jirriflettu l-prinċipji ta' protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data; |
|
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-integrazzjoni diġitali tal-manifattura bħala prijorità għall-istandardizzazzjoni tal-ICT u jħeġġeġ l-iżvilupp ta' standards miftuħa għall-protokolli ta' komunikazzjoni u tal-formati tad-data għall-integrazzjoni diġitali tat-tagħmir tal-manifattura sabiex tiġi żgurata interoperabbilità sħiħa bejn magni u apparati; |
|
40. |
Jirrikonoxxi xi tħassib b'mod partikolari fir-rigward tal-ICT u tal-Privattivi Standard Essenzjali (SEPs), u jirrikonoxxi li politika tal-IPR robusta, ġusta u raġonevoli tinkoraġġixxi l-investiment u l-innovazzjoni u tiffaċilita l-assorbiment tas-suq uniku diġitali u ta' teknoloġiji ġodda, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-introduzzjoni tal-5G u tal-apparati tal-IoT, billi dawn jiddependu ħafna fuq l-istandardizzazzjoni; jenfasizza li huwa essenzjali li jinżamm qafas ta' standardizzazzjoni bbilanċjat u prattiki effiċjenti ta' għoti ta' liċenzji msejsa fuq il-metodoloġija FRAND (prattiki ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji) u li jindirizzaw it-tħassib leġittimu kemm ta' min joħroġ il-liċenzji u kemm tad-detenturi ta' liċenzja tas-SEP, filwaqt li jiġi żgurat li l-proċess ta' standardizzazzjoni joffri kundizzjonijiet ekwi fejn il-kumpaniji ta' kull daqs, inklużi l-SMEs, jistgħu jikkollaboraw b'mod li jkun ta' benefiċċju reċiproku; jinkoraġġixxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-interoperabbiltà bejn il-komponenti diġitali tkun tista' tinkiseb permezz ta' tipi differenti ta' soluzzjonijiet ta' liċenzjar u mudelli kummerċjali; |
|
41. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara, mingħajr dewmien, l-elementi ewlenin ta' metodoloġija ta' liċenzjar ekwitabbli, effikaċi u infurzabbli mibnija madwar il-prinċipji FRAND, b'kont meħud tal-interessi kemm tad-detenturi u kemm tal-implimentaturi tal-istandards li jinkludu SEPs, redditu ġust fuq l-investiment, u d-disponibilità wiesgħa tat-teknoloġiji żviluppati fi proċess miftuħ ta' standardizzazzjoni sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tieħu nota tad-deċiżjoni tal-QtĠ-UE C-170/13 (Huawei vs ZTE), li ssib bilanċ bejn id-detenturi tas-SEP u l-implimentaturi tal-istandards bil-għan li jingħeleb il-ksur tal-privattivi u jiġi żgurat l-operat effiċjenti tas-soluzzjoni ta' tilwim; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex ittejjeb id-definizzjoni marbuta ma' informazzjoni dwar il-portata tal-privattivi u tindirizza l-kwistjonijiet relatati mal-assimetriji ta' informazzjoni bejn l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar, iżżid it-trasparenza tad-dikjarazzjonijiet standard tal-privattivi essenzjali, u ttejjeb il-kwalità tal-informazzjoni dwar ir-relazzjoni ta' SEPs għal prodotti; huwa tal-opinjoni li kwalunkwe kumpens lill-iżviluppaturi ta' SEPs jeħtieġ li jkun ibbażat fuq termini ġusti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, kif ukoll fuq rati tar-royalties trasparenti, raġonevoli, prevedibbli u sostenibbli, ħlief fejn żviluppaturi jiddeċiedu li jipprovdu l-istandard disponibbli mingħajr kumpens finanzjarju; jirrikonoxxi, madankollu, li jeżistu diversi mudelli kummerċjali, bħall-implimentazzjoni ta' liċenzjar ħieles mir-royalties u ta' softwer b'sors miftuħ, u għaldaqstant il-leġiżlazzjoni u d-diskussjoni għandha tkompl tirrikonoxxi l-użu tal-mudelli kollha fuq bażi inklużi d-drittijiet kollha tas-suq u d-detenturi tal-IPR; |
|
42. |
Jinnota l-ħtieġa ta' approċċ ibbażat fuq l-evidenza għall-monitoraġġ u l-iżvilupp ulterjuri tal-qafas ta' liċenzjar sabiex tiġi żgurata ekosistema dinamika li toħloq valur miżjud u impjiegi; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapporti biannwali li jixhdu dwar każijiet reali ta': (a) użu SEP mhux liċenzjat (jiġifieri ksur) li jdum 18-il xahar jew aktar; u (b) kwistjonijiet dwar aċċess għal standards minħabba nuqqas ta' konformità sistematika mal-impenji FRAND; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi d-dibattitu dwar il-“perċezzjoni ta' ħtieġa” ta' cloud tax-xjenza u tieħu azzjoni immedjata, bi ftehim mill-qrib mal-Istati Membri dwar il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, li għandu jintegra bla xkiel in-netwerks eżistenti, id-data u s-sistemi tal-informatika bi prestazzjoni għolja u ta' servizzi tal-infrastruttura elettronika fl-oqsma xjentifiċi kollha, f'qafas ta' politiki u standards tal-ICT komuni; |
Standards Ewropej għas-seklu 21
|
45. |
Jilqa' l-pakkett ta' “Standards Ewropej għas-Seklu 21” tal-Kummissjoni u huwa tal-fehma li s-sistema ta' standardizzazzjoni għandha ssir iktar trasparenti, miftuħa u inklużiva bil-għan li tintegra bis-sħiħ it-tħassib taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tal-SMEs; |
|
46. |
Jiddispjaċih li ma ġiex ikkonsultat qabel l-adozzjoni tal-pakkett, u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej jallinjaw id-diversi inizjattivi fi programm wieħed ta' ħidma strateġiku u olistiku li jevita d-duplikazzjoni ta' azzjonijiet u politiki; jenfasizza li l-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew jista' jkollu rwol importanti fl-iskrutinju pubbliku ta' standards armonizzati mitlub mill-Kummissjoni; |
|
47. |
Jappella għal aktar tisħiħ, koerenza u titjib fil-preċiżjoni tal-AUWP; |
|
48. |
Jenfasizza li l-AUWP li jmiss jeħtieġ li speċifikament jindirizza azzjonijiet li jtejbu l-koordinazzjoni bejn l-istandards ICT u mhux tal-ICT, li wasslu għat-titjib tar-regoli tal-NSBs differenti, u jippromwovu l-inklużività tal-ESOs billi tingħata attenzjoni akbar għar-rwol tal-partijiet ikkonċernati elenkati fl-Artikolu 5; |
|
49. |
Jenfasizza l-importanza tad-djalogu interistituzzjonali għat-tħejjija tal-AUWP, u jħeġġeġ li l-isforzi jinvolvu, qabel l-adozzjoni tal-AUWP, lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha f'Forum Annwali dwar l-Istandardizzazzjoni, biex jiddiskutu l-oqsma ġodda, l-isfidi eżistenti u titjib neċessarju tal-proċess ta' standardizzazzjoni; |
|
50. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu fi strateġiji nazzjonali għall-istandardizzazzjoni li jgħinu u jinkoraġġixxu lis-settur pubbliku, il-korpi ta' standardizzazzjoni, il-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà, l-SMEs u l-akkademiċi fil-livell nazzjonali jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni ta' standardizzazzjoni individwali; |
|
51. |
Jilqa' l-JIS u jirrakkomanda li l-Parlament jiġi mistieden ukoll biex jipparteċipa fi u jikkontribwixxi għaliha, u jenfasizza li r-regoli ta' tali sħubijiet pubbliċi-privati jeħtieġ jiġu rispettati mill-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tieħu rwol ta' tmexxija fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-JIS u tirrapporta lura lill-Parlament sa tmiem l-2017 dwar il-progress miksub; |
|
52. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn, magħmul fil-kuntest tal-JIS, biex jiġi żviluppat studju dwar l-impatt ekonomiku u soċjali, inkluża informazzjoni dwar linji ta' politika, riskji u eżiti fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja, aspetti soċjali u relatati mal-impjegati, tal-istandards u l-użu tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tibbaża dan l-istudju fuq data kwantitattiva u kwalitattiva u tanalizza kemm il-mudelli kummerċjali tal-proċess ta' standardizzazzjoni kif ukoll id-diversi mudelli finanzjarji – inklużi l-opportunitajiet u l-isfidi – biex jagħmlu l-aċċess għall-istandards armonizzati disponibbli faċilment; |
|
53. |
Jissottolinja l-fatt li l-istandardizzazzjoni hija dejjem aktar rikonoxxuta bħala kontributur importanti għar-riċerka u l-iżvilupp u li għandha rwol importanti fl-għeluq tad-distakk bejn ir-riċerka u s-suq, trawwem it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati fir-riċerka, u toħloq bażi għal aktar innovazzjoni; |
|
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadotta politiki li jeliminaw l-ostakli eċċessivi f'setturi innovattivi, biex jagħtu inċentiv għall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-istandardizzazzjoni fil-livell tal-UE; jinnota li l-industriji vertikali għandhom ifasslu l-pjan direzzjonali tagħhom għall-istandardizzazzjoni, filwaqt li jibbażaw ruħhom fuq proċessi mmexxija mill-industrija, li jekk ikollhom rieda soda sabiex jiksbu standards komuni, ikollhom il-kapaċità li jsiru standards dinjija; jemmen li l-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandu jkollhom rwol speċjali f'dan il-proċess; |
|
55. |
Iħeġġeġ lill-partijiet tal-JIS jiżguraw li r-riċerka u l-innovazzjoni jkunu allinjati aħjar mal-prijoritajiet li jiffissaw l-istandards; |
|
56. |
Iqis li għarfien u liċenzji miftuħa huma l-aħjar strument biex jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ta' riċerka li jużaw il-fondi tal-UE jużaw privattivi u liċenzji miftuħa sabiex jiksbu rwol akbar fl-iffissar ta' standards; |
|
57. |
Jappoġġja azzjonijiet immirati lejn it-titjib tas-sinerġija bejn il-komunitajiet tal-istandardizzazzjoni u dawk tar-riċerka u fil-promozzjoni tal-istandards fi stadju bikri tal-proġetti ta' riċerka; iħeġġeġ lill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni jippromwovu l-istandardizzazzjoni fost ir-riċerkaturi u l-komunità tal-innovazzjoni, inklużi l-organizzazzjonijiet governattivi u l-aġenziji ta' finanzjament rilevanti u jirrakkomanda li jiġi żviluppat kapitolu speċifiku dwar l-istandardizzazzjoni fl-Orizzont 2020; |
|
58. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-ESOs biex jiżguraw li l-istandards tas-servizzi rilevanti għas-suq jirriflettu s-servitizzazzjoni dejjem akbar tal-ekonomija u jiġu żviluppati bl-għanijiet li tiġi żgurata s-sikurezza u l-kwalità tas-servizzi u jiġu pprijoritizzati l-oqsma bl-ogħla detriment għall-konsumaturi mingħajr ma jiġu mittiefsa r-rekwiżiti regolatorji nazzjonali eżistenti, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-liġi tax-xogħol jew il-ftehimiet kollettivi u n-negozjar; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-istandards tas-servizzi sikwit jirrispondu għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali u li l-iżvilupp tagħhom huwa relatat mal-bżonnijiet tas-suq, l-interessi tal-konsumatur u l-interess pubbliku; jenfasizza li l-iżvilupp tal-istandards tas-servizzi Ewropej għandu jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi, filwaqt li tiżdied it-trasparenza, il-kwalità u l-kompetittività u biex jiġu promossa l-kompetizzjoni, l-innovazzjoni, u l-protezzjoni tal-konsumatur; |
|
59. |
Jirrimarka li l-proċess ta' standardizzazzjoni fl-Ewropa għandu jinkludi standards li jtejbu l-aċċessibilità għat-trasport u għas-servizzi tat-trasport mingħajr ostakli għall-persuni b'diżabilità u l-anzjani; |
|
60. |
Huwa tal-opinjoni li d-dinja moderna li qiegħda tinbidel b'rata mgħaġġla, bil-kumplessità teknika miżjuda tagħha, twassal għall-iżvilupp ta' għadd dejjem akbar ta' standards u pjattaformi għall-ipproċessar ta' speċifikazzjonijiet li ma jikkorrispondux mal-korpi tal-istandardizzazzjoni rikonoxxuti taħt ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u li issa hemm esiġenzi akbar f'dak li jirrigwarda l-involviment ta' SMEs u ta' mikrointrapriżi; jenfasizza l-importanza li jkunu appoġġjati miżuri għat-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-iżvilupp u l-użu tal-istandards; |
|
61. |
Jissottolinja l-importanza tal-interkonnessjoni ta' pjattaformi u bażijiet tad-data fil-livell Ewropew li jippermettu interoperabbiltà aħjar tan-netwerks u s-sistemi; |
|
62. |
Jemmen li l-istandardizzazzjoni tal-ICT tinvolvi mhux biss l-iffissar ta' rekwiżiti tal-prodott iżda anke l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi; |
|
63. |
Jenfasizza li arranġamenti (tekniċi) unformi jgħinu fit-tnaqqis tal-ispejjeż tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u taċ-ċertifikazzjoni u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompiti; |
|
64. |
Jenfasizza li t-tixjiħ demografiku fl-Ewropa jitlob l-inkorporazzjoni sistematika tal-ħtiġijiet tal-anzjani u l-persuni b'diżabilità – kif ukoll ta' membri oħra vulnerabbli tas-soċjetà – fl-iżvilupp tal-istandards, li huma għodda xierqa li tgħin biex ikun hemm soċjetà attiva u b'saħħitha fl-Ewropa u biex tiżdied l-aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi għaċ-ċittadini; |
|
65. |
Jirrimarka li l-innovazzjoni fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu tipprovdi opportunitajiet enormi u għandha impatt pożittiv kemm fuq is-soċjetà kif ukoll fuq in-negozji tal-UE, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-ġodda, u jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati standards ġodda, u dan, fejn possibbli, billi jiġi segwit approċċ mifrux fuq diversi oqsma, u fuq il-ħtieġa li tiġi promossa l-istandardizzazzjoni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta' inizjattivi tal-UE fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, bħalma huma s-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti Kooperattivi (C-ITS – Cooperative Intelligent Transport Systems) u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għat-trasport fis-Sistemi ta' Navigazzjoni bis-Satellita tal-UE (Galileo u EGNOS); |
L-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni
|
66. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rwol tal-ESOs, iżda jinkoraġġixxi aktar inizjattivi biex jitjiebu l-ftuħ, l-aċċessibilità u t-trasparenza tagħhom, u jirrakkomanda li l-ħidma tagħhom tkun iggwidata minn interessi Ewropej; |
|
67. |
Jirrikonoxxi li l-prinċipju tad-delega nazzjonali huwa element fundamentali għas-sistema Ewropea, iżda jwissi li hemm differenzi f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi, il-kompetenza teknika u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali, u jirrakkomanda li l-ħidma tad-delegazzjonijiet nazzjonali tkun ikkumplimentata; |
|
68. |
Jirrikonoxxi l-importanza tat-tfassil f'waqtu tal-istandards, kif ukoll ta' referenzi ċċitati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU) f'każ ta' standards armonizzati; huwa konxju dwar it-tnaqqis ta' ċitazzjonijiet ta' standards b'referenza msemmija fil-ĠU u jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga u tindirizza r-raġunijiet għal dan u tneħħi spejjeż jew piżijiet bla bżonn; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, involviment akbar tal-esperti tal-Kummissjoni u tal-Konsulenti ta' Approċċ Ġdid fil-proċess ta' standardizzazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa, flimkien mal-ESOs, linji gwida għall-evalwazzjoni għall-istandardizzazzjoni sabiex tgħin lid-diversi dipartimenti fi ħdan il-Kummissjoni, lill-ESOs u lill-Konsulenti ta' Approċċ Ġdid sabiex jevalwaw l-istandards b'mod koerenti; |
|
69. |
Itenni li mekkaniżmi ta' appell trasparenti u aċċessibbli jibnu fiduċja fl-ESOs, kif ukoll fil-proċessi tal-iffissar tal-istandards; |
|
70. |
Jinkoraġġixxi l-użu ta' ICTs ġodda biex jitjiebu l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-proċessi ta' standardizzazzjoni, bħall-għodda elettronika ta' tagħlim għall-SMEs, CEN-CENELEC; jemmen li l-użu ta' għodod diġitali jista' jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp ta' standards u jipprovdi informazzjoni dwar xogħol ta' standardizzazzjoni imminenti, attwali jew finalizzat; |
Rakkomandazzjonijiet strateġiċi
|
71. |
Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sinerġiji u l-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, l-ESOs, l-NSBs u l-organizzazzjonijiet rilevanti kollha tal-partijiet ikkonċernati permezz tal-Forum Annwali dwar l-Istandardizzazzjoni filwaqt li tirrikonoxxi wkoll il-kuntest internazzjonali tal-istandards; jirrikonoxxi li l-maġġoranza l-kbira tal-istandards jiġu żviluppati b'mod volontarju b'reazzjoni għall-ħtiġijiet tas-suq u tal-konsumatur, u jappoġġja dan; |
|
72. |
Jitlob li ssir applikazzjoni stretta tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fir-rigward tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-Anness III u għall-pubblikazzjoni tar-rapporti previsti fl-Artikolu 24 tar-regolament; |
|
73. |
Iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni biex tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-organizzazzjonijiet tal-Anness III u biex tiżgura t-tneħħija ta' ostakli de facto għall-involviment effettiv tagħhom fl-istandardizzazzjoni; |
|
74. |
Jirrakkomanda li l-istatus, id-drittijiet u l-obbligi ta' sħubija tal-organizzazzjonijiet tal-Anness III, bħalma huma d-dritt ta' appell, setgħat konsultattivi, id-dritt għal opinjoni qabel l-adozzjoni ta' standard, u l-aċċess lill-kumitati tekniċi u l-gruppi ta' ħidma jiġu riveduti fi ħdan l-ESOs sabiex jaċċertaw jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
|
75. |
Jistieden lill-ESOs jiżguraw li l-Ftehimiet ISO-CEN (Vjenna) u IEC CENELEC (Frankfurt) la jimpedixxu u lanqas jipperikolaw il-parteċipazzjoni fil-proċessi ta' standardizzazzjoni tal-Organizzazzjonijiet jew NSBs tal-Anness III; |
|
76. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-infrastruttura meħtieġa, jiffaċilitaw il-finanzjament għaliha u jħaffu l-installazzjoni tagħha, inkluż permezz tal-modernizzazzjoni, il-konverżjoni u l-modifika, għall-aċċettazzjoni fis-suq ta' teknoloġiji ġodda appoġġjati minn standards Ewropej (eż. infrastruttura għal karburanti alternattivi), b'konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza, tas-saħħa u tal-ambjent; jenfasizza li l-infrastruttura hija investiment fuq terminu twil u li għalhekk jenħtieġ li l-istandardizzazzjoni tagħha tiżgura interoperabbiltà massima u tippermetti li jsiru żviluppi teknoloġiċi futuri u l-applikazzjoni tagħhom; |
|
77. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-ESOs u mal-NSBs biex jippromwovu punti ta' kuntatt ta' aċċess, li l-użu tagħhom ikun faċli, għall-istandards li jistgħu jipprovdu għajnuna u informazzjoni lil utenti tal-istandards dwar dawk li jkunu disponibbli u l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tagħhom, u li jistgħu jgħinuhom isibu l-istandards li jaqblu l-aktar mal-ħtiġijiet tagħhom, kif ukoll gwida dwar l-implimentazzjoni tagħhom; jirrakkomanda, barra minn hekk, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE biex jippromwovu r-rwol tal-istandards u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinkludu korsijiet ta' edukazzjoni professjonali rilevanti dwar l-istandards fis-sistemi edukattivi nazzjonali tagħhom; |
|
78. |
Jitlob ukoll lill-Kummissjoni tiżviluppa attivitajiet ta' segwitu tat-teknoloġija biex jiġu identifikati żviluppi futur tal-ICT li jistgħu jibbenefikaw mill-istandardizzazzjoni, tiffaċilita l-fluss u t-trasparenza tal-informazzjoni meħtieġa għall-penetrazzjoni tas-suq u l-funzjonament ta' dawn it-teknoloġiji, u, f'dan ir-rigward, tippromwovi mekkaniżmi ta' valutazzjoni aċċessibbli faċilment u faċli għall-utent permezz tal-internet; |
|
79. |
Jirrakkomanda li l-NSBs jeħtieġ jeżaminaw jekk huwiex possibbli li jingħata aċċess għall-istandards b'tali mod li l-utent tal-istandards ikun jista' jagħmel valutazzjoni tar-rilevanza tal-istandard; jirrakkomanda bil-qawwa li, meta jiddeterminaw il-livelli tat-tariffi li jirrigardaw l-istandards, l-NSBs u l-ESOs iqisu l-bżonnijiet tal-SMEs u tal-partijiet ikkonċernati li huma utenti mhux kummerċjali; |
|
80. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħejji reġistru Ewropew li jelenka l-istandards Ewropej eżistenti bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, li jkun jinkludi wkoll informazzjoni dwar ix-xogħol ta' standardizzazzjoni li jkun għaddej fl-ESOs, il-mandati ta' standardizzazzjoni eżistenti, il-progress li jkun sar u d-deċiżjonijiet li jkun fihom oġġezzjonijiet formali; |
|
81. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-iżviluppi fl-istandardizzazzjoni tal-ICT fil-livell internazzjonali u, jekk ikun meħtieġ, tappoġġja l-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati Ewropej fi ħdan korpi ta' standardizzazzjoni xierqa, u fi proġetti ta' standardizzazzjoni strateġikament importanti, sabiex jiġu promossi l-mudell regolatorju Ewropew u l-interessi Ewropej; iħeġġeġ l-użu tal-Pjattaforma ta' bosta Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT biex jitlaqqgħu flimkien l-ESOs u l-korpi ta' standardizzazzjoni internazzjonali tal-ICT; |
|
82. |
Iħeġġeġ l-adozzjoni mill-UE tal-Mudell tal-Arkitettura ta' Referenza għall-Industrija 4.0 għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea; |
|
83. |
Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-istandards Ewropej tal-ICT fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku sabiex titjieb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u jitrawmu t-teknoloġiji innovattivi; jenfasizza, madankollu, li l-użu tal-istandards m'għandux jirriżulta f'ostakli addizzjonali, b'mod partikolari għan-negozji ż-żgħar, għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku; |
|
84. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-gvernijiet nazzjonali u lill-ESOs jiżviluppaw linji gwida ta' taħriġ għal dawk li jfasslu l-politika biex jgħinuhom jegħlbu l-inkonsistenzi li jirriżultaw mill-użu ta' metodi ta' ħidma differenti fid-diversi dipartimenti u istituzzjonijiet, u biex tinħoloq kultura ta' standardizzazzjoni u fehim ta' kif il-proċessi tal-istandards jaħdmu u meta jkunu jistgħu jintużaw; |
o
o o
|
85. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 56.
(2) https://ec.europa.eu/info/european-commissions-open-source-strategy_mt
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/13 |
P8_TA(2017)0279
Lejn qafas pan-Ewropew ta' bonds koperti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar Lejn qafas pan-Ewropew ta' bonds koperti (2017/2005(INI))
(2018/C 334/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-EBA tal-20 ta' Diċembru 2016 bl-isem: Covered Bonds: recommendations on harmonisation of covered bond frameworks in the EU (Bonds Koperti: rakkomandazzjonijiet dwar l-armonizzazzjoni ta' oqfsa ta' bonds koperti fl-UE) (EBA-Op-2016-23), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Konsultazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2015 dwar bonds koperti fl-Unjoni Ewropea u d-dokument tal-Kummissjoni mhux iddatat “Summary of contributions to the public consultation on ‘Covered Bonds’” (Sommarju tal-kontribuzzjonijiet għall-konsultazzjoni pubblika dwar “Bonds Koperti”", |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2015 dwar “l-Artikolu 503 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rekwiżiti ta' kapital għal bonds koperti” (COM(2015)0509), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-EBA tal-1 ta' Lulju 2014 dwar it-trattament tal-kapital preferenzjali ta' bonds koperti (EBA/Op/2014/04), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-EBA tal-1 ta' Lulju 2014 dwar l-oqfsa ta' bonds koperti tal-UE u t-trattament tal-kapital: rispons għat-talba tal-Kummissjoni għal parir ta' Diċembru 2013 b'rabta mal-Artikolu 503 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u r-Rakkomandazzjoni E tal-BERS dwar il-finanzjament tal-istituzzjonijiet tal-kreditu ta' Diċembru 2012 (ESRB/12/2)’, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (1), b'mod partikolari l-Artikolu 52(4) tagħha (minn hawn 'il quddiem “id-Direttiva UCITS”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), b'mod partikolari l-Artikolu 129 tiegħu (minn hawn 'il quddiem “CRR”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), b'mod partikulari l-Artikolu 44(2) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (6) (minn issa 'l quddiem “l-Att Delegat LCR”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0235/2017), |
|
A. |
billi bonds koperti huma strumenti b'passat stabbilit ta' rati baxxi ta' inadempjenza u b'pagamenti affidabbli li jgħinu biex jiffinanzjaw madwar 20 % ta' ipoteki Ewropej u koprew 'il fuq minn EUR 2 000 biljun ta' obbligazzjonijiet fl-Ewropa fl-2015; billi madwar 90 % tal-bonds koperti fid-dinja kollha jinħarġu f'disa' pajjiżi Ewropej; |
|
B. |
billi l-bonds koperti kellhom rwol ewlieni ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, b'mod partikolari matul il-kriżi finanzjarja; billi l-bonds koperti żammew livelli għoljin ta' sigurtà u likwidità matul il-kriżi, fatt li għandu jiġi attribwit għall-kwalità tar-regolamentazzjoni nazzjonali; billi l-episodju bejn l-2008 u 2014 ta' żieda fl-ispread fi prezzijiet tal-bonds koperti madwar l-Istati Membri ma jipprovdi l-ebda evidenza konvinċenti ta' frammentazzjoni tas-suq, minħabba li l-ispreads kienu korrelatati ħafna mal-ispreads tal-bonds tal-gvern u possibbilment kienu sempliċi riflessjonijiet tar-riskji sottostanti f'pools ta' kopertura; billi s-sensittività għar-riskju xieraq ta' prezzijiet ta' bond kopert madwar l-Istati Membri hija prova ta' funzjonament tajjeb u swieq integrati sew; |
|
C. |
billi hemm investiment transfruntier sinifikanti fis-swieq tal-bonds koperti Ewropej; billi l-bonds koperti għandhom bażi tal-investituri diversifikata sew li fiha l-banek għandhom rwol prominenti, b'sehem mis-suq ta' bejn wieħed u ieħor 35 % bejn l-2009 u l-2015; billi s-sehem mis-suq tal-maniġers tal-assi, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni naqas bi kważi 20 punt perċentwali u essenzjalment ġie sostitwit b'investimenti ogħla tal-bank ċentrali f'bonds koperti; |
|
D. |
billi l-bonds koperti huma strumenti ta' dejn attraenti peress li huma – sal-livell tal-kollateral fil-pool ta' kopertura – eżenti mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna stabbilita fl-Artikolu tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD), billi l-bonds koperti huma konformi mal-Artikolu 129 tas-CRR u jgawdu minn trattament tal-piż tar-riskju preferenzjali; |
|
E. |
billi fattur wieħed fid-domanda tal-banek għall-bonds koperti huwa t-trattament regolatorju preferenzjali għall-bonds koperti fl-Att Delegat LCR li jippermetti lill-banek jinkludu l-bonds koperti fir-riżervi ta' likwidità anke jekk ma jkunux eliġibbli għal LCR skont ir-regoli ta' Basel; |
|
F. |
billi l-programmi tal-bonds koperti, taħt ċerti kundizzjonijiet, huma eżenti mir-rekwiżiti ta' marġini inizjali kontra r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet derivattivi. |
|
G. |
billi l-bonds koperti jistgħu, f'diskrezzjoni nazzjonali, jiġu eżentati mir-rekwiżiti tal-UE dwar skoperturi kbar; |
|
H. |
billi l-pożizzjonijiet tal-kredituri bankarji mhux garantiti huma affettwati b'mod negattiv mill-aggravar tal-assi minħabba r-rekwiżiti ta' sovrakollateralizzazzjoni (OC) iżda mhux mill-prinċipju ta' finanzjament b'dejn b'pools ta' kopertura segregati; billi tali operazzjonijiet jekk jinvolvu proporzjon bejn is-self u l-valur sew taħt il-100 % ġeneralment itejbu l-pożizzjonijiet tal-kredituri bankarji mhux garantiti sal-punt li dawn ir-riżervi ma jkunux meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet kontra l-pool ta' kopertura; |
|
I. |
billi l-bonds koperti jidhru b'mod prominenti fuq in-naħa tal-assi fil-karti tal-bilanċ ta' ħafna banek; billi huwa essenzjali għall-istabilità finanzjarja li dawn l-assi jibqgħu f'likwidità u sigurtà massima; billi dan l-objettiv jenħtieġ li ma jiġix imminat minn innovazzjonijiet f'bonds koperti li jippermettu lill-emittenti jittrasferixxu riskju fid-diskrezzjoni tagħhom; |
|
J. |
billi l-ħruġ ta' bonds koperti b'estenzjoni tal-maturità kondizzjonali (l-istrutturi hekk imsejħa “soft bullets” u “conditional pass-through (CPT)”) żdied bi 8 % fi tnax-il xahar biex laħaq sehem ta' 45 % tas-suq f'April 2016; billi tali opzjonijiet itaffu r-riskju ta' likwidità f'pools ta' kopertura inadegwati, inaqqsu r-rekwiżiti tal-OC u jgħinu fl-evitar ta' bejgħ bl-għaġla; billi, madankollu, l-estenzjonijiet tal-maturità jeqilbu r-risku tal-emittenti fuq l-investituri; billi trattament regolatorju preferenzjali għandu jingħata biss għal strumenti ta' dejn li huma partikolarment sikuri; |
|
K. |
billi m'hemmx definizzjoni preċiża ta' bonds koperti fid-dritt tal-UE; |
|
L. |
billi s-swieq tal-bonds koperti għadhom lura fl-Istati Membri mingħajr tradizzjoni tal-ħruġ ta' tali bonds jew fejn it-tkabbir huwa mfixkel mir-riskju sovran jew minn kundizzjonijiet makroekonomiċi diffiċli; |
|
M. |
billi hija ħaġa rikonoxxuta sew li l-oqfsa nazzjonali tal-bonds koperti huma diversi, b'mod partikolari fir-rigward tal-aspetti tekniċi bħal-livell tas-superviżjoni pubblika; |
|
N. |
billi qafas mifrux mal-UE għall-bonds koperti jrid ikun immirat lejn l-ogħla standards; |
|
O. |
billi hemm diversi oqfsa nazzjonali għall-bonds koperti li kellhom suċċess kbir, ibbażati fuq sisien storiċi u legali u parzjalment integrati fid-dritt nazzjonali; billi dawk l-oqfsa nazzjonali jikkondividu karatteristiċi fundamentali, b'mod partikolari r-rikors doppju, is-segregazzjoni tal-pools ta' kopertura b'assi b'riskju baxx u superviżjoni pubblika speċjali; billi jista' jkun ta' benefiċċju li dawn il-prinċipji jiġu estiżi għal tipi oħra ta' strumenti ta' dejn; |
|
P. |
billi l-armonizzazzjoni jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq approċċ ta' universalità peress li dan jista' jwassal għal tnaqqis serju tad-diversità tal-prodott u jista' jaffettwa b'mod negattiv is-swieq nazzjonali li kienu qed jiffunzjonaw b'suċċess; billi jeħtieġ li l-armonizzazzjoni tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
Q. |
billi l-parteċipanti tas-suq ħadu inizjattivi biex irawmu l-iżvilupp tas-swieq tal-bonds koperti, bħall-ħolqien fl-2013 tat-Tikketta tal-Bonds Koperti (CBL) u l-Mudell ta' Trasparenza Armonizzat (HTT); |
|
R. |
billi, wara rieżami superviżorju, l-EBA identifikat l-aħjar prattiki għall-ħruġ u s-superviżjoni tal-bonds koperti u vvalutat l-allinjament tal-oqfsa nazzjonali ma' dawn il-prattiki; |
|
S. |
billi, b'rispons għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni, maġġoranza kbira tal-partijiet ikkonċernati topponi armonizzazzjoni sħiħa, filwaqt li l-investituri enfasizzaw il-valur tad-diversità tal-prodotti; billi l-partijiet ikkonċernati wrew appoġġ kawt għal-leġiżlazzjoni tal-UE dment li tkun ibbażata fuq il-prinċipji, tibni fuq oqfsa eżistenti u tirrispetta b'mod partikolari l-karatteristiċi tal-oqfsa nazzjonali. |
Osservazzjonijiet u pożizzjonijiet ġenerali
|
1. |
Jenfasizza li investimenti domestiċi u transfruntieri f'bonds koperti ħadmu tajjeb fis-swieq tal-UE taħt il-qafas leġiżlattiv attwali; jenfasizza li d-diversità ta' prodotti sodi u sikuri jenħtieġ li tinżamm. |
|
2. |
Jirrimarka li armonizzazzjoni obbligatorja ta' mudelli nazzjonali jew is-sostituzzjoni tagħhom b'mudell Ewropew tista' twassal għal konsegwenzi negattivi mhux intenzjonati għal swieq li s-suċċess attwali tagħhom jiddependi mill-fatt li l-leġiżlazzjoni dwar il-bonds koperti hija inkorporata fil-liġijiet nazzjonali; jinsisti li qafas Ewropew aktar integrat għandu jkun limitat għal approċċ ibbażat fuq il-prinċipji li jistabbilixxi l-objettivi iżda jħalli li l-modi u l-mezzi jiġu speċifikati fit-traspożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali; jenfasizza li dan il-qafas għandu jkun ibbażat fuq standards ta' kwalità għolja u jqis l-aħjar prattiki, filwaqt li jibni fuq ir-reġimi nazzjonali li jaħdmu sew mingħajr ma jiġu mfixkla. jenfasizza li l-qafas Ewropew potenzjali ġdid għall-bonds koperti, allinjat mal-aħjar prattiki, jenħtieġ li jkun parametru referenzjarju għas-swieq ġodda u jsaħħaħ il-kwalità tal-bonds koperti. |
|
3. |
Jitlob direttiva tal-UE li tiddistingwi b'mod ċar bejn iż-żewġ tipi ta' bonds koperti li jeżistu attwalment, jiġifieri:
Jenfasizza li l-PCBs jenħtieġ li jgawdu minn preferenza regolatorja fuq l-OCBs u li l-OCBs igawdu preferenza regolatorji fuq forom oħra ta' dejn kollateralizzat; jirrikonoxxi l-potenzjal ta' strumenti ta' dejn konformi mal-UCITS kollha għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali; |
|
4. |
Jistieden lill-Istati Membri jipproteġu t-tikketta tal-“bond kopert” (kemm għall-PCBs u l-OCBs) billi jiżguraw fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li l-bonds koperti jkunu likwidi ħafna u viċin tal-istrumenti ta' dejn mingħajr riskju; jissuġġerixxi bil-qawwa li l-istrumenti tad-dejn koperti b'assi li huma sostanzjalment iktar riskjużi minn dejn tal-gvern u ipoteki (p.e. investimenti fl-infrastruttura mhux apoġġati mill-gvern jew krediti lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)) ma għandhomx jiġu mmarkati “bonds koperti” iżda, possibbilment, “Noti Garantiti Ewropej” (European Secured Notes – ESNs); jappoġġja l-prinċipju li pools ta' kopertura għall-PCBs u l-OCBs jenħtieġ li jkunu totalment garantiti b'assi ta' natura dejjiema li tista' tiġi vvalutata u meħuda lura; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fid-direttiva prinċipji ta' qafas legali għal Noti Garantiti Ewropej (ESNs) bħal rikors doppju, superviżjoni pubblika speċjali, protezzjoni kontra l-falliment u rekwiżiti ta' trasparenza; jistieden lill-Istati Membri jintegraw dawn il-prinċipji fid-dritt nazzjonali tagħhom u l-proċeduri ta' insolvenza tagħhom; jenfasizza li qafas legali sod għall-ESNs ikollu l-potenzjal li jagħmel l-ESNs aktar trasparenti, aktar likwidi u aktar effiċjenti fil-konfromt tal-ispiża minn titoli li jagħmlu użu minn arranġamenti kuntrattwali; jirrimarka li dan jista' jgħin lill-ESNs biex jiffinanzjaw attivitajiet aktar riskjużi, bħal krediti għall-SMEs, krediti tal-konsumaturi jew investimenti fl-infrastruttura li għandhom nuqqas ta' garanziji tal-gvern; jinnota li l-ESNs ikunu eżenti mill-ambitu tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fl-Artikolu 44 tal-BRRD; |
|
6. |
Iħeġġeġ li d-Direttiva tinkludi standards minimi ta' sorveljanza li jirriflettu l-aħjar prattiki identifikati għall-bonds koperti; iħeġġeġ konverġenza superviżorja fl-UE kollha; |
|
7. |
Jitlob li d-direttiva żżid it-trasparenza fir-rigward ta' informazzjoni dwar assi tal-pool ta' kopertura u l-qafas legali mfassal biex jiżgura rikors doppju u s-segregazzjoni ta' dawk l-assi fil-każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-emittent; jinsisti, barra minn hekk, f'dan ir-rigward li d-direttiva tkun ibbażata fuq il-prinċipji u tiffoka biss fuq ir-rekwiżiti ta' informazzjoni; |
Definizzjoni tal-PCBs, l-OCBs, l-ESNs u l-qafas regolatorju tagħhom
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti tagħha għal qafas Ewropew ta' bonds koperti (direttiva) li jiddefinixxi l-PCBs, l-OCBs u l-ESNs b'mod simultanju, bl-għan li jiġi evitat tfixkil fis-suq matul il-fażijiet ta' tranżizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi f'din id-definizzjoni l-prinċipji komuni kollha li ġejjin li jistgħu jinkisbu matul il-ħajja ta' dan l-istrument maħruġ, indipendenti mit-trattament preferenzjali potenzjali:
|
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fid-definizzjoni tad-direttiva tal-PCBs il-prinċipji addizzjonali li ġejjin:
|
|
10. |
Jenfasizza li l-ponderazzjonijiet tar-riskju assenjati lill-bonds koperti fil-leġiżlazzjoni Ewropea jridu jirriflettu l-valutazzjonijiet tas-suq tar-riskji sottostanti; josserva li l-istess ma japplikax għat-tipi l-oħra kollha ta' strumenti ta' dejn li jgawdu minn trattament regolatorju preferenzjali minħabba ċerti karatteristiċi; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti s-setgħa lill-Awtoritajiet Superviżjorji Ewropej (ESAs) biex jivvalutaw il-konformità mal-kriterji għall-PCBs, l-OCBs u l-ESNs bl-għan li tikkomplementa jew anki tissostitwixxi l-listi previsti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva UCITS b'lista awtoritattiva ta' reġimi ta' PCBs, OCBs u ESNs konformi fil-livell Ewropew. |
|
12. |
Jistieden lill-EBA toħroġ rakkomandazzjonijiet għal reġimi tal-PCBs, l-OCBs u tal-ESNs dwar il-kriterji ta' eliġibilità għal assi (inklużi assi ta' sostituzzjoni), dwar proporzjonijiet ta' LTV u l-livelli minimi ta' OC effikaċi għal tipi differenti ta' assi, kif ukoll dwar reviżjonijiet possibbli tas-CRR; jistieden lill-EBA tipprovdi l-linji gwida neċessarji għall-istabbiliment tal-qafas superviżorju u amministrattiv speċjali pubbliku; |
|
13. |
Jirrakkomanda li l-ostakli għall-aċċess għas-suq għall-emittenti fl-iżvilupp ta' swieq ta' bonds koperti barra ż-ŻEE jitneħħew billi jingħata trattament ekwu lil bonds koperti minn emittenti f'pajjiżi terzi, sakemm l-ambjent legali, istituzzjonali u ta' sorveljanza tagħhom jgħaddi minn valutazzjoni bir-reqqa tal-ekwivalenza minn istituzzjoni Ewropea kompetenti; jirrakkomanda l-promozzjoni tal-prinċipji ewlenin tal-leġiżlazzjoni Ewropea sabiex tistabbilixxi punt ta' riferiment potenzjali għas-swieq tal-bonds koperti globalment; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-servizzi finanzjarji li tispeċifika t-trattament regolatorju tal-PCBs, l-OCBs u l-ESNs; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed tivvaluta leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji, biex tieħu kont tal-potenzjal tal-PCBs, l-OCBs u l-ESNs għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika ostakli possibbli fil-livell nazzjonali għall-iżvilupp tas-sistemi tal-bonds koperti u tippubblika linji gwida sabiex telimina dawn l-ostakli, mingħajr ħsara għall-kondotta kummerċjali soda u prudenti tal-banek; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-EBA jivvalutaw mill-ġdid (possibbilment bħala parti minn valutazzjoni tal-impatt) l-eliġibilità ta' garanziji marittimi fuq bastimenti bħala assi tal-pool ta' kopertura kif stipulat fl-Artikolu 129(1)(g) tas-CRR; huwa mħasseb dwar il-fatt li trattament preferenzjali għall-bastimenti li jgħawweġ il-kompetizzjoni ma' mezzi oħra ta' trasport; jitlob lill-Kummissjoni u lill-EBA jinvestigaw jekk il-bonds koperti tal-bastimenti humiex fuq l-istess livell ma' bonds koperti konformi mas-CRR f'termini tal-likwidità u valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom imwettqa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni indipendenti, u jekk it-trattament preferenzjali ta' tali bonds fuq il-bażi ta' eliġibilità LCR u ponderazzjonijiet tar-riskju iktar baxxi fis-CRR huwiex għalhekk iġġustifikat; |
|
18. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprevedu fid-dritt nazzjonali l-opportunità li joħolqu pools ta' kopertura separati, b'kull waħda minnhom tinkludi l-istess klassi ta' assi omoġenja (bħal self residenzjali); jistieden lill-Istati Membri jippermettu l-assi ta' kopertura kollha kif speċifikat fl-Artikolu 129(1)(a)(b) u (c) tas-CRR bħala assi ta' sostituzzjoni li jikkontribwixxu għar-rekwiżit ta' kopertura, u biex jispeċifikaw b'mod ċar limiti fuq il-kwalità tal-krediti, id-daqs tal-iskopertura u l-limiti superjuri għall-kontribuzzjonijiet ta' kopertura tal-assi ta' sostituzzjoni; |
Appoġġ tat-trasparenza tas-suq u l-konverġenza volontarja
|
19. |
Jilqa' t-titjib fil-metodoloġiji ta' klassifikazzjoni tal-bonds koperti u l-espansjoni tas-swieq ta' klassifikazzjoni għall-bonds koperti; |
|
20. |
Jissottolinja l-importanza ta' kundizzjonijiet ekwi sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fis-swieq finanzjarji; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni Ewropea ma tridx tiddiskrimina bejn it-tipi differenti ta' strumenti tal-dejn iggarantiti ħlief jekk ikun hemm raġunijiet tajbin biex wieħed jassumi li dawn huma differenti f'dak li jirrigwarda s-sikurezza jew il-likwidità; |
|
21. |
Jilqa' inizjattivi tas-suq biex jiġu żviluppati standards u mudelli armonizzati għad-divulgazzjoni (p.e. l-HTT) biex jiġu ffaċilitati t-tqabbil u l-analiżi tad-differenzi bejn il-bonds koperti madwar l-UE; |
|
22. |
Jappoġġja l-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet tal-EBA għal standards tas-suq u linji gwida dwar l-aħjar prattiki; jinkoraġġixxi l-konverġenza volontarja f'dan is-sens; |
|
23. |
Iħeġġeġ it-twettiq regolari ta' testijiet tal-istress għal pools ta' kopertura u l-pubblikazzjoni tar-rizultati tat-testijiet tal-istress; |
o
o o
|
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(3) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.
(4) ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/20 |
P8_TA(2017)0280
Ir-rwol tat-turiżmu relatat mas-sajd fid-diversifikazzjoni tas-sajd
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ir-rwol tat-turiżmu relatat mas-sajd fid-diversifikazzjoni tas-sajd (2016/2035(INI))
(2018/C 334/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ilma (3) (Direttiva Qafas dwar l-Ilma), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu, tat-22 ta' Novembru 2012, dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira, is-sajd artiġjanali u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Lulju 2013 dwar Tkabbir Blu: It-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar, tat-trasport marittimu u tat-turiżmu fl-UE (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2014 intitolata “L-innovazzjoni fl-Ekonomija Blu: inwettqu l-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani tagħna għall-impjiegi u t-tkabbir” (COM(2014)0254), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 bit-titolu “L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew” (COM(2010)0352), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u b'mod partikolari l-Mira 4 “Biex is-sajd isir aktar sostenibbli u l-ibħra aktar b'saħħithom”, li fiha l-UE timpenja ruħha li, fost affarijiet oħra, telimina impatti ħżiena fuq l-istokkijiet tal-ħut, speċijiet, ħabitats u ekosistemi, inkluż billi jkunu pprovduti inċentivi finanzjarji permezz ta' strumenti finanzjari futuri għas-sajd u l-politika marittima għaż-żoni marittimi protetti (inklużi ż-żoni ta' Natura 2000 u dawk stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali jew reġjonali). Dan jista' jinkludi r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, l-adattament tal-attivitajiet ta' sajd u l-promozzjoni tal-involviment tas-settur f'attivitajiet alternattivi, bħal pereżempju l-ekoturiżmu, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-bijodiversità marittima u l-ġlieda kontra l-iskart fil-baħar, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bl-isem “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2012 bit-titolu “Tkabbir Blu – opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu” (COM(2012)0494), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2014 bit-titolu “Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali” (COM(2014)0086), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0221/2017), |
|
A. |
billi s-settur tas-sajd tradizzjonali kompla jiddeterjora; |
|
B. |
billi d-diversifikazzjoni saret bżonn għal ħafna sajjieda li jaħdmu fuq skala żgħira sabiex jipprovdu sorsi addizzjonali ta' dħul, peress li d-dħul huwa ta' spiss mhux adegwat; |
|
C. |
billi meta wieħed jitkellem dwar id-diversifikazzjoni fis-settur tas-sajd, jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-biċċa l-kbira tas-settur tas-sajd tiddependi kważi kompletament fuq il-forom tradizzjonali ta' sajd; |
|
D. |
billi l-maġġoranza tar-reġjuni kostali u l-gżejjer qed isofru minn tnaqqis ekonomiku gravi, li jirriżulta f'depopolazzjoni billi l-abitanti tagħhom jitilqu lejn żoni b'aktar opportunitajiet ta' impjieg u ta' edukazzjoni; |
|
E. |
billi filwaqt li xi reġjuni kostali tas-sajd jinsabu qrib destinazzjonijiet turistiċi, huma mhux qed jirnexxilhom jiksbu tkabbir ekonomiku adegwat, anke jekk is-sajd u t-turiżmu huma kompatibbli; |
|
F. |
billi t-turiżmu relatat mas-sajd jista' jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' impjiegi, jippromwovi l-inklużjoni soċjali, itejjeb il-kwalità tal-ħajja u jirrivitalizza l-komunitajiet li jiddependu fuq is-sajd, b'mod partikolari fiż-żoni li fihom l-attivitajiet ekonomiċi l-oħra huma skarsi; billi dan il-potenzjal ivarja ħafna, kemm f'termini reġjonali kif ukoll skont it-tip ta' bastiment tas-sajd involut u daqsijiet differenti; |
|
G. |
billi t-turiżmu relatat mas-sajd jista' jikkontribwixxi biex inaqqas l-impatt fuq l-istokkijiet tal-ħut u fuq l-ambjent, kif ukoll biex jiżdiedu l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar il-bżonn ta' ħarsien ambjentali u konservazzjoni kulturali; billi, b'mod partikolari, it-tours relatati mas-sajd u s-servizzi tat-turiżmu offruti mis-sajjieda fuq l-art jistgħu, f'ħafna reġjuni Ewropej, ikunu mezz ġenwin li jissupplimenta l-attività ewlenija u jiddiversifika minnha; |
|
H. |
billi l-attivitajiet tat-turiżmu relatati mas-sajd jistgħu jikkontribwixxu biex iżidu l-viżibbiltà tas-sajjieda u jgħinu biex in-nies japprezzaw u jifhmu l-qasam kumpless tal-attività tagħhom.; billi t-tours tas-sajd u attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu (servizzi tat-turisti offruti mis-sajjieda fuq l-art, sajd rikreattiv, eċċ) ftit hemm għarfien dwarhom mill-pubbliku inġenerali, u hemm bżonn li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-importanza li wieħed jikkonsma prodotti tal-ħut lokali li ġejjin minn katina tal-provvista qasira; |
|
I. |
billi t-turiżmu relatat mas-sajd jista' jkun opportunità biex jattira t-turisti billi tiġi pprovduta offerta wiesgħa li tinkludi l-prodotti lokali sal-forom ta' impriżi favur l-ambjent; |
|
J. |
billi l-gastronomija tradizzjonali assoċjata ma' prodotti tas-sajd u l-preservazzjoni tradizzjonali u l-industriji tal-ipproċessar tista' tirrappreżenta vantaġġ ewlieni għat-turiżmu li qed jiġi żviluppat madwar l-industrija tas-sajd; |
|
K. |
billi s-sajd bil-qasba joffri diversi benefiċċji soċjali, u għandu impatt favorevoli fuq is-saħħa u l-benessri tal-bniedem; |
|
L. |
billi l-qligħ soċjoekonomiku li jirriżulta mit-turiżmu relatat mas-sajd huwa ta' natura staġjonali qawwija, billi jsir prinċipalment fix-xhur tas-sajf; billi l-benefiċċji li jistgħu jinkisbu minn lealtà akbar tal-konsumaturi, suġġett li huwa ferm ikkwotat, jistgħu jitwettqu matul is-sena; |
|
M. |
billi l-2018 se tkun is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, li għandha l-għan li tqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini dwar l-istorja Ewropea u tisħqilhom li l-valuri tal-wirt kulturali tagħha huma riżorsa kondiviża; billi forom ta' sajd tradizzjonali jiffurmaw parti mill-wirt kulturali għani tal-Ewropa u jikkontribwixxu għall-identità tal-komunitajiet lokali, mhux l-anqas f'termini ta' kif għen fit-tiswir ta' togħmiet, ikel, tradizzjonijiet, storja u pajsaġġi; billi dan l-aspett huwa msaħħaħ bil-kbir permezz ta' kuntatti ma' turisti; |
|
N. |
billi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) jagħti appoġġ lill-investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tad-dħul tas-sajjieda permezz tal-iżvilupp tal-attivitajiet komplementari, inkluż l-investiment għall-apparat tas-sikurezza abbord, it-tours tas-sajd, is-servizzi tat-turiżmu bbażat fuq il-kosta, il-forniment tal-ikel, is-servizzi pprovduti għas-sajd rikreattiv u sportiv, u l-attivitajiet edukattivi relatati mas-sajd; |
|
O. |
billi ma teżisti ebda definizzjoni komuni u lanqas bażi ġuridika għat-turiżmu relatat mas-sajd; billi, pereżempju, it-turiżmu ta' dan it-tip huwa meqjus fl-Italja bħala attività professjonali, iżda fi Franza huwa kklassifikat bħala attività okkażjonali; billi, skont l-istatus ġuridiku tiegħu jista' jkun hemm differenzi sinifikanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskemi fiskali, proċeduri għall-għoti ta' liċenzji, rekwiżiti għall-kwalifiki, apparat ta' sikurezza, eċċ.; |
|
P. |
billi d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tal-UE u d-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina jirrikjedu li l-Istati Membri jiżguraw status tajjeb tal-ilmijiet tal-kosta u tal-baħar; billi d-Direttiva dwar il-Ħabitats titlob lill-Istati Membri biex jidentifikaw u jmantnu ħabitats tal-baħar u kostali permezz tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta' siti ta' Natura 2000; |
|
Q. |
billi f'ħafna żoni protetti tal-baħar (MPAs) u s-siti tal-baħar u dawk kostali tan-Natura 2000 is-settur tat-turiżmu huwa partikolarment importanti; billi hemm ħafna eżempji pożittivi ta' ġestjoni konġunta u sħubijiet bejn il-korpi ta' ġestjoni taż-Żoni Protetti tal-Baħar u sajjieda fuq skala żgħira għall-promozzjoni tat-turiżmu tas-sajd u mezzi oħra ta' espożizzjoni ta' sajd tradizzjonali għal skopijiet turistiċi u kulturali; |
|
R. |
billi fl-Ewropa u 'l barra minnha hemm skarsezza, nuqqas ta' konsistenza u nuqqas ta' komparabbiltà tad-data li tirrigwarda t-turiżmu relatat mas-sajd; |
|
S. |
billi, fil-qafas tal-istrateġija “Tkabbir Blu” tal-2012, l-UE identifikat it-turiżmu tal-kosta u dak marittimu bħala settur ewlieni għall-iżvilupp ta' ekonomija sostenibbli bbażata fuq is-solidarjetà; |
|
T. |
billi fl-2010, fil-kuntest tal-komunikazzjoni “L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew”, il-Kummissjoni esprimiet il-bżonn li tiżviluppa strateġija għat-turiżmu tal-kosta u marittimu sostenibbli; |
|
U. |
billi fl-2012 il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-isfidi u l-opportunitajiet għat-turiżmu tal-kosta u dak marittimu fl-Ewropa, u wara dan, fl-20 ta' Frar 2014 ippubblikat komunikazzjoni bit-titolu “Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali”; |
|
V. |
billi l-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu jsiru minn sajjieda kummerċjali li jfittxu li jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom, jippromwovu u jivvalorizzaw l-istatus tal-professjoni tagħhom u l-wirt soċjokulturali tagħhom, u jtejbu l-użu sostenibbli tal-ekosistemi akkwatiċi, billi f'xi każijiet itellgħu lit-turisti abbord il-bastimenti; billi filwaqt li dawn l-attivitajiet tas-sajd jinvolvu sempliċiment element tat-turiżmu u għan rikreattiv, ma teżisti l-ebda definizzjoni ċara li twaqqaf l-istandards tagħhom; |
|
W. |
billi t-terminu “turiżmu relatat mas-sajd” (bit-Taljan pescaturismo) jirreferi għall-attivitajiet tas-sajd rikreattivi/għat-turisti li jsiru minn sajjieda kummerċjali li jilqgħu ċertu numru ta' turisti abbord il-bastimenti tagħhom bl-għan li juruhom id-dinja tas-sajd; |
|
X. |
billi s-servizzi tat-turiżmu offruti mis-sajjieda fuq l-art (bit-Taljan ittiturismo; hawn taħt “ittituriżmu”) jinkludu inizjattivi relatati mat-turiżmu gastronomiku u l-ospitalità ġestiti minn sajjieda kummerċjali; billi waħda mid-differenzi ewlenin bejn iż-żewġ tipi ta' turiżmu msemmija hawn fuq hija li tal-aħħar ma jistax isir abbord bastimenti tas-sajd; |
|
Y. |
billi s-sajd rikreattiv hija l-attività mwettqa esklussivament b'intenzjoni rikreattiva u/jew kompetittiva li tisfrutta r-riżorsi akkwatiċi ħajjin u tipprojbixxi kull forma ta' bejgħ tal-prodott maqbud; billi filwaqt li l-intenzjoni tas-sajd rikreattiv mhijiex għal raġunijiet ta' profitt, is-sajd huwa inkluż fost l-attivitajiet ta' turiżmu li jiġġenera ekonomija parallela li għandha tiġi sfruttata permezz tal-ġestjoni tas-sajjieda professjonali, permezz tas-servizzi, il-faċilitajiet u l-infrastrutturi offruti għas-sajjieda rikreattivi; billi, madankollu, is-sajd rikreattiv mhux ikkontrollat u intensiv jista' jkollu effett ħażin fuq l-istokkijiet tal-ħut f'xi żoni; |
|
Z. |
billi ma hemm l-ebda statistika soċjoekonomika jew ambjentali affidabbli dwar l-impatt tas-sajd rikreattiv fuq l-istokkijiet, speċjalment f'żoni fejn is-sajd rikreattiv huwa intensiv, u billi ma hemmx regoli ċari jew kontrolli komprensivi dwar il-qabda, u wisq inqas dwar il-bejgħ illeċitu ta' qabdiet tas-sajd rikreattiv permezz ta' mezzi informal, ġeneralment marbuta mar-ristoranti; |
Sajd relatat mat-turiżmu f'pajjiżi tal-UE
|
AA. |
billi studju li sar fl-2015 mill-Grupp ta' Azzjoni Kostali “il mare delle Alpi” (GAC) dwar id-drawwiet u l-fehmiet pubbliċi fiż-żoni tal-qbid tal-GAC juri li terz ta' dawk intervistati li jieklu l-ħut diversi drabi fil-ġimgħa, b'mod partikolari erba' tipi biss ta' ħut għall-ikel, li tnejn minnhom jinsabu fl-ilma ħelu u l-oħrajn tal-baħar (ħut li fih ħafna xaħam, salamun, bakkaljaw u trota); billi l-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu jiġġeneraw għarfien akbar dwar il-varjetà ta' speċijiet u dwar it-tradizzjonijiet tal-ikel, li ta' spiss jiġu injorati mill-pubbliku inġenerali ta' konsumaturi; billi l-impatt fuq id-diversifikazzjoni tal-isforz tas-sajd huwa ovvju; |
|
AB. |
billi fl-Italja ġiet osservata żieda kostanti fittalbiet ta' awtorizzazzjonijiet għat-twettiq ta' attivitajiet tat-turiżmu relatati mas-sajd; billi, skont stħarriġ li sar riċentement, ir-reġjuni Taljani bl-akbar numru ta' liċenzji huma l-Liguria (290), l-Emilia-Romagna (229), Sardenja (218), il-Calabria (203), il-Campania (200) u Sqallija (136); billi, b'total, l-awtorizzazzjonijiet irreġistrati mill-2002 sal-2012 jammontaw għal 1 600; billi fl-2003 r-reġjuni bl-akbar numru ta' liċenzji kienu l-Campania (63), il-Liguria (62), Sqallija (60) u Sardenja (59), segwiti mill-qrib mill-Puglia (46), il-Calabria (39) u t-Toskana (37) (6); |
|
AC. |
billi terz mill-flotta awtorizzata biex twettaq attivitajiet tat-turiżmu relatati mas-sajd ma tistax ittella' abbord aktar minn erba' passiġġieri, 29 % jistgħu jtellgħu abbord bejn 5 u 8 passiġġieri u s-37 % li jifdal jistgħu jtellgħu abbord bejn 9 u 12-il passiġġier (7); |
|
AD. |
billi l-livell għoli ta' turisti huwa kkonċentrat kważi għal kollox fix-xhur ta' Lulju u Awwissu, u dan ifisser li t-turiżmu relatat mas-sajd huwa ta' natura estremament staġjonali u li huwa importanti li titħeġġeġ id-diversifikazzjoni; |
|
AE. |
billi l-edukazzjoni ssegwi xejra simili għall-klassijiet f'termini ta' età, sal-punt fejn il-livell ta' edukazzjoni jkun ukoll ogħla fost l-operaturi tat-tours tas-sajd meta mqabbel ma' ta' dawk li jipprattikaw biss is-sajd professjonali; billi aktar minn 30 % tal-kaptani tad-dgħajjes huma fil-pussess ta' ċertifikat jew kwalifika professjonali u għandhom mill-inqas għarfien bażiku tal-Ingliż (64 %), tal-Franċiż (34 %), tal-Ispanjol (16 %) jew tal-Ġermaniż (7 %) (8); |
|
AF. |
billi fl-Italja sar stħarriġ li involva l-operaturi tat-tours relatati mas-sajd u li wera li t-tours relatati mas-sajd jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-isforzi biex jiġu ppreservati l-istokkijiet tal-ħut u l-ekosistemi tal-baħar, partikolarment permezz ta' qabdiet imnaqqsa, kif ukoll mil-lat soċjali, għall-benessri fiżiku u mentali tas-sajjieda u l-familji tagħhom permezz ta' inqas sigħat fuq il-baħar (9); |
|
AG. |
billi kien hemm involviment akbar min-nisa mhux biss fl-attivitajiet sekondarji marbuta ma' dawk tas-sajjieda, iżda wkoll fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom fis-settur tat-turiżmu relatat mas-sajd; |
|
AH. |
billi ż-żgħażagħ jistgħu jitqiesu wkoll bħala wieħed mill-gruppi fil-mira għall-iżvilupp ta' destinazzjonijiet turistiċi tas-sajd; |
|
AI. |
billi s-sajd tradizzjonali huwa attwalment l-inqas attività magħrufa tas-settur primarju u l-inqas studjat u użat bħala għodda edukattiva fil-livelli akkademiċi bażiċi u intermedjarji; |
|
AJ. |
billi hemm ambitu wiesa' għall-introduzzjoni ta' attivitajiet edukattivi relatati mas-sajd tradizzjonali bbażati fuq mudelli bħal dak ta' “skola tal-farms”; |
|
AK. |
billi l-iżvilupp tal-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu jiddependi b'mod kruċjali fuq sħubijiet, Gruppi ta' Azzjoni Lokali tas-Sajd (FLAGs), li fihom dawk li jaħdmu fis-settur tas-sajd u l-partijiet interessati pubbliċi u privati lokali l-oħra jaħdmu flimkien biex jippjanaw u jwettqu strateġija minn isfel għal fuq li tkun adattata u tissodisfa l-bżonnijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali taż-żona kkonċernata; billi, anke jekk il-FLAGs fl-UE jaħdmu f'ambjenti differenti ħafna u jadottaw strateġiji differenti ħafna, huma rrikonoxxew it-turiżmu, mingħajr eċċezzjoni, bħala fattur ta' żvilupp ewlieni; |
|
AL. |
billi l-Kummissjoni Ewropea waqqfet l-Unità ta' Appoġġ tan-Netwerk Ewropew dwar iż-Żoni tas-Sajd (FARNET) biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Assi 4 taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES); billi FARNET hija pjattaforma ta' netwerking għaż-żoni ta' sajd u tappoġġja l-FLAG fl-iżvilupp ta' strateġiji, inizjattivi u proġetti lokali; |
|
AM. |
billi, permezz tal-FLAG, il-partijiet interessati lokali tgħallmu kif l-offerta tat-turiżmu ta' żona tas-sajd tista' tevolvi biex tinkludi pakkett sħiħ ta' attivitajiet, u għalhekk tista' tibqa' attraenti anke f'parti kompetittiva ħafna tat-turiżmu; billi t-turiżmu jista' b'dan il-mod isir sors ewlieni ta' dħul addizzjonali għall-komunitajiet tas-sajd, u b'hekk fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxi għall-iżvilupp ġenerali tar-reġjuni kostali u l-gżejjer; |
|
AN. |
billi eżempji tajbin juru l-kollaborazzjoni prattika tal-FLAG f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd artiġjanali fil-Greċja, l-Italja u Spanja; billi, barra minn hekk, in-netwerk FARNET enfasizza l-aħjar prattiki fi Franza, il-Belġju, Spanja, il-Kroazja u l-Italja (10); |
|
AO. |
billi fil-Finlandja ġie adottat mudell ta' valutazzjoni ta' impatt tal-attivitajiet tat-turiżmu relatati mas-sajd, abbażi tad-durata taż-żjarat u tal-post ta' residenza u tan-numru ta' viżitaturi; billi l-valutazzjonijiet miġbura żvelaw problemi dwar id-definizzjonijiet ta' “turist tas-sajd”, kif ukoll dwar kif għandhom jingħaddu l-vjaġġi (11); |
|
AP. |
billi l-festivals isiru f'diversi rħula kostali fi Stati Membri fejn huwa importanti li jiġu integrati mezzi oħra li jżidu l-attrazzjoni turistika, bħal pereżempju billi jingħaqdu ma' offerti oħra ta' kwalità fis-settur primarju: jinxtered l-għarfien dwar is-sajd fuq skala żgħira u l-istil ta' ħajja tas-sajjieda, u jiġu pprovduti kuntatti ma' kulturi tradizzjonali, inkluż l-ikel u l-inbid reġjonali, u prodotti ta' kwalità għolja mingħand l-industrija tal-ipproċessar u l-ippakkjar li jirriflettu d-diversità tal-UE; |
|
AQ. |
billi fi Spanja nħolqu aġenziji speċjalizzati bħat-“Turismo marinero – Costa del Sol” bl-għan li jippromwovu l-industrija tradizzjonali tas-sajd u jgħinu l-persuni lokali biex jiżviluppaw u jirreklamaw l-attivitajiet tat-turiżmu relatati ma' dan is-settur; billi l-aġenzija torganizza sessjonijiet tat-tisjir abbord il-bastimenti użati mis-sajjieda lokali, vjaġġi għall-osservazzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut u attivitajiet tas-sajd rikreattiv; billi għażla disponibbli oħra hija t-tours bil-gwida tal-“Bioparc”, mużew għall-apert maħluq speċifikament għat-tfal, fejn huma jistgħu jitgħallmu dwar il-bijoloġija marittima, is-sajd tradizzjonali (irkaptu u tekniki tas-sajd tradizzjonali) u dwar il-kultura lokali; jinnota li l-emulazzjoni ta' tali inizjattivi, u l-kondiviżjoni ta' għarfien espert f'dan il-qasam fost l-Istati Membri, tkun ta' benefiċċju għall-komunitajiet kostali u rurali, b'mod partikolari fir-reġjuni periferiċi (12); |
|
AR. |
billi l-Kummissjoni, il-Parlament u l-Istati Membri għandhom għalhekk ma jipprojbixxux it-tekniki tas-sajd tradizzjonali tal-familja fuq skala żgħira b'mod indiskriminat, iżda għandhom l-ewwel jagħmlu valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jevitaw li jagħmlu impossibbli l-forom emerġenti ta' turiżmu bbażat fuq is-sajd sostenibbli, fuq skala żgħira u awtentiku bl-irkaptu tas-sajd tradizzjonali; |
|
AS. |
billi fil-Kroazja l-festivals tas-sajd organizzati matul ix-xhur tas-sajf f'ċentri turistiċi kostali u tal-gżejjer għandhom l-għan li jippromwovu t-tradizzjonijiet tas-sajd, il-wirt kulturali u storiku, il-gastronomija lokali u l-għajxien tradizzjonali; |
|
1. |
Iqis essenzjali r-ristrutturar u l-adattament tal-bastimenti tas-sajd biex jitwettqu l-attivitajiet tat-turiżmu, peress li l-bastimenti jridu jiġu rinnovati biex jiżguraw is-sikurezza tat-turisti, u biex jiżguraw li ma jkunx hemm ostakli f'termini ta' attivitajiet tas-sajd imwettqa filwaqt li tiġi offruta l-kumdità meħtieġa għal esperjenza pjaċevoli, mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd tagħhom; jirrimarka, madankollu, li tibdiliet ta' dan it-tip, speċjalment meta mwettqa matul l-istaġun barra miż-żmien għat-turiżmu, m'għandu jinvolvi ebda restrizzjoni għas-sajd kummerċjali; |
|
2. |
Jisħaq fuq il-potenzjal li għadu ma ġiex sfruttat tat-turiżmu relatat mas-sajd, li jista' jġib benefiċċji konsiderevoli għall-komunitajiet li jgħixu f'żoni kostali billi jiddiversifikaw is-sorsi ta' dħul lokali; iqis, f'dan ir-rigward, li t-turiżmu relatat mas-sajd fuq il-baħar u s-servizzi turistiċi ta' mal-kosta offruti mis-sajjieda, jistgħu jikkomplementaw is-sajd kummerċjali u jipprovdu wkoll dħul addizzjonali għall-komunitajiet tas-sajd; |
|
3. |
Jemmen li l-għan strateġiku tal-inizjattiva tal-Kummissjoni għandu jkun dak li tħeġġeġ l-attivitajiet tat-tours tas-sajd, is-servizzi tat-turisti bbażati max-xatt, u t-turiżmu relatat mas-sajd sportiv, u li tippermetti li dawn jiġu żviluppati għal kollox mal-UE kollha, permezz tat-twaqqif ta' netwerk u qafas kondiviż għal dan il-għan; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, permezz tal-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu u l-portal visiteurope.com tagħha, id-destinazzjonijiet tat-turiżmu tas-sajd rikreattiv fl-Ewropa, u, permezz ta' kampanja ta' informazzjoni mmirata, biex in-negozji tas-sajd isiru konxji mill-potenzjal ta' dawn il-mudelli ta' negozju ġodda u sostenibbli u mill-opportunitajiet ta' tkabbir li huma joffru; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni trawwem il-ħolqien u l-iżvilupp tat-turiżmu tas-sajd, bil-għan li tiġi applikata strateġija tan-negozju ddivrenzjata li tkun xierqa għall-potenzjal ta' dan is-settur u tkun kapaċi tissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu b'mod aktar effettiv, filwaqt li taħdem favur forma ġdida ta' turiżmu li fih l-interessi ewlenin jirrigwardaw il-kwalità, il-flessibilità, l-innovazzjoni u l-ippriservar tal-wirt storiku u kulturali taż-żoni tas-sajd kif ukoll l-ambjent u s-saħħa, fost aspetti oħra; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippromwovi u tappoġġja l-investiment fis-sajd fil-qasam tat-turiżmu, bil-għan li jinħolqu kapaċitajiet iddivrenzjati tat-turiżmu billi jiġu promossi l-gastronomija marbuta mal-prodotti artiġjanali tal-ħut, l-attivitajiet tat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, it-turiżmu ta' taħt l-ilma u tal-għadis, eċċ., u b'hekk b'mod sostenibbli ssir kapitalizzazzjoni fuq il-wirt tas-sajd u r-rikonoxxibilità ta' reġjun tas-sajd speċifiku; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni, sabiex jitrawmu l-ħolqien u l-iżvilupp tat-turiżmu tas-sajd, tippromwovi u tappoġġja b'mod attiv l-investimenti bil-għan li tiddiversifika s-sajd fil-qasam tal-kultura u l-arti bħala parti mill-wirt tradizzjonali (artiġjanat, mużika u żfin) u tappoġġja l-investiment fil-promozzjoni tat-tradizzjonijiet tas-sajd, l-istorja u l-wirt tas-sajd b'mod ġenerali (irkaptu tas-sajd, tekniki, dokumenti storiċi, eċċ.) billi jinfetħu mużewijiet u jiġu organizzati wirjiet li għandhom x'jaqsmu mill-qrib mas-sajd kostali; |
|
7. |
Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li tippermetti l-użu mħallat ta' bastimenti maħsuba għal attivitajiet ta' estrazzjoni sabiex, filwaqt li jżommu dan il-għan, ikunu jistgħu wkoll jakkomodaw tipi oħra ta' attivitajiet marbuta mas-settur tar-rikreazzjoni u tat-turiżmu, bħalma huma jiem ta' informazzjoni nawtika jew attivitajiet relatati mal-ipproċessar, it-tagħlim jew il-gastronomija, eċċ., skont is-sistema li topera fis-settur rurali li jinvolvi l-iskejjel tal-farms jew l-agrituriżmu; |
|
8. |
Iqis neċessarju, għalhekk, li jinħoloq netwerk Ewropew tal-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu u netwerk Ewropew tas-servizzi tat-turiżmu relatati mas-sajd sportiv/rikreattiv, abbażi tal-eżempju b'suċċess kbir tal-FARNET, li joffri għajnuna konsiderevoli għall-FLAGs; |
|
9. |
Iqis li hemm bżonn urġenti li jiġu direzzjonati bir-reqqa l-politiki ta' appoġġ u jiġu evalwati sew ir-riżultati tagħhom, u biex jiġi ssistematizzat, standardizzat u mtejjeb il-ġbir ta' statistika dwar il-kontribut ta' dawn l-attivitajiet li jiddiversifikaw għad-dħul taż-żoni tas-sajd Ewropej; jisħaq ukoll fuq l-importanza tas-sorveljar tal-impatt reali ta' sajd rikreattiv bħala attività ekonomika, l-impatt tagħha fuq l-istokkijiet u kull kompetizzjoni potenzjali, permezz ta' kanali ta' bejgħ informali, b'industrija tas-sajd professjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-industrija tas-sajd tipparteċipa fit-tfassil ta' tali miżuri ta' sorveljanza; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw u jappoġġjaw is-sħubijiet mas-settur tat-turiżmu tas-sajd imħeġġa minn korpi ta' ġestjoni taż-Żoni Protetti tal-Baħar (MPAs) u f'siti Natura 2000 bil-ħsieb li tiġi kkombinata l-protezzjoni tar-riżorsi naturali mal-promozzjoni u l-iżvilupp tal-kultura permezz ta' tgawdija responsabbli; |
|
11. |
Iqis kruċjali li tiġi armonizzata d-definizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu fil-livell tal-Unjoni, b'enfasi partikolari fuq it-tours relatati mas-sajd, is-servizzi tat-turiżmu bbażati max-xatt offruti mis-sajjieda, it-turiżmu relatat mal-akkwakultura, u t-turiżmu relatat mas-sajd sportiv/rikreattiv; din id-definizzjoni għandha tieħu kont tad-diversità wiesgħa ta' forom li dawn l-attivitajiet jistgħu jieħdu, tiggarantixxi l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, u jiġi żgurat li turiżmu relatat mas-sajd jitqies bħala attività anċillari li tippermetti lis-sajjieda li jissupplimentaw l-attività tas-sajd ewlenija tagħhom mingħajr ma jidħlu f'settur ieħor minbarra tas-sajd; |
|
12. |
Jenfasizza l-importanza li ssir distinzjoni bejn il-forom differenti ta' turiżmu relatat mas-sajd, li jinkludu t-turiżmu tas-sajd (peskaturiżmu u ittituriżmu), l-attivitajiet ibbażati fl-ilmijiet marittimi u kostali, is-sajd rikreattiv (inkluż it-turiżmu tas-sajd bil-qasba), is-sajd fl-ilmijiet interni, u l-attivitajiet ibbażati fuq il-wirt u l-kultura li huma mmirati lejn il-ħolqien ta' sinerġiji ma' inizjattivi ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodotti primarji ta' kwalità għolja, filwaqt li jiġu rrispettati l-wirt naturali, il-ħarsien tal-annimali u l-bijodiversità; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni, minħabba d-differenzi kbar bejn l-operaturi tas-sajd tal-UE involuti fit-turiżmu, tadotta regoli komuni dwar is-sikurezza tan-navigazzjoni, il-ħtiġijiet tas-sikurezza, tas-sanità u tal-iġjene tal-bastimenti li fuqhom isiru l-attivitajiet tat-turiżmu tas-sajd, u konċessjonijiet fiskali possibbli, bil-kundizzjoni li l-miżuri msemmija hawn fuq ikunu flessibbli biżżejjed biex jakkomodaw differenzi kbar f'termini ta' attivitajiet tas-sajd u l-bastimenti tas-sajd, u jippermettu l-karatteristiċi reġjonali distintivi; |
|
14. |
Jirrakkomanda li l-prinċipju ta' dekarbonizzazzjoni u ta' effiċjenza enerġetika tal-bastimenti bil-magna jkun inkluż fost l-adattamenti li għandhom isiru għal bastimenti bħal dawn meta jiġu kkonvertiti għal użu f'dawn l-attivitajiet; |
|
15. |
Jemmen li tajjeb li jiġu żgurati faċilitajiet xierqa għat-trasport u l-akkomodazzjoni li jridu jiġu pprovduti lit-turisti kkonċernati, kif ukoll il-manutenzjoni u l-ħarsien tal-postijiet pubbliċi, kif u meta meħtieġa, biex jiġi żgurat is-suċċess fit-tul tal-attivitajiet tat-turiżmu; |
|
16. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina bl-għan li jiżguraw status tajjeb tal-ilmijiet tal-kosta u tal-baħar, b'mod partikolari billi jitjiebu l-effiċjenza fir-riżorsi u jiġu evitati u ttrattati b'mod effettiv it-tniġġis u l-iskart; |
|
17. |
Jistieden lill-Istati Membri biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi billi jissimplifikaw il-proċeduri għall-għoti ta' liċenzji u proċeduri burokratiċi oħrajn; |
|
18. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li dawn l-attivitajiet ikunu kompatibbli mal-ħarsien tal-bijodiversità, is-siti ta' Natura 2000 u ż-Żoni Protetti tal-Baħar (l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità, id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats) u għaldaqstant il-ħtieġa li jissaħħu d-djalogu u s-sinerġiji mal-Istati Membri l-oħra konċernati; |
|
19. |
Jemmen li għandhom jiġu pprovduti korsijiet tat-taħriġ għas-sajjieda, il-persuni responsabbli mill-farms tal-ħut, kif ukoll il-familji tagħhom u l-persuni lokali kollha involuti, sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet lingwistiċi u l-għarfien neċessarju biex jilqgħu t-turisti u jiggarantixxu s-sikurezza tagħhom, u biex jippromwovu l-informazzjoni dwar il-bijoloġija tal-baħar, l-ispeċijiet tal-ħut lokali, l-ambjent u t-tradizzjonijiet kulturali; Jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jirrikonoxxu r-rwol tan-nisa fis-settur tat-turiżmu relatat mas-sajd, u fl-iżvilupp sostenibbli ta' żoni li jiddependu fuq is-sajd, bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tagħhom fuq termini ugwali; |
|
20. |
Jistieden lill-Istati Membri, u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex ixerrdu informazzjoni fuq firxa wiesgħa dwar il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-Kummissjoni, EURES, li jagħti informazzjoni għal min qed ifittex impjieg u għal min iħaddem dwar l-opportunitajiet ta' xogħol, il-ħiliet u l-ħtiġijiet ta' taħriġ fit-taqsima tal-“impjiegi blu”, u jippromwovu korsijiet online miftuħa li għandhom l-għan li jaġġornaw jew jorjentaw mill-ġdid il-ħiliet relatati mal-ġestjoni tat-turiżmu u l-peskaturiżmu innovattiv; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi taqsima ddedikata fil-Portal Ewropew tan-Negozji Żgħar li jkollha l-għan li tgħin lill-intraprendituri/lis-sajjieda jiksbu l-finanzjament għal attivitajiet fil-qasam tat-turiżmu relatat mas-sajd; |
|
22. |
Iqis l-akkwist ta' ħiliet professjonali f'oqsma bħal servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni diġitali, l-immaniġġjar u l-manutenzjoni ta' komunikazzjoni tal-midja soċjali, l-immaniġġjar soċjokulturali u l-ħiliet lingwistiċi bħala prijorità f'żoni tas-sajd, ħalli jiġu promossi kemm il-ħolqien kif ukoll it-tixrid ta' offerti turistiċi relatati mas-sajd; |
|
23. |
Iqis importanti li tiġi żgurata d-differenza relatata mal-offerta tat-turiżmu, billi tiġi żviluppata strateġija abbażi tal-partikolaritajiet lokali, tal-ispeċjalizzazzjoni relattiva u tar-riżorsi disponibbli; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu forom ta' turiżmu sostenibbli u ekoturiżmu, anke permezz ta' strateġiji innovattivi ta' kummerċjalizzazzjoni, li b'mod partikolari jikkonċentraw fuq il-karatteristiċi tradizzjonali u sostenibbli u li jkunu mmonitorjati b'mod kontinwu sabiex jiggarantixxu bilanċ bejn il-provvista u d-domanda; |
|
24. |
Jitlob offerti integrati li jkunu mfassla b'tali mod li jipprovdu lill-konsumaturi b'esperjenzi sħaħ ibbażati fuq il-kombinazzjoni strutturata u sinerġetika ta' dak kollu li jista' jiġi offrut f'żona partikolari, u biex jiġu ffurmati sħubijiet biex jiġbdu l-konsumaturi permezz tad-dinamika tat-turiżmu li diġà qed topera f'żoni qrib żoni tas-sajd tradizzjonali, bħalma huma konferenzi u/jew it-turiżmu tal-karriera; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja u tippromwovi l-involviment tas-sajd u tal-ħaddiema tas-sajd fi proġetti bħal dawk relatati mat-turiżmu kulturali u storiku, li jinkludu l-iskoperta mill-ġdid ta' attivitajiet tat-tbaħħir u postijiet u impjiegi għas-sajd tradizzjonali; |
|
26. |
Jinnota l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn l-operaturi tat-turiżmu u s-sajjieda sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal tat-turiżmu relatat mas-sajd; |
|
27. |
Jenfasizza l-importanza ta' attivitajiet turistiċi relatati mal-osservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi u, b'mod partikolari, l-osservazzjoni tal-balieni, filwaqt li jirrispettaw il-ħabitats selvaġġi naturali u l-bżonnijiet bijoloġiċi; billi dan jista' jkollu ħafna benefiċċji edukattivi, ambjentali, xjentifiċi u soċjoekonomiċi oħrajn, u jista' jgħin biex iżid is-sensibilizzazzjoni u l-apprezzament għal dawn l-ispeċijiet uniċi u l-ambjent prezzjuż li jgħixu fih; |
|
28. |
Jistieden lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jipprovdu infrastrutturi innovattivi u sostenibbli, inklużi l-konnessjonijiet tal-internet u t-teknoloġija tal-informatika, bl-għan li jitjieb l-iżvilupp tat-turiżmu relatat mas-sajd, u biex jiġu ġġenerati mill-ġdid l-infrastrutturi eżistenti tal-baħar, tax-xmajjar u tal-lagi; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex isaħħu l-kampanji ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni, pereżempju fir-rigward tad-“Destinazzjonijiet Ewropej ta' Eċċellenza” u s-“Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali” tal-2018, kif ukoll inizjattivi mmirati b'mod simili għat-titjib tal-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar il-kultura tradizzjonali tas-sajd u l-akkwakultura; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati biex jisfruttaw il-potenzjal tat-turisti kif ukoll dawk li jistgħu jivvjaġġaw fl-istaġun mhux popolari; |
|
30. |
Jemmen li l-mudelli ta' negozju sostenibbli u responsabbli għad-diversifikazzjoni tas-sajd iridu jimplikaw ir-rispett tal-kultura tal-komunitajiet tas-sajd lokali, u jgħinu l-ippreżervar tal-identitajiet tagħhom; jenfasizza, b'mod partikolari, li s-sajd rikreattiv relatat mat-turiżmu għandu jkun konformi mal-interessi ta' intrapriżi tas-sajd artiġjanali lokali żgħar; |
|
31. |
Jemmen li huwa importanti li jiġu żviluppati l-peskaturiżmu u l-ittituriżmu bħala forom ta' esperjenzi ta' “vaganzi ta' attività” b'benefiċċji sekondarji kbar, bħall-promozzjoni tal-kultura marittima u t-tradizzjonijiet tas-sajd, kif ukoll l-edukazzjoni fi kwistjonijiet ta' kuxjenza ambjentali u l-konservazzjoni tal-ispeċijiet; |
|
32. |
Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed iħares lejn modi biex tespandi d-domanda potenzjali fir-rigward ta' bastimenti ttrasformati bit-twessigħ ta' dak li qed jiġi offrut sabiex, pereżempju, ikun attraenti f'għajnejn il-komunità edukattiva, li għandha esperjenza fl-użu tas-settur agrikolu għal skopijiet ta' tagħlim, bħal fil-każ ta' proġetti ta' “skejjel tal-farms”; |
|
33. |
Jenfasizza li d-diversifikazzjoni tal-prodotti tirrikjedi sforzi promozzjonali xierqa, u li hija meħtieġa strateġija ta' viżibilità għall-grupp ta' sajjieda fil-mira, inklużi inizjattivi ta' promozzjoni transfruntiera; |
|
34. |
Jemmen, għalhekk, li l-lokalitajiet tas-sajd għandhom jikkunsidraw li jniedu kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni konġunti ma' destinazzjonijiet oħra fl-istess reġjun – kif ġie ssuġġerit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-29 ta' Ottubru 2015 dwar “sfidi u kunċetti ġodda għall-promozzjoni tat-turiżmu fl-Ewropa” (13) – u jippromwovu pjattaformi ta' kummerċjalizzazzjoni konġunti b'enfasi partikolari fuq il-promozzjoni u l-bejgħ online, fuq bażi ta' kooperazzjoni internazzjonali; |
|
35. |
Huwa tal-fehma li fi ħdan din l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti sinerġiji bejn inizjattivi ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodotti friski jew ipproċessati ta' kwalità għolja, għall-gastronomija u għat-turiżmu, raggruppati f'żoni territorjali li huma koerenti minn perspettiva kulturali, ambjentali jew relatati mal-produzzjoni u/jew ibbażati fuq is-sinerġija; |
|
36. |
Iqis li huwa meħtieġ li jinżamm l-użu ta' prattiki u tekniki tradizzjonali, bħalma huma l-almadraba u x-xeito, peress li dawn huma marbuta mill-qrib mal-identità u l-mod ta' ħajja tar-reġjuni kostali, u biex dawn jiġu rikonoxxuti bħala li jiffurmaw parti mill-wirt kulturali; |
|
37. |
Jinnota l-importanza ta' investiment fid-diversifikazzjoni tas-sajd bil-ħsieb li jippromwovi t-tradizzjoni, l-istorja u l-wirt tas-sajd fit-totalità tiegħu (inkluż l-irkaptu u t-tekniki tas-sajd tradizzjonali); |
|
38. |
Jinnota l-importanza tal-investiment fid-diversifikazzjoni tas-sajd biex issir promozzjoni tal-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd lokali; |
|
39. |
Jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġiji biex jiġġieldu l-problema tal-istaġjonalità relatata mal-attivitajiet tat-turiżmu, pereżempju permezz tal-istabbiliment ta' festivals u avvenimenti tal-ikel, fieri/swieq fil-portijiet u l-villaġġi (14), villaġġi b'tema jew mużewijiet (ara Spanja u Cetara) fejn l-attivitajiet jistgħu jsiru s-sena kollha irrispettivament mill-kundizzjonijiet tat-temp jew tal-baħar; |
|
40. |
Huwa konvint li taħlita bbilanċjata ta' prodotti tat-turiżmu alternattivi u b'mira speċifika, u l-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni xierqa ta' dawk il-prodotti, tista' tgħin sabiex ikun hemm bilanċ bejn il-problemi tal-istaġjonalità; |
|
41. |
Iqis essenzjali li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-partijiet ikkonċernati jikkondividu l-aħjar prattiki minħabba n-nuqqas ta' sinerġiji fost il-kumpaniji fil-baċiri marittimi tal-UE, li jirriżultaw fil-frammentazzjoni u f'vantaġġi ekonomiċi limitati; jinnota li l-istituti tar-riċerka, il-mużewijiet, il-kumpaniji tat-turiżmu, il-maniġers tas-siti Natura 2000 u tal-MPAs, l-industriji tradizzjonali tat-tqegħid tal-ħut fil-laned u tal-ipproċessar tal-ħut, u partijiet ikkonċernati oħra għandhom jitħeġġu biex jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw prodotti innovattivi sostenibbli li, minbarra li jġibu valur miżjud ekonomiku, jissodisfaw ukoll l-aspettattivi tal-viżitaturi; jenfasizza li dawn l-attivitajiet għandhom jiġu inkorporati f'qafas ġenerali koerenti għall-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli u responsabbli f'baċiri kkonċernati; iqis li FLAGs jista' jkollhom rwol importanti f'dan ir-rigward u għalhekk jeħtieġ li jiġu pprovduti b'finanzjament xieraq; |
|
42. |
Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex isaħħu r-rabtiet bejn il-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE sabiex b'hekk jiġu promossi forom ta' governanza li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' politiki trażversali bl-għan li jikkontribwixxu għall-għanijiet f'oqsma differenti ta' attività, inkluż it-tkabbir sostenibbli u inklużiv; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, fil-qafas tan-Netwerk Ewropew dwar iż-Żoni tas-Sajd (FARNET) u l-FLAGs, djalogu pan-Ewropew mal-portijiet u l-partijiet interessati tat-turiżmu u l-esperti ambjentali; |
|
44. |
Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji biex jaħdmu aktar mill-qrib mal-aġenziji tat-turiżmu, u biex jagħtu prijorità għolja lid-diversifikazzjoni tal-ekonomija blu, b'referenza partikolari għas-settur tat-turiżmu tal-baħar u dawk komplementari tiegħu; jinnota li dan għandu jinkludi wkoll l-integrazzjoni ta' sajd bil-qasba fil-baħar, fejn relevanti, f'pakketti turistiċi u kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-gżejjer u ż-żoni kostali; jenfasizza li l-għoti ta' liċenzji għall-użu doppju ta' bastimenti tas-sajd – kemm bastimenti tas-sajd kummerċjali, artiġjanali u fuq skala żgħira, u bastimenti għat-turiżmu tal-baħar, inkluż it-turiżmu tas-sajd bil-qasba – għandu jitqies bħala prijorità, u li l-għotjiet għandhom jingħataw sabiex jiffavorixxu l-konverżjoni tagħhom; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-settur ikkonċernat u partijiet ikkonċernati oħra biex jaġixxu b'mod immirat u konsistenti mal-politiki tal-UE li jaffettwaw is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura; jinnota li hija meħtieġa l-adozzjoni ta' manwal dwar l-aħjar prattiki li jkun fih l-eżempji l-aktar sinifikanti ta' dawn l-attivitajiet u jħeġġeġ il-kumpaniji l-oħra biex jimxu b'dan il-mod; ifakkar li huwa essenzjali wkoll l-involviment tal-komunità xjentifika lokali sabiex jiġu evitati problemi ta' natura ambjentali; |
|
46. |
Jenfasizza l-importanza ta' mudelli ta' negozju ekoloġiċi, u għalhekk jirrakkomanda li l-esperti ambjentali għandhom dejjem ikunu assoċjati mill-qrib ma' gruppi ta' azzjoni lokali (eż. FLAGs u l-gruppi ta' azzjoni lokali rurali (LAGs)); |
|
47. |
Jitlob li jiġu allokati l-fondi meħtieġa ħalli jiġi stabbilit netwerk Ewropew għall-iskambju tal-aħjar prattiki, u għall-immappjar ta' attivitajiet tas-sajd b'informazzjoni dwar il-punti ta' interess u l-karatteristiċi ta' kull komunità tas-sajd; |
|
48. |
Jittama li l-mekkaniżmi ta' appoġġ speċifiċi se jintużaw (fil-kuntest tal-FEMS u/jew strumenti oħra), li jistgħu jiġu attivati f'każ ta' emerġenza (bħal diżastru naturali) f'żoni fejn is-sajd u t-turiżmu tas-sajd jirrappreżentaw l-uniku sors ta' dħul; |
|
49. |
Iqis li huwa neċessarju li jitħeġġeġ finanzjament għal miżuri tat-tip deskritt taħt il-FEMS, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni, il-programm ta' qafas għar-riċerka u l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), f'kooperazzjoni mill-qrib ma' konsulenti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), u biex jipprovdu mezzi ta' self b'imgħax favorevoli li jippermettu li jingħelbu d-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċaw in-nisa meta jfittxu fondi sabiex jiġu ffinanzjati proġetti eliġibbli għall-inklużjoni fil-programmi nazzjonali; |
|
50. |
Jenfasizza li għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, il-FLAGs kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom EUR 486 miljun mill-FES, u li madwar 12 000 proġett lokali kienu appoġġjati matul dak il-perjodu; |
|
51. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-FLAGs biex jagħmlu l-aħjar użu tal-fondi disponibbli u wkoll biex jużaw, meta jkun possibbli, il-finanzjament multiplu (flimkien mal-FEŻR, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jew l-FSE); |
|
52. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu punti ta' kuntatt fil-livell reġjonali biex jipprovdu informazzjoni u appoġġ adegwati; |
|
53. |
Jirrakkomanda li l-FLAGs jikkooperaw mill-qrib ma' esperti tat-turiżmu sabiex jidentifikaw proġetti u finanzjament xieraq, permezz tal-Assi 4 tal-FEMS, għad-diversifikazzjoni f'żoni tas-sajd; |
|
54. |
Ifakkar li l-FEMS jipprovdi appoġġ finanzjarju speċifiku għal inizjattivi fil-komunitajiet tas-sajd promossi min-nisa; |
|
55. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw, permezz tal-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla għal operazzjonijiet taħt il-FEMS, li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi integrata u promossa sew fl-azzjonijiet iffinanzjati kollha (pereżempju billi tingħata preferenza lil azzjonijiet immirati speċifikament lejn in-nisa jew imwettqa minnhom); |
|
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju biex tivvaluta l-impatti soċjoekonomiċi u ambjentali possibbli ta' dawn l-attivitajiet; |
|
57. |
Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt soċjoekonomiku li għandu s-sajd rikreattiv fuq it-turiżmu ta' fuq l-art, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, u tipproponi miżuri possibbli għar-reġjuni fejn il-potenzjal għal dan it-tip ta' sajd mhuwiex sfruttat biżżejjed; |
|
58. |
Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea jtejbu l-ġbir u l-ġestjoni tad-data li għandha x'taqsam mat-turiżmu relatat mas-sajd; |
|
59. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll lill-Gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Kunsilli Konsultattivi. |
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(3) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(4) ĠU C 419, 16.12.2015, p. 167.
(5) ĠU C 75, 26.2.2016, p. 24.
(6) “L'integrazione della pesca con altre attività produttive – La pescaturismo come modello sociale e culturale”, Cenasca Cisl et al., (2005).
(7) “Indagine sulle abitudini e opinioni dei cittadini nel comprensorio del GAC 'il mare delle Alpi' – Analisi della pescaturismo in Italia come strumento di sviluppo sostenibile” (Analiżi tat-turiżmu relatat mas-sajd fl-Italja bħala strument għall-iżvilupp sostenibbli) (2015).
(8) “L'integrazione della pesca con altre attività produttive – La pescaturismo come modello sociale e culturale”, Cenasca Cisl et al., (2005).
(9) “Indagine sulle abitudini e opinioni dei cittadini nel comprensorio del GAC 'il mare delle Alpi' – Analisi della pescaturismo in Italia come strumento di sviluppo sostenibile” (Analiżi tat-turiżmu relatat mas-sajd fl-Italja bħala strument għall-iżvilupp sostenibbli) (2015).
(10) Socio-economic analysis on fisheries-related tourism in EUSAIR – Nemo project 1M-MED14-11, WP2, Action 2.3.
(11) “Perspectives for the development of tourism activities related to fishing”, European Parliament, IP/B/PECH/IC/2013-103 (2014).
(12) “Perspectives for the development of tourism activities related to fishing”, European Parliament, IP/B/PECH/IC/2013-103 (2014).
(13) Testi adottati, P8_TA(2015)0391.
(14) eż. il-“Herring Fleet Days” u l-“Ġranet fil-Port” fin-Netherlands.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/30 |
P8_TA(2017)0281
Perjodi ta' limitazzjoni għall-inċidenti tat-traffiku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-perjodi ta' limitazzjoni għall-inċidenti tat-traffiku (2015/2087(INL))
(2018/C 334/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 67(4) u 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-ġurisprudenza rilevanti tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-prinċipji ta' awtonomija proċedurali nazzjonali u ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (2) (“ir-Regolament Ruma II”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tal-4 ta' Mejju 1971 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku (“il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1971 dwar l-Inċidenti tat-Traffiku”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (3) (“id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-kalkolu tat-Termini ta' Limitazzjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew mill-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) intitolat “Termini ta' limitazzjoni għall-inċidenti tat-traffiku” li jakkumpanja rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mid-Direttorat Ġenerali għall-politika interna bit-titolu “Inċidenti tat-traffiku transkonfinali fl-UE – l-impatt potenzjali ta" karozzi mingħajr sewwieqa” (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni bit-titolu “Kumpens għall-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku transkonfinali fl-UE: Tqabbil ta' prattiki nazzjonali, analiżi ta' problemi u evalwazzjoni ta' għażliet għat-titjib tal-pożizzjoni ta' vittmi transkonfinali” (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal- tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2010 intitolata “Kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma” (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Frar 2007 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-termini ta' limitazzjoni f'tilwim transkonfinali li jinvolvi korriment personali u inċidenti fatali (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2003 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE, 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 46 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0206/2017), |
|
A. |
billi fl-Unjoni, ir-regoli ta' limitazzjoni fir-rigward tat-talbiet għad-danni jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri, b'tali mod li l-ebda żewġ Stati Membri ma japplikaw eżattament l-istess regoli bażiċi ta' limitazzjoni; billi wkoll il-limitazzjoni rilevanti hija determinata abbażi ta' diversi fatturi, inkluż jekk hemmx proċedimenti kriminali relatati u jekk it-talba hijiex ikkunsidrata bħala delittwali jew kuntrattwali; |
|
B. |
billi s-sistemi ta' limitazzjoni nazzjonali huma kumplessi ħafna u ta' spiss jista' jkun diffiċli li wieħed jifhem liema hija applikabbli b'mod ġenerali, meta u kif il-limitazzjonijiet jibdew jiddekorru u kif dawn jiġu sospiżi, interrotti jew estiżi; |
|
C. |
billi n-nuqqas ta' familjarità ma' regoli barranin ta' limitazzjoni jista' jwassal għat-telf tad-dritt li wieħed jagħmel it-talba, jew li inkella għal ostakli għall-vittmi fir-rigward tal-aċċess għall-ġustizzja, fil-forma ta' spejjeż addizzjonali u dewmien; |
|
D. |
billi hemm biss ftit statistika disponibbli bħalissa dwar iċ-ċaħda ta' talbiet għal danni f'inċidenti tat-traffiku transkonfinali għar-raġuni li t-terminu ta' limitazzjoni jkun skada; |
|
E. |
billi fil-qasam tal-inċidenti tat-traffiku transkonfinali, l-unika kawża ta' azzjoni diġà armonizzata fil-livell tal-Unjoni hija dik stabbilita fl-Artikolu 18 tal-istess Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur, li permezz tiegħu l-vittmi jkunu jistgħu jitolbu kumpens fil-pajjiż ta' residenza tagħhom permezz ta' talba għal kumpens magħmula direttament kontra l-impriża ta' assigurazzjoni rilevanti jew kontra entità ta' kumpens rilevanti għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur (11); |
|
F. |
billi t-termini ta' limitazzjoni jikkostitwixxu parti importanti u integrali ta' responsabbiltà ċivili tal-Istati Membri li joperaw f'każijiet ta' inċidenti tat-traffiku billi terminu ta' limitazzjoni qasir jista' jibbilanċja regola stretta dwar ir-responsabbiltà jew indennizzi ġenerużi mogħtija għad-danni; |
|
G. |
billi l-perjodi ta' limitazzjoni għal talbiet huma essenzjali biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-finalità tat-tilwim; billi, madankollu, id-drittijiet tal-konvenut għaċ-ċertezza u l-finalità legali tat-tilwim għandhom ikunu bbilanċjati mad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent li jkollu aċċess għall-ġustizzja u għal rimedju effettiv, u perjodi qosra mingħajr ħtieġa jistgħu jfixklu l-aċċess effikaċi għall-ġustizzja fl-Unjoni; |
|
H. |
billi, minħabba d-diverġenzi attwali f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' limitazzjoni u t-tipi ta' problemi li huma direttament relatati ma' diversi dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw każijiet tranżnazzjonali ta' korriment personali u ħsara lill-proprjetà, ċertu livell ta' armonizzazzjoni huwa l-uniku mod biex jiġi żgurat grad adegwat ta' ċertezza, prevedibbiltà u sempliċità fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Istati Membri dwar it-termini ta' limitazzjoni f'każijiet ta' inċidenti tat-traffiku transkonfinali; |
|
I. |
billi tali inizjattiva leġiżlattiva għandha ssib bilanċ ġust bejn il-litiganti fir-rigward ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw regoli ta' limitazzjoni u tiffaċilita l-kalkolu u s-sospensjoni tad-dekorrenza taż-żmien; billi, għalhekk, approċċ immirat li jikkunsidra l-ammont dejjem jikber ta' traffiku transkonfinali fi ħdan l-Unjoni, mingħajr ma jbiddel kompletament il-qafas legali tal-Istati Membri huwa hawnhekk previst; |
|
1. |
Jirrikonoxxi li s-sitwazzjoni ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku tjiebet b'mod konsiderevoli matul l-aħħar ftit għexieren ta' snin, inkluż fil-livell ta' ġurisdizzjoni fil-liġi privata internazzjonali, li biha l-vittmi viżitaturi jistgħu jibbenefikaw minn proċeduri fl-Istat Membru li fih ikunu domiċiljati għal kwalunkwe klejm diretta kontra l-assiguratur tar-responsabbiltà tal-karozza jew korpi ta' kumpens; |
|
2. |
Jinnota, madankollu, li l-eżistenza kontinwa fl-Unjoni ta' żewġ reġimi paralleli li jirregolaw il-liġi applikabbli f'każijiet ta' inċidenti tat-traffiku skont il-pajjiż fejn tiġi ppreżentata t-talba, jiġifieri jew il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1971 dwar l-Inċidenti tat-Traffiku u l-Konvenzjoni ta' Ruma II, li flimkien mal-għażla ta' possibilitajiet tal-forum taħt ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), joħolqu inċertezza legali u kumplessità kif ukoll opportunitajiet potenzjali għal forum shopping; |
|
3. |
Itenni li f'tilwim transkonfinali, it-tul ta' żmien għal investigazzjonijiet u negozjati spiss ikun ħafna aktar milli f'talbiet domestiċi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li tali sfidi jistgħu jiġu aggravati meta t-teknoloġiji l-ġodda għandhom rwol, bħal fil-każ ta' karozzi mingħajr sewwieqa; |
|
4. |
Ifakkar, f'dan il-kuntest, li s-suġġett ta' regoli ta' limitazzjoni għandu jinftiehem bħala li jagħmel parti mill-miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili skont it-tifsira tal-Artikolu 67(4) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Eworpea (TFUE); |
|
5. |
Jinnota li l-eżistenza ta' regoli minimi komuni f'dak li jikkonċerna l-perjodi ta' limitazzjoni f'każijiet ta' tilwim transkonfinali hija essenzjali biex jiġi żgurat li jkunu disponibbli mezzi ġuridiċi effikaċi għall-ħarsien tal-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku transkonfinali u biex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali; |
|
6. |
Jenfasizza li perjodi ta' limitazzjoni qosra b'mod sproporzjonat f'sistemi legali nazzjonali huma ostaklu għall-aċċess għall-ġustizzja fl-Istati Membri, li jistgħu jiksru d-dritt għal proċess ġust minqux fl-Artikolu 47 tal-Karta u fl-Artikolu 6 tal-KEDB; |
|
7. |
Jenfasizza li d-differenza sinifikanti bejn ir-regoli tal-Istati Membri f'dak li jikkonċerna l-perjodi ta' limitazzjoni għal inċidenti tat-traffiku transkonfinali toħloq ostaklu addizzjonali għall-vittmi meta dawn iressqu talba għal kumpens minħabba korriment personali u ħsara lill-proprjetà li jkunu ġarrbu fi Stati Membri li mhumiex tagħhom; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li informazzjoni ġenerali dwar ir-regoli ta' limitazzjoni tal-Istati Membri għal klejms għal kumpens għal danni f'inċidenti tat-traffiku transkonfinali jsiru aktar disponibbli u jiġu aġġornati b'mod kostanti fuq il-Portal tal-Ġustizzja elettronika; |
|
9. |
Jitlob ukoll lill-Kummissjoni twettaq studju dwar il-protezzjoni mogħtija fl-Istati Membri għal minuri u persuni b'diżabbiltà fir-rigward tad-dekorrenza taż-żmien għall-finijiet ta' limitazzjoni, u dwar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli minimi fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun żgurat li dawn il-persuni ma jitilfux id-drittijiet tagħhom li jitolbu kumpens meta jkunu involuti f'inċident tat-traffiku transkonfinali u li dawn jingħataw il-garanzija li jkollhom aċċess effettiv għall-ġustizzja fl-Unjoni; |
|
10. |
Jitlob lill-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 81(2) tat-TFUE, tippreżenta proposta għal att dwar il-perjodi ta' limitazzjoni fir-rigward ta' korriment personali u ħsara lill-proprjetà f'inċidenti tat-traffiku transkonfinali, b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness mehmuż; |
|
11. |
Iqis li l-proposta mitluba m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja; |
|
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-annessi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) Ara, inter alia: is-sentenza tat-18 ta' Settembru 2003, Peter Pflücke vs Bundesanstalt für Arbeit (C-125/01, ECLI:EU:C:2003:477), is-sentenza tal-25 ta' Lulju 1991, Theresa Emmott vs Minister for Social Welfare u Attorney General, C-208/90, ECLI:EU:C:1991:333 u s-sentenza tat-13 ta' Lulju 2006, Vincenzo Manfredi et v Lloyd Adriatico Assicurazioni SpA et al., kawżi magħquda C-295/04 sa C-298/04, ECLI:EU:C:2006:461.
(2) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.
(3) ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.
(4) CETS 076.
(5) PE 581.386, Lulju 2016.
(6) PE 571.362, Ġunju 2016.
(7) Disponibbli onlajn hawnhekk: http://ec.europa.eu/civiljustice/news/docs/study_compensation_road_victims_en.pdf (30 ta' Novembru 2008).
(8) ĠU C 121, 19.4.2011, p. 41.
(9) ĠU C 250 E, 25.10.2007, p. 99.
(10) Testi adottati, P5_TA(2003)0446.
(11) Ara wkoll: is-sentenza tat-13 ta' Diċembru 2007, FBTO Schadeverzekeringen NV v. Jack Odenbreit, C-463/06, ECLI:EU:C:2007:792.
(12) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
ANNESS GĦAR RIŻOLUZZJONI:
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR REGOLI PERJODI TA' LIMITAZZJONI KOMUNI GĦAL INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU TRANSKONFINALI
A. PRINĊIPJI U OBJETTIVI TAL-PROPOSTA MITLUBA
|
1. |
Fl-Unjoni Ewropea, l-infurzar tal-liġi quddiem il-qrati jibqa' fil-biċċa l-kbira kwistjoni li taqa' taħt ir-regoli proċedurali u l-prattika nazzjonali. Il-qrati nazzjonali huma wkoll qrati tal-Unjoni. Għalhekk huma dawk il-Qrati, matul il-proċeduri mressqa quddiemhom, li jridu jiżguraw l-korrettezza, il-ġustizzja u l-effiċjenza kif ukoll l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni, biex b'hekk jiġi ggarantit li d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej ikunu mħarsa fl-Unjoni Ewropea kollha. |
|
2. |
L-Unjoni stabbilixxiet l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Skont il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f'Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, u b'mod partikolari l-punt 38 tagħhom, għandha tiġi ppreparata leġiżlazzjoni proċedurali ġdida f'każijiet transkonfinali, b'mod partikolari fuq dawk l-elementi li huma strumentali għal kooperazzjoni ġudizzjarja armonjuża u għal aċċess aħjar għal-liġi, eż. miżuri provviżorji, it-teħid ta' xhieda, ordnijiet ta' ħlas ta' flus u limiti ta' żmien. |
|
3. |
Ir-regoli minimi komuni dwar perjodi ta' limitazzjoni applikabbli fil-litigazzjoni dwar korriment personali u ħsara lill-proprjetà transnazzjonali, li jirriżultaw minn inċidenti tat-traffiku, huma meqjusa neċessarji biex jitnaqqsu l-ostakoli għal dawk li jagħmlu l-klejms meta dawn ikunu qed jitolbu d-drittijiet tagħhom fi Stati Membri li mhumiex tagħhom. |
|
4. |
Regoli minimi komuni ta' limitazzjoni jwasslu għal aktar ċertezza u prevedibbiltà, li jillimitaw ir-riskju ta' kumpens żgħir wisq lil vittmi tal-inċidenti tat-traffiku transkonfinali. |
|
5. |
Bħala tali, id-Direttiva proposta għandha l-għan li tistabbilixxi reġim speċjali ta' limitazzjoni għal każijiet transkonfinali li jissalvagwardja l-aċċess effettiv għall-ġustizzja u jiffaċilita l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, billi jelimina l-ostakoli għall-moviment liberu taċ-ċittadini fit-territorju kollu tal-Istati Membri. |
|
6. |
Id-Direttiva proposta m'għandhiex l-għan li tissostitwixxi sistemi ta' responsabbiltà ċivili nazzjonali fl-intier tagħhom, iżda, filwaqt li jiġu rrispettati l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, hija għandha l-għan li tistabbilixxi regoli minimi komuni dwar il-perjodi ta' limitazzjoni għal klejms li jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE u li għandhom natura transkonfinali. |
|
7. |
Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, peress li l-Istati Membri ma jistgħux jaġixxu waħedhom biex jistabbilixxu sett minimu ta' regoli dwar il-perjodi ta' limitazzjoni, u l-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa assolutament meħtieġ biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja u ċertezza legali fl-Unjoni. |
B. TEST TAL-PROPOSTA MITLUBA
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar perjodi ta' limitazzjoni komuni għal inċidenti tat-traffiku transkonfinali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 67(4) u 81(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-talba tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni stabbiliet għaliha nfisha l-objettiv li żżomm u li tiżviluppa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha jkun assigurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex tali spazju jiġi stabbilit gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex jiżguraw, fost l-oħrajn, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja u l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-funzjonament tajjeb ta' proċeduri ċivili, jekk ikun meħtieġ billi tiġi promossa l-kompatibbiltà tar-regoli dwar il-proċeduri ċivili applikabbli fl-Istati Membri. |
|
(3) |
Skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2010 intitolata “Kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma (1), meta ċ-ċittadini jsuqu lejn Stat Membri ieħor u jkollhom l-isfortuna li jkollhom inċident bil-karozza, għandhom bżonn ta' ċertezza legali dwar it-termini ta' limitazzjoni tal-klejms tal-assigurazzjoni. Għal dan l-għan, tħabbar Regolament ġdid dwar it-termini ta' limitazzjoni fuq inċidenti tat-traffiku transkonfinali li għandu jiġi adottat fl-2011. |
|
(4) |
Regoli ta' limitazzjoni għandhom impatt konsiderevoli mhux biss fuq id-dritt tal-partijiet li ssirilhom ħsara għal aċċess għall-ġustizzja, iżda wkoll fuq drittijiet sostantivi, peress li ma jistax ikun hemm dritt effettiv mingħajr protezzjoni xierqa u adegwata tiegħu. Din id-Direttiva tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni ta' termini ta' limitazzjoni komuni għal inċidenti tat-traffiku transkonfinali biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja fl-Unjoni. Id-dritt ġeneralment irrikonoxxut ta' aċċess għal ġustizzja huwa wkoll imtenni bl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). |
|
(5) |
Ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li ssir ġustizzja f'każijiet individwali huma elementi essenzjali fi kwalunkwe qasam tal-ġustizzja. Termini ta' limitazzjoni komuni li jsaħħu ċ-ċertezza legali, jiżguraw li t-tilwim jintemm u jikkontribwixxu għal sistema ta' infurzar effettiva huma għalhekk meħtieġa biex jiggarantixxu l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għal klejms li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li huma ta' natura transkonfinali. |
|
(7) |
Xejn ma għandu jwaqqaf lill-Istati Membri milli japplikaw kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva wkoll għal każijiet dwar inċidenti tat-traffiku purament interni, fejn xieraq. |
|
(8) |
L-Istati Membri kollha huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali tal-4 ta' Novembru 1950 (KEDB). Il-materji msemmija f'din id-Direttiva jeħtieġ li jkunu ttrattati b'konformità ma' dik il-Konvenzjoni u b'mod partikolari d-drittijiet għal proċess ġust u rimedju effettiv. |
|
(9) |
Il-prinċipju ta' lex loci damni jikkostitwixxi r-regola ġenerali stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tal-liġi applikabbli għal każijiet ta' korriment personali jew ta' dannu lill-proprjetà, li għalhekk għandha tiġi determinata abbażi ta' fejn iseħħ id-dannu, irrispettivament mill-pajjiż jew pajjiżi fejn jistgħu jseħħu l-konsegwenzi indiretti. Skont il-punt (h) tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali għandha tirregola partikolarment il-mod li bih obbligu jista' jitneħħa u r-regoli ta' preskrizzjoni u limitazzjoni, inklużi regoli relatati mal-bidu, mal-interruzzjoni u mas-sospensjoni ta' perjodu ta' preskrizzjoni jew limitazzjoni. |
|
(10) |
Fil-qasam tal-inċidenti tat-traffiku, jista' jkun diffiċli ħafna għal vittma viżitatur biex jikseb informazzjoni bażika dwar l-inċident minn ġurisdizzjoni barranija fi żmien relattivament qasir, bħalma huma l-identità tal-konvenut u r-responsabbiltajiet potenzjali involuti. Jaf ukoll jieħu wisq żmien biex jiġi identifikat liema rappreżentant tal-klejms jew assiguratur għandhom jittrattaw il-każ, il-ġbir ta' evidenza dwar l-inċident u t-traduzzjoni tad-dokumenti meħtieġa. |
|
(11) |
Huwa komuni f'każijiet transkonfinali tat-traffiku li min jagħmel il-klejm ikun qrib ħafna l-iskadenza ta' limitu ta' żmien qabel ma n-negozjati jkunu jistgħu jinbdew mal-konvenut. Dan jiġri l-aktar meta l-limitu ta' żmien globali ikun partikolarment qasir jew meta jkun hemm ambigwità dwar il-mod li bih il-perjodu ta' limitazzjoni jkun jista' jiġi sospiż jew interrott. Il-ġbir ta' informazzjoni dwar inċident li seħħ f'pajjiż differenti mill-pajjiż ta’ residenza tar-rikorrent jista' jieħu ħafna żmien. Għaldaqstant, id-dekorrenza tat-terminu ta' skadenza ġenerali stabbilit fid-Direttiva għandha tiġi sospiża, hekk kif issir klejm lill-assiguratur jew il-korp ta' kumpens, li jippermettu lil min jagħmel il-klejm li jkollu l-opportunità li jinnegozja r-riżoluzzjoni tal-klejm. |
|
(12) |
Din id-Direttiva għandha tistipula regoli minimi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevedu livell ogħla ta' protezzjoni. Jenħtieġ li tali livell ogħla ta' protezzjoni ma jikkostitwixxix ostakolu għall-aċċess effettiv għall-ġustizzja li tali regoli minimi huma mfassla biex jiffaċilitaw. Il-livell ta' protezzjoni pprovdut mill-Karta, kif interpretat mill-Qorti, kif ukoll is-supremazija, l-unità u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni għalhekk ma għandhomx jiġu kompromessi. |
|
(13) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 864/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(14) |
Din id-Direttiva tfittex li tippromwovi d-drittijiet fundamentali u tieħu kont tal-prinċipji u l-valuri rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta, u fl-istess ħin tfittex li tikseb l-objettiv tal-Unjoni li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. |
|
(15) |
Minħabba li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti standards minimi komuni għall-perjodi ta' limitazzjoni f'inċidenti tat-traffiku transkonfinali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
|
(16) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, [ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva]/[mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhumiex marbutin bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu]. |
|
(17) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u għalhekk mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I:
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippreskrivi standards minimi dwar it-tul kollu, il-bidu, is-sospensjoni u l-kalkolu tal-perjodi ta' limitazzjoni għal klejms ta' kumpens għal korriment personali u dannu lill-proprjetà u rekuperabbli skont id-Direttiva 2009/103/KE, fir-rigward ta' inċidenti tat-traffiku transkonfinali.
Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni
Din id-Direttiva tapplika għal talbiet ta' kumpens fir-rigward ta' kwalunkwe telf jew korriment bħala riżultat ta' inċident ikkawżat minn vettura koperta minn assigurazzjoni kontra:
|
a. |
l-intrapriża ta' assigurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/103/KE; or |
|
b. |
il-korp ta' kumpens previst mill-Artikoli 24 u 25 tad-Direttiva 2009/103/KE. |
Artikolu 3
Inċident tat-traffiku transkonfinali
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, inċident tat-traffiku transkonfinali tfisser kwalunkwe inċident tat-traffiku kkawżat mill-użu ta' vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza abitwali tal-vittma jew f'pajjiżi terzi li l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi tagħhom, kif definit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/103/KE, ikunu ssieħbu fis-sistema tal-karta ħadra.
2. F'din id-Direttiva, it-terminu “Stat Membru” għandu jfisser Stat Membru ħlief [ir-Renju Unit, l-Irlanda u] d-Danimarka.
KAPITOLU II:
STANDARDS MINIMI GĦAL PERJODI TA' LIMITAZZJONI
Artikolu 4
Perjodu ta' limitazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li perjodu ta' limitazzjoni ta' erba' snin jew iktar japplika għal azzjonijiet relatati ma' kumpens għal korriment personali u dannu lill-proprjetà bħala riżultat ta' inċident tat-traffiku transkonfinali, li jaqa' taħt l-Artikolu 2. Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih min jagħmel il-klejm ikun sar jaf, jew kellu raġunijiet raġonevoli li jkun jaf, l-ammont ta' ħsara, telf jew dannu, kawża u l-identità tal-persuna responsabbli u l-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà ċivili jew ir-rappreżentant tal-klejm jew korp ta' kumpens responsabbli għall-provvista ta' kumpens u li kontrihom titressaq il-klejm.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-liġi xierqa tal-klejm tipprevedi terminu ta' limitazzjoni itwal minn erba' snin, għandu japplika tali perjodu ta' limitazzjoni itwal.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni aġġornata dwar ir-regoli nazzjonali ta' limitazzjoni għal danni kkawżati minn inċidenti tat-traffiku.
Artikolu 5
Sospensjoni ta' limitazzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-limitazzjoni prevista fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva tiġi sospiża matul il-perjodu bejn is-sottomissjoni tar-rikorrent għat-talba tiegħu jew tagħha għal:
|
a) |
l-impriża ta' assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew ir-rappreżentant għall-klejms tagħha kif ipprovduti fl-Artikoli 21 u 22 tad-Direttiva 2009/103/KE, jew |
|
b) |
il-korp ta' kumpens previst fl-Artikoli 24 u 25 tad-Direttiva 2009/103/KE, |
u r-rifjut tat-talba mill-konvenut.
2. Fejn il-parti li jifdal wara li jiskadi l-perjodu ta' limitazzjoni ladarba jintemm il-perjodu ta' sospensjoni tkun inqas minn sitt xhur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant huwa mogħti perjodu minimu ta' sitt xhur addizzjonali biex jibda l-proċedimenti fil-qorti.
Artikolu 6
Il-proroga awtomatika ta' perjodi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk perjodu jiskadi nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'wieħed mill-jiem tal-btajjel uffiċjali, dan għandu jiġi estiż sal-aħħar tal-ewwel ġurnata tax-xogħol li jmiss.
Artikolu 7
Kalkolu tal-perjodi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe perjodu ta' żmien preskritt minn din id-Direttiva għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
|
a) |
il-kalkolu għandu jibda mill-jum wara l-jum li fih seħħ il-fatt rilevanti; |
|
b) |
meta perjodu ta' żmien huwa espress bħala sena waħda jew ċertu numru ta' snin, dan għandu jiskadi fis-sena sussegwenti rilevanti fix-xahar li jkollu l-istess isem u fil-jum li jkollu l-istess numru bħax-xahar u l-jum li fih tkun seħħet l-okkorrenza msemmija. Meta x-xahar sussegwenti rilevanti ma jkollux jum bl-istess numru, il-perjodu ta' żmien għandu jiskadi fl-aħħar jum ta' dak ix-xahar; |
|
c) |
il-perjodi m'għandhomx jiġu sospiżi waqt il-vaganzi tal-Qorti. |
Artikolu 8
Likwidazzjoni tal-klejms
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-vittmi jkollhom rikors għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/103/KE għall-ħlas ta' klejms li joriġinaw minn inċident ikkawżat minn vettura koperta minn assigurazzjoni, dak il-fatt m'għandux ikollu l-effett li ma jħallix il-vittmi milli jibdew proċedimenti ġudizzjarji jew arbitraġġ fir-rigward ta' dawk it-talbiet sal-iskadenza ta' kwalunkwe perjodu ta' limitazzjoni taħt din id-Direttiva matul il-proċedura għas-soluzzjoni tal-klejm tagħhom.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA
Artikolu 9
Informazzjoni ġenerali dwar ir-regoli ta' limitazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli u faċilment aċċessibbli, bi kwalunkwe mezz adatt u bil-lingwi kollha tal-Unjoni, informazzjoni ġenerali dwar ir-regoli nazzjonali ta' limitazzjoni għal talbiet ta' kumpens fir-rigward ta' ħsarat ikkawżati minn inċidenti tat-traffiku kkomunikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva.
Artikolu 10
Relazzjoni mal-liġi nazzjonali
Din id-Direttiva m'għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jestendu d-drittijiet stabbiliti fiha sabiex jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni.
Artikolu 11
Relazzjoni ma' dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni
Din id-Direttiva m'għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1215/2012.
KAPITOLU IV:
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 12
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 13
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, u kull ħames snin minn hemm' il quddiem, tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi kemm ta' informazzjoni kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-aċċess għall-ġustizzja, fuq iċ-ċertezza legali u l-moviment ħieles ta' persuni. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi biex jadattaw u jsaħħu din id-Direttiva.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, [data]
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) COM(2010)0171.
(2) Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).
(4) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/39 |
P8_TA(2017)0282
Standards minimi komuni ta' proċeduri ċivili
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar standards minimi komuni ta' proċedura ċivili fl-Unjoni Ewropea (2015/2084(INL))
(2018/C 334/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 67(4) u 81(2) TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-ġurisprudenza rilevanti tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma dwar “L-istabbiliment ta' standards minimi komuni għall-proċedura ċivili fl-Unjoni Ewropea – il-bażi ġuridika” (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju dwar il-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew mill-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) bit-titolu “Standards minimi komuni tal-proċedura ċivili” (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond tas-Servizz ta' Riċerka tal-Membri tal-EPRS bit-titolu “L-Ewropizzazzjoni tal-proċedura ċivili: lejn standards minimi komuni?” (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond mid-Direttorat Ġenerali għall-politika interna bit-titolu “Regoli armonizzati u standards minimi fid-dritt Ewropew tal-proċedura ċivili” (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proġett tal-Istitut tad-Dritt Ewropew (IDE) u l-Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tal-Liġi Privata (UNIDROIT) dwar “From Transnational Principles to European Rules of Civil Procedure” (Minn Prinċipji Transnazzjonali għal Regoli Ewropej ta' Proċedura Ċivili), |
|
— |
wara li kkunsidra l-“Principles of Transnational Civil Procedure” (Prinċipji ta' Proċedura Ċivili Transnazzjonali) tal-American Law Institute (ALI)/UNIDROIT (5), |
|
— |
wara li kkunsidra “Study on the approximation of the laws and rules of the Member States concerning certain aspects of the procedure for civil litigation” (Studju dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regoli tal-Istati Membri dwar ċerti aspetti tal-proċedura tal-litigazzjoni ċivili), l-hekk imsejjaħ “Storme Report” (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ġabra preliminari ta' dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Unifikata tal-Privattivi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-acquis tal-Unjoni fl-ambitu tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) dwar il-prinċipji ta' awtonomija proċedurali nazzjonali u ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva (7), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istudji CEPEJ Nru 23 dwar “European judicial systems: efficiency and quality of justice” (Sistemi ġudizzjarji Ewropej: l-effiċjenza u l-kwalità tal-ġustizzja), |
|
— |
wara li kkunsidra l-2016 “Judicial Training Principles” (Prinċipji ta' Taħriġ Ġudizzjarju) tan-Netwerk għat-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2014dwar l-eżami ta' nofs il-perjodu tal-Programm ta' Stokkolma (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 46 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0210/2017), |
Il-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE dwar l-awtonomija proċedurali nazzjonali u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva
|
A. |
billi, skont il-ġurisprudenza kostanti tal-QtĠ-UE dwar il-prinċipju ta' awtonomija proċedurali, f’każ fejn m'hemm l-ebda regola tal-Unjoni dwar l-aspetti proċedurali dwar tilwim li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri huma responsabbli li jinnominaw il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni u li jiddeterminaw id-dettalji fir-rigward tal-proċeduri li jridu jiġu segwiti fir-rigward ta' azzjonijiet mibdija biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet mogħtija mill-Unjoni; |
|
B. |
billi, skont din l-istess ġurisprudenza, l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali rigward regoli proċedurali hija suġġetta għal żewġ kundizzjonijiet importanti: ir-regoli proċedurali nazzjonali ma jistgħux ikunu inqas favorevoli meta applikati għal tilwim li għandu x'jaqsam mad-dritt tal-Unjoni milli meta applikati għal azzjonijiet simili ta' natura nazzjonali (prinċipju ta' ekwivalenza) u ma għandhomx ikunu strutturati b'tali mod li jrendu l-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli (prinċipju ta' effettività); |
|
C. |
billi fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jarmonizzaw ir-regoli proċedurali, il-kompetenza tal-Istati Membri biex jistabbilixxu regoli proċedurali għall-infurzar tad-drittijiet mogħtija mill-Unjoni ma testendix għall-introduzzjoni ta' rimedji ġodda fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali biex tiġi żgurata l-applikabilità tad-dritt tal-Unjoni (10); |
|
D. |
billi l-ġurisprudenza stabbilita mill-QtĠ-UE tiffaċilita dan permezz tal-kooperazzjoni tagħha mal-qrati fil-livell tal-Istati Membri, filwaqt li ttejjeb il-fehim tad-dritt tal-Unjoni min-naħa taċ-ċittadini u tali qrati; |
Il-Karta
|
E. |
billi d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta u fl-Artikolu 6 tal-KEDB, jikkostitwixxi wieħed mill-garanziji fundamentali għar-rispett tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija u huwa marbut b'mod indissolubbli mal-proċedura ċivili fit-totalità tagħha; |
|
F. |
billi, minkejja l-fatt li l-Artikolu 47 tal-Karta huwa vinkolanti, u l-Artikolu 6 tal-KEDB jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-livell ta' protezzjoni tad-dritt għal proċess ġust fi proċeduri ċivili, u b'mod partikolari l-bilanċ bejn id-dritt tar-rikorrent għal aċċess għall-ġustizzja u d-drittijiet ta’ difiża tal-konvenut, mhuwiex armonizzat fl-Unjoni kollha; |
|
G. |
billi, madankollu, bħala dritt fundamentali, id-dritt għal proċess ġust ġie kkomplementat b'diversi atti leġiżlattivi proċedurali ta' dritt sekondarju tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament dwar it-Talbiet Żgħar (11), id-Direttiva dwar l-Għajnuna Legali (12), ir-Rakkomandazzjoni ta' Rimedju Kollettiv (13), id-Direttiva dwar l-Inġunzjonijiet tal-Konsumatur (14) u d-Direttiva dwar azzjoni għad-danni għall-Kompetizzjoni (15); |
L-acquis tal-Unjoni fl-ambitu tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja ċivili
|
H. |
billi attwalment huwa ħafna aktar probabbli li ċittadini tal-Unjoni, speċjalment dawk li jaqsmu l-fruntieri, jiġu f'kuntatt ma' sistemi ta' proċedura ċivili ta' Stat Membru ieħor; |
|
I. |
billi l-istandards proċedurali ċivili minimi fil-livell tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni tal-proċedimenti nazzjonali, għal kundizzjonijiet ekwivalenti għan-negozji, u għal żieda fit-tkabbir ekonomiku, billi jipprovdu għal sistemi ġudizzjarji iktar effettivi u effiċjenti, filwaqt li fl-istess ħin jiffaċilitaw l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja fl-Unjoni u jgħinu biex jiġu rispettati l-libertajiet fundamentali tal-Unjoni; |
|
J. |
billi aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-leġiżlatur tal-Unjoni qed jindirizza kwistjonijiet ta' proċedura ċivili mhux biss b'mod orizzontali, bħal fil-każ ta' strumenti fakultattivi (16), iżda wkoll b'mod speċifiku għas-settur, fi ħdan diversi oqsma ta' politika, bħalma huma l-proprjetà intellettwali (17), il-protezzjoni tal-konsumatur (18) jew, dan l-aħħar, id-dritt tal-kompetizzjoni (19); |
|
K. |
billi n-natura frammentarja tal-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni tar-regoli proċedurali ġiet kkritikata ripetutament u l-formazzjoni ta' dritt ta' proċedura ċivili tal-Unjoni speċifiku għas-settur tikkontesta l-koerenza kemm tas-sistemi tal-proċedura ċivili fil-livell tal-Istat Membru kif ukoll tad-diversi strumenti tal-Unjoni; |
|
L. |
billi l-għan tad-Direttiva proposta hu li tintroduċi qafas għall-aġġudikazzjoni tal-ġustizzja ċivili billi jiġu sistematizzati r-regoli ta' proċedura ċivili eżistenti tal-Unjoni u testendi l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom għall-materji kollha li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni; |
|
M. |
billi d-direttiva proposta hija intiża sabiex tgħin sabiex jintlaħaq approċċ aktar koordinat, koerenti u sistematiku għas-sistemi ta' ġustizzja ċivili li mhux limitat mill-fruntieri, l-interessi u r-riżorsi ta' pajjiż individwali; |
Il-bażi ġuridika tal-proposta
|
N. |
billi skont l-Artikoli 4(1) u 5(1) TUE (il-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi) l-Unjoni tista' tilleġiżla f'qasam partikolari biss jekk ikollha kompetenza espliċita biex tagħmel dan u sa fejn dan ikun konformi mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità; |
|
O. |
billi fil-qafas eżistenti tat-Trattat, il-bażi ġuridika prinċipali għall-armonizzazzjoni tal-proċedura ċivili tinstab fit-Titolu V tat-TFUE, fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja; |
|
P. |
billi r-rekwiżit ta' element transkonfinali biex tiġi stabbilita l-kompetenza tal-Unjoni nżamm taħt it-Trattat ta' Lisbona, bir-riżultat li l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja ċivili hija possibbli biss jekk f'kawża jkun hemm fatturi ta' konnessjoni (eż. residenza, post ta' twettiq, eċċ.) li jinvolvu tal-inqas lejn żewġ Stati Membri differenti; |
|
Q. |
billi d-dispożizzjoni ġenerali tal-Artikolu 114 TFUE dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, kienet u għadha qed tiġi użata bħala l-bażi ġuridika għal varjetà wiesgħa ta' direttivi speċifiċi għas-settur li jarmonizzaw ċerti aspetti tal-proċedura ċivili, bħal pereżempju d-Direttiva dwar l-Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPRED) u l-aktar reċenti, id-Direttiva dwar Azzjonijiet għal Danni tal-Antitrust; |
|
R. |
billi skont l-Artikolu 67(4) TFUE, l-Unjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja, b'mod partikolari permezz tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji f'materji ċivili, kif intwera fl-Artikolu 81 TFUE; |
Fiduċja Reċiproka fl-Ispazju Ġudizzjarju Ewropew
|
S. |
billi l-moviment liberu ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa marbut mal-ħtieġa li jinħoloq livell suffiċjenti ta' fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri differenti fir-rigward, b'mod partikolari, tal-livell ta' protezzjoni ta' drittijiet proċedurali; |
|
T. |
billi “fiduċja reċiproka” hija mifhuma f'dan il-kuntest bħala l-fiduċja li l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom fis-sistemi legali u ġudizzjarji ta' xulxin, u tirriżulta fil-projbizzjoni ta' rieżami tal-azzjonijiet ta' Stati oħra u l-korpi ġudizzjarji tagħhom; |
|
U. |
billi l-prinċipju ta' fiduċja reċiproka jservi sabiex jipprovdi aktar ċertezza tad-dritt, sabiex iċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni jkollhom stabilità u prevedibilità biżżejjed; |
|
V. |
billi l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi, u l-konformità miegħu, flimkien mal-approssimazzjoni tal-liġijiet, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-protezzjoni legali tad-drittijiet individwali; |
|
W. |
billi sistema ta' standards minimi komuni tal-Unjoni fil-forma ta' prinċipji u regoli, tkun tikkostitwixxi l-ewwel pass għal konverġenza ta' regolamenti nazzjonali relatati mal-proċedura ċivili, u b'hekk tistabbilixxi bilanċ bejn id-drittijiet fundamentali tal-partijiet fil-kawża fl-interess tal-fiduċja reċiproka sħiħa bejn is-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri; |
|
X. |
billi l-eżistenza u r-rispett ta' garanziji proċedurali għall-effiċjenza u l-effikaċja ta' proċedimenti ċivili u t-trattament ugwali tal-partijiet huma mixtieqa u tassew meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-fiduċja reċiproka; |
|
Y. |
billi l-istabbiliment ta' tali sistema ta' standards minimi komuni jiffissa wkoll livell minimu ta' kwalità ta' proċedimenti ċivili madwar l-Unjoni, u b'hekk jikkontribwixxi mhux biss għat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka bejn il-korpi ġudizzjarji, iżda wkoll għal funzjonament aħjar tas-suq intern, peress li huwa stmat li d-differenzi proċedurali bejn l-Istati Membri jistgħu, inter alia, jikkawżaw xkiel għall-kummerċ jew jiskoraġġixxu lin-negozji u lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern; |
Kunsiderazzjonijiet oħra
|
Z. |
billi l-approssimazzjoni ta' reġimi proċedurali fl-Unjoni hija meħtieġa; billi d-Direttiva proposta hija maħsuba li tkun l-ewwel pass fil-proċess ta' armonizzazzjoni u konverġenza ulterjuri tas-sistemi ta' ġustizzja ċivili tal-Istati Membri u tal-ħolqien ta' Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tal-Unjoni fuq perjodu ta' żmien twil; |
|
AA. |
billi d-Direttiva proposta la taffettwa lill-organizzazzjoni ġudizzjarja tal-Istati Membri u lanqas lill-karatteristiċi prinċipali tal-mod kif titmexxa l-litigazzjoni ċivili iżda tiffaċilita regoli proċedurali nazzjonali aktar effiċjenti; |
|
AB. |
billi huwa għaldaqstant tal-akbar importanza li tiġi adottata u implimentata kif jixraq leġiżlazzjoni li tipprevedi l-adozzjoni ta' standards minimi komuni ta' proċeduri ċivili fl-Unjoni; |
Il-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE dwar l-awtonomija proċedurali nazzjonali u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva
|
1. |
Jinnota r-rwol ċentrali tal-QtĠ-UE fl-istabbiliment tas-sisien tal-proċedura ċivili tal-Unjoni, wara li sawret x'wieħed jifhem bil-proċedura ċivili fis-sistema legali tal-Unjoni; |
|
2. |
Jenfasizza, madankollu, li minkejja xi standards proċedurali ċivili li llum huma aċċettati bħala parti mis-sistema proċedurali tal-Unjoni ġew ikkonfermati fil-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE, il-kontribuzzjoni tal-QtĠ-UE għandha, fl-aħħar mill-aħħar, tiġi kkunsidrata bħala interpretattiva minflok istituttiva. |
|
3. |
Jenfasizza għalhekk li l-esperjenza vasta tal-QtĠ-UE fir-reviżjoni ta' regoli ta' rimedju u dawk proċedurali kif ukoll il-kompromessi u l-valuri li jikkompetu li l-QtĠ-UE ssegwi huma istruttivi ħafna u għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-introduzzjoni ta' strument komprensiv orizzontali ta' natura leġiżlattiva li jinkludi standards komuni ta' proċeduri ċivili; |
Il-Karta
|
4. |
Jenfasizza li f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċess ġust u l-aċċess għall-ġustizzja, netwerks ta' kooperazzjoni u bażijiet ta' data li jsaħħu l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-iskambju ta' informazzjoni għandhom jinżammu u jiġu żviluppati iktar; |
|
5. |
Jilqa' għalhekk b'sodisfazzjon l-iżvilupp fl-ambitu tal-ġustizzja elettronika, u l-aktar il-ħolqien tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika, li għandu jsir punt ċentrali (one-stop-shop) fil-qasam tal-ġustizzja fl-Unjoni; |
L-acquis tal-Unjoni fl-ambitu tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja ċivili
|
6. |
Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta jekk huwiex meħtieġ li jiġu proposti aktar miżuri biex jiġi kkonsolidat u msaħħaħ approċċ orizzontali tal-infurzar privat tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni u jekk l-istandards minimi Ewropej għall-proċedura ċivili proposti hawnhekk jistgħux jitqiesu li jippromwovu u jiżguraw tali mudell orizzontali; |
|
7. |
Itenni li l-ġbir sistematiku ta' data statistika dwar l-applikazzjoni u l-prestazzjoni ta' strumenti eżistenti tal-Unjoni fl-ambitu tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja ċivili huwa ta' importanza kbira; |
|
8. |
Jistieden f'dan il-kuntest lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk miżuri addizzjonali ta' implimentazzjoni mill-Istati Membri jistgħux jikkontribwixxu għall-applikazzjoni effettiva ta' proċeduri awtonomi tal-Unjoni u jsostni li proċess robust u sistematiku ta' sorveljanza min-naħa tal-Kummissjoni għandu jiġi stabbilit għal dak l-iskop; |
Il-bażi ġuridika tal-proposta
|
9. |
Josserva li l-Artikolu 114 TFUE (l-armonizzazzjoni tas-suq intern) ġie użat biex jiġu adottati għadd ta' atti tal-Unjoni b'implikazzjonijiet proċedurali; li l-Artikolu 114 TFUE dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, kien u għadu qed jiġi użat bħala l-bażi ġuridika għal varjetà wiesgħa ta' direttivi speċifiċi għas-settur li jarmonizzaw ċerti aspetti tal-proċedura ċivili, bħal pereżempju d-Direttiva dwar l-Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPR); |
|
10. |
Jinnota, madankollu, li l-Artikolu 81 TFUE jipprevedi l-adozzjoni ta' miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali, inklużi miżuri għall-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari meta jkunu meħtieġa għall-funzjonament xieraq tas-suq intern; iqis, għalhekk, li l-Artikolu 81 TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika xierqa għall-istrument leġiżlattiv propost; |
|
11. |
Isostni li l-kunċett ta' “implikazzjonijiet transkonfinali” fit-test tal-Artikolu 81(1) TFUE dwar l-adozzjoni ta' miżuri ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili għandu jiġi interpretat b'mod iktar wiesa' u għalhekk m'għandux jitqies bħala sinonimu ma' “tilwim transkonfinali”; |
|
12. |
Jenfasizza li l-interpretazzjoni attwali tal-kunċett tal-“materji b'implikazzjonijiet transkonfinali” hija kemxejn ristretta u wasslet għall-ħolqien ta' żewġ settijiet ta' regoli u żewġ kategoriji ta' partijiet fit-tilwim li jistgħu jwasslu għal aktar problemi u kumplessitá bla bżonn; jenfasizza għalhekk li għandha tiġi adottata interpretazzjoni usa'; |
|
13. |
Jenfasizza f'dan il-kuntest li l-istandards minimi komuni ta' proċedura ċivili li qed jiġu proposti jwasslu għal effiċjenzi ulterjuri jekk l-Istati Membri jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom mhux biss għal kwistjonijiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda wkoll kemm għal każijiet transkonfinali kif ukoll għal dawk purament nazzjonali b’mod ġenerali; |
Fiduċja Reċiproka fl-Ispazju Ġudizzjarju Ewropew
|
14. |
Jinnota li l-attivitajiet ewlenin tal-Unjoni fl-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja, fejn tidħol il-ġustizzja ċivili, huma relatati mal-introduzzjoni ta' strumenti dwar il-ġurisdizzjoni, il-pendenza u l-infurzar ta' sentenzi transkonfinali; |
|
15. |
Itenni u jissottolinja li ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tas-sentenzi żiedet il-fiduċja reċiproka bejn il-korpi ġudizzjarji tal-Istati Membri, u għaldaqstant tkabbar iċ-ċertezza tad-dritt u tipprovdi stabilità u prevedibilità biżżejjed għaċ-ċittadini u n-negozji fl-Unjoni; |
|
16. |
Jenfasizza f'dan ir-rigward li l-fiduċja reċiproka hija kunċett kumpless, u li ħafna fatturi jaqdu rwol fil-bini ta' dik il-fiduċja, bħall-edukazzjoni ġudizzjarja, il-kooperazzjoni ġudizzjarja transkonfinali u l-iskambju ta' esperjenzi u tal-aħjar prattiki bejn l-imħallfin; |
|
17. |
Jinnota li l-fiduċja reċiproka tista' titrawwem fost l-oħrajn permezz ta' metodi mhux leġiżlattivi, bħal imħallfin li jikkooperaw fi ħdan in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jew li jipparteċipaw f'taħriġ; |
|
18. |
Għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon id-disa' prinċipji tat-taħriġ ġudizzjarju tan-Netwerk għat-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew adottati fl-Assemblea Ġenerali tiegħu tal-2016, peress li jipprovdu pedament u qafas komuni għall-ġudikatura Ewropea kif ukoll għall-istituzzjonijiet ta' taħriġ ġudizzjarju; |
|
19. |
Isostni, madankollu, li mil-lat strettament legali l-fiduċja reċiproka tippresupponi, fuq livell assolutament fundamentali, l-korpi ġudizzjarji tal-Istati Membri jikkunsidraw l-arranġamenti proċedurali ta' xulxin kemm fuq il-livell tal-liġi teoretika kif ukoll tal-liġi fil-prattika bħala li jiggarantixxu proċedimenti ċivili ġusti; |
|
20. |
Jirrimarka, għalhekk, li t-tfassil ta' standards minimi sistematiċi ta' proċedura ċivili tal-Unjoni fil-forma ta' direttiva orizzontali trasversali, twassal biex tiżdied il-fiduċja reċiproka fost il-korpi ġudizzjarji tal-Istati Membri u tiżgura bbilanċjar komuni għall-Unjoni kollha tad-drittijiet proċedurali fundamentali għall-kawżi ċivili, u b'hekk jinħoloq sens ġenerali ta' ġustizzja, ċertezza u prevedibilità li jkollu għeruq aktar profondi madwar l-Unjoni; |
Standards minimi komuni ta' proċedura ċivili
|
21. |
Jenfasizza li s-sistemi effikaċi ta' proċedura ċivili jiżvolġu rwol kruċjali fid-difiża tal-istat tad-dritt u tal-valuri fundamentali tal-Unjoni. Huma wkoll prerekwiżit għal investiment sostenibbli u ambjent li jiffavorixxi n-negozju u l-konsumatur; |
|
22. |
Iqis li n-nuqqas ta' ċarezza dwar perjodi ta' limitazzjoni għaċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-impriżi f'tilwim li jkollu implikazzjonijiet transkonfinali jista' jxekkel l-aċċess għall-ġustizzja. Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-fattibilità u x-xewqa li jiġu armonizzati dawk il-perjodi ta' limitazzjoni fi proċedimenti ċivili; |
|
23. |
Iqis li hemm ħtieġa ċara għal leġiżlazzjoni li tipprovdi sett ta' standards proċedurali applikabbli għal proċedimenti ċivili u jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi bit-twettiq tal-pjan ta' azzjoni tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stokkolma adottat mill-Kunsill Ewropew fl-ispazju tal-liberta’, sigurta’ u ġustizzja; |
|
24. |
Jitlob għaldaqstant, b'mod konformi mal-Artikolu 225 TFUE, li l-Kummissjoni tressaq, sat-30 ta' Ġunju 2018, abbażi tal-Artikolu 81(2) TFUE, proposta għal att leġiżlattiv dwar standards minimi komuni ta' proċedura ċivili, b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness mehmuż; |
|
25. |
Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet annessi ma' din ir-riżoluzzjoni jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità; |
|
26. |
Iqis li l-proposta mitluba m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja, peress li l-introduzzjoni ta' standards minimi ta' proċedura ċivili se twassal għal ekonomiji ta' skala f'termini ta' spejjeż imnaqqsa għal partijiet f'tilwim u r-rappreżentanti tagħhom li ma jkollhomx għalfejn jiffamiljarizzaw ruħhom ma' sistema ta' proċedura ċivili ta' pajjiż differenti; |
o
o o
|
27. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-annessi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) PE 572.853, Diċembru 2015.
(2) PE 581.385, Ġunju 2016.
(3) PE 559.499, Ġunju 2015.
(4) PE 556.971, Ġunju 2016.
(5) Uniform Law Review, 2004(4).
(6) M. Storme, Study on the approximation of the laws and rules of the Member States concerning certain aspects of the procedure for civil litigation (Rapport Finali, Dordrecht, 1994).
(7) Ara, inter alia: is-sentenza tas-16 ta' Diċembru 1976, Comet BV vs Produktschap voor Siergewassen, 45/76, ECLI:EU:C:1976:191 u s-sentenza tal-15 ta' Mejju 1986, Marguerite Johnston vs Chief Constable of the Royal Ulster Constabulary, 222/84, ECLI:EU:C:1986:206.
(8) Disponibbli online hawnhekk: http://www.ejtn.eu/PageFiles/15756/Judicial%20Training%20Principles_EN.pdf
(9) Testi adottati, P7_TA(2014)0276.
(10) Ara, inter alia: is-sentenza tat-13 ta' Marzu 2007, Unibet (London) Ltd u Unibet (International) Ltd vs Justitiekanslern, C-432/05, ECLI:EU:C:2007:163.
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1).
(12) Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41).
(13) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv ta' inġunzjoni u kumpensatorji fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-ksur tad-drittijiet skont il-Liġi tal-Unjoni (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 60).
(14) Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
(15) Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjoni għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 1).
(16) Ara, pereżempju, ir-Regolament Ewropew għal Talbiet Żgħar (ara t-tieni nota ta' qiegħ il-paġna għal Premessa G iktar 'il fuq) u r-Regolament dwar l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi proċedura ta' Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 59)).
(17) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45).
(18) ara r-raba’ nota ta' qiegħ il-paġna għal Premessa G hawn fuq.
(19) ara l-ħames nota ta' qiegħ il-paġna għal Premessa G hawn fuq.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:
RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR STANDARDS MINIMI KOMUNI TA' PROĊEDURA ĊIVILI FL-UE
A. PRINĊIPJI U OBJETTIVI TAL-PROPOSTA MITLUBA
|
1. |
Fl-Unjoni, l-infurzar tal-liġi quddiem il-qrati għadu fil-biċċa l-kbira kwistjoni li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli proċedurali u l-prattika nazzjonali. Il-qrati nazzjonali huma wkoll qrati tal-Unjoni. Għalhekk il-proċeduri mressqa quddiemhom iridu jiżguraw l-ekwità, il-ġustizzja u l-effiċjenza kif ukoll l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni. |
|
2. |
L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji ċivili żiedet il-fiduċja tal-Istati Membri fis-sistemi ta' ġustizzja ċivili ta' xulxin, filwaqt li miżuri għall-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet individwali. Il-livell ta' fiduċja reċiproka jiddependi ħafna fuq numru ta' parametri, li jinkludu, inter alia, mekkaniżmi għas-salvagwardja tad-drittijiet tar-rikorrent jew tal-konvenut filwaqt li jiggarantixxu l-aċċess għall-qrati u l-ġustizzja. |
|
3. |
Minkejja li l-Istati Membri huma parti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), l-esperjenza wriet li dik weħidha mhux dejjem tipprovdi livell suffiċjenti ta' fiduċja fis-sistemi ta' ġustizzja ċivili ta' Stati Membri oħra. Ir-regoli ta' proċedura ċivili nazzjonali tal-Istati Membri jvarjaw b'mod konsiderevoli, ħafna drabi fir-rigward ta' xi wħud mill-prinċipji u l-garanziji proċedurali fundamentali, u b'hekk hemm ir-riskju li tista' tintilef il-fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. |
|
4. |
Huwa għaldaqstant meħtieġ, sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni, li jiġu megħjuna l-modernizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali u l-iżgurar ta' kundizzjonijiet indaqs għan-negozji u aktar tkabbir permezz ta' sistemi ġuridiċi effettivi u effiċjenti, sabiex tiġi adottata direttiva li tiżviluppa ulterjorment l-istandards minimi stipulati fil-Karta u fil-KEDB. Il-bażi ġuridika xierqa għal tali proposta hija l-Artikolu 81(2) TFUE, li jikkonċerna miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili. Id-Direttiva trid tiġi adottata permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. |
|
5. |
Standards minimi komuni ta' proċeduri ċivili huma meqjusa neċessarji biex jiffurmaw bażi soda għall-approssimazzjoni u t-titjib tal-liġijiet nazzjonali, minħabba l-flessibilità li huma jagħtu lill-Istati Membri fit-tħejjija ta' liġijiet ġodda fil-qasam tal proċedura ċivili filwaqt li jirriflettu kunsens ġenerali dwar il-prinċipji tal-prattika ta' ġustizzja ċivili. |
|
6. |
Jenħtieġ li l-istandards minimi komuni jwasslu għal żieda fil-fiduċja fis-sistemi ta' ġustizzja ċivili tal-Istati Membri kollha li bħala riżultat, għandha twassal għal kooperazzjoni ġudizzjarja aktar effiċjenti, rapida u aktar flessibbli fi klima ta' fiduċja reċiproka. Huwa mistenni li tali regoli minimi komuni jneħħu wkoll l-ostakli għall-moviment liberu taċ-ċittadini fit-territorju kollu tal-Istati Membri u b'hekk jiżguraw li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom b'mod partikolari mhux se jibqgħu jħossuhom retiċenti biex ikunu f'kuntatt ma' sistemi proċedurali ċivili fi Stati Membri oħra. |
|
7. |
Id-direttiva proposta m'għandhiex l-għan li tissostitwixxi s-sistemi nazzjonali ta' proċedura ċivili fit-totalità tagħhom. Filwaqt li tirrispetta l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, li jiżgura aċċess effettiv u effiċjenti għall-ġustizzja, hija għandha l-għan li tistabbilixxi standards minimi komuni fir-rigward tal-funzjoni u l-andament ta' proċedimenti ċivili tal-Istati Membri għal kull kwistjoni li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għandha wkoll l-għan li tipprovdi bażi għal approfondiment gradwali tal-approssimazzjoni ta' sistemi proċedurali ċivili tal-Istati Membri. |
|
8. |
Il-proposta ma taffettwax id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-organizzazzjoni tal-qrati tagħhom u r-regoli tagħhom dwar il-ħatra tal-imħallfin. |
|
9. |
Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, peress li l-Istati Membri ma jistgħux jaġixxu waħedhom biex jistabbilixxu sett minimu ta' standards ta' proċedura ċivili, u l-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa assolutament meħtieġ biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja u l-fiduċja reċiproka fl-Unjoni. |
B. TEST TAL-PROPOSTA MITLUBA
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi komuni ta' proċedura ċivili fl-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-talba tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni stabbiliet għaliha nfisha l-objettiv li żżomm u li tiżviluppa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha jkun assigurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex tali spazju jiġi stabbilit gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li dawk il-miżuri jkunu mmirati biex jiżguraw, fost l-oħrajn, ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi bejn l-Istati Membri, in-notifika transkonfinali ta' dokumenti, il-kooperazzjoni fit-teħid tal-provi, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja u l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-funzjonament tajjeb ta' proċeduri ċivili, jekk ikun meħtieġ billi tiġi promossa l-kompatibilità tar-regoli dwar il-proċedura ċivili applikabbli fl-Istati Membri. |
|
(3) |
Skont il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f'Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, u b'mod partikolari l-punt (33) tagħhom, ir-rikonoxximent reċiproku mtejjeb ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji oħrajn u l-approssimazzjoni meħtieġa tal-leġislazzjoni se jkunu qed jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet individwali. Jenħtieġ għalhekk li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jsir il-bażi fundamentali tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili fl-Unjoni. |
|
(4) |
Skont il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stokkolma adottat mill-Kunsill Ewropew fl-ispazju tal-liberta’, siġurta’ u ġustizzja, l-ispazju ġudizzjarju Ewropew u t-tħaddim xieraq tas-suq uniku huma mibnija fuq il-prinċipju ċentrali tal-għarfien reċiproku, li min-naħa tiegħu huwa bbażat fuq l-idea li l-Istati Membri jafdaw is-sistemi ġudizzjarji ta' xulxin. Dan il-prinċipju jista' jaħdem b'mod effettiv biss fuq il-bażi ta' fiduċja reċiproka fost l-imħallfin, il-professjonisti tad-dritt, in-negozjanti u ċ-ċittadini. Il-livell ta' dik il-fiduċja jiddependi fuq għadd ta' fatturi, inkluża l-eżistenza ta' mekkaniżmi sabiex jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali tal-partijiet fi proċedimenti ċivili. Standards minimi komuni li jsaħħu d-dritt għal proċess ġust u l-effiċjenza ta' sistemi ġudizzjarji u li jikkontribwixxu għal sistema ta' infurzar effettiva huma għalhekk meħtieġa biex jiggarantixxu l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju. |
|
(5) |
Billi tistabbilixxi regoli minimi dwar il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet f'tilwim, u tiżgura aċċess aktar faċli għall-ġustizzja liċ-ċittadini, jenħtieġ li din id-Direttiva ssaħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri fis-sistemi ta' ġustizzja ċivili ta' Stati Membri oħra u b'hekk tkun tista' tgħin fil-promozzjoni ta' kultura ta' drittijiet fundamentali fl-Unjoni, kif ukoll ta' suq intern aktar effiċjenti, filwaqt li tiddefendi l-libertajiet fundamentali tal-Unjoni billi tiżviluppa sens ġenerali aktar profond tal-ġustizzja, iċ-ċertezza u l-prevedibilità fit-territorju kollu tagħha. |
|
(6) |
Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw għal tilwim ċivili li jkollu implikazzjonijiet transkonfinali, inkluż dak li jirriżulta mill-ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni. Fejn din id-Direttiva tirreferi għall-ksur tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni, hija tkopri s-sitwazzjonijiet kollha fejn il-ksur tar-regoli stabbiliti fil-livell tal-Unjoni kkawża jew x'aktarx li kkawża preġudizzju lil persuni fiżiċi u ġuridiċi. Jenħtieġ li xejn ma jwaqqaf lill-Istati Membri milli japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva wkoll għal kawżi ta' ġustizzja ċivili purament nazzjonali. |
|
(7) |
L-Istati Membri kollha huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali tal-4 ta' Novembru 1950. Jenħtieġ li l-materji msemmija f'din id-Direttiva jkunu ttrattati b'konformita ma' dik il-Konvenzjoni u b'mod partikolari d-drittijiet għal proċess ġust u rimedju effettiv. |
|
(8) |
Din id-Direttiva tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni ta' standards minimi komuni ta' proċedura ċivili biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja fl-Unjoni. Id-dritt ġeneralment rikonoxxut ta' aċċess għal ġustizzja huwa wkoll imsemmi mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-proċedimenti ċivili jittejbu aktar billi jittieħed vantaġġ tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-ġustizzja u ta' għodod ġodda disponibbli għall-qrati u tribunali li jistgħu jgħinu biex tingħeleb id-distanza ġeografika u l-konsegwenzi tagħha f'termini ta' spejjeż għoljin u t-tul tal-proċedimenti. Sabiex jitnaqqsu ulterjorment l-ispejjeż tal-kawża u t-tul tal-proċedimenti, jenħtieġ li jiġi inkoraġġut ulterjorment l-użu tat-teknoloġija moderna ta' komunikazzjoni mill-partijiet u l-qrati u t-tribunali. |
|
(10) |
Sabiex persuni jkunu jistgħu jinstemgħu mingħajr ma jinħtiġilhom jivvjaġġaw lejn il-qorti jew it-tribunal, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li s-seduti orali kif ukoll il-ġbir ta' provi mis-smigħ tax-xhieda, esperti jew partijiet, ikunu jistgħu jitwettqu bl-użu ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod adatti, sakemm minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, l-użu ta' tali teknoloġija ma jkunx adatt għall-andament ekwu tal-proċedimenti. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (1). |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-qrati tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu fuq opinjonijiet ta' esperti għal kwistjonijiet tekniċi, legali jew kwistjonijiet oħra ta' evidenza. Ħlief fejn ikunu meħtieġa miżuri koerċittivi u b'mod konformi mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li l-imħallfin fi Stat Membru wieħed ikunu jistgħu jaħtru esperti sabiex imexxu investigazzjonijiet fi Stat Membru ieħor mingħajr ma tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel għall-aġir tagħhom. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konsulenza ġudizzjarja u b'kunsiderazzjoni tal-limitazzjonijiet fil-ħatra ta' esperti kwalifikati biżżejjed fil-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru wieħed, pereżempju minħabba s-sofistikazzjoni teknika tal-kawża jew l-eżistenza ta' rabtiet diretti jew indiretti bejn l-espert u l-partijiet, jenħtieġ li jinħoloq u jiġi aġġornat direttorju Ewropew tal-listi nazzjonali ta' esperti kollha bħala parti tal-portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika. |
|
(12) |
Jenħtieġ li miżuri provviżorji u protettivi jilħqu bilanċ xieraq bejn l-interessi tar-rikorrent biex jingħata protezzjoni provviżorja u l-interessi tal-konvenut biex jiġi pprevenut l-abbuż ta' tali protezzjoni. Meta miżuri provviżorji jiġu mitluba qabel ma tinkiseb sentenza, jenħtieġ li l-qorti li quddiema jitressaq ir-rikors tkun sodisfatta abbażi tal-evidenza mressqa mir-rikorrent li huwa x'aktarx ser jingħata raġun dwar il-mertu tat-talba kontra l-konvenut. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rikorrent ikun meħtieġ f'kull sitwazzjoni li juri b'mod li jissodisfa lill-qorti li t-talba tiegħu għandha l-ħtieġa urġenti ta' protezzjoni ġudizzjarja u li, mingħajr il-miżuri provviżorji, l-eżekuzzjoni tas-sentenza eżistenti jew futura tista' tiġi ostakolata jew issir sostanzjalment aktar diffiċli. |
|
(13) |
Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet partikolari dwar l-infurzar tad-drittijiet fil-qasam tal-proprjetà intellettwali stipulati fi strumenti tal-Unjoni u b'mod partikolari dawk li jinsabu fid-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Jenħtieġ li din wkoll tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet partikolari għall-irkupru tad-dejn transkonfinali kif stabbilit fl-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (3). |
|
(14) |
Jenħtieġ li jingħata rwol ewlieni lill-qrati fil-ħarsien tad-drittijiet u l-interessi tal-partijiet kollha u fil-ġestjoni tal-proċeduri ċivili b'mod effettiv u effiċjenti. |
|
(15) |
L-objettiv li jiġu żgurati proċess ġust, aċċess aħjar għall-ġustizzja u fiduċja reċiproka, bħala parti mill-politika tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li jinkludi l-aċċess kemm għal metodi ġudizzjarji kif ukoll għal metodi extraġudizzjarji ta' soluzzjoni ta' tilwim. Sabiex il-partijiet jitħeġġu jużaw il-medjazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-regoli tagħhom dwar il-perjodi ta' limitazzjoni u preskrizzjoni ma jipprevjenux lill-partijiet milli jirrikorru għall-qorti jew għall-arbitraġġ jekk it-tentattiv tagħhom ta' medjazzjoni jfalli. |
|
(16) |
Minħabba d-differenzi bejn ir-regoli tal-proċedura ċivili tal-Istati Membri u speċjalment dawk li jirregolaw in-notifika tad-dokumenti, huwa meħtieġ li jiġu definiti l-istandards minimi li jenħtieġ li japplikaw għal proċedimenti ċivili li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li jingħataw prijorità metodi ta' notifika li jiżguraw li d-dokumenti jiġu notifikati fil-pront u b'mod sikur, ikkonfermati minn prova tal-kunsinna. Jenħtieġ li l-użu ta' teknoloġiji moderni ta' komunikazzjoni għaldaqstant jitħeġġeġ b'mod wiesa'. Għal dokumenti li jeħtieġu li jiġu nnotifikati lill-partijiet, jenħtieġ li n-notifika elettronika tkun fuq l-istess livell tan-notifika bil-posta. Jenħtieġ li l-mezzi elettroniċi disponibbli jiżguraw li l-kontenut tad-dokumenti u ta' komunikazzjonijiet oħra bil-miktub riċevuti jkun veru u jikkorrispondi ġenwinament għal dak tad-dokumenti u komunikazzjonijiet bil-miktub oħra mibgħuta, u li l-metodu użat għall-konferma tal-wasla jipprovdi l-konferma tal-wasla mid-destinatarju u tad-data tal-wasla. |
|
(17) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet għal proċedimenti ċivili jkollhom id-dritt għal avukat tal-għażla tagħhom. F'tilwim transkonfinali, jenħtieġ li l-partijiet ikollhom id-dritt għal avukat fl-Istat ta' Oriġini għal parir preliminari u għal ieħor fl-Istat Ospitanti sabiex jieħu ħsieb il-kawża. Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni bejn il-partijiet u l-avukat tagħhom hija essenzjali biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt għal proċess ġust. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-laqgħat u ta' forom oħra ta' komunikazzjoni bejn l-avukat u l-partijiet fl-eżerċizzju tad-dritt għal avukat previst f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li kull parti f'kawża tkun tista' tirrinunzja għad-dritt mogħti skont din id-Direttiva, dment li tkun ingħatat informazzjoni dwar il-konsegwenzi possibbli tar-rinunzja ta' dak id-dritt. |
|
(18) |
Jenħtieġ li l-ħlas ta' tariffi tal-qorti ma jeħtieġx lil min jagħmel it-talba biex jivvjaġġa lejn l-Istat Membru tal-qorti jew tribunal adit jew biex iqabbad avukat għal dak il-għan. Sabiex jiġi żgurat l-aċċess effettiv tar-rikorrenti għall-proċeduri, l-Istati Membri jenħtieġ li bħala minimu joffru mill-inqas wieħed mill-metodi ta' ħlas mill-bogħod previsti f'din id-Direttiva. L-informazzjoni dwar it-tariffi tal-qorti u l-metodi ta' ħlas, kif ukoll dwar l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet kompetenti biex jagħtu għajnuna prattika fl-Istati Membri jenħtieġ li tkun trasparenti u faċilment aċċessibbli fuq l-Internet permezz ta' siti web nazzjonali xierqa. |
|
(19) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jiġi rrispettat id-dritt fundamentali għall-għajnuna legali kif previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha involuti f'tilwim ċivili fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kemm jekk jaġixxu bħala rikorrenti kif ukoll bħala konvenuti, jenħtieġ li jkunu jistgħu jasserixxu d-drittijiet tagħhom fil-qrati anki jekk is-sitwazzjoni finanzjarja personali tagħhom tagħmilha impossibbli għalihom li jħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti. L-għajnuna legali jenħtieġ li tkopri parir qabel il-litigazzjoni bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim qabel jinbdew proċedimenti ġudizzjarji, assistenza legali biex jinġieb każ quddiem qorti u rappreżentanza fil-qorti u assistenza fl-ispiża tal-proċeduri. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE (4). |
|
(20) |
Il-ħolqien ta' kultura ġudizzjarja Ewropea li tirrispetta bis-sħiħ is-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u l-indipendenza ġudizzjarja huwa ċentrali għall-funzjonament effiċjenti ta' spazju ġudizzjarju Ewropew. It-taħriġ ġudizzjarju huwa element kruċjali f'dan il-proċess, minħabba li jsaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, il-prattikanti u ċ-ċittadini. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw u jipprovdu appoġġ għal taħriġ vokazzjonali u skambju tal-aħjar prattika fost il-professjonisti legali. |
|
(21) |
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva bil-għan li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Jenħtieġ li tali livell ogħla ta' protezzjoni ma jikkostitwixxix ostakolu għall-fiduċja reċiproka u aċċess effettiv għall-ġustizzja li dawk ir-regoli minimi huma mfassla biex jiffaċilitaw. Il-livell ta' protezzjoni pprovdut mill-Karta, kif interpretat mill-Qorti, kif ukoll is-supremazija, l-unità u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni jenħtieġ għalhekk li ma jiġux kompromessi. |
|
(22) |
Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti standards minimi komuni ta' proċedura ċivili, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex dawk l-għanijiet jintlaħqu. |
|
(23) |
F'konformità mal-[Artikolu 3]/[Artikoli 1 u 2] tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, [dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva]/[u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhumiex marbuta biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.] |
|
(24) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I:
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
L-għan ta' din id-Direttiva huwa l-approssimizzazzjoni tas-sistemi proċedurali sabiex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta u fl-Artikolu 6 tal-KEDB, billi tistabbilixxi standards minimi li jikkonċernaw il-bidu, l-andament u l-konklużjoni ta' proċedimenti ċivili quddiem il-qrati jew it-tribunali tal-Istati Membri.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-istandards tal-proċedura ċivili li jkunu jew jistgħu jkunu pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew f'dik nazzjonali, sa fejn dawk l-istandards jistgħu jkunu aktar favorevoli għall-partijiet fil-kawża, din id-Direttiva għandha tapplika, f'tilwim li għandu implikazzjonijiet transkonfinali, għal kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew tribunal, ħlief fir-rigward ta' tali drittijiet u obbligi f’liema rigward il-partijiet ma għandhom l-ebda setgħa għad-dispożizzjoni skont id-dritt applikabbli rilevanti. M'għandhiex jestendi, b'mod partikolari, għal kwistjonijiet ta' introjtu, dwana jew għal materji amministrattivi jew għar-responsabilità tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat (“acta jure imperii”).
2. F'din id-Direttiva, it-terminu “Stat Membru” jfisser Stat Membru ħlief [ir-Renju Unit, l-Irlanda u] d-Danimarka.
Artikolu 3
Tilwim li għandu implikazzjonijiet transkonfinali
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, tilwim li jkollu implikazzjonijiet transkonfinali huwa wieħed li fih:
|
(a) |
mill-inqas waħda mill-partijiet hija domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tal-qorti jew tat-tribunal aditi; jew |
|
(b) |
iż-żewġ partijiet ikunu domiċiljati fl-istess Stat Membru bħal dak tal-qorti jew tat-tribunal aditi, dment li l-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, il-post fejn iseħħ l-avveniment dannuż jew il-post ta' infurzar tas-sentenza ikun jinsab fi Stat Membru ieħor; jew |
|
(c) |
iż-żewġ partijiet ikunu domiċiljati fl-istess Stat Membru bħal dak tal-qorti jew tat-tribunal aditi, dment li l-kontroversja tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-domiċilju għandu jiġi stabbilit skont l-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
KAPITOLU II:
STANDARDS MINIMI GĦAL PROĊEDURI ĊIVILI
L-Ewwel Taqsima:
Riżultati ġusti u effikaċi
Artikolu 4
Obbligu ġenerali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva
L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-miżuri, proċeduri u rimedji meħtieġa sabiex ikun żgurat l-infurzar tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni fi kwistjonijiet ċivili. Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikunu ġusti u ekwi u m'għandhomx ikunu kkumplikati jew jiswew wisq, jew jinvolvu limiti ta' żmien irraġonevoli jew dewmien mhux ġustifikat, filwaqt li jirrispettaw l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u d-drittijiet fundamentali.
Dawk il-miżuri, proċeduri u rimedji għandhom ikunu wkoll effetttivi u proporzjonati u għandhom ikunu applikati b'mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta' ostakli għal aċċess effettiv għall-ġustizzja u li jipprovdu protezzjonijiet kontra l-abbuż tagħhom.
Artikolu 5
Seduti orali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-andament ekwu ta’ proċedimenti. Meta ma jkunx possibbli li l-partijiet ikunu fiżikament preżenti, jew meta l-partijiet ikunu qablu, bl-approvazzjoni tal-qorti, li jirrikorru għal mezzi ta' komunikazzjoni rapidi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li smigħ orali jkun jista' jseħħ bl-użu ta' kwalunkwe teknoloġija tal-komunikazzjoni mill-bogħod adatta, bħal vidjokonferenza jew telekonferenza, disponibbli għall-qorti jew għat-tribunal.
2. Meta l-persuna li għandha tinstema' tkun domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tal-qorti jew it-tribunal aditi, l-attendenza ta' dik il-persuna f'seduta orali għandha ssir permezz ta' vidjokonferenza, telekonferenza jew teknoloġija ta' komunikazzjoni mill-bogħod adatta oħra bl-użu tal-proċeduri previsti fir-Regolament (KE) Nru 1206/2001. Fir-rigward tal-vidjokonferenzjar, għandu jittieħed kont tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-vidjokonferenzjar transkonfinali adottati mill-Kunsill fil-15 u s-16 ta' Ġunju 2015 (6) u tal-ħidma mwettqa fil-qafas tal-Portal tal-Ġustizzja Elettronika Ewropea.
Artikolu 6
Miżuri Provviżorji u Protettivi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri provviżorji għall-preservazzjoni ta' sitwazzjoni fattwali jew legali jkunu fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa ta' sentenza sussegwenti dwar il-merti tal-kwistjoni, qabel ma jinfetħu l-proċedimenti dwar il-merti tal-kwistjoni u fi kwalunkwe fażi matul tali proċedimenti.
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu wkoll miżuri għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe ksur imminenti jew għat-terminazzjoni immedjata ta' ksur allegat kif ukoll għall-preservazzjoni ta' assi meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-eżekuzzjoni sussegwenti ta' talba ma tkunx impedita jew tkun sostanzjalment aktar diffiċli.
2. Tali miżuri għandhom jirrispettaw id-drittijiet tad-difiża u għandhom ikunu proporzjonati għall-karatteristiċi u l-gravità tal-ksur allegat, u jippermettu, fejn ikun xieraq, l-għoti ta' garanziji għall-ispejjeż u l-ħsara kkawżati lill-konvenut minn talbiet mhux ġustifikati. Il-qrati jew it-tribunali għandhom ikollhom l-awtorità li jitolbu lir-rikorrent jipprovdi kwalunkwe evidenza disponibbli b'mod raġonevoli sabiex jaċċertaw ruħhom b'biżżejjed ċertezza li l-miżura provviżorja mitluba hija meħtieġa u proporzjonata.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'każijiet debitament ġustifikati, il-miżuri provviżorji jistgħu jittieħdu mingħajr ma jinstema' l-konvenut, fejn kwalunkwe dewmien jista' jikkawża danni irreparabbli għar-rikorrenti, jew fejn hemm riskju dimostrabbli li l-provi jistgħu jinqerdu. F'tali każ, il-partijiet għandhom ikunu infurmati mingħar dewmien żejjed mhux aktar tard minn wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri.
Rieżami, li jinkludi d-dritt tas-smigħ, għandu jsir fuq talba tal-konvenut bl-għan li tingħata deċiżjoni, fi żmien raġjonevoli wara n-notifika tal-miżuri, dwar jekk dawk il-miżuri humiex se jiġu modifikati, revokati jew konfermati jew inkella le.
Meta l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu huma revokati jew fejn sussegwentement jinstab li ma kien hemm l-ebda ksur jew theddid ta' ksur, il-Qorti tista' tordna lir-rikorrent, fuq talba tal-konvenut, sabiex jipprovdi lill-konvenut b'kumpens xieraq għad-danni kollha mġarrba b'riżultat ta' dawk il-miżuri.
4. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/48/KE u r-Regolament (UE) Nru 655/2014.
It-Tieni Taqsima:
Effiċjenza tal-proċedimenti
Artikolu 7
Effiċjenza proċedurali
1. Il-qrati u t-tribunali tal-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust li jiżgura aċċess effettiv għall-ġustizzja u l-prinċipju ta' proċess kontenzjuż, b'mod partikolari meta jiddeċiedu dwar il-ħtieġa ta' smigħ orali u dwar il-mezzi tal-kumpilazzjoni ta' xhieda u l-limiti sa fejn ix-xhieda trid tiġi kkumpilata.
2. Il-qrati jew it-tribunali tal-Istati Membri għandhom jaġixxu kmieni kemm jista' jkun, irrispettivament mill-eżistenza ta' perjodi ta' preskrizzjoni għal azzjonijiet speċifiċi fil-fażijiet differenti tal-proċedura.
Artikolu 8
Deċiżjonijiet motivati
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jew it-tribunali jipprovdu deċiżjonijiet motivati biżżejjed fi żmien raġonevoli biex jippermettu lill-partijiet jagħmlu użu effettiv ta' kwalunkwe dritt ta' rieżami tad-deċiżjoni jew ta' tressiq ta' appell.
Artikolu 9
Prinċipji ġenerali għad-direzzjoni tal-proċedimenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jiġġestixxu b'mod attiv il-kawżi quddiemhom sabiex jiżguraw l-iżvolġiment ekwu, effiċjenti ta' tilwim u li dan isir b'veloċità u spejjeż raġonevoli, mingħajr ma tixxekkel il-libertà tal-partijiet li jiddeterminaw is-suġġett u l-provi li jsostnu l-kawża tagħhom.
2. Sa fejn hu raġonevolment prattikabbli, il-qorti għandha tamministra l-kawża f'konsultazzjoni mal-partijiet. B'mod partikolari, ġestjoni attiva tal-kawżi tista' tinkludi:
|
(a) |
li l-partijiet jiġu nkoraġġuti jikkooperaw ma' xulxin matul il-proċedimenti; |
|
(b) |
li jiġu identifikati l-kwistjonijiet fi stadju bikri; |
|
(c) |
li jiġi deċiż minnufih liema kwistjonijiet jeħtieġu investigazzjoni sħiħa u li kwistjonijiet oħra jiġu solvuti b'mod sommarju; |
|
(d) |
li jkun hemm deċiżjoni dwar l-ordni li fiha l-kwistjonijiet għandhom jiġu solvuti; |
|
(e) |
li tingħata għajnuna lill-partijiet biex isolvu l-azzjoni kollha jew parti minnha; |
|
(f) |
li jiġu ffissati skedi ta' żmien biex jiġi kkontrollat il-progress tal-azzjoni; |
|
(g) |
li jiġi trattat l-ikbar għadd ta' aspetti tal-azzjoni possibbli għall-Qorti fl-istess okkażjoni; |
|
(h) |
li l-azzjoni tiġi trattata mingħajr mal-partijiet ikunu meħtieġa jattendu personalment; |
|
(i) |
li jsir użu minn mezzi tekniċi disponibbli. |
Artikolu 10
Kumpilazzjoni ta' xhieda
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mezzi effettivi għall-preżentazzjoni, kisba u preżervazzjoni ta' xhieda huma disponibbli b'kunsiderazzjoni għad-drittijiet tad-difiża u l-ħtieġa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali.
2. Fil-kuntest tal-kumpilazzjoni ta' xhieda, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tat-teknoloġija ta' komunikazzjoni moderna. Il-qorti jew it-tribunal aditi għandhom jagħżlu l-metodu ta' kumpilazzjoni ta' xhieda li jkun l-aktar sempliċi u l-inqas oneruż.
Artikolu 11
Esperti tal-Qorti
1. Mingħajr preġudizzju għall-possibilità għall-partijiet li jipproduċu xhieda esperta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti tista' fi kwalunkwe ħin taħtar esperti tal-qorti sabiex jipprovdu kompetenza esperta għal aspetti speċifiċi tal-kawża. Il-qorti għandha tipprovdi tali esperti bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-għoti tal-perizja.
2. F'tilwim transkonfinali, ħlief meta jkunu meħtieġa miżuri ta' koerċizzjoni jew meta titwettaq investigazzjoni f'postijiet konnessi mal-eżerċitar ta' setgħat ta' Stat Membru jew f'postijiet fejn, skont il-liġi tal-Istat Membru tkun qed issir l-investigazzjoni, fihom l-aċċess jew fir-rigward tagħhom azzjoni oħra jkunu pprojbiti jew limitati għal ċerti persuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti tista' taħtar espert ġudizzjarju biex iwettaq l-investigazzjonijiet barra l-ġurisdizzjoni tal-qorti mingħajr ma tkun meħtieġa s-sottomissjoni ta' xi talba minn qabel biex isir dan lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru l-ieħor.
3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tħejji direttorju Ewropew ta' esperti billi tlaqqa' flimkien il-listi nazzjonali eżistenti tal-esperti u dan għandu jkun disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
4. L-esperti tal-qorti għandhom jiggarantixxu l-indipendenza u l-imparzjalità f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-imħallfin previsti fl-Artikolu 22.
5. Il-perizja mogħtija lill-qorti mill-esperti tal-qorti għandha tkun disponibbli għall-partijiet li għandu jkollhom il-possibilità li jikkummentaw dwarha.
It-Tielet Taqsima:
Aċċess għall-qrati u l-ġustizzja
Artikolu 12
Soluzzjoni tat-tilwim
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti u b'kont meħud taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża, jekk il-qorti tkun tal-fehma li t-tilwim huwa adatt għal soluzzjoni, din tista' tipproponi li l-partijiet jużaw il-medjazzjoni sabiex isolvu jew jesploraw soluzzjoni għat-tilwim.
2. Paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jagħżlu l-medjazzjoni sabiex jibdew proċedimenti ġudizzjarji jew arbitraġġ fir-rigward ta' dak it-tilwim qabel l-iskadenza tal-perijodi ta' limitazzjoni jew ta' preskrizzjoni matul il-proċess ta' medjazzjoni.
Artikolu 13
Spejjeż tal-litigazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi tal-qorti mitluba fl-Istati Membri għal tilwim ċivili ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-valur tat-talba u ma jagħmlux il-litigazzjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli.
2. It-tariffi tal-qorti imposti fl-Istati Membri għal tilwim ċivili m'għandhomx jiskuraġġixxu liċ-ċittadini milli jressqu kawża quddiem qorti jew b'xi mod jostakolaw l-aċċess għall-ġustizzja.
3. Il-partijiet għandhom ikunu jistgħu jħallsu t-tariffi tal-qorti permezz ta' metodi ta' ħlas mill-bogħod, inkluż minn Stat Membru li mhuwiex l-Istati Membru fejn ikunu jinsabu l-qorti jew it-tribunal, permezz ta' trasferiment bankarju jew permezz ta' karta ta' kreditu jew ta' debitu.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar it-tariffi tal-qorti u l-metodi ta' ħlas, kif ukoll dwar l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet kompetenti biex jagħtu għajnuna prattika fl-Istati Membri ssir aktar trasparenti u faċilment disponibbli mill-internet. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tiżgura li din tkun disponibbli għall-pubbliku u mxerrda fuq firxa wiesgħa permezz ta' kwalunkwe mezz adatt, b'mod partikolari permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
Artikolu 14
Prinċipju ta' “min jitlef iħallas”
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti telliefa ġġarrab l-ispejjeż tal-proċedimenti, inkluża, iżda mhux limitata għal, kwalunkwe spiża li tirriżulta mill-fatt li l-parti l-oħra tkun ġiet irrappreżentata minn avukat jew professjonist legali ieħor, jew kwalunkwe spiża li tirriżulta min-notifika jew mit-traduzzjoni ta' dokumenti, li jkunu proporzjonati għall-valur tat-talba u li kellhom bilfors jiġġarbu.
2. Meta parti tirbaħ biss f'parti jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-qorti tista' tordna li l-ispejjeż jinqasmu b'mod ekwu jew li l-partijiet iġarrbu l-ispejjeż tagħhom stess.
3. Parti għandha ġġarrab kwalunkwe spiża mhux meħtieġa li hija tkun ikkawżat lill-qorti jew lil parti oħra, jew billi tkun qajmet kwistjonijiet bla bżonn jew inkella billi kienet litiguża b'mod mhux raġonevoli.
4. Il-qorti tista' taġġusta l-aġġudikazzjoni tal-ispejjeż tagħha sabiex dawn jirriflettu n-nuqqas mhux raġonevoli ta' kooperazzjoni jew il-parteċipazzjoni in mala fede fi sforzi intiżi għal soluzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 20.
Artikolu 15
Għajnuna legali
1. Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jkunu jistgħu jagħtu għajnuna legali lil parti.
2. L-għajnuna legali tista' tkopri, totalment jew parzjalment, l-ispejjeż li ġejjin:
|
(a) |
it-tariffi tal-qorti, permezz ta' tnaqqis totali jew parzjali jew skedar mill-ġdid; |
|
(b) |
l-ispejjeż ta' assistenza u rappreżentanza legali rigward:
|
|
(c) |
spejjeż neċessarji oħra relatati mal-proċedimenti li għandhom jiġġarrbu minn parti, inklużi l-ispejjeż ta' xhieda, esperti, interpreti u tradutturi u vvjaġġar, akkomodazzjoni u spejjeż tas-sussistenza meħtieġa ta' dik il-parti u r-rappreżentant tagħha; |
|
(d) |
l-ispejjeż mogħtija lill-parti li tirbaħ, fil-każ li r-rikorrent jitlef il-kawża f'konformità mal-Artikolu 14. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika li tkun ċittadina tal-Unjoni Ewropea jew ta' pajjiż terz li jkollha r-residenza legali tagħha fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jkollha d-dritt tapplika għall-għajnuna legali meta:
|
(a) |
minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħha, din ma tkunx tista' tkopri, totalment jew parzjalment, l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; u |
|
(b) |
il-kawża li għaliha tkun qed issir applikazzjoni għall-għajnuna legali jkollha prospett raġonevoli ta' suċċess, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni proċedurali tal-applikant; u |
|
(c) |
ir-rikorrent li japplika għall-għajnuna legali għandu d-dritt jieħu azzjonijiet legali skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti. |
4. Il-persuni ġuridiċi għandhom dritt japplikaw għall-għajnuna legali fil-forma ta' eżenzjoni mill-ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż tal-proċedimenti u/jew l-assistenza ta' avukat. Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar jekk jagħtux jew le tali għajnuna, il-qrati jistgħu jikkunsidraw, inter alia:
|
(a) |
il-forma tal-persuna ġuridika inkwistjoni u jekk hijiex bi skop ta' profitt jew le; |
|
(b) |
il-kapaċità finanzjarja tas-soċji jew tal-azzjonisti; |
|
(c) |
il-ħila ta' dawk is-soċji jew azzjonisti li jiksbu l-ammonti neċessarji biex jieħdu azzjoni legali. |
5. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-persuni ġuridiċi jiġu infurmati dwar il-proċedura biex tintalab għajnuna legali taħt il-paragrafi (1) sa (4), bil-ħsieb li jagħmluha effettiva u aċċessibbli.
6. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/8/KE.
Artikolu 16
Finanzjament
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'każijiet fejn azzjoni legali tkun iffinanzjata minn parti terza privata, il-parti terza privata m'għandhiex:
|
(a) |
tipprova tinfluwenza d-deċiżjonijiet proċedurali tal-parti rikorrenti, inkluż dwar soluzzjonijiet; |
|
(b) |
tipprovdi finanzjament għal azzjoni kontra konvenut li jkun kompetitur ta' min jipprovdi l-fondi jew kontra konvenut li minnu jkun jiddependi min jipprovdi l-fondi; |
|
(c) |
titlob interessi eċċessivi fuq il-fondi pprovduti. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal każijiet ta' finanzjament ta' azzjonijiet legali mingħand parti terza, ir-remunerazzjoni mogħtija jew l-interess li jittieħed minn min jipprovdi l-fondi m'għandhomx ikunu bbażati fuq l-ammont tas-saldu milħuq jew fuq il-kumpens mogħti, sakemm dak l-arranġament ta' finanzjament ma jkunx irregolat minn awtorità pubblika li tiggarantixxi l-interessi tal-partijiet.
Ir-Raba' Taqsima:
Proċedimenti ġusti
Artikolu 17
Notifika ta' dokumenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintużaw metodi li jiggarantixxu, bħala kwistjoni ta' prinċipju, il-konferma tal-wasla tad-dokumenti nnotifikati.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti li jistitwixxu l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti u kwalunkwe taħrika quddiem il-qorti jkunu jistgħu jiġu nnotifikati f'konformità mal-liġi nazzjonali permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
(a) |
notifika minn persuna; |
|
(b) |
notifika postali; |
|
(c) |
notifika permezz ta' mezzi elettroniċi, bħal faks jew posta elettronika. |
In-notifika għandha tkun iċċertifikata b'konferma tal-wasla, bid-data tal-wasla inkluża, li għandha tiġi ffirmata mid-destinatarju.
Għall-fini ta' notifika b'mezzi elettroniċi skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandhom jintużaw standards tekniċi għoljin b'mod xieraq li jiggarantixxu l-identità ta' min ikun qed jibgħat u t-trażmissjoni sikuri tad-dokumenti nnotifikati.
Dawn id-dokumenti jistgħu wkoll jiġu nnotifikati bl-idejn permezz ta' dokument iffirmat mill-persuna kompetenti li wettaq is-servizz, li jispeċifika li d-destinatarju jkun irċieva d-dokumenti jew ikun irrifjutahom mingħajr ebda ġustifikazzjoni legali, u d-data tan-notifika.
3. Jekk in-notifika f'konformità mal-paragrafu 2 ma tkunx possibbli, u meta l-indirizz tal-konvenut ikun magħruf b'ċertezza, in-notifika tista' jsir permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
(a) |
minn persuna fl-indirizz personali tal-konvenut, lil persuni li joqogħdu fl-istess dar bħall-konvenut jew li jkunu impjegati hemm; |
|
(b) |
f'każ ta' konvenut li jaħdem għal rasu jew persuna ġuridika, servizz minn persuna fis-sit kummerċjali tal-konvenut, lil persuni li jkunu impjegati mill-konvenut; |
|
(c) |
depożitu tad-dokumenti fil-kaxxa postali tal-konvenut; |
|
(d) |
depożitu tad-dokumenti f'uffiċċju tal-posta jew ma' awtoritajiet pubbliċi kompetenti u t-tqegħid ta' notifika bil-miktub ta' dak id-depożitu fil-kaxxa postali tal-konvenut, dment li n-notifika bil-miktub tiddikjara b'mod ċar in-natura ġudizzjarja tad-dokumenti jew il-fatt li tali notifika għandha l-effikaċja legali tan-notifika u li tibda tiddekorri ż-żmien għall-finijiet tal-limiti ta' żmien; |
|
(e) |
notifika postali mingħajr prova skont il-paragrafu 4 meta l-indirizz tal-konvenut ikun fl-Istat Membru ta' oriġini; |
|
(f) |
mezzi elettroniċi attestati b'konferma awtomatika tal-wasla, dment li l-konvenut ikun aċċetta b'mod espress dan il-metodu ta' servizz minn qabel. |
In-notifika skont il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun attestata permezz ta':
|
(a) |
dokument iffirmat mill-persuna kompetenti li tkun wettqet in-notifika, li jindika dawn kollha li ġejjin:
|
|
(b) |
konferma tal-wasla mill-persuna nnotifikata, għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. |
4. In-notifika skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu tista' wkoll issir lir-rappreżentant awtorizzat jew legali tal-konvenut.
5. Meta d-dokumenti li jagħtu bidu għall-proċedimenti jew dokumenti ekwivalenti jew kwalunkwe taħrika jridu jiġu nnotifikati barra mill-Istati Membri, dawn jistgħu jiġu nnotifikati bi kwalunkwe metodu previst:
|
(a) |
mir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), fejn japplika, fir-rispett tad-drittijiet tad-destinatarju mogħtija mir-Regolament; jew |
|
(b) |
Il-Konvenzjoni ta' The Hague tal-15 ta' Novembru 1965 dwar in-Notifika Barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extra-Ġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali jew kwalunkwe konvenzjoni jew ftehim, li fihom din tapplika. |
Artikolu 18
Dritt għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti ċivili
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet fi proċedimenti ċivili jkollhom id-dritt għas-servizzi ta' avukat tal-għażla tagħhom b'tali mod li jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod prattiku u effettiv.
F'tilwim transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet għal proċedimenti ċivili jkollhom id-dritt għas-servizzi ta' avukat fl-Istat ta' Oriġini tagħhom għal parir preliminari, u ieħor fl-Istat Ospitanti biex iwettaq il-proċedura ta' tilwim.
2. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn il-partijiet f'kawża u l-avukat tagħhom. Tali komunikazzjoni għandha tinkludi l-laqgħat, il-korrispondenza, il-konversazzjoni telefonika u forom oħra ta' komunikazzjoni permessi skont id-dritt nazzjonali.
3. Mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali li jeħtieġ il-preżenza jew l-assistenza obbligatorja ta' avukat, il-partijiet għall-proċedimenti ċivili jistgħu jirrinunzjaw dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn:
|
(a) |
il-partijiet ikunu ngħataw, bil-miktub jew verbalment, informazzjoni ċara u suffiċjenti b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem dwar il-konsegwenzi possibbli tar-rinunzja tiegħu; u |
|
(b) |
ir-rinunzja tingħata volontarjament u b'mod inekwivoku. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet ikunu jistgħu jirrevokaw ir-rinunzja sussegwentement fi kwalunkwe stadju matul il-proċedimenti ċivili u li huma jiġu infurmati b'dik il-possibilità.
4. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rappreżentazzjoni legali previsti fir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 u r-Regolament (UE) Nru 655/2014.
Artikolu 19
Aċċess għall-informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu liċ-ċittadini b'informazzjoni trasparenti u faċilment disponibbli dwar il-bidu ta' diversi proċeduri, il-perjodi ta' limitazzjoni jew preskrizzjoni, il-qrati kompetenti biex jisimgħu tilwim differenti, u l-formoli neċessarji li jkunu jridu jimtlew għal dak l-iskop. Xejn f'dan l-Artikolu ma jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu assistenza legali fil-forma ta' valutazzjoni legali ta' każ speċifiku.
Artikolu 20
Interpretazzjoni u traduzzjoni ta' dokumenti essenzjali
L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li kull parti f'tilwima għandha fehim sħiħ tal-proċedimenti legali. Dan l-għan jinkludi d-disponibbiltà ta' interpretazzjoni matul il-proċedimenti ċivili u traduzzjoni bil-miktub tad-dokumenti essenzjali kollha sabiex tiġi salvagwardjata l-ekwità tal-proċedimenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 21
Obbligi tal-partijiet u tar-rappreżentanti tagħhom
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet f'kawża u r-rappreżentanti tagħhom jaġixxu in bona fede u b'rispett fil-konfront tal-qorti u l-partijiet oħra u ma jirrappreżentawx b'mod żbaljat il-kważi jew il-fatti quddiem il-qrati kemm b'mod intenzjonali kif ukoll b'motivi raġonevoli li huma konxji dwar dan.
Artikolu 22
Proċedimenti pubbliċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedimenti jkunu miftuħin għall-pubbliku sakemm il-Qorti ma tiddeċidix, sa fejn huwa meħtieġ, li tagħmilhom kunfidenzjali fl-interess ta' waħda mill-partijiet jew persuni oħrajn affettwati, jew fl-interess ġenerali tal-ġustizzja jew l-ordni pubbliku.
Artikolu 23
Indipendenza ġuridika u imparzjalità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati u t-tribunali u l-imħallfin tagħhom igawdu indipendenza ġuddizzjarja. Il-kompożizzjoni tal-qrati u t-tribunali għandha toffri garanziji suffiċjenti sabiex teskludi kwalunkwe dubju leġittimu dwar l-imparzjalità.
2. Fit-twettiq ta' dmirijiethom, l-imħallfin m'għandhom ikunu marbutin b'ebda istruzzjoni u għandhom ikunu ħielsa minn kull influwenza jew pressjoni u minn kwalunkwe preġudizzju jew inklinazzjoni personali f'xi każ partikolari.
Artikolu 24
Taħriġ
1. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġudikatura, l-iskejjel ġudizzjarji u l-professjonijiet legali jagħtu spinta lill-iskemi ta' taħriġ ġudizzjarju tagħhom biex jiżguraw li d-dritt u l-proċeduri tal-Unjoni huma integrati f'attivitajiet ta' taħriġ nazzjonali.
2. L-iskemi ta' taħriġ għandhom jiġu orjentati lejn il-prattika, ikunu rilevanti għall-prattikanti fix-xogħol ta' kuljum, isiru fuq perjodi qosra u jużaw metodi ta' tagħlim moderni u attivi u għandhom jinkludi possibbiltajiet ta' taħriġ inizjali u kontinwu. L-iskemi ta' taħriġ għandhom jiffukaw b'mod partikolari fuq:
|
(a) |
il-kisba ta' biżżejjed għarfien tal-istrumenti tal-Unjoni għall-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-iżvilupp tal-kapaċità riflessiva sabiex isir riferiment b'mod regolari għall-ġurisprudenza tal-Unjoni, sabiex tiġi vverifikata t-traspożizzjoni nazzjonali u jsir rikors għall-proċedura għal deċiżjonijiet preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
|
(b) |
it-tixrid ta' għarfien u esperjenza fid-dritt u l-proċeduri tal-Unjoni u f'sistemi ġuridiċi oħra; |
|
(c) |
il-faċilitazzjoni ta' skambji fuq terminu qasir ta' mħallfin ġodda; |
|
(d) |
il-ħakma ta' lsien barrani u tat-terminoloġija ġuridika tiegħu; |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa' … [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 26
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi kemm ta' informazzjoni kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tevalwa l-impatt tagħha fuq l-aċċess għall-ġustizzja, fuq id-dritt fundamentali għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, fuq il-kooperazzjoni f'materji ċivili u fuq il-funzjonament tas-suq uniku, fuq l-SMEs, fuq il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u fuq il-fiduċja tal-konsumatur. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi biex jadattaw u jsaħħu din id-Direttiva.
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 28
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri b'mod konformi mat-Trattati.
Magħmul fi, [data]
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).
(2) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi proċedura għal Ordni Ewropea tal-preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 59).
(4) Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41).
(5) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(6) Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill “Promozzjoni tal-użu u l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-vidjokonferenzi transkonfinali fil-qasam tal-ġustizzja fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE” (ĠU C 250, 31.7.2015, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 15).
(9) Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1).
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/60 |
P8_TA(2017)0287
Ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji (2016/2272(INI))
(2018/C 334/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 191, 192 u 193 tat-TFUE, u r-referenza għall-għan li jiġi żgurat użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli Pjan ta' Azzjoni (COM(2008)0397), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019 tal-Kummissjoni (COM(2016)0773), speċjalment l-objettiv li jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi għall-prodott u aktar orizzontali f'oqsma bħas-sostenibbiltà, il-potenzjal li prodott jissewwa, it-titjib fil-kwalità, id-disinn għaż-żarmar u l-faċilità ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (3) (is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2013 dwar is-suġġett “Favur konsum aktar sostenibbli: it-tul tal-ħajja tal-prodotti industrijali u t-tiġdid tal-fiduċja permezz tal-informazzjoni tal-konsumaturi” (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bit-titolu “Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020” (COM(2011)0021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi” (COM(2011)0571), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2013 bit-titolu “Nibnu s-Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi: Niffaċilitaw tagħrif aħjar dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet” (COM(2013)0196), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2014 bit-titolu “Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa” (COM(2014)0398), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari” (COM(2015)0614) u l-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, li jinkludi b'mod partikolari r-reviżjoni tad-direttivi dwar l-iskart (id-Direttiva 2008/98/KE, “id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart”), dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (id-Direttiva 94/62/KE), dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (id-Direttiva 1999/31/KE), dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (id-Direttiva 2000/53/KE) dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi (id-Direttiva 2006/66/KE) u dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (id-Direttiva 2012/19/UE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titolu “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli. Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà” (COM(2016)0739), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2015 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti (COM(2015)0635), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-BEUC tat-18 ta' Awwissu 2015 bit-titolu “Durable goods: More sustainable products, better consumer rights. Consumer expectations from the EU’s resource efficiency and circular economy agenda” (Oġġetti sostenibbli: prodotti aktar sostenibbli, drittijiet aħjar tal-konsumatur. L-aspettattivi tal-konsumatur mill-effiċjenza tar-riżorsi u l-aġenda tal-ekonomija ċirkolari tal-UE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2016 bit-titolu “The influence of lifespan labelling on consumers” (L-influwenza tat-tikkettar dwar il-ħajja ta' prodott fuq il-konsumaturi), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mwettaq f'Lulju 2016, fuq talba tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Parlament Ewropew, bit-titolu “A longer life time for products: benefits for consumers and companies” (Ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sinteżi taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi tat-18 ta' April 2016 bit-titolu “Planned obsolescence or by-products of consumer society” (L-obsolexxenza ppjanata jew il-prodotti sekondarji tas-soċjetà tal-konsumaturi), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istandard Awstrijak ONR 192102 bit-titolu “Label of excellence for durable, repair-friendly designed electrical and electronic appliances” (Tikketta ta' eċċellenza għal apparat elettriku u elettroniku ddisinjat biex ikun sostenibbli u faċli li jissewwa), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0214/2017), |
|
A. |
billi l-Pjan ta' Ħidma dwar l-Ekodisinn tal-Kummissjoni għall-2016-2019 jinkludi referenza għall-ekonomija ċirkolari u għall-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi ta' sostenibbiltà u ta' riċiklabbiltà; |
|
B. |
billi l-adozzjoni ta' opinjoni dwar il-ħajja tal-prodotti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) turi l-interess li l-atturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili għandhom f'dan is-suġġett; |
|
C. |
billi jrid jinkiseb bilanċ bejn l-estensjoni tal-ħajja tal-prodotti u l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp; |
|
D. |
billi l-istudju kkummissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur juri li huma meħtieġa miżuri politiċi fuq bażi wiesgħa biex tiġi promossa ħajja itwal għall-prodotti; |
|
E. |
billi jikkoeżistu diversi mudelli ekonomiċi u kummerċjali, fosthom il-mudell ekonomiku bbażat fuq l-użu li permezz tiegħu jistgħu jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi għall-ambjent; |
|
F. |
billi hemm il-ħtieġa li tiġi promossa ħajja itwal tal-prodotti, b'mod partikolari billi tiġi indirizzata l-obsolexxenza programmata; |
|
G. |
billi jenħtieġ li jiġi appoġġjat is-settur Ewropew tat-tiswija, li jinkludi l-aktar l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju; |
|
H. |
billi armonizzazzjoni akbar tal-arranġamenti għall-użu mill-ġdid tal-prodotti ser tagħti spinta lill-ekonomija lokali u lis-suq intern billi toħloq impjiegi ġodda u tistimola d-domanda għall-prodotti użati; |
|
I. |
billi hemm il-ħtieġa, kemm ekonomika kif ukoll ambjentali, li tiġi ppreservata l-materja prima u li titnaqqas il-produzzjoni tal-iskart, aspetti li l-kunċett tar-responsabbiltà estiża tal-produttur ipprova jqis; |
|
J. |
billi, skont stħarriġ tal-Ewrobarometru mwettaq f'Ġunju 2014, 77 % tal-konsumaturi fl-UE esprimew ix-xewqa li jippruvaw isewwu l-oġġetti mkissrin tagħhom pjuttost milli jixtru oħrajn ġodda; billi l-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi dwar is-sostenibbiltà tal-prodott u l-potenzjal li jissewwa għad trid tittejjeb; |
|
K. |
billi prodotti affidabbli u sostenibbli jipprovdu valur għall-flus lill-konsumaturi u jipprevjenu l-użu żejjed ta' riżorsi u skart; billi għalhekk huwa importanti li l-ħajja utli tal-prodotti għall-konsumatur tiġi estiża permezz tad-disinn maħsub biex jiżgura s-sostenibbiltà, il-potenzjal ta' tiswija, it-titjib tal-kwalità, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tal-prodotti; |
|
L. |
billi t-tnaqqis fil-fiduċja tal-konsumaturi lejn il-kwalità tal-prodotti tikkawża ħsara lill-kumpaniji Ewropej; billi l-garanzija legali ta' 24 xahar hija l-livell minimu attwalment fis-seħħ fl-UE kollha u wħud mill-Istati Membri stabbilixxew dispożizzjonijiet aktar protettivi għall-konsumaturi skont id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom; |
|
M. |
billi jenħtieġ li jiġi rrispettat id-dritt tal-konsumaturi li jagħżlu skont id-diversi ħtiġijiet, aspettattivi u preferenzi tagħhom; |
|
N. |
billi, minkejja li l-istudju tal-KESE ta' Marzu 2016 jistabbilixxi rabta pożittiva bejn it-tikkettar dwar il-ħajja tal-prodott u l-imġiba tal-konsumaturi, il-konsumaturi mhumiex qed jiġu infurmati sew dwar il-ħajja tal-prodotti; |
|
O. |
billi l-ħajja ta' prodott u l-mod kif jiqdiem huma determinati minn diversi fatturi naturali jew artifiċjali, bħal pereżempju l-kompożizzjoni, il-funzjonalità, l-ispiża tat-tiswija u x-xejriet tal-konsum; |
|
P. |
billi jenħtieġ li t-tiswijiet u l-parts tal-bdil isiru aċċessibbli aktar faċilment; |
|
Q. |
billi, apparti ħajja twila, il-livell tal-kwalità ta' prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu huwa fundamentali għall-kontribuzzjoni li jagħmel għall-protezzjoni tar-riżorsi; |
|
R. |
billi kien hemm żieda fin-numru ta' inizjattivi nazzjonali biex tissolva l-problema tal-obsolexxenza prematura tal-oġġetti u s-softwer; billi hemm bżonn li tiġi żviluppata strateġija komuni għas-suq uniku f'dan ir-rigward; |
|
S. |
billi l-ħajja tal-midja diġitali hija kruċjali għall-ħajja tal-apparat elettroniku; billi, peress li s-softwer qed isir obsolet dejjem aktar malajr, huwa neċessarju li l-apparat elettroniku jadatta sabiex jibqa' kompetittiv fis-suq; |
|
T. |
billi l-prodotti b'difetti interni, iddisinjati biex jinkisru u fl-aħħar jieqfu kompletament milli jaħdmu wara li jkunu ntużaw għal ċertu numru ta' drabi, iservu biss biex joħolqu l-isfiduċja tal-konsumaturi u jenħtieġ li ma jiġux aċċettati fis-suq; |
|
U. |
billi, skont id-data tal-Ewrobarometru, 90 % taċ-ċittadini jemmnu li l-prodotti jenħtieġ li jiġu ttikkettati b'mod ċar biex tiġi indikata l-ħajja utli tagħhom; |
|
V. |
billi l-atturi ekonomiċi kollha jistgħu jibbenefikaw minn prodotti b'ħajja itwal, inklużi l-SMEs; |
|
W. |
billi s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali jitlob miżuri speċifiċi li jtejbu s-sostenibbiltà, il-potenzjal ta' tiswija u l-użu mill-ġdid u l-estensjoni tal-ħajja tal-prodotti; |
|
X. |
billi r-responsabbiltà estiża tal-produttur tiżvolġi rwol importanti f'dan ir-rigward; |
|
Y. |
billi l-kisba ta' mudell tal-ekonomija ċirkolari teħtieġ l-involviment ta' dawk li jieħdu deċiżjonijiet politiċi, iċ-ċittadini u n-negozji, u timplika bidliet mhux biss fid-disinn u fil-bejgħ tal-prodotti u s-servizzi, iżda wkoll fil-mentalità u l-aspettattivi tal-konsumaturi u fl-attività tan-negozju, bil-ħolqien ta' swieq ġodda li jirreaġixxu għall-bidliet fix-xejriet tal-konsum, li jevolvu lejn l-użu, l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni ta' prodotti, b'tali mod li jgħinu biex jestendu l-ħajja utli tagħhom u biex jinħolqu prodotti kompetittivi, dejjiema u sostenibbli; |
|
Z. |
billi f'ħafna lampi l-bozoz ma jistgħux jiġu sostitwiti, u dan jista' jwassal għal problemi jekk bozza tieqaf tiffunzjona, jekk bozoz ġodda aktar effiċjenti jitqiegħdu fis-suq jew jekk il-preferenza tal-konsumatur, pereżempju fir-rigward tal-kulur li joħroġ mid-dawl, tinbidel, minħabba li l-lampa kollha jkollha tiġi sostitwita; |
|
AA. |
billi jenħtieġ li l-bozoz LED idealment ikunu elementi li jistgħu jinbidlu u li ma jkunux insostitwibbli; |
|
AB. |
billi, waqt li l-ekonomija ċirkolari tiżviluppa, iridu jittieħdu passi ulterjuri li jinkoraġġixxu l-potenzjal ta' tiswija, l-adattabbiltà, it-titjib tal-kwalità, is-sostenibbiltà u r-riċiklabbiltà tal-prodotti sabiex jiġu estiżi l-ħajjiet u l-ħajja utli tal-prodotti u/jew il-komponenti tagħhom; |
|
AC. |
billi diversità akbar tal-prodott, ċikli ta' innovazzjoni aktar qosra u xejriet li kostantement jinbidlu qed iżidu l-frekwenza li biha prodotti ġodda qed jinxtraw, u għalhekk inaqqsu l-ħajja utli tal-prodott; |
|
AD. |
billi qed jiġi offrut potenzjal akbar bit-tiswija, bi prodotti diġà użati u b'settur tal-iskambju, jiġifieri s-settur li qed jaħdem bil-għan li jestendi l-ħajja tal-prodott; |
|
AE. |
billi jenħtieġ li jinstab bilanċ bejn l-għan li tiġi estiża l-ħajja ta' prodott u s-salvagwardja tal-ambjent li għadu joffri inċentivi għall-innovazzjoni u għal żvilupp ulterjuri; |
Id-disinn ta' prodotti robusti, sostenibbli u ta' kwalità għolja
|
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ, jekk ikun prattiku, l-istabbiliment ta' kriterji minimi ta' reżistenza li jkopru, fost l-oħrajn, ir-robustezza tal-prodott, il-possibbiltà li jissewwa u t-titjib tal-kwalità tiegħu, għal kull kategorija ta' prodott mill-istadju tad-disinn 'il quddiem, iffaċilitati mill-istandards żviluppati mit-tliet Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (ESOs) kollha (CEN, CENELEC u ETSI); |
|
2. |
Jenfasizza li jrid jinstab bilanċ bejn l-estensjoni tal-ħajja tal-prodotti, il-konverżjoni tal-iskart f'riżorsi (materja prima sekondarja), is-simbjożi industrijali, l-innovazzjoni, id-domanda tal-konsumatur, il-protezzjoni ambjentali u l-politiki tat-tkabbir fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-prodott, u jqis li l-iżvilupp ta' prodotti li dejjem aktar qed ikunu effiċjenti fl-użu tar-riżorsi ma jridx jinkoraġġixxi ħajja iqsar jew ir-rimi prematur tal-prodotti; |
|
3. |
Jirrimarka li kwistjonijiet bħas-sostenibbiltà tal-prodott, garanziji estiżi, id-disponibbiltà ta' parts tal-bdil, il-faċilità tat-tiswija u l-interkambjabbiltà tal-komponenti jenħtieġ li jkunu parti minn offerta kummerċjali ta' manifattur u jwieġbu d-diversi ħtiġijiet, aspettattivi u preferenzi tal-konsumaturi, u huma aspett importanti tal-kompetizzjoni ħielsa tas-suq; |
|
4. |
Jinnota r-rwol ta' strateġiji kummerċjali bħall-kiri tal-prodotti, fid-disinn ta' prodotti sostenibbli, fejn il-kumpaniji tal-kiri jżommu s-sjieda tal-unitajiet tal-kiri u jkollhom inċentiva biex jerġgħu jirreklamaw il-prodotti u jinvestu f'disinn ta' prodotti aktar sostenibbli, li jirriżultaw f'volum aktar baxx ta' produzzjoni ġdida u ta' rimi ta' prodotti; |
|
5. |
Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-reviżjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari li temenda d-Direttiva dwar l-Iskart, li saħħet il-prinċipju tar-responsabbiltà estiża tal-produttur u għaldaqstant ħolqot inċentivi għal disinn tal-prodott aktar sostenibbli; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-produtturi ta' disinni modulari li jistgħu jiżżarmaw u jiġu interskambjati faċilment; |
|
7. |
Jiddikjara li t-tfittxija għal prodotti sostenibbli u li jistgħu jissewwew għandha timxi id f'id mal-objettiv tas-sostenibbiltà permezz ta', pereżempju, l-użu ta' materjali favur l-ambjent; |
|
8. |
Jinnota bi tħassib l-ammont ta' skart elettroniku ġġenerat minn modems, routers u decoders/kaxxi set-top tat-TV meta l-konsumaturi jaqilbu għal fornitur ġdid tat-telekomunikazzjoni; ifakkar lill-konsumaturi u lill-fornituri tat-telekomunikazzjoni li skont ir-Regolament (UE) 2015/2120 il-konsumaturi diġà għandhom id-dritt li jużaw l-apparat terminali tal-għażla tagħhom meta jaqilbu għal fornitur ġdid tat-telekomunikazzjoni; |
Il-promozzjoni tal-potenzjal ta' tiswija u l-lonġevità
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-potenzjal ta' tiswija tal-prodotti;
|
|
10. |
Iqis li huwa ta' benefiċċju li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-parts tal-bdil essenzjali għall-funzjonament tajjeb u sikur tal-oġġetti:
|
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jesploraw inċentivi xierqa li jippromwovu prodotti sostenibbli u ta' kwalità għolja li jistgħu jissewwew, li jistimolaw it-tiswija u l-bejgħ ta' oġġetti użati, u jiżviluppaw taħriġ dwar it-tiswija; |
|
12. |
Jissottolinja l-importanza li tinżamm l-possibbiltà li tmur għand sewwej indipendenti, speċjalment billi ma jitħeġġux soluzzjonijiet tekniċi, ta' sikurezza jew tas-softwer li jimpedixxu li t-tiswija titwettaq barra minn ditti jew korpi approvati; |
|
13. |
Jitlob li jsiru sforzi biex jitħeġġeġ l-użu mill-ġdid ta' parts tal-bdil għas-suq tal-oġġetti użati; |
|
14. |
Jirrikonoxxi l-possibbiltà li jintuża l-istampar 3D sabiex jiġu pprovduti parts lill-professjonisti u lill-konsumaturi; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, is-salvagwardja tas-sikurezza tal-prodotti, tal-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur; |
|
15. |
Ifakkar li għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-ekonomija ċirkolari, id-disponibbiltà ta' komponenti standardizzati u modulari, id-disinn għaż-żarmar u għal prodotti ta' ħajja twila u l-proċessi ta' produzzjoni effiċjenti għandhom rwol importanti; |
Il-funzjonament ta' mudell ekonomiku orjentat lejn l-użu u l-appoġġ għall-SMEs u l-impjiegi fl-UE
|
16. |
Jenfasizza li l-bidla lejn mudelli ta' negozju bħal “prodotti bħala servizzi” għandha l-potenzjal li ttejjeb is-sostenibbiltà tal-produzzjoni u x-xejriet tal-konsum, dment li s-sistemi ta' produzzjoni-servizzi ma jirriżultawx f'ħajja mqassra tal-prodott, u jenfasizza li mudelli ta' negozju bħal dawn m'għandhomx jipprovdu opportunitajiet għall-evitar tat-taxxa; |
|
17. |
Jenfasizza li l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju ġodda, bħas-servizzi bbażati fuq l-internet, forom ġodda ta' kummerċjalizzazzjoni, ħwienet kbar li jbigħu biss oġġetti użati u d-disponibbiltà usa' ta' faċilitajiet ta' tiswija informali (cafes ta' tiswija, sessjonijiet ta' ħidma fejn persuni jagħmlu huma stess it-tiswijiet) jistgħu jgħinu biex jestendu l-ħajja tal-prodott u fl-istess ħin iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar il-prodotti u l-fiduċja fihom b'ħajja twila; |
|
18. |
Jistieden lill-Istati Membri:
|
|
19. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li d-dispożizzjoni dwar l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja tad-Direttiva 2014/24/UE titqies fl-akkwist pubbliku, u jżidu r-rata tal-użu mill-ġdid tat-tagħmir mixtri mill-awtoritajiet pubbliċi; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġjaw l-ekonomija kollaborattiva fil-politiki pubbliċi tagħhom, minħabba l-benefiċċji li tipprovdi fl-użu tar-riżorsi u l-kapaċità żejda, pereżempju fis-setturi tat-trasport u tal-akkomodazzjoni; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tas-sostenibbiltà tal-prodotti fil-kuntest tal-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw bis-sħiħ il-ġerarkija tal-iskart stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-UE (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (2008/98/KE)), u b'mod partikolari jżommu l-apparat elettriku u elettroniku sal-massimu tal-użu u l-valur tagħhom, u ma jqisuhomx bħala skart, pereżempju billi jagħtu aċċess għal punti ta' ġbir għal skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) lil persunal minn ċentri ta' użu mill-ġdid li jistgħu jagħmlu użu minn dawn l-oġġetti u l-komponenti tagħhom; |
|
23. |
Iqis li l-miżuri inklużi f'dan ir-riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati b'mod partikolari għall-SMEs u l-mikrointrapriżi, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, b'mod li jkun xieraq u proporzjonat għad-daqs u l-kapaċitajiet tal-SMEs u l-mikrointrapriżi, sabiex jiġi ppreservat l-iżvilupp tagħhom, u jitħeġġu l-impjiegi u t-taħriġ għall-professjonijiet ġodda fl-UE; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif is-sostitwibbiltà tal-bozoz LED tista' titħeġġeġ u tiġi ffaċilitata u tqis, minbarra l-miżuri tal-ekodisinn, approċċ anqas strett li jinvolvi, pereżempju, it-tikkettar, skemi ta' inċentiv, sejħa pubblika għall-offerti jew garanzija estiża jekk il-bozoz ma jistgħux jitneħħew; |
|
25. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu sorveljanza effikaċi tas-suq biex jiġi żgurat li kemm il-prodotti Ewropej kif ukoll dawk importati jkunu konformi mar-rekwiżiti fir-rigward tal-politika tal-prodott u l-ekodisinn; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jirrispettaw il-kompetenzi tagħhom; |
L-iżgurar ta' informazzjoni aħjar lill-konsumaturi
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-prodotti permezz:
|
|
28. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex:
|
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ skambji ta' informazzjoni regolari u strutturati kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-Unjoni kollha, bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u muniċipali; |
Miżuri dwar l-obsolexxenza ppjanata
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, prodotturi u partijiet ikkonċernati oħra, definizzjoni fil-livell tal-UE tal-obsolexxenza ppjanata għall-oġġetti tanġibbli u s-softwer; Jistieden, barra minn hekk, lill-Kumissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, biex teżamina l-possibbiltà li tiġi stabbilita sistema indipendenti li tista' tittestja u tidentifika l-obsolexxenza interna fi prodotti; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-informaturi jiġu legalment protetti aħjar u li jkun hemm miżuri dissważivi xierqa għall-produtturi; |
|
31. |
Jirreferi għar-rwol ta' pijunier ta' xi Stati Membri f'dan ir-rigward, bħall-inizjattiva tal-pajjiżi tal-Benelux biex jiġġieldu l-obsolexxenza ppjanata u biex jestendu t-tul ta' ħajja ta' apparat (elettriku) domestiku; jenfasizza l-importanza tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward; |
|
32. |
Jinnota li t-titjib tal-kwalità ta' prodotti jista' jnaqqas l-obsolexxenza ta' prodott kif ukoll l-impatti ambjentali u l-ispejjeż għall-utenti; |
It-tisħiħ tad-dritt għall-garanzija legali ta' konformità
|
33. |
Iqis li huwa essenzjali li l-konsumaturi jkunu infurmati aħjar dwar il-mod li bih tiffunzjona l-garanzija statutorja tal-konformità; jitlob li r-referenza għall-garanzija tidher miktuba b'mod sħiħ fuq il-fattura ta' xiri tal-prodott; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta inizjattivi u miżuri leġiżlattivi biex ittejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi:
|
|
35. |
Jitlob l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu ta' lmenti fil-livell tal-UE għall-każijiet fejn id-dritt għall-garanzija mhuwiex implimentat, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-istandards Ewropej mill-awtoritajiet rilevanti; |
|
36. |
Jirrimarka li jista' jiġi pprovdut inċentiv għad-disinn ta' prodott aktar sostenibbli bit-tisħiħ tal-prinċipju tar-responsabbiltà estiża tal-produttur u l-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi li jridu jiġu ssodisfati; |
Il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-obsolexxenza tas-softwer
|
37. |
Jitlob li jkun hemm trasparenza akbar dwar it-titjib fil-kwalità, aġġornamenti tas-sikurezza u s-sostenibbiltà, li kollha huma aspetti neċessarji għall-funzjonament tajjeb tas-softwer u l-hardwer; Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata kooperazzjoni akbar f'relazzjonijiet bejn negozju u ieħor; |
|
38. |
Iħeġġeġ it-trasparenza min-naħa tal-fornituri u l-manifatturi billi jistipulaw fuq il-kuntratti tal-prodotti l-perjodu minimu li għalih jiġu pprovduti aġġornamenti tas-sikurezza għal sistemi operattivi meta dawn ikunu disponibbli; jipproponi li tiġi stabbilita d-definizzjoni tal-perjodu raġonevoli ta' użu; barra minn hekk, jenfasizza l-ħtieġa li l-fornitur tal-oġġett, f'każijiet ta' sistemi operattivi integrati, jiżgura t-twassil ta' dawk l-aġġornamenti tas-sikurezza; jistieden lill-produtturi jipprovdu informazzjoni ċara lill-konsumaturi dwar il-kompatibbiltà tal-aġġornamenti tas-softwer ma' sistemi operattivi inkorporati; |
|
39. |
Jitlob li l-aġġornamenti essenzjali tas-softwer ikunu riversibbli u akkumpanjati minn informazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-funzjonament tal-apparat u li s-softwer essenzjali ġdid ikun kompatibbli mas-softwer tal-ġenerazzjoni preċedenti; |
|
40. |
Iħeġġeġ s-sostitwibbiltà tal-parts, inkluż il-proċessur, permezz ta' approċċ ta' standardizzazzjoni, sabiex il-prodotti jinżammu aġġornati; |
o
o o
|
41. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
(3) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/69 |
P8_TA(2017)0288
L-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju (2016/2239(INI))
(2018/C 334/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tad-9 ta' Diċembru 1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (Azzjoni rigward Theddid għall-Paċi, Ksur tal-Paċi u Atti ta' Aggressjoni), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-10 ta' Diċembru 1984, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, id-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni Abbażi tar-Reliġjon jew it-Twemmin, u l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà tal-31 ta' Ottubru 2000, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) tas-17 ta' Lulju 1998, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2002, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Emendi ta' Kampala għall-Istatut ta' Ruma, adottati mill-Konferenza ta' Reviżjoni f'Kampala, l-Uganda, f'Ġunju 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Analiżi għad-Delitti Atroċi, imfassal mill-Uffiċċju tal-Konsulenti Speċjali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidji u r-Responsabbiltà ta' Protezzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-15 ta' Marzu 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq fid-dawl tal-abbużi mwettqa mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante u minn gruppi assoċjati, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/71/L.48 ta' Diċembru 2016, li tistabbilixxi mekkaniżmu internazzjonali, imparzjali u indipendenti biex jassisti fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-persuni responsabbli għad-delitti l-aktar serji skont id-dritt internazzjonali li twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana minn Marzu 2011 (IIIM), |
|
— |
wara li kkunsidra l-inkjesta speċjali dwar l-avvenimenti f'Aleppo min-naħa tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, ippubblikata fl-1 ta' Marzu 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/443/PESK tal-11 ta' Ġunju 2001 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/494/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi network Ewropew ta' punti ta' kuntatt dwar persuni li huma responsabbli għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/JHA tat-8 ta' Mejju 2003 dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra (3); |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/PESK tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni tal-Konformità mad-Dritt Umanitarju Internazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas- Sigurta’ s biex isir progress fir-rigward tal-prinċipju ta' komplementarjetà (SWD(2013)0026), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-approċċ komprensiv tal-UE tat-12 ta' Mejju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tan-Netwerk tal-UE kontra l-Ġenoċidju biex tiġi miġġielda l-impunità għar-reat kriminali tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, adottata fit-30 ta' Ottubru 2014. |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2015 dwar l-appoġġ tal-UE għall-ġustizzja tranżizzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2016 dwar l-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tad-Da'esh, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-9 ta' Diċembru 2016 tal-VP/RGħ fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Kommemorazzjoni u d-Dinjità tal-Vittmi tad-Delitti tal-Ġenoċidju u tal-Prevenzjoni ta' dan id-Delitt, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar l-appoġġ tal-UE għall-QKI: naffaċċjaw l-isfidi u negħlbu d-diffikultajiet (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2014 dwar id-delitt tal-aggressjoni (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-ispostar tal-massa tat-tfal fin-Niġerja bħala riżultat tal-attakki tal-Boko Haram (9) u tas-17 ta' Lulju 2014 dwar in-Niġerja – attakki reċenti mill-Boko Haram (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar it-tħejjija għas-Summit Umanitarju Dinji: Sfidi u opportunitajiet għall-assistenza umanitarja (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta' Novembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (12), tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul (13), tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa “ISIS/Da'esh” (14), u tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar is-Sirja: is-sitwazzjoni f'Palmira u l-każ ta' Mazen Darwish (15), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0222/2017), |
|
A. |
billi d-delitt tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, magħrufa wkoll bħala “delitti atroċi”, huma l-aktar delitti serji kontra l-umanità u jirrappreżentaw kwistjoni ta' tħassib għall-komunità internazzjonali kollha; billi l-umanità tkexkxet quddiem dawn id-delitti; |
|
B. |
billi l-komunità internazzjonali għandha d-dmir li tevita li jseħħu delitti atroċi; billi, meta jseħħu, dawn id-delitti m'għandhomx jibqgħu bla kastig u jeħtieġ tiġi żgurata prosekuzzjoni effikaċi, ġusta u rapida fil-konfront tagħhom fil-livell nazzjonali jew internazzjonali u skont il-prinċipju ta' komplementarjetà; |
|
C. |
billi r-responsabbiltà, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-impunità jikkostitwixxu elementi essenzjali li jirfdu l-isforzi favur il-paċi u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, ir-rikonċiljazzjoni u r-rikostruzzjoni; |
|
D. |
billi rikonċiljazzjoni ġenwina tista' tkun ibbażata biss fuq il-verità u l-ġustizzja; |
|
E. |
billi l-vittmi ta' dan it-tip ta' delitti għandhom dritt għal rimedju u kumpens u billi r-rifuġjati li sfaw vittmi ta' delitti atroċi għandhom jirċievu appoġġ sħiħ mill-komunità internazzjonali; billi f'dan il-kuntest huwa importanti li tiġi adottata perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi billi jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali tan-nisa u l-bniet fil-kampijiet tar-rifuġjati, matul ir-ripatrijazzjoni u r-risistemazzjoni, fir-riabilitazzjoni u fir-rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitt; |
|
F. |
billi l-QKI tiżvolġi rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-impunità u biex jerġa' jkun hemm il-paċi u ssir ġustizzja mal-vittmi; |
|
G. |
billi s-sistema ta' kumpens għall-vittmi tad-delitti fil-kompetenza tal-Qorti tagħmel lill-QKI istituzzjoni ġudizzjarja unika fil-livell internazzjonali; |
|
H. |
billi l-adeżjoni universali mal-Istatut ta' Ruma hija essenzjali għall-effikaċja sħiħa tal-QKI; billi 124 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE, irratifikaw l-Istatut ta' Ruma tal-QKI; |
|
I. |
billi l-emendi ta' Kampala għall-Istatut ta' Ruma dwar id-delitt tal-aggressjoni, meqjus bħala l-aktar forma serja u perikoluża ta' użu illegali tal-forza, ġew ratifikati minn 34 pajjiż, biex b'hekk intlaħqu t-30 aċċettazzjoni meħtieġa għall-attivazzjoni tagħha u b'hekk l-Assemblea tal-Istati Partijiet ingħatat il-possibbiltà li tadotta, wara l-1 ta' Jannar 2017, l-attivazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti b'rabta mal-aggressjoni u abbażi tat-Trattat; |
|
J. |
billi, f'Novembru 2016, ir-Russja ddeċidiet li tirtira l-firma tagħha mill-Istatut ta' Ruma; billi, f'Ottubru 2016, anke l-Afrika t'Isfel, il-Gambja u l-Burundi ħabbru l-irtirar tagħhom; billi, fil-31 ta' Jannar 2017, l-Unjoni Afrikana (UA) adottat riżoluzzjoni mhux vinkolanti li tinkludi Strateġija għall-Irtirar mill-QKI u li tistieden lill-Istati Membri tal-UA jikkunsidraw li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħha; billi fi Frar u f'Marzu 2017 rispettivament, il-Gambja u l-Afrika t'Isfel innotifikaw id-deċiżjoni tagħhom li jirrevokaw l-irtirar mill-Istatut ta' Ruma; |
|
K. |
billi huwa importanti ħafna li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-Istati Partijiet għall-Istatut ta' Ruma u l-organizzazzjonijiet reġjonali, partikolarment f'sitwazzjonijiet fejn il-ġurisdizzjoni tal-QKI tkun qed tiġi kkontestata; |
|
L. |
billi l-QKI bħalissa qed twettaq investigazzjonijiet f'disa' pajjiżi (il-Georgia, il-Mali, il-Kosta tal-Avorju, il-Libja, il-Kenja, is-Sudan (id-Darfur), l-Uganda, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Repubblika Ċentru-Afrikana (żewġ investigazzjonijiet)); |
|
M. |
billi, f'konformità mal-prinċipju ta' komplementarjetà stabbilit fl-Istatut ta' Ruma, il-QKI taġixxi biss meta l-qrati nazzjonali ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jinvestigaw u jipproċedu fir-rigward ta' delitti atroċi, u għaldaqstant l-Istati Partijiet jibqa' jkollhom ir-responsabbiltà primarja li jressqu quddiem il-ġustizzja lill-allegati awturi tad-delitti l-aktar serji u ta' tħassib internazzjonali; |
|
N. |
billi, fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/443/PESK tal-11 ta' Ġunju 2001 dwar il-QKI, l-Istati Membri ddikjaraw li d-delitti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-QKI huma ta' tħassib għall-Istati Membri kollha, li huma determinati li jikkooperaw dwar il-prevenzjoni ta' dawn id-delitti u jtemmu l-impunità tal-awturi tagħhom; |
|
O. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha ilhom alleati leali tal-QKI sa mill-bidu nett tagħha, u joffru kontinwament appoġġ politiku, diplomatiku, finanzjarju u loġistiku, inkluża l-promozzjoni tal-universalità u d-difiża tal-integrità tas-sistema tal-Istatut ta' Ruma; |
|
P. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha wiegħdu lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA) l-appoġġ qawwi tagħhom għat-twaqqif ta' mekkaniżmu effikaċi għat-tisħiħ tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali; billi l-Parlament talab lill-VP/RGħ tirrapporta lura dwar l-objettivi u l-istrateġija mfassla sabiex titwettaq din il-wegħda; |
|
Q. |
billi, fil-gwerer li seħħew bejn l-1991 u l-1995, twettqu għadd kbir ta' delitti atroċi fit-territorju tal-pajjiżi li qabel kienu jiffurmaw parti mill-Jugoslavja; |
|
R. |
billi l-proċedimenti ġudizzjarji fil-konfront tal-awturi tad-delitti atroċi mwettqa fil-gwerer li seħħew bejn l-1991 u l-1995 fit-territorju tal-pajjiżi li qabel kienu jiffurmaw parti mill-Jugoslavja għaddejjin bil-mod ħafna; |
|
S. |
billi s-Sirja aderiet mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra fl-1955, u mal-Konvenzjoni kontra t-Tortura fl-2004; |
|
T. |
billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016, il-Parlament Ewropew fakkar li l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mwettqa mill-ISIS/Da'esh jinkludu l-ġenoċidju; |
|
U. |
billi diversi rapporti tan-NU, inklużi dawk tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju, tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar ir-Responsabbiltà ta' Protezzjoni, tar-Rapporteur Speċjali dwar il-Kwistjonijiet tal-Minoranzi, u tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll diversi NGOs, sostnew li l-atti mwettqa minn kull naħa jistgħu jikkostitwixxu delitti atroċi u li matul il-ġlieda għal Aleppo f'Diċembru 2016 twettqu reati tal-gwerra minn kull naħa; |
|
V. |
billi l-QKI ddikjarat li hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li twettqu delitti kontra l-umanità skont l-Artikolu 7 tal-Istatut, fosthom qtil u persekuzzjoni, min-naħa tal-Boko Haram fin-Niġerja; |
|
W. |
billi mijiet ta' eżekuzzjonijiet fil-Burundi minn April 2015 wasslu biex rapport tal-Investigazzjoni Indipendenti tan-NU dwar il-Burundi jikkonkludi li diversi persuni fil-Burundi għandhom jiġu mixlija b'allegati reati kontra l-umanità; |
|
X. |
billi diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, avukati u NGOs internazzjonali wissew li l-avvenimenti li seħħew fil-Burundi fi tmiem l-2016 jistgħu jikkostitwixxu ġenoċidju; |
|
Y. |
billi r-regoli internazzjonali dwar id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità huma vinkolanti anke fuq atturi mhux statali jew persuni li jaġixxu f'isem jew fil-qafas ta' organizzazzjonijiet mhux statali; billi dan għandu jiġi affermat mill-ġdid aktar u aktar illum, meta atturi mhux statali qed ikunu dejjem aktar preżenti fix-xenarji tal-gwerra u qed jippromwovu u jwettqu delitti serji bħal dawn; |
|
Z. |
billi, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-istati jistgħu jinżammu responsabbli wkoll għal ksur ta' obbligi skont it-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali li l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni fuqhom, inkluża l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984 u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tal-1948; |
|
AA. |
billi l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għandha l-kapaċità li tistabbilixxi r-responsabbiltà statali; |
|
AB. |
billi, bl-intenzjoni li jintimidaw u jumiljaw lill-għadu, l-istupru u l-vjolenza sesswali jintużaw mill-partijiet kollha f'kunflitt bħala tattika tal-gwerra; billi, barra minn hekk, il-vjolenza sessista u l-abbuż sesswali wkoll jiżdiedu b'mod drammatiku matul kunflitt; |
|
AC. |
billi l-vjolenza kontra n-nisa, kemm waqt kunflitt u kemm wara kunflitt, tista' titqies bħala kontinwazzjoni tad-diskriminazzjoni li n-nisa jgħaddu minnha fiż-żmien meta ma jkunx hemm kunflitt; billi l-kunflitt jaggrava x-xejriet diġà eżistenti ta' diskriminazzjoni sessista kif ukoll ir-relazzjonijiet ta' poter storikament inugwali bejn l-irġiel u n-nisa, u jpoġġi lin-nisa u lill-bniet f'riskju akbar ta' vjolenza sesswali, fiżika u psikoloġika; |
|
1. |
Ifakkar fl-impenn tal-UE li taġixxi fix-xena internazzjonali f'isem il-prinċipji li ispiraw il-ħolqien tagħha, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u favur il-prinċipji tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali; itenni, f'dan il-kuntest, li għandu jkun ta' importanza kbira għall-UE li tindirizza u żżomm responsabbli lill-awturi ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li jilħaq il-limitu ta' gravità ta' ġenoċidju u delitti kontra l-umanità u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li jilħaq il-livell ta' delitti tal-gwerra; |
|
2. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jużaw il-piż politiku kollu tagħhom biex jevitaw kwalunkwe att li jista' jitqies bħala delitt atroċi, jirrispondu b'mod effiċjenti u koordinat meta jseħħu delitti bħal dawn u jimmobilizzaw ir-riżorsi kollha meħtieġa biex iressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk kollha responsabbli, kif ukoll jgħinu lill-vittmi u jappoġġjaw il-proċessi ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni; |
Dwar il-ħtieġa li wieħed jiffoka fuq il-prevenzjoni ta' delitti atroċi
|
3. |
Iħeġġeġ lill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tal-1948, l-erba' Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984, u ftehimiet internazzjonali oħra rilevanti, inklużi l-Istati Membri tal-UE, jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jevitaw li jitwettqu delitti atroċi fit-territorju tagħhom, taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, kif impenjaw ruħhom li jagħmlu; jistieden lill-istati kollha li għadhom ma rratifikawx dawn il-Konvenzjonijiet sabiex jagħmlu dan; |
|
4. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-komunità internazzjonali tintensifika l-isforzi tagħha fil-monitoraġġ u tirrispondi għal kwalunkwe kunflitt jew kunflitt potenzjali li jista' jwassal għal xi att li jista' jiġi kkunsidrat bħala delitt atroċi; |
|
5. |
Jistieden lill-komunità internazzjonali toħloq strumenti li jistgħu jimminimizzaw l-intervall bejn it-twissija u r-reazzjoni, bħas-sistema ta' twissija bikrija tal-UE, sabiex jiġi evitat li jfeġġu, ifeġġu mill-ġdid u jeskalaw kunflitti vjolenti; |
|
6. |
Jitlob li l-UE żżid l-isforzi tagħha biex tiżviluppa approċċ koerenti u effiċjenti biex tidentifika u tirrispondi fil-ħin għal sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' kunflitt li jistgħu jwasslu għal delitti atroċi; jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza u l-ħtieġa tal-kondiviżjoni effikaċi tal-informazzjoni u tal-koordinazzjoni tal-azzjonijiet preventivi bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, inklużi d-delegazzjonijiet tal-UE, il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) u l-Istati Membri, flimkien mar-rappreżentanzi diplomatiċi tagħhom; jilqa', f'dan il-kuntest, l-inizjattiva l-ġdida tal-Kummissjoni dwar White Paper li għandha twassal għal azzjoni esterna tal-UE aktar effikaċi; jenfasizza l-importanza tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili ta' wara l-kunflitt fil-qafas tal-PSDK sabiex jgħinu fir-rikonċiljazzjoni f'pajjiżi terzi, speċjalment fejn seħħew delitti kontra l-umanità; |
|
7. |
Iqis li l-UE għandha tintegra fl-approċċ komprensiv tagħha għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni l-għodod meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta' kwalunkwe delitt atroċi fi stadju bikri; jiġbed l-attenzjoni, f'dan il-kuntest, għall-Qafas ta' Analiżi għal Delitti Atroċi, imfassal mill-Uffiċċju tal-Konsulenti Speċjali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidji u r-Responsabbiltà ta' Protezzjoni; iqis li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom dejjem jieħdu pożizzjoni soda f'każijiet fejn il-kriminalità tidher imminenti u għandhom jużaw l-istrumenti paċifiċi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, bħalma huma r-relazzjonijiet bilaterali, il-fora multilaterali u d-diplomazija pubblika; |
|
8. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ: tkompli l-kooperazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-UE, l-ambaxxati tal-Istati Membri u l-missjonijiet ċivili u militari, kif ukoll it-taħriġ tal-persunal tagħhom, fl-oqsma tad-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju u d-dritt kriminali, inkluża l-kapaċità li jidentifikaw sitwazzjonijiet potenzjali li jinvolvu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità, ġenoċidju u ksur gravi tad-dritt umanitarju internazzjonali, fost l-oħrajn permezz ta' skambji regolari mas-soċjetà ċivili lokali; tiżgura li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE jsostnu r-Responsabbiltà ta' Protezzjoni (R2P) kull meta jkun hemm bżonn u li l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem jitwessa' biex jinkludi kwistjonijiet marbuta mal-R2P; tkompli tappoġġja l-Punt Fokali tal-UE għall-R2P fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fil-kuntest tal-istrutturi u r-riżorsi eżistenti, inkarigat partikolarment mis-sensibilizzazzjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-R2P u mill-assigurazzjoni ta' informazzjoni f'waqtha dwar sitwazzjonijiet ta' tħassib bejn l-atturi kkonċernati kollha, filwaqt li tħeġġeġ ukoll it-twaqqif ta' punti fokali nazzjonali għall-R2P fl-Istati Membri; u li jiġu professjonalizzati u msaħħa ulterjorment id-diplomazija preventiva u l-medjazzjoni; |
|
9. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi u r-reġjuni f'riskju ta' kunflitt ikollhom forzi tas-sigurtà kapaċi u affidabbli; jitlob li jsiru sforzi ulterjuri mill-UE u l-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi għall-bini tal-kapaċità fis-settur tas-sigurtà, kif ukoll pjattaformi għall-promozzjoni ta' kultura ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-kostituzzjoni, kif ukoll ta' integrità u servizz pubbliku, fost il-forzi tas-sigurtà u militari lokali; |
|
10. |
Jenfasizza li l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-vjolenza u l-kunflitt, li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet paċifiċi u demokratiċi, u li jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-protezzjoni tan-nisa, iż-żgħażagħ u t-tfal, il-minoranzi u l-komunità LGBTI, flimkien mal-promozzjoni tad-djalogu interreliġjuż u interkulturali, huwa kruċjali għall-prevenzjoni ta' ġenoċidji u delitti kontra l-umanità; |
|
11. |
Jitlob li jiġu żviluppati, fil-livell internazzjonali, reġjonali u nazzjonali, programmi edukattivi u kulturali li jippromwovu għarfien tal-kawżi u l-konsegwenzi tad-delitti atroċi għall-umanità u li jqajmu kuxjenza dwar il-ħtieġa u l-importanza li titrawwem il-paċi, li jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u t-tolleranza interreliġjuża u li ssir prosekuzzjoni u investigazzjoni ta' kull delitt bħal dawn; jilqa', f'dan il-kuntest, l-organizzazzjoni tal-ewwel Jum annwali tal-UE kontra l-Impunità għall-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra; |
Dwar l-appoġġ għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra
|
12. |
Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-QKI, l-Istatut ta' Ruma, l-Uffiċċju tal-Prosekutur, is-setgħat proprio motu tal-Prosekutur u l-progress magħmul fil-ftuħ ta' investigazzjonijiet ġodda bħala mezz essenzjali fil-ġlieda kontra l-impunità għal delitti atroċi; |
|
13. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-laqgħa li saret fi Brussell fis-6 ta' Lulju 2016 bejn rappreżentanti tal-UE u tal-QKI bi tħejjija għat-2 laqgħa ta' diskussjoni bejn l-UE u l-QKI, li ppermettiet lill-persunal rilevanti tal-QKI u tal-istituzzjonijiet Ewropej jidentifikaw oqsma ta' interess komuni, jikkondividu informazzjoni dwar attivitajiet rilevanti u jiżguraw kooperazzjoni aħjar bejn l-UE u l-QKI; |
|
14. |
Itenni li ż-żamma tal-indipendenza tal-QKI hija kruċjali mhux biss għall-effikaċja sħiħa tagħha, iżda anke għall-promozzjoni tal-universalità tal-Istatut ta' Ruma, |
|
15. |
Iwissi li t-twettiq tal-ġustizzja ma jistax jistrieħ fuq bilanċ bejn il-ġustizzja u xi tip ta' kunsiderazzjoni politika, peress li bilanċ bħal dan ma jrawwimx l-isforzi ta' rikonċiljazzjoni iżda jnaqqashom; |
|
16. |
Itenni l-importanza kruċjali tal-adeżjoni universali mal-Istatut ta' Ruma tal-QKI; jistieden lill-istati li għadhom ma rratifikawx l-Istatut ta' Ruma, il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Qorti u l-emendi ta' Kampala għall-Istatut ta' Ruma sabiex jagħmlu dan u b'hekk jappoġġjaw ir-responsabbiltà u r-rikonċiljazzjoni bħala elementi ewlenin fil-prevenzjoni ta' atroċitajiet futuri; jerġa' jtenni, bl-istess mod, l-importanza kruċjali tal-integrità tal-Istatut ta' Ruma; |
|
17. |
Jinnota bl-akbar dispjaċir id-dikjarazzjonijiet reċenti ta' rtirar mill-Istatut ta' Ruma, li jirrappreżentaw sfida partikolarment f'dak li jirrigwarda l-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja u li għandhom jiġu kkundannati bla riżervi; jilqa' l-fatt li kemm il-Gambja kif ukoll l-Afrika t'Isfel irrevokaw in-notifiki ta' rtirar tagħhom; jistieden lill-pajjiż ikkonċernat l-ieħor jerġa' jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu; jistieden ukoll lill-UE tagħmel l-isforzi kollha meħtieġa, inkluż permezz ta' kooperazzjoni mal-Unjoni Afrikana, biex tiżgura li l-ebda pajjiż ma jirtira; jilqa' l-fatt li l-Assemblea tal-Istati Partijiet tal-QKI qablet li tikkunsidra l-emendi proposti għall-Istatut ta' Ruma sabiex jiġi indirizzat it-tħassib imqajjem mill-Unjoni Afrikana waqt is-summit speċjali tagħha; |
|
18. |
Jistieden lill-erba' stati firmatarji li infurmaw lis-Segretarju Ġenerali tan-NU li m'għadx għandhom il-ħsieb li jsiru partijiet għall-Istatut ta' Ruma jerġgħu jikkunsidraw id-deċiżjonijiet tagħhom; jinnota, barra minn hekk, li tlieta mill-membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU mhumiex partijiet għall-Istatut ta' Ruma; |
|
19. |
Jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Partijiet tal-QKI jżidu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-adeżjoni universali għall-QKI u l-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Qorti; iqis li l-Kummissjoni u s-SEAE, flimkien mal-Istati Membri, għandhom ikomplu jħeġġu lill-pajjiżi terzi jirratifikaw u jimplimentaw l-Istatut ta' Ruma u l-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Qorti, u għandhom iwettqu wkoll valutazzjoni tal-kisbiet tal-UE f'dan ir-rigward; |
|
20. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata kontribuzzjoni finanzjarja suffiċjenti biex il-Qorti tiffunzjona b'mod effikaċi, fl-għamla ta' kontribuzzjonijiet mill-Istati Partijiet jew permezz ta' mekkaniżmi ta' finanzjament tal-UE bħalma huma l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) jew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), b'attenzjoni partikolari għall-finanzjament għall-atturi tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq il-promozzjoni tas-sistema tal-ġustizzja kriminali internazzjonali u kwistjonijiet relatati mal-QKI; |
|
21. |
Jilqa' l-għajnuna imprezzabbli mogħtija lill-Qorti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; juri tħassib dwar rapporti ta' theddid u intimidazzjoni fil-konfront ta' ċerti organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jikkooperaw mal-Qorti; jitlob li tittieħed kull azzjoni meħtieġa biex jiġi żgurat ambjent sikur għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw u jikkooperaw mal-Qorti, u li jiġu indirizzati t-theddid u l-intimidazzjoni kollha fil-konfront tagħhom f'dan ir-rigward; |
|
22. |
Jieħu nota tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tat-12 ta' Lulju 2011 bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-QKI; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni sabiex jiġu identifikati l-oqsma fejn tista' tittejjeb l-effikaċja tal-azzjoni tal-UE, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-promozzjoni tal-integrità u l-indipendenza tal-Qorti; |
|
23. |
Iħeġġeġ lill-istati kollha li rratifikaw l-Istatut ta' Ruma sabiex jikkooperaw bis-sħiħ mal-QKI fl-isforzi tagħha biex tinvestiga u tressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli għal delitti internazzjonali serji, jirrispettaw l-awtorità tal-QKI u jimplimentaw bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tagħha; |
|
24. |
Iħeġġeġ b'mod qawwi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu użu mill-għodod politiċi u diplomatiċi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jappoġġaw il-kooperazzjoni effettiva mal-QKI, speċjalment fir-rigward tal-programmi ta' protezzjoni tax-xhieda u l-eżekuzzjoni tal-mandati ta' arrest pendenti, b'attenzjoni partikolari għat-13-il suspettat li għadhom maħruba; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Kunsill jaqblu dwar l-adozzjoni ta' miżuri konkreti biex iwieġbu għan-nuqqas ta' kooperazzjoni mal-QKI, minbarra d-dikjarazzjonijiet politiċi; |
|
25. |
Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jużaw kwalunkwe mezz fil-konfront ta' pajjiżi terzi, anke li jikkunsidraw sanzjonijiet – partikolarment fil-każ ta' pajjiżi b'sitwazzjonijiet taħt investigazzjoni mill-QKI u pajjiżi taħt eżami preliminari mill-QKI – sabiex isaħħu r-rieda politika tagħhom li jikkooperaw bis-sħiħ u jappoġġjaw il-kapaċità tagħhom li jiftħu proċedimenti fil-livell nazzjonali rigward delitti atroċi; jistieden ukoll lill-UE u l-Istati Membri tagħha joffru appoġġ sħiħ lil dawk il-pajjiżi sabiex jgħinuhom isiru konformi mar-rekwiżiti tal-QKI; jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw bis-sħiħ il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008; |
|
26. |
Iqis li l-vittmi ta' delitti atroċi għandhom jingħataw aċċess għal mezzi ta' rimedju u kumpens effikaċi u infurzabbli; jenfasizza r-rwol speċjali tal-vittmi u x-xhieda fil-proċedimenti quddiem il-Qorti u l-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi mmirati biex tiġi żgurata s-sigurtà u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom skont l-Istatut ta' Ruma; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jżommu d-drittijiet tal-vittmi fiċ-ċentru tal-azzjonijiet kollha fil-ġlieda kontra l-impunità u jipparteċipaw b'mod volontarju fil-Fond Fiduċjarju tal-QKI għall-Vittmi; |
|
27. |
Jistieden lis-SEAE jiżgura li r-responsabbiltà għad-delitti atroċi u l-appoġġ għall-QKI jiġu integrati fil-prijoritajiet tal-politika barranija tal-UE, inkluż permezz tal-proċess ta' tkabbir, billi titqies b'mod sistematiku l-ġlieda kontra l-impunità; jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-rwol importanti tal-membri parlamentari fil-promozzjoni tal-QKI u l-ġlieda kontra l-impunità, inkluż permezz tal-kooperazzjoni interparlamentari; |
|
28. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jiżguraw li l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-QKI jkunu inklużi fil-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali reġjonali rilevanti tal-UE (RSUE); itenni t-talba tiegħu lill-VP/RGħ biex taħtar RSUE għad-Dritt Umanitarju Internazzjonali u l-Ġustizzja Internazzjonali bil-mandat li jippromwovi, jintegra u jirrappreżenta l-impenn tal-UE fil-ġlieda kontra l-impunità u favur il-QKI fil-politiki barranin tal-UE; |
|
29. |
Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Parlament Ewropew fil-monitoraġġ tal-azzjoni tal-UE f'din il-kwistjoni; jilqa' l-inklużjoni ta' taqsima dwar il-QKI u l-ġlieda kontra l-impunità fir-rapport annwali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja, u jissuġġerixxi wkoll li l-Parlament ikollu rwol aktar proattiv billi jippromwovi u jintegra l-QKI u l-ġlieda kontra l-impunità fil-politiki u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, b'mod partikolari fil-ħidma tal-kumitati responsabbli mill-politiki esterni tal-Unjoni u d-delegazzjonijiet inkarigati mir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi; |
|
30. |
Jenfasizza li l-prinċipju tal-komplementarjetà tal-QKI jinvolvi r-responsabbiltà primarja tal-Istati Partijiet tagħha fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti atroċi; juri t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li mhux l-Istati Membri kollha tal-UE għandhom leġiżlazzjoni li tiddefinixxi dawk id-delitti, skont id-dritt nazzjonali, li l-qrati tagħhom għandhom ġurisdizzjoni fuqhom; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu użu sħiħ mill-għodda magħrufa bħala “Immexxu 'l quddiem il-prinċipju ta' komplementarjetà”; |
|
31. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jemendaw l-Artikolu 83 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'tali mod li d-delitti atroċi jiżdiedu mal-lista ta' delitti li l-UE għandha kompetenza fuqhom; |
|
32. |
Iħeġġeġ b'mod qawwi lill-UE tipprepara u tipprovdi riżorsi għat-tħejjija ta' Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġlieda kontra l-Impunità fl-Ewropa għal delitti li jaqgħu taħt id-dritt internazzjonali, b'punti ta' riferiment ċari għall-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri bil-għan li jissaħħu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet fil-livell nazzjonali fir-rigward ta' ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra; |
|
33. |
Ifakkar li l-istati, inklużi l-Istati Membri tal-UE, jistgħu individwalment iressqu proċedimenti kontra stati oħra quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar ksur fil-livell statali ta' obbligi li jirriżultaw minn trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984 u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tal-1948; |
|
34. |
Ifakkar il-kundanna qawwija tiegħu għall-atroċitajiet kommessi mir-reġim ta' Assad fis-Sirja, li jistgħu jitqiesu bħala delitti serji tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, u jiddeplora l-klima ta' impunità għal min iwettaq reati bħal dawn fis-Sirja; |
|
35. |
Jiddeplora n-nuqqas mifrux ta' rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali u r-rata allarmanti ta' mwiet fost il-popolazzjonijiet ċivili u l-attakki kontra l-infrastruttura ċivili fil-kunflitti armati madwar id-dinja; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tlaqqa' konferenza internazzjonali biex jitħejja mekkaniżmu internazzjonali ġdid għat-traċċar u l-ġbir tad-data, u għar-rappurtar pubbliku dwar ksur waqt il-kunflitti armati; itenni t-talba tiegħu lill-VP/RGħ biex tippreżenta, fuq bażi annwali, lista pubblika ta' allegati awturi ta' attakki fuq skejjel u sptarijiet, sabiex tiġi definita azzjoni xierqa min-naħa tal-UE biex jitwaqqfu dawn l-attakki; |
|
36. |
Jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw l-istrumenti prinċipali tad-dritt umanitarju internazzjonali u strumenti legali rilevanti oħrajn; jirrikonoxxi l-importanza tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, u jtenni l-istedina tiegħu lill-VP/RGħ u lis-SEAE biex itejbu l-implimentazzjoni tagħhom, partikolarment b'rabta mad-delitti tal-gwerra fil-Lvant Nofsani; jistieden lill-UE tappoġġja inizjattivi maħsuba biex jinxtered l-għarfien tad-dritt umanitarju internazzjonali u ta' prattiki tajbin fl-applikazzjoni tiegħu, u jistieden lill-UE tisfrutta l-għodod bilaterali kollha għad-dispożizzjoni tagħha b'mod effikaċi għall-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali min-naħa tas-sħab tagħha, inkluż permezz tad-djalogu politiku; |
|
37. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jipprovdu armi, tagħmir jew appoġġ finanzjarju jew politiku lill-gvernijiet jew lill-atturi mhux statali li jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż billi jwettqu stupru jew vjolenza sesswali oħra fuq in-nisa u t-tfal; |
|
38. |
Jitlob, barra minn hekk, li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-proċessi ta' riforma u l-isforzi nazzjonali ta' bini tal-kapaċità li jkollhom l-għan li jsaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura, is-settur tal-infurzar tal-liġi, is-sistema penitenzjarja u l-programmi ta' kumpens fil-pajjiżi terzi li huma affettwati direttament mill-allegat twettiq ta' delitti bħal dawn, skont l-impenn li ttieħed fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019; jilqa', f'dan il-kuntest, il-Qafas tal-UE dwar l-Appoġġ għall-Ġustizzja Tranżizzjonali 2015 u jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni effettiva tiegħu; |
Dwar il-ġlieda kontra l-impunità ta' atturi mhux statali
|
39. |
Jinnota li d-dritt kriminali internazzjonali, u partikolarment il-mandat u l-ġurisprudenza tat-tribunali kriminali internazzjonali, iddefinixxew b'mod ċar ir-responsabbiltà tal-individwi li huma membri ta' gruppi mhux statali f'delitti internazzjonali; jenfasizza li din ir-responsabbiltà ma tirrigwardax biss lil dawn l-individwi iżda anke lill-koawturi indiretti ta' delitti internazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE jressqu quddiem il-ġustizzja lil atturi statali, atturi mhux statali u individwi responsabbli għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidji; |
|
40. |
Jenfasizza li t-twettiq ta' delitti vjolenti min-naħa tal-ISIS/id-Da'esh jew atturi oħra mhux statali kontra n-nisa u l-bniet ġie rrappurtat b'mod estensiv mill-korpi internazzjonali rilevanti, u jinnota li l-komunità legali internazzjonali ilha tissielet biex dawn id-delitti jiddaħlu fil-qafas kriminali internazzjonali; |
|
41. |
Itenni, f'dan il-kuntest, il-kundanna qawwija tiegħu għad-delitti faħxin u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn atturi mhux statali bħall-Boko Haram fin-Niġerja u l-ISIS/Da'esh fis-Sirja u l-Iraq; jinsab imwaħħax quddiem il-firxa wiesgħa ta' delitti mwettqa, fosthom qtil, tortura, stupru, tjassir u skjavitù sesswali, reklutaġġ ta' suldati tfal, konverżjonijiet reliġjużi furzati u assassinji sistematiċi fil-konfront tal-minoranzi reliġjużi, inklużi l-Insara, il-Yazidi u oħrajn; ifakkar li l-vjolenza sesswali tista', skont il-QKI, tikkostitwixxi delitt tal-gwerra u delitt kontra l-umanità; jemmen li l-prosekuzzjoni tal-awturi ta' dawn id-delitti għandha tkun prijorità għall-komunità internazzjonali; |
|
42. |
Iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha jiġġieldu kontra l-impunità u jagħtu appoġġ attiv favur sforzi internazzjonali biex jitressqu quddiem il-ġustizzja l-membri ta' gruppi mhux statali bħall-Boko Haram u l-ISIS/Da'esh u atturi oħra li wettqu delitti kontra l-umanità; jitlob l-iżvilupp ta' approċċ ċar għall-prosekuzzjoni tal-ġellieda tal-ISIS/Da'esh u ta' dawk kompliċi magħhom, inkluż billi jintuża l-għarfien espert tan-netwerk tal-UE għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra; |
|
43. |
Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jappoġġjaw il-prosekuzzjoni tal-membri ta' gruppi mhux statali bħall-ISIS/Da'esh billi jfittxu kunsens fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex tingħata ġurisdizzjoni lill-QKI, peress li s-Sirja u l-Iraq mhumiex Partijiet għall-Istatut ta' Ruma; jenfasizza li l-UE għandha tesplora u tappoġġja, fil-livell internazzjonali u bil-mezzi kollha, l-għażliet disponibbli biex tinvestiga u tipproċedi fir-rigward tad-delitti mwettqa mill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt Sirjan, inkluż l-ISIS/Da'esh, bħalma hu t-twaqqif ta' Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Iraq u s-Sirja; |
|
44. |
Jiddeplora l-veto eżerċitat mir-Russja u ċ-Ċina bħala membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kontra r-riferiment tas-sitwazzjoni fis-Sirja lill-Prosekutur tal-QKI skont il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU u kontra l-adozzjoni ta' miżura li tikkastiga lis-Sirja talli użat armi kimiċi; jistieden lill-UE tappoġġja azzjoni rapida għal riforma tal-funzjonament tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, speċjalment fir-rigward tal-użu tad-dritt ta' veto, u, b'mod partikolari, l-inizjattiva Franċiża li wieħed joqgħod lura milli juża dan id-dritt meta jkun hemm evidenza ta' ġenoċidji, delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; |
|
45. |
Iħeġġeġ li eventwalment tintalab l-applikazzjoni tal-prinċipji definiti fil-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU bil-ħsieb li jiġi osservat il-prinċipju R2P, dejjem taħt l-awspiċji tal-komunità internazzjonali u bl-awtorizzazzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU; |
|
46. |
Jilqa' l-Kummissjoni ta' Inkjesta dwar is-Sirja stabbilita mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti (IIIM) imwaqqaf mill-Assemblea Ġenerali tan-NU biex jassistu fl-investigazzjoni tad-delitti serji li twettqu fis-Sirja; jenfasizza l-ħtieġa li jitwaqqaf mekkaniżmu indipendenti simili fl-Iraq, u jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE, lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja, lis-soċjetà ċivili u lis-sistema tan-NU kollha kemm hi biex jikkooperaw b'mod sħiħ mal-IIIM u jipprovdulu kull informazzjoni u dokumentazzjoni li jista' jkollhom biex jgħinu fit-twettiq tal-mandat tiegħu; irodd ħajr lill-Istati Membri tal-UE li kkontribwew finanzjarjament għall-IIIM, u jistieden lil dawk li għadhom m'għamlux hekk biex huma wkoll jagħmlu dan; |
|
47. |
Jitlob li l-UE tiffinanzja b'mod adegwat organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq l-investigazzjoni “open source” u l-ġbir diġitali tal-evidenza fir-rigward ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, biex jiżguraw li tittieħed responsabbiltà għal dawn l-atti u jressqu lil min wettaqhom quddiem il-ġustizzja; |
|
48. |
Jilqa' l-isforzi tal-UE biex tappoġġja l-ħidma tal-Commission for International Justice and Accountability u ta' NGOs oħrajn li qed jiddokumentaw delitti atroċi; jitlob li l-UE tagħti appoġġ dirett lis-soċjetà ċivili Iraqija u Sirjana għall-ġbir, il-preservazzjoni u l-protezzjoni ta' evidenza ta' delitti mwettqa fl-Iraq u fis-Sirja minn kwalunkwe parti involuta f'dawn il-kunflitti, inkluż l-ISIS/Da'esh; jappella għall-ġbir u l-preservazzjoni tal-evidenza, diġitali u mhux, dwar delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidji mwettqa min-naħat kollha involuti fil-kunflitt bħala prijorità fundamentali u pass importanti fil-ġlieda kontra l-impunità; jappoġġja l-inizjattiva tar-Renju Unit, il-Belġju u l-Iraq fil-livell tan-NU (il-Koalizzjoni “Inressqu d-Da'esh quddiem il-Ġustizzja”) maħsuba biex tinġabar evidenza dwar id-delitti mwettqa mill-ISIS/Da'esh fis-Sirja u l-Iraq sabiex tiffaċilita l-prosekuzzjoni tagħhom fil-livell internazzjonali, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jingħaqdu mal-koalizzjoni jew jappoġġjawha; jappoġġja, barra minn hekk, l-attivitajiet tal-Inizjattiva “Wirt Kulturali” u l-attivitajiet tagħha ta' ġbir ta' informazzjoni fis-Sirja u l-Iraq b'rabta mal-qerda tal-wirt arkeoloġiku u kulturali; |
|
49. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jimplimentaw l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex iwaqqfu b'mod effettiv il-fluss lejn l-ISIS/Da'esh ta' riżorsi li jvarjaw minn armi tan-nar, vetturi u dħul ta' flus kontanti sa ħafna tipi oħra ta' assi; |
|
50. |
Iħeġġeġ lill-UE timponi sanzjonijiet fuq il-pajjiżi jew l-awtoritajiet li b'mod dirett jew indirett jiffaċilitaw il-fluss ta' riżorsi lejn l-ISIS/Da'esh u b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-attività kriminali terroristika tagħha; |
|
51. |
Jenfasizza li l-Istati Membri tal-UE għandhom jinvestigaw l-allegazzjonijiet kollha u jipproċedu fil-konfront ta' ċittadini tagħhom u persuni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jkunu wettqu, ippruvaw iwettqu jew kienu kompliċi f'delitti atroċi fl-Iraq u s-Sirja jew inkella tressaqhom quddiem il-QKI f'konformità mal-Istatut ta' Ruma; jemmen, madankollu, li l-prosekuzzjoni ta' membri tal-ISIS/Da'esh fl-Istati Membri tista' tkun biss miżura komplementari għall-ġustizzja internazzjonali; |
|
52. |
Jenfasizza l-importanza tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni u Assistenza bejn l-UE u l-QKI; jistieden lill-Istati Membri japplikaw il-prinċipju ta' ġurisdizzjoni universali fil-ġlieda kontra l-impunità, u jenfasizza l-importanza tiegħu għall-effikaċja u t-tħaddim tajjeb tas-sistema ġudizzjarja kriminali internazzjonali; jistieden ukoll lill-Istati Membri jipproċedu fir-rigward ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità fil-ġurisdizzjonijiet nazzjonali tagħhom, inkluż meta dawk id-delitti jkunu twettqu f'pajjiżi terzi jew minn ċittadini ta' pajjiżi terzi; |
|
53. |
Iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha tal-komunità internazzjonali, inklużi l-Istati Membri tal-UE, jaħdmu b'mod attiv fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u jtejbu s-sistemi legali u ġurisdizzjonali tagħhom sabiex jevitaw li ċ-ċittadini u r-residenti tagħhom jingħaqdu mal-ISIS/Da'esh; |
Id-dimensjoni tal-ġeneri fl-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra
|
54. |
Jenfasizza l-ħtieġa kritika li tinqered il-vjolenza sesswali u sessista billi jiġi indirizzat l-użu mifrux u sistematiku tagħhom bħala arma tal-gwerra kontra n-nisa u l-bniet; iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha jiżviluppaw programmi nazzjonali ta' azzjoni f'konformità mar-riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, flimkien ma' strateġiji biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, u jitlob impenn komprensiv biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dik ir-riżoluzzjoni; jitlob impenn globali sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tan-nisa u l-bniet mill-bidu nett ta' kull emerġenza jew kriżi u f'sitwazzjonijiet ta' wara kunflitt bil-mezzi kollha disponibbli, bħall-aċċess għall-firxa sħiħa tas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-abort legali u sikur, għall-vittmi ta' stupru f'kuntest ta' gwerra; jenfasizza, barra minn hekk, li ħafna drabi n-nisa jkomplu jsofru l-konsegwenzi fiżiċi, psikoloġiċi u soċjoekonomiċi tal-vjolenza anke wara t-tmiem ta' kunflitt; |
|
55. |
Iqis li n-nisa għandu jkollhom rwol akbar fil-prevenzjoni tal-kunflitti, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-riforma demokratika, u jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni sistematika tan-nisa bħala element essenzjali ta' kwalunkwe proċess ta' paċi u rikostruzzjoni wara kunflitt; iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha jrawmu l-inklużjoni tan-nisa fil-proċessi ta' paċi u l-proċessi ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali; |
|
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet internazzjonali kompetenti jieħdu l-miżuri xierqa, bħalma huma l-infurzar ta' miżuri dixxiplinarji militari, id-difiża tal-prinċipju tar-responsabbiltà ta' kmand, u t-taħriġ tat-truppi u tal-persunal umanitarju u taż-żamma tal-paċi dwar il-projbizzjoni ta' kull sura ta' vjolenza sesswali; |
o
o o
|
57. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-gvernijiet tal-istati membri tan-NU. |
(1) ĠU L 155, 12.6.2001, p. 19.
(2) ĠU L 167, 26.6.2002, p. 1.
(3) ĠU L 118, 14.5.2003, p. 12.
(4) ĠU L 150, 18.6.2003, p. 67.
(5) ĠU L 115, 28.4.2006, p. 49.
(6) ĠU L 76, 22.3.2011, p. 56.
(7) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 115.
(8) ĠU C 224, 21.6.2016, p. 31.
(9) Testi adottati, P8_TA(2015)0344.
(10) ĠU C 224, 21.6.2016, p. 10.
(11) Testi adottati, P8_TA(2015)0459.
(12) Testi adottati, P8_TA(2016)0449.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0422.
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0051.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/80 |
P8_TA(2017)0289
Kumpaniji tas-sigurtà privati
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kumpaniji tas-sigurtà privati (2016/2238(INI))
(2018/C 334/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' Montreux dwar obbligi legali internazzjonali pertinenti u prattiki tajba għall-Istati relatati mal-operazzjonijiet ta' kumpaniji militari u tas-sigurtà privati matul konflitt armat, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 15/26, 22/33, 28/7 u 30/6 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar l-użu tal-merċenarji bħala mezz biex jinkisru d-drittijiet tal-bniedem u jiġi impedut l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-popli għall-awtodeterminazzjoni, li ġie stabbilit f'Lulju 2005, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-grupp ta' ħidma intergovernattiv indeterminat biex titqies il-possibbiltà li jiġi elaborat qafas regolatorju internazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-attivitajiet tal-kumpaniji militari u tas-sigurtà privati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tan-NU dwar l-Użu tas-Servizzi tas-Sigurtà Armati minn Kumpaniji tas-Sigurtà Privati, li dan l-aħħar ġew estiżi biex ikopru lis-servizzi tas-sigurtà mhux armati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tan-NU għall-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Konvenzjoni possibbli dwar il-Kumpaniji Militari u tas-Sigurtà Privati (PMSCs) għal kunsiderazzjoni u azzjoni mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta Internazzjonali għall-Fornituri tas-Sigurtà Privati (ICoC) stabbilit mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali dwar il-Kodiċi ta' Kondotta, li huwa mekkaniżmu ta' awtoregolamentazzjoni tal-industrija li l-istandards tiegħu huma volontarji, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Assoċjazzjoni tal-Operazzjonijiet ta' Stabbiltà Internazzjonali, li huwa mekkaniżmu ta' awtoregolamentazzjoni tal-industrija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta u Etika għas-Settur tas-Sigurtà Privat tal-Konfederazzjoni tas-Servizzi tas-Sigurtà Ewropej u l-UNI Europa, |
|
— |
wara li kkunsidra s-Sistema ta' Ġestjoni għal Operazzjonijiet tas-Sigurtà Privati ISO 18788, li tistabbilixxi parametri għall-ġestjoni ta' kumpaniji tas-sigurtà privati, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-settur tas-sigurtà privat, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kunċett tal-UE għal Appoġġ Loġistiku għall-Operazzjonijiet Militari mmexxija mill-UE u l-Kunċett tal-UE għal Appoġġ min-naħa ta' Kuntratturi għall-Operazzjonijiet Militari mmexxija mill-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjonijiet tal-Proġett Priv-War għal Azzjoni Regolatorja tal-UE fil-Qasam tal-Kumpaniji Militari u tas-Sigurtà Privati u s-Servizzi tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (3) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar ir-Responsabilità Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ħafna riskji, sfidi u theddid differenti fl-Unjoni Ewropea u barra minnha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Gwida Interim tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) f'Mejju 2012 dwar il-persunal tas-sigurtà armat abbord il-bastimenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0191/2017), |
|
A. |
billi s-sigurtà u d-difiża huma beni pubbliċi mmaniġġjati mill-awtoritajiet pubbliċi abbażi tal-kriterji ta' effiċjenza, effettività, l-obbligu ta' rendikont u l-istat tad-dritt, li ma jiddependux biss fuq il-forniment ta' riżorsi finanzjarji suffiċjenti, iżda wkoll fuq l-għarfien; billi f'ċerti oqsma l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu ma jkollhomx il-kapaċitajiet u l-ħiliet neċessarji; |
|
B. |
billi jenħtieġ li s-sigurtà u d-difiża jiġu pprovduti primarjament mill-awtoritajiet pubbliċi; |
|
C. |
billi l-istħarriġ tal-Ewrobarometru juri li ċ-ċittadini tal-UE jridu li l-UE tkun aktar attiva fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; |
|
D. |
billi aktar minn 1,5 miljun kuntrattur tas-sigurtà privat kienu impjegati f'madwar 40 000 kumpanija tas-sigurtà privati (PSCs) fl-Ewropa fl-2013; billi dawn iċ-ċifri qed ikomplu jiżdiedu; billi l-fatturat ta' dawn il-kumpaniji f'dik is-sena ammonta għal madwar EUR 35 biljun; billi, fuq livell globali, fl-2016 ġie kkalkulat li l-valur tal-industrija tas-sigurtà privata kien ta' USD 200 biljun b'madwar 100 000 PSC u 3,5 miljun impjegat; |
|
E. |
billi, matul dawn l-aħħar ftit deċennji, il-PSCs, terminu li għall-finijiet ta' din ir-riżoluzzjoni ser jinkludi wkoll il-kumpaniji militari privati, kienu qed jiġu impjegati dejjem aktar minn gvernijiet nazzjonali kif ukoll mill-aġenziji militari u ċivili, kemm biex jipprovdu servizzi domestiċi kif ukoll bħala appoġġ għal operazzjonijiet barra mill-pajjiż; |
|
F. |
billi l-firxa ta' servizzi pprovduti mill-PSCs hija estremament wiesgħa, u tvarja minn servizzi loġistiċi għal appoġġ konkret waqt il-ġlied, il-forniment ta' teknoloġija militari u l-parteċipazzjoni fir-rikostruzzjoni ta' wara l-konflitt; billi l-PSCs jipprovdu wkoll servizzi vitali ġewwa l-Istati Membri bħall-ġestjoni ta' ħabsijiet u s-sorveljanza ta' siti ta' infrastruttura; billi l-PSCs intużaw kemm f'missjonijiet ċivili kif ukoll f'dawk militari taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) għal protezzjoni tad-delegazzjonijiet tal-UE, għal kostruzzjoni ta' akkampamenti fuq il-post, taħriġ, trasport bl-ajru u biex jappoġġjaw l-attivitajiet ta' għajnuna umanitarja; |
|
G. |
billi, fil-kuntest tal-UE, il-prattiki tal-Istati Membri dwar l-użu tal-PSCs, il-proċeduri biex jingħatawlhom il-kuntratti u l-kwalità tas-sistemi regolatorji jvarjaw bil-kbir, u ħafna jużawhom biex jappoġġjaw il-kontinġenti tagħhom f'operazzjonijiet multilaterali; |
|
H. |
billi l-esternalizzazzjoni ta' attivitajiet militari, li qabel kienet tagħmel parti integrali mill-attivitajiet tal-forzi armati, qed issir, fost affarijiet oħra, biex tipprovdi servizzi b'mod aktar kosteffiċjenti, iżda wkoll biex tikkumpensa għal nuqqas fil-ħiliet tal-forzi armati li qed jiċkienu fil-kuntest ta' numru dejjem jikber ta' missjonijiet multilaterali barra mill-pajjiż u baġits dejjem aktar ristretti, u dan minħabba n-nuqqas ta' rieda ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jimpenjaw riżorsi adegwati; billi dan jenħtieġ li jkun eċċezzjoni; billi hemm ħtieġa li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet; billi l-PSCs jistgħu jipprovdu wkoll ħiliet li huma kompletament nieqsa fil-forzi armati nazzjonali, spiss bi ftit preavviż u b'mod komplementari; billi l-PSCs ntużaw ukoll għal raġunijiet ta' konvenjenza politika biex jiġu evitati l-limitazzjonijiet fuq l-użu ta' truppi, speċjalment biex jingħeleb in-nuqqas possibbli ta' appoġġ pubbliku għall-involviment tal-forzi armati; billi l-użu tal-PSCs bħala għodda tal-politika barranija jeħtieġlu jkun soġġett għal kontroll parlamentari effettiv; |
|
I. |
billi l-PSCs kienu akkużati bl-involviment f'numru ta' episodji ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u inċidenti li wasslu għal telf ta' ħajja; billi tali inċidenti jvarjaw skont iż-żmien u l-pajjiż, u jammontaw f'xi każijiet għal ksur serju tal-liġi umanitarja internazzjonali, inklużi delitti tal-gwerra; billi xi wħud minn dawn il-każijiet ġew imħarrka; billi dan, flimkien man-nuqqas ta' trasparenza tagħhom, ħalla riperkussjonijiet fuq l-isforzi tal-komunità internazzjonali fil-pajjiżi kkonċernati u żvela diskrepanzi konsiderevoli fl-istrutturi tal-obbligu ta' rendikont minħabba, fost affarijiet oħra, il-ħolqien ta' diversi saffi ta' sussidjarji jew sottokuntratti f'diversi pajjiżi, partikolarment dawk lokali, u dan iwassal, f'ċerti każijiet, għal nuqqas ta' kapaċità li tiġi garantita s-sigurtà bażika tal-popolazzjoni ċivili f'pajjiżi ospitanti; |
|
J. |
billi jenħtieġ li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkollhom l-għan li jevitaw tali sitwazzjonijiet fil-futur, u joqogħdu lura milli jesternalizzaw l-operazzjonijiet militari li jinvolvu l-użu ta' forza u armi, milli jipparteċipaw f'ostilitajiet u milli jinvolvu ruħhom fi ġlied jew f'żoni ta' ġlied għal raġunijiet għajr l-awtodifiża leġittima; billi l-operazzjonijiet u l-attivitajiet esternalizzati lil PSCs f'żoni ta' konflitt jenħtieġ li jkunu ristretti għall-forniment ta' appoġġ loġistiku u l-protezzjoni tal-istallazzjonijiet, mingħajr il-preżenza effettiva tal-PSCs fiż-żoni fejn hemm attivitajiet ta' ġlied; billi l-użu tal-PSCs, taħt l-ebda ċirkostanza ma jista' jkun sostitut għal persunal tal-forzi armati nazzjonali; billi matul l-implimentazzjoni tal-politiki ta' difiża, jenħtieġ li tingħata l-akbar prijorità biex jiġi żgurat li l-forzi armati tal-Istati Membri jkollhom biżżejjed riżorsi, strumenti, taħriġ, għarfien u mezzi, li permezz tagħhom ikunu jistgħu jwettqu bis-sħiħ il-kompiti tagħhom; |
|
K. |
billi, biex l-istati jibbenefikaw mill-vantaġġi offruti mill-PSCs, u biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jagħtu rendikont ta' għemilhom, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali b'mekkaniżmi regolatorji u ta' monitoraġġ vinkolanti fil-livell internazzjonali biex jirregola l-użu tagħhom u jipprovdi biżżejjed kontroll fuq l-attivitajiet tagħhom; billi l-PSCs huma parti minn industrija li hija ta' natura altament transnazzjonali u hija marbuta ma' atturi governattivi u intergovernattivi u, għalhekk, tirrikjedi approċċ globali għar-regolamentazzjoni; billi s-sitwazzjoni regolatorja attwali f'dan is-settur hija magħmula minn sensiela ta' regoli inkonsistenti li jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri; billi l-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-awtoregolamentazzjoni mhux omoġenji adottati minn ċerti PSCs jipprovdu deterrent dgħajjef għall-prevenzjoni tal-abbuż, minħabba n-nuqqas ta' penali, u jista' jkollhom impatt kbir fuq kif il-PSCs joperaw f'interventi multilaterali u f'reġjuni ta' konflitt; |
|
L. |
billi hemm nuqqas ta' definizzjonijiet maqbula tal-PSCs, il-PMCs u s-servizzi tagħhom; billi, kif issuġġerit mid-definizzjoni inkluża fl-abbozz tal-konvenzjoni mħejji mill-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar il-Merċenarji, PSC tista' tiġi definita bħala entità korporattiva li tipprovdi servizzi militari u/jew tas-sigurtà minn persuni fiżiċi u/jew entitajiet legali fuq bażi kumpensatorja; billi f'dan il-kuntest is-servizzi militari jistgħu jiġu definiti bħala servizzi speċjalizzati relatati ma' azzjonijiet militari li jinkludu ppjanar strateġiku, intelligence, investigazzjoni, rikonjizzjoni fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru, operazzjonijiet bl-ajru ta' kwalunkwe tip, bl-ekwipaġġ jew mingħajru, sorveljanza u intelligence bis-satelliti, kwalunkwe tip ta' trasferiment ta' għarfien b'applikazzjonijiet militari, appoġġ materjali u tekniku għall-forzi armati u attivitajiet oħra relatati; billi s-servizzi tas-sigurtà jistgħu jiġu definiti bħala għassa jew protezzjoni armati ta' bini, istallazzjonijiet, proprjetà u nies, kwalunkwe tip ta' trasferiment ta' għarfien b'applikazzjonijiet fl-oqsma tas-sigurtà u tal-pulizija, żvilupp u implimentazzjoni ta' miżuri tas-sigurtà tal-informazzjoni u attivitajiet oħra relatati; |
|
M. |
billi d-dokument ta' Montreux huwa l-ewwel dokument ewlieni li jiddefinixxi kif il-liġi internazzjonali tapplika għall-PSCs; billi l-Kodiċi ta' Kondotta Internazzjonali għall-Fornituri tas-Servizzi tas-Sigurtà Privati (ICoC) jiddefinixxi l-istandards tal-industrija u qed jintwera dejjem aktar li huwa għodda li sservi biex jiġu żgurati l-istandards bażiċi komuni f'industrija globali; billi l-Kodiċi ta' Kondotta Internazzjonali għall-Assoċjazzjoni tal-Fornituri tas-Servizzi tas-Sigurtà Privati (ICoCA) għandu l-għan li jippromwovi, jimmaniġġja u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-ICoC u jħeġġeġ il-forniment responsabbli tas-servizzi tas-sigurtà u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi nazzjonali u internazzjonali; billi l-affiljazzjoni mal-ICoCA tirriżulta minn att volontarju, akkumpanjat minn pagament, u l-ħlasijiet għoljin ta' sħubija ma jippermettux li l-kumpaniji tas-sigurtà privati kollha jsiru membri; |
|
N. |
billi l-ħidma fuq ir-regolamentazzjoni tal-PSCs għaddejja bħalissa f'bosta fora internazzjonali, inkluż il-Forum tad-Dokument ta' Montreux, fejn l-UE ġiet eletta fil-Grupp tal-Ħbieb tal-President, il-grupp ta' ħidma intergovernattiv indeterminat biex titqies il-possibbiltà li jiġi elaborat qafas regolatorju internazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-attivitajiet tal-kumpaniji militari u tas-sigurtà privati, u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Kodiċi ta' Kondotta; |
|
O. |
billi l-UE u 23 Stat Membru ngħaqdu mad-dokument ta' Montreux u billi l-UE hija membru tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Kodiċi ta' Kondotta; billi l-UE tikkontribwixxi fil-kuntest tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem għall-iżvilupp possibbli ta' qafas regolatorju internazzjonali; billi l-UE tiżvolġi rwol kritiku fil-promozzjoni tal-kontroll nazzjonali u reġjonali fuq il-forniment u l-esportazzjoni ta' diversi servizzi militari u tas-sigurtà; |
|
P. |
billi l-Unjoni Ewropea ma għandhiex qafas regolatorju tagħha stess, minkejja n-numru kbir ta' PSCs ta' oriġini Ewropea u/jew involuti f'missjonijiet u f'operazzjonijiet taħt il-PSDK jew fid-delegazzjonijiet tal-UE; billi l-oqfsa regolatorji eżistenti huma kważi esklussivament ibbażati fuq il-mudell Amerikan, li ġie stabbilit matul il-gwerra fl-Iraq u li serva l-interessi tal-kumpaniji militari involuti f'missjonijiet ta' ġlied; billi dawn ir-referenzi ma jikkorrispondu la għall-format Ewropew u lanqas għall-missjonijiet tal-PSCs Ewropej; |
|
Q. |
billi huwa ta' importanza vitali li tingħata prijorità lill-istabbiliment ta' regoli ċari għal interazzjoni, kooperazzjoni u assistenza bejn l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi u l-kumpaniji tas-sigurtà privati; |
|
R. |
billi l-PSCs jistgħu jiżvolġu rwol aktar importanti fil-ġlieda kontra l-piraterija u fit-titjib tas-sigurtà marittima, fil-missjonijiet li jinvolvu l-klieb, id-difiża ċibernetika, ir-riċerka u l-iżvilupp ta' għodod tas-sigurtà, il-missjonijiet ta' sorveljanza mħallta u taħriġ f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi u taħt is-superviżjoni tagħhom; billi l-użu tal-PSCs armati ħoloq sfidi speċifiċi għas-settur marittimu u kkawża diversi inċidenti li wasslu għat-telf ta' ħajja u konflitti diplomatiċi; |
L-użu tal-PSCs b'appoġġ lill-militar barra mill-pajjiż
|
1. |
Jinnota li l-PSCs jiżvolġu rwol komplementari importanti fl-għoti ta' għajnuna lill-aġenziji militari u ċivili tal-Istat billi jimlew in-nuqqasijiet fil-ħiliet maħluqa minn domanda dejjem tikber għall-użu tal-forzi barra mill-pajjiż, filwaqt li okkażjonalment, jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu, jipprovdu kapaċità f'każ ta' żieda drastika fid-domanda; jenfasizza li, f'każijiet eċċezzjonali, is-servizzi tal-PSCs jimlew in-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet eżistenti, li, madankollu, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jippruvaw jimlew bil-forzi armati jew bil-pulizija nazzjonali; jenfasizza li l-PSCs jintużaw bħala strument għall-implimentazzjoni tal-politika barranija ta' dawn il-pajjiżi; |
|
2. |
Jissottolinja l-ħtieġa li l-PSCs, meta joperaw fil-pajjiżi ospitanti u b'mod partikolari fil-pajjiżi li huma sinifikament differenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-kultura u r-reliġjon, jirrispettaw id-drawwiet lokali sabiex ma jipperikolawx l-effettività tal-missjoni tagħhom u jbiegħdu l-popolazzjoni lokali; |
|
3. |
Jinnota li, meta mqabbla mat-truppi nazzjonali, il-PSCs – partikolarment dawk ibbażati fil-pajjiżi ospitanti – jistgħu jipprovdu għarfien lokali siewi, u ta' spiss jiffrankaw l-ispejjeż, għalkemm irid jiġi żgurat li l-kwalità ma tkunx kompromessa; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta' servizzi pprovduti minn kumpaniji tas-sigurtà privati lokali f'pajjiżi fraġli u f'reġjuni suxxettibbli għall-kriżijiet jista' jkollu implikazzjonijiet negattivi fuq l-objettivi tal-politika barranija tal-UE jekk tali użu jsaħħaħ ċerti atturi armati lokali li jistgħu jsiru parti mill-konflitt; jinnota l-importanza li ssir distinzjoni legali ċara bejn l-operazzjonijiet ta' kumpaniji tas-sigurtà privati u atturi privati involuti direttament f'attivitajiet militari; |
|
4. |
Jenfasizza li l-ebda attività ma għandha tiġi esternalizzata lil PSCs li tkun timplika l-użu tal-forza u/jew il-parteċipazzjoni attiva fl-ostilitajiet, ħlief għal awtodifiża, u fl-ebda ċirkustanza l-PSCs m'għandhomx jitħallew jieħdu sehem, jew iwettqu interrogazzjonijiet; jenfasizza li, fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża tal-UE, il-prijorità għandha tkun it-tisħiħ tal-forzi armati nazzjonali, li għalihom il-PSCs jistgħu jkunu biss komplement, mingħajr l-ebda awtorità fuq deċiżjonijiet strateġiċi; jenfasizza l-fatt li kwalunkwe parteċipazzjoni minn kumpaniji tas-sigurtà privati f'operazzjonijiet militari trid tiġi ġġustifikata, b'objettivi definiti b'mod ċar li jistgħu jiġu vverifikati permezz tal-użu ta' indikaturi reali, ikollha baġit bid-dettalji kollha u data tal-bidu u tat-tmiem speċifiċi, u tirrispetta kodiċi ta' etika strett; jirrimarka li x-xogħol tal-forzi armati u l-forzi tas-sigurtà f'pajjiż barrani huwa ta' valur fundamentali fiż-żamma tal-paċi u l-prevenzjoni tal-konflitti, kif ukoll fir-rikostruzzjoni soċjali u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali ulterjuri; |
|
5. |
Jenfasizza li l-prinċipju tal-kosteffettività tal-impjieg tal-PSC prinċipalment joffri benefiċċji għal żmien qasir, speċjalment jekk ma jiġix ikkunsidrat in-numru ta' elementi varjabbli soċjoekonomiċi, u għalhekk m'għandux isir il-kriterju ewlieni meta jiġu ttrattati l-kwistjonijiet ta' sigurtà; ifakkar li mekkaniżmi tal-obbligu ta' rendikont u sorveljanza huma kruċjali sabiex jiġi żgurat li l-leġittimità u l-benefiċċji potenzjali tal-PSCs jinkisbu bis-sħiħ; |
|
6. |
Jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza parlamentari fuq l-użu statali tal-PSCs mill-Istati Membri; |
L-użu tal-PSCs mill-UE
|
7. |
Jinnota li l-UE tagħmel użu minn PSCs barra mill-pajjiż biex tħares id-delegazzjonijiet u l-persunal tagħha u biex tappoġġja l-missjonijiet ċivili u militari tagħha taħt il-PSDK; jinnota li għalhekk l-użu tagħhom jikkontribwixxi għar-reputazzjoni tal-UE u l-perċezzjoni minn partijiet terzi, li jagħmilhom aspetti importanti tal-preżenza lokali tal-UE u jħalli impatt fuq il-livell ta' fiduċja fl-UE; jeżiġi li l-Kummissjoni u l-Kunsill jipproduċu ħarsa ġenerali ta' fejn, meta u għal liema raġuni l-PSCs ġew impjegati b'appoġġ għall-missjonijiet tal-UE; iqis li ma jkunx illoġiku jekk, fis-sejħiet għall-offerti tagħha li jikkonċernaw is-sigurtà tad-delegazzjonijiet tagħha, l-Unjoni Ewropea tiffavorixxi l-użu tal-PSCs ġenwinament ibbażati fl-Ewropa, li jikkonformaw mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea u jkunu soġġetti għat-tassazzjoni tal-Unjoni Ewropea; |
|
8. |
Jenfasizza, madankollu, li b'mod partikolari fl-ambjenti li huma suxxettibbli għall-konflitti, il-fatt li PSC tiġi impjegata għal ċerti kompiti jista' jkollha effetti sekondarji negattivi għall-UE, speċjalment għal-leġittimità tagħha, billi b'mod aċċidentali din tiġi assoċjata mal-atturi armati f'żona ta' konflitt, b'riperkussjonijiet negattivi fil-każ ta' inċidenti armati, jew billi possibbilment jiġu kompromessi l-isforzi ta' Diżarm, Demobilizzazzjoni u Reintegrazzjoni (DDR) u ta' Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS) permezz tat-tisħiħ aċċidentali tal-atturi lokali; jinnota b'mod partikolari r-riskji li jinħolqu mis-sottokuntrattar mhux ikkontrollat, partikolarment għal PSCs lokali; |
|
9. |
Jirrimarka d-diversi problemi legali u politiċi serji assoċjati mal-prattika attwali ta' sottokuntrattar fil-qasam tas-servizzi militari u tas-sigurtà, speċjalment is-servizzi pprovduti minn sottokuntratturi f'pajjiżi terzi; jemmen li l-Istati Membri, is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom jaqblu li jsegwu l-eżempju tan-NATO billi jagħtu kuntratti biss lill-PSCs li huma bbażati fl-Istati Membri tal-UE; |
|
10. |
Jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-Kummissjoni tipproponi linji gwida komuni dwar l-għoti ta' kuntratti lill-PSCs għar-reklutaġġ, l-użu u l-ġestjoni ta' kuntratturi militari u tas-sigurtà li b'mod ċar jistabbilixxu fid-dettall ir-rekwiżiti biex il-PSCs jikkwalifikaw għal kuntratti tal-UE, bil-għan li tiġi sostitwita l-frammentazzjoni attwali tal-approċċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jużaw l-istess linji gwida għar-reklutaġġ, l-użu u l-ġestjoni ta' kuntratturi militari u tas-sigurtà fl-azzjonijiet, il-missjonijiet u l-operazzjonijiet esterni kollha, għad-Delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi u r-reġjuni kollha u għas-servizzi kollha ta' Lista Militari Komuni riveduta tal-Unjoni Ewropea; iqis li dawn il-linji gwida għandhom ikunu bbażati kemm fuq l-aħjar prattiki internazzjonali b'rabta mat-tmexxija u l-ġestjoni tal-PSCs, b'mod partikolari d-dokument ta' Montreaux u l-ICoC, kif ukoll iqisu l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari meta jintgħażlu l-PSCs f'kuntest kumpless ta' wara kriżi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jużaw biss lill-fornituri ċertifikati mill-ICoC, kif diġà jsir min-NU, li għalihom iċ-ċertifikazzjoni mill-ICoC hija rekwiżit; jirrimarka l-approċċ meħud mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, li jinkludi standards u rekwiżiti dettaljati f'kull kuntratt individwali, u jistieden lill-UE ssegwi dan l-eżempju; jenfasizza li l-kuntratti mal-PSCs għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, klawsoli dwar il-pussess ta' liċenzji u awtorizzazzjonijiet, rekords tal-persunal u tal-proprjetà, taħriġ, l-akkwist legali u l-użu ta' armi, u l-organizzazzjoni interna; |
|
11. |
Jitlob li superviżur tas-sigurtà tal-UE ta' kumpanija tas-sigurtà tal-UE jkun preżenti fis-siti ffinanzjati mill-UE u d-delegazzjonijiet tal-UE u jkun inkarigat li jiżgura il-kwalità tas-servizzi tas-sigurtà pprovduti, l-iskrutinju u t-taħriġ tal-persunal tas-sigurtà reklutat lokalment, li jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet tajba mal-forzi tas-sigurtà lokali, li jipprovdi valutazzjonijiet tar-riskju u jkun l-ewwel punt ta' kuntatt fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà għad-delegazzjoni; |
|
12. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi lista miftuħa ta' kuntratturi li jikkonformaw mal-istandards tal-UE dwar kwistjonijiet bħar-rekords ta' kondotta nadifa, il-kapaċità finanzjarja u ekonomika, il-pussess ta' liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-iskrutinju tal-persunal; jinnota li l-istandards madwar l-UE fir-rigward tal-PSCs jvarjaw ħafna u jemmen li l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jiksbu standards simili; iqis li din il-lista għandha tiġi aġġornata f'intervalli ta' mhux aktar minn sentejn; |
|
13. |
Jenfasizza li meta l-UE sserraħ fuq il-PSCs f'pajjiżi terzi li magħhom tkun ikkonkludiet ftehim dwar l-istatus tal-forzi (SOFA), tali ftehimiet iridu dejjem jinkludu l-PSCs impjegati u jiċċaraw b'mod speċifiku li l-kumpaniji ser ikunu obbligati jagħtu rendikont ta' għemilhom skont il-liġi tal-UE; |
|
14. |
Jenfasizza li l-Kunċett tal-UE għal Appoġġ min-naħa ta' Kuntratturi għandu jissaħħaħ u jsir vinkolanti għall-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE; jemmen li dan għandu, b'mod partikolari, jispeċifika standards aktar stretti għal inklużjoni f'kuntratti, ibbażati pereżempju fuq l-istandards tal-Istati Uniti, u li għandu jirrikjedi wkoll li l-ebda PSC lokali m'għandha tiġi impjegata jew sottokuntrattata f'reġjuni ta' konflitt; jenfasizza li l-PSCs internazzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li jimpjegaw persunal lokali, iżda individwalment u direttament biss, sabiex ikun żgurat skrutinju effettiv u jiġi evitat il-ħolqien ta' industriji tas-sigurtà lokali f'reġjuni ta' konflitt; |
Ir-regolamentazzjoni tal-PSCs
|
15. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tħejji Green Paper bl-objettiv li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha mis-setturi tas-sigurtà pubbliċi u privati f'konsultazzjoni wiesgħa u diskussjoni ta' proċessi biex jiġu identifikati l-opportunitajiet għal kollaborazzjoni diretta b'mod aktar effiċjenti u biex jiġi stabbilit sett bażiku ta' regoli tal-ingaġġ u ta' prattiki tajba; jirrakkomanda l-ħolqien ta' standards ta' kwalità tal-UE speċifiċi għas-settur; jirrakkomanda, għalhekk, li d-definizzjoni ta' PSCs tiġi ċċarata qabel ma tiġi introdotta regolamentazzjoni effettiva tal-attivitajiet tagħhom, minħabba li n-nuqqas ta' tali definizzjoni tista' toħloq lakuni leġiżlattivi; |
|
16. |
Jemmen li, bħala l-ewwel pass, l-UE għandha tiddefinixxi s-servizzi militari u tas-sigurtà rilevanti b'mod preċiż; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'dan ir-rigward, biex iżid is-servizzi militari u tas-sigurtà mill-PSCs mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa mudell regolatorju Ewropew effettiv li ser:
|
|
18. |
Jinnota li l-oqfsa regolatorji globali li għadhom fil-bidu, bħad-dokument ta' Montreux, l-ICoC u inizjattivi regolatorji oħra fil-qafas tan-NU, jikkostitwixxu progress ċar meta mqabbla man-nuqqas ta' regolamentazzjoni sinifikanti li kien prevalenti biss għaxar snin ilu; |
|
19. |
Ifaħħar l-isforzi li saru minn bosta Stati Membri tal-UE, skont il-prattika tajba deskritta fid-dokument ta' Montreux, biex jintroduċu regolamentazzjoni nazzjonali effettiva tal-PSCs; |
|
20. |
Jinnota, madankollu, li l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-PSCs hija mfixkla min-nuqqas ta' rapportar konsistenti dwar l-użu tagħhom kemm mill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll mill-gvernijiet tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu din l-informazzjoni b'mod aktar konsistenti u trasparenti sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni xierqa tal-użu tal-PSCs mill-awtoritajiet baġitarji rispettivi tagħhom u l-awdituri indipendenti; jirrakkomanda li l-parlamenti u l-NGOs għandhom ikunu involuti b'mod attiv fil-proċessi ta' evalwazzjoni neċessarji li huma kruċjali għar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza ta' din l-industrija; |
|
21. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Kunsill jistabbilixxu qafas legali li jirrikjedi leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkontrolla l-esportazzjoni ta' servizzi militari u tas-sigurtà, u li, fir-Rapport Annwali tal-UE dwar esportazzjonijiet ta' armamenti, jiġi rrapportat dwar il-liċenzji ta' esportazzjoni tas-servizzi militari u tas-sigurtà mogħtija mill-Istati Membri, sabiex tiżdied it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont pubbliċi; |
|
22. |
Jenfasizza li n-natura transnazzjonali tal-PSCs u, b'mod partikolari, l-attivitajiet tagħhom fir-reġjuni tad-dinja affettwati minn kriżi, tista' xi drabi twassal għal lakuni ġuriżdizzjonali, partikolarment fejn l-istruttura legali lokali hi dgħajfa, u dawn il-lakuni jistgħu joħolqu diffikultajiet biex il-kumpaniji jew l-impjegati tagħhom jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom; jinnota li r-regolamentazzjoni nazzjonali tal-PSCs spiss ma jkollhiex applikazzjoni extra territorjali; jenfasizza l-fatt li l-PSCs iridu dejjem ikunu rregolati mil-liġijiet u jkunu soġġetti għal sorveljanza effettiva kemm mill-pajjiż ospitanti kif ukoll mill-istat kontraenti; josserva li ta' spiss ikun hemm vojt legali fil-każ ta' tilwim jew inċidenti li jinvolvu l-PSCs u l-aġenti tal-Unjoni Ewropea, li jistgħu jseħħu f'żoni ta' riskju għoli; jirrakkomanda għalhekk it-twaqqif ta' regoli uniformi u ċari għall-istituzzjonijiet Ewropej li jużaw il-PSCs biex jipproteġu lill-persunal tal-UE, li jippreċiżaw b'mod ċar ir-responsabbiltajiet biex jiġu evitati nuqqas ta' protezzjoni u impunità u li jikkunsidraw il-qafas legali tal-istat ospitanti; iħeġġeġ ukoll lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkuntrattaw biss PSCs ibbażati fl-UE u li jirrispettaw l-obbligu li jeżegwixxu s-servizzi direttament mingħajr rikors għal sottokuntratturi lokali f'pajjiżi terzi li ta' spiss ikunu fraġli; |
|
23. |
Iħeġġeġ, għalhekk, li l-UE u l-Istati Membri tagħha jużaw l-istatus tagħhom fil-Forum tad-Dokument ta' Montreux biex jinsistu fuq ir-rieżamijiet regolari tal-istat ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tad-Dokument ta' Montreux għal prattika tajba mill-parteċipanti tiegħu; iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jingħaqdu mad-dokument ta' Montreux mill-aktar fis possibbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom fi skambju tal-aħjar prattiki; |
|
24. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu favur strument internazzjonali legalment vinkolanti li jmur lil hinn mid-dokument ta' Montreux, billi jirregolaw l-attivitajiet tal-PSCs, jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi sabiex jiġi żgurat li l-istati ospitanti jkollhom l-awtorità li jirregolaw il-PSCs u l-istati kontraenti jkunu jistgħu jużaw is-setgħa tagħhom biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jipprevjenu l-korruzzjoni; jenfasizza li tali qafas irid jinkludi sanzjonijiet dissważivi għall-ksur, l-obbligu ta' rendikont ta' dawk responsabbli għall-ksur u aċċess effettiv għal rimedji għall-vittmi, minbarra sistema ta' liċenzjar u monitoraġġ li tirrikjedi li l-PSCs kollha jkunu soġġetti għal verifiki indipendenti u l-persunal tagħhom jipparteċipa f'taħriġ obbligatorju dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
25. |
Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jappoġġjaw bil-qawwa l-ħolqien ta' konvenzjoni internazzjonali maħsuba biex tistabbilixxi sistema legali internazzjonali li tirregola s-servizzi rilevanti pprovduti mill-PSCs; |
|
26. |
Ifaħħar l-isforzi tal-OMI fl-għoti ta' linji gwida għall-użu ta' timijiet tas-sigurtà armati privati; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jaħdmu flimkien mal-OMI lejn l-applikazzjoni globali ta' din il-gwida; |
|
27. |
Jenfasizza li wieħed mill-aktar modi effettivi biex jiġu influwenzati l-PSCs huwa permezz ta' deċiżjonijiet dwar l-akkwist pubbliku; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li l-għoti ta' kuntratti lill-PSCs jiġi jiddependi fuq l-adozzjoni tal-aħjar prattiki, bħat-trasparenza u l-parteċipazzjoni tagħhom fl-ICoC, li xi Stati Membri diġà implimentaw; jinnota, madankollu, li jeħtieġ li jissaħħaħ il-mekkaniżmu ta' konformità mal-ICoC u tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tiegħu sabiex dan isir inċentiv kredibbli għall-konformità; jinnota li l-uniċi Stati Membri li aderixxew mal-ICoC huma l-Isvezja u r-Renju Unit u jemmen li l-UE għandha tiffoka fuq li tiżgura li l-Istati Membri l-oħra jirreġistraw bħala l-ewwel pass; |
|
28. |
Jinnota li l-PSCs għandu jkollhom assigurazzjoni ta' responsabbiltà minħabba li dan jagħmel is-suq tas-sigurtà aktar stabbli u affidabbli, li jattira wkoll lejh PSCs ta' daqs iżgħar u medju; |
|
29. |
Jenfasizza li l-għoti ta' kuntratti lill-PSCs għandu jqis, filwaqt li jkun evalwat fuq din il-bażi, l-esperjenza tal-PSCs u l-perjodu ta' xogħol f'ambjenti ostili, aktar milli abbażi tal-fatturat ta' kuntratt simili; |
|
30. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-PSCs, barra milli joffru servizzi tas-sigurtà, iwettqu wkoll attivitajiet ta' intelligence li, minħabba l-implikazzjonijiet potenzjali tagħhom, jirrikjedu regolamentazzjoni effiċjenti u kontroll; |
|
31. |
Jinnota l-influwenza konsiderevoli li jgawdu minnha l-UE u l-Istati Membri tagħha mill-industrija tas-sigurtà globali bħala riżultat ta' bosta atturi ewlenin li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE; għalhekk jagħmel enfasi partikolari fuq ir-reviżjoni li ġejja tal-Lista Militari Komuni bħala opportunità biex jiġu inklużi ċerti servizzi pprovduti mill-PSCs, b'tali mod li huma jkunu soġġetti għal regolamenti dwar l-esportazzjoni u jkunu mistennija li japplikaw standards bażiċi għall-attivitajiet tagħhom barra mill-pajjiż; |
o
o o
|
32. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(2) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/88 |
P8_TA(2017)0290
Kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju (2016/2221(INI))
(2018/C 334/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 151 u 153, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari t-Titolu IV (Solidarjetà) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta' Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (3) (Direttiva dwar ix-Xogħol Temporanju permezz ta' Aġenzija), |
|
— |
wara li kkunsidra r-reviżjoni mmirata tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (4) (Direttiva dwar l-Impjieg tal-Ħaddiema) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi (5) (Direttiva dwar l-Infurzar), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar il-Ħolqien ta' suq tax-xogħol kompetittiv tal-UE għas-seklu 21: it-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki mad-domanda u l-opportunitajiet ta' impjieg, bħala mod kif nirkupraw mill-kriżi (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2016 dwar id-dumping soċjali fl-Unjoni Ewropea (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “In-natura dejjem tinbidel tar-relazzjonijiet tax-xogħol u l-impatt tagħha fuq iż-żamma ta' paga li tiggarantixxi l-għajxien” (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tiegħu mħejji fuq talba tal-Kumitat tal-2016 u ntitolat “L-impjieg prekarju fl-Ewropa: xejriet, tendenzi u strateġiji ta' politika” (14), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Ewropea tal-Kwalità dwar l-Internships u l-Apprendistati mnedija fl-14 ta' Diċembru 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-“Employment and Social Developments in Europe – Quarterly Review, Autumn 2016” (Impjieg u Żviluppi Soċjali fl-Ewropa – Rieżami Trimestarli, Ħarifa 2016) tal-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Strategic Engagement for Gender Equality) 2016-2020, tal-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2010 dwar “Flexible forms of work: ‘very atypical’ contractual arrangements” (Forom flessibbli ta' xogħol: arranġamenti kuntrattwali “atipiċi ħafna”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound (2014) bit-titolu “The impact of the crisis on industrial relations and working conditions in Europe” (l-impatt tal-kriżi fuq ir-relazzjonijiet industrijali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa) (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound (2015) dwar “New forms of employment” (Forom ġodda ta' impjieg) (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound (2016) dwar “Exploring the fraudulent contracting of work in the European Union” (17) (Nesploraw l-ikkuntrattar frawdolenti tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istħarriġ tal-Eurofound dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol fl-Ewropa u s-Sitt Stħarriġ tiegħu dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol fl-Ewropa – Rapport ta' sinteżi (18), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dizzjunarju tal-Eurofound dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali Ewropej (19), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istandards fundamentali tax-xogħol stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni R198 tal-2006 tal-ILO dwar ir-relazzjoni ta' impjieg (ir-Rakkomandazzjoni dwar ir-Relazzjoni ta' Impjieg) (20) u d-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-determinazzjoni ta' relazzjoni ta' impjieg, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO tal-2011 dwar politiki u regolamenti għall-ġlieda kontra l-impjieg prekarju (21), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO tal-2016 dwar l-impjieg mhux standard madwar id-dinja (22), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO tal-2016 dwar il-bini ta' pilastru soċjali għall-konverġenza Ewropea (23), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 28, tal-2010, tan-NU, dwar l-Obbligi Ewlenin ta' Stati Partijiet skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-2011 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-2014-2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0224/2017), |
|
A. |
billi qed jitfaċċaw forom mhux standard u atipiċi tal-impjieg; billi l-għadd ta' ħaddiema b'kuntratti għal żmien fiss jew part-time żdied fl-UE matul l-aħħar 15-il sena; billi hemm bżonn ta' politiki effiċjenti li jqisu d-diversi forom ta' impjieg u jħarsu b'mod adegwat lill-ħaddiema; |
|
B. |
billi f'dawn l-aħħar 10 snin l-impjieg standard naqas minn 62 % għal 59 % (24); billi, jekk din it-tendenza tkompli, jista' jkun il-każ li l-kuntratti standard isiru japplikaw biss għal minoranza ta' ħaddiema; |
|
C. |
billi l-kuntratti full-time permanenti għadhom jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-kuntratti ta' impjieg fl-UE u f'xi setturi, flimkien mal-impjieg standard, wieħed isib ukoll forom atipiċi ta' impjieg; billi l-impjieg atipiku jista' jkollu effetti negattivi wkoll fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajjadwar il-Kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju dwar il-Kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju privata, minħabba ħinijiet tax-xogħol mhux standard kif ukoll pagi u kontribuzzjonijiet għall-pensjoni irregolari; |
|
D. |
billi l-forom ġodda ta' impjieg li qed jitfaċċaw, b'mod partikolari fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, qed iċajpru l-limiti bejn l-impjieg dipendenti u l-impjieg indipendenti (25), li jista' jwassal ukoll għal tnaqqis fil-kwalità tal-impjieg; |
|
E. |
billi xi forom ġodda ta' impjieg huma differenti mill-impjieg standard tradizzjonali b'diversi modi; billi xi wħud qegħdin jittrasformaw ir-relazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiem, oħrajn qed jibdlu l-mudell tax-xogħol u l-organizzazzjoni tax-xogħol, u oħrajn qed jagħmlu t-tnejn; billi dan jista' jwassal biex tiżdied ir-rata tal-impjieg indipendenti fittizju, jiħżienu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u titnaqqas il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali, iżda jista' wkoll iġib miegħu vantaġġi; billi l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti hija, għalhekk, ta' importanza kbira; |
|
F. |
billi ż-żidiet fir-rati tal-impjieg fl-Unjoni wara l-kriżi ekonomika għandhom jintlaqgħu b'sodifazzjon, iżda dawn jistgħu jiġu attribwiti għal żieda fl-għadd ta' kuntratti atipiċi, li f'ċerti każijiet toħloq riskju akbar ta' prekarjetà mill-impjiegi standard; billi jenħtieġ li ssir enfasi akbar fuq il-kwalità fil-ħolqien tax-xogħol; |
|
G. |
billi x-xogħol part-time fl-ebda mument ma naqas mindu bdiet il-kriżi, u x-xogħol full-time fil-livell tal-Unjoni għadu taħt il-livell tiegħu ta' qabel il-kriżi tal-2008; billi minkejja ż-żidiet f'dawn l-aħħar snin, ir-rata ta' impjieg għadha taħt il-mira ta' 75 % ta' Ewropa 2020 u turi disparitajiet kbar fost l-Istati Membri; |
|
H. |
billi huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-forom ġodda ta' impjieg li qed jitfaċċaw u l-eżistenza ta' impjiegi prekarji; |
|
I. |
billi l-kompetenza għall-politika soċjali hija kondiviża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri; billi l-UE tista' biss tikkomplementa u tappoġġja lill-Istati Membri f'dan il-qasam; |
|
J. |
billi l-UE tista' biss tadotta rekwiżiti minimi għall-kundizzjonijiet tax-xogħol mingħajr ma tarmonizza l-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri; |
|
K. |
billi diġà ġiet stabbilita Pjattaforma Ewropea biex tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat, li tippermetti kooperazzjoni transkonfinali aktar mill-qrib u azzjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u partijiet oħra kkonċernati sabiex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat b'mod effettiv u effiċjenti; |
|
L. |
billi l-impjieg prekarju jwassal għal segmentazzjoni tas-suq u jaggrava l-inugwaljanzi fil-pagi; |
|
M. |
billi sa issa ma hemm l-ebda definizzjoni komuni ta' impjieg prekarju; billi definizzjoni bħal din għandha titfassal f'konsultazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali; billi t-tip ta' kuntratt ma jistax, waħdu, jipprevedi r-riskju ta' impjiegi prekarji iżda, għall-kuntrarju, dan ir-riskju jiddependi fuq firxa wiesgħa ta' fatturi; |
|
N. |
billi l-impjieg standard jista' ifisser impjieg regolari full-time jew part-time volontarju abbażi ta' kuntratti għal żmien indeterminat; billi kull Stat Membru għandu l-liġijiet u l-prattiki tiegħu li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għal tipi differenti ta' kuntratti ta' xogħol u internships; billi ma hemm l-ebda definizzjoni aċċettata b'mod universali ta' “impjieg standard”; |
|
O. |
billi l-kwistjonijiet l-aktar riċenti tar-rappreżentanza, minħabba dgħufijiet tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali f'ċerti setturi jew minħabba riformi f'diversi pajjiżi Ewropej li jillimitaw ir-rwoli tas-sħab soċjali, jaffettwaw kull relazzjonijiet ta' impjieg; |
|
P. |
billi xi setturi bħall-agrikoltura, il-kostruzzjoni u l-arti huma affettwati b'mod sproporzjonat mill-impjieg prekarju; billi l-impjieg prekarju nfirex ukoll għal setturi oħra fis-snin riċenti bħall-avjazzjoni u l-industrija tal-lukandi (26); |
|
Q. |
billi, skont studji li saru dan l-aħħar, il-ħaddiema f'okkupazzjonijiet manwali b'ħiliet medji u dawk bi ftit ħiliet għandhom anqas qligħ, prospetti u kwalità intrinsika tal-impjiegi; billi huma jirrappurtaw b'mod aktar frekwenti esponiment għal riskji ambjentali u għall-qagħda tal-ġisem, u jesperjenzaw livelli aktar baxxi ta' benessri fiżiku kif ukoll mentali (27); |
|
R. |
billi n-nisa jammontaw għal 46 % tal-forza tax-xogħol tal-UE u huma partikolarment vulnerabbli għall-insigurtà tal-impjieg li tirriżulta mid-diskriminazzjoni, inkluż fil-qasam tal-paga, u billi n-nisa jaqilgħu madwar 16 % anqas mill-irġiel fl-UE; billi n-nisa għandhom probabbiltà ogħla li jaħdmu part-time jew b'kuntratti ta' żmien limitat jew b'pagi baxxi u għalhekk jinsabu f'riskju akbar ta' prekarjetà; billi dawn il-kundizzjonijiet tax-xogħol joħolqu telf tul il-ħajja f'termini ta' dħul u protezzjoni, kemm fir-rigward tal-pagi, il-pensjonijiet, kif ukoll il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali; billi l-irġiel għandhom aktar probabbiltà li jaħdmu fuq bażi full-time u permanenti min-nisa; billi n-nisa huma partikolarment affettwati minn xogħol part-time involontarju, impjieg indipendenti fittizju u xogħol mhux iddikjarat (28); |
|
S. |
billi r-rata tal-impjiegi fl-UE hija ogħla għall-irġiel milli għan-nisa; billi r-raġunijiet ewlenin għaliex in-nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol huma l-ħtieġa li jieħdu ħsieb it-tfal jew l-anzjani, il-mard jew id-diżabilità tagħhom stess, u responsabbiltajiet oħra personali jew tal-familja; billi n-nisa spiss jiffaċċjaw diskriminazzjoni u ostakli minħabba l-maternità attwali jew potenzjali tagħhom; billi n-nisa waħedhom u bi tfal dipendenti jiffaċċjaw riskju partikolarment għoli ta' prekarjetà; |
|
T. |
billi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija dritt fundamentali li jippresupponi l-garanzija ta' opportunitajiet indaqs u trattament indaqs fl-oqsma kollha tal-ħajja, u billi l-politiki mmirati li jiggarantixxu tali ugwaljanza jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti u sostenibbli; |
|
U. |
billi ħafna ħaddiema li huma f'impjiegi prekarji jew qiegħda m'għandhomx id-dritt għal-liv tal-ġenituri; |
|
V. |
billi l-ħaddiema żgħażagħ huma f'riskju ogħla li jsibu ruħhom f'pożizzjoni ta' impjieg prekarju; billi l-possibbiltà li wieħed ikun f'pożizzjoni bi żvantaġġi multipli hija darbtejn ogħla għall-ħaddiema ta' anqas minn 25 sena minn dik għall-ħaddiema ta' 50 sena jew aktar (29); |
I. Lejn xogħol diċenti – nindirizzaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg prekarju
|
1. |
Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-indikaturi tal-ILO li ġejjin biex jiddeterminaw l-eżistenza ta' relazzjoni ta' impjieg:
|
|
2. |
Jinnota d-definizzjoni tal-Eurofound ta' xogħol atipiku, li tirreferi għal relazzjonijiet ta' impjieg li ma jikkonformawx mal-mudell standard jew tipiku ta' impjieg full-time, regolari u għal żmien indeterminat ma' impjegatur wieħed fuq perjodu ta' żmien twil (30); jenfasizza li t-termini “atipiċi” u “xogħol prekarju” ma jistgħux jintużaw b'mod sinonimu; |
|
3. |
Jikkunsidra li l-impjieg prekarju jfisser impjieg li ma jikkonformax mal-istandards u l-liġijiet tal-UE, internazzjonali u nazzjonali u/jew li ma jipprovdix biżżejjed riżorsi għal ħajja diċenti jew għal protezzjoni soċjali adegwata; |
|
4. |
Jinnota li xi wħud mill-forom atipiċi ta' impjieg jistgħu jinkludu riskji akbar ta' prekarjetà u insigurtà, pereżempju, xogħol part-time u b'kuntratt għal żmien fiss involontarju, kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet tax-xogħol (zero-hours) u internships u apprendistati mingħajr ħlas; |
|
5. |
Jemmen bis-sħiħ li l-flessibbiltà fis-suq tax-xogħol ma tfissirx it-tnaqqir tad-drittijiet tal-ħaddiema bil-pretest tal-produttività u l-kompetittività, iżda tfisser li tiġi bbilanċjata b'suċċess il-protezzjoni tal-ħaddiema mal-opportunità li l-individwi u min iħaddem jaqblu dwar modi tax-xogħol li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tat-tnejn li huma; |
|
6. |
Jinnota li r-riskju tal-prekarjetà jiddependi fuq it-tip ta' kuntratt iżda anke fuq il-fatturi li ġejjin:
|
|
7. |
Ifakkar fid-definizzjoni ta' “xogħol diċenti” tal-ILO li tgħid li: “Ix-xogħol diċenti huwa xogħol li hu produttiv u li jagħti dħul ġust, b'mod sikur fuq il-post tax-xogħol u protezzjoni soċjali, prospetti aħjar għall-iżvilupp personali u l-integrazzjoni soċjali, il-libertà li n-nies jesprimu t-tħassib tagħhom, jorganizzaw u jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom u l-opportunitajiet u t-trattament indaqs għan-nisa u l-irġiel kollha” (32); iħeġġeġ lill-ILO iżżid paga li tiggarantixxi l-għajxien ma' dik id-definizzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japprovaw din id-definizzjoni fir-reviżjoni jew it-tfassil tal-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi; |
|
8. |
Ifakkar il-fatturi ta' suċċess għall-prattika tajba kontra x-xogħol prekarju, li huma: bażi ġuridika b'saħħitha; l-involviment tas-sħab soċjali u l-kunsilli tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol; il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti; il-bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà; enfasi settorjali; piż amministrattiv baxx għal min iħaddem; l-infurzar mill-ispettorati tax-xogħol; u kampanji ta' sensibilizzazzjoni; |
|
9. |
Jinnota li l-Aġenda tax-Xogħol Diċenti tal-ILO hija speċifikament maħsuba biex tiggarantixxi l-ħolqien tax-xogħol, id-drittijiet fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali u d-djalogu soċjali, kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza li x-xogħol diċenti għandu speċifikament jipprovdi:
|
|
10. |
Jinnota li għadd ta' fatturi, bħad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni, qed jikkontribwixxu għall-bidla tan-natura tax-xogħol, inkluża l-miġja ta' forom ġodda ta' impjieg; jinnota f'dan ir-rigward li forom ġodda ta' xogħol jistgħu jeħtieġu regolamentazzjoni ġdida, reattiva u proporzjonata biex jiġi żgurat li l-forom kollha tal-impjieg ikunu koperti; |
|
11. |
Itenni, fil-kuntest tal-impjiegi diġitali, li l-ħaddiema fil-pjattaforma diġitali u intermedjarji oħra jenħtieġ li jiġu ggarantiti biżżejjed kopertura u protezzjoni soċjali u tas-saħħa; |
|
12. |
Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni ma tridx titqies sempliċement bħala xi ħaġa li teqred l-impjiegi, u jenfasizza, għall-kuntrarju, li din toffri opportunitajiet għall-iżvilupp u l-estensjoni ta' ħiliet individwali; |
|
13. |
Jenfasizza li huwa stmat li se jkun hemm 756 000 post tax-xogħol li se jibqgħu battala fis-settur tal-ICT fl-2020, u dan juri l-ħtieġa li jitjiebu l-ħiliet diġitali tal-forza tax-xogħol Ewropea; |
|
14. |
Jenfasizza li l-kriżi ekonomika wasslet għal flussi migratorji fl-UE li xeħtu dawl fuq l-ostakli eżistenti għall-moviment liberu tal-persuni bejn l-Istati Membri u d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità, fejn iċ-ċittadini tal-UE ġew esposti għal sitwazzjoni ta' insigurtà tal-impjieg; |
|
15. |
Jenfasizza li l-kundizzjonijiet prekarji tal-impjieg, inklużi x-xogħol mhux iddikjarat u l-impjieg indipendenti fittizju, għandhom effetti fuq tul taż-żmien fuq is-saħħa mentali u l-benessri fiżiku u jistgħu jpoġġu lill-ħaddiema f'riskju akbar ta' faqar, esklużjoni soċjali u deterjorament tad-drittijiet fundamentali tagħhom; |
|
16. |
Jenfasizza li l-ħaddiema b'kuntratti qosra ħafna huma dawk li huma l-aktar esposti għal kundizzjonijiet ħżiena fl-aspetti fiżiċi tax-xogħol tagħhom; jenfasizza li t-taħlita tal-insigurtà tal-impjiegi u n-nuqqas ta' kontroll fuq il-ħinijiet tax-xogħol sikwit tiġi minn perikli fuq ix-xogħol relatati mal-istress; |
|
17. |
Jenfasizza li f'ċerti setturi tal-ekonomija, ir-relazzjonijiet tax-xogħol flessibbli jew atipiċi qed jintużaw b'mod eċċessiv sal-punt ta' abbuż; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu politiki li jemanċipaw lill-ħaddiema, l-interns u l-apprendisti, billi jsaħħu d-djalogu soċjali u jippromwovu n-negozjar kollettiv, u jiżguraw li l-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-istatus tagħhom, ikunu jistgħu jaċċessaw u jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' assoċjazzjoni u ta' negozjar kollettiv, liberament u mingħajr biża' ta' sanzjonijiet diretti jew indiretti mill-impjegatur; |
|
19. |
Jenfasizza l-importanza tas-sħab soċjali fil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema, fid-definizzjoni ta' kundizzjonijiet tax-xogħol, fl-iffissar ta' pagi u dħul diċenti skont il-liġijiet u l-prattiki tal-Istati Membri, u fl-għoti ta' konsultazzjoni u gwida lil min iħaddem u lill-ħaddiema; |
|
20. |
Jistieden lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, biex jappoġġjaw perkorsi tal-karriera sabiex ikun eħfef għan-nies biex jadattaw għas-sitwazzjonijiet differenti li jistgħu jiltaqgħu magħhom f'ħajjithom, b'mod partikolari permezz ta' taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja, benefiċċji tal-qgħad xierqa, it-trasferibbiltà tad-drittijiet soċjali, u politiki attivi u effettivi fis-suq tax-xogħol; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu u jiggarantixxu protezzjoni effettiva u paga ndaqs għall-ħaddiema rġiel u nisa li jwettqu xogħol fil-kuntest ta' relazzjoni ta' impjieg, bis-saħħa ta' reazzjoni ta' politika komprensiva li jkollha l-għan li tindirizza l-impjiegi prekarji u tiggarantixxi perkorsi ta' karriera u kopertura xierqa tas-sigurtà soċjali; |
|
22. |
Jenfasizza l-importanza tal-ispettorati tax-xogħol tal-Istati Membri, u jissottolinja li dawn jenħtieġ li jiffukaw fuq l-għan tal-monitoraġġ, jiżguraw il-konformità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll li jtejbuhom, u li jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat jew illegali, u m'għandhom għall-ebda ċirkostanza jiġu abbużati b'mod li jsiru mekkaniżmi ta' kontroll tal-migrazzjoni; jiġbed l-atenzjoni għar-riskju tad-diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema l-aktar vulnerabbli u jikkundanna bil-qawwa l-prattika tal-kumpaniji li jimpjegaw lill-migranti mingħajr ma jiżgurawlhom id-drittijiet u l-benefiċċji kollha tagħhom u mingħajr ma jgħarrfuhom dwar dan; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi adegwati lill-ispettorati tax-xogħol biex jiżguraw monitoraġġ effettiv; |
II. Proposti
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-impjiegi prekarji, inkluż ix-xogħol mhux iddikjarat u l-impjieg indipendenti fittizju, sabiex jiżguraw li kull tip ta' kuntratt tax-xogħol joffri kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti b'kopertura xierqa tas-sigurtà soċjali, f'konformità mal-Aġenda tax-Xogħol Diċenti tal-ILO, l-Artikolu 9 tat-TFUE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Karta Soċjali Ewropea; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissieltu kontra kull prattika li tista' twassal għal żieda fl-impjiegi prekarji, biex b'hekk jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira tal-Ewropa 2020 li jitnaqqas il-faqar; |
|
25. |
Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kwalità tal-impjiegi fl-impjiegi mhux standard billi jipprovdu, tal-anqas, sett ta' standards minimi fir-rigward tal-protezzjoni soċjali, livell minimu tal-pagi u aċċess għat-taħriġ u l-iżvilupp; jenfasizza li jenħtieġ li dan iseħħ filwaqt li jinżammu l-opportunitajiet ta' dħul; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali jkunu adattati għall-iskop f'dak li jirrigwarda forom ġodda ta' impjieg; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta forom ġodda ta' impjieg immexxija mid-diġitalizzazzjoni; jitlob b'mod speċjali li jkun hemm valutazzjoni tal-istatus legali tal-intermedjarji tas-suq tax-xogħol u tal-pjattaformi online u tar-responsabbiltà tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni ta' l-impjieg (33) (“Id-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub”) biex jitqiesu l-forom ġodda ta' impjieg; |
|
28. |
Jenfasizza l-potenzjal li għandha l-ekonomija kollaborattiva, b'mod partikolari fir-rigward ta' impjiegi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jivvalutaw ir-regoli ta' impjieg ġodda potenzjali maħluqa mill-ekonomija kollaborattiva; jenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa li tiżdied il-protezzjoni offruta lill-ħaddiema f'dan is-settur billi tiżdied it-trasparenza fir-rigward tal-istatus tagħhom, l-informazzjoni li jingħataw u n-nondiskriminazzjoni; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi bir-reviżjoni mmirata tagħha tad-Direttiva dwar l-Istazzjonament tal-Ħaddiema u tirrevedi d-Direttiva dwar Xogħol Temporanju permezz ta' Aġenzija biex tiżgura d-drittijiet soċjali fundamentali għall-ħaddiema kollha inkluża paga ndaqs għal xogħol ugwali fl-istess post; |
|
30. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' investiment pubbliku u privat u jippromwovi b'mod partikolari dawk is-setturi tal-ekonomija li jwiegħdu l-akbar effett multiplikatur possibbli, sabiex tiġi promossa l-konverġenza soċjali 'l fuq u l-koeżjoni fl-Unjoni u l-ħolqien ta' impjiegi diċenti; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-SMEs u n-negozji l-ġodda; |
|
31. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, minħabba li dan inaqqas id-dħul mit-taxxa u s-sigurtà soċjali u joħloq kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u ħżiena u kompetizzjoni inġusta bejn il-ħaddiema; jilqa' l-ħolqien ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat; |
|
32. |
Jinnota li, minħabba l-għadd ta' ħaddiema, partikolarment żgħażagħ, li issa qed jitilqu l-pajjiżi ta' oriġini tagħhom għal Stati Membri oħra biex ifittxu opportunitajiet ta' impjieg, hemm ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati miżuri adegwati li jiggarantixxu li l-ebda ħaddiem ma jibqa' mingħajr kopertura mill-protezzjoni tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu aktar il-mobilità tax-xogħol tal-UE filwaqt li jħaddnu l-prinċipju tat-trattament ugwali, u jħarsu l-pagi u l-istandards soċjali u jiggarantixxu l-portabbiltà sħiħa tad-drittijiet soċjali; jistieden lil kull Stat Membru jistabbilixxi l-politiki soċjali u tax-xogħol għal drittijiet ugwali u paga ugwali fl-istess post tax-xogħol; |
|
33. |
Jinnota bi tħassib id-dgħajfien tan-negozjar kollettiv u tal-kopertura tal-ftehimiet kollettivi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu politiki strateġiċi ta' kopertura universali tal-ħaddiema fil-qafas ta' ftehimiet kollettivi, filwaqt li fl-istess ħin jissalvagwardjaw u jsaħħu r-rwol tat-trejdjunjins u tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem; |
|
34. |
Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tas-sħab soċjali rigward id-direttivi tal-Unjoni dwar xogħol part-time, kuntratti b'terminu fiss u xogħol temporanju permezz ta' aġenzija u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, b'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, tirregola l-forom ġodda ta' impjieg, fejn ikun il-każ; jistieden lill-Eurofound tistudja kif is-sħab soċjali jistgħu jiżviluppaw strateġiji biex jiżguraw il-kwalità tal-impjiegi u jindirizzaw l-impjieg prekarju; |
|
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex jiżguraw li l-ħaddiema individwali li jaħdmu għal rashom u li huma legalment meqjusa bħala kumpanija b'membru uniku jkollhom id-dritt għal negozjar kollettiv u li jkunu liberament assoċjati; |
|
36. |
Ifakkar li, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (34) (Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol), kull ħaddiem għandu d-dritt għal limitazzjoni ta' sigħat tax-xogħol massimi, għal perjodu ta' mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u għal perjodu annwali ta' liv imħallas; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawk id-drittijiet japplikaw għall-ħaddiema kollha inklużi ħaddiema fuq talba, ħaddiema f'impjieg part-time marġinali u crowd workers; ifakkar li d-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol hija miżura ta' saħħa u sigurtà; jitlob li jkun hemm infurzar tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jikkonfermaw li l-ħin tal-għassa fuq il-post tax-xogħol huwa ħin tax-xogħol u jrid jiġi segwit minn mistrieħ obbligatorju; |
|
37. |
Ifakkar li l-impjieg part-time marġinali huwa mmarkat minn livelli aktar baxxi tas-sigurtà tal-impjiegi, anqas opportunitajiet għall-karriera, anqas investiment fit-taħriġ minn min iħaddem, u sehem akbar ta' paga baxxa; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinkoraġġixxu miżuri li jappoġġjaw sigħat itwal għal dawk li jixtiequ jaħdmu aktar; |
|
38. |
Ifakkar li skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kulħadd għandu d-dritt ta' aċċess għal taħriġ vokazzjonali u tagħlim tul il-ħajja; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li t-taħriġ vokazzjonali u kontinwu jkun disponibbli wkoll għal ħaddiema f'relazzjonijiet ta' impjieg atipiċi; ifakkar li miżuri tat-titjib tal-ħiliet huma partikolarment importanti f'ekonomija diġitali li qed tinbidel b'mod mgħaġġel; ifakkar li n-nuqqas u l-ispariġġ tal-ħiliet jikkontribwixxu għal livelli għolja ta' qgħad; jilqa' l-inizjattivi riċenti biex jindirizzaw in-nuqqas ta' ħiliet; |
|
39. |
Jitlob li jkun hemm Garanzija ta' Ħiliet bħala dritt ġdid għal kulħadd, f'kull stadju tal-ħajja, biex kulħadd jikseb il-ħiliet fundamentali għas-seklu 21, inklużi l-litteriżmu, in-numeriżmu, il-litteriżmu medjatiku u diġitali, il-ħsieb kritiku, il-ħiliet soċjali u l-kompetenzi rilevanti meħtieġa għall-ekonomija ekoloġika u ċirkolari, billi jiġu kkunsidrati l-industriji emerġenti u s-setturi ta' tkabbir ewlenin u li jiġi żgurat l-involviment sħiħ għall-persuni f'sitwazzjonijiet żvantaġġati, inklużi l-persuni b'diżabilità, dawk li jfittxu l-ażil, il-persuni li ilhom qiegħda għal żmien twil u gruppi sottorappreżentati oħrajn; jenfasizza li s-sistemi edukattivi jenħtieġ li jkunu inklużivi, u jipprovdu edukazzjoni ta' kwalità tajba għall-popolazzjoni kollha, jippermettu lill-persuni jkunu ċittadini Ewropej attivi, jippreparawhom biex ikunu kapaċi jitgħallmu u jadattaw tul ħajjithom, u jwieġbu għall-ħtiġijiet soċjali u tas-suq tax-xogħol; |
|
40. |
Jenfasizza li l-politiki tal-Istati Membri għandhom jiġu fformulati u implimentati f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, u f'konsultazzjoni u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem; |
|
41. |
Ifakkar li l-impjieg prekarju mhux biss jagħmel ħsara lill-individwu iżda jfisser ukoll spejjeż kbar għas-soċjetà f'termini ta' telf ta' taxxa u finalment għal nefqa pubblika ogħla, kif ukoll f'termini tal-appoġġ għal dawk li jsofru mill-effetti fit-tul tat-telf tad-dħul u kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-użu ta' kuntratti għal żmien indeterminat u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri sabiex jiġi indirizzat l-impjieg prekarju; |
|
42. |
Ifakkar li l-ħaddiema fl-ekonomija informali jiffaċċjaw livell għoli ta' prekarjetà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw politiki adatti għal dan il-grupp ta' ħaddiema li jipproteġuhom billi jindirizzaw il-problemi tagħhom irrispettivament mill-istatus ta' residenza tagħhom; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu x-xogħol mhux iddikjarat, l-impjieg indipendenti fittizju u l-forom kollha ta' prattiki ta' impjieg illegali li jimminaw id-drittijiet tal-ħaddiema u s-sistemi tas-sigurtà soċjali; itenni l-fehma tiegħu li l-prevenzjoni tal-kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet tax-xogħol għandha tiġi kkunsidrata f'kull politika futura dwar l-impjiegi; |
|
44. |
Jenfasizza li l-impjieg prekarju fil-biċċa l-kbira tiegħu jbatuh l-aktar ħaddiema vulnerabbli li huma f'riskju ta' diskriminazzjoni, faqar u esklużjoni; ifakkar b'mod partikolari li, il-fatt li persuna jkollha diżabilità, tkun ta' etniċità, oriġini, reliġjon jew twemmin differenti, jew tkun mara, iżid ir-riskju li tkun iffaċċjata b'kundizzjonijiet tal-impjieg prekarji; jikkundanna l-forom kollha tal-prekarjetà irrispettivament mis-sitwazzjoni kuntrattwali; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-ħaddiema vulnerabbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni effettiva fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra n-nisa fis-suq tax-xogħol, b'enfasi partikolari fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk id-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol hijiex adatta għall-forom ġodda ta' impjieg; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw kull leġiżlazzjoni li timmira lejn l-aspetti tax-xogħol prekarju fir-rigward tal-impatt tagħha fuq is-sessi; iqis li huwa meħtieġ li jiġu mmirati miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi lejn il-ħtiġijiet tan-nisa fix-xogħol prekarju peress li, inkella, dan il-grupp diġà rrappreżentat iżżejjed se jkompli jiġi affettwat iżżejjed; |
|
47. |
Iqis li taħt l-ebda ċirkostanza m'għandha żieda fit-talbiet għal flessibilità fis-suq tax-xogħol tirriżulta f'li n-nisa jkomplu jiġu rrappreżentati żżejjed f'impjiegi atipiċi u fost dawk bi status ta' impjieg insigur; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw u jindirizzaw b'mod determinat il-fenomenu tal-“fastidju morali” fuq il-post tax-xogħol, inkluż il-fastidju ta' impjegati nisa tqal jew kwalunkwe żvantaġġ esperjenzat wara li jirritornaw mil-liv tal-maternità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrispettaw u jinfurzaw il-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet għall-maternità sabiex in-nisa ma jsofrux żvantaġġi f'termini ta' pensjonijiet għax ikunu saru ommijiet matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom; jenfasizza li l-liv tal-maternità jrid ikun akkumpanjat minn miżuri effettivi li jipproteġu d-drittijiet tan-nisa tqal u ta' ommijiet ġodda, waħedhom u li jreddgħu, li jirriflettu r-rakkomandazzjonijiet tal-ILO u tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; |
|
49. |
Itenni t-talba tiegħu li l-persuni kollha fir-relazzjonijiet kollha ta' impjieg għandhom ikunu jistgħu jakkumulaw intitolamenti li jipprovdu s-sigurtà tad-dħul f'ċirkostanzi bħalma huma l-qgħad, in-nuqqas ta' saħħa, età avvanzata, interruzzjonijiet fil-karriera għat-trobbija tat-tfal jew sitwazzjonijiet oħra ta' kura, jew għal raġunijiet ta' taħriġ; |
|
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti għal kulħadd, opportunitajiet tal-ewwel esperjenza tax-xogħol għaż-żgħażagħ bħal internships, apprendistati jew opportunitajiet fil-qafas tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jadottaw u jimplimentaw oqfsa ta' kwalità għal internships, traineeships u apprendistati li jiżguraw id-drittijiet tal-ħaddiema u l-fokus edukattiv tal-opportunitajiet ta' esperjenza ta' xogħol għaż-żgħażagħ; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, u lill-Istati Membri, biex jieħdu passi sabiex jiġġieldu l-impjieg insigur fost iż-żgħażagħ; jenfasizza kemm huwa importanti li l-Kummissjoni timplimenta l-garanzija għaż-żgħażagħ f'dan ir-rigward; |
|
52. |
Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw li l-gruppi kollha t'età taż-żgħażagħ ikollhom aċċess għal edukazzjoni pubblika ta' kwalità għolja u mingħajr ħlas, b'mod partikolari fil-livelli ogħla ta' edukazzjoni u taħriġ, peress li ntwera li meta jogħla l-livell tal-formazzjoni jkunu jistgħu jitnaqqsu l-inugwaljanzi tax-xogħol bejn l-irġiel u n-nisa; |
|
53. |
Jenfasizza li l-użu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri tal-kunċett tal-ILO ta' “ħaddiem” pjuttost milli d-definizzjoni aktar stretta ta' “impjegat”, jista' jikkontribwixxi għall-applikazzjoni u l-fehim aħjar tal-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol; |
|
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-intraprenditorija u l-moviment kooperattiv fost il-ħaddiema f'kumpaniji ta' ħafna servizzi u s-settur li qed jiżviluppa b'mod rapidu tal-ekonomija kollaborattiva u l-pjattaformi diġitali, bil-għan li jitnaqqsu r-riskji ppreżentati mill-mudelli tan-negozju dwar id-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema; |
|
55. |
Jirrimarka li l-kuntratti fuq żmien qasir fis-settur tal-agrikoltura jirriflettu n-natura staġjonali tax-xogħol tal-biedja; jitlob li din ir-restrizzjoni naturali maġġuri tiġi rispettata billi l-bdiewa jkunu jistgħu jkomplu r-reklutaġġ fuq bażi staġjonali u ma jkollhomx għalfejn jgħaddu mill-piż ta' aktar burokrazija fir-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-ħaddiema tagħhom; |
|
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema staġjonali u tqajjem kuxjenza dwarha, u jistieden lill-Istati Membri jirregolaw l-istatus soċjali u legali tal-ħaddiema staġjonali, biex jissalvagwardjaw is-saħħa u tas-sikurezza u l-kundizzjonijiet tal-iġjene tagħhom fuq il-post tax-xogħol u biex jagħtuhom kopertura tas-sigurtà soċjali, filwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg bħala ħaddiema staġjonali (35), inklużi dawk li jikkonċernaw “paga ugwali u protezzjoni soċjali ugwali”; jenfasizza l-ħtieġa li l-ħaddiema staġjonali kollha jingħataw informazzjoni komprensiva dwar id-drittijiet tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali tagħhom, inklużi d-drittijiet għal pensjoni, filwaqt li jitqies ukoll l-aspett transfruntier tax-xogħol staġjonali; |
ο
ο ο
|
57. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12.
(2) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(3) ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9.
(5) ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11.
(7) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 1.
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0321.
(9) Testi adottati, P8_TA(2016)0059.
(10) Testi adottati, P8_TA(2016)0346.
(11) Testi adottati, P8_TA(2016)0360.
(12) Testi adottati, P8_TA(2017)0010.
(13) ĠU C 303, 19.8.2016, p. 54.
(14) www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/587285/IPOL_STU(2016)587285_EN.pdf.
(15) http://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1398en.pdf.
(16) https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1461en.pdf.
(17) http://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1639en.pdf.
(18) http://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1634en.pdf.
(19) https://www.eurofound.europa.eu/mt/observatories/eurwork/industrial-relations-dictionary.
(20) http://www.ilo.org/dyn/normlex/en/f?p=NORMLEXPUB:12100:0::NO::P12100_INSTRUMENT_ID:312535.
(21) http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_dialogue/---actrav/documents/meetingdocument/wcms_164286.pdf.
(22) http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---dgreports/---dcomm/---publ/documents/publication/wcms_534496.pdf.
(23) http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---dgreports/---dcomm/---publ/documents/publication/wcms_490959.pdf.
(24) Il-kuntratti permanenti full-time jammontaw għal 59 % tal-impjiegi totali fl-UE; l-impjieg indipendenti bl-impjegati għal 4 %, ix-xogħol freelance għal 11 %, ix-xogħol temporanju permezz ta' aġenzija għal 1 %, ix-xogħol b'kuntratt fiss għal 7 %, l-apprendistat jew it-traineeships għal 2 %, ix-xogħol part-time marġinali (anqas minn 20 siegħa kull ġimgħa) għal 9 % u x-xogħol permanenti part-time għal 7 %.
(25) Ara r-rapport tal-ILO tal-2016 bit-titolu “Building a social pillar for European convergence” (il-bini ta' pilastru soċjali għall-konverġenza Ewropea).
(26) Ara l-istudju tal-2016 dwar “Precarious Employment in Europe: Patterns, trends and policy strategies” (L-Impjieg Prekarju fl-Ewropa: xejriet, tendenzi u strateġiji ta' politika).
(27) Eurofound (2014), “Occupational profiles in working conditions: Identification of groups with multiple disadvantages” (profili okkupazzjonali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol: Identifikazzjoni ta' gruppi bi żvantaġġi multipli).
(28) Ara l-istudju tal-2016 dwar “Precarious Employment in Europe: Patterns, trends and policy strategies” (L-Impjieg Prekarju fl-Ewropa: xejriet, tendenzi u strateġiji ta' politika).
(29) Eurofound (2014), “Occupational profiles in working conditions: Identification of groups with multiple disadvantages” (profili okkupazzjonali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol: Identifikazzjoni ta' gruppi bi żvantaġġi multipli).
(30) Ara: https://www.eurofound.europa.eu/observatories/eurwork/industrial-relations-dictionary/atypical-work.
(31) Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji.
(32) Ir-rapport tal-ILO tal-14 ta' Novembru 2016 dwar l-impjieg mhux standard madwar id-dinja.
(33) ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32.
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju 2017
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/99 |
P8_TA(2017)0297
Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni UE-Kuba (Riżoluzzjoni)
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE) – 2017/2036(INI))
(2018/C 334/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-istabbiliment ta' relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u Kuba fl-1988, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12502/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12504/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C8-0517/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra t-TFUE, u b'mod partikolari l-Ħames Parti, it-Titoli I sa III u V, tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK tat-2 ta' Diċembru 1996, definita mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Kuba (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2233 tas-6 ta' Diċembru 2016 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK dwar Kuba (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2009 bit-titolu “L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija” (COM(2009)0495), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern tal-Amerika Latina u l-Karibew u tal-Unjoni Ewropea li saru s'issa u, b'mod partikolari, id-Dikjarazzjoni tat-tieni Summit bejn l-UE u l-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC), li sar fi Brussell bejn l-10 u l-11 ta' Ġunju 2015 bit-tema “Insawru l-futur komuni tagħna: naħdmu flimkien biex ikollna soċjetajiet prosperi, koeżivi u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħna”, li adottat id-Dikjarazzjoni Politika bit-titolu: “Sħubija għall-Ġenerazzjoni li jmiss”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Karibew tad-19 ta' Novembru 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-preżenza tar-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-sessjoni konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament fit-12 ta' Ottubru 2016 biex jispjega r-riżultati tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn Kuba u l-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Kubana, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2017 (3) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Kuba, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Novembru 2004 dwar Kuba (4), tat-2 ta' Frar 2006 dwar il-politika tal-UE lejn il-Gvern Kuban (5), tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar Kuba (6), u tal-11 ta' Marzu 2010 dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi u tal-kuxjenza f'Kuba (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u t-trattati u l-istrumenti l-oħra internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0233/2017), |
|
A. |
billi jeżistu rabtiet storiċi, ekonomiċi u kulturali bejn l-Ewropa u Kuba; |
|
B. |
billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew huma varjati u jkopru kamp ta' applikazzjoni wiesa'; |
|
C. |
billi l-UE żżomm relazzjonijiet mal-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC); billi CELAC tilqa' l-possibbiltà li tespandi r-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba, |
|
D. |
billi Kuba kienet l-uniku pajjiż fl-Amerika Latina u l-Karibew li magħhom l-UE ma ffirmat l-ebda tip ta' ftehim; billi 20 mill-Istati Membri tagħha ffirmaw diversi tipi ta' ftehimiet bilaterali u żammew relazzjonijiet tajba mal-gżira; |
|
E. |
billi l-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK ġiet revokata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2233, tas-6 ta' Diċembru 2016; |
|
F. |
billi fl-2008 d-djalogu ta' livell għoli bejn l-UE u Kuba tnieda mill-ġdid u l-kooperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp reġgħet bdiet; billi l-Kunsill fl-2010 nieda deliberazzjoni dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba, u fi Frar 2014 adotta direttivi ta' negozjar, u wara dan f'April 2014 tnedew negozjati uffiċjali għal Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni u fil-11 ta' Marzu 2016 dawn ġew konklużi; |
|
G. |
billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jiddefinixxi l-prinċipji u l-objettivi ġenerali għar-relazzjoni bejn l-UE u Kuba, li jinkludu tliet kapitoli ewlenin dwar id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u d-djalogu dwar il-politika settorjali, kif ukoll il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali; |
|
H. |
billi d-drittijiet tal-bniedem jidhru kemm fil-kapitolu dwar id-djalogu politiku kif ukoll f'dak dwar il-kooperazzjoni; billi bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ż-żewġ partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rispett għad-drittijiet universali tal-bniedem kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ż-żewġ partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex isaħħu r-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll għall-prinċipji u l-finijiet kollha mnaqqxa fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; billi skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-azzjoni esterna tal-Unjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem – inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali – u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali; billi f'dan is-sens, ikun tajjeb li l-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u d-difiża tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt ikunu l-aspirazzjoni essenzjali tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni; |
|
I. |
billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi l-hekk imsejħa 'klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem', li tikkostitwixxi element fundamentali standard tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE li jippermetti li dan il-Ftehim jiġi sospiż f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
J. |
billi ż-żewġ partijiet ftiehmu dwar il-modalitajiet ġenerali u l-oqsma għall-kooperazzjoni wiesa' fil-kapitolu dwar il-kooperazzjoni, inkluż dwar kwistjonijiet bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, il-governanza, il-ġustizzja u s-soċjetà ċivili; |
|
K. |
billi Kuba tinsab lesta li taċċetta l-kooperazzjoni mal-UE fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR); billi l-objettivi ewlenin tal-EIDHR huma l-appoġġ, l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija f'pajjiżi terzi, u t-tisħiħ tar-rispett u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi, bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, iż-żewġ partijiet jirrikonoxxu li d-demokrazija hija msejsa fuq ir-rieda tal-poplu espressa b'mod ħieles biex jiddetermina s-sistemi politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali tiegħu stess u l-parteċipazzjoni tal-poplu b'mod sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja; |
|
L. |
billi d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba, immexxi mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, ġie stabbilit fl-2015; billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għadha tanqal tħassib; |
|
M. |
billi l-kwistjonijiet diskussi fit-tieni laqgħa tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem, li saret f'Kuba f'Ġunju 2016 bil-parteċipazzjoni tal-ministeri u l-aġenziji kkonċernati, inkludew il-libertà ta' assoċjazzjoni u kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem f'kuntest multilaterali, bħall-piena tal-mewt; billi t-tielet laqgħa tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem saret fi Brussell fit-22 ta' Mejju 2017; |
|
N. |
billi fi tliet okkażjonijiet separati l-Parlament ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lil attivisti Kubani: Oswaldo Payá fl-2002, in-Nisa Libsin l-Abjad (Damas de Blanco) fl-2005 u Guillermo Fariñas fl-2010; |
|
O. |
billi l-UE saret l-akbar investitur barrani f'Kuba u s-sieħba prinċipali tagħha għall-esportazzjoni u l-kummerċ globali, billi l-kummerċ globali u l-esportazzjonijiet mill-UE lejn Kuba rduppjaw bejn l-2009 u l-2015; |
|
P. |
billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi kapitolu dwar il-prinċipji tal-kummerċ internazzjonali u jindirizza l-kooperazzjoni doganali, il-faċilitazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ, l-istandards u r-regoli tekniċi, il-kummerċ sostenibbli u l-promozzjoni ta' reġim kummerċjali u ta' investiment stabbli, trasparenti u nondiskriminatorju; billi l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, l-investimenti ekonomiċi u finanzjarji, l-innovazzjoni teknoloġika u, b'mod ġenerali, il-libertajiet ġenerali tas-suq jippermettu lill-gżira timmodernizza l-ekonomija tagħha; |
|
Q. |
billi l-“Linji gwida għall-politika ekonomika u soċjali” għal Kuba, adottati wara proċedura ta' dibattitu pubbliku fl-2011, kienu jinkludu proposti għal riforma, aġġornament u modernizzazzjoni; |
|
R. |
billi fl-2016 f'Kuba bdew żewġ dibattiti pubbliċi ġodda dwar “Il-Ħolqien tal-Mudell Ekonomiku u Soċjali” u dwar “Il-Pjan Nazzjonali ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali sal-2030: Ħarsa ġenerali tan-Nazzjon, l-Assi u s-Setturi Strateġiċi”; |
|
S. |
billi l-UE u Kuba qablu li jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni tagħhom u li jagħtu attenzjoni partikolari biex jipprevjenu u jindirizzaw il-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa; |
|
T. |
billi Kuba hi firmatarja ta' ħdax mit-tmintax-il konvenzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, u rratifikat tmienja minnhom; billi Kuba ma rratifikatx l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali; |
|
U. |
billi Kuba rratifikat it-tmien konvenzjonijiet ewlenin kollha tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); |
|
V. |
billi l-Assemblea Nazzjonali ta' Kuba ilha tagħmel parti mill-Unjoni Interparlamentari mill-1977; |
|
W. |
billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat sitta u għoxrin riżoluzzjoni konsekuttiva li jappellaw għat-tmiem tal-embargo tal-Istati Uniti fuq Kuba u billi, għall-ewwel darba, ir-riżoluzzjoni ġiet approvata f'Ottubru 2016 b'mod unanimu; |
|
X. |
billi titqies il-pożizzjoni tradizzjonali murija f'bosta okkażjonijiet u kondiviża fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, kuntrarja għal-liġijiet ta' extraterritorjalità peress li jaffettwaw direttament lill-popolazzjoni Kubana u jaffettwaw l-attivitajiet tal-kumpanijii Ewropej; |
|
1. |
Jilqa' l-iffirmar fi Brussell, fit-12 ta' Diċembru 2016, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba, u jiddikjara li dan huwa strument li jippermetti qafas ġdid ta' relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba filwaqt li jinżammu l-interessi tal-UE, li jissostitwixxi l-Pożizzjoni Komuni tal-1996; jenfasizza li s-suċċess ta' dan il-ftehim jiddependi fuq l-implimentazzjoni tiegħu u l-konformità miegħu; |
|
2. |
Jagħti valur strateġiku għoli lir-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba; |
|
3. |
Jemmen li l-istruttura, il-kontenut u d-dinamika tal-Ftehim huma adattati għall-prinċipji u l-valuri stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE għar-relazzjonijiet esterni tagħha; |
|
4. |
Jissottolinja l-fatt li l-Kunsill tal-UE qabel li jiġi stabbilit qafas ġdid ta' relazzjonijiet ma' Kuba u ħa d-deċiżjoni li jibda n-negozjati u jikkonkludihom fi żmien sinifikattivament qasir; |
|
5. |
Jenfasizza l-impenn li Kuba qiegħda tieħu mal-UE u r-responsabbiltà taż-żewġ partijiet biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-ftehim, inkluż permezz tad-djalogu politiku; |
|
6. |
Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, bħala l-ewwel ftehim bejn l-UE u Kuba, se jirrappreżenta mument ta' bidla deċiżiva fir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ partijiet; jilqa' l-fatt li ż-żewġ partijiet qablu li jiżviluppaw din ir-relazzjoni b'mod strutturat, billi ntrabtu reċiprokament b'aġenda u b'obbligi li huma vinkolanti għaż-żewġ firmatarji; |
|
7. |
Jissottolinja r-rilevanza tal-inklużjoni tal-kapitolu dwar id-djalogu politiku u t-twaqqif ta' djalogu istituzzjonalizzat dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba; jitlob li l-UE tapprova l-fehmiet tal-Parlament dwar id-demokrazija, id-drittijiet universali tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali bħal-libertà tal-espressjoni, tal-assemblea u tal-assoċjazzjoni politika, il-libertà ta' informazzjoni fil-forom kollha tagħha, kif ukoll il-politika globali tagħha ta' appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem matul dan id-djalogu; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex, f'dan id-djalogu, jistabbilixxu garanziji għax-xogħol tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-parteċipazzjoni attiva tal-atturi kollha tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni politika, mingħajr restrizzjonijiet; jinnota, madankollu, li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem s'issa ma temmx id-detenzjonijiet arbitrarji b'motivazzjoni politika f'Kuba u li, għall-kuntrarju, skont il-Kummissjoni Kubana għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, kien hemm aktar u aktar episodji ta' repressjoni vjolenti f'dawn l-aħħar snin; |
|
8. |
Jenfasizza l-importanza tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba u jilqa' l-fatt li tnieda qabel il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni; itenni li l-objettivi tal-politika tal-UE fir-rigward ta' Kuba jinkludu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-iffaċilitar għall-modernizzazzjoni ekonomika u soċjali bl-għan li jittejjeb il-livell tal-għajxien tal-popolazzjoni Kubana; |
|
9. |
Jinnota l-isforzi ta' Kuba biex tinkorpora fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha l-prinċipji fundamentali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti, u jistieden lil Kuba tirratifika l-konvenzjonijiet pendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod aktar speċifiku l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; jieħu nota tal-ħidma taċ-Ċentru Nazzjonali Kuban għall-Edukazzjoni dwar is-Sess; jistieden lill-Gvern Kuban ikompli bl-isforzi tiegħu biex itemm il-forom kollha ta' diskriminazzjoni u emarġinazzjoni fil-konfront tal-komunità LGBTI; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Kuban jallinja l-politika tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-istandards internazzjonali definiti fil-karti, fid-dikjarazzjonijiet u fl-istrumenti internazzjonali li għalihom Kuba hija firmatarja; jinsisti li l-persekuzzjoni u l-priġunerija ta' persuna minħabba l-ideali u l-attività politika paċifika tagħha tmur kontra d-dispożizzjonijiet stipulati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jitlob, għaldaqstant, ir-rilaxx ta' kwalunkwe persuna detenuta f'ċirkostanzi bħal dawn; |
|
11. |
Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi dispożizzjoni għas-sospensjoni tal-ftehim fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jiżguraw l-istabbiliment ta' skambju regolari mal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, dwarit-twettiq tal-obbligi reċiproċi previsti fil-Ftehim, u b'mod partikolari fuq ir-realizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tad-drittijiet tal-bniedem, dawk ambjentali u tax-xogħol imsemmija f'din ir-riżoluzzjoni; jistieden lis-SEAE, b'mod partikolari permezz tad-Delegazzjoni tal-UE, biex jagħmel l-almu tiegħu sabiex isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'Kuba meta jimplimenta l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni u biex jirrapporta lura lill-Parlament; |
|
12. |
Jenfasizza li l-Ftehim jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għajxien u d-drittijiet soċjali taċ-ċittadini Kubani, li jafferma mill-ġdid l-importanza ta' ħidma b'mod sistematiku fil-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda; |
|
13. |
Jilqa' r-referenzi espliċiti tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni għas-soċjetà ċivili bħala attur tal-kooperazzjoni; jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu għall-popolazzjoni Kubana u progress lejn id-demokrazija u r-rispett u l-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet għall-ftehim biex jippromwovu rwol attiv għas-soċjetà ċivili Kubana matul il-fażi ta' implimentazzjoni tal-ftehim; |
|
14. |
Ifakkar fir-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili Kubana fl-iżvilupp ekonomiku u demokratiku tal-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa biex is-soċjetà ċivili tkun attur ewlieni fl-oqsma kollha ta' dan il-Ftehim, inklużi dawk relatati mal-għajnuna għall-iżvilupp; ifakkar fl-appoġġ tal-Parlament, permezz tal-Premju Sakharov, għas-soċjetà ċivili Kubana fir-rwol tagħha ta' promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f'Kuba; |
|
15. |
Ifakkar li l-konnettività tal-internet f'Kuba hija fost l-aktar baxxi fid-dinja u li l-aċċess għall-internet jiswa ħafna flus u l-kontenut għadu ristrett; jilqa' l-fatt li aktar Kubani qed jirċievu aċċess għall-internet iżda jemmen li l-gvern imissu jieħu aktar passi biex irawwem aċċess bla ċensura u jittejbu d-drittijiet diġitali tal-popolazzjoni; |
|
16. |
Jitlob li, f'intervalli xierqa u skont is-sistema ta' koordinazzjoni prevista f'dan il-Ftehim, is-SEAE jżomm lill-Parlament informat dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-applikazzjoni tiegħu; |
|
17. |
Jieħu nota tal-proċess ta' normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Kuba u l-Istati Uniti bl-istabbiliment mill-ġdid ta' relazzjonijiet diplomatiċi fl-2015 u jħeġġeġ aktar sforzi; |
|
18. |
Itenni l-fehma tradizzjonali tiegħu, kondiviża mill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, u adottata f'bosta okkażjonijiet, li tmur kontra l-liġijiet u miżuri b'effett extraterritorjali peress li jagħmlu ħsara lill-popolazzjoni Kubana u jaffettwaw il-kors normali tal-kumpaniji Ewropej; |
|
19. |
Jirrikonoxxi li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jista' jikkontribwixxi għall-proċessi ta' riforma, aġġustament u modernizzazzjoni diġà proposti f'Kuba, b'mod partikolari fir-rigward tad-diversifikazzjoni tas-sħab internazzjonali ta' Kuba u l-istabbiliment ta' qafas ġenerali ta' żvilupp politiku u ekonomiku; jenfasizza li relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi aktar mill-qrib ma' Kuba jistgħu jgħinu javvanzaw ir-riformi politiċi fil-pajjiż skont l-aspirazzjonijiet tal-poplu Kuban; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jassistu t-tranżizzjoni ekonomika u politika f'Kuba, u jinkoraġġixxu l-evoluzzjoni lejn l-istandards demokratiċi u elettorali li jirrispettaw id-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini kollha tagħha; jappoġġa l-użu ta' diversi strumenti tal-politika barranija tal-UE, u b'mod partikolari l-EIDHR, sabiex jissaħħaħ id-djalogu tal-UE mas-soċjetà ċivili Kubana u ma' dawk li jappoġġaw tranżizzjoni paċifika f'Kuba; |
|
20. |
Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, bħala l-ewwel ftehim li qatt kien hemm bejn l-UE u Kuba, jikkostitwixxi l-qafas legali ġdid għal dawn ir-relazzjonijiet, li jinkludi kapitolu dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali, li għandu l-għan li joħloq ambjent aktar prevedibbli u trasparenti għall-operaturi ekonomiċi lokali u Ewropej; |
|
21. |
Jenfasizza li l-pilastru tal-kummerċ u tal-kooperazzjoni kummerċjali tal-l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ma jipprovdi l-ebda preferenzi kummerċjali għal Kuba; ifakkar li dan il-pilastru jkopri l-kooperazzjoni doganali, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-proprjetà intellettwali, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji, l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, il-prodotti tradizzjonali u artiġjanali, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, il-kooperazzjoni dwar id-difiża tal-kummerċ, ir-regoli dwar l-oriġini u l-investiment; |
|
22. |
Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jipprovdi pjattaforma biex tiġi estiża r-relazzjoni bilaterali ta' kummerċ u investiment u jiġu stabbiliti bażijiet konvenzjonali għar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn l-UE u Kuba; |
|
23. |
Jappoġġa l-prattika li ilha stabbilita, ikkonfermata wkoll mill-Kummissarju Cecilia Malmström fis-seduta tagħha fid-29 ta' Settembru 2014, li d-dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ u l-investiment tal-ftehimiet ta' importanza politika ma jiġux applikati b'mod provviżorju sakemm il-Parlament ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu u jestendu din il-prattika għall-ftehimiet internazzjonali kollha relatati mal-azzjoni esterna tal-UE kull fejn huma kkonċernati l-aspetti kummerċjali, bħalma hu l-każ bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni; |
|
24. |
Huwa tal-fehma li l-Ftehim se jservi biex jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ekonomika, billi jiffaċilita ambjent ta' negozju prevedibbli u trasparenti u l-iżvilupp ta' qafas aktar b'saħħtu u aktar stabbli fil-futur fejn huwa żgurat li l-poplu Kuban ikun jista' jipparteċipa b'mod konġunt ma' kumpaniji u individwi mill-UE; |
|
25. |
Jistieden ukoll lill-kumpaniji Ewropej li joperaw f'Kuba, speċjalment dawk li jirċievu krediti jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja ta' oriġini pubblika, biex japplikaw l-istess standards lavorattivi u etiċi kif meħtieġ fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom; |
|
26. |
Jilqa' l-fatt li Kuba rratifikat it-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO u jitlob impenji rigward l-implimentazzjoni rapida tagħhom; jistieden bis-saħħa, lil Kuba u lill-pajjiżi kollha li magħhom għandha ftehimiet jew li magħhom qed tinnegozja ftehimiet, sabiex jirratifikaw u jikkonformaw mar-regolamenti tal-ILO u l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti, u sabiex jipproskrivu l-forom kollha tal-isfruttament tax-xogħol; jinnota li hemm oqsma fejn id-drittijiet soċjali u tax-xogħol huma involuti, bħalma huma l-prattiki tar-reklutaġġ minn impriżi li huma proprjetà tal-Istat Kuban u l-prattiki ta' konfiska tas-salarji fis-settur tat-turiżmu; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-ħaddiema kollha jeħtieġ li jkollhom sett bażiku ta' drittijiet tax-xogħol kif ukoll protezzjoni soċjali adegwata f'konformità mal-konvenzjonijiet tal-ILO, u jistieden liż-żewġ partijiet jaħdmu għal dan l-għan skont l-Artikolu 38 tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni; |
|
27. |
Jinnota li l-UE hija l-esportatur ewlieni u t-tieni l-ikbar sieħeb kummerċjali ta' Kuba, kif ukoll l-akbar investitur barrani; jindika li l-politika tal-UE dwar il-kummerċ barrani ma tipprovdi l-ebda preferenza kummerċjali għal Kuba, u li japplikaw rati tariffarji tal-UE kif notifikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO); ifakkar li bħala riżultat tar-riforma tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) tal-UE, minn Jannar 2014 Kuba tilfet il-preferenzi kummerċjali tagħha għal esportazzjoni lejn l-UE peress li kienet laħqet il-kategorija ta' Pajjiż bi Dħul Medju Superjuri u ma baqgħetx tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà; jenfasizza, barra minn hekk, li l-kummerċ għadu jirrappreżenta biss sehem moderat tal-ekonomija Kubana, hekk kif l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet flimkien jammontaw għal 26,4 % tal-PDG; |
|
28. |
Jissuġġerixxi li jiġu esplorati possibilitajiet futuri sabiex jintegraw lil Kuba fil-FSE UE-CARIFORUM, li jinkludi diversi kapitoli speċifiċi u utli dwar il-kooperazzjoni kummerċjali u joffri l-possibbiltà lil Kuba ta' aktar integrazzjoni reġjonali; |
|
29. |
Jinnota li Kuba hija membru tad-WTO u għaldaqstant jenfasizza l-ħtieġa li hija tirrispetta l-prinċipji bażiċi tad-WTO, bħall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-ftehimiet dwar ostakli għall-kummerċ, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-istrumenti ta' difiża kummerċjali; |
|
30. |
Jistieden lil Kuba tirratifika l-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO li daħal fis-seħħ fi Frar 2017; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Kumitat għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ fil-pajjiż u, f'dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu appoġġ tekniku; |
|
31. |
Jirrimarka li l-kooperazzjoni doganali hija qasam kruċjali li jeħtieġ jiġi żviluppat sabiex jindirizza sfidi importanti bħalma huma s-sigurtà tal-fruntieri, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-ġlieda kontra l-prodotti ffalsifikati u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, fost kwistjonijiet oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu għajnuna teknika u finanzjarja u jistabbilixxu strumenti bilaterali bi qbil reċiproku sabiex jgħinu lil Kuba bl-implimentazzjoni ta' miżuri għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u s-servizzi ta' tagħrif; |
|
32. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-esportazzjonijiet minn Kuba jiġu diversifikati lil hinn mill-prodotti tradizzjonali, u jitlob lill-Kummissjoni toħloq postijiet ta' negozjar ad hoc għall-iskambju tal-aħjar prattiki u tipprovdi lill-esportaturi Kubani bl-għarfien meħtieġ biex jittejjeb l-aċċess tal-prodotti fis-suq tal-UE; |
|
33. |
Jilqa' r-rwol tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) fl-għoti ta' appoġġ strateġiku lil Aduanas General de la República ta' Kuba skont il-Programm Mercator sabiex jevalwa l-istat ta' tħejjija għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO; jenfasizza l-importanza ta' Aduanas General de la República li tkun proattiva fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u jitlob lill-Kummissjoni tassisti lil Kuba f'dan il-proċess; |
|
34. |
Jieħu nota tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet Kubani biex iħeġġu l-libertà ekonomika u l-liberalizzazzjoni ekonomika; jenfasizza l-importanza li gradwalment jissaħħaħ is-settur privat; jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp ta' investiment barrani b'saħħtu sabiex tittejjeb l-infrastruttura fiżika u teknoloġika tal-pajjiż u biex tinbena sistema ta' produzzjoni kompetittiva Kubana se jeħtieġ aktar miżuri ekonomiċi u finanzjarji b'regolamenti li jagħtu ċertezza legali, inkluż permezz ta' istituzzjonijiet indipendenti, trasparenti u imparzjali, u stabbiltà ekonomika tal-pajjiż; jirrimarka li Kuba tista' tirrikorri għall-esperjenza tal-Istati Membri tal-UE f'dan ir-rigward; |
|
35. |
Jitlob l-inklużjoni ta' Kuba bħala pajjiż eliġibbli skont il-mandat estern tal-BEI ladarba tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-BEI; |
|
36. |
Jilqa' l-inklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ta' dispożizzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli f'Kuba, b'mod partikolari l-impenn għal ħidma lejn it-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, filwaqt li titqies l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-finanzjament għall-iżvilupp; jistieden lill-Partijiet sabiex, ladarba jkun ġie ratifikat il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, jistabbilixxu malajr djalogu dedikat dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030; |
|
37. |
Ifakkar li r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u Kuba ġew stabbiliti fl-1988, li Kuba ilha tibbenefika mill-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja tal-UE sa mill-1984, u li bħalissa qed tirċievi EUR 50 miljun f'għajnuna mill-UE taħt ir-Regolament dwar l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għall-perjodu 2014-2020; |
|
38. |
Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni se jiffaċilita l-involviment ta' Kuba fil-programmi tal-UE u l-implimentazzjoni msaħħa tal-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) għall-perjodu 2014-2020 sabiex tiġi ffaċilitata l-istrateġija ta' modernizzazzjoni ekonomika u soċjali adottata mill-Gvern Kuban; |
|
39. |
Jinsab imħasseb li Kuba, klassifikata bħala “pajjiż bi dħul medju superjuri” mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD, għandha riskju li titlef l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp taħt ir-Regolament DCI; iqis li s-sitwazzjoni tal-pajjiż bħala stat gżira li qed jiżviluppa u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi li qed iħabbat wiċċu magħhom, li huma ggravati mill-impatt negattiv ta' miżuri unilaterali koerċittivi, jiġġustifikaw l-adozzjoni ta' miżuri li se jippermettu li l-UE tkompli tipprovdi għajnuna lil Kuba, u li dan għandu jiġi kkunsidrat b'mod partikolari fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li jmiss tar-Regolament DCI; |
|
40. |
Jappoġġa l-affermazzjoni mill-ġdid tal-partijiet tal-ħtieġa li l-pajjiżi żviluppati kollha jwarrbu 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross tagħhom għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, u għall-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju superjuri sabiex jistabbilixxu miri biex b'hekk iżidu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament pubbliku internazzjonali; |
|
41. |
Jilqa' l-promozzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha rilevanti ta' kooperazzjoni, inkluż l-iżvilupp sostenibbli; |
|
42. |
Jirrikonoxxi u jilqa' r-rwol importanti li Kuba tiżvolġi fil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar, l-impenn tagħha u s-solidarjetà internazzjonali tagħha fil-forma ta' kontribuzzjonijiet għall-għajnuna umanitarja, prinċipalment fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni; |
|
43. |
Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni huwa opportunità biex Kuba tkun involuta aktar fil-programmi tal-UE, inklużi Orizzont 2020, il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Erasmus+ – il-programm għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport – u biex tgawdi minn aċċess akbar għalihom, ħaġa li mbagħad twassal għat-tisħiħ ta' iskambji akkademiċi u interpersonali aktar mill-qrib; |
|
44. |
Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni se jikkostitwixxi wkoll strument għall-promozzjoni, f'fora multilaterali, ta' soluzzjonijiet komuni għall-isfidi globali bħalma huma l-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-tibdil fil-klima; |
|
45. |
Jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jibgħat delegazzjoni uffiċjali tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew f'Kuba; jitlob lill-awtoritajiet Kubani jippermettu d-dħul tad-delegazzjonijiet tal-PE u li jkollhom aċċess għall-interlokuturi tagħhom; |
|
46. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti u tal-Istati Membri u l-Gvern u l-Parlament ta' Kuba. |
(1) ĠU L 322, 12.12.1996, p. 1.
(2) ĠU L 337 I, 13.12.2016, p. 41.
(3) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0296.
(4) ĠU C 201 E, 18.8.2005, p. 83.
(5) ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 81.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/106 |
P8_TA(2017)0301
Żieda fl-epidemiji tal-HIV, Tuberkulożi u Epatite C fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar ir-risposta tal-UE għall-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u l-Epatite C (2017/2576(RSP))
(2018/C 334/11)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għar-risposta tas-settur tas-saħħa għall-HIV fir-reġjun Ewropew, li jindirizza l-istrateġija tas-settur tas-saħħa globali dwar l-HIV għall-perjodu 2016-2021, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport epidemologiku annwali tal-2014 taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) dwar infezzjonijiet trażmessi sesswalment, inklużi l-HIV u viruses li jittieħdu mid-demm, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rieżami sistematiku tal-2016 tal-ECDC dwar il-prevalenza tal-epatite B u C fl-UE/fiż-ŻEE, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni bil-Miktub tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-ħepatite Ċ (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-gwida dwar il-kontroll tat-tuberkulożi f'popolazzjonijiet vulnerabbli u diffiċli biex jintlaħqu, maħruġa fl-2016 mill-ECDC, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni 2016-2020 tad-WHO dwar it-tuberkulożi fir-reġjun Ewropew (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tal-laqgħa informali tal-Ministri tas-Saħħa tal-UE li saret fi Bratislava fit-3 u l-4 ta' Ottubru 2016, fejn l-Istati Membri qablu li jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika integrat tal-UE dwar l-HIV, it-tuberkulożi u l-epatite virali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal- Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016, bit-titolu “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli”, li tiġbor fiha d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll il-governanza, fl-UE u madwar id-dinja, fejn il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara li “se tikkontribwixxi billi tissorvelja, tirrapporta u twettaq rieżami tal-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli f'kuntest tal-UE” (COM(2016)0739), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Riga dwar it-Tuberkulożi u r-Reżistenza Għal Ħafna Mediċini tagħha magħmula waqt l-ewwel Konferenza Ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant dwar dan is-suġġett li saret f'Riga fit-30-31 ta' Marzu 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel Strateġija Globali tas-Settur tas-Saħħa dwar l-epatite virali 2016-2021, adottata mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa f'Mejju 2016, li tenfasizza r-rwol kruċjali ta' kopertura universali tas-saħħa u li l-għanijiet tagħha huma allinjati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, jiġifieri li sal-2030 il-każijiet ġodda ta' epatite virali jitnaqqsu b'90 %, u r-rata ta' mortalità b'65 %, u finalment li l-epatite virali tinqered bħala theddida għas-saħħa pubblika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tad-WHO/Ewropa għar-risposta tas-settur tas-saħħa għall-epatite virali fir-reġjun Ewropew tad-WTO li l-għan ġenerali tiegħu hu l-qerda tal-epatite virali bħala theddida għas-saħħa pubblika fir-reġjun Ewropew sal-2030, permezz tat-tnaqqis tal-morbidità u tal-mortalità dovuti għall-epatite virali u l-kumplikazzjonijiet tagħha, u filwaqt li jiġi żgurat aċċess ekwu għas-servizzi rakkomandati ta' prevenzjoni, ittestjar, kura u trattament għal kulħadd, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew tad-WHO għall-HIV/AIDS 2012-2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-għażliet biex jitjieb l-aċċess għall-mediċini (4), fejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mħeġġa jadottaw pjanijiet strateġiċi biex jiżguraw aċċess għal mediċini li jsalvaw il-ħajja u jikkoordinaw pjan biex jeqirdu l-epatite C fl-Unjoni Ewropea bl-użu ta' għodod bħas-sistema Ewropea ta' akkwist konġunt, |
|
— |
wara li kkunsidra l-qafas tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-SDG 3 li jinkludi l-objettiv li sal-2030 jintemmu l-epidemiji tal-HIV u tat-tuberkulożi, u li ssir ġlieda kontra l-epatite, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Berlin dwar it-Tuberkulożi – “Ilkoll Kontra t-Tuberkulożi” (EUR/07/5061622/5, Forum Ministerjali Ewropew tad-WHO, 74415), tat-22 ta' Ottubru 2007, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u l-Epatite C (O-000045/2017 – B8-0321/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi, skont l-ECDC, waħda minn kull seba' persuni li qed jgħixu bl-HIV ma tafx li hija infettata, u huwa stmat li jgħaddu madwar erba' snin bejn l-infezzjoni tal-HIV u d-dijanjożi; billi dawk milquta mill-HIV li ma jkunux ġew iddijanjostikati għandhom il-probabilità ta' 3,5 darbiet aktar li jittrażmettu l-HIV minn dawk li ġew iddijanjostikati; |
|
B. |
billi d-Dikjarazzjoni ta' Dublin dwar Sħubija għall-Ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali kienet ta' importanza sinifikanti fl-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ armonizzat fl-UE u fil-pajjiżi ġirien, li jippermetti li jiġi ssorveljat il-progress fil-ġlieda kontra l-HIV; |
|
C. |
billi hemm evidenza qawwija li l-profilassi qabel l-esponiment huwa effettiv biex jipprevjeni l-infezzjoni u li l-użu ta' trattament antiretrovirali jelimina kważi kompletament ir-riskju ta' trażmissjoni meta t-tagħbijiet virali jitnaqqsu għal livelli mhux traċċabbli (5); |
|
D. |
billi, fl-2015, għalkemm l-infezzjonijiet ġodda ta' HIV fost il-persuni li jinjettaw id-droga komplew jonqsu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea (UE/ŻEE), kwart tal-każijiet il-ġodda kollha ta' HIV dijanjostikati u rappurtati f'erba' pajjiżi kienu attribwiti għat-teħid tad-droga fil-vina; |
|
E. |
billi l-infezzjonijiet ġodda tal-HIV dovuti għat-trażmissjoni mill-ġenituri għat-tfal u mit-trasfużjonijiet tad-demm ġew virtwalment eliminati fl-UE/fiż-ŻEE; |
|
F. |
billi t-tuberkulożi (TB) u t-tuberkulożi reżistenti għal ħafna mediċini (MDR-TB), peress li jikkostitwixxu mard li jinġarr mill-arja, huma theddidiet transfruntieri għas-saħħa f'dinja globalizzata fejn il-mobilità tal-popolazzjoni qed tiżdied; |
|
G. |
billi l-epidemjoloġija tat-TB tvarja minn fl-UE/iż-ŻEE u tiddependi, inter alia, fuq il-progress ta' Stat Membru fil-mixja tiegħu lejn l-eliminazzjoni tat-TB; |
|
H. |
billi, minn total ta' 10 miljun każ ta' mewt assoċjati mar-reżistenza għall-mediċini li jistgħu jseħħu kull sena sal-2050, madwar kwart minnhom se jkunu ġejjin minn razez tat-TB reżistenti għall-mediċini, bi spiża għall-ekonomija globali ta' mill-inqas USD 16,7 biljun u ta' mill-inqas USD 1,1 biljun għall-Ewropa; |
|
I. |
billi għandha tingħata attenzjoni lill-kwistjoni tal-koinfezzjoni, b'mod partikolari bit-TB u l-epatite virali B u C; billi t-TB u l-epatite virali huma prevalenti ħafna, javvanzaw aktar malajr u jikkaġunaw morbidità u mortalità sinifikanti fost il-persuni li għandhom l-HIV; |
|
J. |
billi hemm ħtieġa urġenti ta' kooperazzjoni transfruntiera u interdixxiplinari biex jiġu indirizzati dawn l-epidemiji; |
|
K. |
billi l-epatite virali hija waħda mill-akbar theddidiet għas-saħħa pubblika madwar id-dinja u taffettwa madwar 240 miljun persuna bl-epatite B (6) kronika u madwar 150 miljun persuna bl-epatite C kronika; billi fir-Reġjun Ewropew tad-WHO madwar 13,3 miljun persuna qed tgħix bl-epatite B u madwar 15-il miljun persuna bl-epatite C; billi, barra minn hekk, kull sena, l-epatite B tikkawża madwar 36 000 mewta u l-epatite C madwar 86 000 mewta fl-Istati Membri fir-Reġjun Ewropew tad-WHO; |
|
L. |
billi d-WHO identifikat l-użu tad-drogi li jiġu injettati bħala mutur ewlieni tal-epidemija tal-epatite C fir-Reġjun Ewropew, fejn il-persuni li jinjettaw id-drogi (PWID) jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-każijiet ġodda; |
|
M. |
billi, minħabba ż-żieda ġenerali fil-livelli ta' introjtu nazzjonali u l-bidliet fil-kriterji għall-eliġibilità għal finanzjament minn donaturi esterni, l-aċċess għall-appoġġ finanzjarju internazzjonali disponibbli għall-programmi tas-saħħa fir-Reġjun Ewropew qiegħed jonqos b'rata mgħaġġla; billi dan qed jaffettwa b'mod partikolari l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali, fejn ir-rati ta' HIV, TB u epatite C huma l-ogħla, li jqiegħed f'riskju serju r-risposta effikaċi għal dan il-mard; billi ħafna pajjiżi fir-Reġjun Ewropew tad-WHO għadhom jiddependu ħafna fuq finanzjament estern biex jiffinanzjaw il-programmi tas-saħħa tagħhom, b'mod partikolari għall-finijiet li tingħata għajnuna lil gruppi vulnerabbli u popolazzjonijiet primarjament milquta; |
|
N. |
billi se jkun diffiċli biex il-Kummissjoni tissorvelja l-progress fil-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fir-rigward tal-epatite virali, minħabba n-nuqqas jew l-inadegwatezza frekwenti ta' data ta' sorveljanza fl-Istati Membri; |
|
O. |
billi għad hemm inkonsistenzi fl-approċċi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-epatite virali fl-UE, b'uħud mill-Istati Membri li lanqas għandhom pjan nazzjonali, filwaqt li oħrajn ħadu impenji sinifikanti ta' finanzjament, daħħlu fis-seħħ strateġiji u żviluppaw pjanijiet nazzjonali għal reazzjoni komprensiva għall-piż tal-epatite virali; |
|
P. |
billi fid-dinja hemm bejn 130 u 150 miljun persuna li huma kronikament infettati bl-epatite C; billi madwar 700 000 persuna jmutu kull sena b'mard tal-fwied relatat mal-epatite C; |
|
Q. |
billi fl-2014, ġew irrapportati 35 321 każ ta' epatite C minn 28 Stat Membru tal-UE/taż-ŻEE, rata grossa ta' 8,8 każijiet għal kull 100 000 abitant (7); |
|
R. |
billi bejn l-2006 u l-2014, in-numru totali ta' każijiet dijanjostikati u rrapportati madwar l-Istati Membri tal-UE/taż-ŻEE kollha żdied bi 28,7 %, fejn il-maġġoranza ta' din iż-żieda ġiet osservata mill-2010 (8); |
|
S. |
billi l-interpretazzjoni tad-data dwar l-epatite C madwar il-pajjiżi hija mxekkla mid-differenzi fis-sistemi ta' sorveljanza, fil-prattiki tal-ittestjar u fil-programmi, u mid-diffikultajiet fid-definizzjoni tal-każijiet bħala akuti jew kroniċi (9); |
Qafas ta' politika komprensiv u integrat fil-livell tal-UE
|
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġija komprensiva dwar Qafas ta' Politika tal-UE li jindirizza l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite virali, filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi differenti u l-isfidi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien li huma l-aktar affettwati mill-HIV u t-tuberkulożi reżistenti għal ħafna mediċini (MDR-TB); |
|
2. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw il-livell ta' nfiq u mobilizzazzjoni tar-riżorsi meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tal-SDG 3; |
|
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-ħidma mal-komunitajiet u l-persuni vulnerabbli permezz ta' kooperazzjoni multisettorjali, billi jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-NGOs u l-forniment tas-servizzi lill-popolazzjonijiet affettwati; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżvolġu rwol politiku b'saħħtu fid-djalogu mal-pajjiżi ġirien fl-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali, jiżguraw li jkunu fis-seħħ pjanijiet għal tranżizzjoni sostenibbli lejn finanzjament domestiku, b'tali mod li l-programmi tal-HIV, l-epatite virali u t-TB jkunu effikaċi u li dawn jitkomplew u jiġu intensifikati wara li jiġi rtirat l-appoġġ tad-donaturi internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ikomplu jaħdmu mill-qrib ma' dawk il-pajjiżi bil-għan li jiżguraw li dawn jassumu responsabilità f'dak li għandu x'jaqsam mar-risposti kontra l-HIV, l-epatite virali u t-TB; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti mal-Istati Membri u mal-Presidenzi futuri tal-Kunsill il-possibilità li d-Dikjarazzjoni ta' Dublin tiġi aġġornata sabiex l-HIV, l-epatite virali u t-TB jitqiegħdu fuq l-istess livell; |
L-HIV/AIDS
|
6. |
Jisħaq fuq il-punt li l-HIV għadha marda trażmissibbli li ġġorr l-akbar stigma soċjali, u li jista' jkollha impatt serju fuq il-kwalità tal-ħajja ta' dawk affettwati; jenfasizza l-fatt li kważi 30 000 każ ġdid ta' infezzjoni bl-HIV ġew irrappurtati minn 31 pajjiż tal-UE/taż-ŻEE fl-2015, b'ebda sinjal ċar ta' tnaqqis globali; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għat-trattament innovattiv, anke għall-aktar gruppi vulnerabbli, u jaħdmu biex tiġi miġġielda l-istigma soċjali assoċjata mal-infezzjoni bl-HIV; |
|
8. |
Jenfasizza li fl-UE/fiż-ŻEE, il-kopulazzjoni karnali għadu l-mod ta' trażmissjoni tal-HIV ewlieni rrappurtat, u warajh it-teħid tad-droga fil-vina; jissottolinja l-vulnerabilità tan-nisa u t-tfal għall-infezzjoni; |
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex mhux biss iżidu l-investiment fir-riċerka bil-għan li jiksbu kuri effikaċi u jiżviluppaw għodod ġodda u approċċi innovattivi u ċċentrati fuq il-pazjenti għall-ġlieda kontra dawn il-mardiet, iżda wkoll biex jiżguraw li dawn l-għodod ikunu disponibbli u affordabbli, u biex jindirizzaw il-koinfezzjonijiet b'mod aktar effikaċi, b'mod partikolari it-tuberkolożi u l-epatite virali B u C u l-komplikazzjonijiet tagħhom; |
|
10. |
Jenfasizza li l-prevenzjoni tibqa' l-istrument ewlieni fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, iżda tnejn minn kull tliet pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE jirrimarkaw li l-fondi disponibbli għall-prevenzjoni mhumiex biżżejjed biex jitnaqqas l-għadd ta' infezzjonijiet ġodda bl-HIV; |
|
11. |
Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ikomplu jappoġġjaw il-prevenzjoni tal-HIV/AIDS u r-rabta mal-kura permezz ta' azzjonijiet u proġetti konġunti fil-qafas tal-Programm tas-Saħħa tal-UE u jippromwovu miżuri ppruvati fir-rigward tas-saħħa pubblika għall-prevenzjoni tal-HIV, inklużi: servizzi komprensivi ta' tnaqqis ta' ħsara għall-persuni li jieħdu d-droga, it-trattament bħala prevenzjoni, l-użu tal-kondoms, il-profilassi qabel l-esponiment u edukazzjoni effikaċi dwar is-saħħa sesswali; |
|
12. |
Jistieden lill-Istati Membri jiffukaw fuq is-servizzi tal-ittestjar għall-HIV bil-għan li jilħqu l-popolazzjonijiet prinċipali f'żoni fejn hemm l-ogħla prevalenza ta' HIV, skont ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO; |
|
13. |
Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu b'mod effikaċi kontra l-infezzjonijiet trażmessi sesswalment li jżidu r-riskju ta' infezzjoni bl-HIV; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex it-testijiet tal-HIV jagħmluhom disponibbli mingħajr ħlas, speċjalment għall-gruppi vulnerabbli, biex tiġi żgurata dijanjożi bikrija u jittejjeb ir-rappurtar tal-għadd ta' infezzjonijiet, li huwa importanti għall-għoti ta' informazzjoni adegwata u twissijiet dwar din il-marda; |
Tuberkolożi
|
15. |
Jisħaq fuq il-punt li fl-Unjoni Ewropea r-rati ta' TB huma fost l-aktar baxxi fid-dinja; jenfasizza, madankollu, li madwar 95 % tal-imwiet minħabba t-TB jseħħu f'pajjiżi bi dħul baxx u medju; jissottolinja, barra minn hekk, li r-Reġjun Ewropew tad-WHO, b'mod partikolari l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Asja Ċentrali, huma affettwati ħafna mill-MDR-TB, b'madwar kwart tal-piż globali ta' MDR-TB; jenfasizza li 15 mis-27 pajjiż fejn hemm ħafna każijiet ta' MDR-TB identifikati mid-WHO qegħdin fir-Reġjun Ewropew; |
|
16. |
Jirrimarka li t-TB hija l-kawża ewlenija ta' mewt fost il-persuni milquta mill-HIV, u madwar waħda minn kull tlett imwiet fost persuni bl-HIV hija minħabba t-TB (10); jisħaq fuq il-punt li l-għadd ta' nies li jimirdu bit-TB reġa' żdied għat-tielet sena konsekuttiva fl-2014, minn 9 miljuni fl-2013 għal 9,6 miljun fl-2014; jisħaq ukoll li wieħed minn kull erba' każijiet ta' MDR-TB biss jiġi dijanjostikat, u dan jenfasizza l-lakuni kbar li jeżistu fid-detezzjoni u d-dijanjożi; |
|
17. |
Jinnota li r-reżistenza għall-antimikrobiċi hija sfida medika dejjem aktar serja fit-trattament tal-infezzjonijiet u l-mardiet, inkluż it-tuberkulożi; |
|
18. |
Ifakkar li l-interruzzjoni fit-trattament tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-reżistenza għall-mediċini, it-trażmissjoni tat-TB, u għal eżiti mhux sodisfaċenti għall-pazjenti individwali; |
|
19. |
Jisħaq fuq il-punt li, sabiex itejbu l-prevenzjoni, id-dijanjożi u l-aderenza għat-trattament tat-TB, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jeħtieġ li jiżviluppaw programmi għat-TB u jipprovdu appoġġ finanzjarju bil-għan li jsaħħu l-ħidma mal-komunitajiet u l-persuni vulnerabbli permezz ta' kooperazzjoni multisettorjali, li għandha tinkludi l-parteċipazzjoni tal-NGOs, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza, barra minn hekk, li l-involviment finanzjarju tal-atturi kollha li jissussidjaw it-trattament għat-TB huwa essenzjali għall-kontinwità tal-kura tat-TB, peress li t-trattamenti jistgħu jkunu eċċessivament għalja; |
|
20. |
Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-kriżi emerġenti tar-reżistenza għall-antimikrobiċi, fosthom permezz tal-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp ta' tilqimiet ġodda kif ukoll l-approċċi, id-dijanjostika u t-trattament għat-tuberkulożi innovattivi u ffukati fuq il-pazjent; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżvolġu rwol politiku b'saħħtu biex jiżguraw li r-rabta bejn ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-MDR-TB tkun riflessa fl-eżitu tas-Summit tal-G20 ta' Lulju 2017 fil-Ġermanja kif ukoll fil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid tal-UE dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, li mistenni jiġi ppubblikat fl-2017; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw fl-introduzzjoni ta' miżuri transfruntieri biex jiġi evitat it-tixrid tat-TB permezz ta' arranġamenti bilaterali bejn il-pajjiżi u azzjonijiet konġunti; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jsaħħu u jifformalizzaw il-kollaborazzjoni reġjonali dwar it-TB u l-MDR-TB fl-ogħla livell politiku fis-setturi differenti u jibnu sħubijiet mal-Presidenzi tal-UE li jmiss bil-għan li titkompla din il-ħidma; |
L-epatite C
|
24. |
Jisħaq fuq il-punt li fl-Unjoni Ewropea l-epatite virali tittieħed l-aktar mill-użu tad-drogi permezz ta' injezzjoni meta diversi persuni jużaw l-istess siringi kkontaminati u tagħmir mhux sterilizzat għall-injezzjoni tad-drogi; jisħaq fuq il-punt li r-rata ta' persuni li jaħdmu fil-qasam tal-kura tas-saħħa li jispiċċaw infettati mill-epatite minħabba li jkorru bil-labar tas-siringi għadha ogħla mill-medja; jenfasizza li l-forniment ta' servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara, inkluż it-trattament ta' sostituzzjoni tal-opjati u l-programmi dwar il-labar u s-siringi, jikkostitwixxi strateġija fundamentali għall-prevenzjoni tal-epatite virali, li għandha tinkludi wkoll miżuri biex jingħelbu l-istigma u d-diskriminazzjoni; jenfasizza li t-testijiet anti-HCV u HBsAg spiss mhumiex parti mill-eżamijiet tas-saħħa rimborżati; jenfasizza li l-virus, f'każijiet rari, jista' jiġi trażmess sesswalment, jew f'ambjenti tal-kura tas-saħħa u tal-kura kożmetika minħabba prattiki inadegwati f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tal-infezzjonijiet, jew b'mod perinatali minn omm infettata lit-tarbija; |
|
25. |
Jisħaq fuq il-punt li aktar minn 90 % tal-pazjenti ma juru l-ebda sintomu li jkunu ġew infettati bil-marda u normalment din tiġi skoperta b'kumbinazzjoni waqt analiżi jew meta jibdew jidhru s-sintomi, u dan iwassal għal epatite kronika f'55 % sa 85 % tal-każijiet; billi, fi żmien 20 sena, dawk li jbatu mill-epatite kronika għandhom riskju ta' 15-30 % li jiżviluppaw ċirrożi fil-fwied – il-kawża ewlenija tal-karċinoma epatoċellulari; |
|
26. |
Jenfasizza li, f'75 % tal-każijiet ta' karċinoma epatoċellulari, il-pazjent jirriżulta pożittiv għat-test seroloġiku tal-HCV; |
|
27. |
Jenfasizza li m'hemm l-ebda protokoll standardizzat fl-Istati Membri għall-iskrinjar tal-epatite C u li d-data dwar l-għadd ta' persuni affettwati taf tkun sottovalutata; |
|
28. |
Jenfasizza li f'April 2016 id-WHO aġġornat il-Linji Gwida tagħha għall-iskrinjar, il-kura u t-trattament tal-persuni infettati bl-epatite C kronika, u li dawn jikkomplementaw il-gwida eżistenti tad-WHO dwar il-prevenzjoni tat-trażmissjoni ta' viruses li jinxterdu permezz tad-demm, fosthom l-HCV; jinnota li dawn il-linji gwida jipprovdu rakkomandazzjonijiet essenzjali f'dawn l-oqsma u jiddiskutu konsiderazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tagħhom; |
|
29. |
Jenfasizza li l-infezzjoni bl-HCV tista' titfejjaq, speċjalment jekk tkun dijanjostikata u trattata bil-kombinazzjoni xierqa ta' mediċini antivirali; jirrimarka, b'mod partikolari, li t-trattament antivirali issa jista' jfejjaq aktar minn 90 % tal-persuni infettati bl-HCV; jenfasizza li l-prevenzjoni tal-HBV virali hija possibbli permezz tat-tilqim u li l-HBV virali tista' tiġi kkontrollata, iżda li anqas minn 50 % tal-persuni bl-epatite virali kronika jiġu dijanjostikati biss deċennji wara li jkunu ġew infettati; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament sostenibbli tal-pjanijiet nazzjonali għall-qerda tal-epatite virali, u jagħmlu użu mill-Fondi Strutturali tal-UE u fondi oħra disponibbli tal-UE; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ programm armonizzat ta' sorveljanza tal-infezzjonijiet madwar l-UE kollha li jistgħu jidentifikaw it-tifqigħat tal-epatite virali, tat-TB u tal-HIV fi żmien xieraq, jevalwaw it-tendenzi fl-inċidenza, jipprovdu stimi tal-piż tal-mard u jsegwu b'mod effikaċi u fi żmien reali is-sekwenza tad-dijanjożi, tat-trattament u tal-kura, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli speċifiċi; |
|
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi diskussjonijiet mal-Istati Membri dwar l-aħjar mod kif jiġu mogħnija l-professjonisti tal-kura primarja (bħall-inklużjoni ta' testijiet anti-HCV u HBsAg fl-eżamijiet tas-saħħa, l-istorja medika, it-testijiet ta' segwitu u l-formulazzjoni tal-perkorsi ta' referenza), bil-għan li tiżdied ir-rata ta' dijanjożi u tiġi żgurata kura li tkun konformi mal-linji gwida; |
|
33. |
Jiddispjaċih li attwalment m'hemm l-ebda tilqima disponibbli għall-epatite C, u dan ifisser li l-prevenzjoni primarja u sekondarja hija ta' importanza kruċjali; jenfasizza, madankollu, li l-karatteristiċi speċifiċi tal-infezzjoni tal-epatite C u n-nuqqas ta' protokolli ta' skrinjar f'ħafna każijiet jimpedixxu l-ittestjar; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni, taħt it-tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), biex tniedi pjan multidixxiplinari, f'koordinament mal-Istati Membri, li jistandardizza l-protokolli tal-iskrinjar, l-ittestjar u t-trattament, u li jeqred l-epatite C fl-UE sal-2030; |
o
ο o
|
35. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1.
(2) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 247.
(3) http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0007/283804/65wd17e_Rev1_TBA ctionPlan_150588_withCover.pdf
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0061.
(5) https://thinkprogress.org/massive-hiv-treatment-study-found-zero-transmissions-between-mixed-status-couples-73d4a497f77b.
(6) http://www.euro.who.int/en/health-topics/communicable-diseases/hepatitis/data-and-statistics.
(7) Rapport Epidemjoloġiku Annwali – ECDC:
http://ecdc.europa.eu/en/healthtopics/hepatitis_C/Documents/aer2016/AER-hepatitis-C.pdf.
(8) Ibid.
(9) Ibid.
(10) Ir-rapport Globali 2015 tad-WHO dwar it-tuberkulożi.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/112 |
P8_TA(2017)0303
Lejn strateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar lejn strateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali (2016/2240(INI))
(2018/C 334/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 167(3) u (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2347 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-24 ta' Marzu 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli 4 u 17, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 bl-isem 'Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali' (JOIN(2016)0029), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2007 dwar aġenda Ewropea għal kultura f'dinja li qed tiġi gglobalizzata (COM(2007)0242), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Azzjoni Preparatorja għall-Kultura fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet tagħha (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument bl-isem 'Shared Vision, Common Action: A Stronger Europe – A Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy' (Viżjoni kondiviża, azzjoni komuni: Ewropa iktar b'saħħitha – Strateġija globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea) ippreżentat mill-VP/RGħ fit-28 ta' Ġunju 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura (COM(2010)0390), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2016 dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (Konvenzjoni ta' Faro) tal-2005 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar ir-rwol tal-UE fin-NU – kif jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-politika barranija (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2014 dwar Pjan ta' Ħidma għall-Kultura (2015–2018) (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Dinji Kulturali u Naturali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali għall-Ewropa (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni CM/Res(2010)53, adottata mill-Kunsill tal-Ewropa, li tistabbilixxi Ftehim Parzjali Estiż (EPA) dwar Rotot Kulturali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2015 dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b'attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' April 2015 dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Daesh (13), b'mod partikolari l-paragrafu 3 tagħha, li “[j]istieden lill-VP/RGħ tħaddem id-diplomazija kulturali u d-djalogu interkulturali bħala għodda f'dak l jirrigwarda r-rikonċiljazzjoni tal-komunitajiet differenti u r-rikostruzzjoni tas-siti meqruda”, |
|
— |
wara li kkunsdra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar aġenda Ewropea għall-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni (14), |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tat-3502 laqgħa tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport tal-21 u t-22 ta' Novembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mħejji fuq talba tal-Kumitat CULT tal-Parlament bl-isem “Ir-riċerka għall-Kumitat CULT – L-istituti kulturali Ewropej barra mill-UE” (15), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mħejji fuq talba tal-Kumitat CULT tal-Parlamentbl-isem “Ir-riċerka għall-Kumitat CULT – Bliet kapitali Ewropej għall-kultura: strateġiji ta' suċċess u effetti fit-til” (16), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-2015 mitlub mis-Servizz tal-Kummissjoni tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) bl-isem “Analiżi tal-perċezzjoni tal-UE u l-politiki tal-UE barra mill-pajjiż” (17), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018) (COM(2016)0543), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Korp Ewropew ta' Solidarjetà (COM(2016)0942), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) tas-27 ta' Settembru 2016, li fiha, Ahmad Al Faqi Al Mahdi, instab ħati tal-qerda ta' bosta mawżolej f'Timbuktu, u li fiha ssentenzjat għall-ewwel darba, bi qbil mal-Istatut ta' Ruma, li l-qerda ta' patrimonju kulturali jista' jitqies bħala delitt tal-gwerra, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0220/2017), |
|
A. |
billi l-UE qed issir attur aktar prominenti fir-relazzjonijiet internazzjonali, u jenħtieġ li tixħet riżorsi u enerġija addizzjonali fil-promozzjoni tal-kultura komuni tagħha, tal-patrimonju kulturali, tal-kreazzjoni artistika u l-innovazzjoni fi ħdan id-diversità reġjonali, skont l-Artikolu 167 TFUE; |
|
B. |
billi l-UE hija attur prominenti fil-politika internazzjonali li għandha rwol dejjem akbar fl-affarijiet dinjija, anke permezz tal-promozzjoni tal-kultura u d-diversità lingwistika fir-relazzjonijiet internazzjonali; |
|
C. |
billi l-kultura għandha valur intrinsiku, u l-esperjenza tal-UE uriet li l-iskambji kulturali jistgħu jservu kemm biex jippromwovu l-objettivi esterni tagħha kif ukoll bħala pont b'saħħtu bejn il-popli ta' tradizzjonijiet etniċi, reliġjużi u soċjali differenti, mhux l-anqas billi ssaħħaħ id-djalogu interkulturali u interreliġjuż u l-fehim reċiproku, inkluż permezz tal-attivitajiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE); iqis, f'dan ir-rigward, li l-kultura jenħtieġ li ssir parti essenzjali mid-djalogu politiku mal-pajjiżi terzi u li hemm bżonn li l-kultura tiġi integrata b'mod sistematiku fi proġetti u programmi ta' żvilupp; |
|
D. |
billi, sabiex l-UE tkun tista' tippromwovi l-fehim interkulturali, jeħtieġ li tespandi l-għodod ta' komunikazzjoni komuni taħt il-forma ta' midja Ewropea ġenwina, bħal Arte, Euronews u Euranet; |
|
E. |
billi l-kultura u l-protezzjoni tal-kultura huma marbutin b'mod inseparabbli mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; |
|
F. |
billi l-kooperazzjoni xjentifika tifforma element essenzjali tal-politika barranija bil-bini ta' konnessjonijiet bejn il-pajjiżi, bit-tisħiħ tal-kwalità tar-riċerka internazzjonali u billi tkabbar il-profil tad-diplomazija xjentifika; |
|
G. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom varjetà ta' għeruq kulturali, lingwistiċi, storiċi u reliġjużi komuni, u billi bit-tislit ta' ispirazzjoni mill-patrimonju kulturali, reliġjuż u umanista Ewropew, huma rnexxilhom jiksbu unità fid-diversità; billi l-kultura u l-patrimonju kulturali Ewropew, kemm dak tanġibbli kif ukoll dak intanġibbli, jirrappreżentaw id-diversità tas-soċjetajiet u r-reġjuni Ewropej, tas-soċjetajiet ta' maġġoranza, kif ukoll tal-kulturi ta' minoranza tagħhom; |
|
H. |
billi d-“Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni” adottata f'Pariġi f'Marzu 2015 tenfasizza l-ħtieġa li jitrawwem djalogu attiv bejn il-kulturi, kif ukoll solidarjetà globali u rispett reċiproku; |
|
I. |
billi tul l-istorja tal-UE, ir-relazzjonijiet kulturali kienu muturi fundamentali għall-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp ekonomiku u uman sostenibbli, filwaqt li għandhom rwol kruċjali fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili, u fil-kuntatti bejn il-persuni, u fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, bil-għan li jħarsu l-patrimonju kulturali, jsaħħu l-proċessi ta' demokratizzazzjoni u jipparteċipaw fil-prevenzjoni, is-soluzzjoni u r-reżiljenza tal-kunflitti; |
|
J. |
billi d-diplomazija kulturali għandha tippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika, inkluż il-preservazzjoni tal-lingwi minoritarji b'kunsiderazzjoni li dan jikkostitwixxi valur fih innifsu, u jikkontribwixxi għall-patrimonju kulturali Ewropew; |
|
K. |
billi d-drittijiet tal-bniedem jinkludu wkoll drittijiet kulturali, u billi għalhekk għandha tingħata attenzjoni ugwali għad-dritt ta' kull individwu li jieħu sehem fil-ħajja kulturali u li jgawdi l-kultura proprja tiegħu jew tagħha, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet umani fundamentali ta' kulħadd; |
|
L. |
billi f'Diċembru 2014 tqiegħdu fis-seħħ miżuri restrittivi biex jiġi miġġieled in-negozju ta' oġġetti kulturali mis-Sirja; billi hemm bżonn ċar li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' rispons ta' emerġenza li jidentifika u jipprevjeni l-qerda ta' patrimonju kulturali u t-tneħħija ta' oġġetti kulturali, inkluż f'żoni jew f'pajjiżi ta' kunflitt, kif ukoll atti li jistgħu jintużaw f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt biex jintimidaw jew jixxukkjaw, u li f'ċerti ċirkostanzi jistgħu jitqiesu bħala “tindif kulturali”; |
|
M. |
billi l-kultura hi beni komuni, u t-tfassil ta' kunsens ġdid dwar l-iżvilupp għandu jinkludi riflessjoni dwar l-irkupru ta' beni pubbliċi komuni, inkluż permezz tal-kultura; |
|
N. |
billi l-UE u l-Istati Membri individwali jipprovdu aktar min nofs tal-għajnuna għall-iżvilupp globali, fatt li jimmerita li jiġi rikonoxxut; |
|
O. |
billi l-patrimonju kulturali hu wirt universali, u l-protezzjoni tiegħu, għalhekk hi prekundizzjoni għall-bini tal-paċi u r-reżiljenza; |
|
P. |
billi l-komunikazzjoni konġunta intitolata 'Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali' tipprovdi qafas għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-UE; billi, madankollu, din tonqos milli tidentifika l-prijoritajiet tematiċi u ġeografiċi, l-objettivi u r-riżultati konkreti, il-gruppi fil-mira, l-interessi u l-inizjattivi komuni, id-dispożizzjonijiet ta' finanzjament, il-ġestjoni finanzjarja b'saħħitha, perspettiva lokali u reġjonali u l-modalitajiet ta' sfida u ta' implimentazzjoni; |
|
Q. |
billi l-kuntatti bejn il-persuni bħall-iskambji taż-żgħażagħ, ġemellaġġi ta' bliet u sħubijiet fil-qasam professjonali, kienu mezzi importanti għall-promozzjoni tal-fehim interkulturali u għandhom jiġu promossi mill-UE fir-relazzjonijiet ta' politika barranija; |
|
R. |
billi l-mobbiltà hi parti essenzjali mir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-UE, u teħtieġ il-ħolqien ta' mekkaniżmi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-viża lejn u minn pajjiżi terzi għall-professjonisti kulturali, riċerkaturi, akkademiċi, għalliema, studenti u persunal u għan-netwerks tal-alumni ta' parteċipanti preċedenti fi programmi tal-UE (18); |
|
S. |
billi l-UE u l-istati tal-viċinat storikament influwenzaw lil xulxin fir-rigward tal-kultura; |
|
T. |
billi l-kooperazzjoni, it-taħriġ, il-mobbiltá tal-artisti u tal-professjonisti kulturali u ta' xogħlijiethom, inkluż permezz ta' netwerks Ewropej u internazzjonali, u r-residenzi tal-artisti huma fatturi ewlenin għat-tixrid u l-iskambju tal-kulturi u tal-arti Ewropej u mhux Ewropej u jeħtieġ li jiġu promossi u msaħħa; |
|
U. |
billi politika dwar il-viża għall-artisti u l-professjonisti kulturali hi ewlenija għall-kooperazzjoni b'suċċess u għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tax-xogħolijiet tagħhom, permezz tan-netwerks Ewropej u internazzjonali, kif ukoll biex jiġu żgurati l-programmi attivi ta' residenza tal-artisti li jinvolvu s-soċjetajiet ċivili fil-pajjiżi u r-reġjuni differenti tad-dinja; |
|
V. |
billi dan jista' jkun punt ta' tluq utli biex jittieħed rendikont ta' dak li nkiseb taħt “l-aġenda tal-UE għall-kultura” bil-għan li tkompli tiġi żviluppata u mtejba l-istrateġija, billi jiġu stabbiliti miri ċari u li jistgħu jitkejlu, prijoritajiet u riżultati realistiċi li jkunu konformi mal-partikolaritajiet tal-pajjiżi individwali, u billi wieħed jitgħallem mill-aħjar prattiki; |
|
W. |
billi, l-UE, bħala sieħba ewlenija tan-Nazzjonijiet Uniti, għandha taħdem mill-qrib mal-UNESCO biex tipproteġi l-patrimonju kulturali globali; |
|
X. |
billi l-koordinazzjoni fost il-programmi u r-riżorsi tal-UE għandhom isaħħu d-dimensjoni kulturali tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE sabiex jinħoloq spazju kondiviż ta' djalogu għall-fehim u l-fiduċja transkulturali; |
|
Y. |
billi l-inizjattivi u l-azzjonijiet tal-UE għandhom ikunu aktar viżibbli f'pajjiżi terzi, inklużi f'dawk koperti mill-Politika Ewropea ta' Viċinat, u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu attribwiti, valutati u mxerrda aħjar (19); |
|
Z. |
billi l-għadd ta' prodotti u servizzi mis-settur awdjoviżiv, kulturali u dak kreattiv qed jiżdied, kif qed jiżdied ukoll il-kontribut tagħhom għall-PGD u għaċ-ċirkolazzjoni internazzjonali; |
|
AA. |
billi bosta Rotot Kulturali Ewropej iċċertifikati mill-Kunsill tal-Ewropa jgħaddu minn pajjiżi fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE, kif ukoll minn pajjiżi kandidati u billi dan jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' rabtiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-viċinat tagħha; |
|
AB. |
billi l-isforzi tal-Unjoni biex trawwem reżiljenza soċjetali billi tapprofondixxi l-ħidma dwar il-kultura, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, tħeġġeġ il-pluraliżmu, il-koeżistenza u r-rispett; |
Objettivi
|
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni konġunta, li toffri ħarsa ġenerali tal-istrumenti, l-azzjonijiet, l-inizjattivi, il-programmi u l-proġetti kollha appoġġjati jew implimentati mill-UE u l-Istati Membri tagħha li d-denominatur komuni tagħhom huwa l-kultura; jitlob li tiġi żviluppata strateġija effettiva tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali; |
|
2. |
Jirrikonoxxi li l-komunikazzjoni konġunta għandha l-għan li trawwem il-kooperazzjoni kulturali fi ħdan l-UE u mal-pajjiżi sħab tagħha u li tippromwovi ordni globali bbażat fuq iż-żamma tal-paċi, il-ġlieda kontra l-estremiżmu u r-radikalizzazzkjoni permezz tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż, u dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti b'osservanza tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà artistika, il-fehim reċiproku, id-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali u lingwistika u l-valuri fundamentali; jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol importanti ta' diplomazija kulturali, u l-iskambju edukattiv u kulturali fit-tisħiħ ta' qafas komuni ta' valuri universali; |
|
3. |
Jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mis-SEAE, flimkien mal-Kummissjoni, biex tissaħħaħ id-dimensjoni esterna tal-politiki tax-xjenza u r-riċerka, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp ta' diplomazija xjentifika ambizzjuża; |
|
4. |
Jitlob li d-drittijiet kulturali jiġu promossi bħala parti integrali mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u li l-kultura titqies għall-valur intrinsiku tagħha bħala r-raba' pilastru awtonomu trasversali tal-iżvilupp sostenibbli flimkien mad-dimensjoni soċjali, ekonomika u dik ambjentali; |
|
5. |
Jilqa' l-approċċ tal-komunikazzjoni konġunta, li tidentifika tliet linji ta' ħidma: l-appoġġ tal-kultura bħala vettura għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli; il-promozzjoni tal-kultura u tad-djalogu interkulturali għal relazzjonijiet interkomunitarji paċifiċi; u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-patrimonju kulturali; |
|
6. |
Jappella li l-libertà tal-espressjoni artistika tiġi promossa bħala valur u sforz tal-Unjoni Ewropea, bil-promozzjoni ta' djalogu ħieles u l-iskambju ta' prattiki tajba fil-livell internazzjonali; |
|
7. |
Jenfasizza li l-UE għandha esperjenzi multippli u diversi fil-governanza inklużiva u li s-saħħa tagħha tinsab fil-fatt li hija magħquda fid-diversità tagħha u li dan huwa fejn l-UE żżid fil-valur; |
|
8. |
Jirrikonoxxi li filwaqt li l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità għandhom jiġu rispettati fil-qasam tal-kultura – b'kunsiderazzjoni ukoll tal-għeruq kulturali u ta' patrimonju komuni tal-UE u tal-Istati Membri, u r-riżultat ta' interazzjonijiet artistiċi u kulturali li tawlu s-snin – ħolqu attitudni għax-xogħol u l-kreazzjoni li flimkien għenu biex jinbena l-pedament ta' rispett għal u l-fehim ta' kulturi oħrajn; |
|
9. |
Jenfasizza li l-UE hija qasam fejn l-Istati Membri kollha jgħaqqdu l-forzi tagħhom biex ikollhom rwol aktar b'saħħtu fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, billi jiksbu vantaġġ mill-benefiċċji ta' kooperazzjoni reċiproka; |
|
10. |
Jissuġġerixxi li kull Stat Membru jista' jniedi azzjonijiet konġunti flimkien mal-UE biex jiġi enfasizzat pajjiż differenti tal-UE kull sena, permezz ta' pereżempju esibizzjonijiet u koproduzzjonijiet, b'rwol speċjali mogħti lill-presidenza b'rotazzjoni, bil-għan li jitwassal valur intrinsiku addizzjonali għall-UE u għall-Istati Membri u biex tiżdied il-viżibbiltà tal-azzjonijiet u tal-inizjattivi tagħha barra mill-pajjiż, inkluż permezz ta' delegazzjonijiet mill-UE, bl-użu ta' riżorsi umani u finanzjarji speċifiċi għal dan il-għan; |
|
11. |
L-Istati Membri, speċjalment l-Istati Membri żgħar u l-istituzzjonijiet u l-atturi kulturali tagħhom, jistgħu jżidu l-valur tal-kisbiet kulturali tagħhom billi jużaw lill-UE biex jippromwovuhom u jxerrduhom lil hinn mill-Ewropa; |
|
12. |
Id-diplomazija kulturali tista' tiffunzjona bħala ambaxxatriċi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; |
|
13. |
Ifakkar, b'kunsiderazzjoni tal-patrimonju kulturali tanġibbli u intanġibbli, dwar l-importanza tal-kooperazzjoni fost l-Istati membri u l-istituzzjonijiet tal-UE f'termini ta' aċċessibbiltà għar-riċerka, il-promozzjoni, il-preservazzjoni u l-ġestjoni, u l-ġlieda kontra t-traffikar, is-sakkeġġ u l-qerda, inkluż permezz ta' fondi u assistenza dedikati, u permezz tal-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija, kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE; |
|
14. |
Jenfasizza r-rwol tal-midja indipendenti fil-promozzjoni tad-diversità kulturali u l-kompetenzi interkulturali, u l-bżonn li tali midja tissaħħaħ bħala sors ta' informazzjoni kredibbli, speċjalment fil-viċinat tal-UE; |
|
15. |
Jilqa' l-fatt li l-komunikazzjoni konġunta tintroduċi industriji kulturali u kreattivi bħala element importanti tal-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali; billi dawn l-industriji jikkontribwixxu għas-'soft-power' tal-Ewropa fir-rwol tagħhom ta' ambaxxaturi ta' valuri Ewropej, speċjalment fir-rigward taċ-ċentri kreattivi reġjonali u netwerks kulturali, u jirrakkomanda li dawn jiġu identifikati u jingħataw spinta kif ukoll li jiġu żviluppati l-ħiliet; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna n-netwerks ta' aġenti u atturi kreattivi u kulturali, b'enfasi speċifiku fuq l-SMEs, id-distretti kreattivi Ewropej u pjattaformi kreattivi, bħala muturi ta' effetti multiplikaturi u ta' inovazzjoni, inkluż f'oqsma oħrajn; |
|
16. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ tidentifika “atturi kulturali” li jwettqu rwol integrali fl-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni konġunta, tikkjarifika li dawn għandhom jinkludu, fost kategoriji oħrajn, l-artisti, il-professjonijisti kulturali u kreattivi, l-istituzzjonijiet kulturali, il-fondazzjonijiet privati u pubbliċi, l-universitajiet, u n-negozji kulturali u kreattivi; |
Governanza u għodod
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jippreżentaw pjanijiet ta' azzjoni annwali u multiannwali f'dan il-qasam, li għandhom jinkludu azzjonijiet, prijoritajiet tematiċi u ġeografiċi strateġiċi u objettivi komuni, u li jsir rieżami perjodiku tal-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni konġunta, li r-riżultati tagħha għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament; |
|
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza akbar fost il-politiki u l-azzjonijiet tal-UE li jinvolvu pajjiżi terzi; jenfasizza l-bżonn li jinsiltu r-riżultati tar-riċerka eżistenti, l-aħjar prattiki u inizjattivi u strumenti oħrajn iffinanzjati mill-UE fir-rigward tal-patrimonju kulturali li jista' jibbenefika l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi; jappella għal sinerġiji msaħħa bejn l-atturi kollha involuti, u għal inizjattivi oħrajn iffinanzjati mill-UE, li jistgħu jkunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-objettivi tal-istrateġija, biex tkun garantita l-effiċjenza fir-riżorsi, l-eżiti ottimizzati u l-impatt imsaħħaħ tal-azzjonijiet u l-inizjattivi tal-UE; jirrakkomanda eżerċizzju ta' teħid ta' rendikont sabiex jiġi garantit approċċ effettiv; |
|
19. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, tipprovdi linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ ta' relazzjonijiet kulturali internazzjonali fil-programmi eżistenti u f'sejħiet futuri, speċjalment fil-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi dwar il-kultura u l-edukazzjoni, sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw l-azzjoni internazzjonali tagħhom b'mod xieraq; |
|
20. |
Jipproponi li jitfassal programm iddedikat tal-UE u li r-riżorsi jiġu ffukati fuq il-mobbiltá u l-iskambji internazzjonali bħal programmi ta' residenza speċjalment għal professjonisti u artisti kulturali u kreattivi żgħażagħ; |
|
21. |
Jipproponi f'dan il-kuntest, li l-alumni u l-benefiċjarji preċedenti tal-Erasmus u ta' programmi edukattivi u ta' volontarjat ta' mobbiltà għandhom jiġu inkoraġġiti li jagħmlu użu mill-ħiliet u l-kompetenzi interkulturali għall-benefiċċju tal-oħrajn, u għandhom isiru atturi ta' influwenza fl-iżvilupp ta' sħubija fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali esterni; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa d-dimensjoni tat-turiżmu kulturali, permezz, pereżempju tat-tfassil u l-programmi tematiċi ta' skambju u l-aħjar prattiki sabiex jiffaċilita l-mobbiltà u l-iskambji internazzjonali ma' ċittadini minn pajjiżi terzi, kif ukoll dwar l-aċċess għal oġġetti kulturali; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinkludu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali fl-istrumenti u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali b'mod orizzontali, u fil-kuntest tal-eżerċizzju tar-rieżami ta' nofs it-terminu, sabiex jiżguraw il-koerenza u sabiex ibiddlu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali f'għodda effiċjenti; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-impatt tad-dimensjoni kulturali fir-relazzjonijiet internazzjonali bl-inklużjoni sistematika tad-dimensjoni kulturali fin-negozjati u fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni; jissottolinja l-bżonn li l-UE tfassal prinċipji ta' kondotta għas-sħab tal-kooperazzjoni fi proġetti transnazzjonali u għall-ħolqien ta' qafas flessibbli għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni kulturali transnazzjonali bit-tneħħija tal-ostakoli; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja iktar ir-relazzjonijiet kulturali mal-pajjiżi tal-viċinat permezz ta' assistenza teknika, il-programmi ta' taħriġ għall-bini tal-kapaċità, l-iżvilupp ta' ħiliet u t-trasferiment tal-għarfien – anke fl-isfera tal-midja – u biex titjieb il-governanza u jiġu favoriti sħubijiet ġodda fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali u dak transkonfinali, filwaqt li jiġi provdut segwitu għall-programmi reġjonali fil-pajjiżi tal-viċiniat tan-Nofsinhar u tal-Lvant, inklużi l-Balkani tal-Punent; |
|
26. |
Jissottolinja l-fatt, li għal raġunijiet ta' sostenibbiltà, l-attivitajiet ta' finanzjament kulturali esterni tal-UE għandhom joħorġu minn parteċipazzjoni qawwija tas-sħab lokali, l-adattament tal-programmi għar-realtajiet lokali u bl-għoti ta' kunsiderazzjoni xierqa tal-perjodu ta' wara l-finanzjament għall-proġetti, inkluża t-tranżizzjoni għall-finanzjament nazzjonali u mudelli ta' introjtu oħrajn; |
|
27. |
Jenfasizza l-importanza ta' inizjattivi kulturali u tad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom jimmiraw lejn il-ħolqien ta' professjonijiet kulturali f'pajjiżi jew f'reġjuni fejn id-drittijiet tagħhom huma mhedda; jappella li dawn il-programmi jiġu ffinanzjati b'mod konġunt mill-Fond Ewropew għad-Demokrazija u mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat; |
|
28. |
Jenfasizza li soċjetà ċivili attiva f'pajjiżi sħab tista' tgħin konsiderevolment fit-tqassim tal-valuri promossi mill-UE, u għalhekk hu essenzjali li l-UE tkabbar l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-settur kulturali fil-pajjiżi sħab, meta tittratta r-relazzjonijiet bilaterali tagħha; |
|
29. |
Jappella lill-Kummisjsoni tinkludi l-kultura fil-ftehimiet bilaterali u multilaterali eżistenti u futuri, bi proviżżjonijiet baġitarji adegwati u b'rispett dovut għall-impenji magħmula skont il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali, sabiex tingħata enfasi akbar fuq il-potenzjal ekonomiku tal-patrimonju kulturali u tas-setturi kulturali u kreattivi fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, inkluż fl-oqsma ta' tkabbir u impjiegi, u fuq l-impatt tagħhom fuq il-benesseri soċjali; jargumenta li dan jista' jsir, pereżempju, fil-mandat ta' negozjati li jmiss għal sħubija ġdida mal-pajjiżi AKP wara l-2020; jappella għall-iżvilupp ta' indikaturi tal-UE f'dan il-qasam bħala mezz li jingħata kontribut għad-dibattitu politiku kulturali; |
|
30. |
Jenfasizza l-importaza tal-mobbilta taż-żgħażagħ u tal-iskemi ta' kooperazzjoni universitarja, bħala miżuri ta' valur għoli għall-istabbiliment ta' relazzjonijiet akkademiċi u kulturali; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali ta' Erasmus, Ewropa Kreattiva, Ewropa għaċ-ċittadini u Orizzont 2020; ifakkar, f'dan ir-rigward, ir-rwol kruċjali tal-programmi tal-UE fil-qasam tal-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport bħala element ewlieni fil-ġlieda kontra l-intolleranza u l-preġudizzji, kif ukoll it-trawwim ta' sens ta' appartenenza komuni u rispett għad-diversità kulturali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, partikolarment fi ħdan il-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-parteċipazzjoni f'dawn il-programmi minn pajjiżi sħab l-eqreb lejn l-UE; |
|
32. |
Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni għall-promozzjoni tar-rwol tax-xjenza, ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-kooperazzjoni kulturali bħala għodda 'soft-power' fir-relazzjonijiet esterni Ewropej; jevidenzja kif l-iskambju xjentifiku u kulturali jista' jikkontribwixxi għall-bini ta' kapaċità u r-riżoluzzjoni tal-kunflitt, partikolarment fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-viċinat; |
|
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tespandi l-COSME (il-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi, u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju) biex tkopri l-istrateġija għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, u biex issaħħaħ, permezz ta' programmi tematiċi tal-UE, SMEs attivi fis-settur kulturali fil-pajjiżi barra mill-UE; |
|
34. |
Jenfasizza r-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u r-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u tas-soċjetà ċivili, fil-formulazzjoni tal-istrateġija; |
|
35. |
Jenfasizza li l-Parlament għandu jkollu rwol attiv fil-promozzjoni tal-kultura fl-azzjoni esterna tal-UE, inkluż permezz tal-uffiċċji tal-informazzjoni u ta' kuntatt; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jaħtru 'punt ta' kuntatt' f'kull delegazzjoni tal-UE biex dan jikkollega mal-istituti kulturali nazzjonali, ir-rappreżentanti u s-soċjetajiet ċivili, l-atturi u l-awtoritajiet lokali fi proċess ta' djalogu strutturat immirat lejn l-identifikazzjoni konġunta ta' oqsma ta' prijorità, bżonnijiet u metodi ta' kooperazzjoni komuni, u biex jipprovdi baġit adegwat u taħriġ; jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jirrapportaw lill-Parlament dwar l-istat ta' implimentazzjoni u r-riżultati miksuba kull sentejn; |
|
37. |
Jitlob li jiġu allokati riżorsi umani u finanzjarji xierqa fis-SEAE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, biex b'hekk is-SEAE jiġi mgħammar bi rwol ta' mexxej katalitiku fis-servizzi differenti tal-UE li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali; |
|
38. |
Jiffavorixxi relazzjonijiet kulturali internazzjonali bħala s-suġġett għall-edukazzjoni, it-taħriġ u r-riċerka, bil-għan li tinbena l-kapaċità tal-atturi f'dan il-qasam, kif ukoll biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni kulturali permezz tal-edukazzjoni, inkluż billi l-persunal tal-UE, jingħata t-taħriġ rilevanti dwar il-kompetenzi kulturali; |
|
39. |
Jappella li r-rwol tal-istituti kulturali tal-Istati Membri jiġi identifikat b'mod ċar fir-rigward tal-influwenza kulturali tal-UE barra mill-fruntieri tagħha, u fil-kuntest ta' narrativa inklużiva u kondiviża Ewropea, permezz tan-Netwerk tal-Istituti Nazzjonali għall-Kultura tal-UE (EUNIC) u ta' fora oħrajn, u jiffavorixxi approċċ inklużiv u ugwali lejn il-partijiet interessati kollha, inkluż is-soċjetà ċivili; ifaħħar, f'dan ir-rigward, ix-xogħol imwettaq sal-lum mill-istituzzjonijiet kulturali tal-Istati Membri; iħeġġeġ aktar kollaborazzjoni esterna bil-għan li l-interessi tal-Istati Membri jiġu ottimizzati, b'attenzjoni partikolari mogħtija lill-Istati Membri żgħar u Stati Membri mingħajr istituti kulturali barra mill-pajjiż, u l-bżonnijiet ta' rappreżentanza kulturali tagħhom; |
|
40. |
Jappella għat-tisħiħ tas-sħubija strateġika mal-UNESCO fl-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni konġunta, billi tiġi sfruttata l-kredibbiltà tagħha fl-Ewropa u l-ilħiq globali tagħha sabiex jiġu mmultiplikati l-effetti tal-azzjonijiet konġunti mal-partijiet interessati kollha tal-UE u barra mill-UE, u biex jiġi kkunsidrat li din tiġi assoċjata mal-gruppi ta' ħidma jew bordijiet konsultattivi futuri sabiex tgħin fl-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni; |
|
41. |
Jenfasizza l-bżonn li ssir definizzjoni mill-ġdid tar-rwol importanti tal-istituti kulturali nazzjonali fl-iskambji interkulturali, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li uħud minnhom għandhom tradizzjonijiet twal u diversi kuntatti f'pajjiżi terzi, li jippermettulhom jservu ta' bażi solida għall-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni fost l-atturi differenti Ewropej; jirrimarka, barra minn hekk, il-potenzjal tagħhom li jippromwovu u jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-pajjiżi u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġija Ewropea għad-diplomazija kulturali; |
|
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jappoġġjaw aktar l-iżvilupp ta' programm ta' studju EUVP (Unità tal-Programm ta' Żjarat tal-Unjoni Ewropea) personalizzat b'mod individwali, bħala għodda b'saħħitha għat-tisħiħ tad-djalogu, il-promozzjoni tad-demokrazija u l-forniment ta' pjattaforma permanenti għaż-żgħażagħ u l-mexxejja futuri u għal dawk li jiffurmaw l-opinjonijiet minn pajjiżi terzi, kif ukoll għal interlokuturi ewlenin fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
|
43. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Pjattaforma ta' Diplomazija Kulturali, u jitlob li din issir sostenibbli, b'valutazzjoni regolari tal-objettivi, riżultati u governanza tagħha; jirrikonoxxi li diversi partijiet interessati istituzzjonali u mhux istituzzjonali differenti (20) huma attivi fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, u jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi djalogu strutturat bejn il-partijiet interessati kollha, inkluż permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni; |
|
44. |
Jitlob li jiġi stabbilit mingħajr dewmien mekkaniżmu ta' prevenzjoni, valutazzjoni, ta' rikostruzzjoni tal-patrimonju kulturali fil-perikolu, u valutazzjoni tat-telf, inkluż mekkaniżmu ta' emerġenza rapdiu għas-salvagwardja tal-patrimonju f'pajjiżi f'kunflitt, li jibni fuq l-esperjenza tal-inizjattiva tat-task force tal-Blue Helmets għall-Kultura tan-NU, f'kooperazzjoni mill-qrib u strutturata mal-UNESCO u bl-appoġġ teknoloġiku ta' Copernicus – il-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja; jilqa' f'dan ir-rigward, l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2347 tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li tiddikjara li l-qerda ta' patrimonju kulturali tista' tikkostitwixxi delitt tal-gwerra, u jappella lill-UE u lis-SEAE jaħdmu mas-sħab kollha biex jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-kunflitt, il-bini tal-paċi u l-proċessi ta' restawr u rikonċiljazzjoni fiż-żoni kollha milquta minn kunflitt; |
|
45. |
Jappella għal koordinazzjoni fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' oġġetti kulturali misruqa matul kunflitti armati u gwerer, u l-irkupru ta' tali oġġetti, b'rikonoxximent għall-fatt li tali koordinazzjoni għandha rwol ewlieni fl-isforzi biex jiġi imblukkat il-finanzjament ta' gruppi terroristiċi; |
|
46. |
Jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ is-sħubija strateġika UE-UNESCO bil-ħolqien ta' pjattaforma sostnuta għall-kooperazzjoni u komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet kondiviżi, bil-għan li jiġu trattati b'mod effikaċi l-isfidi komuni fil-kultura u l-edukazzjoni; |
|
47. |
Jipproponi li fil-Forum Kulturali Ewropew tul il-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp, tingħata attenzjoni speċjali lid-djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili u mal-partijiet interessati dwar il-kwistjoni tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-UE; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni torganizza kollokju/forum speċifiku għall-atturi kulturali dwar il-kultura u l-iżvilupp, skont id-Dikjarazzjoni ta' Brussell UE-AKP ta' April 2009, u li din għandha tkun miftuħa għall-atturi mill-viċinat tal-UE u minn pajjiżi sħab strateġiċi oħrajn; |
|
49. |
Jikkunsidra d-deċiżjoni dwar Sena Ewropea tal-Patrimonju Kulturali 2018, bħala opportunità li tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-patrimonju kulturali, b'approċċ integrat, bħala element importanti tad-dimensjoni internazzjonali tal-UE, billi tkompli tibni fuq l-interess tal-pajjiżi sħab dwar il-patrimonju u l-għarfien espert tal-Ewropa; |
|
50. |
Jappella għal implimentazzjoni effikaċi tal-istrumenti legali li diġà hemm fis-seħħ, sabiex il-patrimonju kulturali, id-drittijiet tal-awtur u l-proprjetà intellettwali jiġu protetti; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva li tkun maħsuba biex tirregola l-importazzjoni ta' beni kulturali fl-UE, b'mod partikolari beni kulturali minn żoni ta' kunflitt, u dan bħala mezz biex jiġi miġġieled it-traffikar; |
|
51. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri – li ffirmaw u rratifikaw, u b'hekk impenjaw ruħhom li jimplimentaw, il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, tal-2005 – biex jappoġġjaw l-azzjonijiet komuni għall-implimentazzjoni tagħha; |
Approċċ bejn il-persuni
|
52. |
Jaqbel mal-proposta fil-komunikazzjoni konġunta biex issir bidla minn approċċ minn fuq għal isfel għal approċċ bejn il-persuni (P2P), billi jiġu enfasizzati l-proċessi ta' kokreazzjoni u koproduzzjoni fl-industriji kulturali u kreattivi; iqis li l-kultura għandha tilħaq liċ-ċittadini kollha; |
|
53. |
Jirrikonoxxi li ż-żgħażagħ huma wieħed mill-gruppi ta' mira ewlenin fl-UE u fil-pajjiżi sħab, u li l-esponiment għal kulturi u lingwi oħrajn toffri esperjenzi li spiss jiġġeneraw affinità tul il-ħajja, u jirrikonoxxi li l-arti tal-ispettaklu, l-arti viżiva, l-arti tat-triq, il-mużika, it-teatru, iċ-ċinema, il-letteratura u l-midja soċjali, kif ukoll il-pjattaformi diġitali b'mod ġenerali, huma l-aħjar kanali biex huma jintlaħqu u jiġu involuti; |
|
54. |
Jitlob li jiġu valorizzati l-proġetti konġunti bejn l-UE u l-pajjiżi terzi fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni tal-patrimonju kulturali, anke sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-għarfien, l-iżvilupp ta' servizzi u prodotti ġodda, u l-promozzjoni ta' turiżmu kulturali ġdid; |
|
55. |
Jappella li l-valur u r-rwol tal-kontenut kulturali, li l-Ewropa hi waħda mill-produtturi ewlenin tiegħu, jiġu integrati fil-politiki Ewropej, inkluż fis-settur diġitali, bil-għan li jinħolqu netwerks virtwali globali taċ-ċittadini, sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni u l-iskambju kulturali; |
|
56. |
Jappella għall-ħolqien ta' inizjattiva ta' konnettività tal-UE li tassisti liż-żgħażagħ żvantaġġjati ġeografikament, sabiex dawn jitħallew jipparteċipaw b'mod aktar attiv; |
|
57. |
Jilqa' l-inizjattivi mill-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' tagħlim bejn il-pari għall-intraprendituri kulturali żgħażagħ, bħall-programm Med Culture, jew tappoġġja inizjattivi għal taħriġ f'relazzjonijiet interkulturali, bħal More Europe; |
|
58. |
Jiffavorixxi miżuri li jagħmluha faċli kemm jista' jkun għal pajjiżi terzi biex jipparteċipaw aktar fi proġetti transfruntiera u konġunti bħar-Rotot Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll biex jiġu inklużi bħala atturi fi strateġija futura ssuġġerita għad-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi, biex b'hekk jitħallew jiksbu vantaġġ sħiħ għall-ħidma tagħhom f'attivitajiet kulturali ta' pajjiżi terzi tal-UE, bħall-Kapitali Ewropea tal-Kultura u l-Premju Lux; ifakkar li l-għodod diġitali, il-pjattaformi teknoloġiċi bħal Europeana u n-netwerks kulturali jista' jkollhom rwol kruċjali biex jintlaħqu udjenzi akbar u jinxterdu l-aħjar prattiki; |
|
59. |
Jappella għall-ħolqien ta' programm ta' viża kulturali, li jimxi fuq il-linji tal-Programm ta' Viża Xjentifika, għal ċittadini, artisti u professjonisti oħrajn fil-qasam kulturali, minn pajjiżi terzi, bil-għan li jiġu promossi relazzjonijiet kulturali u jitneħħew l-ostakoli għall-mobbiltà fis-settur tal-kultura; |
|
60. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tagħti spinta lill-kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, partikolarment fi programmi ddedikati biex jenfasizzaw il-kultura bħala vettura għad-demokrazija, id-djalogu interkulturali, il-patrimonju kulturali u d-dinja awdjoviżiva; |
|
61. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal għarfien fil-fond fil-qasam, u tal-atturi lokali u s-soċjetà ċivili, sabiex jitjieb l-aċċess għall-programmi u l-għoti ta' fondi ta' dawn l-atturi u biex jiġi żgurat li l-effett multiplikatur tal-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi u inizjattivi tal-UE jiġi sfruttat; jirrakkomanda li jiġu kkonsultati l-atturi lokali, inklużi l-awtoritajiet lokali bil-ħsieb li jitfasslu programmi bi sħab; jitlob li jiġu żviluppati approċċi kollaborattivi innovattivi li jiddependu fuq l-għodod u n-netwerks li diġà jeżistu (għotjiet, sottogħotjiet) (21), u li dawn jiġu segwiti, filwaqt li jitqies il-bilanċ bejn il-ġeneri; |
|
62. |
Jirrikonoxxi li l-istrateġiji u l-programmi ta' żvilupp jiffukaw ħafna fuq il-privazzjoni materjali u soċjokulturali; jitlob li l-komunitajiet vulnerabbli, inkluż f'żoni rurali u remoti, jintlaħqu aħjar bil-għan li titrawwem il-koeżjoni soċjali; |
|
63. |
Jappella għal viżibbiltà mtejba u tqassim aħjar tal-attivitajiet tal-UE u tal-Istati Membri fil-qasam tal-kultura fil-livell internazzjonali, inkluż permezz tal-ħolqien ta' linji gwida komuni (22) u billi jintlaħqu l-udjenzi mira fil-lingwi nattivi tagħhom; |
|
64. |
Jappella għal bidla fl-approċċ fil-kopertura medjatika billi jħeġġeġ il-provviżjoni ta' informazzjoni kulturali Ewropea, bit-tnedija ta' portal kulturali tal-UE, festivals u t-tfassil tal-kunċett ta' Djar tal-Istorja Ewropea, inkluż permezz ta' parteċipazzjoni strutturata mal-pjattaformi tal-midja lokali u tal-midja soċjali, kif ukoll f'kooperazzjoni mal-EBU, EURONEWS u EURANET, fost l-oħrajn; |
|
65. |
Iħeġġeġ lill-UE tieħu vantaġġ sħiħ mill-potenzjal tar-riċerka multimedjali biex tifhem l-isfidi u l-opportunitajiet attwali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, inkluż dwar kwistjonijiet relatati mal-kultura u mal-valutazzjoni tar-rwol tal-kultura fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali; |
Strateġija globali tal-UE
|
66. |
Jenfasizza r-rwol importanti tal-kultura fil-politika esterna tal-UE bħala forza ta' influwenza, katalist għaż-żamma tal-paċi, l-istabbiltà u r-rikonċiljazzjoni, u bħala magna għall-iżvilupp soċjoekonomiku u uman; |
|
67. |
Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni u l-kultura biex jitrawmu ċ-ċittadinanza u l-ħiliet interkulturali, kif ukoll biex jissawru prospetti soċjali, umani u ekonomiċi aħjar; |
|
68. |
Ifaħħar il-fatt li l-Istrateġija Globali tal-UE tenfasizza l-importanza tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż fit-tisħiħ tal-fehim reċiproku; jiddispjaċih, madankollu, li l-valur intrinsiku tal-kultura u l-arti bħala strumenti ta' trażżin kontra r-radikalizzazzjoni, u t-terroriżmu ma jissemmiex; jitlob, għalhekk, li jissaħħu l-istrumenti ddedikati b'mod speċifiku għat-tisħiħ ta' u l-kooperazzjoni mas-settur kulturali; |
|
69. |
Jappella lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-UNESCO, l-Interpol, l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali u l-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet, sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar ta' beni kulturali li jista' jservi biex jiffinanzja l-attivitajiet kriminali, inkluż il-finanzjament ta' organizzazzjonijiet terroristiċi; |
|
70. |
Jistieden lill-VP/RGħ tagħti rwol speċifiku lill-kwistjonijiet kulturali fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-Istrateġija Globali tal-UE; |
|
71. |
Jenfasizza li l-UE, li l-pedamenti tagħha huma msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, jeħtieġ li tibni fuq l-esperjenza tagħha u fuq il-lezzjonijiet tal-passat meta tiġi għall-politika esterna, u li dan għandu jkun rifless fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi permezz tal-kultura u tal-patrimonju kulturali, jinnota f'dan ir-rigward li dan għandu jipprovdi opportunità ukoll biex l-UE tesponi u tesporta l-valuri kulturali tagħha; |
|
72. |
Jitlob li jkun hemm politiki kulturali u edukattivi mmirati li jistgħu jappoġġjaw l-objettivi tal-politika estera u ta' sigurtà tal-UE u jikkontribwixxu biex jissaħħu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li l-2018 hu s-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
73. |
Jirrikonoxxi li l-influwenza kulturali tal-UE jippermettilha tipproġetta l-viżibbiltà tagħha fi kwistjonijiet internazzjonali permezz tal-kanali tal-identità kulturali diversa tagħha; |
|
74. |
Ifakkar li l-edukazzjoni u l-kultura huma mexxejja fundamentali li jiffaċilitaw il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fl-2030, b'attenzjoni speċifika għar-riġenerazzjoni urbana u għall-bliet fl-Ewropa u fid-dinja; jappella, għalhekk għall-proposta ta' Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp li jenfasizza r-rwol tal-kultura u tal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-espressjonijiet kulturali; |
|
75. |
Jitlob li jissaħħu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali fid-diskussjonijiet dwar il-politiki dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati; iħeġġeġ lill-UE, li s-saħħa tagħha hija li tkun magħquda fid-diversità, tadotta approċċ bilanċjat li jirrispetta d-differenzi kulturali, u li fih id-dijaspori jkollhom rwol importanti; jenfasizza li l-kultura għandha tkun pont għall-fehim reċiproku bil-ħsieb li ngħixu flimkien f'armonija akbar; |
|
76. |
Jirrikonoxxi li l-UE topera ukoll f'ambjenti speċifiċi fejn il-kuntest politiku u l-oqsfa ġuridiċi għall-ħolqien tar-relazzjonijiet kulturali huma ostili u ripressivi; jirrikonoxxi li fil-pajjiżi terzi, l-UE spiss tbati mill-konsegwenzi ta' informazzjoni mhux preċiża, parzjali u soġġettiva u spiss tkun il-mira ta' propaganda estrema; jappella għal miżuri speċjali u għal azzjoni xierqa f'dan ir-rigward; |
|
77. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex isaħħu r-riżorsi disponibbli għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-kultura, partikolarment għal minorenni migranti u rifuġjati fl-UE u f'pajjiżi terzi; jitlob appoġġ għall-“kurituri edukattivi” għall-istudenti universitarji fl-universitajiet tal-UE (b'kollaborazzjoni ukoll mal-universitajiet telematiċi), dejjem bir-rispett għad-diversità lingwistika u kulturali; |
|
78. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE irawmu r-relazzjonijiet kulturali mal-istati ġirien immedjati tal-UE bil-ħsieb li jiġu promossi azzjonijiet konkreti mmirati biex jistimulaw id-djalogu interkulturali (23) u li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-migrazzjoni, is-sigurtà u r-radikalizzazzjoni li qed tiffaċċja l-UE; |
|
79. |
Jirrakkomanda li l-UE taħdem mal-istituzzjonijiet rilevanti kollha li jaħdmu f'dan il-qasam u flimkien mas-sħab lokali biex tikseb l-objettivi tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali kemm permezz tal-kooperazzjoni multilaterali f'organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll permezz ta' sħubijiet mal-atturi prinċipali fil-post; |
|
80. |
Jappella lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Ftehim Parzjali Estiż dwar ir-Rotot Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa, li hu strument istituzzjonali għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali lokali wkoll ma' pajjiżi terzi, bil-għan li jiġu promossi l-valuri fundamentali tad-diversità kulturali, id-djalogu interkulturali u l-iżvilupp sostenibbli tat-territorju ta' destinazzjonijiet kulturali anqas magħrufa, filwaqt li jiġi preservat il-patrimonju kulturali komuni tagħhom; |
|
81. |
Iħeġġeġ lill-UE taħdem mill-qrib mal-istati kollha li jikkondividu l-istess għanijiet u valuri tagħha u li huma lesti jaġixxu biex jappoġġjawhom; jenfasizza li dan huwa partikolarment importanti sabiex tiġi stabbilita azzjoni leġittima u stabbli biex l-UE tiġi rikonoxxuta bħala 'attur globali'; |
o
o o
|
82. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) http://ec.europa.eu/culture/library/publications/global-cultural-citizenship_en.pdf
(2) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0441.
(4) http://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/199.
(5) ĠU C 320, 16.12.2008, p. 10.
(6) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 135.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0005.
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0403.
(9) ĠU C 463, 23.12.2014, p. 4.
(10) Testi adottati, P8_TA(2015)0293.
(11) Testi adottati, P8_TA(2016)0486.
(12) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 41.
(13) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 55.
(14) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 32.
(15) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/563418/ IPOL_STU(2016)563418_EN.pdf.
(16) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/etudes/join/2013/513985/IPOL-CULT_ET(2013)513985_EN.pdf.
(17) http://ec.europa.eu/dgs/fpi/showcases/eu_perceptions_study_en.htm.
(18) Pereżempju, Erasmus, Orizzont 2020 u Ewropa Kreattiva.
(19) Pereżempju, il-Programm tal-Viżitaturi tal-UE (EUVP) stabbilit fl-1974 mill-Parlament u l-Kummissjoni, huwa programm ta' studju individwali għal mexxejja żgħażagħ promettenti u fassala tal-opinjonijiet minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u l-motto tiegħu huwa “Ilna nikkondividu l-valuri tal-UE fid-dinja kollha mill-1974”.
(20) Id-Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni, (b'mod partikolari d-DĠ Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura (EAC), id-DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp (DEVCO), id-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir (NEAR), id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni (RTD) u d-DĠ Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (CONNECT)), is-SEAE, is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI), id-delegazzjonijiet tal-UE, id-delegazzjonijiet tal-Istati Membri, l-istituti kulturali tal-Istati Membri barra mill-pajjiż, il-Kunsill tal-Ewropa, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, l-Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura (EUNIC), il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM), iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudju tal-Preservazzjoni u r-Restawr tal-Proprjetà Kulturali (ICCROM), l-UNESCO, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-atturi lokali kulturali, l-artisti tat-triq u netwerks u pjattaformi oħrajn.
(21) Pereżempju, il-programm iffinanzjat mill-UE Med Culture, li għandu l-għan li jiżviluppa u jtejjeb il-politiki u l-prattiki kulturali relatati mas-settur kulturali. L-approċċ parteċipattiv jinvolvi atturi tas-soċjetà ċivili, ministeri u istituzzjonijiet privati u pubbliċi li jaħdmu fil-qasam tal-kultura, kif ukoll f'setturi oħra relatati.
(22) Suġġeriment wieħed hu l-ħolqien ta' “Ambaxxaturi għall-Kultura” li huma impenjati u li jappoġġjaw kemm l-integrazzjoni Ewropea u wkoll ir-relazzjonijiet internazzjonali (b'mod simili għal dak tal-Ambaxxaturi ta' Rieda Tajba tan-NU). Dawn jistgħu ikunu artisti, mużiċisti, kittieba, eċċ.
(23) Bħal, pereżempju, il-proġett Young Arab Voice iffinanzjat mill-UE.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/124 |
P8_TA(2017)0305
Il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa (2017/2732(RSP))
(2018/C 334/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 9, 151, 152, 153(1) u (2), u 173 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 14, 27 u 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra t-TFUE u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tat-TUE u l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2010 intitolata “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi” (COM(2010)0682), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2014 intitolata “Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew” (COM(2014)0014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 intitolata “Kummerċ għal kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment” (COM(2015)0497), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 intitolata “Industrija Ewropea aktar b'saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku” (COM(2012)0582), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker intitolati “Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda Tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-bżonn ta' politika ta' reindustrijalizzazzjoni Ewropea fid-dawl tal-każijiet reċenti Caterpillar u Alstom (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2016 u tat-23 ta' Ġunju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Aġenda tal-Kompetittività Industrijali, dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-industrija Ewropea u dwar il-Pakkett tat-“Teknoloġiji tas-Suq Uniku Diġitali u l-Modernizzazzjoni tas-Servizzi Pubbliċi”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar politika industrijali għall-era globalizzata (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 dwar “Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta' Suq Uniku Diġitali” (COM(2016)0180), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2017 dwar strateġija ta' politika industrijali futura tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, irratifikat mill-Parlament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa (O-000047/2017 – B8-0319/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-industrija Ewropea hija minn ta' quddiem nett fid-dinja f'bosta setturi industrijali, hekk li tirrappreżenta aktar min-nofs tal-esportazzjonijiet tal-Ewropa, u madwar 65 % tal-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp, u tipprovdi aktar minn 50 miljun impjieg (kemm diretti kif ukoll indiretti, jiġifieri 20 % tal-impjiegi fl-Ewropa); |
|
B. |
billi l-kontribut tal-industrija Ewropea tal-manifattura għall-PDG tal-UE naqas minn 19 % għal anqas minn 15,5 % tul l-aħħar 20 sena, u billi l-kontribut tagħha għall-impjiegi u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp naqas matul dak il-perjodu; |
|
C. |
billi t-tisħiħ tal-bażi industrijali tal-UE huwa essenzjali biex l-għarfien espert u n-know-how jinżammu fl-UE; |
|
D. |
billi jeħtieġ li l-politika tal-UE ġġib l-industrija Ewropea fil-qagħda li tkun tista' tippreserva l-kompetittività u l-kapaċità tagħha li tinvesti fl-Ewropa u li tindirizza l-isfidi soċjali u ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima, filwaqt li tibqa' minn ta' quddiem nett f'dak li jirrigwarda r-responsabbiltà soċjali u ambjentali; |
|
E. |
billi l-ekonomija ċirkolari jista' jkollha impatt pożittiv ħafna fuq ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa u fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u tad-dipendenza fuq materja prima minn pajjiżi terzi, u billi l-investiment fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika huwa xprun importanti għall-promozzjoni ta' tiġdid industrijali li jkun kapaċi joħloq ċrieki virtużi; |
|
F. |
billi politika ta' innovazzjoni ambizzjuża li tiffavorixxi l-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità għolja, innovattivi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tippromwovi proċessi sostenibbli se tippermetti li l-UE ssaħħaħ il-kompetittività tagħha fid-dinja; billi l-innovazzjoni u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, fl-impjiegi u fit-tiġdid tal-ħiliet huma essenzjali għat-tkabbir sostenibbli; billi l-industrija innovattiva tiddependi ħafna fuq il-kapaċità ta' riċerka, fuq il-progress tar-riċerka u, b'mod partikolari, fuq ir-riċerka kollaborattiva tal-UE; |
|
G. |
billi l-industrija Ewropea, kemm fuq skala kbira kif ukoll fuq skala żgħira, qed tiffaċċja kompetizzjoni dinjija, u billi suq intern integrat u li jiffunzjona flimkien ma' kummerċ miftuħ u ġust ma' pajjiżi terzi huma essenzjali għall-industrija tal-UE, fejn il-kummerċ ġust fi prodotti industrijali jrid jirrispetta l-istandards tal-UE; |
|
H. |
billi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li jirrappreżentaw maġġoranza kbira tal-kumpaniji Ewropej kollha u jikkostitwixxu s-sinsla tal-industriji tal-UE, qed jiffaċċjaw sfidi kbar minħabba bidliet dinjija fl-ekonomija kif ukoll ostakli finanzjarji u amministrattivi; |
|
I. |
billi l-intraprendituri nisa jirrappreżentaw biss 31 % tal-popolazzjoni tal-UE li taħdem għal rasha u 30 % tal-intraprendituri ta' start-ups, u billi bħalissa mhumiex rappreżentati biżżejjed fl-industrija, b'mod partikolari f'karigi xjentifiċi, tal-inġinerija u maniġerjali; |
|
J. |
billi aktar minn 60 % tal-intrapriżi kollha llum huma negozji mmexxija mill-familji u jipprovdu sa 50 % tal-impjiegi kollha fis-settur privat fl-Unjoni Ewropea; |
|
K. |
billi l-istrateġija ta' appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija hija essenzjali għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea; |
|
L. |
billi l-istrumenti finanzjarji u l-programmi tal-UE għandhom rwol strateġiku biex irawmu l-kompetittività u jipprevjenu r-rilokazzjoni tal-investiment; |
|
1. |
Jissottolinja r-rwol essenzjali tal-industrija bħala mutur għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa; |
|
2. |
Jisħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ u l-immodernizzar tal-bażi industrijali fl-Ewropa, filwaqt li jfakkar il-mira tal-UE li sal-2020 20 % tal-PDG tal-Unjoni jkun ibbażat fuq l-industrija; |
|
3. |
Jitlob li l-Kummissjoni, sal-ewwel xhur tal-2018 u flimkien mal-Istati Membri, tiżviluppa strateġija tal-Unjoni u pjan ta' azzjoni koerenti u politika industrijali komprensiva mmirata lejn ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, b'indikaturi, miri, kejl u skedi ta' żmien; Jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa, sal-ewwel xhur tal-2018, flimkien mal-Istati Membri, strateġija tal-Unjoni u pjan ta' azzjoni koerenti u politika industrijali komprensiva mmirata lejn ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, b'indikaturi, miri, miżuri u skedi ta' żmien; jisħaq fuq il-fatt li din l-istrateġija tal-Unjoni trid tissejjes, inter alia, fuq id-diġitalizzazzjoni, fuq ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi u fuq approċċ ta' ċiklu tal-ħajja u ta' ekonomija ċirkolari; |
|
4. |
Jemmen li l-qafas regolatorju Ewropew u l-investiment publiku u privat għandhom iġibu l-industriji fil-qagħda li jadattaw għall-bidliet konċernati u jieħdu azzjoni minn qabel, biex jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi, għat-tkabbir, għall-konverġenza reġjonali u għall-koeżjoni territorjali; |
|
5. |
Jisħaq fuq ir-rwol tal-SMEs bħala s-sinsla tal-industrija tal-UE, u jenfasizza l-ħtieġa li l-katini ta' valur qawwija bejn SMEs, kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja u intrapriżi kbar, u l-ħtieġa li politika industrijali tal-UE titmexxa b'mod kompatibbli mal-SMEs u li jindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw; jissottolinja l-ħtieġa li l-ħolqien ta' ambjent li jkun favorevoli għan-negozju jingħata appoġġ, billi jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għal kull SME, start-up u scale-up tal-UE, għall-intraprenditorija taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fl-aktar oqsma innovattivi, u għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali; |
|
6. |
Jenfasizza li r-raggruppamenti tal-kompetittività, in-netwerks tan-negozji u l-poli tal-innovazzjoni diġitali huma soluzzjoni siewja ħafna biex ilaqqgħu flimkien il-partijiet interessati rilevanti; jitlob li l-UE tappoġġja l-investiment pubbliku fl-innovazzjoni, peress li huwa strateġiku f'dan il-qasam; jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja dawn ir-raggruppamenti u l-kooperazzjoni bejniethom fil-livell Ewropew, billi tiżgura li SMEs, ċentri ta' riċerka u universitajiet ikunu involuti fil-livell reġjonali u f'dak lokali; jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti billi tħeġġeġ rabtiet intersettorjali u interdixxiplinari; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-kooperazzjoni interreġjonali tiġi msaħħa biex jiġu żviluppati opportunitajiet transnazzjonali u alleanzi trasversali tal-innovazzjoni; |
|
7. |
Jitlob li l-Kummissjoni tidentifika l-isfidi u l-ostakli li n-nisa jiffaċċjaw meta jsiru intraprendituri, u biex tippromwovi u tappoġġja t-tmexxija femminili anke permezz ta' ugwaljanza fis-salarji u aċċess ġust għall-karigi kollha tal-impjieg; |
|
8. |
Huwa konvint li l-industrija Ewropea għandha titqies bħala assi strateġiku għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-UE; jissottolinja l-fatt li huma biss industrija b'saħħitha u reżiljenti u politika industrijali orjentata lejn il-futur li se jippermettu lill-UE tiffaċċja l-isfidi differenti li qed jistennewha, inklużi r-reindustrijalizzazzjoni tagħha, il-kompetizzjoni dinjija, il-progress teknoloġiku rapidu u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità; |
|
9. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-Unjoni tal-Enerġija, tas-Suq Uniku Diġitali, tal-Aġenda Diġitali u tal-konnettività tal-Ewropa permezz ta' infrastruttura adegwata, valida għall-futur u effiċjenti; |
|
10. |
Jenfasizza li huwa importanti li l-UE tappoġġja t-tqawwija kwalitattiva ta' prodotti Ewropej permezz ta' proċessi ta' reindustrijalizzazzjoni, speċjalment permezz tar-riċerka, l-industrija 4.0 u d-diġitalizzazzjoni, bil-ħsieb li ttejjeb il-kompetittività fl-Ewropa; |
|
11. |
Jissottolinja li, sabiex l-industrija tal-Unjoni tingħata appoġġ biex tiffaċċja l-isfidi ta' bidliet ekonomiċi u regolatorji rapidi fid-dinja globalizzata tal-lum, huwa essenzjali li l-attrattiva industrijali tal-Ewropa għall-investiment dirett Ewropew u barrani tissaħħaħ; |
|
12. |
Jenfasizza li huwa importanti li strateġija industrijali tal-Unjoni tiġi adottata f'waqtha, u jfakkar, f'dan il-kuntest, fil-ħtieġa li fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (QFP) jinżammu mezzi finanzjarji suffiċjenti għas-settur tal-industrija, b'mod partikolari permezz ta' strumenti u fondi speċifiċi (bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020, il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-COSME); |
|
13. |
Ifakkar f-impenji tal-UE fil-kuntest tal-Ftehim ta' Pariġi; jitlob li fl-istrateġija industrijali tal-UE jiġu integrati strumenti ta' finanzjament u miżuri effikaċi li jnaqqsu r-riskju tal-karbonju u jindirizzaw ir-riskji tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju; |
|
14. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-potenzjal tal-industrija jiġi sfruttat bis-sħiħ, speċjalment fit-teknoloġiji ambjentali, u li jkun żgurat li l-industriji jiżviluppaw kontinwament u jxerrdu l-aqwa tekniki disponibbli u l-innovazzjonijiet emerġenti; |
|
15. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji, inkluż għan-negozji tal-familji, filwaqt li tiġi żgurata l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, tas-saħħa u s-sikurezza u tal-ambjent; |
|
16. |
Jissottolinja l-importanza għall-UE ta' swieq miftuħa u kummerċ internazzjonali ħieles u ġust ibbażat fuq regoli komuni u kundizzjonijiet ekwi; jitlob aktar konsistenza bejn il-politika kummerċjali u dik industrijali, biex nipprevjenu l-inkoerenza, li jista' twassal għal rilokazzjonijiet u għal aktar deindustrijalizzazzjoni fl-UE; |
|
17. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-politika kummerċjali tal-UE ma titħalliex trawwem prattiki antikompetittivi; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE jkollha strateġija kontra d-dumping u kontra s-sussidji li tkun kompatibbli mad-WTO u effikaċi; |
|
18. |
Jenfasizza li l-industrija Ewropea qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni dinjija, u għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza tad-definizzjonijiet tas-suq u l-ġabra attwali tar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni, biex tqis l-evoluzzjoni tas-swieq globali rispettivi kif ukoll il-ħruġ tar-rwol ta' atturi nazzjnali maġġuri f'pajjiżi terzi; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti iktar attenzjoni lir-rwol ta' intrapriżi statali li huma bbażati barra l-Unjoni u li jiġu appoġġjati u ssussidjati mill-gvernijiet rispettivi tagħhom b'modi li r-regoli tas-suq uniku tal-UE jipprojbixxu għall-entitajiet tal-UE; |
|
20. |
Jitlob li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, teżamina l-investimen barrani dirett (FDI) ta' pajjiż terzi fl-UE f'industriji strateġiċi, fl-infrastruttura u f'teknoloġiji ewlenin tal-ġejjieni, jew assi oħra li huma importanti għal raġunijiet ta' sigurtà u għall-protezzjoni tal-aċċess għalihom, filwaqt li żżomm quddiem għajnejha li l-Ewropa għandha dipendenza konsiderevoli fuq l-FDI; |
|
21. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sforzi koordinati tal-UE, b'konsultazzjoni mas-sħab rilevanti kollha, inklużi dawk soċjali u akkademiċi, għall-promozzjoni ta' ħiliet ġodda kif ukoll it-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja, kif irrakkomandat il-Kummissjoni fl-Aġenda tagħha għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda; |
|
22. |
Ifakkar fir-rwol importanti tal-istandardizzazzjoni tal-UE u jħeġġeġ konċentrazzjoni qawwija fuq ir-rwol ewlieni tal-UE fl-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-istandardizzazzjoni; |
|
23. |
Jieħu nota tal-ħtieġa li l-isforzi tal-UE għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq riżorsi minn pajjiżi terzi jkunu koordinati permezz ta' konċentrazzjoni fuq erba' orjentamenti:
|
|
24. |
Jissottolinja li strateġija ta' politika industrijali ġdida trid tallinja mal-politika industrijali oqsma differenti ta' politika – l-aktar importanti fosthom il-kummerċ, l-ambjent, ir-riċerka, is-saħħa, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-enerġija, il-klima, u l-industriji kreattivi – sabiex tifforma approċċ koerenti wieħed; |
|
25. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 482, 23.12.2016, p. 89.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0377.
(3) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 131.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0240.
Il-Ħamis 6 ta’ Lulju 2017
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/128 |
P8_TA(2017)0306
Rapport tal-2016 dwar it-Turkija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2016 dwar it-Turkija (2016/2308(INI))
(2018/C 334/14)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tal-24 ta' Novembru 2016 dwar ir-Relazzjonijiet UE-Turkija (1), u tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2014 dwar l-azzjonijiet Torok li joħolqu tensjonijiet fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Ċipru (3) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 dwar għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2016 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2016)0715), u r-Rapport tal-2016 dwar it-Turkija (SWD(2016)0366), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tat-13 ta' Diċembru 2016 u l-konklużjonijiet preċedenti rilevanti tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar għat-Turkija, u b'mod partikulari l-paragrafu 5 tiegħu dwar il-prinċipji li jirregolaw in-negozjati, tat-3 ta' Ottubru 2005, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija (5) (“is-Sħubija għall-Adeżjoni”), kif ukoll id-Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill tal-2001, l-2003 u l-2006 dwar is-Sħubija għall-Adeżjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta wara s-Summit UE-Turkija tad-29 ta' Novembru 2015 u l-Pjan ta' Azzjoni UE-Turkija, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni maħruġa mill-Komunità Ewropea u mill-Istati Membri tagħha tal-21 ta' Settembru 2005, inklużi d-dispożizzjoni skont liema r-rikonoxximent tal-Istati Membri kollha huwa komponent meħtieġ tal-proċess ta' negozjati, u l-ħtieġa li t-Turkija timplimenta b'mod sħiħ il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Ankara billi tneħħi l-ostakli kollha għall-moviment liberu tal-merkanzija mingħajr preġudizzju u diskriminazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) li jistabbilixxi li l-partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw is-sentenzi finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi kwalunkwe każ li fih ikunu parti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari dawk tal-10-11 ta' Marzu 2017 dwar l-emendi fil-Kostituzzjoni li għandhom jiġu ppreżentati f'referendum nazzjonali, dwar il-miżuri previsti fid-Digrieti Amministrattivi ta' Emerġenza riċenti fir-rigward tal-libertà tal-midja u dwar id-dmirijiet, il-kompetenzi u l-funzjonament tal-uffiċċji tal-imħallfin tal-paċi kriminali, tad-9-10 ta' Diċembru 2016 dwar id-Digrieti Amministrattivi ta' Emerġenza Nri 667-676 adottati wara l-attentat ta' kolp ta' stat li falla tal-15 ta' Lulju 2016 u tal-14-15 ta' Ottubru 2016 dwar is-sospensjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 83 tal-Kostituzzjoni (invjolabbiltà parlamentari), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Lulju 2016 mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar miżuri meħuda fl-istat ta' emerġenza fit-Turkija, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2017 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Ewwel Rapport Annwali dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (COM(2017)0130) u l-Ħames Rapport mill-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2017 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija (COM(2017)0204), |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li t-Turkija impenjat ruħha li tissodisfa l-kriterji ta' Kopenħagen, li twettaq riformi adegwati u effettivi, li żżomm relazzjonijiet ta' viċinat tajbin u allinjament progressiv mal-UE, u wara li kkunsidra l-fatt li dawn l-isforzi kellhom jitqiesu bħala opportunità għat-Turkija biex issaħħaħ l-istituzzjonijiet tagħha u tissokta l-proċess tagħha ta' demokratizzazzjoni u modernizzazzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2016 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mat-Turkija dwar Ftehim dwar l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-relazzjoni bilaterali tal-kummerċ preferenzjali u dwar l-immodernizzar tal-Unjoni Doganali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li r-rispett għall-istat tad-dritt, inklużi, b'mod partikolari, is-separazzjoni tal-poteri, id-demokrazija, il-libertà tal-espressjoni u tal-midja, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi u l-libertà reliġjuża, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-protesta paċifika, huma fil-qalba tal-proċess ta' negozjati, skont il-kriterji ta' Kopenħagen għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li ġie vvalutat li t-Turkija tokkupa l-155 post fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa, ippubblikat fis-26 ta' April 2017, l-iktar klassifika baxxa li qatt kellha, u li hi wieħed mill-pajjiżi fejn il-ġurnalisti l-aktar li sofrew theddidiet, attakki fiżiċi, u fastidju ġudizzjarju, fosthom id-detenzjoni u s-sentenzi ta' ħabs, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li f'Novembru 2016 il-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu bidu għal iffriżar temporanju fuq in-negozjati ta' adeżjoni li għadhom għaddejjin mat-Turkija u impenja ruħu li jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu ladarba l-miżuri sproporzjonati taħt l-istat ta' emerġenza fit-Turkija jkunu tneħħew, bir-reviżjoni tkun ibbażata fuq jekk l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem ikunux reġgħu ġew stabbiliti madwar il-pajjiż kollu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-kriżi fis-Sirja, l-isforzi lejn waqfien mill-ġlied u soluzzjoni paċifika u l-obbligi tat-Turkija biex ittejjeb l-istabbiltà u tippromwovi relazzjonijiet tajba mal-ġirien permezz ta' sforzi intensivi sabiex jiġu solvuti l-kwistjonijiet bilaterali pendenti, it-tilwim u l-kunflitti mal-pajjiżi ġirien fuq il-fruntieri tal-art u tal-baħar u l-ispazju tal-ajru, f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Karta tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra l-involviment Russu fis-Sirja, inkluż l-appoġġ tal-użu ta' armi kimiċi min-naħa tal-armata Sirjana, li jkompli jiddestabbilizza l-pajjiż u jżid l-għadd ta' rifuġjati li qed ifittxu protezzjoni fit-Turkija u fl-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sitwazzjoni tas-sigurtà fit-Turkija, li marret għall-agħar kemm internament kif ukoll esternament, u l-attakki terroristiċi mwettqa fil-pajjiż, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li t-Turkija tospita l-akbar popolazzjoni ta' rifuġjati fid-dinja, bi kważi 3 miljun rifuġjat reġistrati mis-Sirja, l-Iraq u l-Afganistan, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fit-Turkija, li hija dovuta parzjalment għall-mewġa riċenti ta' attakki u għall-instabbiltà politika, iżda wkoll għal problemi sottostanti aktar profondi fl-ekonomija, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), “The human rights situation in South-East Turkey” (Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fix-Xlokk tat-Turkija), ta' Frar 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li t-Turkija jixraqilha kull ammirazzjoni għall-mod kif laqgħet l-għadd kbir ta' rifuġjati li qed jgħixu fil-pajjiż, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument “Statement of Preliminary Findings and Conclusions” (Dikjarazzjoni tar-Riżultati Preliminari u l-Konklużjonijiet) tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni tar-Referenda, maħruġa fis-17 ta' April 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2156 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (APKE) intitolata “Il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fit-Turkija”, tal-25 ta' April 2017, li wasslet għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta' monitoraġġ, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0234/2017), |
|
A. |
billi miljuni ta' Torok u persuni ta' oriġini Torka ilhom jgħixu fl-Istati Membri u jikkontribwixxu għall-prosperità tagħhom għal għexieren ta' snin; |
Introduzzjoni
|
1. |
Jenfasizza li l-2016 kienet sena diffiċli għall-popolazzjoni tat-Turkija minħabba l-gwerra kontinwa fis-Sirja, l-għadd kbir ta' rifuġjati, il-kunflitt fix-xlokk tal-pajjiż, sensiela ta' attakki terroristiċi atroċi u attentat ta' kolp ta' stat vjolenti li fih inqatlu 248 persuna mejta; itenni l-kundanna qawwija tiegħu fir-rigward tal-attentat ta' kolp ta' stat tal-15 ta' Lulju 2016 u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tat-Turkija; jirrikonoxxi d-dritt u r-responsabbiltà tal-gvern Tork li jieħu azzjoni biex l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja filwaqt li jiġi ggarantit ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-dritt għal proċess ġust; |
|
2. |
Jenfasizza, madankollu, li l-miżuri meħuda fl-istat ta' emerġenza għandhom effetti negattivi fuq skala kbira, sproporzjonati u li jdumu fit-tul fuq għadd kbir ta' ċittadini kif ukoll il-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali fil-pajjiż; jikkundanna t-tkeċċija kollettiva ta' impjegati taċ-ċivil u uffiċjali tal-pulizija, il-likwidazzjoni tal-massa ta' stabbilimenti tal-midja, l-arresti ta' ġurnalisti, akkademiċi, imħallfin, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, uffiċjali eletti u mhumiex, membri tas-servizzi tas-sigurtà u ċittadini ordinarji, u l-konfiska tal-proprjetà, il-beni u l-passaporti tagħhom, l-għeluq ta' ħafna skejjel u universitajiet, u l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta fuq eluf ta' ċittadini Torok, imsejsa fuq liġijiet ta' digrieti ta' emerġenza mingħajr deċiżjonijiet individwalizzati, u mingħajr il-possibbiltà ta' rieżami ġudizzjarjarju f'waqtu; jinsab imħasseb dwar il-konfiska, u f'xi każijiet nazzjonalizzazzjoni, ta' kumpaniji u intrapriżi privati Torok; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjoni tal-priġunieri kollha li qed jinżammu mingħajr provi li wettqu reat; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li l-prerogattivi leġiżlattivi tal-Parlament ġew kompromessi serjament; |
|
3. |
Jenfasizza l-importanza strateġika ta' relazzjonijiet tajbin bejn l-UE u t-Turkija u l-valur miżjud għoli tal-kooperazzjoni fl-indirizzar tal-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żewġ naħat; jirrikonoxxi li kemm it-Turkija kif ukoll l-UE għaddew mill-proċessi ta' trasformazzjoni interna tagħhom minn mindu nfteħu n-negozjati ta' adeżjoni fl-2004; jiddispjaċih li l-istrumenti ta' adeżjoni ma ntużawx għalkollox, u li kien hemm rigress fl-oqsma tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, li huma fil-qalba tal-kriterji ta' Kopenħagen, u li, matul is-snin, l-appoġġ pubbliku għall-integrazzjoni sħiħa tat-Turkija fl-UE ddgħajjef fuq iż-żewġ naħat; jibqa' impenjat favur il-kooperazzjoni u ż-żamma ta' djalogu kostruttiv u miftuħ mal-Gvern Tork, sabiex jiġu indirizzati sfidi komuni u prijoritajiet kondiviżi, bħalma huma l-istabbiltà reġjonali, is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-migrazzjoni u s-sigurtà; |
|
4. |
Jieħu nota tal-eżitu tar-referendum tas-16 ta' April 2017, li sar taħt l-istat ta' emerġenza u f'ċirkustanzi li ma ppermettewx kampanja ġusta u għażla informata peress li ż-żewġ naħat tal-kampanja ma kinux fl-istess sitwazzjoni f'termini ta' opportunitajiet u peress li d-drittijiet ta' dawk li jopponu r-riforma kostituzzjonali ġew miksura; jinsab imħasseb serjament dwar l-allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet u frodi elettorali mifruxa identifikati fis-sejbiet tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa/Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (OSKE/ODHIR), maħruġa fis-17 ta' April 2017, li jqajmu dubji serji dwar il-validità u l-leġittimità tal-eżitu; jaqbel li ssir inkjesta indipendenti dwar l-allegazzjonijiet kollha marbutin ma' irregolaritajiet elenkati fid-dikjarazzjoni tal-OSKE/ODHIR; jinnota d-deċiżjoni tal-APKE li terġa' tiftaħ il-proċess ta' monitoraġġ għat-Turkija; |
|
5. |
Jirrimarka li t-Turkija trid tirrispetta l-impenji tagħha bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lit-Turkija tibqa' konformi mal-impenji tagħha tal-Kunsill tal-Ewropa u timplimenta bidliet u riformi kostituzzjonali u ġudizzjarji f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni ta' Venezja u skont il-kriterji tagħha; |
|
6. |
Jikkundanna bil-qawwa l-appoġġ iddikjarat ripetutament għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt min-naħa tal-President Tork u diversi persunaġġi politiċi oħra; ifakkar li ċ-ċaħda inekwivoka tal-piena tal-mewt hija kundizzjoni essenzjali għal sħubija fl-UE u jenfasizza li l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt tkun ksur tal-impenji internazzjonali tat-Turkija, tixħet dubju fuq is-sħubija tat-Turkija fil-Kunsill tal-Ewropa u twassal għal tmiem immedjat tat-taħdidiet ta' adeżjoni mal-UE u l-appoġġ ta' qabel l-adeżjoni; jenfasizza li, jekk jiġi organizzat referendum dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt fit-Turkija, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jippermettu li dan il-vot jiġi ffaċilitat fil-pajjiżi rispettivi tagħhom; |
|
7. |
Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu ta' Novembru 2016 li jiġi ffriżat il-proċess ta' adeżjoni tat-Turkija; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, skont il-Qafas ta' Negozjar, jissospendu formalment in-negozjati tal-adeżjoni mat-Turkija bla dewmien jekk il-pakkett ta' riformi kostituzzjonali jiġi implimentat mingħajr tibdil; jenfasizza, filwaqt li jqis ir-rimarki tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar ir-riforma kostituzzjonali, li l-emendi kostituzzjonali proposti ma jirrispettawx il-prinċipji fundamentali tas-separazzjoni tal-poteri, ma jipprovdux kontrolli u bilanċi suffiċjenti u mhumiex konformi mal-kriterji ta' Kopenħagen; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lit-Turkija jagħmlu diskussjoni miftuħa u onesta dwar l-oqsma ta' interess reċiproku li għalihom tkun possibbli l-kooperazzjoni intensifikata; jenfasizza li kwalunkwe impenn politiku bejn l-UE u t-Turkija għandu jkun mibni fuq dispożizzjonijiet ta' kundizzjonalità fir-rigward tar-rispett għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; |
Drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali
|
9. |
Jinnota b'dispjaċir li l-miżuri sproporzjonati meħuda wara d-dikjarazzjoni tal-istat ta' emerġenza kellhom fil-mira, permezz tad-detenzjoni, tkeċċijiet, arresti u konfiski ta' proprjetà, mhux biss lil eluf ta' nies li allegatament huma membri jew partitarji tal-moviment Gülen, iżda wkoll, b'mod ġenerali lil persuni li għandhom opinjoni kuntrarja u b'mod partikolari lil partiti politiċi tal-oppożizzjoni; għadu qed jistenna evidenza konvinċenti fir-rigward tal-awturi tal-attentat ta' kolp ta' stat; jikkundanna bil-qawwa l-priġunerija ta' 11-il Membru Parlamentari li jappartjenu lill-Partit Demokratiku Popolari (HDP), inklużi l-kopresidenti tiegħu s-Sa Figen Yuksekdag u s-Sur Selahattin Demirtas, Membru Parlamentari wieħed mill-Partit Popolari Repubblikan (CHP) u ta' 85 sindku muniċipali Kurd; iħeġġeġ lill-Gvern Tork ineħħi l-istat ta' emerġenza immedjatament; iwissi kontra l-abbuż ta' miżuri kontra t-terroriżmu għal leġittimizzazzjoni tar-ripressjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) biex immedjatament idaħħlu l-ewwel każijiet eżemplari u tikkonkludi l-ewwel proċedimenti malajr kemm jista’ jkun, peress li donnu li ma jeżistux rimedji nazzjonali effettivi; |
|
10. |
Jitlob lill-awtoritajiet Torok iwettqu investigazzjoni bir-reqqa dwar allegazzjonijiet ta' trattament ħażin serju ta' priġunieri, kif irrappurtat minn bosta organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u jitlob li jkun hemm obbligu ta' rendikont u kkastigar ta' dawk li jinstabu ħatja ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinsab imħasseb ħafna dwar il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni; jappella għall-pubblikazzjoni immedjata tal-aħħar rapporti tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti tal-Kunsill tal-Ewropa, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jippermettu osservaturi nazzjonali u internazzjonali jimmonitorjaw il-faċilitajiet ta' detenzjoni; |
|
11. |
Jistieden lill-Gvern Tork joffri rimedji adegwati u effettivi kif ukoll rieżami ġudizzjarju skont l-istat tad-dritt lill-persuni kollha soġġetti għal miżuri restrittivi; jenfasizza li l-preżunzjoni ta' innoċenza hija prinċipju fundamentali fi kwalunkwe stat kostituzzjonali; jinnota li, taħt l-istat ta' emerġenza attwali, ċittadini arrestati m'għandhom ebda dritt għal għajnuna legali matul l-ewwel ħamest ijiem tad-detenzjoni tagħhom, u jiddeplora r-restrizzjonijiet severi li saru fuq l-aċċess tad-detenuti għal avukati; jenfasizza li minn Lulju 2016 tressqu 'l fuq minn 100 000 ilment legali lill-Qorti Kostituzzjonali Torka, li ddikjarat ruħha li m'għandhiex kompetenza fuq kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan id-digriet ta' urġenza; jistieden lit-Turkija tirrevedi bħala kwistjoni ta' urġenza l-“Kummissjoni ta' Inkjesta għall-Prattiki tal-Istat ta' Emerġenza” b'tali mod li din issir kummissjoni soda, indipendenti u awtorizzata bis-sħiħ li tkun kapaċi tittratta b'mod individwali lill-każijiet kollha, tipproċessa b'mod effettiv l-għadd enormi ta' applikazzjonijiet li se tirċievi u tiżgura li r-reviżjoni ġudizzjarja ma tittardjax għalxejn; |
|
12. |
Jikkundanna bil-qawwa il-passi lura u l-ksur serji tal-libertà tal-espressjoni u l-ksur serju tal-libertà tal-midja, inklużi l-projbizzjonijiet sproporzjonati tas-siti tal-midja u tal-midja soċjali; jinnota bi tħassib l-għeluq ta' madwar 170 mezz ta' xandir, u fosthom kważi kull mezz li jxandar bil-lingwa Kurda – u l-priġunerija ta' aktar minn 150 ġurnalist; jenfasizza li d-deċiżjoni tat-Turkija li timblokka l-aċċess għall-Wikipedia tikkostitwixxi attakk serju fuq il-libertà tal-informazzjoni; jinnota d-deterjorament kontinwu tat-Turkija fil-klassifika tal-libertà tal-istampa fl-indiċi kkompilat mill-organizzazzjoni Korrispondenti mingħajr Fruntieri, li issa kklasifikat lit-Turkija fil-post 155 minn 180 pajjiż; ifakkar li stampa ħielsa u pluralista, inkluż internet liberu u miftuħ, hija element essenzjali ta' kwalunkwe demokrazija, u jħeġġeġ lill-Gvern Tork jeħles b'mod immedjat lill-ġurnalisti kollha arrestati b'mod illegali; jistieden lill-Gvern Tork jippermetti lill-ex-Membru tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kumitat Parlamentari Konġunt, is-Sur Joost Lagendijk, jerġa' lura ma' familtu fit-Turkija; |
|
13. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni li kontinwament sejra għall-agħar fix-Xlokk tat-Turkija, b'mod partikolari fiż-żoni fejn ġew imposti curfews, intużat forza eċċessiva u ġie applikat kastig kollettiv għall-abitanti kollha, u fejn madwar 2 000 persuna ġew irrappurtati maqtula fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' sigurtà u madwar nofs miljun persuna ġew spostati fil-perjodu li jibda minn Lulju 2015 sa Diċembru 2016; jinnota li l-prosekuturi lokali rrifjutaw b'mod konsistenti li jiftħu investigazzjonijiet dwar il-każijiet ta' qtil rappurtati u li l-osservaturi indipendenti ġie miċħud lilhom l-aċċess għaż-żona; ifakkar li l-Gvern Tork għandu responsabilità li jipproteġi liċ-ċittadini kollha tiegħu, irrispettivament mill-oriġini kulturali jew reliġjuża tagħhom u mit-twemmin tagħhom; jiddeplora l-prattika mifruxa ta' esproprjazzjoni, fosthom ta' proprjetajiet li jappartjenu lill-muniċipalitajiet kif ukoll proprjetajiet li jappartjenu lill-knisja, li hu ksur tad-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi; jinsab konvint li hija biss soluzzjoni politika ġusta tal-kwistjoni Kurda li tista' ġġib stabbiltà u prosperità sostenibbli, kemm għaż-żona kif ukoll għat-Turkija kollha kemm hi, u għaldaqstant jitlob liż-żewġ naħat immorru lura mal-mejda tan-negozjati; jinnota li sensiela ta' liġijiet, li jinkludu l-Liġi Nru 6722 dwar il-protezzjoni legali tal-forzi tas-sigurtà li jipparteċipaw fil-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet terroristiċi adottata fl-2016, ħolqu atmosfera ta' “impunità sistematika” għall-forzi tas-sigurtà; |
|
14. |
Jikkundanna d-deċiżjoni tal-Parlament Tork biex ineħħi l-immunità ta' għadd kbir ta' MP b'mod mhux kostituzzjonali, fosthom 55 mid-59 membru parlamentari tal-HDP, li wittiet it-triq għall-arresti ta' politikanti tal-oppożizzjoni u għamlet ħsara serja lill-immaġni tal-Parlament bħala istituzzjoni demokratika; jenfasizza li l-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija jenħtieġ tkun l-istituzzjoni ċentrali tad-demokrazija Torka, u tirrappreżenta liċ-ċittadini kollha fuq termini ugwali; jiddispjaċih dwar ir-rata għolja tal-livell minimu elettorali; |
|
15. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-imħallfin u l-prosekuturi għadhom taħt pressjoni politika qawwija u li kważi 4 000 minnhom, li huwa kważi kwart tal-imħallfin u l-prosekuturi kollha, ġew imkeċċija jew arrestati u f'xi każijiet, il-proprjetajiet tagħhom ġew ikkonfiskati; jistieden lit-Turkija tistabbilixxi mill-ġdid u timplimenta l-garanziji legali kollha biex tiżgura rispett sħiħ għall-indipendenza tal-ġudikatura, anke billi temenda l-liġi dwar il-Kunsill Għoli tal-Imħallfin u l-Prosekuturi (HSYK) sabiex titnaqqas l-influwenza tal-eżekuttiv fi ħdan dak il-Kunsill; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-fatt li l-istituzzjoni tal-“imħallfin kriminali tal-paċi” stabbilita f'Ġunju 2014 mill-gvern fil-kariga, donnu li ġiet ittrasformata fi strument ta' fastidju biex tiġi mrażżna l-oppożizzjoni, kif ukoll biex tkun ikkontrollata l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ġenerali; |
|
16. |
Jinsab serjament imħasseb dwar in-nuqqas ta' rispett għal-libertà ta' reliġjon, dwar id-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi, inklużi l-insara u l-Alevi, u l-vjolenza għal raġunijiet reliġjużi, inklużi attakki verbali u fiżiċi, l-istigmatizzazzjoni u l-pressjoni soċjali fl-iskejjel, u l-problemi relatati mal-istabbiliment legali ta' post ta' qima; jistieden lill-awtoritajiet Torok jippromwovu riformi pożittivi u effettivi fil-qasam tal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, billi jagħtu lok lill-komunitajiet reliġjużi jiksbu personalità legali, jippermettu lill-fondazzjonijiet tal-karità jagħżlu l-korpi ta' tmexxija tagħhom, jeliminaw ir-restrizzjonijiet kollha fuq it-taħriġ, il-ħatra u s-suċċessjoni tal-kleru, jikkonformaw mas-sentenzi rilevanti tal-QEDB u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u billi jeliminaw il-forom kollha ta' diskriminazzjoni jew ostakoli bbażati fuq ir-reliġjon; jappella lit-Turkija tirrispetta n-natura distinta u l-importanza tal-Patrijarkat Ekumeniku, u tirrikonoxxi l-personalità legali tiegħu; itenni l-bżonn li jingħata l-permess għal ftuħ mill-ġdid tas-Seminarju ta' Halki, u li jitneħħew l-ostakoli kollha għall-funzjonament xieraq tiegħu; jinsab imħasseb dwar il-qbid reċenti tal-knejjes fir-reġjun ta' Diyarbakir; iħeġġeġ lill-gvern biex jirritornahom lill-proprjetarji leġittmi tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok biex jikkumbattu bis-serjetà kull manifestazzjoni ta' anti-Semitiżmu fis-soċjetà; |
|
17. |
Jistieden lit-Turkija tipproteġi d-drittijiet tal-gruppi l-aktar vulnerabbli u tal-persuni li jappartjenu lill-minoranzi; jiddispjaċih dwar il-fatt li d-dimostrazzjonijiet LGBTI f'Ankara u f'Istanbul ġew ipprojbiti għat-tielet sena konsekuttiva u kellhom jaffaċċjaw it-trażżin u l-vjolenza tal-pulizija; jinsab serjament imħasseb dwar il-vjolenza sessista, id-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda kontra l-minoranzi, ir-reati ta' mibegħda u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI; jistieden lit-Turkija tieħu miżuri adegwati biex tipprevjeni u tikkastiga d-diskors ta' mibegħda jew delitti kontra l-minoranzi; jistieden lit-Turkija tarmonizza l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha mal-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa, li hi rratifikat fl-2014; jilqa' l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni nazzjonali tal-gvern għar-Rom u jistieden lill-Gvern Tork biex jibda jimplimenta l-istrateġija u biex jistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw l-ostakli prinċipali għall-inklużjoni soċjali tar-Rom; jistieden lit-Turkija tipprovdi ugwaljanza sħiħa għaċ-ċittadini kollha u tindirizza l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-membri tal-minoranzi, b'mod partikolari rigward id-drittijiet għall-edukazzjoni u l-proprjetà; jinnota li, f'konformità mal-kriterji ta' Kopenħagen, il-minoranzi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jirċievu edukazzjoni fil-lingwa nativa tagħhom fl-iskejjel pubbliċi; ifakkar fl-importanza tal-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Imbros u Tenedos, u jistieden lit-Turkija tgħin ir-ripatrijazzjoni tal-familji ta' minoranzi li jixtiequ jmorru lura lejn il-gżejjer; jilqa' l-ftuħ ta' skola għall-minoranza Griega fuq il-gżira ta' Imbros, li jikkostitwixxi pass pożittiv; |
|
18. |
Jistieden lill-Gvern Tork jirrispetta u jimplimenta għalkollox l-obbligi legali li impenja ruħu għalihom fir-rigward il-protezzjoni tal-wirt kulturali u, b'mod partikolari, biex ifassal, in buona fede, inventarju integrat tal-wirt kulturali Grieg, Armen, Assirjan u wirt kulturali oħra li safa meqrud jew ħerba tul is-seklu li għadda; jistieden lit-Turkija tirratifika l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali; jistieden lit-Turkija tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu u l-qerda intenzjonata tal-wirt kulturali; |
|
19. |
Jilqa' l-isforzi minn Stati Membri individwali, li ħaffew il-proċeduri ta' asil għaċ-ċittadini Torok ppersegwitati taħt id-digrieti ta' emerġenza; |
Relazzjonijiet UE-Turkija
|
20. |
Jilqa' t-tisħiħ tar-relazzjonijiet UE-Turkija f'oqsma ewlenin ta' interess komuni, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-migrazzjoni, l-enerġija, l-ekonomija u l-kummerċ, u jtenni li d-djalogu u l-kooperazzjoni jenħtieġ li jinżammu u jiġu mħeġġa; jemmen li l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija f'dawn l-oqsma tirrappreżenta investiment fl-istabbiltà u l-prosperità kemm tat-Turkija kif ukoll tal-UE, sakemm din tkun ibbażata mill-partijiet kollha fuq rispett lejn l-impenji tagħhom fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet bażiċi; jemmen li l-kooperazzjoni fost il-membri tas-soċjetà ċivili hija ta' importanza fundamentali u jħeġġeġ li dawn il-kuntatti jiġu intensifikati; |
|
21. |
Jistieden lit-Turkija tkompli tallinja l-politika barranija tagħha ma' dik tal-UE; jitlob għal kooperazzjoni aktar mill-qrib u għal koordinazzjoni tal-isfidi tal-politika barranija bejn l-UE u t-Turkija; huwa tal-opinjoni li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork għandu jkun mistieden jattendi laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Barranin fuq bażi ta' każ b'każ kull meta jkun rilevanti; jirrakkomanda li l-Kunsill jistieden b'urġenza lill-Gvern Tork għal summit biex jiġu diskussi r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija; |
|
22. |
Jemmen li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali jista' jirriżulta f'benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini fit-Turkija u l-UE, u għaldaqstant, fid-dawl tan-nuqqasijiet attwali tal-Unjoni Doganali, jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jingħata bidu għal negozjati dwar it-titjib tal-Unjoni Doganali; itenni li l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tat-Turkija u li żewġ terzi tal-Investiment Dirett Barrani (IDB) fit-Turkija ġejjin minn Stati Membri tal-UE; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza ekonomika tat-Turkija bħala suq ta' tkabbir għall-UE; iqis l-involviment tas-sħab soċjali fin-negozjati bħala kruċjali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Unjoni Doganali aġġornata bejn it-Turkija u l-UE, li tagħmel id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kundizzjonalità ewlenija; ifakkar li l-Unjoni Doganali tista' biss tilħaq il-potenzjal kollu tagħha meta t-Turkija timplimenta għalkollox il-Protokoll Addizzjonali fir-rigward tal-Istati Membri kollha; jinnota l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tista' tiġi stimulata aktar integrazzjoni kummerċjali mal-UE jekk it-Turkija telimina l-ostakoli għall-funzjonament tal-Unjoni Doganali; |
|
23. |
Jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-viża hija ta' importanza kbira għaċ-ċittadini Torok, b'mod partikolari għan-negozjanti u għall-persuni ta' oriġini Torka fl-UE, u ser issaħħaħ il-kuntatti bejn in-nies; iħeġġeġ lill-Gvern Tork jikkonforma għalkollox mal-kriterji pendenti finali, kif identifikati fil-pjan direzzjonali tal-liberalizzazzjoni tal-viża; jenfasizza li reviżjoni tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu hija kundizzjoni ewlenija biex jiġu żgurati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u li l-liberalizzazzjoni tal-viża se tkun possibbli biss ladarba l-kriterji kollha jkunu ġew issodisfati; |
|
24. |
Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jfakkar is-sejbiet tal-Kummissjoni li l-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja; josserva wkoll li r-riżultati tal-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni fil-każijiet ta' korruzzjoni f'livell għoli għadhom fqar; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-aktar żviluppi riċenti fit-Turkija meta twettaq ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-fondi tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) fl-2017, u tissospendi l-fondi ta' qabel l-adeżjoni jekk in-negozjati tal-adeżjoni jiġu sospiżi; jistieden lill-Kummissjoni, fil-każ li dak ix-xenarju jseħħ, biex tuża dawk il-fondi biex tappoġġa lis-soċjetà ċivili Torka u lir-rifuġjati fit-Turkija b'mod dirett, u tinvesti iktar fi programmi ta' skambji interpersonali, bħall-Erasmus+ għall-istudenti, l-akkademiċi u l-ġurnalisti; |
|
26. |
Jikkundanna bil-qawwa kollha l-attakki terroristiċi kollha mwettqa fit-Turkija, u jappoġġja bis-sħiħ il-popolazzjoni tat-Turkija fil-ġlieda komuni tagħna kontra t-terroriżmu; jilqa' r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-UE u t-Turkija fil-qasam tal-kooperazzjoni kontra t-terroriżmu fir-rigward tal-“ġellieda barranin”; jemmen li l-kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn il-Europol u l-aġenziji Torok tal-infurzar tal-liġi hi essenzjali biex it-terroriżmu jiġi miġġieled b'mod effikaċi; itenni l-kundanna tiegħu tar-ritorn tal-vjolenza min-naħa tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), li ilu fuq il-lista tal-UE ta' organizzazzjonijiet terroristiċi mill-2002, u jħeġġeġ lill-partit biex iċedi l-armi u juża mezzi paċifiċi u legali biex ileħħen l-aspettativi tiegħu; jenfasizza li soluzzjoni paċifika għall-kwistjoni tal-Kurdi hija meħtieġa wkoll għall-ġejjieni demokratiku tat-Turkija, u se tintlaħaq biss bl-involviment tal-partijiet u l-forzi demokratiċi kollha kkonċernati; jitlob li jerġgħu jinbdew negozjati bl-għan li tinkiseb soluzzjoni komprensiva u sostenibbli għall-kwistjoni tal-Kurdi; jistieden lill-Istati Membri jinforzaw il-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-użu ta' sinjali u simboli ta' organizzazzjonijiet li jinsabu fuq il-lista tal-UE ta' organizzazzjonijiet terroristiċi; |
|
27. |
Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Gvern Tork li jżomm lil Membri Parlamentari Ġermaniżi milli jżuru l-Forzi Armati Federali Ġermaniżi f'Inċirlik, li jfisser li huma issa se jiġu rilokati għal pajjiż li mhux membri tan-NATO, u dan jirrappreżenta daqqa ta' ħarta kbira għal kooperazzjoni effettiva bejn l-alleati tan-NATO fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
|
28. |
Ifaħħar l-involviment mill-Gvern Tork u l-NGOs lokali u l-ospitalità murija mill-popolazzjoni fl-ospitar ta' madwar 3 miljun rifuġjat; jinnota d-dikjarazzjoni UE-Turkija dwar il-migrazzjoni, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jibdew skema ta' risistemazzjoni volontarja għall-aktar rifuġjati vulnerabbli fit-Turkija; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura investiment fit-tul kemm fir-rifuġjati kif ukoll fil-komunitajiet ospitanti tagħhom fit-Turkija, kif ukoll l-infiq adegwat tal-fondi; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jagħti permessi tax-xogħol u aċċess għall-kura tas-saħħa lir-refuġjati Sirjani kollha, u biex jipprovdi aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal Sirjani; jistieden lil Ankara u l-UE jkomplu bl-isforzi koordinati tagħhom ta' patrulji fil-Baħar Eġew, jintensifikaw l-isforzi biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-migranti u biex jiġi implimentat għalkollox u b'mod effettiv il-Ftehim ta' Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija l-ftehimiet ta' riammissjoni bilaterali ffirmati mal-Bulgarija u mal-Greċja; |
|
29. |
Jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet li għamel il-President Erdogan fejn jakkuża lill-mexxejja tal-UE bi “prattiki Nażisti” u liċ-ċittadini tagħhom li huma “Nażisti”; jirrimarka li t-tkomplija ta' tali dikjarazzjonijiet mhux ġustifikati xxekkel il-kredibilità tat-Turkija bħala sieħeb politiku u li l-esportazzjoni tal-kunflitti interni tagħha huma theddida għall-koeżistenza paċifika fi ħdan is-soċjetà f'dawk l-Istati Membri li għandhom komunità sostanzjali ta' ta' oriġini Torka; jenfasizza li l-Gvern Tork irid jastjeni minn sforzi sistematiċi biex jimmobilizza d-dijaspora Torka fl-Istati Membri għall-iskopijiet tiegħu; jinnota bi tħassib ir-rapporti tal-allegata pressjoni fuq il-membri tad-dijaspora Torka li jgħixu fl-Istati Membri u jikkundanna s-sorveljanza min-naħa tal-awtoritajiet Torok taċ-ċittadini b'ċittadinanza doppja li jgħixu barra mill-pajjiż; jinsab imħasseb dwar ir-revoka ta' numru kbir ta' passaporti, li għamlet lill-persuni konċernati apolidi bi ksur tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1954 dwar l-istatus ta' persuni apolidi u l-Konvenzjoni tan-NU tal-1961 dwar it-tnaqqis tal-apolidija, u r-rifjut rappurtat ta' servizzi minn konsulati Torok lil għadd ta' ċittadini Torok; |
|
30. |
Ifakkar fl-importanza taż-żamma ta' relazzjonijiet tajba mal-ġirien; jappella, f'dan ir-rigward, lit-Turkija biex tintensifika l-isforzi tagħha sabiex issolvi l-kwistjonijiet bilaterali pendenti, inklużi l-obbligi ġuridiċi pendenti u t-tilwimiet mhux riżolti mal-ġirien immedjati tagħha dwar fruntieri tal-art u tal-baħar u dwar l-ispazju tal-ajru, skont id-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali; jappella lill-gvern Tork sabiex jiffirma u jirratifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex itemm il-vjolazzjonijiet ripetuti tal-ispazju tal-ajru u tal-ilmijiet territorjali Griegi, u biex jirrispetta l-integrità territorjali u s-sovranità ta' kull pajjiż ġar tat-Turkija; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li t-theddida ta' casus belli ddikjarata mill-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija kontra l-Greċja għadha ma ġietx irtirata; |
|
31. |
Jitlob lit-Turkija u lill-Armenja biex jaħdmu favur in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom; jenfasizza li l-ftuħ tal-fruntiera bejn it-Turkija u l-Armenja jista' jwassal għal titjib fir-relazzjonijiet, b'referenza partikolari għall-kooperazzjoni transkonfinali u l-integrazzjoni ekonomika; |
|
32. |
Jappella lill-gvern Tork iwaqqaf il-pjanijiet tiegħu għall-kostruzzjoni tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Akkuyu; jirrimarka li s-sit previst jinsab f'reġjun suxxettibbli għal terremoti severi, u għalhekk jippreżenta theddida serja mhux biss għat-Turkija iżda wkoll għar-reġjun tal-Mediterran; jitlob, għaldaqstant, lill-gvern Tork biex jingħaqad mal-Konvenzjoni Espoo, li qed timpenja l-partijiet tagħha biex jinnotifikaw u jikkonsultaw lil xulxin dwar proġetti ewlenin li jkunu qed jiġu kkunsidrati u li aktarx ikollhom impatt ambjentali negattiv sinifikanti fil-livell transfruntiera; jitlob, għal dan il-għan, lill-Gvern Tork biex jinvolvi, jew għall-anqas jikkonsulta, lill-gvernijiet tal-pajjiżi ġirien tiegħu, bħall-Greċja u Ċipru, rigward kwalunkwe żvilupp ulterjuri fl-inizjattiva ta' Akkuyu; |
|
33. |
Jissottolinja li soluzzjoni għall-problema ta' Ċipru jkollha impatt pożittiv fuq ir-reġjun kollu, filwaqt li l-ewwel u qabel kollox din tkun ta' benefiċċju għaċ-Ċiprijotti Griegi kif ukoll għaċ-Ċiprijotti Torok; jilqa' d-dikjarazzjoni konġunta tal-11 ta' Frar 2014 bħala bażi għal soluzzjoni u jfaħħar il-mexxejja tal-komunità Ċiprijotta Griega u dik Ċiprijotta Torka talli kisbu progress sostanzjali fit-taħdidiet dwar ir-riunifikazzjoni; jilqa' l-ftehim bejn iż-żewġ mexxejja dwar sensiela ta' miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja u jħeġġeġ li l-miżuri kollha miftiehma jiġu implimentati; jilqa' l-iskambju ta' mapep preferuti, s'issa bla preċedent, u l-ewwel konferenza dwar Ċipru li saret f'Ġinevra mas-setgħat garanti u bil-parteċipazzjoni tal-UE, u jappoġġja l-issuktar tagħha bil-għan li jintlaħaq ftehim aċċettabbli b'mod reċiproku dwar il-kapitolu li jitratta s-sigurtà u garanziji; jappoġġja soluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli bbażata fuq federazzjoni bikomunali u biżonali, personalità legali internazzjonali waħda, sovranità waħda u ċittadinanza waħda b'ugwaljanza politika bejn iż-żewġ komunitajiet, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, id-dritt internazzjonali u l-acquis tal-UE, u abbażi tar-rispett għall-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni; jilqa' l-impenn intensifikat mill-partijiet sabiex tinkiseb soluzzjoni tal-problema ta' Ċipru; jistenna li t-Turkija turi appoġġ attiv għal konklużjoni rapida u b'suċċess tan-negozjati, u jtenni li l-impenn u l-kontribut tat-Turkija għal soluzzjoni komprensiva għadhom kruċjali; jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati biex jappoġġaw il-proċess ta' negozjar b'mod attiv, jikkontribwixxu għal eżitu pożittiv, u jużaw l-opportunità li nfetħet issa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża r-riżorsi kollha tagħha biex tappoġġja bis-sħiħ il-konklużjoni b'suċċess tal-proċess ta' riunifikazzjoni; |
|
34. |
Itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tibda tirtira t-truppi tagħha minn Ċipru, tittrasferixxi ż-żona magħluqa ta' Famagusta lin-NU, skont ir-Riżoluzzjoni 550 (tal-1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u biex ma tiħux azzjonijiet li jibdlu l-bilanċ demografiku fuq il-gżira permezz tal-politika tagħha ta' insedjamenti illegali; jinnota l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE fl-istat kostitwenti Tork Ċiprijott futur mad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta' soluzzjoni trid diġà tkun ġiet ippreparata tajjeb; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, il-kontinwazzjoni tal-ħidma tal-kumitat bikomunali ad hoc dwar il-preparazzjoni tal-UE; jimpenja ruħu li jżid l-isforzi tiegħu ta' involviment mal-komunità Ċiprijotta Torka fit-tħejjija tagħha għal integrazzjoni sħiħa fl-UE, u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel l-istess; ifaħħar il-ħidma importanti tal-Kumitat għal Persuni Nieqsa (CMP, li jittratta persuni nieqsa Ċiprijotti Torok kif ukoll Ċiprijotti Griegi), u jfaħħar il-fatt li ngħata aċċess aħjar għas-siti rilevanti, inklużi ż-żoni militari; jistieden lit-Turkija tgħin lis-CMP billi tipprovdi informazzjoni mill-arkivji militari tagħha; jappella biex tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-ħidma mwettqa mis-CMP, u jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħatra ta' Rapporteur Permanenti tal-Parlament Ewropew dwar persuni nieqsa; |
|
35. |
Jirrikonoxxi d-dritt tar-Repubblika ta' Ċipru li tikkonkludi ftehimiet bilaterali li jikkonċernaw iż-żona ekonomika esklużiva tagħha; itenni t-talba tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta għalkollox id-drittijiet sovrani tal-Istati Membri kollha, inklużi dawk relatati mat-tiftix tar-riżorsi naturaliu mal-isfruttament tagħhom f'konformità mal-acquis tal-Unjoni u mad-dritt internazzjonali; iħeġġeġ lit-Turkija timpenja ruħha fis-soluzzjoni paċifika tat-tilwim, u biex iżżomm lura minn kwalukwe theddida jew azzjoni li jista' jkollhom effetti negattivi fuq ir-relazzjonijiet ta' ġirien tajba; |
|
36. |
Jinsab konvint li hija biss soluzzjoni politika kredibbli li se tiżgura l-istabbiltà fis-Sirja u tippermetti rebħa deċiżiva fis-Sirja fil-konfront tal-ISIS/Da'esh u gruppi oħra li ġew indikati min-NU bħala gruppi terroristiċi; jerġa jafferma l-preminenza tal-proċess ta' Ġinevra mmexxija min-NU; jirrikonoxxi l-isforzi li saru fil-laqgħat ta' Astana biex jerġa' jiġi stabbilit tmiem sħiħ tal-ostilitajiet kif ukoll l-istabbiliment tal-mekkaniżmu trilaterali għall-monitoraġġ u biex tkun żgurata konformità sħiħa mal-waqfien mill-ġlied; iħeġġeġ lill-garanti kollha, inkluża t-Turkija, biex jonoraw l-impenji tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-waqfien mill-ġlied u biex javvanzaw fl-iżgurar ta' aċċess umanitarju sħiħ u bla xkiel fil-pajjiż kollu, il-waqfien tal-assedji u l-ħelsien ta' kull persuna detenuta b'mod arbitrarju, b'mod partikolari n-nisa u t-tfal, f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2268 tal-KSNU; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta s-sovranità u l-integrità territorjali tal-ġirien kollha tagħha; |
|
37. |
Jitlob li din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bit-Tork; |
o
o o
|
38. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Estera u ta' Sigurtà, u lill-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0450.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0423.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/137 |
P8_TA(2017)0308
Il-każijiet tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Liu Xiaobo u Lee Ming-che
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-6 ta' Lulju 2017 dwar il-każijiet tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Liu Xiaobo u Lee Ming-che (2017/2754(RSP))
(2018/C 334/15)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tal-21 ta' Jannar 2010 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari l-każ ta' Liu Xiaobo (1), tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina (2) u tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurta’ Federica Mogherini dwar l-istatus ta' Liu Xiaobao tat-30 ta' Ġunju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-35 sessjoni tad-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem fi Brussell fit-22 u t-23 ta' Ġunju 2017, u d-dikjarazzjoni tal-President tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem (DROI) fl-okkażjoni tad-djalogu, |
|
— |
wara li kkunsidra s-Samit bejn l-UE u ċ-Ċina li sar fi Brussel fl-1 u t-2 ta' Ġunju 2017; |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE fl-34 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) fl-14 ta' Marzu 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-9 ta' Diċembru 2016, dwar il-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina mnedija fl-2003 u l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u s-SEAE lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2016, bit-titolu “Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-“Karta 08”, manifest imfassal minn aktar minn 350 attivist politiku, akkademiku u difensur tad-drittijiet tal-bniedem Ċiniż b'talba għal riforma soċjali, ġudizzjarja u governattiva, u li nħareġ fl-10 ta' Diċembru 2008 biex jikkoinċidi mas-60 anniversarju tal-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi Liu Xiaobo, kittieb u attivist prominenti Ċiniż tad-drittijiet tal-bniedem ġie formalment detenut fil-ħabs erba' darbiet matul l-aħħar tletin sena; billi Liu Xiaobo ġie mitfugħ il-ħabs għal 11-il sena fl-2009 għal “inċitament għas-sovverżjoni tas-setgħa tal-istat” wara li għen biex jinkiteb manifest magħruf bħala l-“Karta 08”; billi l-proċeduri formali li seħħew fil-prosekuzzjoni ta' Liu Xiaobo ma ppermettewlux li jkun rappreżentat jew ikun preżenti fi proċedimenti formali, filwaqt li uffiċjali diplomatiċi minn iktar minn tnax-il Stat, inklużi diversi Stati Membri, ma ngħatawx aċċess għas-smigħ tal-qorti matul il-proċess; |
|
B. |
billi l-mara ta' Liu Xiaobo, Liu Xia, għalkemm qatt ma kienet akkużata b'xi reat, inżammet taħt arrest domiċiljari minn dakinhar li ngħata l-Premju għall-Paċi fl-2010 u, minn dak iż-żmien, kienet imċaħħda milli jkollha l-kuntatt ma' kważi l-ebda persuni oħra ħlief ma' xi qraba u xi ftit ħbieb; |
|
C. |
billi fit-8 ta' Ottubru 2010, il-Kumitat tal-Premju Nobel ta lil Liu Xiaobo il-Premju Nobel għall-Paċi b'rikonoxximent għall-“ġlieda twila u mhux vjolenti għad-drittijiet fundamentali fiċ-Ċina”; |
|
D. |
billi Liu Xiaobo reċentement ġie ttrasferit minn ħabs fil-provinċja ta' Liaoning fil-Grigal taċ-Ċina għal sptar fil-kapitali tal-provinċja f'Shenyang, fejn qed jiġi kkurat għall-kondizzjoni serja ta' saħħtu wara li ġie dijanjostikat b'kanċer avvanzat fil-fwied; |
|
E. |
billi l-awtoritajiet Ċiniżi rrifjutaw talbiet minn Liu Xiaobo u martu biex ifittxu trattament mediku barra ċ-Ċina jew li jmur fid-dar tiegħu f'Beijing; |
|
F. |
billi, fid-29 ta' Ġunju 2017, 154 Rebbieħ tal-Premju Nobel ħarġu ittra konġunta lill-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fejn ħeġġew lill-Gvern Ċiniż biex jippermetti lil Liu Xiaobo u martu Liu Xia jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom għal trattament mediku; |
|
G. |
billi Lee Ming-che, l-attivist Tajwaniż magħruf favur id-demokrazija kif ukoll għall-promozzjoni tiegħu favur id-drittijiet tal-bniedem permezz tal-midja soċjali, għeb fid-19 ta' Marzu 2017 wara li qasam mill-Macao għal Zhuhai fil-provinċja Ċiniża ta' Guangdong; billi l-Uffiċċju għall-Affarijiet tat-Tajwan fiċ-Ċina kkonferma, waqt konferenza tal-aħbarijiet, li Lee kien detenut mill-“awtoritajiet rilevanti” u qiegħduh taħt investigazzjoni dwar suspett ta' “involviment f'attivitajiet li jheddu s-sigurtà nazzjonali”; |
|
H. |
billi l-awtoritajiet Ċiniżi ma offrew l-ebda evidenza kredibbli għall-allegazzjonijiet gravi kontra Lee Ming-Che; billi l-priġunerija ta' Lee waslet f'salib it-toroq li matulu r-relazzjonijiet bejn ix-xtut tal-istretti qegħdin dejjem imorru għall-agħar; billi Lee kien attiv fl-għoti ta' informazzjoni dwar il-kultura politika demokratika tat-Tajwan lil sħabu fiċ-Ċina permezz ta' pjattaformi onlajn li huma suxxettibbli għall-monitoraġġ mill-gvern Ċiniż; |
|
I. |
billi ċ-Ċina għamlet progress f'dawn l-aħħar snin f'termini ta' realizzazzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali, u dan jirrifletti l-prijoritajiet tagħha favur id-dritt tal-poplu għas-sussistenza, filwaqt li, mill-2013 'l hawn, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina kompliet tmur għall-agħar bil-gvern iżid l-ostilità tiegħu fil-konfront ta' dissens paċifiku, l-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tar-reliġjon, bħal fil-każ reċenti tal-Isqof Peter Shao Zhumin, li tneħħa bil-forza mid-djoċesi tiegħu f'Wenzhou fit-18 ta' Mejju 2017; |
|
J. |
billi l-Gvern Ċiniż għadda liġijiet ġodda, b'mod partikolari, il-Liġi tas-Sigurtà tal-Istat, il-Liġi għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, il-Liġi dwar iċ-Ċibersigurtà, u l-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Barranin, li ġew utilizzati biex jippersegwitaw lil dawk involuti f'attiviżmu pubbliku u kritika paċifika kontra l-gvern bħala theddidiet għas-sigurtà tal-istat, kif ukoll biex isaħħu ċ-ċensura, is-sorveljanza u l-kontroll ta' individwi u gruppi soċjali u biex jiskoraġġixxu lill-individwi milli jwettqu kampanja favur id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; |
|
K. |
billi, ix-xahar li għadda, il-Gvern Grieg irrifjuta li japprova dikjarazzjoni tal-UE li tikkritika t-trażżin tal-attivisti u d-dissidenti fiċ-Ċina, li kienet se titressaq quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra fil-15 ta' Ġunju 2017; billi din kienet l-ewwel okkażjoni li fiha l-UE naqset milli tagħmel tali dikjarazzjoni quddiem il-korp ewlieni tan-NU responsabbli għad-drittijiet; |
|
L. |
billi l-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt jenħtieġ li jibqgħu fiċ-ċentru tar-relazzjoni li ilha għaddejja bejn l-UE u ċ-Ċina, b'konformità mal-impenn tal-UE li tiddefendi dawn il-valuri fl-azzjoni esterna tagħha u bl-interess li wriet iċ-Ċina li tikkonforma ma' dawn l-istess valuri fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali tagħha; |
|
1. |
Jistieden lill-Gvern Ċiniż biex jeħles, immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, lil Liu Xiaobo, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi 2010, u lil martu Liu Xia mill-arrest domiċiljari u jippermettilu jikseb kura medika fejn jixtiequ; |
|
2. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jippermettu lil Lui Xiaobo aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-familja, il-ħbieb u l-konsulenti legali; |
|
3. |
Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jilliberaw lil Lee Ming-che immedjatament, peress li ma tressqet l-ebda prova kredibbli relatata mal-każ tiegħu, biex jiżvelaw informazzjoni dwar il-post eżatt fejn jinsab u biex jiġi żgurat, sadanittant, li Lee Ming-che ikun imħares mit-tortura u minn trattament ħażin ieħor, u li jingħata aċċess għall-familja tiegħu, għal avukat tal-għażla tiegħu u għal kura medika adegwata; |
|
4. |
Jibqa' ferm imħasseb dwar l-isforzi kontinwi tal-Gvern Ċiniż biex isikket lil atturi tas-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri, l-attivisti u l-avukati tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
5. |
Ifakkar kemm hu importanti li l-UE tqajjem il-kwistjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina matul kull djalogu politiku u tad-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Ċiniżi, b'konformità mal-impenn tal-UE li tipproġetta leħen sod, ċar u magħqud fl-approċċ tagħha lejn il-pajjiż, inkluż fid-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li huma regolari u aktar orjentati lejn ir-riżultati; ifakkar, barra minn hekk li, fil-kuntest tal-proċess ta' riforma kontinwa tagħha u ta' impenn globali akbar, iċ-Ċina għażlet li tieħu sehem fil-qafas internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem billi ffirmat firxa wiesgħa ta' trattati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob, għaldaqstant, li jibqa' jiġi segwit djalogu maċ-Ċina sabiex din tonora dawn l-impenji; |
|
6. |
Jinkoraġġixxi liċ-Ċina tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; |
|
7. |
Jiddispjaċih dwar il-falliment tal-UE li tagħmel dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Ġinevra f'Ġunju 2017; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jadottaw approċċ sod u bbażat fuq il-valuri fil-konfront taċ-Ċina, u jistenna li ma jwettqux atti jew inizjattivi unilaterali li jistgħu jimminaw il-koerenza, l-effikaċja u l-konsistenza tal-azzjoni tal-UE; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
(1) ĠU C 305 E, 11.11.2010, p. 9.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/140 |
P8_TA(2017)0309
L-Eritrea, b'mod partikolari l-każijiet ta' Abune Antonios u Dawit Isaac
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar l-Eritrea, b'mod partikolari l-każijiet ta' Abune Antonios u Dawit Isaak (2017/2755(RSP))
(2018/C 334/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eritrea, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-Eritrea: il-każ ta' Dawit Isaak (1), u dik tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tat-23 ta' Ġunju 2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-14 ta' Ġunju 2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea waqt il-35 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Eritrea, maħruġ fit-8 ta' Ġunju 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 751 (1992), 1882 (2009), 1907 (2009), 2023 (2011), 2244 (2015) u 2317 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li estendew l-embargo fuq l-armi impost fuq l-Eritrea sal-15 ta' Novembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal impetu mġedded tas-Sħubija Afrika-UE, tal-4 ta' Mejju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (il-Ftehim ta' Cotonou), kif rivedut fl-2005 u fl-2010, li l-Eritrea hija firmatarja tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK tal-1 ta' Marzu 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (3), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/414/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 (4) u emendata ulterjorment bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/632/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Każ 428/12 (2012) ippreżentat quddiem il-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli f'isem Dawit Isaak u priġunieri politiċi oħra, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali tas-60 sessjoni tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tat-22 ta' Mejju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-2015 dwar is-Sħubija bejn l-Eritrea u l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Nazzjonali għall-Eritrea fil-qafas tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, tat-3 ta' Frar 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Eritrea, adottata fl-1997, li tiggarantixxi l-libertajiet ċivili inkluża l-libertà reliġjuża, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea hija fost l-agħar fid-dinja, u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem sar xi ħaġa ta' kuljum u ma ġie rreġistrat l-ebda titjib f'dawn l-aħħar snin; billi l-Gvern tal-Eritrea għaddej b'kampanja estensiva maħsuba biex iżomm kontroll fuq il-popolazzjoni u jillimita l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bl-iskuża li qed jiddefendi l-integrità tal-Istat; |
|
B. |
billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Eritrea kkonkludiet li vjolazzjonijiet fl-oqsma tal-qtil extraġudizzjarju, it-tortura (inklużi t-tortura u l-jasar sesswali), il-lieva bħala forma ta' jasar, ix-xogħol furzat u l-politika ta' “spara biex toqtol” fil-fruntiera jistgħu jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità; |
|
C. |
billi f'Settembru 2001 l-awtoritajiet Eritreani arrestaw għexieren ta' ċittadini li kienu taw l-appoġġ tagħhom għal ittra miftuħa li fiha ntalab li jsiru riformi demokratiċi; billi dawk arrestati ma ġewx akkużati b'reat jew imressqa l-qorti, u fil-parti l-kbira għadhom il-ħabs sal-lum; billi minkejja appelli estensivi minn gruppi tad-drittijiet tal-bniedem u osservaturi internazzjonali, intqal li ħafna minn dawn in-nies mietu fil-ħabs; billi fl-20 ta' Ġunju 2016, madankollu, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Eritrea, Osman Saleh, irrefera għad-detenuti bħala priġunieri politiċi, u ddikjara li “kollha kemm huma għadhom ħajjin”, u li se jitressqu l-qorti “meta jiddeċiedi l-gvern”; |
|
D. |
billi Dawit Isaak, ta' ċittadinanza Eritreana u Żvediża, ġie arrestat fit-23 ta' Settembru 2001 wara li l-Gvern tal-Eritrea ipprojbixxa l-mezzi tax-xandir privati; billi l-aħħar li xi ħadd ħa aħbaru kien fl-2005; billi, bl-inkarċerazzjoni tiegħu, Dawit Isaak sar simbolu internazzjonali għall-ġlieda favur il-libertà tal-istampa fl-Eritrea, u dan l-aħħar ġie rikonoxxut minn ġurija internazzjonali indipendenti ta' professjonisti tal-midja li tatu l-Premju Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-UNESCO/Guillermo Cano 2017 b'rikonoxximent għall-kuraġġ, ir-reżistenza u l-impenn tiegħu għal-libertà tal-espressjoni; |
|
E. |
billi l-qraba ta' Dawit Isaak ilhom jiffaċċjaw ansjetà u inċertezza insopportabbli sa minn meta għeb, u ftit li xejn għandhom informazzjoni dwar l-istat ta' saħħet dan qaribhom, fejn jinsab jew xi prospetti għandu; |
|
F. |
billi fl-azzjoni repressiva ta' Settembru 2001, 11-il politiku – ilkoll ex-membri tal-Kunsill Ċentrali tal-Front Popolari għad-Demokrazija u l-Ġustizzja (PFDJ), il-partit fil-poter, inkluż l-ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin Petros Solomon – ġew arrestati wara li ppubblikaw ittra miftuħa lill-gvern u lill-President Isaias Afwerki li fiha talbu riformi u “djalogu demokratiku”; billi 10 ġurnalisti, inkluż Isaak, ġew arrestati tul il-ġimgħa ta' wara; |
|
G. |
billi għadd kbir ta' Eritreani jiġu arrestati għal diversi raġunijiet mhux ġustifikabbli, pereżempju għax jesprimu fehmiet indipendenti, jew mingħajr ebda ġustifikazzjoni espliċita, u allura għal perjodi ta' żmien mhux speċifikati; billi d-detenuti, inklużi t-tfal, jinżammu f'kundizzjonijiet ħorox ħafna li f'xi każijiet jammontaw għal tortura u ċaħda ta' kura medika; billi l-organizzazzjonijiet internazzjonali ma ngħatawx aċċess għall-ħabsijiet, ħlief għal ħabs wieħed fuq l-art f'Asmara; |
|
H. |
billi erba' reliġjonijiet biss huma awtorizzati: il-Knisja Ortodossa tal-Eritrea, il-Knisja Kattolika, il-Knisja Luterana u l-Iżlam; billi r-reliġjonijiet l-oħrajn kollha huma pprojbiti u l-membri ta' dawn il-komunitajiet, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, jiġu arrestati u mitfugħa l-ħabs; billi mill-2016 'l hawn ġie osservat li reġgħu żdiedu l-intimidazzjoni u l-vjolenza fil-konfront ta' min jipprattika l-fidi; billi l-Christian Solidarity Worldwide (CSW) tikkalkula li, f'Mejju 2017 biss, fl-Eritrea spiċċaw il-ħabs 160 Nisrani; |
|
I. |
billi Abune Antonios, il-Patrijarka tal-Knisja Ortodossa tal-Eritrea, l-akbar komunità reliġjuża tal-pajjiż, ilu l-ħabs mill-2007, wara li rrifjuta li jiskomunika 3 000 parruċċan li opponew il-gvern; billi ilu minn dak iż-żmien 'l hawn miżmum f'post mhux magħruf fejn safa mċaħħad mill-kura medika; |
|
J. |
billi fl-Eritrea la hemm ġudikatura indipendenti u lanqas assemblea nazzjonali; billi n-nuqqas ta' istituzzjonijiet demokratiċi fil-pajjiż irriżulta f'vojt totali f'dak li għandu x'jaqsam mal-governanza tajba u l-istat tad-dritt u dan ħoloq ambjent ta' impunità għad-delitti kontra l-umanità; |
|
K. |
billi hemm biss partit politiku wieħed rikonoxxut legalment, il-Front Popolari għad-Demokrazija u l-Ġustizzja (PFDJ); billi partiti politiċi oħra huma pprojbiti; billi, skont Freedom House, il-PFDJ u l-militar huma prattikament l-uniċi istituzzjonijiet ta' importanza politika fl-Eritrea, u ż-żewġ entitajiet huma taħt l-awtorità diretta tal-President; |
|
L. |
billi l-libertà tal-istampa ma teżistix, peress li l-midja indipendenti hija pprojbita fl-Eritrea, u l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ta' Reporters Without Borders jikklassifika lill-Eritrea fl-aħħar post fost il-170-180 pajjiż evalwat, u dan għal tmien snin konsekuttivi; |
|
M. |
billi l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari ppjanati għall-1997 ma seħħew qatt, u billi l-kostituzzjoni rratifikata fl-istess sena qatt ma ġiet implimentata; billi l-pajjiż ilu ma jara elezzjoni nazzjonali għal dawn l-aħħar 24 sena, u m'għandu prattikament l-ebda ġudikatura indipendenti, l-ebda assemblea nazzjonali funzjonanti, u l-ebda soċjetà ċivili; |
|
N. |
billi, skont ir-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem tal-UNDP għall-2016, l-Eritrea hija kklassifikata fil-179 post mill-188 pajjiż fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem għall-2016; |
|
O. |
billi fl-2016 l-Eritreani li ħarbu minn pajjiżhom kienu jikkostitwixxu r-raba' l-akbar għadd ta' nies li ssugraw il-vjaġġ perikoluż lejn l-Ewropa (wara s-Sirjani, l-Iraqin u l-Afgani), li jgħaddu minn taħt idejn traffikanti bla ħniena biex jagħmlu l-qsim perikoluż tal-Mediterran; billi, għaldaqstant, is-sitwazzjoni fl-Eritrea taffettwa lill-Ewropa direttament, peress li kieku d-drittijiet tal-bniedem kellhom jiġu rrispettati u mħarsa fil-pajjiż, u li kieku n-nies jistgħu jgħixu hemmhekk mingħajr biża', kien ikun possibbli għall-Eritreani li jirritornaw lejn pajjiżhom; |
|
P. |
billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), ħarbu aktar minn 400 000 Eritrean, jew 9 % tal-popolazzjoni totali; billi l-UNHCR jikkalkola li madwar 5 000 Eritrean jitilqu mill-pajjiż kull xahar, fil-parti l-kbira tal-każijiet minħabba l-persistenza ta' vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem; billi fl-2015 l-istatus ta' rifuġjat fl-UE ngħata f'69 % tal-applikazzjonijiet għall-asil minn Eritreani, filwaqt li 27 % tal-applikanti rċevew protezzjoni sussidjarja, ċifri li juru l-gravità tal-persekuzzjoni fl-Eritrea; |
|
Q. |
billi l-Eritrea hija favur il-Proċess ta' Khartoum (inizjattiva tal-UE u tal-Unjoni Afrikana mnedija fit-28 ta' Novembru 2014 bil-għan li tindirizza l-kwistjoni tal-migrazzjoni u t-traffikar tal-bnedmin), li jinkludi l-implimentazzjoni ta' proġetti konkreti, inklużi l-bini tal-kapaċità għall-ġudikatura u s-sensibilizzazzjoni; |
|
R. |
billi bosta żgħażagħ ħarbu mill-pajjiż biex jiskansaw mill-gvern repressiv u mil-lieva militari mandatorja, li spiss tibda minn età żgħira ħafna, b'tali mod li l-biċċa l-kbira tal-Eritreani jibqgħu fis-servizz militari għal żmien indefinit; billi l-parti l-kbira ta' dawk fis-servizz nazzjonali jibqgħu f'sitwazzjoni ta' jasar, fejn kull xogħol, kull applikazzjoni għal impjieg u kull possibbiltà li wieħed ikollu ħajja tal-familja huma kkontrollati; billi huwa stmat li 400 000 ruħ fil-preżent jinsabu fis-servizz nazzjonali bla limitu, u billi ħafna minnhom huma soġġetti għal xogħol furzat, bi ftit li xejn paga; billi s-suldati tal-lieva nisa jiġu mġiegħla jaħdmu bħala servi domestiċi u jġarrbu abbuż sesswali; |
|
S. |
billi d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa huma preżenti fl-oqsma kollha tas-soċjetà Eritreana; billi n-nisa mhux biss huma f'riskju estrem ta' vjolenza sesswali fi ħdan l-armata u f'kampijiet ta' taħriġ militari, iżda wkoll fis-soċjetà ġenerali; billi huwa stmat li 89 % tal-bniet fl-Eritrea ġarrbu mutilazzjoni tal-ġenitali femminili (MĠF); billi f'Marzu 2007, madankollu, il-gvern ħareġ proklama li fiha ddikjara li l-MĠF hija delitt, ipprojbixxa l-prattika tagħha u ppromwova programmi edukattivi tul dik is-sena li jiskoraġġixxu din il-prattika; |
|
T. |
billi r-reġim jestendi l-ħakma totalitarja tiegħu fuq id-dijaspora tal-komunità permezz ta' taxxa ta' 2 % fuq id-dħul ta' Eritreani li jgħixu barra minn pajjiżhom, u permezz ta' spjunaġġ fuq l-Eritreani fid-dijaspora u l-mira fuq membri tal-familja tagħhom li baqgħu fl-Eritrea; |
|
U. |
billi r-reġim tal-Eritrea ilu mill-2011 jiċħad li l-pajjiż huwa f'riskju ta' karestija; billi din is-sena, nixfa partikolarment serja qed taffettwa l-Afrika tal-Lvant kollha, u billi l-preokkupazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea qiegħda tikber; billi, skont l-UNICEF, 1,5 miljun Eritrean intlaqtu minn nuqqas ta' sigurtà tal-ikel f'Jannar 2017, fosthom 15 000 tifel u tifla li qed isofru mill-malnutrizzjoni; |
|
V. |
billi l-UE hija donatur importanti lill-Eritrea f'dak li jirrigwarda l-għajnuna għall-iżvilupp; billi f'Jannar 2016, minkejja l-preokkupazzjonijiet serji u l-oppożizzjoni tal-Parlament, l-UE u l-Eritrea ffirmaw Programm Indikattiv Nazzjonali (PIN) taħt il-11-il FEŻ, bl-allokazzjoni ta' EUR 200 miljun; billi l-azzjonijiet għandhom jiffokaw fuq l-enerġija rinnovabbli, il-governanza u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari fis-settur tal-enerġija; |
|
1. |
Jikkundanna bl-akbar qawwa l-vjolazzjonijiet sistematiċi, mifruxa u gravi tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-Eritrea; jistieden lill-Gvern tal-Eritrea biex itemm id-detenzjoni ta' politiċi tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, mexxejja reliġjużi u persuni ċivili innoċenti; jesiġi li l-priġunieri tal-kuxjenza kollha fl-Eritrea jinħelsu minnufih u bla kundizzjonijiet, b'mod partikolari Dawit Isaak u l-ġurnalisti l-oħrajn li ilhom detenuti minn Settembru 2001, kif ukoll Abune Antonios; jesiġi li l-Gvern tal-Eritrea jagħti informazzjoni dettaljata dwar x'sar minn dawk kollha li ġew imċaħħda mil-libertà fiżika, u dwar fejn jinsabu; |
|
2. |
Ifakkar fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Mejju 2017, u jesiġi li l-Eritrea tikkonferma minnufih li Dawit Isaak jinsab tajjeb, teħilsu, tħallih jiltaqa' mal-membri tal-familja tiegħu u mar-rappreżentanti legali tiegħu, u tagħtih il-kumpens meħtieġ għas-snin li għadda fil-ħabs; jistieden lill-Eritrea, barra minn hekk, tneħħi l-projbizzjoni fuq il-midja indipendenti, kif iddeċidiet ukoll il-Kummissjoni Afrikana; |
|
3. |
Jinnota li, billi tonqos milli tirrispetta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Afrikana, l-Eritrea qed tkompli turi b'mod flagranti li ma tagħtix kas in-normi internazzjonali u d-drittijiet fundamentali, inklużi d-dritt għal proċess ġust, il-projbizzjoni tat-tortura, il-libertà ta' espressjoni, id-dritt għal familja, u l-obbligu li kull pajjiż jirrispetta l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli; |
|
4. |
Jistieden lill-Gvern tal-Eritrea biex jeħles lil Abune Antonios, iħallih jerġa' lura għall-pożizzjoni tiegħu bħala Patrijarka, u jtemm l-indħil tiegħu fi prattiki reliġjużi paċifiċi fil-pajjiż; ifakkar li l-libertà tar-reliġjon hija dritt fundamentali, u jikkundanna bil-qawwa kull tip ta' vjolenza jew diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon; |
|
5. |
Jitlob li l-akkużati jsirulhom proċessi ġusti, u l-abolizzjoni tat-tortura u ta' trattament degradanti ieħor bħalma huma r-restrizzjonijiet fuq l-ikel, l-ilma u l-kura medika; ifakkar lill-Gvern tal-Eritrea fl-obbligi tiegħu ta' diliġenza debita li jinvestiga każijiet ta' qtil extraġudizzjarju; |
|
6. |
Ifakkar lill-Gvern tal-Eritrea li ħafna mill-attivitajiet tiegħu jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u li, minkejja li l-Eritrea mhijiex parti fl-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, ħafna dispożizzjonijiet tal-Istatut ta' Ruma jirriflettu d-dritt internazzjonali konswetudinarju li huwa vinkolanti għall-Eritrea; jissottolinja l-appoġġ tiegħu għar-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU, u għal investigazzjoni bir-reqqa dwar l-allegazzjonijiet ta' vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem u delitti kontra l-umanità mwettqa mill-awtoritajiet tal-Eritrea, sabiex ikun żgurat li kull min jinstab responsabbli jkun obbligat jagħti kont ta' għemilu; |
|
7. |
Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea; jitlob, barra minn hekk, li l-UE, f'kollaborazzjoni man-NU u mal-Unjoni Afrikana, tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni ġenerali fl-Eritrea u tirrapporta l-każijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; |
|
8. |
Jitlob li l-Eritrea tirrispetta bis-sħiħ u timplimenta minnufih il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti u tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi tagħha skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li t-tnejn li huma jipprojbixxu t-tortura; jinnota bi tħassib li l-atturi pubbliċi u privati, inklużi l-kumpaniji, huma ristretti ħafna minħabba l-kontroll min-naħa tal-gvern; jirrikonoxxi li n-nuqqas ta' kwalunkwe ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, inkluż in-nuqqas ta' baġit nazzjonali, jagħmel impossibbli l-kontroll baġitarju; |
|
9. |
Jistieden lill-Gvern tal-Eritrea biex jippermetti l-ħolqien ta' partiti politiċi oħra bħala għodda primarja tal-promozzjoni tad-demokrazija fil-pajjiż, u jitlob li l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jitħallew joperaw liberament fil-pajjiż; |
|
10. |
Ifakkar li s-sħubija tal-UE mal-Eritrea hija rregolata bil-Ftehim ta' Cotonou, u li l-partijiet kollha huma marbuta li jirrispettaw u jimplimentaw it-termini ta' dak il-ftehim, b'mod partikolari r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; jitlob, għalhekk, li l-UE taċċerta l-kondizzjonalità tal-għajnuna tagħha, inkluż li l-Gvern tal-Eritrea għandu jaqdi l-obbligi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u li l-priġunieri politiċi għandhom jinħelsu qabel ma l-UE tagħti aktar għajnuna lill-Eritrea; jitlob, barra minn hekk, li l-UE tagħmel użu mill-istrumenti u mill-għodod disponibbli kollha biex tiżgura li l-Gvern tal-Eritrea jirrispetta l-obbligi tiegħu li jipproteġi u jiggarantixxi l-libertajiet fundamentali, inkluż billi jikkunsidra t-tnedija ta' konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou; jitlob valutazzjoni dettaljata u komprensiva tal-fondi allokati lill-Eritrea u li huma ffinanzjati mill-UE u mill-Istati Membri tagħha; |
|
11. |
Jikkundanna l-issuktar ta' għajnuna maġġuri tal-UE lill-Eritrea, u b'mod partikolari l-iffirmar tal-PIN għall-Eritrea għall-valur ta' EUR 200 miljun; jitlob li l-Kummissjoni terġa' teżamina l-arranġamenti ta' skrutinju tagħha mal-Parlament, tikkunsidra sewwa l-preokkupazzjonijiet u s-suġġerimenti espressi mill-Parlament u tiggarantixxi li dawn jiġu kkomunikati lill-Kumitat tal-FEŻ; jemmen li l-Kumitat tal-FEŻ messu qies ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Parlament li l-PIN ma jiġix adottat u li jsiru diskussjonijiet ulterjuri; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi allokati ma jibbenefikax minnhom il-Gvern tal-Eritrea, iżda jkunu assenjati strettament u b'mod trasparenti biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-poplu tal-Eritrea rigward l-iżvilupp, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u s-sigurtà, u l-libertà tal-espressjoni, tal-istampa u tal-għaqda; iħeġġeġ lill-UE tiżgura l-kondizzjonalità tal-għajnuna li ntlaħaq qbil dwarha reċentement, u tiżgura wkoll li l-PIN jappoġġja lill-Eritrea hija u tagħmel bidla importanti fil-politika tal-enerġija tagħha sabiex l-enerġija tkun aċċessibbli għal kulħadd, speċjalment fiż-żoni rurali, li sal-lum għadhom bla elettriku; jemmen, barra minn hekk, li l-komponent tal-PIN li jirrigwarda l-governanza għandu jikkonċentra bil-qawwa fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali dwar id-drittijiet tal-bniedem immexxi min-NU; |
|
13. |
Jesiġi li l-Kummissjoni tikseb garanziji ċari mill-Gvern tal-Eritrea li dan se jimplimenta r-riformi demokratiċi u jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż billi jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet magħmula mit-18-il sessjoni tal-Grupp ta' Ħidma tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU), li l-Gvern tal-Eritrea aċċetta fis-7 ta' Frar 2014; |
|
14. |
Jitlob li l-Kunsill jivvaluta mill-ġdid ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Eritrea kif ukoll l-għajnuna għall-iżvilupp mogħtija lill-pajjiż mill-UE, b'reazzjoni għall-istorja ħażina tal-pajjiż rigward id-drittijiet tal-bniedem, u jippubblika l-eżiti tanġibbli li jirriżultaw mill-programmi ta' għajnuna tul l-aħħar snin; jitlob li l-UE u l-Istati Membri jagħmlu użu mill-miżuri kollha disponibbli, b'mod partikolari permezz tal-Ftehim ta' Cotonou, biex jiżguraw li l-awtoritajiet Eritreani jikkonformaw mal-impenji internazzjonali tagħhom; |
|
15. |
Jenfasizza bis-sod li l-Eritrea jeħtiġilha tħalli lil-korpi tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u reġjonali, inkluż r-rapporteurs speċjali, ikollhom aċċess bla xkiel għall-pajjiż biex jissorveljaw kwalunkwe progress eventwali; jitlob li l-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tappoġġja attivament it-tiġdid tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Eritrea biex iwettaq riformi urġenti bħall-illaxkar tas-sistema ta' stat b'partit wieħed u l-issuktar tal-Assemblea Nazzjonali u tal-elezzjonijiet; |
|
16. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu miżuri adatti kontra l-applikazzjoni tat-taxxa tad-dijaspora għaċ-ċittadini Eritreani li jgħixu fit-territorju tagħhom, f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2023 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; ifakkar lill-Gvern tal-Eritrea li d-dritt li persuna tħalli pajjiżha huwa minqux fid-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-gvern jippermetti l-libertà tal-moviment u ma jibqax jiġbor it-taxxa tad-dijaspora minn Eritreani li jgħixu barra l-pajjiż; iħeġġeġ lill-gvern biex itemm il-politiki ta' “ħtija b'assoċjazzjoni” li huma mmirati lejn membri tal-familja ta' dawk li jevadu s-servizz nazzjonali, ifittxu li jaħarbu mill-Eritrea jew jonqsu milli jħallsu taxxa fuq id-dħul ta' 2 % imposta mill-gvern fuq l-Eritreani li jgħixu barra l-pajjiż; |
|
17. |
Jistieden lill-Gvern tal-Eritrea jirrispetta l-istatut dwar il-perjodu ta' servizz, ma jibqax juża liċ-ċittadini tiegħu bħala ħaddiema furzati, ma jibqax jippermetti lill-kumpaniji barranin jużaw lil dawn is-suldati tal-lieva bil-ħlas ta' imposta, jippermetti l-possibbiltà ta' oġġezzjoni tal-kuxjenza għas-servizz militari u jiżgura l-protezzjoni ta' suldati tal-lieva; |
|
18. |
Ifakkar lill-Eritrea fl-obbligi tagħha skont il-konvenzjonijiet tal-ILO, b'mod partikolari rigward id-dritt ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ta' trade unions li jorganizzaw, jipprotestaw paċifikament, jipparteċipaw fl-affarijiet pubbliċi, u jmexxu kampanji favur it-titjib tad-drittijiet tal-ħaddiema; jistieden lill-Gvern tal-Eritrea jirrevoka l-politika li tipprojbixxi NGOs li għandhom anqas minn USD 2 miljun fil-kontijiet bankarji tagħhom; huwa mħasseb dwar ir-rabta endemika bejn in-negozju, il-politika u l-korruzzjoni fl-Eritrea; jikkundanna kumpaniji barranin li huma kompliċi fl-użu tax-xogħol furzat, u jitlob li dawk kollha li joperaw fl-Eritrea jkollhom sistemi aħjar ta' responsabbiltà, diliġenza dovuta u rappurtar; |
|
19. |
Jieħu nota tat-tentattivi tal-UE biex tikkoopera mal-Eritrea fil-qasam tal-migrazzjoni; jenfasizza r-rati għoljin ħafna osservati f'dak li jirrigwarda l-għoti ta' asil jew protezzjoni sussidjarja mill-Istati Membri tal-UE lil Eritreani, u konsegwentement iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jirritornawx lill-Eritreani li qed ifittxu asil fl-Ewropa, bi qbil mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra; jesiġi li l-Istati Membri tal-UE jaderixxu mal-kunċett ta' non-refoulement, u jfakkarhom li persuni li jiġu rritornati wara li jkunu fittxew l-asil aktarx jisfaw detenuti b'mod arbitrarju u ttorturati minħabba li jkunu ppruvaw jaħarbu; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-Eritrea biex taħdem mal-komunità internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRC) tan-NU jikkoopera mal-Eritrea fil-bini tal-kapaċitajiet fis-sistema ġudizzjarja billi jorganizza seminars u taħriġ għall-imħallfin u l-avukati bħala mezz siewi għall-progress; jirrikonoxxi li delegazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tal-HRC sejra żżur l-Eritrea f'Lulju 2017, u jistieden lil din id-delegazzjoni tirrapporta dwar dak li tara u tipprova tikseb aċċess għal kull parti tal-pajjiż, b'mod partikolari għall-ħabsijiet, fejn il-faċilitajiet jistgħu jiġu mistħarrġa u rrapportati; |
|
21. |
Itenni t-tħassib profond tiegħu dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi devastanti li hemm bħalissa fil-Qarn tal-Afrika, inkluż fl-Eritrea, u r-riskju serju ta' kriżi tal-ikel u umanitarja li jġibu magħhom; jitlob li l-UE, flimkien mas-sħab internazzjonali tagħha, tkattar l-appoġġ tagħha għall-popolazzjonijiet affettwati u tiżgura li l-finanzjament u l-għajnuna meħtieġa jiġu pprovduti; |
|
22. |
Jikkundanna l-politika tal-Gvern tal-Eritrea li arbitrarjament jirrevoka ċ-ċittadinanza, u jesiġi li kull ċittadin tal-Eritrea jiġi ttrattat b'mod ġust u ugwali quddiem il-liġi; jenfasizza li l-indirizzar tad-defiċit ta' ġustizzja fl-Eritrea, il-governanza demokratika u r-ristawr tal-istat tad-dritt iridu jingħataw prijorità, billi tintemm it-tmexxija awtoritarja msejsa fuq il-biża' ta' detenzjoni arbitrarja u sigrieta, tortura u vjolazzjonijiet oħra tad-drittijiet tal-bniedem, li wħud minnhom jistgħu jitqiesu bħala delitti kontra l-umanità; |
|
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, lill-Kunsill tal-Unjoni Afrikana, lill-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-awtoritajiet tal-Eritrea. |
(1) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 146.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0090.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/146 |
P8_TA(2017)0310
Il-Burundi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi (2017/2756(RSP))
(2018/C 334/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou rivedut, b'mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2248 (2015) tat-12 ta' Novembru 2015 u 2303 (2016) tad-29 ta' Lulju 2016 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta ppreżentat fil-15 ta' Ġunju 2017 fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Burundi, ippubblikat fit-23 ta' Frar 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi, tad-9 ta' Marzu 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Inkjesta Indipendenti tan-NU dwar il-Burundi (EINUB), ippubblikat fl-20 ta' Settembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti fit-30 ta' Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Arusha għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Burundi tat-28 ta' Awwissu 2000, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar il-Burundi tas-Summit tal-Unjoni Afrikana tat-13 ta' Ġunju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar l-attivitajiet tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà u dwar l-istat tal-paċi u s-sigurtà fl-Afrika (Assembly/AU/Dec.598(XXVI)), adottata waqt is-26 sessjoni ordinarja tal-Assemblea tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Unjoni Afrika, li tlaqqgħet fit-30 u fil-31 ta' Jannar 2016 f'Addis Ababa (l-Etjopja), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-Assemblea tal-Unjoni Afrikana (Assembly/AU/Dec.605-620(XXVII)), adottati waqt is-27 sessjoni ordinarja tal-Assemblea tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Unjoni Afrika, li tlaqqgħet fis-17 u fit-18 ta' Lulju 2016 f'Kigali (ir-Rwanda), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kummissjoni Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-4 ta' Novembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Burundi, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar il-Burundi tas-Summit tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant tal-31 ta' Mejju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-Burundi, b'mod partikolari dawk tad-9 ta' Lulju 2015 (1), tas-17 ta' Diċembru 2015 (2) u tat-19 ta' Jannar 2017 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/394 tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/1755 tal-Kunsill tal-1 ta' Ottubru 2015, kif ukoll id-deċiżjonijiet (PESC) 2015/1763 u (PESC) 2016/1745 tal-Kunsill, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonjiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu, tat-18 ta' Mejju, tat-22 ta' Ġunju u tas-16 ta' Novembru 2015 u tal-15 ta' Frar 2016 dwar il-Burundi, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Union għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni (RGħ/VP) tat-28 ta' Mejju 2015, id-19 ta' Diċembru 2015 u l-21 ta' Ottubru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tar-RGħ/VP tas-6 ta' Jannar 2017 dwar il-projbizzjoni tal-Lega Iteka fil-Burundi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Burundi, b'mod partikolari l-Artikolu 96 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi r-Repubblika tal-Burundi daħlet fi kriżi politika gravi u fit-taqlib ċivili wara t-tħabbira mill-President Nkurunziza f'April 2015 li kien se jikkontesta għat-tielet mandat, bi ksur tal-Kostituzzjoni tal-Burundi, li tillimita l-għadd ta' mandati Presidenzjali għal tnejn, u tal-Ftehim ta' Arusha; billi l-oppożizzjoni qawwija għar-rielezzjoni tiegħu ġiet ripressa b'mod sever ħafna mill-gvern, bil-konsegwenza li l-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż ħżienet b'mod allarmanti; |
|
B. |
billi skont osservaturi internazzjonali, l-oppożizzjoni għar-rielezzjoni tiegħu, minn Lulju 2015, ġiet imrażżna b'mod sever ħafna mill-gvern; billi skont in-NU, mindu faqqgħet il-vjolenza, diġà sfaw mejta 500 persuna; billi, skont l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, aktar minn 1 200 persuna sfaw maqtula, bejn 400 u 900 sfaw vittmi ta' għajbien furzat, mijiet jew saħansitra eluf ta' nies ġew ittorturati, filwaqt li aktar minn 10 000 ruħ għadhom detenuti arbitrarjament; |
|
C. |
billi l-President Pierre Nkurunziza ma jeskludix il-possibilità li l-kostituzzjoni tiġi emendata biex wieħed ikun jista' jikkontesta għal mandat ieħor (ir-raba' wieħed) ibda mill-2020, u billi bħalissa għaddej proċess intern sabiex jiġi eliminat il-limitu tal-għadd ta' mandati; billi dan jikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-President Pierre Nkurunziza u jikkomprometti l-isforzi kollettivi li qed isiru sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli fit-tul għall-kriżi; |
|
D. |
billi r-Rapport ta' Inkjesta Indipendenti tan-NU dwar il-Burundi (EINUB) jagħmel referenza għal diversi provi li jindikaw abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem u abbużi gravi fil-pajjiż, prinċipalment imwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-awtoritajiet; billi l-każijiet ta' inċitament għall-vjolenza u għall-mibegħda żdiedu minn April 2017 'l hawn, b'mod partikolari waqt il-laqgħat tal-Imbonerakure, il-milizzji taż-żgħażagħ tal-partit CNDD-FDD fil-gvern; billi personalitajiet tal-oppożizzjoni u atturi tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u avukati, huma l-mira prinċipali ta' dawn l-abbużi; billi r-rapport finali tal-Kummissjoni ta' Inkjesta stabbilit mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem huwa mistenni joħroġ f'Settembru 2017; |
|
E. |
billi l-atti ta' vjolenza rrappurtati jinkludu każijiet ta' qtil, ħtif, għajbien furzat, atti ta' tortura, ta' stupru u arresti u impriġunamenti arbitrarji; billi l-korruzzjoni u n-nuqqas ta' azzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi jipperpetwaw kultura ta' impunità li ma tippermettix li għadd kbir ta' persuni li jkunu wettqu atti vjolenti qattiela, inklużi membri tal-forzi tal-ordni tas-servizzi ta' intelligence, jitressqu quddiem il-ġustizzja; |
|
F. |
billi f'Ottubru 2016 l-awtoritajiet Burundjani pprojbixxew ħames organizzazzjonijiet difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u billi f'Jannar 2017 l-eqdem waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet fil-pajjiż, il-Lega Iteka, ġiet hi wkoll ipprojbita; billi f'Diċembru 2016, il-Parlament adotta liġi li tiddisponi għal kontroll strett tal-NGOs internazzjonali; |
|
G. |
billi r-restrizzjonijiet fir-rigward tal-midja u tal-gazzetti indipendenti ħraxu; billi l-midja indipendenti għadhom qed jiġu ċċensurati, sospiżi, imblukkati u/jew magħluqa; billi ġurnalisti sfaw vittmi ta' għajbien, ta' theddid, ta' attakki fiżiċi u ta' fastidju ġudizzjarju; billi l-istazzjonijiet tar-radju indipendenti kollha ġew sospiżi; billi l-Burundi hija kklassifikata l-160 pajjiż minn 180 fil-klassifikazzjoni dinjija 2017 tal-libertà tal-istampa stabbilita mir-Reporters Mingħajr Fruntieri; |
|
H. |
billi uffiċjali tan-NU jirrappurtaw it-tendenza li għandhom l-uffiċjali tal-Istat li jiżirgħu id-diskordja, fatt li joħloq il-biża' li l-vjolenza tkompli tevolvi u tiggrava u li l-kriżi possibilment tiġi “etniċizzata”; billi ġie rrappurtat rikors massiv għall-vjolenza u għall-intimidazzjoni mill-partit CNDD-FDD (Kunsill Nazzjonali għad-Difiża tad-Demokrazija – Forzi ta' Difiża tad-Demokrazija) u s-sezzjoni taż-żgħażagħ tiegħu, il-milizzja Imbonerakure; |
|
I. |
billi f'Ottubru 2016, il-Burundi tat bidu għal proċedura ta' rtirar mill-Istatut ta' Ruma, u b'hekk uriet l-intenzjoni tagħha li toħroġ mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), wara d-deċiżjoni ta' din tal-aħħar li tiftaħ eżami preliminari dwar il-vjolenza u l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; |
|
J. |
billi f'Awwissu 2016, il-Gvern tal-Burundi rrifjuta li uffiċjali tal-pulizija tan-NU jiġu skjerati fil-pajjiż biex jiżguraw monitoraġġ tas-sitwazzjoni; billi l-Gvern tal-Burundi ddeċieda li jissospendi l-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u rrifjuta li jikkoopera mal-Kummissjoni ta' Inkjesta stabbilita mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
K. |
billi fil-21 ta' Diċembru 2015 il-Parlament tal-Burundi ċaħad il-proposta ta' skjerament ta' forza taż-żamma tal-paċi tal-Unjoni Afrikana, bl-argument li kwalunkwe intervent militari tat-truppi tal-Unjoni Afrikana tkun tikkostitwixxi invażjoni ta' forza ta' okkupazzjoni; |
|
L. |
billi fit-8 ta' Diċembru 2015, l-Unjoni Ewropea tat bidu għal proċedura ta' konsultazzjoni mal-gvern tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Grupp tal-Istati AKP, tal-Unjoni Afrikana, tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nazzjonijiet Uniti; billi f'Marzu 2016 l-UE għalqet dawn il-konsultazzjonijiet, peress li kienet waslet għall-konklużjoni li l-impenji proposti mill-Gvern tal-Burundi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt kienu insuffiċjenti; |
|
M. |
billi wara din il-proċedura, l-Unjoni Ewropea ddefinixxiet serje ta' miżuri preċiżi li l-Gvern tal-Burundi jenħtieġ li jieħu biex jippermetti li tissokta mill-ġdid kooperazzjoni sħiħa u kompluta; |
|
N. |
billi l-UE ssospendiet l-għajnuniet finanzjarji diretti mogħtija lill-amministrazzjoni tal-Burundi, inkluż l-appoġġ baġitarju; billi l-UE hija impenjata li ssostni l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-popolazzjoni u bħala għajnuna umanitarja, inkluż għall-proġetti maħsuba biex jiżguraw l-aċċess għas-servizzi bażiċi; |
|
O. |
billi l-Unjoni Ewropea adottat sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' persuni, entitajiet jew organi li jdgħajfu d-demokrazija jew jostakolaw it-tiftix ta' soluzzjoni politika fil-Burundi; billi l-Unjoni Afrikana qed tipprevedi wkoll, fil-preżent, li tadotta sanzjonijiet; |
|
P. |
billi d-djalogu inter-Burundjan immexxi taħt l-awspiċi tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC), bl-appoġġ tal-Unjoni Afrikana u tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi kkunsidrat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-unika soluzzjoni vijabbli għal soluzzjoni politika dejjiema tas-sitwazzjoni fil-Burundi; billi dan id-djalogu għandu jkun miftuħ għal kulħadd, inkluż għall-partiti tal-oppożizzjoni, għas-soċjetà ċivili u għall-membri tad-dijaspora; |
|
Q. |
billi l-impass politiku fil-Burundi u d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika għandhom konsegwenzi serji għall-popolazzjoni; billi l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tikkalkula li aktar minn 420 000 persuna ħarbu mill-Burundi biex ifittxu kenn fil-pajjiżi ġirien; billi, skont is-Sottosegretarju Ġenerali tan-NU, bħalissa hemm 209 000 ruħ spostati internament; billi 3 miljun ruħ jinsabu fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja u 2,6 miljuni huma esposti għal nuqqas akut ta' sigurtà tal-ikel; billi 700 000 ruħ jiddependu minn għajnuna alimentari ta' emerġenza minkejja l-fatt li l-Gvern kien neħħa xi restrizzjonijiet; billi din is-sitwazzjoni qed tipperikola serjament l-istabilità tar-reġjun; |
|
1. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu minħabba s-sitwazzjoni politika u fir-rigward tas-sigurtà fil-Burundi; jikkundanna bil-qawwa l-atti ta' vjolenza, il-qtil u vjolazzjonijiet oħra tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fil-Burundi mill-2015; jappella favur azzjoni effikaċi u proporzjonata biex jiġu pprevenuti episodji ġodda ta' vjolenza; |
|
2. |
Jinsab imħasseb dwar l-impunità mifruxa, b'mod partikolari fir-rigward tal-atti ta' vjolenza u l-vjolazzjonijiet kontra d-drittijiet tal-bniedem u fir-rigward tal-awturi ta' dawn l-atti; ifakkar li l-awtoritajiet Burundjani għandhom l-obbligu, skont il-leġiżlazzjoni internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, li jiggarantixxu, jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ċivili u politiċi taċ-ċittadini; f'dan il-kuntest, jitlob inkjesta bir-reqqa u indipendenti dwar il-każijiet ta' qtil u l-abbużi li twettqu fil-Burundi f'dawn l-aħħar snin, u jitlob li jiġi żgurat li dawk responsabbli jwieġbu għal għemilhom; |
|
3. |
jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-gvern tal-Burundi ta bidu għal proċedura ta' rtirar tal-pajjiż mill-Istatut ta' Ruma li jistabbilixxi l-QKI; jitlob lill-Gvern tal-Burundi jerġa' lura mill-proċedura ta' rtirar u jiżgura li l-pajjiż ikompli jieħu sehem bis-sħiħ fil-QKI; |
|
4. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Burundi jirrispetta bis-sħiħ ir-Riżoluzzjoni 2303 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u jippermetti l-iskjerament ta' unità tal-pulizija tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex timmonitorja s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż; |
|
5. |
Jilqa' l-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Burundi, stabbilita f'Novembru 2016 biex tinvestiga l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fil-pajjiż minn April 2015 'il quddiem; jistieden lill-awtoritajiet tal-Burundi jikkooperaw bis-sħiħ mal-membri tal-Kummissjoni ta' Inkjesta; |
|
6. |
Jilqa' l-ħatra reċenti ta' Mibgħut Speċjali ġdid għall-Burundi, is-Sur Michel Kafando, mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, is-Sur Antonio Gutierrez, bl-għan li jiġi ffaċilitat il-fehim tal-proċess politiku li għaddej; |
|
7. |
Itenni l-impenn tiegħu favur il-libertà tal-espressjoni u jafferma mill-ġdid ir-rwol kruċjali mwettaq mis-soċjetà ċivili, l-avukati, l-organizzazzjonijiet difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-midja f'soċjetà demokratika; f'dan il-kuntest, jappella lill-awtoritajiet tal-Burundi jneħħu l-projbizzjonijiet u jeliminaw ir-restrizzjonijiet imposti fuq dawn l-entitajiet, jerġgħu jaħsbuha dwar il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) barranin u jiżguraw li l-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom bil-libertà u s-sigurtà kollha fil-pajjiż; |
|
8. |
Jinsab mħasseb dwar ir-riskju kbir li s-sitwazzjoni attwali toħloq firdiet aktar profondi bejn il-gruppi etniċi differenti; jiddenunzja “l-etniċizzazzjoni” tal-kriżi permezz tal-użu ta' propaganda bbażata fuq ideoloġija etnika; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-Burundi jżommu lura minn kwalunkwe aġir jew minn kwalunkwe diskors li jista' jkompli jintensifika l-vjolenza, jiggrava l-kriżi jew ikollu effetti negattivi fuq l-istabilità reġjonali fit-tul u biex jirrispettaw b'mod sħiħ il-ftehim ta' Arusha; |
|
9. |
Jikkundanna l-atti ta' inċitament għall-mibegħda u għall-vjolenza min-naħa tal-mexxejja tal-milizzja taż-żgħażagħ Imbonerakure fil-konfront tar-rifuġjati u tal-avversarji, b'mod partikolari s-sejħiet pubbliċi għall-istupru fil-konfront tan-nisa ta' avversarji, u jitlob id-diżarm immedjat ta' dawn il-milizzji; jinsab estremament imħasseb dwar l-adozzjoni ta' liġi ġdida dwar il-ħolqien ta' korp nazzjonali ta' voluntiera, li tista' sservi biex l-attivitajiet ta' milizzja bħal din jiġu leġittimizzati; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja u għat-trawwim tal-għaqda nazzjonali permezz ta' djalogu nazzjonali miftuħ, trasparenti u inklużiv bejn il-Gvern, il-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, skont il-Kostituzzjoni tal-Burundi, il-Ftehim ta' Arusha u l-impenji internazzjonali tal-pajjiż; |
|
11. |
Jinnota li s-sitwazzjoni fil-Burundi għandha riperkussjonijiet estremament negattivi fuq ir-reġjun kollu; jilqa', f'dan ir-rigward, l-isforzi ta' negozjar immexxija taħt l-awspiċju tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC), bl-appoġġ tal-Unjoni Afrikana, u jitlob l-involviment u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet Burundjani bl-għan li tinstab soluzzjoni immedjata, vijabbli u dejjiema għal dan il-kunflitt, iżda jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar il-fatt li l-progress ta' dan id-djalogu miexi bil-mod; |
|
12. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea tappoġġa l-isforzi tal-atturi reġjonali fir-riżoluzzjoni tal-kriżi; jappella għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-faċilitatur maħtur mill-EAC, is-Sur Mkapa, ex-President tat-Tanzanija; |
|
13. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana li tawtorizza l-iskjerament tal-Missjoni Afrikana ta' Prevenzjoni u Protezzjoni fil-Burundi bl-għan li tiġi promossa soluzzjoni politika; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Burundi jonora bis-sħiħ l-impenn li ħa li jiffaċilita l-mobilizzazzjoni rapida ta' osservaturi u ta' esperti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem permezz b'mod partikolari tal-ħruġ immedjat ta' viżi u t-twettiq rapidu ħafna tal-formalitajiet l-oħra meħtieġa; |
|
14. |
Iqis li preżenza akbar ta' osservaturi internazzjonali fil-Burundi tista' tikkontribwixxi b'mod konsiderevoli biex tittejjeb is-sitwazzjoni fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sigurtà; jitlob li jiġu mobilizzati 200 osservatur militari u tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Afrikana addizzjonali, bħala appoġġ għat-30 osservatur li diġà huma preżenti; |
|
15. |
Iqis li huwa neċessarju li tiġi ċċarata, f'koordinazzjoni mal-Unjoni Afrikana, it-traċċabilità tal-fondi ddedikati għas-suldati Burundjani skjerati fl-AMISOM; |
|
16. |
Iqis li biex ikun hemm kwalunkwe normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-UE, inklużi l-Istati Membri, l-awtoritajiet tal-Burundi jeħtiġilhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet kollha ddedikati fl-“iskeda tal-impenji” għall-konsultazzjonijiet previsti mill-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou; |
|
17. |
Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea, wara l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, li tissospendi l-għajnuna finanzjarju diretta lill-amministrazzjoni tal-Burundi u jilqa' l-adozzjoni ta' restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u ta' miżuri ta' ffriżar ta' assi min-naħa tal-Unjoni Ewropea fil-konfront ta' dawk li jfittxu li jimminaw l-isforzi ta' paċi jew id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-Unjoni jenħtieġ li żżomm kif inhu l-appoġġ finanzjarju tagħha lill-poplu tal-Burundi, inkluż għar-rifuġjati, fis-setturi ewlenin tas-saħħa, tan-nutrizzjoni, u tal-edukazzjoni, kif ukoll għajnuna umanitarja fornuta permezz ta' kanali diretti; jappoġġa s-sanzjonijiet immirati mġedda mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE li tiġi sospiża l-għajnuna baġitarja lill-Burundi wara konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 96; |
|
18. |
Jinsab imħasseb serjament dwar l-influss ta' rifuġjati Burundjani fil-pajjiżi ġirien u s-sitwazzjoni umanitarja allarmanti tal-persuni spostati fil-Burundi, u jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu favur l-organizazzjonijiet umanitarji li jinsabu fir-reġjun u favur il-pajjiżi ġirien li qed jospitaw lir-rifuġjati; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lid-donaturi l-oħra ta' fondi biex iżidu l-appoġġ finanzjarju tagħhom u l-għajnuna umanitarja għall-persuni spostati u r-rifuġjati Burundjani; ifakkar lill-Istati Membri fl-impenn tagħhom li jirrispettaw il-Konvenzjoni ta' Ġinevra; |
|
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tal-Burundi, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0275.
(2) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0474.
(3) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0004.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/151 |
P8_TA(2017)0315
Azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà (2017/2009(INI))
(2018/C 334/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar “Transforming our World: The 2030 Agenda for Sustainable Development” (“Nittrasformaw id-Dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”), adottata fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-25 ta' Settembru 2015 fi New York (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 3(3) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jafferma mill-ġdid li l-UE “għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha”, u l-Artikolu 11 tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016, “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli – Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà” (COM(2016)0739), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, irratifikata mill-UE f'Jannar 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 bit-titolu “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Nru 30/2016 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA): ir-rapport 2016 dwar indikaturi Ambjentali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016 dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra n-Nota Strateġika taċ-Ċentru Ewropew ta' Strateġija Politika tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 bit-titolu “Sustainability Now! A European Voice for Sustainability” (4) (“Sostenibbiltà Issa! Vuċi Ewropea għas-Sostenibbiltà”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 (5), ir-rieżami ta' nofs il-mandat tagħha (6) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rieżami ta' nofs il-mandat tat-2 ta' Frar 2016 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Panel tar-Riżorsi Internazzjonali tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) bit-titolu: “Policy Coherence of the Sustainable Development Goals UNEP” (2015) (“Koerenza Politika tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli”), “Global Material Flows and Resource Productivity” (2016) (“Flussi Globali Materjal u Produttività tar-Riżorsi”) u “Resource Efficiency: Potential and Economic Implications UNEP” (2017), (“Effiċjenza tar-Riżorsi: Implikazzjonijiet potenzjali u Ekonomiċi”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-10 ta' Novembru 2016 dwar “Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna” (JOIN(206)0049), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Aġenda Urbana Ġdida Habitat III adottat fi Quito fl-20 ta' Ottubru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0239/2017), |
|
A. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha adottaw l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem “Aġenda 2030”), inkluż l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs); |
|
B. |
billi s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU jirrappreżentaw pjan ta' azzjoni għal soċjetà u dinja aħjar, konsenjabbli permezz ta' azzjoni prattika u li tista' titkejjel u li tkopri għadd ta' kwistjonijiet inklużi l-kisba ta' riżultati tas-saħħa aħjar u aktar ugwali, aktar benesseri u edukazzjoni fost iċ-ċittadini, aktar prosperità b'mod ġenerali, azzjoni kontra t-tibdil fil-klima u l-konservazzjoni tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet futuri, u bħala tali jridu dejjem jiġu kkunsidrati b'mod orizzontali fl-oqsma kollha tal-ħidma tal-Unjoni; |
|
C. |
billi t-tkabbir ekonomiku futur se jkun possibbli biss billi jiġu rrispettati bis-sħiħ il-limiti tal-pjaneta sabiex tiġi żgurata ħajja dinjituża għal kulħadd; |
|
D. |
billi l-Aġenda 2030 għandha potenzjal ta' trasformazzjoni u tistabbilixxi għanijiet universali, ambizzjużi, komprensivi, indiviżibbli u interrelatati, li jkollhom l-għan li jeqirdu l-faqar, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u l-promozzjoni tal-prosperità, ir-responsabbiltà ambjentali, l-inklużjoni soċjali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll it-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà; billi dawn l-għanijiet jeħtieġu azzjoni immedjata bl-għan li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa u effikaċi; |
|
E. |
billi l-Kummissjoni għadha ma stabbilietx strateġija komprensiva biex timplimenta l-Aġenda 2030 li tinkludi oqsma politiċi interni u esterni bi skeda ta' żmien dettaljata sal-2030, kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2016 dwar is-segwitu u r-rieżami tal-aġenda, u għadha ma ħaditx rwol ġenerali ta' koordinament għall-azzjonijiet meħuda fuq livell nazzjonali; billi strateġija ta' implimentazzjoni effikaċi u mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rieżami huma essenzjali biex jintlaħqu l-SDGs; |
|
F. |
billi s-17-il SDG u 169 mira sottostanti jmissu l-aspetti kollha tal-politika tal-Unjoni; |
|
G. |
billi ħafna mill-SDGs jikkonċernaw direttament is-setgħat tal-UE minbarra l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-implimentazzjoni tagħhom għalhekk tirrikjedi approċċ li jkun tassew ibbażat fuq governanza f'diversi livelli b'involviment attiv u fuq bażi wiesgħa mas-soċjetà ċivili; |
|
H. |
billi t-tibdil fil-klima mhuwiex kwistjoni ambjentali separata, iżda jippreżenta, skont in-NU (8), waħda mill-ikbar sfidi ta' żminijietna u joħloq theddida serja għall-iżvilupp sostenibbli, u l-impatti mifruxa u mingħajr preċedent tiegħu jitfgħu piż sproporzjonat fuq l-ifqar u l-aktar vulnerabbli u jżid l-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u fi ħdanhom; billi azzjoni urġenti kontra t-tibdil fil-klima hija integrali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-SDGs; |
|
I. |
billi l-miri dwar it-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà tal-enerġija ta' Ewropa 2020 huma: li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra (GHGs) b'20 %, li jissodisfaw l-20 % tad-domanda tal-enerġija tal-UE minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u li jżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b'20 %; billi l-UE hija impenjata għal tnaqqis ta' mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet domestiċi tal-GHG sal-2030, soġġett għal mekkaniżmu ta' żieda skont il-Ftehim ta' Pariġi; billi l-Parlament talab li jkun hemm mira tal-effiċjenza fl-enerġija vinkolanti sal-2030 ta' 40 % u mira vinkolanti tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli (RES) ta' mill-inqas 30 %, u jenfasizza li tali miri jenħtieġ li jiġu implimentati permezz ta' miri nazzjonali individwali; |
|
J. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha huma lkoll firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi, u b'hekk impenjaw ruħhom li jaħdmu ma' pajjiżi oħra biex jillimitaw it-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 oC, u li jagħmlu sforzi biex ikomplu jillimitawh għal 1,5 oC, u b'hekk jippruvaw jillimitaw l-agħar riskji tat-tibdil fil-klima, li jimmina l-kapaċità li jinkiseb żvilupp sostenibbli; |
|
K. |
billi ibħra u oċeani nodfa huma essenzjali biex jappoġġjaw bijodiversità abbundanti, u jipprovdu sigurtà tal-ikel u għajxien sostenibbli; |
|
L. |
billi skont is-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP), il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta l-impatt ambjentali, f'kuntest globali, tal-konsum tal-ikel u ta' komoditajiet li mhumiex ikel tal-Unjoni; |
|
M. |
billi kwalunkwe valutazzjoni tal-effikaċja attwali u futura fl-aġenda tal-SDG fl-Ewropa jenħtieġ li mhux biss titkellem dwar is-suċċessi attwali, iżda tħares ukoll lejn sforzi u skemi futuri, u jenħtieġ li tkun ibbażata wkoll fuq valutazzjoni bir-reqqa tan-nuqqasijiet bejn il-politiki tal-UE u l-SDGs, inklużi oqsma fejn l-UE ma tissodisfax il-miri tal-SDGs, implimentazzjoni dgħajfa tal-politiki attwali u kontradizzjonijiet potenzjali bejn l-oqsma ta' politika; |
|
N. |
billi, skont l-EEA, huwa probabbli ħafna li 11 mit-30 objettiv ewlieni tal-EAP mhux se jintlaħqu sal-2020; |
|
O. |
billi l-finanzjament tal-SDGs jirrappreżenta sfida enormi li titlob sħubija qawwija u globali u l-użu ta' kull forma ta' finanzjament (minn sorsi domestiċi, internazzjonali, pubbliċi, privati u innovattivi), kif ukoll mezzi mhux finanzjarji; billi l-finanzjament privat jista' jikkomplementa, iżda mhux jissostitwixxi, il-finanzjament pubbliku; |
|
P. |
billi l-mobilizzazzjoni effikaċi tar-riżorsi domestiċi hija fattur indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda 2030; billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma affettwati b'mod partikolari mill-evażjoni u l-evitar tat-taxxa korporattiva; |
|
Q. |
billi l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli titlob reżiljenza, li jenħtieġ li tiġi promossa permezz ta' approċċ multidimensjonali għall-azzjoni esterna tal-UE u permezz tar-rispett tal-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp; billi l-politiki tal-Istati Membri u tal-UE għandhom effetti intenzjonati kif ukoll mhux intenzjonati fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u l-SDGs jikkostitwixxu opportunità unika biex tinkiseb aktar koerenza u politiki aktar ġusti fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
R. |
billi l-kummerċ internazzjonali jista' jkun mutur b'saħħtu tal-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku, u l-parti l-kbira tal-importazzjonijiet tal-UE ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi l-Aġenda 2030 tirrikonoxxi l-kummerċ bħala mezz biex jintlaħqu l-SDGs; |
|
S. |
billi l-indirizzar tal-isfida tal-migrazzjoni u tal-ħtiġijiet ta' popolazzjoni globali dejjem akbar huwa essenzjali għall-kisba ta' żvilupp sostenibbli; billi l-Aġenda 2030 tenfasizza r-rwol tal-migrazzjoni bħala mutur potenzjali tal-iżvilupp; billi l-Artikolu 208 tat-TFUE jistabbilixxi l-qerda tal-faqar bħala l-objettiv primarju tal-politiki għall-iżvilupp tal-UE; |
|
1. |
Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà, li tiddeskrivi l-inizjattivi u l-istrumenti ta' politika eżistenti fil-livell Ewropew u sservi bħala reazzjoni għall-Aġenda 2030; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta' valutazzjoni komprensiva, inklużi nuqqasijiet u xejriet fil-politika, inkonsistenzi u nuqqasijiet fl-implimentazzjoni kif ukoll il-benefiċċji kollaterali u s-sinerġiji potenzjali, tal-politiki u l-leġiżlazzjonijiet tal-UE kollha f'kull settur; jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni kkoordinata għal din il-valutazzjoni kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak tal-Istati Membri; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-kompożizzjonijiet kollha tiegħu, u lill-aġenziji u l-korpi tal-UE biex iwettqu dan ix-xogħol mingħajr dewmien; |
|
2. |
Jenfasizza li l-għan tal-Aġenda 2030 huwa li jintlaħaq benesseri aħjar għal kulħadd u li t-tliet pilastri ugwali tal-iżvilupp sostenibbli, jiġifieri l-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali, huma essenzjali għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs); jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp sostenibbli huwa objettiv fundamentali tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(3) tat-TUE u jenħtieġ li jkollu rwol ċentrali fid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa; |
|
3. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tintegra l-SDGs fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-UE, abbażi tal-prinċipji ta' universalità u ta' integrazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mingħajr dewmien strateġija qafas li tkun komprensiva, koerenti fuq terminu qasir, medju u twil, ikkoordinata u ġenerali fuq l-implimentazzjoni tas-17-il SDG u l-169 miri tagħhom fl-UE, li tirrikonoxxi l-interkonnessjonijiet u l-parità tal-SDGs differenti billi tieħu governanza f'diversi livelli u approċċ transsettorjali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa ta' integrazzjoni tal-aspetti kollha tal-Aġenda 2030 fis-Semestru Ewropew u li jiġi żgurat l-involviment sħiħ tal-Parlament fil-proċess; jistieden lill-Ewwel Viċi President, li għandu responsabbiltà orizzontali għall-iżvilupp sostenibbli, li jieħu rwol ewlieni f'dan ir-rigward; jenfasizza l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jimplimentaw l-SDGs u l-miri kollha bis-sħiħ, kemm fil-prattika kif ukoll fl-ispirtu; |
|
4. |
Ifakkar fl-importanza tal-prinċipju sottostanti tal-Aġenda 2030 li ''ħadd ma jitħalla lura''; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni b'saħħitha biex jindirizzaw l-inugwaljanzi fi ħdan u bejn il-pajjiżi, peress li dawn ikabbru l-impatt ta' sfidi globali oħrajn u jostakolaw il-progress fl-iżvilupp sostenibbli; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu r-riċerka u diżaggregazzjoni tad-data fil-politiki tagħhom sabiex jiżguraw li dawk li huma l-aktar vulnerabbli u emarġinati jiġu inklużi u jingħataw prijorità; |
|
5. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tintegra l-SDGs lejn l-aġenda tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar u jenfasizza l-potenzjal li l-istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar jintużaw b'mod strateġiku sabiex il-koerenza tal-politiki tal-UE tiġi vvalutata fir-rigward tal-Aġenda 2030; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi verifika tal-SDG għall-politiki u l-leġiżlazzjonijiet ġodda kollha u sabiex tiżgura koerenza politika sħiħa fl-implimentazzjoni tal-SDGs, filwaqt li tippromwovi sinerġiji, tikseb benefiċċji kollaterali u tevita kompromessi, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak tal-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li l-iżvilupp sostenibbli jiġi inkluż bħala parti integrata tal-qafas ġenerali tal-valutazzjonijiet tal-impatt, u mhux bħala valutazzjoni tal-impatt separata kif inhu l-każ bħalissa skont l-istrumenti tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar; jitlob li l-istrumenti mfassla biex ikejlu u jikkwantifikaw ir-riżultati ambjentali fuq terminu medju u fit-tul fil-valutazzjonijiet tal-impatt jiġu mtejba; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura li l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità fil-qafas tal-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) jivvalutaw jekk ċerti politiki jew leġiżlazzjoni jikkontribwixxux għall-implimentazzjoni ambizzjuża tal-SDGs jew jekk fil-fatt ifixkluhiex; jitlob li ssir identifikazzjoni u differenzjazzjoni ċara tal-livell ta' governanza li fih jenħtieġ li jiġu implimentati l-miri, filwaqt li jenfasizza li l-prinċipju ta' sussidjarjetà jenħtieġ li jiġi rrispettat; jitlob li jiġu stabbiliti direzzjonijiet ta' żvilupp sostenibbli ċari u koerenti fil-livell nazzjonali u, jekk ikun meħtieġ, fil-livell subnazzjonali jew lokali għal dawk l-Istati Membri li diġà għamlu dan; jenfasizza li l-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi gwida għal dan il-proċess biex jiġi żgurat format armonizzat; |
|
6. |
Jissottolinja li s-7 EAP huwa, fih innifsu, strument ewlieni għall-implimentazzjoni tal-SDGs, għalkemm l-azzjoni meħuda f'xi setturi għadha mhix biżżejjed biex tiżgura li l-SDGs jiġu ssodisfati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jimplimentaw bis-sħiħ is-7 EAP, biex fl-evalwazzjoni tas-7 EAP jinkorporaw valutazzjoni sal-punt li l-miri tiegħu jikkorrispondu mal-SDGs u, biex tikkunsidra dawn l-eżiti, b'tali mod li toħroġ b'rakkomandazzjoni għall-programm suċċessur; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi f'ħin opportun Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni għall-perjodu ta' wara l-2020, kif meħtieġ mill-Artikolu 192(3) tat-TFUE, peress li dan se jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-SDGs fl-Ewropa; |
|
7. |
Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni taderixxi mal-aġenda ta' governanza mifthiema fid-Dikjarazzjoni ta' Rio u fl-Aġenda 2030, kif ukoll fil-Pjan ta' Implimentazzjoni ta' Johannesburg (JPOI) tal-2002 u d-Dokument dwar l-Eżitu Rio+20 tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2012; |
|
8. |
Iqis li l-Kummissjoni jenħtieġ li tħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-istabbiliment jew it-tisħiħ ta' kunsilli tal-iżvilupp sostenibbli fil-livell nazzjonali, inkluż fil-livell lokali; kif ukoll isaħħu l-parteċipazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tas-soċjetà ċivili u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn fil-forums internazzjonali rilevanti u, f'dan ir-rigward, jippromwovu t-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika wiesgħa u s-sħubiji biex jiġi implimentat l-iżvilupp sostenibbli; |
|
9. |
Jirrikonoxxi li sabiex jintlaħqu l-SDGs, ikun meħtieġ impenn minn bosta partijiet ikkonċernati mill-UE, l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri, is-soċjetà ċivili, iċ-ċittadini, in-negozji u s-sħab terzi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pjattaforma ta' bosta partijiet interessati mħabbra fil-komunikazzjoni tagħha ssir mudell tal-aħjar prattika biex tiffaċilita l-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tal-Aġenda 2030; jenfasizza li l-pjattaforma jenħtieġ li timmobilizza l-għarfien espert ta' setturi ewlenin differenti, tippromwovi l-innovazzjoni u tikkontribwixxi biex jiġu żgurati rabtiet effikaċi mal-partijiet interessati, tinkoraġġixxi l-promozzjoni minn isfel għal fuq tal-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li l-pjattaforma jenħtieġ li tkun usa' minn pjattaforma ta' tagħlim bejn il-pari u tippermetti impenn reali tal-partijiet interessati fl-ippjanar u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-SDGs; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi sinerġiji ma' pjattaformi relatati oħra bħall-pjattaforma REFIT, il-Pjattaforma dwar l-Ekonomija Ċikolari, il-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar il-Kompetittività u t-Tkabbir u l-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Finanzjament Sostenibbli, u tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar kif ir-rakkomandazzjonijiet tal-pjattaforma ser jiġu segwiti; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tiffaċilita l-governanza tal-SDGs biex tiżgura dan li ġej:
Jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tiżgura li l-pjattaforma ta' bosta partijiet interessati tirriżulta mhux biss fil-ġbir, iżda anke fit-tixrid tal-għarfien operazzjonali dwar l-SDGs, u tiżgura li l-pjattaforma tinfluwenza l-aġenda tal-politika. Bħala tali, jitlob li l-Kummissjoni, b'input mill-Parlament u l-Kunsill, toħloq pjattaforma ta' bosta partijiet interessati li tinvolvi atturi minn firxa ta' setturi. In-negozju u l-industrija, il-gruppi tal-konsumaturi, it-Trejdjunjins, l-NGOs soċjali, l-NGOs tal-ambjent u tal-klima, l-NGOs tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-gvern lokali u r-rappreżentanti tal-ibliet jenħtieġ li lkoll jiġu rrappreżentati f'forum ta' mhux inqas minn 30 parti interessata. Il-laqgħat jenħtieġ li jkunu miftuħin għal kemm jista' jkun atturi u mfassla b'tali mod li jespandu jekk l-interess jiżdied maż-żmien. Il-pjattaforma jenħtieġ li, fil-laqgħat trimestrali tagħha, tidentifika kwistjonijiet li jippreżentaw ruħhom bħala impedimenti għall-ilħuq tal-SDGs. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jikkunsidra l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma dwar l-SDGs sabiex jiżgura ħidma orizzontali fi ħdan il-Parlament dwar is-suġġett. Dan il-forum jenħtieġ li jikkonsisti minn Membri tal-PE li jirrappreżentaw kemm jista' jkun Kumitati. Il-Kummissjoni u l-Parlament, it-tnejn li huma jenħtieġ li jkunu attivi fil-laqgħat tal-pjattaforma ta' bosta partijiet interessati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li kull sena tipproduċi aġġornament mal-pjattaforma dwar il-pjanijiet futuri tagħha biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-SDGs, kif ukoll dokument li jkun aċċessibbli fil-livelli kollha fl-Istati Membri kollha dwar l-aħjar prattika fl-implimentazzjoni tal-SDGs qabel il-laqgħat ta' livell għoli tal-SDGs tan-NU f'Ġunju/Lulju. Il-Kumitat tar-Reġjuni jenħtieġ li jservi bħala pont bejn l-atturi lokali u l-atturi nazzjonali; |
|
11. |
Jilqa' l-ammont dejjem jikber ta' kapital istituzzjonali u privat allokat għall-finanzjament tal-SDGs u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw kriterji tal-iżvilupp sostenibbli għall-infiq istituzzjonali tal-UE, biex jidentifikaw l-ostakli u l-inċentivi regolatorji potenzjali għall-investiment tal-SDGs u biex jesploraw opportunitajiet għall-konverġenza u l-kooperazzjoni bejn l-investimenti pubbliċi u privati; |
|
12. |
Jilqa' l-kontribut potenzjali tar-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali għall-kisba tal-SDGs permezz ta' implementazzjoni mtejba tal-acquis fl-Istati Membri; iwissi, madankollu, li dan ir-rieżami jenħtieġ li ma jiġix ikkunsidrat bħala sostitut għal għodod oħra bħalma huma l-proċeduri ta' ksur; |
|
13. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmi ta' monitoraġġ, intraċċar u rieżami effikaċi għall-implimentazzjoni u l-integrazzjoni tal-SDGs u l-Aġenda 2030 u jistieden lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Eurostat, tistabbilixxi sett ta' indikaturi tal-progress speċifiċi għall-applikazzjoni interna tal-SDGs fl-UE; jitlob li l-Kummissjoni twettaq rappurtar annwali dwar il-progress tal-UE fl-implimentazzjoni tal-SDGs; jenfasizza li l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu appoġġjati mill-Kummissjoni fir-rappurtar koerenti tagħhom; jitlob lill-Parlament isir sieħeb fil-proċess, partikolarment fit-tieni fluss ta' ħidma għal wara l-2020, u jitlob li jkun hemm djalogu u rappurtar annwali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li jwasslu għall-produzzjoni ta' rapport; iħeġġeġ li r-riżultati jenħtieġ li jkunu kemm trasparenti kif ukoll jinftiehmu u komunikabbli faċilment għal firxa wiesgħa ta' udjenzi; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tar-responsabbiltà demokratika meta jsir monitoraġġ tal-Aġenda 2030 u għalhekk jenfasizza r-rwol tal-koleġiżlaturi f'dan il-proċess; iqis li l-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali vinkolanti skont l-Artikolu 295 tat-TFUE tipprovdi arranġament xieraq għall-kooperazzjoni f'dan ir-rigward; |
|
14. |
Ifakkar li l-Istati Membri huma rikjesti jirrapportaw lin-NU dwar il-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tal-SDGs; jenfasizza li jkun tajjeb li dawn ir-rapporti mill-Istati Membri jiġu żviluppati f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli lokali u reġjonali; jissottolinja li fl-Istati Membri b'livelli ta' gvern federali jew devoluti, hemm bżonn li jiġu speċifikati l-isfidi u l-obbligi speċifiċi ta' dawn il-livelli governattivi delegati biex jintlaħqu l-SDGs; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi katini tal-valur globali sostenibbli bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' diliġenza dovuta għall-kumpaniji, b'enfasi fuq il-katina kollha tal-provvista tagħhom, biex b'hekk in-negozji jitħeġġu jinvestu b'aktar responsabbiltà u jistimulaw implimentazzjoni aktar effettiva tal-kapitoli tas-sostenibbiltà fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, inklużi fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-trasparenza, l-evitar tat-taxxa u l-kondotta responsabbli tan-negozju; |
|
16. |
Jikkunsidra li kwalunkwe viżjoni futura tal-Ewropa trid tħaddan lill-SDGs bħala prinċipju kruċjali, u f'dan ir-rigward l-Istati Membri suppost qegħdin fi tranżizzjoni lejn mudelli ekonomiċi sostenibbli, u li r-rwol li tiżvolġi l-UE biex ikun hemm żvilupp sostenibbli jmissu għaldaqstant ikun fil-qalba tar-riflessjonijiet mnedija mill-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (COM(2017)2025), fejn hemm bżonn ta' dimensjoni ta' sostenibbiltà aktar qawwija fil-kuntest tat-tkabbir ekonomiku; jikkunsidra li, għall-UE, huwa kruċjali li jintlaħqu l-SDGs u l-Aġenda 2030, u li l-ilħuq tal-SDGs imissu jkun il-wirt li l-Ewropa tħalli għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni; jirrikonoxxi li l-Aġenda 2030 hija konformi mal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni u li l-ilħuq tal-SDGs għaldaqstant isegwi b'mod naturali l-pjanijiet tal-Unjoni Ewropea biex toħloq futur aħjar, aktar f'saħħtu u aktar sostenibbli għall-Ewropa; |
|
17. |
Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibnu l-kapaċitajiet għal valutazzjoni integrata, innovazzjoni teknoloġika u istituzzjonali u mobilizzazzjoni finanzjarja għall-ilħuq tal-SDGs; |
|
18. |
Jirrikonoxxi li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, kemm dawk li huma fl-UE u kemm dawk li mhumiex, huma firmatarji għall-ftehim dwar l-SDGs; jikkunsidra li, fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, ikun xieraq li tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġi żviluppat qafas pan-Ewropew għall-ilħuq tal-SDGs fost l-Istati Membri tal-UE u taż-ŻEE, il-firmatarji għall-ftehimiet ta' assoċjazzjoni mal-UE, il-pajjiżi kandidati tal-UE u, wara l-ħruġ tiegħu, ir-Renju Unit; |
|
19. |
Jisħaq fuq ir-rwol li jiżvolġi l-Forum Politiku ta' Livell Għoli fl-għoti ta' segwitu u r-rieżami tal-SDGs, u jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jonoraw ir-rwol ta' tmexxija li tiżvolġi l-UE fid-disinn u fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 billi jaqblu dwar pożizzjonijiet konġunti għall-UE u rappurtar magħqud fil-livell tal-UE, abbażi ta' rappurtar ikkoordinat min-naħa tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE, qabel il-Forum Politiku ta' Livell Għoli taħt l-awspiċi tal-Assemblea Ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni tfassal bilanċ tal-azzjonijiet eżistenti matul il-Forum Politiku ta' Livell Għoli li jmiss u tal-SDGs speċifiċi li se jkunu taħt rieżami; |
|
20. |
Iqis li l-UE jenħtieġ li tkun l-attur ewlieni globali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u sistema ta' produzzjoni u ta' konsum sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni torjenta l-politiki tagħha dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni (STI) lejn l-SDGs u jistedinha tiżviluppa komunikazzjoni dwar l-STI għall-iżvilupp sostenibbli (“STI4SD”), kif irrakkomandat mill-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni “Follow-up to Rio+20, notably the SDGs” (“Segwitu ta' Rio+20, b'mod partikolari l-SDGs”), sabiex jiġu fformulati u appoġġjati l-koordinazzjoni u l-koeżjoni tal-politika fit-tul; |
|
21. |
Jenfasizza l-fatt li x-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni jikkostitwixxu għodod partikolarment importanti għall-implimentazzjoni tal-SDGs; jenfasizza l-ħtieġa għall-Orizzont 2020 u l-programmi qafas futuri ta' riċerka biex jiġu integrati aħjar il-kunċett ta' żvilupp sostenibbli u l-isfidi tas-soċjetà; |
|
22. |
Ifakkar li, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016, il-Parlament jenħtieġ li jkollu rwol ċar fl-implimentazzjoni tal-UE tal-Aġenda 2030; |
|
23. |
Jilqa' l-inizjattivi reċenti għall-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi, fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni tal-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, il-limitazzjoni tal-irkupru tal-enerġija għal materjali mhux riċiklabbli u l-eliminazzjoni gradwali tar-rimi fil-miżbliet ta' skart riċiklabbli jew rekuperabbli, kif propost fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari u l-proposta għal miri ġodda u ambizzjużi tal-UE dwar l-iskart, li, fost l-oħrajn, ser jikkontribwixxu għall-SDG 12 u t-tnaqqis tal-iskart fil-baħar; jirrikonoxxi li l-kisba tal-SDGs u l-ilħuq tal-miri tat-tibdil fil-klima b'mod kosteffikaċji ser jirrikjedu żidiet fl-effiċjenza fir-riżorsi u sal-2050, ser inaqqsu l-emissjonijiet globali tal-GHG bi 19 % u l-emissjonijiet tal-GHG tan-nazzjonijiet tal-G7 sa 25 %; jinnota l-fatt li 12 mis-17-il SDG jiddependu fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali; jenfasizza l-importanza ta' konsum u produzzjoni sostenibbli billi tiżdied l-effiċjenza u billi jitnaqqsu t-tniġġis, id-domanda għar-riżorsi u l-iskart; jenfasizza l-ħtieġa li t-tkabbir, l-użu tar-riżorsi u l-impatti ambjentali jiġu diżakkoppjati; jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapport regolari dwar l-istat tal-ekonomija ċirkolari li jispjega fid-dettall l-istat u t-tendenzi tagħha u jippermetti li l-politiki eżistenti jiġu mmodifikati abbażi ta' informazzjoni oġġettiva, affidabbli u komparabbli; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura li l-ekonomija ċirkolari twassal għal tnaqqis sinifikanti fl-użu ta' materjali verġni, tnaqqis fl-iskart ta' materjali, prodotti li jservu aktar, u l-użu ta' prodotti sekondarji manifatturati u materjali li jifdal li qabel kienu jitqiesu bħala flussi tal-iskart; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ bi strateġija ambizzjuża u komprensiva dwar il-plastik filwaqt li taderixxi mal-mira tal-2020 għall-immaniġġjar ambjentalment korrett tal-kimiċi, u tqis l-objettiv dwar iċ-ċikli tal-materjali mhux tossiċi kif stabbilit fis-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP); iqis li azzjoni kkoordinata fil-livell Ewropew kontra l-ħela tal-ikel hija kruċjali għall-SDG 2; jissottolinja l-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel b'50 % sal-2030; |
|
24. |
Jenfasizza li d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tindika li s-sistemi attwali ta' produzzjoni u ta' konsum fl-ekonomija globali jiġġeneraw ħafna skart li, flimkien mad-domanda dejjem tikber ta' oġġetti u servizzi fir-rigward ta' tnaqqis fir-riżorsi, jikkontribwixxu biex il-kostijiet ta' materja prima fundamentali, minerali u enerġija jiżdiedu, u b'hekk jiġu ġġenerati aktar tniġġis u skart, u jiżdiedu l-emissjonijiet globali ta' gassijiet b'effett ta' serra u jikbru l-art degradata u d-deforestazzjoni; konsegwentement, hemm bżonn isiru sforzi min-naħa tal-UE u l-Istati Membri tagħha b'tali mod li tiġi żgurata valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) tal-prodotti u s-servizzi sabiex jiġi evalwat l-impatt reali tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mas-sostenibbiltà; |
|
25. |
Ifakkar li d-diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mill-konsum tar-riżorsi huwa essenzjali biex jiġu limitati l-impatti ambjentali u tittejjeb il-kompetittività tal-Ewropa u titnaqqas id-dipendenza tagħha fuq ir-riżorsi; |
|
26. |
Jisħaq li, sabiex l-UE tkun tista' tilħaq l-għanijiet tal-Aġenda 2030, huwa essenzjali li dawn jiġu riflessi b'mod komprensiv fis-Semestru Ewropew, inkluż billi jiġu indirizzati l-impjiegi ekoloġiċi, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kif ukoll l-investimenti u l-innovazzjoni sostenibbli; jinnota li ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi jkollha potenzjal kbir għall-ħolqien ta' impjiegi u t-tkabbir ekonomiku peress li, sal-2050, kieku żżid USD 2 triljun żejda mal-ekonomija globali u tiġġenera USD 600 biljun żejda fil-PDG tal-pajjiżi tal-G7; |
|
27. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tenfasizza lill-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-investituri, it-trade unions u ċ-ċittadini, il-benefiċċji jekk il-produzzjonijiet insostenibbli jiġu ttrasformati f'attivitajiet li jippermettu l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-benefiċċji jekk il-forza tax-xogħol titħarreġ mill-ġdid b'mod permanenti fil-prospettiva ta' impjiegi ekoloġiċi, nodfa u ta' kwalità għolja; |
|
28. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu ssodisfati l-SDG 2 dwar l-agrikoltura sostenibbli u l-SDGs dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-użu żejjed tal-ilma (6.3 u 6.4), it-titjib tal-kwalità tal-ħamrija (2.4 u 15.3) u t-tnaqqis tat-telf tal-bijodiversità (15) fil-livell tal-UE; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw d-dewmien sinifikanti fil-kisba tal-istatus ta' ilma tajjeb skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, u jiżguraw il-kisba tal-SDG 6; jinnota l-valutazzjoni tal-EEA li aktar min-nofs il-korpi tal-ilma tax-xmajjar u l-lagi fl-Ewropa għandhom status ekoloġiku li huwa kklassifikat bħala anqas minn tajjeb u li l-ekosistemi tal-ilma għadhom jesperjenzaw l-akbar deterjorazzjoni sinifikanti u tnaqqis fil-bijodiversità; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja approċċi innovattivi għal ġestjoni tal-ilma sostenibbli, inklużi billi tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-ilma mormi, u tapplika l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari fil-ġestjoni tal-ilma, billi timplimenta miżuri biex jiġi promoss l-użu mill-ġdid sikur tal-ilma mormi fl-agrikoltura u fis-setturi industrijali u muniċipali; jenfasizza li madwar 70 miljun Ewropew jesperjenza stress tal-ilma matul ix-xhur tas-sajf; ifakkar, barra minn hekk, li madwar 2 % tal-popolazzjoni totali tal-UE ma għandhiex aċċess sħiħ għall-ilma tax-xorb, li b'mod sproporzjonali jaffettwa l-gruppi vulnerabbli u marġinalizzati; ifakkar, barra minn hekk, li hemm 10 imwiet kuljum fl-Ewropa bħala riżultat ta' ilma mhux sikur u kundizzjonijiet ħżiena tas-sanitazzjoni u tal-iġjene; |
|
30. |
Jilqa' l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni għall-futur tal-oċeani tagħna, li tipproponi 50 azzjoni għal oċeani sikuri, siguri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli fl-Ewropa u madwar id-dinja b'tali mod li jintlaħaq l-SDG 14 – mira urġenti meta wieħed iqis il-ħtieġa għal irkupru rapidu tal-ibħra Ewropej u l-oċeani globali; |
|
31. |
Jenfasizza s-sinifikat ambjentali u l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-bijodiversità u jinnota li skont l-aktar rapport reċenti tal-“Limiti planetarji”, il-valuri attwali tat-telf tal-bijodiversità qabżu l-limitu planetarju, filwaqt li l-integrità tal-bijosfera titqies bħala limitu ewlieni li meta jinbidel b'mod sinifikanti jibdel is-sistema tad-dinja fi stat ġdid; jinnota bi tħassib li l-miri tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika mhux ser jintlaħqu mingħajr sforzi addizzjonali sostanzjali; ifakkar li madwar 60 % tal-ispeċijiet ta' annimali u 77 % tal-ħabitats protetti huma f'kundizzjonijiet inqas minn ottimali (9); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jintlaħqu dawn l-objettivi, billi, fost l-oħrajn, jiġu implimentati bis-sħiħ id-Direttivi dwar in-Natura u jagħrfu l-valur miżjud tal-ekosistemi u l-bijodiversità tal-ambjent Ewropew billi jallokaw biżżejjed riżorsi, inkluż f'baġits futuri għall-konservazzjoni tal-bijodiversità, b'mod partikolari n-netwerk tan-Natura 2000 u l-programm LIFE; itenni l-ħtieġa ta' metodoloġija komuni ta' traċċar li tqis l-infiq dirett u indirett dwar il-bijodiversità u l-effiċjenza ta' dak l-infiq, filwaqt li jenfasizza li l-infiq globali tal-UE ma jrid ikollu l-ebda impatt negattiv fuq il-bijodiversità u jenħtieġ li jappoġġja l-ilħuq tal-miri tal-bijodiversità tal-Ewropa; |
|
32. |
Jenfasizza li l-implimentazzjoni sħiħa, l-infurzar u l-finanzjament adegwat, tad-Direttivi dwar in-Natura huma prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-istrateġija għall-bijodiversità b'mod ġenerali u biex tintlaħaq il-mira ewlenija tagħha; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrevedix id-Direttivi dwar in-Natura; |
|
33. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jikkonkludu b'mod mgħaġġel u jsaħħu n-netwerk ekoloġiku ta' Natura 2000 billi jintensifikaw l-isforzi biex jiġi żgurat li numru suffiċjenti ta' żoni speċjali ta' konservazzjoni (ŻSK) jkun indikat skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats u li tali nomina tkun akkumpanjata minn miżuri effikaċi ta' protezzjoni tal-bijodiversità fl-Ewropa; |
|
34. |
Jinnota li r-riċerka turi li l-agrikoltura mhux sostenibbli hija xprunatur ewlieni tat-telf tal-karbonju organiku fil-ħamrija u tal-bijodiversità tal-ħamrija; jistieden lill-UE tippromwovi metodi li jibnu l-kwalità tal-ħamrija, bħal rotazzjonijiet li jinkludu l-legumi u l-bhejjem, sabiex b'hekk l-UE tkun tista' tilħaq l-SDGs 2.4 u 15.3; |
|
35. |
Iqis li l-UE trid tagħmel aktar biex tikseb l-SDG 15; iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Kummissjoni Ewropea tindirizza bħala prijorità l-kwistjoni tad-dekontaminazzjoni ambjentali, filwaqt li tipproponi standards armonizzati kontra l-konsum u d-degradazzjoni tal-artijiet u billi tippreżenta malajr kemm jista' jkun il-pjan ta' azzjoni kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti mħabbar f'diversi okkażjonijiet u l-programm bi skeda ta' żmien relatat mal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
36. |
Jirrikonoxxi li bidliet fil-bijodiversità tal-ħamrija u fil-karbonju organiku tal-ħamrija huma fil-biċċa l-kbira mmexxija minn prattiki ta' ġestjoni tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art kif ukoll tibdil fil-klima, li għandu impatt negattiv kbir fuq ekosistemi sħaħ u s-soċjetà; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tiddedika attenzjoni partikolari għal kwistjonijiet relatati mal-ħamrija għat-8 EAP li jmiss; |
|
37. |
Jenfasizza li l-importazzjonijiet tal-UE tad-dqiq tas-sojja għan-nutrizzjoni tal-annimali jikkontribwixxu għad-deforestazzjoni fl-Amerka t'Isfel u b'hekk idgħajfu l-SDGs dwar id-deforestazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità; |
|
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi bħala attur globali fil-protezzjoni tal-ekoloġija u l-ambjent importanti tal-Artiku; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex ma tippermetti l-ebda politika li tinċentiva l-esplojtazzjoni tal-Artiku għall-fjuwils fossili; |
|
39. |
Jilqa' l-enfasi fuq il-bijodiversità, ir-riżorsi u l-ekosistemi naturali, u r-rabta rikonoxxuta bejn dawn l-elementi u s-saħħa tal-bniedem u l-benesseri; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ “Saħħa Waħda” li jiġbor fl-istess ħin is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u ambjentali, u jfakkar li l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni bl-għan li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda tas-saħħa huwa prerekwiżit essenzjali sabiex jintlaħqu l-SDGs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq analiżi b'mod rapidu sabiex twieġeb għall-pubblikazzjoni tal-OECD “EU Health at a glance” ("Daqqa t'għajn lejn is-saħħa fl-UE) li turi li l-istennija ta' ħajja ma żdiditx f'ħafna Stati Membri tal-UE; jinnota li aċċess ġust għal kura tas-saħħa ta' kwalità għolja huwa essenzjali biex jinkisbu sistemi tas-saħħa sostenibbli peress li dan għandu l-potenzjal li jnaqqas l-inugwaljanzi; jenfasizza li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu indirizzati l-ostakli multidimensjonali għall-aċċess fuq livelli individwali, ta' fornitur u ta' sistemi tas-saħħa – u biex jibqa' jkun hemm investiment fl-innovazzjoni u r-riċerka medika u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) bil-ħsieb li jiġu żviluppati soluzzjonijiet tas-saħħa li huma aċċessibbli, sostenibbli u orjentati lejn il-ġlieda kontra l-problema globali tal-HIV/AIDS, it-tuberkulożi meninġite, l-Epatite C, u mard ieħor infettiv ittraskurat, li ħafna drabi huma marbuta mal-faqar; ifakkar li l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp mediċi fil-livell globali huwa kruċjali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-saħħa emerġenti li huma l-epidemiji u r-reżistenza għall-antibijotiċi; |
|
40. |
Jissottolinja l-fatt li l-ekonomija tal-oċeani, jew l-“ekonomija blu”, toffri opportunitajiet importanti għall-użu u l-konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, u li appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet adatti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' għodod tal-ippjanar u sistemi tal-ġestjoni jistgħu jippermettu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jaħtfu dawn l-opportunitajiet; jissottolinja r-rwol ewlieni li l-Unjoni Ewropea jrid ikollha f'dan ir-rigward; |
|
41. |
Jirrikonoxxi r-rabta li teżisti bejn l-estrazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-konservazzjoni u l-kummerċ; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-kost tal-għażla ta' nuqqas ta' azzjoni biex jiġu indirizzati s-sussidji tas-sajd dannużi huwa estremament għoli, peress li n-nuqqas ta' azzjoni se jwassal għall-eżawriment tar-riżorsi, l-insigurtà alimentari u l-qerda ta' dawk is-sorsi ta' impjieg li kien hemm l-intenzjoni li jiġu ppreżervati; |
|
42. |
Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma lkoll firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi, u għalhekk impenjaw ruħhom għall-objettivi tiegħu, u dan jeħtieġ azzjoni globali; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi integrat l-objettiv ta' dekarbonizzazzjoni fuq terminu twil biex jiġi limitat it-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 oC, u biex jitkomplew l-isforzi ħalli tkompli tiġi limitata din iż-żieda għal 1,5 oC; |
|
43. |
Ifakkar li l-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 jistabbilixxi tliet objettivi ewlenin għall-2030; tnaqqis fl-emissjonijiet tal-GHG ta' mill-inqas 40 %, mill-inqas 27 % tad-domanda tal-enerġija tal-UE tiġi ssodisfata b'enerġija rinnovabbli u titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' mill-inqas 30 %; ifakkar il-pożizzjonijiet meħuda mill-Parlament fuq dawn il-miri; jissottolinja l-ħtieġa li dawn il-miri jinżammu taħt rieżami u li titħejja strateġija għal emissjonijiet żero ta' nofs is-seklu għall-UE, li tipprovdi perkors kosteffiċjenti, li tqis l-ispeċifiċitajiet reġjonali u nazzjonali fi ħdan l-UE, lejn l-ilħuq tal-għanijiet ta' emissjonijiet żero netti tal-Ftehim ta' Pariġi; |
|
44. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jintegraw b'mod effikaċi l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima fil-politiki tal-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġew it-trasferimenti tat-teknoloġija għall-effiċjenza fl-enerġija u t-teknoloġiji nodfa u li jiġu appoġġjati investimenti fuq proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, li mhumiex kollegati mal-grilja u deċentralizzati; jitlob lill-UE żżid l-assistenza tagħha għall-agrikoltura sostenibbli sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, permezz ta' appoġġ immirat għal bdiewa fuq skala żgħira, id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', l-agrosilvikultura u prattiki agroekoloġiċi; |
|
45. |
Jinnota li d-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima jikkostitwixxu riskji sinifikanti għall-istabbiliment u ż-żamma tal-paċi u tal-ġustizzja; jirrikonoxxi l-ħtieġa li s-sehem li t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jiżvolġu bħala muturi tal-migrazzjoni globali, kif ukoll tal-faqar u l-ġuħ, jingħata aktar viżibbiltà; jappella biex l-UE u l-Istati Membri jżommu t-tibdil fil-klima bħala prijorità strateġika fid-djalogi diplomatiċi fil-livell globali, inkluż fid-djalogi bilaterali u bireġjonali ta' livell għoli mal-pajjiżi tal-G7 u tal-G20, fin-NU u mal-pajjiżi sħab bħaċ-Ċina;, b'mod li jitkompla djalogu pożittiv u attiv li jħaffef it-tranżizzjoni globali lejn enerġija nadifa u jevita t-tibdil fil-klima perikoluż; |
|
46. |
Jirrikonoxxi l-ħidma li ċ-Ċentru għall-Klima u s-Sigurtà bbażat fl-Istati Uniti wettaq fl-identifikazzjoni tal-punti fejn kuntatt bejn it-tibdil fil-klima u s-sigurtà internazzjonali jista' jikkawża problemi, fejn jirreferi għat-tibdil fil-klima bħala “multiplikatur tat-theddid” li jista' jirrikjedi intervent umanitarju jew militari akbar u jwassal għal maltempati aktar gravi li jheddu l-ibliet u l-bażijiet militari; |
|
47. |
Jissottolinja l-fatt li l-faqar enerġetiku, li spiss jiġi definit bħala sitwazzjoni fejn l-individwi jew l-unitajiet domestiċi ma jkunux kapaċi jsaħħnu b'mod adegwat jew jipprovdu s-servizzi ta' enerġija l-oħra rikjesti fi djarhom bi prezzijiet li jaffordjaw, huwa problema f'ħafna Stati Membri; jisħaq li l-faqar enerġetiku huwa dovut għall-prezzijiet tal-enerġija dejjem jiżdied, għall-impatt tar-reċessjoni fuq l-ekonomiji nazzjonali u reġjonali, u għal djar li ma jużawx l-enerġija b'mod effiċjenti; ifakkar li, skont l-Istatistika tal-UE dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien, huwa stmat li, fl-2012, 54 miljun ċittadin Ewropew (10,8 % tal-popolazzjoni tal-UE) ma setgħux isaħħnu lil djarhom b'mod adegwat, u li qed jiġu rrapportati numri simili fir-rigward tal-ħlas tard tal-kontijiet għas-servizzi essenzjali jew tal-preżenza ta' kundizzjonijiet ta' akkomodazzjoni ħżiena; jappella lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu u jindirizzaw din il-problema peress li, biex jiġi żgurat li l-komunitajiet ma jbatux minn impatti negattivi fuq is-saħħa, ma jiġux inkollati ulterjorment f'sitwazzjoni ta' faqar u jkunu jistgħu iżommu l-kwalità ta' ħajjithom f'livell tajjeb, kif ukoll biex jiġi żgurat li n-nefqa finanzjarja biex tassisti lill-unitajiet domestiċi li jirrikjedu sostenn ma ssirx wisq ta' piż, huwa kritiku li jiġu ggarantiti s-servizzi bażiċi tal-enerġija; jisħaq li is-servizzi tal-enerġija moderni huma kruċjali għall-benesseri tal-bniedem u għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiż; iżda madankollu, fuq livell globali, 1,2 biljun persuna ma għandhomx aċċess għall-elettriku u aktar minn 2,7 biljun persuna ma għandhomx faċilitajiet għal tisjir nadif; ifakkar, barra minn hekk, li aktar minn 95 % ta' dawn in-nies jgħixu jew fl-Afrika sub-Saħarjana jew fl-Asja li qed tiżviluppa, u madwar 80 % jgħixu fi nħawi rurali; jisħaq l-enerġija hija ċentrali għal kważi kull sfida u opportunità importanti li d-dinja qed taffaċċja fil-ġurnata tal-lum; jisħaq li, fir-rigward tal-impjiegi, is-sigurtà, it-tibdil fil-klima, il-produzzjoni tal-ikel u ż-żieda tal-introjti, huwa essenzjali li kulħadd ikollu aċċess għall-enerġija, u jisħaq li l-enerġija sostenibbli tirrappreżenta opportunità, peress li tittrasforma l-ħajjiet, l-ekonomiji u l-pjaneta; |
|
48. |
Jirrakkomanda li l-azzjoni klimatika tiġi kompletament integrata fil-baġit tal-UE kollu kemm hu (assimiliazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-politiki predominanti), b'mod li jiġi żgurat li l-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jiġu integrati fid-deċiżjonijiet kollha dwar l-investiment fl-Ewropa; |
|
49. |
Jappella lill-Kummissjoni biex, fi żmien sitt xhur mid-djalogu ta' faċilitazzjoni tal-2018 taħt l-awspiċi tal-UNFCCC, tibda tipproduċi rapport kull ħames snin dwar il-leġiżlazzjoni klimatika tal-UE, inklużi r-Regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi u d-Direttiva li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet, b'mod li taċċerta l-effikaċja ta' din il-leġiżlazzjoni biex tagħti l-kontribut mistenni għall-isforzi tal-UE għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra u tistabbilixxi jekk il-perkors attwali tat-tnaqqis huwiex se jkun biżżejjed biex jintlaħqu l-SDGs u l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; jitlob ukoll li l-Kummissjoni tirrevedi u tamplifika l-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, kif ukoll il-kontribut determinat fil-livell nazzjonali tal-UE sa mhux aktar tard mill-2020, sabiex jiġu allinjati suffiċjentement mal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi u mal-SDGs; jappella lill-Kummissjoni biex tagħti inċentivi għall-potenzjal ta' assorbiment tal-gassijiet b'effett ta' serra billi tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-politiki li jappoġġaw it-tisġir permezz ta' prattiki xierqa ta' ġestjoni forestali, fil-prospettiva tal-fatt li l-UE impenjat ruħha taħt l-Aġenda 2030 li tippromwovi l-implimentazzjoni ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti, li ttemm id-deforestazzjoni, treġġa lura lill-foresti degradati għal li kienu, u żżid it-tisġir u t-tisġir mill-ġdid fil-livell globali sal-2020; |
|
50. |
Jissottolinja l-fatt li l-isforzi biex jittaffa t-tisħin globali mhumiex ostaklu għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u li, għall-kuntrarju, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija jmissha titqies bħala sors kruċjali għal tkabbir ekonomiku u impjiegi ġodda u sostenibbli; jirrikonoxxi madankollu li fit-tranżizzjoni lejn kwalunkwe mudell ekonomiku u soċjali ġdid, il-komunitajiet li jkunu ffokati madwar industriji tradizzjonali x'aktarx li se jaffaċċjaw l-isfidi; jissottolinja l-importanza ta' appoġġ f'din it-tranżizzjoni, u jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-fluss ta' finanzjament minn sorsi bħall-Iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet sabiex jiffinanzjaw l-modernizzazzjoni u tranżizzjoni ġusta b'mod li jgħinu lill-komunitajiet ta' dan it-tip u jippromwovu l-adozzjoni tal-aħjar teknoloġiji u prattiki produttivi biex jiġu żgurati l-aħjar standards ambjentali u xogħol sikur, stabbli u sostenibbli; |
|
51. |
Jinnota li t-telf kontinwu tal-bijodiversità, l-effetti negattivi tad-deforestazzjoni u tat-tibdil fil-klima jistgħu jwasslu għal żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi bħall-ikel u l-enerġija, għal żieda fil-faqar, fl-instabbiltà politika fuq livell globali, u fl-ispostamenti tal-popolazzjoni, kif ukoll għal tendenzi ġodda fil-qasam tal-migrazzjoni globali; jinsisti li jkun xieraq li l-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Istati Membri jikkunsidraw dawn l-elementi fl-aspetti kollha tar-relazzjonijiet esterni u d-diplomazija internazzjonali, filwaqt li jiżguraw żieda sostanzjali fil-finanzjament tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA); jitlob li l-Kummissjoni, is-SEAE u l-Istati Membri jipproċedu, fl-azzjonijiet u l-interazzjonijiet kollha mal-pajjiżi terzi, bl-isforzi biex inaqqsu l-emissjonijiet billi jippromwovu s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-bijodiversità u l-protezzjoni tal-foresti, kif ukoll billi jippromwovu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih; |
|
52. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-politiki esterni tal-UE jkunu kompatibbli mal-SDGs, u biex tidentifika l-oqsma fejn ikunu meħtieġa azzjoni jew implimentazzjoni ulterjuri biex tiżgura li l-politiki esterni tal-UE jsostnu implimentazzjoni effikaċi tal-SDGs u ma joħolqux kunflitt mal-SDGs u l-implimentazzjoni tagħhom fir-reġjuni l-oħra, b'mod speċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jappella għal dan l-għan lill-Kummissjoni biex tattiva proċess affidabbli li jkun jibda b'metodu ta' tbassir/twissija bikrija għall-inizjattivi u l-proposti l-ġodda, inkluża r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, u tressaq proposta għal Strateġija komprensiva għall-Iżvilupp Sostenibbli estern; jenfasizza l-għodod u l-forums disponibbli, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Forum Reġjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-UNECE, il-Forum Politiku ta' Livell Għoli u l-pjattaforma ċentrali tan-NU; jappella biex isir rieżami volontarju fil-Forum Politiku ta' Livell Għoli bi qbil mal-Aġenda 2030, li tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jwettqu rieżamijiet regolari u inklużivi tal-progress; jenfasizza r-rwol li jiżvolġu f'dan ir-rigward il-valutazzjonijiet tal-impatt li jsiru ex ante b'mod regolari u adegwat; ifakkar fl-obbligu derivat mit-Trattati biex, fil-politiki kollha li x'aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; |
|
53. |
Jissottolinja l-importanza tal-ODA bħala strument kruċjali biex tinkiseb l-Aġenda 2030, biex jinqered il-faqar fil-forom kollha tiegħu u biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi, filwaqt li jtenni li, waħedha, l-għajnuna għall-iżvilupp mhijiex biżżejjed biex toħroġ mill-faqar lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu promossi l-istrumenti li jinkoraġġixxu aktar responsabbiltà, bħall-appoġġ baġitarju; jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkonfermaw mill-ġdid minnufih l-impenn tagħhom favur l-objettiv ta' 0,7 % mill-introjtu nazzjonali gross, u jissottomettu proposti b'kalendarji dettaljati għal żieda gradwali tal-ODA sabiex jilħqu dan l-objettiv; ifakkar fl-impenn tal-UE li talloka minn tal-anqas 20 % tal-ODA tagħha għall-iżvilupp tal-bniedem u l-inklużjoni soċjali, u jitlob li jiġġedded l-impenn favur dan l-għan; jappella lill-Kummissjoni biex tissodisfa r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD li tilħaq medja annwali għall-element ta' għotja ta' 86 % tal-impenji totali għal ODA; jappella biex l-ODA titħares mid-devjazzjoni u biex jiġu rispettati l-prinċipji li jkun intlaħaq qbil dwarhom fil-livell internazzjonali rigward l-effikaċja tal-iżvilupp, billi jinżamm l-objettiv fundamentali tal-ODA li teqred il-faqar, b'attenzjoni partikolari għall-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-kuntesti fraġli; ifakkar fil-ħtieġa li r-relazzjoni ta' donatur/benefiċjarju tiġi ssuperata fi ħdan aġenda għall-iżvilupp aktar estensiva; |
|
54. |
Jisħaq li l-iżgurar tal-ġustizzja fiskali u t-trasparenza, il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, il-qerda tal-flussi finanzjarji illeċiti u tar-rifuġji fiskali, flimkien ma' titjib fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, tkabbir ekonomiku sostenibbli u żieda fil-Mobilizzazzjoni tar-Riżorsi Domestiċi, huma kruċjali għall-finanzjament tal-Aġenda 2030; jappella biex l-UE toħloq programm ta' finanzjament (DEVETAX2030) biex tassisti speċifikament fl-istabbiliment ta' strutturi fiskali fl-ekonomiji tas-swieq emerġenti u tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw joħolqu uffiċċji reġjonali ġodda tal-awtorità tat-taxxa; itenni l-appelli tiegħu favur taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji globali b'mod li jiġu affrontati l-isfidi tal-faqar fil-livell globali, favur investigazzjoni rigward ir-riperkussjonijiet tal-impatt tal-politiki kollha dwar it-tassazzjoni fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u favur il-ħarsien tal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp meta tkun qed titfassal il-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam; |
|
55. |
Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaġġustaw mill-ġdid l-approċċ tagħhom lejn il-migrazzjoni bil-ħsieb li jiżviluppaw politika dwar il-migrazzjoni li tkun konformi mal-SDG 10 u perċezzjoni tal-migranti u tal-applikanti għal asil li tkun ibbażata fuq il-fatti, u li jiġġieldu l-ksenofobija u d-diskriminazzjoni kontra l-migranti, kif ukoll bil-ħsieb li jinvestu fil-muturi kruċjali li jixprunaw l-iżvilupp tal-bniedem; itenni t-tħassib tiegħu li l-politiki u l-istrumenti finanzjarji l-ġodda biex jindirizzaw il-kawżi li huma l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u furzata jistgħu jiġu implimentati b'detriment għall-objettivi tal-iżvilupp, u jitlob li l-Parlament Ewropew jingħata rwol ta' skrutinju aktar qawwi f'dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li l-għodod ta' finanzjament il-ġodda jkunu kompatibbli mal-bażi ġuridika, il-prinċipji u l-impenji tal-UE, speċjalment l-Aġenda 2030; ifakkar li l-objettiv primarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huwa l-qerda tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fuq terminu twil; |
|
56. |
Jilqa' l-enfasi li qed titqiegħed ful-investiment fiż-żgħażagħ bħala l-implimentaturi prinċipali tal-SDGs; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi sfruttat id-dividend demografiku tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' politiki pubbliċi adegwati u investiment fl-edukazzjoni u s-saħħa taż-żgħażagħ, inklużi s-saħħa u l-edukazzjoni sesswali u riproduttivi; jisħaq fuq l-opportunità li fl-aħħar isir progress fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa bħala element essenzjali tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, u jħeġġeġ lill-UE tintegrahom fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna; jirrikonoxxi li hemm bżonn li dawn il-fatturi kruċjali li jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-bniedem u l-kapital uman jingħataw prijorità sabiex b'mod li jiġi ggarantit l-iżvilupp sostenibbli; |
|
57. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimpenjaw ir-riżorsi u l-attenzjoni politika meħtieġa sabiex jiżguraw li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tal-awtonomija lin-nisa u t-tfajliet ikunu fil-qalba tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030; |
|
58. |
Jinsisti mal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw li ma jkunx hemm kunflitt bejn il-baġits pubbliċi u l-SDGs; jikkunsidra li hemm bżonn li l-investiment ekoloġiku, l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-UE jitħaffu b'mod sinifikanti biex l-Aġenda 2030 tkun tista' tiġi implimentata b'mod puntwali u b'suċċess, u jirrikonoxxi li huma meħtieġa għodod ta' finanzjament ġodda u approċċi differenti għall-politika ta' investiment attwali, bħall-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent u l-proġetti b'emissjonijiet għoljin; jappella favur strateġija għall-integrazzjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza mill-kumpaniji multinazzjonali u mill-impriżi fil-mudelli kummerċjali korporattivi tagħhom u mill-investituri istituzzjonali fl-istrateġiji ta' investiment tagħhom sabiex il-fondi jiġu indirizzati lejn finanza sostenibbli u jitbiegħdu mill-fjuwils fossili; |
|
59. |
Jappella biex il-QFP għal wara l-2020 jorienta mill-ġdid il-baġit tal-Unjoni lejn l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, filwaqt li jiżgura li jiġi allokat finanzjament suffiċjenti sabiex l-SDGs jintlaħqu b'mod effikaċi; jappella biex titqawwa l-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-mekkaniżmu ta' finanzjament u l-linji baġitarji kollha, filwaqt li jtenni li l-koerenza tal-politiki fuq żmien twil tiżvolġi rwol importanti fil-minimizzazzjoni tal-ispejjeż; jirrileva s-sinifikat tal-politika ta' koeżjoni bħala l-politika ta' investiment ewlenija tal-UE u jfakkar li hemm bżonn ta' applikazzjoni orizzontali tal-kriterji ta' sostenibbiltà u l-objettivi bbażati fuq il-prestazzjoni għall-fondi strutturali u ta' investiment kollha tal-UE, inkluż il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, sabiex tinkiseb tranżizzjoni komprensiva lejn tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv; |
|
60. |
Jappella lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex jiżgura li jġib ruħu skont il-valuri tal-Ewropa billi jimplimenta kriterji ta' sostenibbiltà qawwijin fis-self tiegħu, u b'mod partikolari li jiffoka s-self għas-setturi tal-enerġija u t-trasport fuq il-proġetti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u l-proġetti sostenibbli; |
|
61. |
Jappella lill-BEI biex, sal-2030, jimpenja l-40 % tal-portafoll ta' self tiegħu favur it-tkabbir b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u li jkun reżistenti għat-tibdil fil-klima; |
|
62. |
Jitlob lill-BEI jalloka aktar fondi għall-inizjattiva ELENA biex jiġu pprovduti għotjiet għall-assistenza teknika ffokati fuq l-implimentazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli distribwita u l-proġetti u l-programmi fil-qasam tat-trasport urban; |
|
63. |
Jirrikonoxxi li infrastruttura reżiljenti u sostenibbli hija prinċipju kruċjali biex jinkiseb futur sostenibbli b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u ġġib magħha għadd ta' benefiċċji kollaterali bħad-durabbiltà u titjib fil-protezzjoni kontra n-nirien u l-għarar; jikkunsidra li tranżizzjoni lejn soċjetà sostenibbli tista' tinkiseb biss permezz ta' konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u titjib kontinwu tal-effiċjenza tal-apparat elettrodomestiku, il-grilji elettriċi u l-bini, filwaqt li jiġu żviluppati sistemi ta' ħżin; jirrikonoxxi li l-akbar potenzjal għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jinsab fil-bini u jitlob lill-UE timpenja ruħha favur l-għan li, sal-2050, l-istokk tal-bini jkun kompletament sostenibbli, dekarbonizzat u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li d-domanda tiegħu għall-enerġija tkun kważi żero u fejn kwalunkwe domanda residwa tiġi sodisfatta permezz ta' firxa estensiva ta' sorsi rinnovabbli; jappella biex titħaffef iż-żieda ta' sehem l-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tal-UE; iwissi kontra l-intrappolament f'infrastruttura mhux sostenibbli u jappella lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri għal tranżizzjoni ordnata lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u riorjentazzjoni fundamentali tal-iżvilupp tal-infrastruttura b'mod li jittaffew ir-riskji ekonomiċi sistemiċi assoċjati mal-assi finanzjarji b'emissjonijiet għolja ta' karbonju; |
|
64. |
Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-mobbiltà sostenibbli billi jtejbu s-sistemi ta' trasport pubbliku fil-livell lokali bi qbil mal-karatteristiċi speċifiċi ta' kull pajjiżi u abbażi tal-bżonnijiet reali taċ-ċittadini; jikkunsidra li jkun xieraq li l-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-iżvilupp tas-settur tat-trasport u tal-infrastrutturi jkollu objettivi li jġibu valur miżjud ta' vera għall-Istati Membri; |
|
65. |
Jissottolinja l-fatt li l-korruzzjoni għandha impatt serju fuq l-ambjent, u li t-traffikar ta' speċijiet selvaġġa fil-periklu ta' estinzjoni, ta' minerali u ta' ħaġar prezzjuż, kif ukoll ta' prodotti tal-foresti bħall-injam, huwa wkoll intrinsikament marbut mal-korruzzjoni; jissottolinja ulterjorment li t-traffikar ta' speċijiet selvaġġa jista' jkompli jhedded lill-ispeċijiet fil-periklu ta' estinzjoni, filwaqt li l-qtugħ tas-siġar għall-injam illegali jista' jwassal għal telf tal-bijodiversità u jżid l-emissjonijiet tal-karbonju, li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima; jisħaq li, għall-gruppi kriminali organizzati, il-profitti huma tajbin u r-riskju li jġibu magħhom huwa żgħir, peress li r-reati marbuta mal-foresti rarament jiġu mħarrka u s-sanzjonijiet spiss ma jkunux jikkorrispondu għas-serjetà tar-reat; ifakkar li l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, bil-fokus komprensiv tagħha fuq il-prevenzjoni tal-korruzzjoni, l-infurzar effikaċi tal-liġi, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-irkupru tal-assi, tista' tkun għodda effikaċi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur ambjentali; jappella lill-Istati Membri biex jintegraw l-istrateġiji kontra l-korruzzjoni bħat-trasparenza u r-responsabbiltà fil-leġiżlazzjoni u l-politiki ambjentali u biex iqawwu d-demokrazija u l-governanza tajba; jisħaq li, jekk tiġi affrontata l-korruzzjoni fis-settur ambjentali, dan se jgħin biex jinħoloq aċċess ekwu għal riżorsi essenzjali bħall-ilma u ambjent nadif u huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-ambjent tagħna u għall-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli; |
|
66. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-kultura u tal-parteċipazzjoni kulturali biex titwettaq l-aġenda tal-SDG, kif ukoll ir-rwol li għandha l-kultura fir-relazzjonijiet esterni u l-politika tal-iżvilupp; jappella għal appoġġ xieraq għall-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kulturali fit-twettiq tal-aġenda tal-SDG kif ukoll għal aktar approfondiment tar-rabtiet bejn ir-riċerka, ix-xjenza, l-innovazzjoni u l-arti; |
|
67. |
Ifakkar li l-parteċipazzjoni kulturali ttejjeb is-saħħa fiżika u mentali u l-benesseri, taffettwa b'mod pożittiv l-iskejjel u l-prestazzjoni professjonali, tgħin lin-nies li jinsabu qrib l-esklużjoni soċjali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, u b'hekk tikkontribwixxi ħafna għall-ilħuq ta' bosta SDGs; |
|
68. |
Jinsab imħasseb serjament dwar id-differenzi fil-prestazzjoni tas-sistemi edukattivi fl-Istati Membri, kif muri mill-aħħar rapporti tal-PISA; jenfasizza li sistemi pubbliċi edukattivi u ta' taħriġ b'riżorsi xierqa, aċċessibbli għal kulħadd, huma essenzjali għall-ugwaljanza u l-inklużjoni soċjali u biex jiġu ssodisfati l-miri stabbiliti mill-SDG 4, u li l-edukazzjoni ta' kwalità għandha l-abbiltà tagħti s-setgħa lill-persuni vulnerabbli, lill-minoranzi, lill-persuni bi bżonnijiet speċjali u lin-nisa u l-bniet; jiddispjaċih dwar il-problema persistenti tal-livelli għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ; jinnota li l-edukazzjoni hija fundamentali għall-iżvilupp ta' soċjetajiet li jistgħu jsostnu lilhom infushom; jappella biex l-UE torbot l-edukazzjoni ta' kwalità, it-taħriġ tekniku u vokazzjonali u l-kooperazzjoni mal-industrija bħala prekundizzjoni essenzjali għall-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u l-aċċess għal impjiegi kwalifikati; |
|
69. |
Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jipproteġu l-lingwi reġjonali u minoritarji u dawk li jintużaw inqas, kif ukoll id-diversità lingwistika, u biex jiżguraw li d-diskriminazzjoni lingwistika ma tkunx tollerata meta l-SDGs jiġu integrati fil-qafas tal-politika Ewropew u fil-prijoritajiet attwali u futuri tal-Kummissjoni; |
|
70. |
Jemmen li d-diversità kulturali u l-protezzjoni tal-wirt naturali jmisshom jiġu promossi fil-qafas tal-politika Ewropea kollu kemm hu, anke permezz tal-edukazzjoni; |
|
71. |
Jappella lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lir-rikonverżjoni ambjentali u ekonomika tas-siti industrijali li, f'bosta reġjuni tal-Ewropa, jikkawżaw livelli għolja ta' tniġġis fil-kompartiment ambjentali u jesponu lill-popolazzjonijiet lokali għal riskji gravi għas-saħħa; |
|
72. |
Jissottolinja r-rwol li se tiżvolġi l-Aġenda Urbana tal-UE fl-implimentazzjoni tal-“Aġenda Urbana Ġdida” fil-livell globali u jilqa' l-iżviluppi politiki li jagħtu lill-bliet u lir-reġjuni s-setgħa li jagħmlu investimenti ekoloġiċi sinerġistiċi; jilqa' wkoll l-inizjattivi bħall-Premju Green Leaf u l-Patt Globali tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, u jenfasizza ulterjorment l-importanza indispensabbli li għandhom il-bliet u r-reġjuni fl-ilħuq tal-SDGs, peress li li s-sostenibbiltà tirrikjedi approċċi kollaborattivi u fit-tul min-naħa tal-livelli kollha ta' governanza u s-setturi kollha; |
|
73. |
Ifakkar li l-Aġenda 2030 tirrikonoxxi li ma nistgħux nibqgħu nqisu l-ikel, l-għajxien u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali b'mod separat; jissottolin li fokus fuq l-iżvilupp rurali u l-investiment fl-agrikoltura – l-għelejjel, il-bhejjem, il-forestrija, is-sajd u l-akkwakultura – huma għodod qawwija biex itemmu l-faqar u l-ġuħ, u biex iwasslu għall-iżvilupp sostenibbli; jinnota li l-agrikoltura għandha rwol importanti x'tiżvolġi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jisħaq li l-ambizzjoni kbira tal-SDGs tista' tintlaħaq biss permezz tal-kooperazzjoni – Tramuntana-Nofsinhar, Nofsinhar-Nofsinhar u triangolari – u tas-sħubijiet globali bejn diversi atturi u madwar firxa estensiva ta' oqsma; |
|
74. |
Jilqa' l-intenzjoni li l-politika dwar il-kummerċ u l-investiment li tintegra l-iżvilupp sostenibbli tiġi assimilata fix-xejriet predominanti, u jappella biex l-impatti tal-ksib tal-materja prima u r-riżorsi naturali, kemm fl-UE u kemm barra minnha, jiġi indirizzati aħjar meta l-UE tkun qed tfassal il-politiki tagħha, kemm fi ħdan il-fruntieri tagħha u kemm barra minnhom; jappella biex il-politika ta' investiment tiġi eżaminata mill-ġdid u għall-użu estensiv ta' għodod finanzjarji innovattivi biex jintlaħqu l-SDGs; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-verifiki rigward l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet kummerċjali futuri jkunu trasparenti; |
|
75. |
Jappella lill-Kummissjoni biex, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tfassal u tipprovdi appoġġ speċifiku u personalizzat għall-familji u l-gruppi marġinalizzati u b'introjtu baxx, bħal pereżempju l-poplu Rom, biex tiżgura għajxien b'saħħtu u aċċess għas-servizzi bażiċi u riżorsi naturali sikuri u nodfa, bħall-arja, l-ilma, enerġija affordabbli u moderna, u nutrizzjoni tajba, li kieku jkun jikkontribwixxi wkoll għall-ilħuq tal-SDGs 1, 10 u 15 dwar il-qerda tal-faqar, it-tnaqqis tal-inguwaljanza u l-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi; |
|
76. |
Jirrikonoxxi, hekk kif muri fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li l-persuni b'diżabilità huma f'riskju għoli ħafna li jgħixu fil-faqar, b'aċċess inadegwat għad-drittijiet bażiċi bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi; |
|
77. |
Jikkunsidra li l-inizjattivi tal-UE indirizzati biex joħolqu futur sostenibbli ma jistgħux ma jqisux id-dibattitu f'livell aktar estensiv rigward ir-rwol tal-annimali bħala kreaturi senzjenti u l-benesseri tagħhom, li ta' spiss jiġu ttraskurati fis-sistemi ta' produzzjoni u ta' konsum prevalenti; jisħaq li hemm bżonn li l-UE tegħleb in-nuqqasijiet politiċi u leġiżlattivi attwali fir-rigward tal-benesseri tal-annimali kif qegħdin jirrikjedu numru dejjem jikber ta' ċittadini Ewropej; |
|
78. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tamplifika l-isforzi u l-finanzjament għall-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' edukazzjoni mmirata, u għat-tisħiħ tal-impenji u l-azzjoni taċ-ċittadini favur l-iżvilupp sostenibbli; |
|
79. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex sal-2020 itemmu l-inċentivi għal bijofjuwils ibbażati fuq iż-żejt tal-palm u s-sojja li jwasslu għal deforestazzjoni u ħsara fit-torbiera; jitlob, barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' skema ta' ċertifikazzjoni unika għaż-żejt tal-palm li jidħol fis-suq tal-UE li tiċċertifika l-oriġini soċjalment responsabbli tal-prodott; |
|
80. |
Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tkompli tintensifika l-azzjoni dwar miżuri effettivi biex tindirizza l-kwalità ħażina tal-arja li hija responsabbli għal aktar minn 430 000 mewta prematura kull sena fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni ġdida u dik eżistenti tiġi infurzata sabiex tħaffef azzjonijiet legali kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mal-liġijiet dwar it-tniġġis tal-arja, u biex tipproponi leġiżlazzjoni ġdida u effettiva li tinkludi leġislazzjoni speċifika għas-settur, tindirizza l-kwalità ħażina tal-arja ambjentali u d-diversi sorsi ta' tniġġis filwaqt li tindirizza wkoll l-emissjonijiet tal-metan; jissottolinja l-fatt li l-UE għadha 'l bogħod milli tilħaq livelli ta' kwalità tal-arja stabbiliti għall-UE, li huma ħafna inqas stretti minn dawk rakkomandati mid-WHO; |
|
81. |
Josserva li l-Kummissjoni Ewropea indirizzat il-problema tal-kwalità ħażina tal-arja billi bdiet għadd ta' proċeduri ta' ksur, b'mod partikolari kontra dawk li kontinwament qed jabżu l-valuri ta' limitu ta' NO2 stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE; |
|
82. |
Ifakkar li t-tnaqqis fit-tniġġis akustiku huwa wieħed mill-parametri tal-kwalità li mhux se jintlaħaq sal-2020; jisħaq li fl-Unjoni l-esponiment għall-istorjbu jikkontribwixxi għal tal-inqas 10 000 mewta prematura fis-sena relatata ma' mard koronarju tal-qalb u ma' puplesija u li fl-2012 madwar kwart mill-popolazzjoni tal-UE kienet esposta għal livelli ta' storbju li jaqbżu l-valuri ta' limitu; jitlob lill-Istati Membri jindirizzaw bħala prijorità l-monitoraġġ tal-livelli ta' storbju, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-valuri ta' limitu fl-ambjent estern u intern; jitlob, barra minn hekk, miżuri biex jiġi indirizzat it-tniġġis mill-istorbju; |
|
83. |
Jenfasizza li d-data tal-Kummissjoni turi li aktar minn 50 % taċ-ċereali tal-UE qed jintużaw bħala għalf tal-annimali; jinnota li l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU wissiet li aktar użu taċ-ċereali bħala għalf tal-annimali jista' jhedded is-sigurtà tal-ikel billi jnaqqas iċ-ċereali disponibbli għall-konsum mill-bniedem; |
|
84. |
Jenfasizza l-kontribut li joffri s-settur tal-bhejjem għall-ekonomija tal-UE u għall-agrikoltura sostenibbli, partikolarment meta integrat f'sistemi ta' produzzjoni ta' art agrikola; jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal ta' ġestjoni attiva taċ-ċiklu tan-nutrijenti fis-settur tal-bhejjem biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-emissjonijiet tas-CO2, tal-ammonja u tan-nitrati; jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, għall-potenzjal tal-biedja integrata li tikkontribwixxi għal funzjonament aħjar tal-ekosistema agrikola u tas-settur agrikolu li ma jagħmilx ħsara lill-klima; |
|
85. |
Jinnota li n-nisa li jaħdmu fil-biedja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jżidu l-produzzjoni tal-azjendi agrikoli b'20-30 % kieku jkollhom l-istess aċċess għar-riżorsi bħall-irġiel; jenfasizza li dan il-livell ta' rendiment jista' jnaqqas l-għadd ta' nies bil-ġuħ fid-dinja bi 12 sa 17 %; |
|
86. |
Jenfasizza, b'mod partikolari, ir-rwol fundamentali tan-nisa bħala membri ta' azjendi agrikoli tal-familja, li jikkostitwixxu ċ-ċellola soċjoekonomika prinċipali taż-żoni rurali, li jieħdu ħsieb il-produzzjoni tal-ikel, il-preservazzjoni tal-għarfien u l-ħiliet tradizzjonali, l-identità kulturali u l-protezzjoni tal-ambjent, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li n-nisa f'żoni rurali huma wkoll affettwati mid-differenzi fil-pagi u l-pensjonijiet; |
|
87. |
Ifakkar li, skont is-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali, il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta l-impatt ambjentali, f'kuntest globali, tal-konsum tal-Unjoni; jenfasizza l-impatt pożittiv li stili ta' ħajja sostenibbli jista' jkollhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra; ifakkar lill-Kummissjoni li l-SDG 12.8 jeħtieġ li l-pubbliku jkollu l-informazzjoni u l-għarfien rigward l-iżvilupp sostenibbli u l-istili ta' ħajja; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi biex iżidu l-għarfien tal-pubbliku dwar l-implikazzjonijiet ta' tipi differenti ta' konsum għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, is-sigurtà tal-ikel u t-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-komunikazzjoni dwar sistema tal-ikel Ewropea sostenibbli mingħajr dewmien; |
|
88. |
Jinnota li l-SDG 12.8 jirrikjedi li l-gvernijiet jiżguraw li n-nies kullimkien ikollhom l-informazzjoni u l-għarfien rilevanti fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli u tal-istil ta' ħajja f'armonija man-natura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għalhekk jiżviluppaw programmi biex iżidu l-għarfien tal-pubbliku dwar l-implikazzjonijiet tal-livelli ta' konsum għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, is-sigurtà tal-ikel u t-tibdil fil-klima; |
|
89. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw Qafas ta' Politika tal-UE komprensiv li jindirizza l-isfidi tas-saħħa globali, bħall-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi, l-Epatite C u r-reżistenza għall-antimikrobiċi, filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet differenti u l-isfidi speċifiċi tal-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi ġirien tagħhom fejn il-piż tal-HIV u tal-MDR-TB huwa l-ogħla; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżvolġu rwol politiku b'saħħtu fid-djalogu ma' pajjiżi li għandhom mard li qed joħloq piż kbir, inklużi l-pajjiżi ġirien fl-Afrika, fl-Ewropa tal-Lvant u fl-Asja Ċentrali, filwaqt li jiżguraw li huma fis-seħħ pjanijiet għal tranżizzjoni sostenibbli lejn finanzjament domestiku, sabiex il-programmi tal-HIV u tat-TB ikunu effettivi, jitkomplew u jiżdiedu wara l-irtirar tal-appoġġ tad-donaturi internazzjonali u jkomplu jaħdmu mill-qrib ma' dawn il-pajjiżi sabiex jiżguraw li huma jerfgħu r-responsabbiltà u s-sjieda biex iwieġbu għall-HIV u t-TB; |
|
90. |
Jirrikonoxxi l-effettività fit-tqegħid għad-disponibbiltà tal-mediċina “PREP” għall-prevenzjoni tal-HIV/AIDS; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jirrikonoxxu li l-kura tal-HIV/AIDS hija wkoll preventiva; |
|
91. |
Jirrikonoxxi li s-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi (SRHR) huma xprunatur ewlieni b'potenzjal trasformattiv għall-qerda tal-faqar multidimensjonali, u jenħtieġ li dejjem jiġu rikonoxxuti bħala prekundizzjoni kemm għall-ħajjiet bi stat ta' saħħa tajjeb kif ukoll għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li trid tingħata attenzjoni akbar lill-SRHR li sfortunatament għadhom jitqiesu bħala kwistjoni niċċa, minkejja li huma ta' importanza kbira għall-ugwaljanza bejn is-sessi, biex tingħata awtonomija liż-żgħażagħ u l-iżvilupp tal-bniedem u finalment il-qerda tal-faqar; jissottolinja li dan jirrappreżenta progress żgħir meta mqabbel ma' approċċi preċedenti tal-UE u li għad hemm nuqqas ta' rikonoxximent tal-SRHR bħala xprunaturi ewlenin għal żvilupp sostenibbli; jinnota li l-pożizzjoni tal-UE kienet inkoerenti f'dan il-front, kif jidher f'dan il-pakkett: il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-azzjoni tal-UE f'dan il-qasam biss taħt l-aspett ta' “saħħa” fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Aġenda 2030, iżda tqis dan biss taħt l-aspett ta' “ugwaljanza bejn is-sessi” fil-Komunikazzjoni dwar il-Konsensus; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jitolbu li l-Istati Uniti jqisu mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-hekk imsejħa “global gag rule”; |
|
92. |
Jenfasizza l-ħtieġa li titkompla l-promozzjoni tar-riċerka tas-saħħa sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet mediċi ġodda u mtejba, li jkunu aċċessibbli, affordabbli u adattati għall-HIV/AIDS, għat-TB u għal mard ieħor mhux mogħti attenzjoni u li huwa relatat mal-faqar, epidemiji emerġenti u r-reżistenza għall-antimikrobiċi; |
|
93. |
Jirrimarka li s-settur tal-biedja tal-UE diġà qed jikkontribwixxi lejn is-sostenibbiltà; jinnota, madankollu, li l-politika agrikola komuni (PAK) trid tkun kapaċi tirrispondi aħjar għall-isfidi attwali u futuri; jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif il-PAK u sistemi tal-biedja sostenibbli jistgħu jikkontribwixxu aħjar għall-SDGs sabiex jiggarantixxu ikel stabbli, sikur u nutrittiv kif ukoll jipproteġu u jtejbu r-riżorsi naturali filwaqt li jindirizzaw it-tibdil fil-klima; jitlob lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-komunikazzjoni li ġejja dwar il-PAK wara l-2020, tressaq proposti biex ittejjeb aktar l-effiċjenza tal-ekoloġizzazzjoni ta' miżuri u tiżgura l-ilħuq tal-SDGs 2, 3, 6, 12, 13, 14 u 15; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi wkoll ikel prodott lokalment u b'mod ekoloġiku b'livell baxx ta' karbonju u b'impronta baxxa tal-art u tal-ilma; jenfasizza l-importanza tal-ekosistemi agrikoli u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u li jiġu pprovduti inċentivi għar-restawr sostenibbli ta' żoni agrikoli li m'għadhomx jintużaw; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politiki kollha tal-UE b'mod effikaċi jiksbu l-objettivi stabbiliti permezz ta' konformità stretta u permezz ta' aktar koerenza fost l-oqsma ta' politika; jenfasizza li dan huwa ta' rilevanza partikolari fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-istrumenti ddedikati għal dan taħt il-PAK; |
|
94. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu din it-tranżizzjoni agroekoloġika, filwaqt li jillimitaw kemm jistgħu l-użu ta' pestiċidi li jagħmlu ħsara lis-saħħa u l-ambjent, kif ukoll jiżviluppaw miżuri ta' protezzjoni biex jipproteġu u jappoġġjaw agrikoltura organika u bijodinamika fi ħdan l-ambitu tal-PAK; |
|
95. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirriformaw kemm jista' jkun malajr ir-regoli tal-Unjoni relatati mal-approvazzjoni tal-pestiċidi, u sabiex jistabbilixxu għanijiet vinkolanti biex jitnaqqas l-użu tagħhom; |
|
96. |
Jinnota li s-settur tal-biedja tal-UE jipprovdi impjieg għal miljuni ta' nies fiż-żoni rurali fl-agrikoltura u f'setturi oħrajn, filwaqt li jiggarantixxi l-provvista ta' prodotti tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll jattira n-nies lejn żoni rurali bħala post li fih wieħed jista' jgħix, jaħdem u jirrilassa; jirrimarka, barra minn hekk, li pajsaġġi b'bijodiversità għolja u ta' valur naturali għoli jattiraw in-nies lejn il-kampanja, filwaqt li jġibu valur miżjud għal żoni rurali; jinnota l-valur kbir tal-politika ta' żvilupp rurali biex jinbnew komunitajiet u ekonomiji rurali vijabbli, robusti u vibranti; jinnota li aċċess aħjar tal-bdiewa għar-riżorsi huwa essenzjali sabiex jinkiseb dan; |
|
97. |
Jitlob li tiġi żviluppata l-biedja b'attenzjoni fuq azjendi tal-familja billi jintużaw aħjar il-fondi Ewropej bħalma huma l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), u b'attenzjoni speċjali għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, permezz tal-iskambju u t-trasferiment ta' kompetenzi u billi jiġu sfruttati l-vantaġġi tal-valur reġjonali u lokali u l-katini tal-produzzjoni u l-impjiegi reġjonali, b'enfasi akbar fuq rabtiet periurbani u bejgħ dirett, li huma mudell ta' suċċess f'ħafna partijiet tal-UE; huwa tal-fehma li l-kapaċità tal-bdiewa li jiġġeneraw rimunerazzjoni ġusta mix-xogħol tagħhom hija prerekwiżit għas-sostenibbiltà tal-agrikoltura Ewropea, u garanzija tal-benessri tal-bdiewa; |
|
98. |
Ifakkar li huwa importanti li s-servizzi pubbliċi jkunu ggarantiti, b'mod partikolari l-kura tat-tfal u l-anzjani, minħabba li dawn is-servizzi huma partikolarment importanti għan-nisa, peress li dawn tradizzjonalment kienu jiżvolġu rwol maġġuri fil-kura ta' qraba anzjani u żgħażagħ; |
|
99. |
Jindika r-rwol importanti ta' għarfien u ta' prodotti tal-ikel tradizzjonali, speċjalment fl-aktar reġjuni periferiċi, żoni muntanjużi u żoni żvantaġġjati tal-UE, kif ukoll il-kontribut ekonomiku li skemi Ewropej ta' kwalità bħal Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) joffru għal żoni lokali; ifakkar l-appoġġ unanimu tal-Parlament li estenda din il-protezzjoni għal firxa usa' ta' prodotti manifatturati reġjonalment; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol ta' skemi ta' kwalità tal-UE (DPO/IĠP/STG) biex joffru u jsostnu mezzi ta' għajxien f'dawk iż-żoni; jirrikonoxxi li dawn l-iskemi huma l-aktar magħrufa fi ftit Stati Membri biss u jitlob li titqajjem kuxjenza madwar l-Unjoni dwar il-vantaġġi tagħhom; |
|
100. |
Jenfasizza l-kontribut tal-foresti tal-Mediterran u tas-sistema tal-agroforestrija tad-dehesa – li bla ebda xkiel tgħaqqad it-trobbija tal-bhejjem estensiva u sostnuta ma' attivitajiet tal-biedja u l-forestrija – għall-għanijiet ta' konservazzjoni u l-iżgurar tas-sostenibbiltà tal-bijodiversità, għall-finijiet ta' rikonoxximent u appoġġ taħt il-PAK; |
|
101. |
Jinnota l-importanza tal-bijoenerġija u l-bijoekonomija għall-azjendi agrikoli, u tal-istallazzjonijiet, għall-ġenerazzjoni, il-ħżin, id-distribuzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-azjendi agrikoli, peress li dawn jikkontribwixxu biex jiżguraw l-introjtu finanzjarju tal-bdiewa billi joffrulhom prodott addizzjonali għall-bejgħ, u joħolqu u jippreservaw impjiegi ta' kwalita għolja fiż-żoni rurali; jenfasizza li l-iżvilupp tal-bijoenerġija jrid iseħħ b'mod sostenibbli u ma għandux ixekkel il-produzzjoni tal-ikel u l-għalf; jenfasizza li l-ħtiġijiet enerġetiċi għandhom minflok jiġu ssodisfati billi jitħeġġeġ l-użu tal-iskart u tal-prodotti sekondarji li ma jkunux utli f'xi proċess ieħor; |
|
102. |
Jinnota li t-tkabbir ta' ħxejjex leguminużi fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba' jista' jwassal għal sitwazzjoni vantaġġuża għall-bżonnijiet tal-bdiewa, tal-annimali, tal-bijodiversità u tal-klima; jistieden lill-Kummissjoni tressaq pjan tal-proteini li jinkludi uċuħ tar-raba' leguminużi b'rotazzjoni; |
|
103. |
Iqis aktar progress fil-biedja ta' preċiżjoni, id-diġitizzazzjoni, l-użu razzjonali tal-enerġija, tal-pjanti u tat-tnissil tal-bhejjem u l-integrazzjoni ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara bħala neċessarji, għaliex effiċjenza miżjuda bbażata fuq l-SDGs u l-bijodiversità jgħinu biex inaqqsu kemm il-ħtieġa tal-art kif ukoll l-impatt ambjentali tal-biedja; iqis li t-tqegħid tal-bijodiversità għad-dispożizzjoni tal-bdiewa jista' jgħin biex jiżdied l-introjtu, tissaħħaħ u trendi aktar il-ħamrija u jkunu kkontrollati l-organiżmi ta' ħsara u jitjieb id-dakkir; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' qafas regolatorju mtejjeb sabiex jiġu żgurati proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'waqthom, effiċjenti u effikaċi; jenfasizza li dawn is-soluzzjonijiet “intelliġenti” għandhom jinċentivaw u jappoġġjaw inizjattivi mfassla skont il-ħtiġijiet ta' azjendi agrikoli żgħar mingħajr ekonomiji ta' skala biex dawn jibbenefikaw minn teknoloġiji ġodda; |
|
104. |
Iqis li huwa essenzjali li tinżamm u tiġi żviluppata l-prestazzjoni ta' razez tradizzjonali u lokali, minħabba l-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-karatteristiċi tal-ambjent nattiv tagħhom, u biex id-drittijiet tal-bdiewa li jnisslu l-pjanti b'mod awtonomu u jaħżnu u jiskambjaw żrieragħ ta' speċijiet u varjetajiet differenti jiġu rrispettati sabiex tiġi żgurata d-diversità ġenetika tal-agrikoltura; jirrifjuta tentattivi ta' kwalunkwe tip biex jipprivattivaw il-ħajja, il-pjanti u l-annimali, il-materjal ġenetiku u l-proċessi bijoloġiċi essenzjali, speċjalment fejn għandhom x'jaqsmu r-razez, il-varjazzjonijiet u l-karatteristiċi indiġeni; |
|
105. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni u tistabbilixxi grupp ta' esperti sabiex taħdem favur sistema integrata u aktar sostenibbli ta' ġestjoni għall-protezzjoni tal-pjanti; jenfasizza l-bżonn ta' sistema ta' ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara li ttejjeb l-interazzjoni bejn l-isforzi tat-tnissil tal-pjanti, is-sistemi ta' difiża naturali u l-użu tal-pestiċidi; |
|
106. |
Jemmen li huwa neċessarju li titħeġġeġ id-disponibbiltà tal-broadband u jittejbu s-servizzi tat-trasport fiż-żoni rurali, sabiex jikkontribwixxu mhux biss għall-kisba ta' objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali, iżda wkoll għall-promozzjoni ta' tkabbir f'żoni rurali li jkun kompletament sostenibbli f'termini ambjentali, ekonomiċi u soċjali; |
|
107. |
Jenfasizza li huwa meħtieġ li l-kultura ssir parti integrali mill-azzjoni għas-sostenibbiltà tal-Kummissjoni, li tenfasizza b'mod ċar ir-rwol li għandha fl-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, il-promozzjoni tad-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà, it-trawwim tal-koeżjoni, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, il-faqar u d-disparitajiet ġenerazzjonali u demografiċi; jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-kultura fl-objettivi, id-definizzjonijiet, l-għodod u l-kriterji ta' evalwazzjoni tal-istrateġija tagħha għall-SDGs; |
|
108. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) A/RES/70/1.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0224.
(4) https://ec.europa.eu/epsc/sites/epsc/files/strategic_note_issue_18.pdf
(5) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2011 bit-titolu “L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020”, (COM(2011)0244).
(6) Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2015 dwar ir-rieżami ta' nofs il-mandat dwar l-istrateġija tal-UE għall-bijdoversità sal-2020 (COM(2015)0478).
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0034.
(8) https://unstats.un.org/sdgs/report/2016/goal-13/
(9) Ir-Rapport tal-EEA Nru 30/2016, ir-rapport 2016 dwar indikaturi Ambjentali — B'appoġġ għall-monitoraġġ tas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali: https://www.eea.europa.eu/publications/environmental-indicator-report-2016
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/168 |
P8_TA(2017)0316
Il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE (2016/2250(INI))
(2018/C 334/19)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
Wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tiegħu, li t-Trattati għandhom japplikaw għall-Istati Membri u, fit-tieni paragrafu tiegħu, li l-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' dawn it-trattati huwa speċifikat fl-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 355, l-ewwel paragrafu, punt 1, tat-TFUE, kif emendat mid-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2010 li immodifika l-istatus tal-gżira ta' Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (2010/718/UE) u dik tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (2012/419/UE), li jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tat-Trattati huma applikabbli għar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-TFUE, li jirrikonoxxi status partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi, jipprevedi l-adozzjoni ta' “miżuri speċifiċi bl-għan li, partikolarment, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati presenti għal dawk ir-Reġjuni, inklużi l-politiki komuni” u jiddisponi li jenħtieġ li dawn jikkonċernaw b'mod partikolari, iżda mhux esklużivament “il-politika doganali u tal-kummerċ, il-politika fiskali, iż-żoni liberi, il-politika dwar l-agrikoltura u s-sajd, il-kondizzjonijiet għall-fornitura ta' materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuniet tal-Istat u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fondi strutturali u għal programmi oriżżontali tal-Unjoni”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, li jipprevedi li l-għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-RUP tista' tkun kompatibbli mas-suq intern, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Titolu XVIII tat-TFUE, li jassenja objettiv ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiddefinixxi l-istrumenti finanzjarji strutturali sabiex dan jintlaħaq, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-TFUE, li jiddisponi li l-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha u skont il-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-RUP, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha tiegħu dwar ir-RUP, u b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2012 dwar ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE fil-kuntest tal-Istrateġija “Ewropa 2020” (1), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal tar-Reġjuni Ultraperiferiċi permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-fondi strutturali tal-UE u programmi oħra tal-Unjoni Ewropea (2), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta' Diċembru 2015 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ta' miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (POSEI) (COM(2016)0797), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM)(COM(2012)0209), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Memorandum tal-5 ta' Marzu 1999 iffirmat f'Cayenne mir-reġjuni ultraperiferiċi, komplut mill-Memorandum Konġunt ta' Spanja, Franza, il-Portugall u r-reġjuni ultraperiferiċi, iffirmat f'Mejju 2010, li jipprevedi li l-Unjoni Ewropea għandha tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni ultraperiferiċi billi jittieħed vantaġġ minn diversi vantaġġi naturali u kulturali ta' dawn ir-reġjuni filwaqt li tippromwovi l-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs, tal-isħubija, tal-proporzjonalità u tal-koerenza tal-politiki Ewropej, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tal-XXI Konferenza tat-22 u 23 ta’ Settembru 2016 tal-Presidenti tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea, u l-memorandum konġunt tar-reġjuni ultraperiferiċi ffirmat fl-okkażjoni fl-okkażjoni tar-raba' forum tal-RUP tal-Unjoni mit-30 sal-31 ta' Marzu 2017 fi Brussell, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0226/2017), |
|
A. |
billi l-Artikolu 349 tat-TFUE jirrikonoxxi s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali partikolari tar-RUP, li tinsab strutturalment agħar minħabba fatturi (insularità, bogħod, superfiċje dgħajfa, żona u klima diffiċli, dipendenza fir-rigward ta' numru żgħir ta' produzzjonijiet…), li l-permanenza u l-kumbinazzjoni tagħhom jirrestrinġu bil-kbir l-iżvilupp tagħhom; |
|
B. |
billi l-Qorti tal-Ġustizzja, li ltaqgħet fl-Awla Manja, fis-sentenza tagħha tal-15 ta' Diċembru 2015 tat interpretazzjoni komprensiva lill-Artikolu 349 tat-TFUE; |
|
C. |
billi, f'din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma, b'mod partikolari, li l-atti li kellhom l-objettiv li jistabbilixxu miżuri speċifiċi għar-RUP jistgħu jiġu adottati fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349, li din il-bażi legali tippermetti l-eżenzjoni kemm mid-dritt primarju kif ukoll id-dritt sekondarju, u li l-lista ta' oqsma koperti mill-formulazzjoni tal-Artikolu 349 mhijiex eżawrjenti peress li “l-awturi tat-Trattat FUE ma kellhomx l-intenzjoni li jistabbilixxu lista eżawrjenti tat-tipi ta' miżuri li jistgħu jiġu adottati abbażi ta' dan l-Artikolu”; |
|
D. |
billi fejn tidħol l-applikazzjoni tat-Trattati Ewropej għar-reġjuni ultraperiferiċi, l-Artikoli 52 tat-TUE u l-Artikoli 349 u 355 tat-TFUE huma interkonnessi, u billi skont l-Artikolu 355, l-ewwel paragrafu, punt 1, tat-TFUE, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati huma applikabbli għar-reġjuni ultraperiferiċi, skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, u billi din ir-referenza “għat-Trattati” tinkludi l-leġiżlazzjoni sekondarja; |
|
E. |
billi l-Artikolu 349 tat-TFUE għandu jinqara flimkien ma' artikoli oħra tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 7, li jiddikjara li “l-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politiki u l-azzjonijiet differenti tagħha, filwaqt li titqies it-totalità tal-objettivi tagħha”; |
|
F. |
billi l-prinċipju tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni jiġġustifikaw trattament differenti f'każ ta' sitwazzjonijiet differenti, sabiex fl-aħħar tiġi permessa l-ugwaljanza fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE; |
|
G. |
billi l-objettiv tal-Artikolu 349 tat-TFUE huwa li jippermetti l-iżvilupp tar-RUP, l-inklużjoni tagħhom kemm fl-ispazju Ewropew kif ukoll fl-ispazju ġeografiku tagħhom stess, filwaqt li jiżgura li dawn jibbenefikaw minn politiki u, jekk ikun xieraq, miżuri speċifiċi adattati għar-realtajiet u l-ħtiġijiet tagħhom; |
|
H. |
billi r-RUP huma fil-pożizzjonijiet privileġġjati fil-qasam tal-ġeostrateġija u tar-riċerka marbuta mat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità; |
|
I. |
billi skont l-istimi tal-Kummissjoni, l-ekonomija blu tal-Unjoni tirrappreżenta madwar 5,4 miljun impjieg u valur miżjud gross ta' madwar EUR 500 biljun fis-sena; |
|
1. |
Ifakkar li l-Artikolu 7 tat-TUE jagħti lill-Kummissjoni r-rwol ta' gwardjan tat-Trattati; jenfasizza li r-RUP huma integrati għal kollox fl-Unjoni Ewropea u inkorporati fl-ordinament ġuridiku tagħha, billi s-sitwazzjoni speċifika tagħhom hija rikonoxxuta mit-Trattati, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tat-TFUE li stabbilixxa prinċipju u dritt ta' adattament rilevanti tal-politiki differenti tal-Unjoni; |
|
2. |
Jenfasizza li, minkejja li tikkostitwixxi inkonvenjent serju minħabba l-periferiċità ġeografika tal-Unjoni tagħhom, ir-reġjuni ultraperiferiċi jibbenefikaw ukoll minn diversi vantaġġi kbar bħall-potenzjal ta' żvilupp tal-attivitajiet relatati mat-turiżmu, it-tkabbir blu, l-isfruttament ta' riżorsi ta' enerġija rinnovabbli sinifikanti, l-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari, kif ukoll il-valorizzazzjoni tal-wirt rikk naturali tagħhom u l-bijodiversità konsiderevoli tagħhom; |
|
3. |
Iqis li l-Artikolu 349 tat-TFUE ntuża b'mod limitat u jista' jkun interpretat b'mod aktar innovattiv u pożittiv, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinħolqu programmi ad hoc u politiki ġodda speċifiċi, billi jiġu bbażati fuq il-vantaġġi tar-RUP, bl-għan li jingħataw il-mezzi biex jiġu sfruttati, b'mod partikolari fl-oqsma bħalma huma dawk tal-enerġija rinnovabbli, it-tkabbir blu, ir-riċerka u l-iżvilupp, it-turiżmu sostenibbli, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-adattament għat-tibdil fil-klima; ifakkar, f'dan il-kuntest, ir-rwol li għandha l-Unjoni sabiex tippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi li jegħelbu d-diffikultajiet tagħhom u jisfruttaw il-vantaġġi tagħhom, iżda fl-istess ħin jenfasizza li huwa neċessarju li l-Istati Membri kkonċernati għandhom jassumu aktar responsabbiltajiet fir-rigward tal-użu tal-istrumenti Ewropej li jistgħu jgħinuhom jiggarantixxu l-iżvilupp sostenibbli tar-RUP; |
Is-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE
|
4. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li s'issa l-artikoli tat-Trattati dwar ir-RUP ma ġewx implimentati għal kollox, u dan jillimita l-kapaċità ta' dawn ir-reġjuni li jisfruttaw il-potenzjal kollu tal-appartenenza tagħhom għall-Unjoni u jkunu aktar kompetittivi fiż-żona ġeografika tagħhom; |
|
5. |
Iqis li implimentazzjoni usa' tal-Artikolu 349 tat-TFUE twassal għal integrazzjoni aħjar tar-RUP fl-Unjoni kif ukoll għall-iżvilupp tagħhom u l-potenzjali proprja tagħhom fil-kunsiderazzjoni sħiħa tal-ispeċifiċitajiet u r-restrizzjonijiet strutturali tagħhom imma wkoll tal-vantaġġi tagħhom; |
|
6. |
Ifakkar fil-volontà politika tal-leġiżlaturi waqt l-abbozzar tal-Artikolu 299, it-tieni subparagrafu, u mbagħad tal-Artikolu 349 tat-TFUE, li jistabbilixxu strateġija komprensiva bbażata fuq miżuri rilevanti ta' politiki u strumenti differenti; |
|
7. |
Ifakkar li l-Programm ta' Opzjonijiet Speċifiċi għan-Natura Remota u Insulari (POSEI) huwa programm li jqis għal kollox l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi grazzi għal regolament proprju, ibbażat fuq l-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 43(2), li jagħraf il-prinċipju doppju tal-appartenenza tar-RUP għall-Unjoni u tal-adattament sħiħ ta' politika Ewropea komuni għar-realtajiet tar-RUP u li, għalhekk, huwa kruċjali li tali programm jitkompla u li programmi POSEI ġodda li jfittxu politiki oħra tal-Unjoni jiġu previsti; |
|
8. |
Iqis li s-suċċess ta' POSEI huwa favur iż-żamma ta' dispożizzjonijiet speċifiċi għar-RUP aktar milli d-dilwizzjoni tagħhom f'programmi Ewropej orizzontali; |
|
9. |
Jinnota li ħafna komunikazzjonijiet dwar ir-RUP ġew adottati mill-Kummissjoni; jiddispjaċih għall-fatt li dawn l-istrateġiji differenti Ewropej għar-RUP, s'issa, ġew implimentati u konkretizzati biss b'mod parzjali; |
|
10. |
Jitlob li l-Kummissjoni tipproponi pjan ta' azzjoni, akkumpanjat, fejn xieraq, minn inizjattivi leġiżlattivi li jippermettu l-implimentazzjoni ta' strateġija koerenti u effikaċi fir-rigward tar-RUP, billi jsir użu sħiħ tal-possibbiltajiet offruti mill-Artikolu 349 tat-TFUE, speċjalment fir-rigward tal-ħolqien ta' programmi u politiki speċifiċi, partikolarment f'termini ta' innovazzjoni u investiment fit-tul, adattati għall-bżonnijiet tagħhom ta' żvilupp sostenibbli; jinsisti fuq il-bżonn li ssir ħidma f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali tar-RUP u l-partijiet ikkonċernati; jappella għaldaqstant lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet reġjonali tar-RUP, ħalli jiftħu kapitolu ġdid fir-relazzjonijiet UE-RUP; |
|
11. |
Jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni dwar strateġija mġedda għar-RUP, li għandha tiġi adottata mhux aktar tard minn tmiem l-2017; jappella lill-Kummissjoni biex fl-istrateġija tagħha tinkludi approċċ dettaljat tar-RUP kif ukoll oqfsa strateġiċi mmirati lejn il-ħtiġijiet tal-investiment, flimkien ma' numru ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jinkisbu u jiġu evalwati; iħeġġeġ lil Franza, Spanja u l-Portugall biex jappoġġjaw aktar ir-RUP tagħhom; |
|
12. |
Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jippermetti lir-RUP jużaw għajnuna operatorja mhux limitata fiż-żmien, mhux digressiva u abbażi ta' proċeduri aktar flessibbli, sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali li jridu jaffaċċjaw; ifakkar li l-eżenzjonijiet japplikaw kemm għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll għall-għajnuna tal-Istat; |
|
13. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-lonġevità tal-istrumenti, id-dispożizzjonijiet u l-eżenzjonijiet adottati biex tiġi żgurata l-istabbiltà li twassal għall-iżvilupp strutturali tar-RUP b'kunsiderazzjoni tal-evalwazzjonijiet imwettqa; |
|
14. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel rendikont preċiż tal-approċċ għar-RUP u teżamina s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' kull RUP biex tiggarantixxi twettiq aħjar tal-objettivi tal-politika ta' żvilupp reġjonali Ewropea, b'mod partikolari dak li għandu x'jaqsam mal-aġġustament tad-dewmien u l-iżvilupp sostenibbli, u dan bil-għan li r-RUP ikunu jistgħu joqorbu lejn il-livelli ta' żvilupp medju Ewropej; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinazzjoni tad-diversi direttorati ġenerali tagħha dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-RUP sabiex ikollhom trattament idoneu tal-problematika tar-RUP fil-politiki u l-istrateġiji Ewropej; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol kruċjali tas-Segretarjat Ġenerali biex jiżgura applikazzjoni korretta tal-Artikolu 349 tat-TFUE billi l-adattamenti tal-politiki tal-Unjoni Ewropea għall-karatteristiċi tar-RUP jeħtieġu li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-ogħla livell politiku; |
Il-politika agrikola
|
16. |
Jilqa' r-rapport reċenti tal-Kummissjoni (COM(2016)0797), li jikkonkludi li l-prestazzjoni globali tal-programmi POSEI (2006-2014) hija waħda pożittiva, iqis li dak il-programm jidher essenzjali għall-fini taż-żamma tal-produzzjonijiet tar-RUP u li huwa konformi mal-objettivi l-ġodda tal-politika agrikola komuni (PAK), u jirrakkomanda li jinżamm ir-regolament ta' bażi attwali filwaqt li madankollu wieħed iżomm f'moħħu li jistgħu jkunu meħtieġa attamenti baġitarji wara d-dħul fis-seħħ ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw b'mod serju l-produzzjonijiet tar-RUP; |
|
17. |
Iqis li l-POSEI kellha suċċess kbir mill-bidu tagħha; |
|
18. |
Jappoġġja l-konklużjoni tar-rapport tal-Kummissjoni li titlob li l-elementi bażiċi tal-POSEI jiġi konsolidati, sabiex jiġi evitat kull riskju li l-produzzjoni agrikola tiġi abbandunata, bil-konsegwenzi negattivi li dan jista' jkollu fuq tiegħu fuq l-impjiegi, l-ambjent u d-dimensjoni territorjali tar-RUP; |
|
19. |
Jikkunsidra li jenħtieġ li jingħata appoġġ aħjar għad-diversifikazzjoni tal-produzzjonijiet fir-RUP u li jiġu introdotti miżuri biex jiġu indirizzati kriżijiet tas-suq li jiltaqgħu magħhom setturi partikolari, partikolarment tat-tadam u tal-bhejjem, u li jiġi faċilitat l-iżvilupp ta' produzzjonijiet żgħar bħal dawk relatati mal-prodotti tal-ħalib; |
|
20. |
Ifakkar li r-riformi suċċessivi tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (OKS) ma kkunsidrawx biżżejjed l-ispeċifiċitajiet tar-RUP, u jitlob li dawn jittieħed kont aħjar tagħhom fil-ġejjieni; |
|
21. |
Josserva li l-għajbien tal-kwoti u tal-prezzijiet iggarantiti li beda permezz tar-riforma tal-OKS taz-zokkor tal-2005 jdgħajjef lill-produtturi taz-zokkor tal-kannamieli tar-RUP; jinsisti dwar il-bżonn li jinżamm is-sett ta' mezzi speċifiċi stabbiliti taħt l-Artikolu 349 tat-TFUE sabiex jippermetti l-kompetittività sostenibbli ta' din l-industrija; jappella għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' appoġġ lil min ikabbar il-kannamieli f'każ li jaqgħu l-prezzijiet dinjija taz-zokkor; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont tal-importanza kbira tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Azores, iżżomm l-appoġġ għall-produtturi u tipprovdi miżuri addizzjonali f'każ ta' kriżi tas-suq; |
|
23. |
Ifakkar li l-produzzjoni tal-banana għandha rwol importanti fin-nisġa soċjoekonomika ta' ċerti RUP; jitlob għalhekk li jinżamm u, fejn meħtieġ jiżdied, l-appoġġ għall-produtturi; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi strumenti ta' ġestjoni u ta' identifikazzjoni tal-kriżijiet tas-suq fid-diversi setturi agrikoli bħall-banana, iz-zokkor, ir-rum, is-sajd u l-ħalib mal-Osservatorju tal-ħalib – definizzjoni ċara ta' kriżi tas-suq fir-RUP u tadatta l-indikaturi għar-realtà ta' dawn ir-reġjuni; |
|
25. |
Jiddispjaċih li d-differenza fis-sistema applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni “organika” bejn pajjiż terz u Stat Membru tal-Unjoni toħloq tgħawwiġ tal-kompetizzjoni f'dan is-suq, u tagħmel ħsara kemm lill-produtturi Ewropej li jaħdmu fir-RUP kif ukoll lill-konsumaturi Ewropej imqarrqa dwar il-kundizzjonijiet reali ta' produzzjoni ta' dawn il-prodotti; jitlob għalhekk, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar l-istandards futuri Ewropej dwar il-produzzjoni u t-tikkettar tal-prodotti organiċi, li tiġi sostitwita l-konformità mas-sistema ta' ekwivalenza attwalment fis-seħħ, sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn ir-RUP u pajjiżi terzi; |
|
26. |
Iqis li jeħtieġ li jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE qafas legali għal produzzjonijiet taħt it-tikketta organika u qafas legali fil-qasam sanitarju u fitosanitarju li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-agrikoltura fir-RUP f'kuntest tropikali; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ il-bdiewa tar-RUP biex jippromwovu l-prodotti tagħhom ta' kwalità għolja billi tappoġġja l-użu tal-logo RUP kif ukoll forom oħra ta' ċertifikazzjoni ta' kwalità; |
|
28. |
Jenfasizza li d-differenzjar tal-prodotti u l-ispeċjalizzazzjoni jistgħu jistimulaw u jippromwovu aktar il-produzzjoni lokali, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel u b'hekk inaqqsu d-differenzi eżistenti bejn ir-reġuni ultraperiferiċi u reġjuni oħra tal-UE; |
|
29. |
Jenfasizza, f'isem il-koerenza tal-politiki, li l-isforzi mwettqa fir-RUP għall-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività tas-seturi tradizzjonali tagħhom m'għandhomx isibu ruħhom mhedda ulterjorment mill-ftehimiet ta' kummerċ ħieles iffirmati bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi; |
Il-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea
|
30. |
Ifakkar li l-Artikolu 207(3) tat-TFUE jimponi “li l-ftehimiet negozjati (mal-pajjiżi terzi) jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni tal-Unjoni”; |
|
31. |
Jinnota li l-għadd dejjem jiżdied ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, u fosthom mal-ikbar prodotturi dinjija tal-banana u taz-zokkor, jimmodifika t-tqassim tas-suq, joħloq pressjoni fuq il-prezzijiet u jhedded il-kompetittività tal-produtturi tal-Komunità ta' dawn il-prodotti; |
|
32. |
Jemmen, għaldaqstant, li l-politika kummerċjali tal-UE m'għandhiex tipperikola s-setturi tar-RUP, peress li dawn għandhom rwol ewlieni fil-livell ekonomiku, soċjali u ambjentali; |
|
33. |
Iħeġġeġ li n-negozjati kummerċjali tal-UE issa għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet u l-produzzjonijiet sensittivi tar-RUP, b'mod partikolari l-banana, iz-zokkor, ir-rum, it-tadam u l-prodotti tas-sajd; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu konxji u viġilanti b'rabta mad-difiża tal-interessi tar-RUP fil-qafas tan-negozjati dwar il-Brexit; |
|
35. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, f'konformità mal-impenji li għamlet fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Ġunju 2012, “tehmeż ma' kull proposta ta' ftehimiet kummerċjali, bħall-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, valutazzjonijiet tal-impatt, fejn ikun rilevanti, għandhom jindirizzaw id-dimensjoni tar-RUP”, u tinkludi l-impatti fil-livell ambjentali, soċjali, ekonomiku u territorjali fuq ir-RUP; jitlob li dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt ikejlu wkoll l-impatt kumulattiv tal-ftehimiet kummerċjali fuq ir-RUP; |
|
36. |
Jiddispjaċih li s'issa ma sar l-ebda studju dwar il-konsegwenzi tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles fis-setturi agrikoli tar-RUP; jiddispjaċih ukoll li r-RUP ma ġewx ikkunsidrati fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-impatti kumulattivi tal-ftehimiet kummerċjali, u dan kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet regolatorji previsti fil-POSEI; |
|
37. |
Jitlob li fil-politiki kummerċjali tal-UE jitqiesu l-iżvantaġġi kompetittivi tar-RUP; jitlob biex meta dawn ikunu meħtieġa sabiex jipproteġu produzzjonijiet tar-RUP, ikun hemm il-preservazzjoni tal-ostakoli tariffarji u mhux tariffarji, u l-attivazzjoni effettiva tal-klawsoli ta' salvagwardja u tal-mekkaniżmi ta' stabbilizzazzjoni f'każ ta' assenjazzjoni jew ta' riskju ta' effett serju tal-produzzjonijiet tar-RUP; |
|
38. |
Jenfasizza l-limiti tal-prinċipju ta' ekwivalenza, b'mod partikolari għall-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, li jippermetti d-dħul fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha Ewropej; jitlob l-applikazzjoni immedjata tal-prinċipju ta' konformità u t-tisħiħ tal-miżuri ta' kontroll; |
|
39. |
Iħeġġeġ il-promozzjoni tar-rwol tar-RUP fil-politika esterna tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi ġirien sabiex tissaħħaħ il-politika esterna fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-faqar, is-sostenibilità ambjentali, it-tisħiħ tad-demokrazija, l-iskambji kulturali u l-ugwaljanza bejn is-sessi; |
Il-politika marittima, is-sajd u t-tkabbir blu sostenibbli
|
40. |
Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri speċifiċi għar-RUP, li jikkonċernaw ukoll il-politiki fil-qasam tas-sajd; |
|
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis it-twaqqif ta' sistema ta' appoġġ għas-sajd sostenibbli fir-RUP abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, fid-dawl ta' dak li qed iseħħ fis-settur agrikolu taħt il-Programm POSEI; |
|
42. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jimplimentaw b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-ġestjoni tal-flotot tas-sajd fir-RUP (5); |
|
43. |
Jistieden lill-Unjoni tibni flimkien mar-RUP setgħa marittima dinjija; |
|
44. |
Jenfasizza li kemm il-ġid li jirrappreżentaw l-oċeani, kif ukoll l-avvanzi teknoloġiċi attwali u futuri huma kapaċi jiftħu opportunitajiet ġodda ta' tkabbir għar-RUP; iqis li t-tkabbir blu sostenibbli jikkostitwixxi opportunità biex jittaffew l-inugwaljanzi strutturali li jeżistu bejn ir-RUP u l-Ewropa kontinentali, u li jista' għalhekk jikkontribwixxi biex ir-RUP isiru l-epiċentru ta' politika Ewropea futura; |
|
45. |
Ifakkar li, minħabba l-pożizzjoni tagħhom, ir-RUP għandhom pożizzjoni importanti fil-governanza marittima integrata, il-ġestjoni tal-ilmijiet kostali, il-ġlieda kontra s-sajd illegali u t-titjib tas-sikurezza tat-trasport; |
|
46. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri kkonċernati jinvestu aktar l-ambitu tal-baħar u l-oċeani, speċifikament għar-RUP, bl-għan li jiġi garantit żvilupp ekonomiku sostenibbli u effiċjenti fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom; |
|
47. |
Jilqa' l-istudju varat mill-Kummissjoni dwar il-potenzjal għal tkabbir blu sostenibbli fir-RUP u jappella min-naħa tiegħu għall-varar ta' programm reali Ewropew maħsub għar-RUP, bl-għan ukoll li jikkunsidra l-isfidi fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, tar-riċerka tal-baħar u marittima u tal-bijoekonomija; jenfasizza madankollu li ċerti attivitajiet bħall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass fiż-żona submarina u l-esplorazzjoni ta' depożiti minerali sottomarini jista' jkollhom konsegwenzi serji fuq iż-żoni marittimi sensittivi u jiddisturbaw l-ispeċijiet u l-ekosistemi vulnerabbli; |
|
48. |
Itenni l-importanza taż-żoni tal-baħar protetti fir-RUP; |
Il-politika ta' koeżjoni
|
49. |
Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi aċċess speċifiku tar-RUP għall-fondi strutturali u li, f'dan ir-rigward, ir-RUP kollha għandhom jitqiesu bħala “r-reġjuni l-anqas żviluppati”; jilqa' u japprezza l-miżuri favur ir-RUP mfassla mill-Kummissjoni bħala parti minn sett ta' erba' komunikazzjonijiet dwar ir-RUP (2004, 2007, 2008 u 2012); jenfasizza l-importanza tal-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-Unjoni lir-RUP kollha, li jammonta għal EUR 13 biljun għall-perjodu 2014–2020; |
|
50. |
Itenni li l-politika ta' koeżjoni trid tibqa' wieħed mill-istrumenti ewlenin ta' azzjoni Ewropea wara l-2020, b'mod partikolari fir-rigward tar-RUP, fejn id-differenzi reġjonali għadhom kbar; |
|
51. |
Jistieden lill-Istati Membri biex, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tar-responsabbiltajiet tagħhom, jimplimentaw bis-sħiħ il-kundizzjonijiet minn qabel, b'mod partikolari f'termini ta' investiment fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom, biex jassiguraw l-aqwa rendiment tal-fondi u l-politiki Ewropej fir-RUP; |
|
52. |
Huwa tal-fehma li fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, aktar flessibilità tista' tiġi prevista fi ħdan il-konċentrazzjoni tematika fil-każ ta' RUP b'rabta mad-definizzjoni ta' wħud mill-assi prijoritarji tagħhom għall-użu tal-fondi strutturali, safejn ikun ikkonċernat l-iżvilupp sostenibbli; jitlob il-kontinwazzjoni tal-allokazzjonijiet baġitarji allokati lir-RUP, il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali, kif ukoll it-totalità tal-miżuri derogatorji ġustifikati kif xieraq intiżi sabiex jikkumpensaw l-iżvantaġġi strutturali tagħhom; |
|
53. |
Jitlob, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, l-applikazzjoni stretta tal-kriterji stabbiliti mir-Regolament ġenerali tal-fondi għad-determinazzjoni tal-pakketti finanzjarji; |
|
54. |
Ifakkar fl-objettiv komuni tal-integrazzjoni doppja tar-RUP; jitlob li jiġu approfonditi u li jsiru operattivi l-mekkaniżmi kollha dedikati għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn ir-RUP, il-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u l-pajjiżi terzi li jappartjenu għall-baċin ġeografiku tagħhom, b'mod partikolari permezz taż-żamma u t-titjib tas-sinerġiji tal-arranġamenti ġuridiċi u finanzjarji tar-regoli tal-EDF u tal-ERDF; |
|
55. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu adattati l-istrateġiji ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea sabiex jittaffew l-impatti negattivi fuq ir-reġjuni minħabba n-natura ultraperiferika tagħhom, u tiġi promossa l-kooperazzjoni; |
|
56. |
Jirrakkomanda attenzjoni akbar fl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) b'rabta mar-RUP, ir-reġjuni l-anqas żviluppati u dawk l-aktar mbiegħda; |
|
57. |
Ifakkar, fir-rigward tar-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fir-RUP, fil-ħtieġa li jissaħħu l-azzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ u t-taħriġ taż-żgħażagħ fir-RUP, b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; |
|
58. |
Ifakkar li l-aktar fond importanti għat-taħriġ u l-impjieg huwa l-Fond Soċjali Ewropew (FSE); jistieden lill-Kummissjoni, minħabba n-natura strutturali u l-livelli kritiċi ta' qgħad fir-RUP, u fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, tirrikonoxxi għar-RUP id-dritt għal aċċess speċifiku għall-fondi strutturali, tistabbilixxi allokazzjoni addizzjonali fil-qafas tal-FSE biex tappoġġja l-impjegabilità, il-mobilità u t-taħriġ fir-RUP; |
|
59. |
Jenfasizza l-importanza ta' Strateġiji ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) fi ħdan ir-RUP, peress li dawn huma komponent ewlieni fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni; |
|
60. |
Ifakkar fl-importanza tal-istrumenti ta' żvilupp lokali bħalma huma l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) u l-investiment territorjali integrat (ITI), li jippermettu approċċi minn isfel għal fuq għall-isfidi strutturali lokali filwaqt li jippromwovu sjieda mill-awtoritajiet lokali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati jesploraw modi biex isaħħu l-użu tas-CLLD, bħala rispons flessibbli u innovattiv għall-ħtieġa ta' adattament espressa mir-RUP; |
|
61. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati d-differenzi demografiċi fir-RUP bħala fattur determinanti fit-tfassil tal-politiki tagħhom, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi; |
Il-politika dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat
|
62. |
Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri speċifiċi għar-RUP, b'mod partikolari rigward il-politiki doganali u kummerċjali, il-politika fiskali, iż-żoni ħielsa, il-kondizzjonijiet għall-forniment ta' materja prima u ta' prodotti essenzjali tal-konsumatur u l-għajnuna mill-Istat; |
|
63. |
Ifakkar, barra minn hekk, li l-Artikolu 107(3) tat-TFUE jistipula li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq intern l-għajnuniet maħsuba sabiex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku tar-RUP, b'kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom; |
|
64. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistrieħ aktar fuq l-Artkoli 107(3)(a) u 349 tat-TFUE, fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għar-Reġjuni u l-GBER (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) sabiex jingħata kontribut lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-RUP u biex dawn jittieħed kont aħjar tagħhom; |
|
65. |
Jenfasizza li, minħabba d-distanza u ċ-ċokon tas-swieq tagħhom, it-tisħiħ tal-eżenzjonijiet għad-dritt dwar il-kompetizzjoni miksuba fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 42 tat-TFUE mhuwiex f'pożizzjoni li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jfixkel is-suq intern; |
|
66. |
Jiddispjaċih li l-proposti inizjali, bil-ħsieb li jiġu ssimplifikati l-GBER u l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għar-Reġjuni, sa mill-bidu u anke wara ma kkunsidrawx l-adattament tar-regoli bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-RUP; |
|
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-azzjoni biex jiġu miġġielda monopolji ewlenin fir-RUP li jikkontribwixxu għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja għall-popolazzjonijiet lokali, partikolarment fis-setturi tal-importazzjonijiet li jmorru kontra l-iżvilupp tal-ekonomija lokali, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni; |
|
68. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex, wara l-2020, tkompli l-iskemi fiskali ta' eżenzjonijiet għar-RUP abbażi ta' evalwazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tagħhom, filwaqt li tiżgura progress lejn sistemi fiskali ġusti u effiċjenti u ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi; |
|
69. |
Jiġbed l-attenzjoni dwar il-prattiki kummerċjali bħalma huma dawk tas-swieq fejn il-provvista tinżamm daqs id-domanda (clearance market), li jistgħu jiddestabilizzaw is-swieq mikro tal-ekonomiji lokali; |
Ir-riċerka, l-ambjent, l-edukazzjoni, it-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet
|
70. |
Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri speċifiċi għar-RUP, li jikkonċernaw ukoll il-kundizzjonijiet ta' aċċess tagħhom għall-programmi orizzontali tal-Unjoni; |
|
71. |
Iqis li programmi orizzontali tal-Unjoni għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet ta' aċċess speċifiċi għar-RUP sabiex jiżguraw parteċipazzjoni effettiva u biex il-vantaġġi ta' dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu, b'mod partikolari fil-qafas tal-programm Orizzont 2020, LIFE, COSME, Ewropa Kreattiva, eċċ.; |
|
72. |
Jitlob lill-Kummissjoni tintegra lir-RUP fin-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet; |
|
73. |
Ifakkar fil-ħtieġa li l-awtonomija enerġetika sostenibbli tar-RUP ssir prijorità; jenfasizza li r-RUP jibbenefikaw minn bosta vantaġġi fir-rigward tal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari; |
|
74. |
Jinnota l-potenzjal sinifikanti li jġib miegħu l-istimolu tar-riċerka u l-innovazzjoni bil-ħsieb li jkun żgurat żvilupp sod u sostenibbli; jitlob l-ottimizzazzjoni tal-aċċess tar-RUP għall-Fondi SIE u Orizzont 2020, biex jingħaqdu aħjar universitajiet, ċentri ta' riċerka u negozji innovattivi, u biex dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jsiru territorji attraenti u jkunu kapaċi jippromwovu skambju aħjar bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, mhux biss fi ħdan ir-RUP, iżda wkoll mal-kontinent Ewropew, il-PTEE u l-pajjiżi terzi; |
|
75. |
Ifakkar fir-rwol importanti ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fir-RUP f'termini ta' żvilupp ekonomiku u soċjali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tieħu kont aħjar tas-sitwazzjoni tar-RUP fil-qafas tal-programmi COSME u l-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI); |
|
76. |
Jikkunsidra li l-iskambji u l-kooperazzjoni bejn ir-RUP u l-pajjiżi terzi ġirien fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-kultura u l-edukazzjoni, għandhom jiġu promossi biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni reġjonali tagħhom; |
|
77. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-programm il-ġdid Erasmus + jappoġġja l-mobilità ta' studenti u intraprendituri żgħażagħ mir-RUP billi jipprovdi l-ammont massimu ta' għajnuna; jitlob li dispożizzjonijiet identiċi jiddaħħlu fil-programm Ewropa Kreattiva; madankollu jixtieq li jitqiesu aħjar fil-qafas tal-programm Erasmus il-karatteristiċi komuni tar-RUP, permezz b'mod partikolari tal-promozzjoni ta' skambji fost ir-RUP; jiddispjaċih li minkejja l-premessa 37 tar-Regolament Erasmus +, li tipprovdi li “l-limitazzjonijiet imposti mid-distanza tar-RUP u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej għandhom jiġu kkunsidrati matul l-implimentazzjoni tal-programm”, l-ammonti tal-allokazzjonijiet ta' mobilità tal-Erasmus huma ta' spiss insuffiċjenti meta mqabbla mal-ispejjeż attwali ta' spostament fil-metropoli tal-istudenti benefiċjarji mir-RUP; |
|
78. |
Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-iskema ġdida ta' mobilità għaż-żgħażagħ, “Move2Learn, Learn2Move”, għaċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fir-RUP kif ukoll tadatta l-ammonti ta' rimborż tal-mezz tat-trasport li huwa offert għall-ispejjeż reali li timplika bidla bejn ir-RUP u l-Ewropa kontinentali; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tillimitax din l-iskema biss għat-trasport ferrovjarju, fatt li jwassal għall-marġinalizzazzjoni taż-żgħażagħ mit-territorji ultramarittimi; |
|
79. |
Jieħu nota tal-fatt li l-programm Natura 2000 mhux applikabbli għar-RUP Franċiżi filwaqt li dawn għandhom bijodiversità straordinarja iżda fraġli b'mod partikolari mill-effetti tat-tibdil fil-klima; Jitlob għalhekk l-implimentazzjoni ta' sistemi speċifiċi ta' protezzjoni kif ukoll is-sostenibilità tal-azzjoni preparatorja BEST bil-ħolqien ta' mekkaniżmu sostenibbli għall-iffinanzjar tal-proġetti ta' bijodiversità, valorizzazzjoni tas-servizzi ekosistemiċi, u adattament għat-tibdil fil-klima fir-reġjuni ekstra-Ewropej; |
|
80. |
Jipproponi li jsir studju tal-impatt dwar il-possibilitajiet ta' applikazzjoni tal-programm Natura 2000 għar-RUP Franċiżi biex jiġu definiti l-għodod l-aktar adattati għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ambjent ta' dawn ir-reġjuni; |
|
81. |
Ifakkar li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità, ippubblikata mill-Kummissjoni f'Ottubru 2015 u msemmija mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 1/2017, sabet li, minkejja l-progress sinifikanti miksub mill-2011 'l hawn fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri koperti bl-Objettiv Nru 1, l-isfidi ewlenin għadhom it-twettiq tal-komponent marittimu tan-netwerk Natura 2000 u l-garanzija ta' ġestjoni effettiva tas-siti u tal-finanzjament meħtieġ għall-appoġġ tan-Netwerk Natura 2000, li t-tnejn huma fatturi importanti għar-RUP; |
|
82. |
Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali Nru 1/2017, qieset li progress sinifikanti min-naħa tal-Istati Membri u sforzi addizzjonali min-naħa tal-Kummissjoni kienu meħtieġa sabiex jikkontribwixxu aktar għall-għanijiet ambizzjużi tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2020; |
|
83. |
Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali ta' Jannar 2017, qieset li jinħtieġu aktar sforzi sabiex jistabbilixxu n-netwerk Natura 2000 sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu; |
|
84. |
Itenni li t-titjib tal-aċċess għall-internet irid jiżvolġi rwol ta' koeżjoni territorjali, il-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs, il-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-popli tar-RUP; |
|
85. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis il-karatteristiċi speċifiċi tar-RUP meta tittratta kwistjonijiet marbuta l-kopertura tan-netwerk diġitali; |
|
86. |
Jitlob għall-ħolqien ta' programm POSEI speċifiku għat-trasport sabiex jippromwovi l-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika ta' dawn ir-reġjuni u biex titnaqqas l-insularità u l-insularità doppja ta' ċerti RUP; jenfasizza li programm bħal dan għandu jipprevedi l-appoġġ għat-trasport ta' persuni u ta' merkanzija bejn ir-RUP u l-kontinent, fir-RUP nnifishom u bejn ir-RUP fil-qrib, bħall-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji; jenfasizza li jenħtieġ li dan il-programm jippromwovi wkoll il-kummerċ bejn dawn ir-reġjuni; |
|
87. |
Jenfasizza li r-RUP huma fost ir-reġjuni turistiċi pprivileġġjati u li huwa indispensabbli li jsir investiment f'netwerk tat-trasport ta' kwalità għolja u bi prezzijiet aċċessibbli, speċjalment fir-rigward tas-suq intern; |
|
88. |
Jistieden lill-UE timpenja ruħha b'mod deċiżiv fl-internazzjonalizzazzjoni tal-aċċess għar-RUP permezz tal-ħolqien ta' infrastrutturi u rotot ta' trasport sabiex jgħaqqdu dawn ir-reġjuni mal-kontinent Ewropew, il-pajjiżi terzi ġirien u l-bqija tad-dinja; |
|
89. |
Jitlob l-iskjerament fir-RUP ta' strateġija ġenwina industrijali Ewropea li twassal għall-ħolqien ta' impjiegi li ma jistgħux jiġu rilokati u bbażata fuq il-kapaċità tal-kumpaniji li jikkonsolidaw ir-rabtiet lokali tagħhom; |
|
90. |
Iqis li r-RUP jistgħu jikkostitwixxu postijiet privileġġjati għall-iżvilupp ta' proġetti pilota li l-miżuri tgaħhom għandhom jiġu applikati b'mod trażversali fl-Istati Membri differenti; |
o
o o
|
91. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom u lill-Kumitat tar-Reġjuni. |
(1) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 1.
(2) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2014)0133.
(3) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Diċembru 2015, Il-Parlament u l-Kummissjoni/Il-Kunsill, C-132/14 sa C-136/14, ECLI:EU:C:2015:813.
(4) ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.
(5) Testi adottati ta’ din id-data, P8_TA(2017)0195.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju 2017
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/178 |
P8_TA(2017)0304
Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar it-72 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 lill-Kunsill dwar it-72 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2017/2041(INI))
(2018/C 334/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 21, 34 u 36 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325 (2000), 1820 (2009), 1888 (2009), 1889 (2010), 1960 (2011), 2106 (2013), 2122 (2013) u 2242 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja 2015 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2016 dwar il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti, li tagħti d-dritt lill-UE biex tintervjeni fl-Assemblea Ġenerali tan-NU, tippreżenta proposti u emendi orali li jitressqu għall-votazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, u teżerċita d-dritt ta' replika, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' New York għar-refuġjati u l-migranti tad-19 ta' Settembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/71/L.48 tal-21 ta' Diċembru 2016, li tistabbilixxi “Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għad-Delitti l-Aktar Serji skont id-Dritt Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejjaħ 'ISIS/Daesh' (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0216/2017), |
|
A. |
billi l-impenn tal-UE favur multilateraliżmu effikaċi u governanza globali tajba, bin-NU fil-qalba tiegħu, huwa parti integrali mill-politika esterna tal-UE u għandu l-għeruq tiegħu fil-konvinzjoni li sistema multilaterali bbażata fuq regoli u valuri universali hija l-aktar adattata biex jiġu indirizzati kriżijiet, sfidi u theddid globali; |
|
B. |
billi l-ordni internazzjonali bbażat fuq il-kooperazzjoni, id-djalogu, il-kummerċ ħieles u ġust, u d-drittijiet tal-bniedem qed jiġi ddubitat minn bosta movimenti nazzjonalisti u protezzjonisti madwar id-dinja; |
|
C. |
billi l-UE għandu jkollha sehem proattiv fil-bini ta' Nazzjonijiet Uniti li kapaċi tikkontribwixxi b'mod attiv għas-soluzzjonijiet globali, għall-paċi u għas-sigurtà, għad-drittijiet tal-bniedem, għall-iżvilupp, għad-demokrazija u għall-ordni internazzjonali bbażat fuq l-istat tad-dritt; billi l-Istati Membri tal-UE jeħtieġ jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw aktar u jintegraw l-azzjonijiet li jieħdu fl-organi u fil-korpi tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti skont il-mandat li jinsab fl-Artikolu 34(1) tat-TUE; |
|
D. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha b'mod kollettiv għadhom l-akbar kontributur finanzjarju uniku għas-sistema tan-NU, billi jipprovdu madwar 50 % tal-kontribuzzjonijiet kollha tan-NU, bl-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu madwar 40 % tal-baġit regolari tan-NU; billi l-kontribuzzjonijiet tal-UE lin-NU jenħtieġ ikunu aktar viżibbli; |
|
E. |
billi l-UE taħdem favur is-sostenibilità ambjentali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz tal-promozzjoni ta' miżuri u azzjonijiet internazzjonali intiżi li jippreservaw u jtejbu l-kwalità tal-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; |
|
F. |
billi l-UE hija waħda mill-aktar difensuri u promoturi dedikati tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali, tal-valuri u d-diversità kulturali, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; |
|
G. |
billi l-ambjent ta' sigurtà tal-UE huwa dejjem aktar instabbli u volatili minħabba għadd kbir ta' sfidi, li ilhom jeżistu żmien twil jew li nibtu dan l-aħħar, fosthom kunflitti vjolenti, terroriżmu, kriminalità organizzata, propaganda u gwerra ċibernetika, flussi ta' refuġjati u pressjoni migratorja mingħajr preċedent u impatti fuq it-tibdil fil-klima, li huma impossibbli li jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali u jeħtieġu risposti reġjonali u globali u kooperazzjoni attiva u kostruttiva; |
|
H. |
billi l-UE u n-NU għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Iżvilupp tal-2030 bl-għan li jeqirdu l-faqar u joħolqu prosperità kollettiva, jindirizzaw l-inugwaljanzi, u b'hekk joħolqu dinja aktar sikura u aktar ġusta, u jiġġieldu t-tibdil fil-klima u jipproteġu l-ambjent naturali; billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU ddeċidiet li tintensifika l-isforzi tal-organizzazzjoni biex timplimenta l-aġenda l-ġdida għall-iżvilupp; |
|
1. |
Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill: |
Paċi u sigurtà
|
(a) |
ikompli jappella għar-rispett sħiħ tas-sovranità, tal-fruntieri rikonoxxuti fuq livell internazzjonali u għall-integrità territorjali tal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Kawkasu tan-Nofsinhar, b'mod partikolari, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, fid-dawl tal-ksur tad-dritt internazzjonali f'dawk iż-żoni; isostni u jintensifika l-isforzi diplomatiċi għal riżoluzzjoni paċifika u sostenibbli ta' dawn il-kunflitti mtawla għaddejjin bħalissa, kif ukoll il-kunflitt fir-reġjun ta' Nagorno-Karabakh u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-integrità territorjali, tan-nuqqas ta' użu tal-forza, u tad-drittijiet ugwali u tal-awtodeterminazzjoni tal-popli fil-post; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali timplimenta bis-sħiħ il-politika tan-nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea; iżid attivament il-pressjoni fuq ir-Russja, inkwantu membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, bl-għan li tinstab riżoluzzjoni tal-kunflitt fl-Ukrajna skont il-ftehimiet ta' Minsk, kif ukoll l-okkupazzjoni tar-reġjuni Ġeorġjani tal-Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar; isib bilanċ ġeopolitiku li jirrifjuta kull aspirazzjoni għal sferi esklużivi ta' influwenza; |
|
(b) |
li jinżamm appoġġ sħiħ għall-isforzi li saru min-NU biex tiġi ffaċilitata soluzzjoni komprensiva li ttemm id-diviżjoni ta’ Ċipru, u jenfasizza li soluzzjoni għall-problema ta’ Ċipru se jkollha impatt pożittiv fuq ir-reġjun kollu u fuq iċ-Ċiprijotti Griegi kif ukoll iċ-Ċiprijotti Torok; iħeġġeġ lill-Kunsill biex juża r-riżorsi kollha tiegħu biex jappoġġa bis-sħiħ il-konklużjoni b’suċċess tal-proċess ta’ riunifikazzjoni u biex jappoġġa r-rwol tan-NU; |
|
(c) |
li jkun hemm appoġġ għall-isforzi mmexxija min-NU biex tkun żgurata soluzzjoni għall-kwistjoni dwar l-isem tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja permezz ta’ ftehim bejn Skopje u Ateni; |
|
(d) |
iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tan-NU jagħmlu disponibbli r-riżorsi finanzjarji u umani kollha meħtieġa biex jgħinu lill-popolazzjonijiet lokali f'kunflitti armati u lir-refuġjati, u biex iħeġġu lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji li saru lin-NU; |
|
(e) |
jirrispetta l-ftehim nukleari bejn l-Iran u membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kif ukoll il-Ġermanja bħala suċċess importanti fid-diplomazija internazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari, u biex ikompli jpoġġi pressjoni fuq l-Istati Uniti biex imexxu 'l quddiem l-implimentazzjoni prattika; |
|
(f) |
juża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu biex itejjeb il-konformità mill-atturi Statali u mhux Statali mad-dritt umanitarju internazzjonali (IHL); jappoġġa l-isforzi mmexxija mill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar biex jitwaqqaf mekkaniżmu effikaċi għat-tisħiħ tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali; |
|
(g) |
jagħmel pressjoni għal aktar impenji multilaterali b'saħħithom biex jinstabu soluzzjonijiet politiċi u paċifiċi sostenibbli fit-tul għall-kunflitti attwali fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq, b'mod partikolari fis-Sirja, l-Iraq, il-Jemen u l-Libja; u jintensifika l-isforzi diplomatiċi biex jiġu solvuti kunflitti ffriżati madwar id-dinja; ikompli jappoġġa l-ħidma l-azzjonijiet u l-inizjattivi tar-rappreżentanti speċjali tan-NU, immirati biex isibu soluzzjoni għal dawn il-kunflitti; jappella għal għajnuna umanitarja, finanzjarja u politika kontinwa min-naħa tal-komunità internazzjonali biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja, u jaħdem favur il-waqfien immedjat tal-vjolenza; jevita kwalunkwe ksur tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali u d-Dritt dwar id-Drittijiet tal-Bniedem Internazzjonali, inkluż l-immirar dirett tal-infrastruttura ċivili u l-popolazzjoni ċivili u jikkundanna bil-qawwa dan il-ksur fis-Sirja; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tan-NU jagħmlu disponibbli r-riżorsi finanzjarji u umani kollha neċessarji biex jgħinu lill-popolazzjoni fiż-żoni ta' kunflitt; jappoġġa l-isforzi magħmula min-NU biex tinstab soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt fis-Sirja u fl-Iraq u biex ikompli jappoġġa r-rwol tal-UE fil-qasam umanitarju u l-inizjattiva reġjonali tal-UE; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tagħmel kull ma tista' sabiex tikkundanna bil-qawwa lil dawk responsabbli għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju li twettqu matul il-kunflitt Sirjan, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, il-qrati internazzjonali jew it-tribunali ad hoc; jappoġġa l-inizjattiva għal pjan ta' paċi tan-NU fil-Jemen u jindirizza l-kriżi umanitarja li għaddejja bħala kwistjoni ta' urġenza; jappella lill-partijiet kollha jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet taċ-ċittadini Jemeniti kollha, u jenfasizza l-importanza li titjieb is-sigurtà ta' dawk kollha li jaħdmu f'missjonijiet ta' paċi u umanitarji fil-pajjiż; jinkoraġġixxi politika ta' avviċinament bejn l-Iran u l-Arabja Sawdija bħala essenzjali biex jittaffew it-tensjonijiet reġjonali u biex titwitta t-triq lejn ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt fil-Jemen u fi bnadi oħrajn; Ikompli jħeġġeġ dan it-tip ta' azzjonijiet sabiex jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tat-terroriżmu u l-estremiżmu li huma ta' theddida għas-sigurtà internazzjonali u għall-istabilità reġjonali; jitlob appoġġ aktar b'saħħtu għall-gvern appoġġat min-NU fil-Libja u jaqdi rwol ċentrali fl-istabbilizzazzjoni tal-Libja u l-preservazzjoni tal-għaqda u l-integrità territorjali tiegħu taħt il-qafas tal-Ftehim Politiku Libjan (LPA); itenni l-ħtieġa urġenti biex jingħaqdu flimkien il-forzi armati kollha taħt il-kontroll tal-awtoritajiet ċivili leġittimi kif imniżżel fl-LPA; iġġedded l-appoġġ għall-isforzi tal-Koordinatur Speċjali għall-Proċess ta' Paċi tal-Lvant Nofsani tan-NU u tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU (SĠNU) għas-Saħara tal-Punent biex jiġu riżolti dawn il-kunflitti fit-tul; jitlob l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Lvant Nofsani; |
|
(h) |
jappoġġa t-taħditiet bejn il-partijiet Sirjani li huma ggwidati mir-riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jenfasizza li l-partijiet jenħtieġ li jimmiraw għal ftehim qafas li fih pakkett politiku biex proċess politiku ta' tranżizzjoni negozjata jista' jiġi implimentat skont is-sekwenzjar ċar u l-iskedi ta' żmien stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 2254 (2015); jenfasizza li biex jinkiseb dan l-għan, tfaċċat aġenda ċara li tikkonsisti minn erba' gruppi; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-ġlied kontinwu fis-Sirja qed idgħajjef ir-reġim tal-waqfien mill-ġlied li daħal fis-seħħ fit-30 ta' Diċembru 2016, b'konsegwenzi negattivi sinifikanti għas-sikurezza tal-popolazzjoni ċivili Sirjana, l-aċċess umanitarju u l-momentum tal-proċess politiku; jappoġġa t-talba tal-Mibgħut Speċjali tal-SĠNU għas-Sirja dwar l-Istati garanti tal-waqfien mill-ġlied fis-Sirja biex isiru sforzi urġenti biex jiġi difiż ir-reġim tal-waqfien mill-ġlied; |
|
(i) |
jaġixxi fuq sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar is-Saħara tal-Punent; |
|
(j) |
jaċċerta li l-Assemblea Ġenerali tan-NU tforni, b'kooperazzjoni mal-UE u mal-Istati Uniti, l-istrumenti kollha biex jiġi żgurat li soluzzjoni ta' żewġ Stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, li tipprevedi lil Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ Stati, u Stat ta' Iżrael sikur bi fruntieri sikuri u rikonoxxuti, u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u fattibbli, li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, tkun waħda sostenibbli u effikaċi; |
|
(k) |
isejjaħ għal appoġġ aktar b'saħħtu u għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Iraq u l-ħtieġa li ssir ħidma lejn soċjetà aktar inklużiva u r-riintegrazzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi kollha li ġew spustati, inkluż fit-Tramuntana tal-Iraq u wara t-tmiem tal-operazzjoni militari fi u madwar Mosul fejn għandha tinstab soluzzjoni paċifika u inklużiva ta' wara l-kunflitt; itenni l-importanza kritika ta' protezzjoni sostnuta tal-persuni ċivili u r-rispett tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali fl-implimentazzjoni ta' strateġiji militari fl-Iraq; |
|
(l) |
ikompli jindirizza t-theddid serju għas-sigurtà fis-Saħel, is-Saħara u l-Lag taċ-Ċad, il-Lagi l-Kbar u r-reġjuni tal-Qarn tal-Afrika, bil-għan li tiġi eliminata t-theddida terroristika mill-ISIL/Daesh u l-affiljati al-Qaeda, kif ukoll minn Boko Haram jew gruppi terroristiċi affiljati oħra; |
|
(m) |
jaħdem flimkien mal-komunità internazzjonali kollha biex tinstab soluzzjoni għat-theddid tal-kriżijiet umanitarji u tas-sigurtà fil-kontinent Afrikan, b'mod partikolari fis-Somalja, is-Sudan t'Isfel, is-Sudan, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Mali, in-Niġerja, il-Burundi u ż-Żona tal-Lagi l-Kbar b'mod ġenerali; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tan-NU jintensifikaw is-sostenn biex iżidu r-rwol u l-kapaċitajiet proprji tal-Unjoni Afrikana fil-medjazzjoni u fil-ġestjoni tal-kriżijiet, filwaqt li jfittxu li jkun hemm komplementarjetà mal-isforzi tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għall-Bini tal-Paċi tan-NU; jiżgura l-adattament rapidu tal-MONUSCO f'konformità mal-mandat ġdid tagħha u, b'mod partikolari, l-implementazzjoni tal-Ftehim tal-31 ta' Diċembru 2016; |
|
(n) |
jistieden lill-komunità internazzjonali tgħaqqad l-isforzi sabiex tiġġestixxi l-kriżi politika attwali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u biex jiġi evitat il-kollass tal-istat fil-pajjiż; |
|
(o) |
jenfasizza l-importanza ta' aktar investiment fil-prevenzjoni ta' konflitti, filwaqt li jitqiesu fatturi bħalma huma r-radikalizzazzjoni politika jew reliġjuża, vjolenza relatata mal-elezzjonijiet, l-ispostamenti tal-popolazzjoni jew it-tibdil fil-klima; |
|
(p) |
jiġbed l-attenzjoni tal-membri tan-NU, u b'mod partikolari tal-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lejn iż-żieda fit-tensjonijiet bejn xi pajjiżi fil-Balkani tal-Punent; iħeġġeġ lill-mexxejja tagħhom juru trażżin fil-politiki reġjonali tagħhom u biex l-UE u n-NU jibqgħu totalment involuti fit-tiftix ta' soluzzjonijiet dejjiema għad-differenzi bilaterali, inkluż billi jaġixxu bħala medjaturi meta meħtieġ; jikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja fil-Balkani tal-Punent li qed jheddu li jiddestabilizzaw l-proċess fraġli ta' riforma fil-pajjiżi tar-reġjun u jimminaw l-ambizzjonijiet tagħhom lejn l-UE u n-NATO; |
|
(q) |
ikompli jħeġġeġ l-isforzi tan-NU biex iġġib il-paċi fl-Afganistan u tegħleb l-ambjent ta' sigurtà fraġli fil-pajjiż; |
|
(r) |
jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet tat-tmexxija tal-Korea ta' Fuq li huma ta' theddida għall-paċi u s-sigurtà fil-peniżola Koreana u lil hinn minnha; jinkoraġġixxi liċ-Ċina, bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex tagħmel pressjoni ulterjuri fuq ir-reġim tal-Korea ta' Fuq biex jitnaqqsu l-azzjonijiet aggressivi tagħha li jheddu s-sigurtà reġjonali u internazzjonali; ifassal u jimplimenta reazzjoni b'saħħitha, appoġġata minn kunsens internazzjonali b'saħħtu u wiesa', sabiex jiddiswadi r-reġim tal-Korea ta' Fuq milli jkompli jiżviluppa kapaċitajiet nukleari ostili u li jwettaq qtil extraterritorjali, attakki u ħtif ta' persuni; |
|
(s) |
iħeġġeġ lill-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jiddiskutu t-tensjonijiet fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar bl-għan li l-partijiet kollha kkonċernati jingħaqdu flimkien biex jiffinalizzaw in-negozjar ta' kodiċi ta' kondotta; |
|
(t) |
jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tar-Riżoluzzjoni 2307 (2016) u jfaħħar lill-gvern u lill-poplu Kolombjan għar-rieda tagħhom għall-paċi; |
|
(u) |
iżid b'mod sinifikanti s-sostenn min-naħa tal-Istati Membri favur l-operazzjonijiet ta' żamma u ta' konsolidament tal-paċi tan-NU li jinkludu komponent marbut mad-drittijiet tal-bniedem u strateġiji ta' ħruġ ċari, partikolarment billi jikkontribwixxu b'persunal u b'tagħmir, u jsaħħaħ l-UE bħala faċilitatur f'dan ir-rigward; jiżgura viżibilità ikbar għal dan l-appoġġ u l-kontribut; jiżviluppa ulterjorment il-proċeduri għall-użu tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni tal-UE bħala sostenn għall-operazzjonijiet tan-NU filwaqt li tingħata biżżejjed attenzjoni lid-diversi dimensjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet kumplessi, bħad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u l-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni tal-massa; jappoġġa r-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtá tan-NU tal-użu tiegħu tas-setgħa ta' veto f'każijiet fejn ikun hemm evidenza ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; |
|
(v) |
jappoġġa l-SĠNU fl-isforzi tiegħu biex iżid l-involviment tan-NU fin-negozjati għall-paċi; |
|
(w) |
jappoġġa l-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà; jappella għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali u sħiħa tan-nisa bħala aġenti attivi; jippromwovu l-involviment attiv tan-nisa fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti kif ukoll fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti; ifakkar li l-vjolenza sesswali bħalma huma l-istupru tintuża bħala tattika ta' gwerra u tikkostitwixxi delitt tal-gwerra; jiżgura għajnuna medika sikura għal każijiet ta' stupru waqt gwerra; jappella għal tisħiħ tal-protezzjoni tan-nisa u l-bniet f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt speċjalment fir-rigward tal-vjolenza sesswali, isostni u jsaħħaħ l-isforzi internazzjonali, bis-saħħa tan-NU, sabiex jieqaf l-użu tat-tfal fil-kunflitti armati u biex tiġi żgurata l-analiżi tal-ġeneru kif ukoll l-integrazzjoni tal-ġeneru u tad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha tan-NU; jitlob għall-iżvilupp ta' indikaturi biex jitkejjel il-progress dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-bini tal-paċi u tas-sigurtà; |
|
(x) |
jindirizza b'mod urġenti l-aspetti kollha tar-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-15 ta' Mejju 2015 dwar l-Infurzar u l-Isforzi ta' Għajnuna għal Rimedju għal Sfruttament u Abbuż Sesswali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Persunal Relatat f'Operazzjonijiet ta' Żamma ta' Paċi mingħajr dewmien, u jistabbilixxi mekkaniżmi ta' responsabilità u sorveljanza trasparenti u li jiffunzjonaw rigward l-allegati abbużi; jappella għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sentenzjar mingħajr dewmien ta' kwalunkwe persunal militari u ċivili li jwettqu atti ta' vjolenza sesswali; |
|
(y) |
ikompli jsaħħaħ ir-rwol tal-R2P bħala prinċipju importanti għall-ħidma tal-Istati Membri tan-NU dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp; ikompli jappoġġa l-isforzi għal aktar operazzjonalizzazzjoni tal-R2P u jappoġġa lin-NU biex tkompli twettaq rwol kritiku ħalli tgħin lill-pajjiżi fl-implimentazzjoni tal-R2P sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali; jippromwovi definizzjoni wiesgħa tal-kunċett ta' sigurtà umana u l-prinċipju tal-R2P; |
|
(z) |
jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tan-NU jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-projbizzjoni tal-użu, il-ħażna, il-produzzjoni u t-trasferiment ta' mini kontra l-persunal u dwar il-qerda tagħhom; |
|
(aa) |
jimpenja ruħu f'dibattitu pubbliku u komprensiv mal-membri kollha tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-importanza tar-rispett tal-limiti kostituzzjonali tal-mandati presidenzjali fid-dinja kollha; |
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu
|
(ab) |
itenni l-kundanna inekwivokabbli tiegħu għat-terroriżmu u l-appoġġ sħiħ tiegħu favur azzjonijiet immirati biex jegħlbu u jeqirdu organizzazzjonijiet terroristiċi, b'mod partikolari l-hekk imsejjaħ ISIL/Daesh, li jirrappreżenta theddida ċara għas-sigurtà reġjonali u internazzjonali; jinsisti li l-miżuri kollha meħuda fil-ġlieda kontra t-terroriżmu għandhom ikunu għalkollox f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
(ac) |
jappoġġa lin-NU biex tagħmel il-ġlieda kontra t-terroriżmu element ewlieni tal-aġenda ta' prevenzjoni tagħha skont l-impenn tal-UE, b'miżuri preventivi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti; isaħħaħ l-isforzi konġunti tal-UE-NU fil-ġlieda kontra l-kawżi bażiċi ta' vjolenza estrema u t-terroriżmu, partikolarment billi jiġi miġġieled it-theddid ibridu u jiġu żviluppati riċerka u bini ta' kapaċità fil-qasam taċ-ċiberdifiża; jippromwovi l-edukazzjoni bħala għodda għall-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti u jibbaża ruħu fuq inizjattivi ta' bini tal-paċi eżistenti mwaqqfa minn atturi lokali biex ifasslu, jimplimentaw, u jiżviluppaw approċċi biex jiġġieldu r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ terroristiku, filwaqt li tiġi promossa azzjoni internazzjonali biex dawk responsabbli mill-vjolenza jitressqu quddiem il-ġustizzja; jappoġġa kontribut akbar tal-UE fl-inizjattivi tal-bini tal-kapaċità tan-NU fil-ġlieda kontra l-ġellieda barranin u kontra l-estremiżmu vjolenti; |
|
(ad) |
jintensifika l-isforzi intiżi biex jipprevjenu r-reklutaġġ u jiġġieldu l-propaganda terroristika li ssir mhux biss permezz tal-pjattaformi tal-midja soċjali, iżda anke permezz ta' netwerks ta' predikaturi tal-mibegħda radikalizzati; jappoġġa azzjonijiet għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunitajiet fil-mira ta' propaganda estremista u vulnerabbli għar-radikalizzazzjoni, inkluż billi jiġu indirizzati kawżi ekonomiċi, soċjali, kulturali u politiċi li jwasslu għal dan; jappoġġa politiki ta' kontroradikalizzazzjoni u deradikalizzazzjoni b'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni tal-Estremiżmu Vjolenti; ifakkar li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għall-istat tad-dritt huma elementi essenzjali fil-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
|
(ae) |
jaħdem mal-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u jibni mekkaniżmi biex jidentifikaw l-individwi u l-organizzazzjonijiet terroristiċi u jsaħħu l-mekkaniżmi tal-iffriżar tal-assi fid-dinja kollha, u fl-istess ħin jiddefendu l-istandards internazzjonali fil-qasam tal-proċess ġust u tal-istat tad-dritt; |
|
(af) |
isaħħaħ l-effikaċja tal-pulizija internazzjonali, il-kooperazzjoni legali u ġudizzjarja fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati transnazzjonali; jilqa' f'dan ir-rigward ir-riżoluzzjoni 2322 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u jenfasizza l-ħtieġa li jitħaffu l-proċessi ta' kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali, biex jissaħħu l-mekkaniżmi eżistenti ta' kooperazzjoni tal-pulizija internazzjonali u jiġi aġġornat in-netwerk ta' kuntatti bejn l-awtoritajiet ċentrali u l-awtoritajiet ġudizzjarji; |
In-nonproliferazzjoni u d-diżarm
|
(ag) |
jappoġġa l-isforzi tan-NU biex tipprevjeni lill-atturi mhux statali u l-gruppi terroristiċi milli jiżviluppaw, jimmanifatturaw, jakkwistaw jew jittrasferixxu armi ta' qerda massiva u s-sistemi ta' twassil tagħhom; jinsisti fuq konformità sħiħa mat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u b'mod attiv jieħu passi lejn id-diżarm globali; |
|
(ah) |
jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha tan-NU jiffirmaw u jirratifikaw it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi; |
|
(ai) |
jaħdem favur azzjoni aktar effikaċi kontra d-devjazzjoni u l-kummerċ illeċitu ta' armi u munizzjon, inklużi armi ħfief u ta' kalibru żgħir, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' sistema ta' rintraċċar tal-armi; jitlob lill-Membri tal-UN biex b'mod attiv jieħdu passi lejn id-diżarm globali; |
|
(aj) |
jagħti attenzjoni speċjali lill-progress teknoloġiku fil-qasam tal-armamenti fir-robotika u b'mod partikolari, lir-robots u d-drones armati u l-konformità tagħhom mad-dritt internazzjonali; jistabbilixxi qafas ġuridiku dwar drones u robots armati f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali eżistenti biex jiġi evitat li din it-teknoloġija tintuża b'mod mhux korrett f'attivitajiet illegali minn atturi statali u dawk mhux statali; |
Il-migrazzjoni
|
(ak) |
jappella għat-tisħiħ tar-rispons globali lejn il-migrazzjoni, abbażi tal-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU biex jiġu indirizzati movimenti kbar ta' refuġjati u migranti tad-19 ta' Settembru 2016 li saret b'suċċess, u billi jiġu indirizzati l-isfidi u t-tħassib dwar is-sigurtà li jirriżultaw minn aspetti ta' migrazzjoni illegali, bħad-dħul klandestin ta' persuni u t-traffikar ta' bnedmin, u biex isiru sforzi biex jinħolqu għażliet legali għall-migrazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' impenn effikaċi u urġenti biex jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tal-kriżi umanitarja u l-flussi ta' migrazzjoni u refuġjati mingħajr preċedent; |
|
(al) |
jippromwovi sostenn akbar għall-ħidma tal-UNHCR fl-implimentazzjoni tal-mandat internazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tar-refuġjati inklużi gruppi vulnerabbli bħan-nisa, it-tfal, u persuni b'diżabilità; jenfasizza d-distakk wiesa' ta' finanzjament bejn il-ħtiġijiet baġitarji tal-UNHCR u l-fondi riċevuti u jitlob solidarjetà globali akbar; jitlob li jiżdied il-baġit ordinarju tan-NU biex jiġu ffinanzjati l-funzjonijiet prinċipali tal-UNHCR bil-għan li jiġi salvagwardjat il-funzjonament tiegħu; jappella għal impenn politiku, il-finanzjament u atti konkreti ta' solidarjetà b'appoġġ tad-Dikjarazzjoni ta' New York għar-refuġjati u l-migranti; |
|
(am) |
jappoġġa u jipproteġi d-drittijiet tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI); jappella biex tiġi revokata l-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri tan-NU li tikkriminalizza n-nies fuq bażi ta' sess jew minħabba l-identità tal-ġeneru tagħhom, u jippromwovi azzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra l-persekuzzjoni ta' mibegħda omofobika u transfobika; |
|
(an) |
jippromwovi u jirrispetta l-prinċipji ta' opinjoni u ta' espressjoni, kif jissemmgħu fl-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jisħaq fuq l-importanza tal-istampa ħielsa f'soċjetà sana u r-rwol ta' kull ċittadin fiha; |
|
(ao) |
jappella għat-tisħiħ tas-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal u jappoġġa miżuri konkreti fl-aħjar interessi tat-tfal refuġjati u migranti, abbażi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; |
|
(ap) |
jitlob li jsiru sforzi akbar biex tiġi evitata l-migrazzjoni irregolari u jiġi miġġieled id-dħul klandestin ta' persuni u t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikolari billi jiġu miġġielda n-netwerks kriminali permezz ta' kondiviżjoni f'waqtha u effettiva ta' intelligence rilevanti; itejjeb il-metodi għall-identifikazzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi u jsaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi bil-għan li jiġi rintraċċat, sekwestrat u rkuprat ir-rikavat tal-attivitajiet kriminali f'dan is-settur; jinsisti fuq l-importanza fil-livell tan-NU tar-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokoll dwar id-Dħul Klandestin ta' Migranti fuq l-Art, bil-Baħar u bl-Ajru u l-Protokoll għall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Kkastigar tat-Traffikar ta' Persuni, speċjalment ta' Nisa u Tfal; |
Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt
|
(aq) |
iħeġġeġ lill-istati kollha, inklużi l-Istati Membri tal-UE, jirratifikaw malajr il-Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li jistabbilixxi mekkaniżmi ta' lment u inkjesta; |
|
(ar) |
jappella lill-istati kollha, b'mod partikolari lill-Istati Membri tal-UE, biex jieħdu sehem b'mod attiv fin-negozjati fl-UNHCR f'Ġinevra għal Trattat internazzjonali vinkolanti dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem; |
|
(as) |
jenfasizza b'mod ċar u bis-saħħa li d-drittijiet tal-bniedem kollha miftiehma fl-ambitu tal-konvenzjonijiet tan-NU huma universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati u li r-rispett ta' dawn id-drittijiet irid jiġi infurzat; jitlob għal protezzjoni akbar tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'kull dimensjoni tal-espressjoni tagħhom, inkluż fil-kuntest ta' teknoloġiji ġodda; ikompli jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jiffirmaw, jirratifikaw u jimplimentaw id-diversi konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u biex jikkonformaw mal-obbligi ta' rappurtar taħt dawn l-istrumenti; jappella għad-difiża tal-libertajiet ta' opinjoni u ta' espressjoni; jenfasizza l-importanza tal-istampa ħielsa; |
|
(at) |
jappella lill-Istati Membri kollha tan-NU jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-forom kontemporanji ta' razziżmu, diskriminazzjoni razzjali, ksenofobija u intolleranza relatata; jippromwovu, isaħħaħ u jintegra attivitajiet li jappoġġaw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; isejjaħ għal aktar responsabilizzazzjoni għan-nisa u l-bniet, it-tisħiħ tat-tmexxija u l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha ta' teħid ta' deċiżjonijiet, inkluża attenzjoni speċjali għall-inklużjoni tan-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi; jitlob l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet u, barra minn hekk, billi titqies ukoll id-diskriminazzjoni abbażi tal-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru; jippromwovi d-drittijiet tat-tfal, u b'mod partikolari jiżgura l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni u għar-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni fi gruppi armati, u l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal, it-tortura, il-kwistjoni tat-tfal li għandhom is-seħer, it-traffikar, iż-żwieġ tat-tfal u l-isfruttament sesswali; jippromwovi b'mod attiv l-appoġġ ta' azzjonijiet ulterjuri kontra l-ksur tad-drittijiet ta' persuni LGBTI; jappoġġa l-monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTI f'pajjiżi b'liġijiet kontra l-LGBTI; |
|
(au) |
ikompli jiddefendi l-libertà ta' reliġjon jew twemmin; iħeġġeġ li jsiru sforzi akbar biex jitħarsu d-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi u oħrajn; jitlob protezzjoni akbar tal-minoranzi reliġjużi u etniċi kontra l-persekuzzjonijiet u l-vjolenza; jappella għar-revoka tal-liġijiet li jikkriminalizzaw id-dagħa jew l-apostasija li jintużaw bħala pretest għall-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi u ta' dawk li ma jemmnux; isostni l-ħidma tar-Rapporteur Speċjali għal-libertà ta' reliġjon jew twemmin; jaħdem b'mod attiv għar-rikonoxximent min-naħa tan-NU tal-ġenoċidju kontra l-minoranzi reliġjużi, etniċi u minoranzi oħra mill-hekk imsejjaħ ISIL/Daesh, kif ukoll biex il-każijiet ta' delitti suspettati kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u l-ġenoċidju jiġu riferuti lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); jappoġġa l-ħidma tan-NU kontra t-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti oħra, eżekuzzjonijiet tal-massa, u eżekuzzjonijiet inkluż għal reati marbuta mad-drogi; |
|
(av) |
itenni l-kundanna inekwivoka tiegħu ta' kull att ta' vjolenza, fastidju, intimidazzjoni jew persekuzzjoni kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-informaturi, il-ġurnalisti jew il-bloggers; jappoġġa l-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali għas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-sikurezza tal-ġurnalisti; |
|
(aw) |
ifakkar fl-obbligu tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, meta teleġġi l-membri tal-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC), li tqis ir-rispett tal-kandidati lejn il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija; jappella għall-istabbiliment ta' kriterji ċari bbażati fuq ir-riżultati fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għal sħubija fl-UNHRC; |
|
(ax) |
isaħħaħ ir-rwol tal-QKI u s-sistema tal-ġustizzja kriminali internazzjonali sabiex tiġi promossa r-responsabilità u tintemm l-impunità; jistieden lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jaderixxu mal-Qorti billi jirratifikaw l-Istatut ta' Ruma u jinkoraġġixxi r-ratifika tal-emendi ta' Kampala; jipprovdu lill-QKI b'appoġġ diplomatiku, politiku u finanzjarju; |
|
(ay) |
ifakkar fil-pożizzjoni tal-UE ta' tolleranza żero għall-piena tal-mewt; iżomm impenn b'saħħtu fil-promozzjoni biex tintemm il-piena tal-mewt fid-dinja kollha; jappella għal moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt u biex ikompli jaħdem favur l-abolizzjoni universali tagħha; iniedi inizjattiva biex jippromwovi qafas internazzjonali tal-ġlieda kontra għodda tat-tortura u l-piena kapitali abbażi tal-esperjenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar din il-kwistjoni; |
|
(az) |
jagħti spinta għal involviment aktar b'saħħtu fil-promozzjoni tal-istat tad-dritt, b'mod trasversali, li jgħaqqad it-tliet pilastri tan-NU: il-paċi u s-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp; jikkoopera mal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem biex iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex jeħilsu lill-priġunieri politiċi kollha u jirrispettaw is-separazzjoni tal-poteri; |
|
(ba) |
jagħti appoġġ lill-isforzi tan-NU biex idaħħlu fis-seħħ qafas internazzjonali dwar l-isport u d-drittijiet tal-bniedem, li jiffaċilita l-prevenzjoni, il-monitoraġġ u l-għoti ta' rimedji għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem marbuta ma' avvenimenti sportivi kbar; |
|
(bb) |
ikompli jappoġġa x-xogħol tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar it-titjib tal-obbligu ta' rendikont u l-aċċess għal rimedju għal vittmi ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju bl-għan li jagħti kontribut lil sistema ġusta u aktar effikaċi tar-rimedji fid-dritt nazzjonali, partikolarment f'każi ta' abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem fis-settur tan-negozju; jistieden lill-gvernijiet kollha jaqdu dmirijiethom biex jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi li jħabbtu wiċċhom ma' sfidi prattiċi u ġuridiċi biex jiksbu aċċess għar-rimedji fil-livelli nazzjonali u internazzjonali, fir-rigward ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju; |
L-iżvilupp
|
(bc) |
jissottolinja r-rwol ewlieni tal-UE fil-proċess li wassal għall-adozzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (Aġenda 2030) u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha mill-Assemblea Ġenerali tan-NU f'Settembru 2015; jieħu passi konkreti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Aġenda 2030 u tas-17-il SDG bħala strumenti importanti għall-prevenzjoni u l-iżvilupp sostenibbli; iħabbrek għat-titjib tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri u jinkoraġġixxi u jsostni lill-pajjiżi biex jieħdu s-sjieda u jistabbilixxu oqfsa nazzjonali biex jintlaħqu s-17-il SDG; iħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU jonoraw l-impenji tagħhom dwar l-għajnuna għall-iżvilupp u jappella għall-adozzjoni ta' qafas sod ta' indikaturi u l-użu ta' data statistika biex jiġi mmonitorjat il-progress u tiġi żgurata r-responsabilità għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiġi monitorjat il-progress u tiġi żgurata r-responsabilità; jisħaq fuq il-fatt li, minbarra l-PDG, huwa neċessarju wkoll li ssir enfasi fuq indikaturi oħrajn sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni reali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod aktar preċiż u tittieħed azzjoni effikaċi biex jiġi miġġieled il-faqar u jingħata appoġġ lill-iżvilupp sostenibbli speċjalment fil-każijiet tal-pajjiżi bi dħul medju; jappella għal inizjattivi fl-UE kollha għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing u l-Programm ta' Azzjoni tal-ICPD u l-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp Sostenibbli; |
|
(bd) |
ikompli fl-isforzi tiegħu biex jikseb koerenza politika għall-iżvilupp fil-politiki kollha tal-UE, li hija kruċjali biex jinkisbu l-SDGs, u jisħaq ukoll fuq il-livell tan-NU għal koerenza tal-politika akbar skont l-Għan 17.14; jagħti sostenn lill-isforz tan-NU għat-tsiħiħ tal-isforzi tagħha biex tipprovdi appoġġ integrat u kkoordinat għall-politika għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u bħala konsegwenza tippromwovi sistema ta' Żvilupp tan-NU li taħdem b'mod aktar integrat, b'ħidma msaħħa fost l-aġenziji u l-implimentazzjoni konġunta ta' proġetti, b'mod partikolari t-tisħiħ tar-rabta bejn l-iżvilupp u s-sigurtà; jappella lin-NU sabiex tintegra b'mod sistematiku l-bini tal-kapaċitajiet u tal-governanza tajba fl-istrateġiji tal-iżvilupp fit-tul sabiex teqred il-faqar u l-ġuħ, tipprevjeni l-kunflitti u tibni reżiljenza b'mod effettiv biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli ekoloġikament, ekonomikament u soċjalment, biex tiġġieled kontra l-inugwaljanzi soċjali u biex tipprovdi assistenza umanitarja lill-popolazzjonijiet; jenfasizza li aċċess għal provvista tal-ilma sikura, affidabbli u affordabbli u servizzi ta' sanità adegwati jtejjeb l-istandards tal-għajxien, jespandi l-ekonomiji lokali u jippromwovi l-ħolqien ta' aktar impjiegi dinjitużi; |
|
(be) |
jinsisti li l-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-iżvilupp sostenibbli jenħtieġ li jsir l-korp deċiżjonali ewlieni kompetenti għall-garanzija ta' segwitu u rieżami koerenti, effiċjenti u inklużiv tal-implimentazzjoni tal-SDGs; jirrikoxxi r-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi lokali fl-implimentazzjoni b'suċċess tal-Aġenda 2030 u fil-kisba tal-SDGs; jirrikonoxxi r-rwol strumentali u l-impatt tal-SDGs fuq il-paċi u s-sigurtà internazzjonali; |
It-tibdil fil-klima
|
(bf) |
jiżgura li l-UE tibqa' fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u tkompli tikkoopera ulterjorment man-NU f'dan il-qasam; jappella lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jirrispettaw il-Ftehim ta' Pariġi u jiżguraw l-implimentazzjoni rapida tad-deċiżjonijiet meħuda waqt il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2015; |
|
(bg) |
jaħdem mill-qrib ma' stati gżejjer żgħar u pajjiżi oħra li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi l-aktar serji tat-tibdil fil-klima biex jiġi żgurat li l-vuċi tagħhom u l-ħtiġijiet tagħhom jiġu kkunsidrati f'fora differenti tan-NU; |
L-UE u r-riforma tas-sistema tan-NU
|
(bh) |
jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom aktar mill-qrib fl-organi u fil-korpi tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u biex ikomplu jimpenjaw ruħhom biex issaħħu l-istatus ta' osservatur tal-UE f'ċerti sub-organizzazzjonijiet tan-NU; issaħħaħ il-komunikazzjoni u jiżgura li l-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fil-livell tal-UE huma dejjem aktar ikkoordinati; jistinka għal konverġenza tal-pożizzjonijiet ma' pajjiżi kandidati, pajjiżi sħab u stati oħra tal-istess fehma; |
|
(bi) |
jaħdem favur it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fiskali internazzjonali, billi jagħti appoġġ għall-ħolqien ta' korp fiskali internazzjonali fi ħdan is-sistema tan-NU; jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil ta' flus bis-saħħa ta' skambju awtomatiku ta' informazzjoni fuq skala dinjija dwar kwisjonijiet relatati mat-taxxa u tal-ħolqien ta' lista sewda globali komuni tar-rifuġji fiskali; |
|
(bj) |
jappoġġa b'mod attiv riforma komprensiva tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fuq il-bażi ta' kunsens wiesa', bl-għan li r-realtà dinjija l-ġdida tkun riflessa aħjar u biex jintlaħqu b'mod aktar effikaċi l-isfidi attwali u futuri fil-qasam tas-sigurtà; jappoġġa l-għan fit-tul li l-UE jkollha siġġu f'Kunsill tas-Sigurtà tan-NU riformat; iħeġġeġ lill-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jastjenu milli jirrikorru għad-dritt ta' veto tagħhom f'każijiet li fihom ikunu qegħdin jiġu kommessi delitti kontra l-umanità; jippromwovi r-rivitalizzazzjoni tal-ħidma tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, u l-koordinament u l-koerenza mtejba tal-azzjoni tal-istituzzjonijiet kollha tan-NU, biex b'hekk tissaħħaħ l-effiċjenza, l-effikaċja, il-leġittimità, it-trasparenza, ir-responsabilità, il-kapaċità u r-rappreżentattività tas-sistema sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu għal sfidi globali b'iktar ħeffa; |
|
(bk) |
jappoġġa bis-sħiħ l-aġenda ta' riforma tas-SĠNU li għadu kif ġie elett; jinkoraġġixxi l-impetu għal riforma tal-istruttura tan-NU għall-paċi u s-sigurtà, il-funzjonament u l-istruttura tas-Segretarjat permezz ta' simplifikazzjoni, deċentralizzazzjoni u l-flessibilità u l-integrazzjoni fl-organizzazzjoni finanzjarja; jistabbilixxi sistema effiċjenti ta' protezzjoni tal-informaturi tan-NU; |
|
(bl) |
jappoġġa b'mod attiv l-isforzi tas-SĠNU biex jaħtar aktar nisa f'pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri fil-livell tal-HQ tan-NU; |
|
(bm) |
jippromwovi dibattitu dwar is-suġġett tar-rwol tal-parlamenti u l-assemblej reġjonali fis-sistema tan-NU kif ukoll dwar is-suġġett tal-istabbiliment ta' Assemblea Parlamentari tan-Nazzjonijiet Uniti bl-għan li jiżdied il-profil demokratiku fil-proċess demokratiku intern tal-organizzazzjoni u biex is-soċjetà ċivili globali tkun tista' tkun assoċjata direttament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0089.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0201.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0317.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0051.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0422.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju 2017
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/188 |
P8_TA(2017)0293
Konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali (interpretazzjoni tal-Artikoli 5(5) u 210a tar-Regoli ta' Proċedura)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali (interpretazzjoni tal-Artikoli 5(5) u 210a tar-Regoli ta' Proċedura) (2017/2095(REG))
(2018/C 334/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-ittri tat-23 ta' Ġunju 2017 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 5(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:
“L-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali hija suġġetta għar-regoli stipulati fil- ftehimiet interistituzzjonali konklużi mill-Parlament rigward it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali (1a) u għar-regoli interni għall-implimentazzjoni tagħhom adottati mill-korpi kompetenti tal-Parlament (1b). (1a) Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess tal-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1).Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47). Ftehim Interistituzzjonali tat-12 ta' Marzu 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-trasmissjoni lil u t-trattament mill-Parlament Ewropew ta' informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjonijiet apparti dawk fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (ĠU C 95, 1.4.2014, p. 1). " (1b) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2002 dwar l-implimentazzjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali li tirregola l-aċċess tal-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (ĠU C 298, 30.11.2002, p. 4).Deċiżjoni tal-Bureau tal-15 ta' April 2013 rigward it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew (ĠU C 96, 1.4.2014, p. 1).” " |
|
2. |
Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 210a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:
“Dan l-Artikolu japplika jekk il-qafas legali applikabbli għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali jipprevedi l-possibilita’ ta’ konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa in camera barra l-faċilitajiet sikuri.” |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif. |
Il-Ħamis 6 ta’ Lulju 2017
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/189 |
P8_TA(2017)0307
It-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar it-terroriżmu, ir-responsabbiltajiet, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar t-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar it-terroriżmu, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tiegħu (2017/2758(RSO))
(2018/C 334/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti; |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 197 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea għandha kompetenzi ċari biex tiżgura livell għoli ta' sigurtà skont l-Artikolu 67 tat-TFUE, u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom kompetenzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif iddikjarat fl-Artikolu 73 tat-TFUE; u hemm obbligi usa' fir-rigward tal-kooperazzjoni transfruntiera kif imsemmi fit-Titolu V tat-TFUE dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja relatati mas-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea; |
|
B. |
billi l-eżitu tal-kumitat speċjali mwaqqaf hawnhekk għandu jkun l-indirizzar tan-nuqqasijiet prattiċi u leġiżlattivi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea kollha u ma' sħab u atturi internazzjonali, b'enfasi partikolari fuq il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni; |
|
C. |
billi l-indirizzar tan-nuqqasijiet u l-lakuni fil-kooperazzjoni u fl-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll tal-interoperabbiltà tal-bażijiet ta' data Ewropej ta' kodiviżjoni ta' informazzjoni huwa ta' importanza kbira biex jiġi żgurat kemm il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen kif ukoll il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, u għandu jikkostitwixxi l-qalba tal-mandat tal-kumitat speċjali; |
|
D. |
billi r-rispett tad-drittijiet fundamentali huwa element essenzjali għas-suċċess ta' politiki kontra t-terroriżmu; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar it-terroriżmu, li jkollu r-responsabbiltajiet, definiti b'mod strett, li ġejjin:
|
|
2. |
Jenfasizza li kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-kumitat speċjali għandha tiġi segwita mill-kumitati permanenti kompetenti; |
|
3. |
Jiddeċiedi li s-setgħat, il-persunal u r-riżorsi disponibbli tal-kumitati permanenti tal-Parlament responsabbli għal kwistjonijiet dwar l-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-qasam ta' responsabilità tal-kumitat speċjali għandhom jibqgħu l-istess; |
|
4. |
Jiddeċiedi li kull meta x-xogħol tal-kumitat speċjali jinkludi smigħ ta' provi ta' natura kklassifikata, xhieda li tinkludi data personali jew sigrieti, jew tinkludi l-iskambju ta' fehmiet jew seduti ma' awtoritajiet u korpi dwar informazzjoni sigrieta, kunfidenzjali, klassifikata jew sensittiva għal finijiet ta' sigurtà nazzjonali jew ta' sigurtà pubblika, il-laqgħat għandhom isiru bil-magħluq; jiddeċiedi li x-xhieda u l-esperti għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni jew jixhdu bil-magħluq; |
|
5. |
Jiddeċiedi li dokumenti sigrieti jew kunfidenzjali, li jkunu ġew riċevuti mill-kumitat speċjali, għandhom ikunu eżaminati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 210a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu sabiex jiġi żgurat li l-President, ir-rapporteur, ix-shadow rapporteurs, il-koordinaturi u l-aġenti maħtura biss ikollhom aċċess personali għalihom, u li tali informazzjoni għandha tintuża esklużivament għall-finijiet tat-tfassil tar-rapporti ta' nofs it-terminu u dawk finali tal-kumitat speċjali; jiddeċiedi li l-laqgħat għandhom jinżammu f'postijiet mgħammra b'tali mod li jrendi impossibbli s-smigħ tal-proċeduri minn persuni mhux awtorizzati; |
|
6. |
Jiddeċiedi li qabel ma jingħataw aċċess għal informazzjoni klassifikata, jew qabel is-smigħ ta' provi li jirrappreżentaw riskju ta' ħsara għas-sigurtà nazzjonali jew is-sigurtà pubblika, li-Membri u l-uffiċjali kollha għandhom jirċievu, approvazzjoni tas-sigurtà skont ir-regoli u l-proċeduri interni eżistenti; |
|
7. |
Jiddeċiedi li l-informazzjoni miksuba mill-kumitat speċjali għandha tintuża biss għat-twettiq ta' dmirijietu u m'għandhiex tiġi żvelata lil partijiet terzi; jiddeċiedi li tali informazzjoni m’għandhiex issir pubblika jekk tinkludi materjal ta' natura sigrieta jew kunfidenzjali, jew issemmi ismijiet ta' persuni; |
|
8. |
Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkun kompost minn 30 membru; |
|
9. |
Jiddeċiedi li t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għandu jkun ta' 12-il xahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dak il-perjodu qabel l-iskadenza tiegħu, u dak il-mandat għandu jibda jiddekorri mid-data tal-laqgħa kostitwenti tiegħu; jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jippreżenta lill-Parlament rapport ta' nofs it-terminu u rapport finali li jkun fih il-konstatazzjonijiet fattwali u rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22).
(7) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri – Dikjarazzjoniet minn ċerti Stati Membri dwar l-adozjoni tad-Deċiżjoni Kwadru (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).
(11) Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).
(12) Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 4 ta’ Lulju 2017
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/193 |
P8_TA(2017)0275)
Il-ħatra ta' Membru tal-Kummissjoni Ġdid
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 li tapprova l-ħatra ta’ Mariya Gabriel bħala Membru tal-Kummissjoni (C8-0166/2017 – 2017/0805(NLE))
(2018/C 334/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-punt 6 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżenja ta’ Kristalina Georgieva minn Membru tal-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2017, li permezz tagħha l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament dwar id-deċiżjoni, li tittieħed bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, dwar il-ħatra ta’ Mariya Gabrielbħala Membru tal-Kummissjoni (C8-0166/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ ta’ Mariya Gabriel fl-20 ta’ Ġunju 2017, li kienet immexxija mill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, b’assoċjazzjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u d-dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 118 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu, |
|
1. |
Japprova l-ħatra ta’ Mariya Gabriel bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija taż-żmien tal-kariga tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2019; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/194 |
P8_TA(2017)0276
Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi tal-Unjoni ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo (*1) dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni (13391/2016 – C8-0491/2016 – 2013/0115(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 334/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13391/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo (*1) dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni (13393/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0491/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0207/2017), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kosovo. |
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/195 |
P8_TA(2017)0277
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/001 ES/Castilla y León mining
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja – EGF/2017/001 ES/Castilla y León mining (COM(2017)0266 – C8-0174/2017 – 2017/2079(BUD))
(2018/C 334/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0266 – C8-0174/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0248/2017), |
|
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji bħala appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi jenħtieġ li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-“FEG”); |
|
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill li jerġa' jiddaħħal il-kriterju tal-mobilizzazzjoni f'każ ta' kriżi, li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiġi ffissata għal 60 % tal-kost totali stmat tal-miżuri proposti, li tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet lill-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, li l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli jiġu estiżi għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u li jiġu ffinanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji; |
|
D. |
billi Spanja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2017/001 ES/Castilla y León għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 5 (Tħaffir fil-minjieri tal-faħam u l-linjite) fir-reġjun tal-livell NUTS 2 ta' Castilla y León (ES41), u billi mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri 339 ħaddiem li ngħataw is-sensja, kif ukoll 125 żagħżugħ taħt l-età ta' 30 sena li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs); billi s-sensji saru minn Hullera Vasco Leonesa SA, Centro de Investigación y Desarrollo SA, Hijos de Baldomero García SA, Minas del Bierzo Alto SL u Unión Minera del Norte SA; |
|
E. |
billi l-applikazzjoni tressqet skont il-kriterji ta' intervent stipulati fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG li jidderoga mill-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4(1)b, li jeħtieġu li tal-inqas 500 ħaddiem ikunu ngħataw is-sensja fuq perjodu ta' referenza ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkunu jinsabu f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS 2; |
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti, u għaldaqstant Spanja hi intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 002 264 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 1 670 440; |
|
2. |
Jinnota li fl-20 ta' Jannar 2017, l-awtoritajiet Spanjoli ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, u li l-valutazzjoni tagħha tlestliet mill-Kummissjoni fit-2 ta' Ġunju 2017 u ġiet notifikata lill-Parlament dakinhar stess; |
|
3. |
Ifakkar li tul dawn l-aħħar għaxar snin, il-produzzjoni tal-faħam fl-Unjoni u l-prezz globali tal-faħam waqgħu drastikament, u dan wassal għal żieda fil-volum ta' importazzjonijiet ta' faħam minn pajjiżi barra mill-UE u wkoll biex bosta minjieri tal-faħam tal-Unjoni ma baqgħux jiġġeneraw profitti u b'hekk kienu sfurzati jagħlqu; jindika li dawk ix-xejriet kienu aktar qawwija fi Spanja, u dan wassal għal organizzazzjoni u konverżjoni mill-ġdid tas-settur tal-estrazzjoni tal-faħam; jenfasizza li l-impjiegi fir-reġjun ta' Castilla y León intlaqtu serjament mill-impatt tal-kriżi fis-settur tat-tħaffir fil-minjieri u jirrimarka li f'Castilla y León biss, għaxar intrapriżi tal-estrazzjoni tal-faħam kellhom jagħlqu matul il-perjodu 2010 sa 2016; |
|
4. |
Jinnota li Spanja talbet deroga mill-Artikolu 4(1)(b) minħabba l-fatt li t-territorju milqut mis-sensji jikkonsisti f'numru ta' rħula żgħar u iżolati, imbiegħda u b'livell baxx ta' popolazzjoni, fil-wied muntanjuż ta' Kantabrija, u li fil-parti l-kbira tagħhom jiddependu b'mod qawwi fuq l-estrazzjoni tal-faħam u li jbatu minn konnettività limitata u għaldaqstant jistgħu jitqiesu bħala suq żgħir tax-xogħol għall-finijiet tal-Artikolu 4(2); |
|
5. |
Jenfasizza, b'mod partikolari, id-densità baxxa ħafna tal-popolazzjoni, il-problemi marbuta ma' żona muntanjuża u s-sitwazzjoni diffiċli tal-impjiegi fit-Tramuntana tal-provinċji ta' León u Palencia; jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis qawwi fil-popolazzjoni, li proporzjonalment kien l-akbar fost dawk taħt l-età ta' 25 sena; |
|
6. |
Jirrimarka li l-kontribuzzjoni finanzjarja hi intiża għal 339 ħaddiem li ngħataw is-sensja, u li 97 % minnhom huma rġiel; |
|
7. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni ta' Spanja biex massimu ta' 125 NEETs oħrajn, taħt l-età ta' 30 sena, jiġu pprovduti b'servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG; jifhem li dawk is-servizzi se jinkludu appoġġ lil dawk interessati li jistabbilixxu n-negozju tagħhom stess; |
|
8. |
Jinnota li l-miżuri se jkunu bbażati fuq studju li se jitwettaq dwar il-ħolqien tal-impjiegi u l-attivitajiet produttivi fir-reġjun ta' Castilla y León, sabiex l-inizjattivi msemmijin fil-pakkett jiġu definiti aħjar; |
|
9. |
Jinnota li Spanja qiegħda tippjana sitt tipi ta' miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u NEETs, koperti minn din l-applikazzjoni: (i) sessjonijiet ta' merħba u ta' informazzjoni, (ii) gwida u konsulenza okkupazzjonali, (iii) assistenza intensiva għat-tiftix ta' impjieg, (iv) taħriġ f'ħiliet u kompetenzi transsettorjali, u taħriġ vokazzjonali, (v) il-promozzjoni tal-intraprenditorija, u (vi) appoġġ għan-negozji ġodda, kif ukoll programm ta' inċentivi; |
|
10. |
Jinnota li l-inċentivi jikkorrispondu għal 19,53 % tal-pakkett kumplessiv ta' miżuri personalizzati, li huwa ammont ferm inqas mill-massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG; u li dawk l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva fl-attivitajiet ta' taħriġ jew ta' tfittix ta' impjieg, tal-benefiċjarji fil-mira; |
|
11. |
Jinnota li l-korsijiet ta' taħriġ ipprovduti se jinkludu workshops dwar tekniki għat-tfittix ta' impjieg, taħriġ f'ħiliet personali u soċjali, fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), u fil-lingwi barranin, filwaqt li t-taħriġ vokazzjonali se jiffoka fuq it-tisħiħ tal-ħiliet relatati mal-estrazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti għal setturi ekonomiċi oħra jew fuq l-iżvilupp ta' ħiliet għal setturi bħalma huma: it-turiżmu u l-ospitalità fiż-żoni rurali; ir-restawr ambjentali tal-baċiri tal-minjieri; ir-riforestazzjoni u l-ġestjoni tal-pajsaġġ; |
|
12. |
Jilqa' l-fatt li l-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, fosthom trejdjunjins, assoċjazzjonijiet tan-negozju, l-aġenzija reġjonali għall-iżvilupp ekonomiku, l-innovazzjoni, il-finanzjament u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozju u fondazzjoni pubblika marbuta mas-servizz ta' impjieg pubbliku reġjonali, saru fil-livell reġjonali biex jitfassal il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati, u li l-politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni se jiġu applikati sabiex wieħed jingħata aċċess għall-miżuri ffinanzjati mill-FEG kif ukoll matul l-implimentazzjoni tiegħu; |
|
13. |
Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet li ser ikun hemm bżonn fis-suq tax-xogħol fil-futur, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; |
|
14. |
Jilqa' l-inklużjoni fost l-inċentivi disponibbli, tal-kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż ta' dawk li jindukraw lil persuni dipendenti, fid-dawl tal-impatt aktarx pożittiv fuq il-bilanċ bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta informazzjoni dettaljata dwar l-użu potenzjali ta' din il-possibbiltà; |
|
15. |
Ifakkar dwar il-bżonn ta' trasformazzjoni rapida tal-ekonomiji tal-Unjoni u l-promozzjoni ta' impjiegi rilevanti fid-dawl tal-ftehim ta' Pariġi COP 21; |
|
16. |
Jinnota l-importanza li titnieda kampanja ta' informazzjoni sabiex jintlaħqu n-NEETs li jistgħu jkunu eliġibbli skont dawn il-miżuri, u li fejn possibbli jiġi żgurat il-bilanċ bejn is-sessi; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar dettalji fil-proposti futuri dwar is-setturi li għandhom il-prospetti ta' tkabbir, u għalhekk aktarx li jirreklutaw, kif ukoll tiġbor data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' integrazzjoni mill-ġdid miksuba mill-FEG; |
|
18. |
Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u li mhu se jitħalla jsir l-ebda finanzjament doppju, u li l-azzjonijiet eliġibbli se jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; |
|
19. |
Itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tistax tissostitwixxi la l-azzjonijiet li jkunu r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; |
|
20. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-pjan ta' intervent se jinkludi inizjattiva ta' monitoraġġ li fiha jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw l-atturi soċjali, li l-għan tagħha huwa li tiggarantixxi li l-proposta tiġi implimentata f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta' studju, li għandhom jitwettqu bħala parti mill-azzjonijiet inklużi fl-inizjattiva, rigward id-domandi għat-taħriġ vokazzjonali u għal opportunitajiet ta' attività, kif ukoll sabiex tkun garantita l-ġestjoni tajba tal-baġit previst; |
|
21. |
Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG; |
|
22. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja – EGF/2017/001 ES/Castilla y León mining
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2017/1372.)
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/199 |
P8_TA(2017)0283
Assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (COM(2017)0014 – C8-0016/2017 – 2017/0007(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 334/26)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0016/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja (1), |
|
— |
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0185/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0007
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2017/1565.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
Fid-dawl tal-inizjattivi fir-rigward tal-bidliet tas-sistema elettorali fir-Repubblika tal-Moldova, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jissottolinjaw li prekondizzjoni għall-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja hija li l-pajjiż benefiċjarju jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti u l-istat tad-dritt u jiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li din il-prekondizzjoni tiġi sodisfatta matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja u b'hekk jagħtu l-akbar attenzjoni għall-kunsiderazzjoni mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova tar-rakkomandazzjonijiet ta' sħab internazzjonali rilevanti (b'mod partikolari l-Kummissjoni ta' Venezja u l-OSKE/ODIHR).
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/201 |
P8_TA(2017)0284
Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 334/27)
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa - 1 (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa - 1a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa - 1b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 4d (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 4e (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000 kif ukoll lill-intrapriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000 biex ifasslu u jippubblikaw rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali. |
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u li għandhom fatturat nett ta' EUR 750 000 000 jew aktar kif ukoll lill-intrapriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati u li għandhom fatturat nett ta' EUR 750 000 000 jew aktar biex ifasslu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas, rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni . Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni . |
|
|
L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stipulati f'dan il-paragrafu jekk dawn l-intrapriżi jkunu stabbiliti biss fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u fl-ebda ġuriżdizzjoni oħra tat-taxxa. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji ta' daqs medju u kbir imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR 750 000 000 u li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta' dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali. |
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li fil-karta tal-bilanċ tagħha f'sena finanzjarja għandha fatturat nett ikkonsolidat ta' EUR 750 000 000 jew aktar u li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta' dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata. |
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni . Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni . |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fergħat li huma miftuħa fit-territorji tagħhom minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru biex jippubblikaw fuq bażi annwali r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. |
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fergħat li huma miftuħa fit-territorji tagħhom minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru biex jippubblikaw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas u fuq bażi annwali , ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata. |
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli f'format ta' dejta miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni . Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni . |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 5 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 5 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 7a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
7a. Għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont li fil-munita nazzjonali jkun ekwivalenti għall-ammont speċifikat fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandu jkun dak miksub bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li tkun effettiva fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Kapitolu. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkopri dan li ġej: |
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata f'mudell komuni u tkopri dan li ġej , b'mod diżaggregat skont il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa : |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt gc (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b'mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tinġabar flimkien fuq livell ta' Stat Membru . |
Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b'mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa . |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa li, fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti, tkun elenkata fil-lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, imfassla skont l-Artikolu 48 g, sakemm ir-rapport ma jkunx espliċitament jikkonferma, soġġett għar-responsabbiltà msemmija fl-Artikolu 48e aktar 'l isfel, li l-intrapriżi affiljati ta' grupp irregolati mil-liġijiet ta' tali ġuriżdizzjoni ma jinvolvux ruħhom direttament fi tranżazzjonijiet ma' kwalunkwe intrapriża affiljata tal-istess grupp irregolata mil-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru . |
Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa barra mill-Unjoni . |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-rapport għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi aggregata għal ġuriżdizzjonijiet oħra tat-taxxa. |
imħassar |
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Sabiex titħares l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li element speċifiku wieħed jew aktar ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu jitħallew barra temporanjament minn dan ir-rapport fir-rigward ta' attivitajiet f'ġuriżdizzjoni tat-taxxa speċifika waħda jew aktar meta jkunu ta' natura tali li d-divulgazzjoni tagħhom tista' tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 48b(1) u l-Artikolu 48b(3) marbuta magħha. L-ommissjoni ma għandhiex timpedixxi għarfien ġust u bbilanċjat tal-pożizzjoni tal-intrapriża f'dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa. L-ommissjoni għandha tiġi indikata fir-rapport flimkien ma' spjegazzjoni debitament ġustifikata għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa dwar għalfejn dan hu l-każ u b'riferiment għall-ġuriżdizzjoni(jiet) tat-taxxa kkonċernata/i. |
Emenda 69/rev
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri għandhom jissoġġettaw dawn l-ommissjonijiet għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti. L-intrapriża għandha titlob awtorizzazzjoni ġdida kull sena mingħand l-awtorità kompetenti, li tieħu deċiżjoni abbażi ta' valutazzjoni ġdida tas-sitwazzjoni. Jekk l-informazzjoni mħollija barra ma tissodisfax aktar ir-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a, din għandha titqiegħed minnufih għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Minn tmiem il-perjodu ta' nondivulgazzjoni, l-intrapriża għandha tiddivulga wkoll, b'mod retroattiv u fl-għamla ta' medja aritmetika, l-informazzjoni mitluba minn dan l-Artikolu għas-snin preċedenti koperti mill-perjodu ta' nondivulgazzjoni. |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3c (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għoti ta' deroga temporanja bħal din u għandhom jittrażmettulha, b'mod kunfidenzjali, l-informazzjoni mħollija barra flimkien ma' spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mogħtija. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-sit web tagħha n-notifiki li jkunu waslulha mingħand l-Istati Membri u l-ispjegazzjonijiet mogħtija skont is-subparagrafu 3a. |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3d (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tivverifika li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a jiġi rispettat kif xieraq, u għandha tissorvelja l-użu ta' din id-deroga temporanja awtorizzata mill-awtoritajiet nazzjonali. |
Emenda 70/rev
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Article 48c – paragraph 3 – subparagraph 3e (new)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi, wara li tkun wettqet il-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni li tirċievi skont is-subparagrafu 3c, li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a ma jkunx issodisfat, l-intrapriża kkonċernata għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Minn tmiem il-perjodu ta' nondivulgazzjoni, l-intrapriża għandha tiddivulga wkoll, b'mod retroattiv u fl-għamla ta' medja aritmetika, l-informazzjoni mitluba minn dan l-Artikolu għas-snin preċedenti koperti mill-perjodu ta' nondivulgazzjoni. |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3f (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat, tadotta linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jiddefinixxu l-każijiet fejn il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni għandha titqies li tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi li tirreferi għalihom. |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jkun ippubblikat u jsir aċċessibbli fuq is-sit web f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. |
5. Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fuq is-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni. |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48e – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni u ta' superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fl-Artikolu 48b(1), li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom skont il-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiġi mfassal, ippubblikat u jsir aċċessibbli f'konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d. |
1. Sabiex isaħħu r-responsabbiltà lejn partijiet terzi u jiżguraw governanza xierqa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni u ta' superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fl-Artikolu 48b(1), li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom skont il-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiġi mfassal, ippubblikat u jsir aċċessibbli f'konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d. |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48 g
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
Artikolu 48 g |
imħassar |
||
|
Lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa |
|
||
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 fir-rigward tat-tfassil ta' lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa. Dik il-lista għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li ma jirrispettawx il-kriterji li ġejjin: |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-lista fuq bażi regolari u, meta xieraq, temendaha sabiex jitqiesu ċirkostanzi ġodda. |
|
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48i – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konformità mal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli minn 48a sa 48f u dwar l-impatt tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jissarrafx f'riżultati xierqa u proporzjonati, filwaqt li jitqies il-bżonn biex ikun żgurat livell biżżejjed ta' trasparenza u l-bżonn ta' ambjent kompetittiv għall-intrapriżi. |
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konformità mal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli 48a sa 48f u dwar l-impatt tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jissarrafx f'riżultati xierqa u proporzjonati, u għandu jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tnaqqis tas-soll tal-fatturat nett ikkonsolidat lil hinn mil-livell li l-intrapriżi u l-fergħat għandhom l-obbligu li jirrapportaw fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu. Ir-rapport għandu, barra minn hekk, jevalwa kull ħtieġa li jittieħdu miżuri komplementari ulterjuri, filwaqt li jitqies il-bżonn li jkun żgurat livell biżżejjed ta' trasparenza u l-bżonn li jiġi żgurat u ppreservat ambjent kompetittiv għall-intrapriżi u l-investiment privat . |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48ia (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
“Artikolu 48ia |
||
|
|
Mhux aktar tard minn 4 snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-livell tal-OECD, il-Kummissjoni għandha teżamina, tivvaluta u tirrapporta dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, b'mod partikolari rigward: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk ikun xieraq.” |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48ib (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
“Artikolu 48ib |
||
|
|
Mudell komuni għar-rapport |
||
|
|
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-mudell komuni li jirreferu għalih l-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) u l-Artikolu 48c(5). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) .” |
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 49 – paragrafu 3a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ta' [date] ." |
(3a) Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*1) u tqis b'mod partikolari id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 51 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
“L-Istati Membri għandhom jistipulaw penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati . Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.” |
“L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati . Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
||
|
|
L-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jipprevedu miżuri u pieni amministrattivi għall-ksur, min-naħa tal-intrapriżi, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. |
||
|
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn … [jekk jogħġbok inkludi d-data ta’ sena wara dħul fis-seħħ] u jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet. |
||
|
|
Sa … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-miżuri u s-sanzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru skont din id-Direttiva.” |
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0227/2017).
(16) COM(2015)0610 final tas-27 ta' Ottubru 2015.
(17) COM(2014)0910 final tas-16 ta' Diċembru 2014.
(16) COM(2015)0610 final tas-27 ta' Ottubru 2015.
(17) COM(2014)0910 final tas-16 ta' Diċembru 2014.
(18) 2015/2010(INL).
(18) 2015/2010(INL).
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(1a) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(1a) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(24) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/227 |
P8_TA(2017)0285
L-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-4 ta' Lulju 2017 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (COM(2016)0631 – C8-0392/2016 – 2016/0308(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 334/28)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0631), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0392/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0193/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (1); |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ l-att leġiżlattiv finali; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-1 ta' Ġunju 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0236).
P8_TC1-COD(2016)0308
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament(UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/1566.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni relatata mal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-miżuri kummerċjali awtonomi temporanji (ATMs) għall-Ukrajna
Il-Kummissjoni tinnota li jekk ma jkunx possibbli li tiġi implimentata s-sospensjoni tal-arranġamenti preferenzjali qabel l-użu sħiħ tal-kwoti annwali b'rati ta' dażju għall-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tipproponi tnaqqis jew sospensjoni ta' dawn il-konċessjonijiet fis-snin li ġejjin.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/229 |
P8_TA(2017)0286
Abbozz ta' baġit emendatorju nru 2 għall-Baġit Ġenerali 2017 – Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2016
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017: Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2016 (09437/2017 – C8-0190/2017 – 2017/2061(BUD))
(2018/C 334/29)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017, adottat mill-Kummissjoni fit-12 ta' April 2017 (COM(2017)0188), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017, adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Ġunju 2017, u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Ġunju 2017 (09437/2017 – C8-0190/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0229/2017), |
|
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit 2017 l-eċċess li rriżulta mis-sena finanzjarja 2016, li jammonta għal EUR 6 405 miljun; |
|
B. |
billi l-komponenti ewlenin ta' dan l-eċċess jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 1 688 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 4 889 miljun u differenzi fir-rata tal-kambju li jammontaw għal EUR - 173 miljun; |
|
C. |
billi mil-lat ta' introjtu, iż-żewġ komponenti ewlenin huma l-interessi fuq il-pagamenti tard u l-multi (EUR 3 052 miljun) u eżitu negattiv fuq ir-riżorsi proprji (EUR 1 511 miljun); |
|
D. |
billi mil-lat tan-nefqa, in-nuqqas ta' implimentazzjoni jilħaq EUR 4 825 miljun għall-2016 u EUR 28 miljun għar-riporti tal-2015 taħt it-Taqsima III (il-Kummissjoni), u EUR 35 miljun għal istituzzjonijiet oħra; |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tal-eċċess tal-2016 ta' EUR 6 405 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, kif ukoll tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar dan; |
|
2. |
Jinnota, bi tħassib konsiderevoli, in-nuqqas ta' implimentazzjoni sinifikanti ta' EUR 4 889 miljun fl-2016, minkejja l-fatt li l-baġit emendatorju Nru 4/2016 diġà kien naqqas il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 7 284,3 miljun; jirrimarka li l-implimentazzjoni baxxa ħafna tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-qasam tal-koeżjoni (Intestatura 1b) hija parzjalment dovuta għall-previżjonijiet impreċiżi mill-Istati Membri u għad-dewmien fil-ħatra ta' awtoritajiet ta' ġestjoni u ta' ċertifikazzjoni fil-livell nazzjonali; |
|
3. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn l-impatt negattiv tad-deprezzament tal-lira sterlina kontra l-euro, li huwa l-kawża prinċipali tan-nuqqas fid-dħul ta' EUR 1 511 miljun taħt ir-riżorsi proprji; jinnota li dan it-tnaqqis seta' ħoloq problemi serji għall-finanzjament tal-baġit tal-Unjoni; jirrimarka li dak in-nuqqas ta' dħul huwa minħabba d-deċiżjoni unilaterali Britannika li tħalli l-Unjoni, iżda li l-korrezzjoni trid tiġi mġarrba mill-Unjoni kollha kemm hi; jinsisti li dawn l-ispejjeż jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jiġi nnegozjat is-saldu tal-obbligi finanzjarji bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni; |
|
4. |
Jinnota, b'mod partikolari, il-livell relattivament għoli ta' multi fl-2016, li ammonta għal EUR 4 159 miljun, li minnhom EUR 2 861 miljun huma magħduda mal-eċċess tal-2016; |
|
5. |
Jinsisti li, minflok aġġustament tal-kontribuzzjoni tal-ING, il-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkun jista' jerġa' juża kull eċċess li jirriżulta minn nuqqas ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet jew minn multi imposti fuq kumpaniji għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet finanzjarji tal-Unjoni; |
|
6. |
Josserva li l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni fl-2017 b'EUR 6 405 miljun; iħeġġeġ għal darb'oħra lill-Istati Membri jużaw l-opportunità ta' tali rimborż biex jonoraw il-wegħdiet tagħhom fir-rigward tal-kriżi tar-rifuġjati u biex isiru l-kontributi korrispondenti għal dawk tal-Unjoni lill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni u lill-Fond il-ġdid Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (6); |
|
7. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jipproċessaw mingħajr dewmien l-abbozzi ta' baġit emendatorji pendenti u dawk li jmiss għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, f'konformità mal-impenji meħuda bħala parti mir-riżultat tal-konċiljazzjoni dwar il-baġit 2017; |
|
8. |
Jiddispjaċih, fil-kuntest ta' dan l-abbozz ta' baġit emendatorju li l-adozzjoni tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) baqgħet bosta xhur imblukkata fil-Kunsill; jieħu r-ruħ jikkonstata li l-gvern Britanniku żamm kelmtu u neħħa bil-ħeffa l-imblokk tiegħu fuq reviżjoni tal-QFP wara l-elezzjonijiet ġenerali fir-Renju Unit; jittama li r-rimborż ta' riżorsi finanzjarji lill-Istati Membri se jiffaċilita n-negozjati futuri dwar is-saldu tal-obbligi finanzjarji bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni; |
|
9. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017; |
|
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kkonċernati u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(6) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (COM(2016)0586 finali).
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju 2017
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/231 |
P8_TA(2017)0291
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (C(2017)03984 – 2017/2747(DEA))
(2018/C 334/30)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2017)03984), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 22 ta' Ġunju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (1), kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 31(5) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-4 ta' Lulju 2017, |
|
A. |
billi l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 stipulaw il-formoli li jridu jintużaw biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu; |
|
B. |
billi r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 ġie emendat mir-Regolament (UE) 2015/2421, li se japplika mill-14 ta' Lulju 2017; billi l-bidliet tal-proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea għandhom ikunu riflessi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006; |
|
C. |
billi huwa meħtieġ li jiġu sostitwit l-Annessi I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 u billi jenħtieġ li l-Anness I japplika fl-istess ħin meta jibda japplika r-Regolament (UE) 2015/2421; |
|
D. |
billi l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 se jibdew japplikaw fl-14 ta' Lulju 2017, u jenħtieġ li r-Regolament delegat għalhekk jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/232 |
P8_TA(2017)0292
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (C(2017)03982 – 2017/2748(DEA))
(2018/C 334/31)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2017)03982), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 22 ta' Ġunju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (1), kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 26 u 27(5) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-4 ta' Lulju 2017, |
|
A. |
billi l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 stipulaw il-formoli li jridu jintużaw biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu; |
|
B. |
billi r-Regolament (KE) Nru 861/2007 ġie emendat mir-Regolament (UE) 2015/2421, li se japplika mill-14 ta' Lulju 2017; billi l-bidliet li saru lill-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jenħtieġ li jiġu riflessi fil-formoli fl-annessi msemmija hawn fuq; |
|
C. |
billi huwa meħtieġ li jiġu sostitwiti l-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 u billi jenħtieġ li l-Annessi I sa IV japplikaw fl-istess ħin meta jibda japplika r-Regolament (UE) 2015/2421; |
|
D. |
billi l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 se jibdew japplikaw fl-14 ta' Lulju 2017, u jenħtieġ li r-Regolament delegat għalhekk jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/233 |
P8_TA(2017)0294
Ftehim biex jiġi emendat il-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, adottat f’Kigali ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (07725/2017 – C8-0157/2017 – 2017/0016(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 334/32)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07725/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal, adottat fit-tmienja u għoxrin laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal, li saret f'Kigali, ir-Rwanda f'Ottubru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0157/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0237/2017), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-emenda; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/234 |
P8_TA(2017)0295
Konvenzjoni dwar tniġġis transkonfini tal-arja fuq distanza twila sabiex jitnaqqsu l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar li tiġi aċċettata f'isem l-Unjoni Ewropea l-Emenda għall-Protokoll tal-1999 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (07524/2017 – C8-0143/2017 – 2013/0448(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 334/33)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07524/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Emenda tat-test tal-Protokoll tal-1999 u l-Annessi II sa IX tiegħu sabiex titnaqqas l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku u ż-żieda tal-Annessi X u XI ġodda (07524/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0143/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0241/2017), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/235 |
P8_TA(2017)0296
Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni UE-Kuba (Approvazzjoni) ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 334/34)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12502/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12504/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0517/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni non-leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2017 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0232/2017), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Kuba. |
(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0297.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/236 |
P8_TA(2017)0298
Memorandum ta' Qbil bejn l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Eurojust *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Eurojust (07536/2017 – C8-0136/2017 – 2017/0804(CNS))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 334/35)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07536/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0136/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0215/2017), |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/237 |
P8_TA(2017)0299
Ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (06182/1/2017 – C8-0150/2017 – 2012/0193(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2018/C 334/36)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06182/1/2017 – C8-0150/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0363), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0230/2017), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati tas-16.4.2014, P7_TA(2014)0427.
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/238 |
P8_TA(2017)0300
Il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 334/37)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0884), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0033/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 33 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Litwan u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2016 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0239/2016), |
|
1. |
Jadotta bħala l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari t-test adottat fil-25 ta’ Ottubru 2016 (2); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 487, 28.12.2016, p. 57.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0400.
P8_TC1-COD(2013)0432
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-5 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni d-Direttiva (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu l-Artikoli 33 u 114 tiegħu, [Em. 1]
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-unjoni doganali huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni. Madankollu, l-infurzar tagħhom jaqa’ fl-ambitu tal-liģi nazzjonali tal-Istati Membri. |
|
(1a) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“il-Kodiċi”). [Em. 2] |
|
(2) |
Għaldaqstant, Il-ksur doganali u s-sanzjonijiet isegwu 28 sett differenti ta’ regoli ġuridiċi. B'riżultat ta’ dan, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jkunx ittrattat bl-istess mod madwar l-Unjoni u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti f’kull każ huma differenti fin-natura u s-severità tagħhom skont l-Istat Membru li qed jimponi s-sanzjoni , li jwassal għal telf possibbli ta' dħul għall-Istati Membri u għal distorsjonijiet fil-kummerċ . [Em. 3] |
|
(3) |
Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri taffettwa mhux biss taffettwa fin-negattiv l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali, u t-trasparenza meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern fir-rigward ta' modi kif il-ksur jiġi ġestit mill-awtoritajiet doganali differenti iżda wkoll tipprevjeni li tista’ tinkiseb wkoll il-kisba ta' sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali , li diġà huma soġġetti għal settijiet ta' regoli differenti madwar l-Unjoni, minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali. [Em. 4] |
|
(4) |
I l-Kodiċi tnissel għal ambjent elettroniku multinazzjonali fejn hemm komunikazzjoni f'ħin reali bejn l-awtoritajiet doganali u fejn deċiżjoni li ttieħdet minn Stat Membru tiġi applikata fl-Istati Membri l-oħra kollha. Għalhekk dan il-qafas ġuridiku jeħtieġ infurzar armonizzat. Il-Kodiċi jinkludi wkoll dispożizzjoni li titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi għal sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati. |
|
(5) |
Il-qafas ġuridiku għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni previst f’din id-Direttiva huwa konsistenti mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ rigward is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u b’mod partikolari Direttiva (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-ksur doganali kopert mill-qafas stabbilit minn din id-Direttiva jinkludi ksur doganali li jkollu impatt fuq dawn l-interessi finanzjarji, filwaqt li ma jaqax fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni jissalvagwardjawhom permezz tal-liġi kriminali, u ksur doganali li ma għandu l-ebda impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
|
(6) |
Għandha tiġi stabbilita Jenħtieġ li din id-Direttiva tistabbilixxi lista ta’ mġiba li titqies bħala ksur ta’ leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u toħloq sanzjonijiet. Jenħtieġ li dan il-ksur doganali jkun kompletament ibbażat fuq l-obbligi li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni doganali b’referenzi diretti għall-Kodiċi. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tiddeterminax jekk tipprevedi li l-Istati Membri għandhomx għandhom japplikaw sanzjonijiet amministrattivi jew mhux kriminali fir-rigward ta’ dan il-ksur doganali. Jenħtieġ ikun possibbli wkoll għall-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, skont il-liġijiet nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni, minflok sanzjonijiet mhux kriminali meta n-natura u l-gravità tal-ksur inkwistjoni jeżiġu dan sabiex is-sanzjoni imposta tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata. [Em. 5] |
|
(7) |
L-ewwel kategorija ta’ mġiba għandha tinkludi ksur doganali fuq il-bażi ta’ responsabbiltà stretta, li ma teħtieġx xi element ta’ ħtija, meta tiġi kkunsidrata n-natura oġġettiva tal-obbligi involuti u l-fatt li l-persuni responsabbli biex twettaqhom ma tistax tinjora l-eżistenza u n-natura vinkolanti tagħhom. [Em. 6] |
|
(8) |
It-tieni u t-tielet kategorija ta’ mġiba għandhom jinkludu ksur doganali li jitwettaq b’negliġenza jew intenzjonalment, rispettivament, fejn dan l-element suġġettiv irid jiġi stabbilit biex tinħoloq din ir-responsabbiltà. [Em. 7] |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-inċitament jew l-għajnuna u l-assistenza ta’ mġiba li tikkostitwixxi ksur doganali mwettaq b’mod intenzjonali, u tentattivi biex wieħed jikkommetti ċertu ksur doganali intenzjonalment, jiġu kkunsidrati bħala ksur doganali. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika, jenħtieġ ikun ipprovdut li xi kwalunkwe att jew ommissjoni li jirriżultaw minn żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali kif imsemmi fil-Kodiċi jenħtieġ li ma jitqisux bħala li jikkostitwixxu ksur doganali. [Em. 8] |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jista’ jkun hemm responsabbiltà għal persuni ġuridiċi kif ukoll għal persuni fiżiċi għall-istess ksur doganali meta l-ksur jitwettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika. |
|
(12) |
Sabiex ikunu approssimati s-sistemi ta’ sanzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, l-iskali jenħtieġ li skali ta’ sanzjonijiet ikunu stabbiliti li jirriflettu l-kategoriji differenti ta’ ksur kemm ikun serju l-ksur doganali u s-serjetà tagħhom. Bl-iskop li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkunsidraw ċirkustanzi speċifiċi, aggravanti jew mitiganti meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati. [Em. 9] |
|
(12a) |
Huwa biss f'każijiet fejn ksur serju jkun marbut mhux mad-dazji evażi iżda mal-valur tal-merkanzija kkonċernata, pereżempju fil-każ ta' ksur relatat mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew ma' merkanzija pprojbita jew ristretta, li jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jibbażaw s-sanzjoni imposta fuq il-valur tal-merkanzija. [Em. 10] |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali jkun stabbilit għal erba’ snin mill-jum li l-ksur doganali twettaq jew, fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, fejn meta l-imġiba li tikkostitwixxi dan il-ksur jieqaf. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi interrott b’att dwar l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi rigward il-ksur l-istess ksur doganali, L-Istati jew b'att min-naħa tal-persuna responsabbli għall-ksur . Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri jistgħu li jistabbilixxu każijiet li fihom dan il-perjodu jkun sospiż. Il-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ dawn il-proċedimenti għandhom ikunu preklużi Jenħtieġ li kwalunkwe proċedimentikun preskritt, irrispettivament minn kwalunkwe interruzzjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni, wara li jiskadi l-perjodu ta’ skadenza perjodu ta' tmien snin, filwaqt li jenħtieġ li l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar ta’ sanzjoni jkun ta’ tliet snin. [Em. 11] |
|
(14) |
Jenħtieġ li tkun prevista sospensjoni ta’ proċedimenti amministrattivi li jikkonċernaw ksur doganali, meta jkunu bdew il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti. Jenħtieġ li l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti amministrattivi wara t-tmiem tal-proċedimenti kriminali tkun possibbli biss f’konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem , li jfisser li l-istess reat ma jistax jiġi ppenalizzat darbtejn . [Em. 12] |
|
(15) |
Sabiex jiġu evitati kunflitti pożittivi ta’ ġurisdizzjoni, jenħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jiddeterminaw liema mill-Istati Membri b'ġurisdizzjoni jenħtieġ li jeżamina l-każ. |
|
(15a) |
L-objettiv ġenerali ta' din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. Madankollu, il-qafas ġuridiku previst minn din id-Direttiva ma jippermettix approċċ integrat għall-infurzar, inklużi s-superviżjoni, il-kontroll u l-investigazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar dawk l-aspetti, fosthom dwar l-implimentazzjoni tal-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju, sabiex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa aktar leġiżlazzjoni. [Em. 13] |
|
(16) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tipprovdi għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra ksur doganali. |
|
(17) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-investigazzjoni ta’ ksur doganali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew temporanjament iżommu kull merkanzija, mezzi ta’ trasport jew kull strument ieħor użat biex twettaq il-ksur. |
|
(18) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (5), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trasmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata. |
|
(18a) |
Din id-Direttiva hija maħsuba biex issaħħaħ il-kooperazzjoni doganali permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar sanzjonijiet doganali. Minħabba li, attwalment, it-tradizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jvarjaw ħafna, armonizzazzjoni totali f'dan il-qasam hija impossibbli. [Em. 14] |
|
(19) |
Billi din id-Direttiva tipprovdi lista ta’ ksur doganali komuni għall-Istati Membri kollha u sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati, li għandhom jiġu imposti mill-Istati Membri fil-qasam tal-unjoni doganali, li huwa armonizzat b’mod sħiħ, dawn l-objettivi ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fuq il-bażi tat-tradizzjonijiet ġuridiċi differenti tagħhom, iżda permezz tal-iskala u l-effetti jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-objettivi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u li tistabbilixxi qafas l-qafas li jikkonċerna l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u tipprevedi s-sanzjonijiet l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mhux kriminali għal dan il-ksur billi tapprossima d-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament, jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri . [Em. 15]
2. Din id-Direttiva tapplika għall-ksur tal-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 (“il-Kodiċi”) u ta’ obbligi identiċi stabbiliti f’partijiet oħra fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 5(2) tal-Kodiċi.
2a. Din id-Direttiva tkopri l-obbligi tal-Istati Membri lejn is-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, bl-għan li jiġi stabbilit suq intern omoġenju u effikaċi, filwaqt li jkun faċilitat il-kummerċ u tkun żgurata ċ-ċertezza. [Em. 16]
Artikolu 2
Ksur doganali u sanzjonijiet Prinċipji ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet fir-rigward ta’ ksur tal-ksur doganali stabbilit fl-Artikoli minn 3 sa u 6, b'konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem .
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 6 jikkostitwixxu ksur doganali sew meta jitwettqu b'negliġenza jew intenzjonalment.
L-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni, jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, minflok sanzjonijiet mhux kriminali, meta n-natura u l-gravità tal-ksur inkwistjoni jeżiġu dan sabiex is-sanzjoni imposta tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata.
2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
|
(a) |
l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx b'negliġenza, li jfisser li l-persuna responsabbli naqset milli teżerċita attenzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kontroll tal-operazzjonijiet tagħha, jew li dik il-persuna ħadet miżuri li huma manifestament insuffiċjenti, biex tiġi evitata l-okkorrenza ta' ċirkustanzi li jwasslu għall-ksur, meta r-riskju tal-okkorrenza kien raġonevolment prevedibbli; |
|
(b) |
l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment, li jfisser li l-persuna responsabbli ħadet azzjoni jew naqset milli tieħu azzjoni fl-għarfien li l-att jew l-ommissjoni kkostitwew ksur, jew bl-għan premeditat u deliberat li tikser il-leġiżlazzjoni doganali; |
|
(c) |
l-iżbalji klerikali m'għandhomx jikkostitwixxu ksur doganali sakemm ma jkunx ċar miċ-ċirkustanzi kollha li twettqu b'riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza. [Em. 17] |
Artikolu 2a
Faċilitazzjoni tal-kummerċ
Sabiex ikunu konformi mal-obbligi tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien ħalli jistabbilixxu sistema ta' kooperazzjoni li tinkludi l-Istati Membri kollha. Dik is-sistema għandu jkollha l-għan li tikkoordina indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward ta' sanzjonijiet doganali (analiżi tal-għadd ta' appelli, ir-rata ta' reċidività, eċċ.); li xxerred l-aħjar prassi fost is-servizzi doganali (l-effiċjenza tal-kontrolli u s-sanzjonijiet, it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi, eċċ.); li tgħaddi l-esperjenzi tal-operaturi ekonomiċi u li toħloq rabtiet bejniethom; li timmonitorja l-mod kif is-servizzi doganali jwettqu l-attivitajiet tagħhom; u li twettaq ħidma statistika dwar ksur imwettaq minn kumpaniji minn pajjiżi terzi. Fi ħdan is-sistema ta' kooperazzjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien dwar investigazzjonijiet fir-rigward ta' ksur doganali u ksur stabbilit b'tali mod li jiffaċilita l-kummerċ, jimpedixxi l-merkanzija illegali milli tidħol fis-suq intern u jtejjeb l-effikaċja tal-kontrolli. [Em. 18]
Artikolu 3
Ksur doganali ta' responsabbiltà stretta
L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali irrispettivament minn kull element ta’ ħtija:
|
(a) |
nuqqas min-naħa tal-persuna li qed tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid, li tiżgura l-akkuratezza u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni, fin-notifika jew fl-applikazzjoni skont l-Artikolu il-punt (a) tal-Artikolu 15(2)(a) tal-Kodiċi; |
|
(b) |
nuqqas min-naħa tal-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta’esportazzjoni mill-ġdid, biex tiġi żgurata l-awtentiċità, l-akkuratezza u l-validità ta' kull dokument ta' sostenn skont l-Artikolu il-punt (b) tal-Artikolu 15(2)(b) tal-Kodiċi; |
|
(c) |
nuqqas min-naħa tal-persuna ta' persuna li tippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul skont l-Artikolu 127 tal-Kodiċi, notifika tal-wasla ta’ bastiment magħmul għall-baħar jew ta’ inġenju tal-ajru skont l-Artikolu 133 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja skont l-Artikolu 145 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 158 tal-Kodiċi, notifika ta’ attivitajiet f’żoni ħielsa skont l-Artikolu 244(2) tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq, f’konformità mal-Artikolu 263 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 270 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ skont l-Artikolu 271 tal-Kodiċi jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 274 tal-Kodiċi; |
|
(d) |
nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku biex iżomm id-dokumenti u l-informazzjoni relatata mat-twettiq tal-formalitajiet doganali permezz ta' kull mezz aċċessibbli għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ mil-leġiżlazzjoni doganali skont l-Artikolu 51 tal-Kodiċi; |
|
(e) |
tneħħija ta’ merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni mis-superviżjoni doganali mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali, kuntrarju għall-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi; |
|
(f) |
tneħħija ta' merkanzija mis-superviżjoni doganali, għall-kuntrarju tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 134(1) u l-Artikoli 158(3) u 242 tal-Kodiċi; |
|
(g) |
nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni li tikkonforma mal-obbligi relatati mal-mezz ta' trasport tal-merkanzija fil-post propju skont l-Artikolu 135(1) tal-Kodiċi, jew li tinforma l-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien meta l-obbligi ma jistgħux jiġu osservati skont l-Artikolu 137(1) u (2) tal-Kodiċi u dwar fejn tinsab il-merkanzija ; |
|
(h) |
nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija f’żona ħielsa, fejn din iż-żona tkun tmiss mal-fruntiera tal-art bejn Stat Membru u pajjiż terz, li ddaħħal din il-merkanzija direttament f’din iż-żona ħielsa mingħajr ma tgħaddi minn xi parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni skont l-Artikolu 135(2) tal-Kodiċi; |
|
(i) |
nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal ħażna temporanja jew għal proċedura doganali li jipprovdi d-dokumenti, lill-awtoritajiet doganali fejn jintalab li jsir dan mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew jekk ikun meħtieġ għall-kontrolli doganali skont l-Artikolu 145(2) u l-Artikolu 163(2) tal-Kodiċi; |
|
(j) |
nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku tad-dikjarant għal ħażna temporanja, jew tal-persuna li taħżen il-merkanzija f'każijiet li fihom tinħażen f'postijiet oħra deżinjati jew approvati mill-awtoritajiet doganali, responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f’ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi; |
|
(k) |
nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali li jkollu fil-pussess tiegħu jew tagħha u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali, fil-ħin li tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni supplimentari, id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċedura inkwistjoni skont l-Artikolu 163(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi; |
|
(l) |
nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali, fil-każ ta’ dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi jew ta’ annotazzjoni fil-kotba tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, li jippreżenta dikjarazzjoni supplimentari fl-uffiċċju doganali kompetenti f'limitu ta' żmien speċifiku skont l-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi; |
|
(m) |
tneħħija jew qerda ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni mwaħħla mill-awtoritajiet doganali mal-merkanzija, mal-imballaġġ jew mal-mezzi ta’ trasport mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, li tingħata mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 192(2) tal-Kodiċi; |
|
(n) |
nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar attiv li jtemm proċedura doganali fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 257 tal-Kodiċi; |
|
(o) |
nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar passiv li jesporta l-merkanzija difettuża fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 262 tal-Kodiċi; |
|
(p) |
kostruzzjoni ta’ bini f’żona ħielsa mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 244(1) tal-Kodiċi; |
|
(q) |
nuqqas ta' ħlas ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mill-persuna responsabbli li tħallas fil-perjodu preskritt skont l-Artikolu 108 tal-Kodiċi. |
|
(qa) |
nuqqas min-naħa ta' operatur ekonomiku li jipprovdi, b'rispons għal talba mill-awtoritajiet doganali, id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa f'forma xierqa u fi żmien raġonevoli, u li jipprovdi l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet jew tal-kontrolli doganali skont l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi; |
|
(qb) |
nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi; |
|
(qc) |
nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fattur li jiżviluppa wara li tittieħed deċiżjoni minn dawk l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha, skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi; |
|
(qd) |
nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont il-punt (a) tal-Artikolu 233(1) tal-Kodiċi; |
|
(qe) |
ħatt jew trasbord ta' merkanzija mill-mezz ta' trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f'postijiet mhux deżinjati jew approvati minn dawk l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi; |
|
(qf) |
ħażna ta' merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew f'imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148 tal-Kodiċi; |
|
(qg) |
nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi li joriġinaw mill-ħażna ta' merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi; |
|
(qh) |
l-għoti lill-awtoritajiet doganali ta' informazzjoni falza jew dokumenti foloz meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikolu 15 jew 163 tal-Kodiċi; |
|
(qi) |
l-użu ta' informazzjoni mhux eżatta jew mhux kompleta jew dokumenti mhux awtentiċi, mhux eżatti jew mhux validi minn operatur ekonomiku sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex wieħed:
|
|
(qj) |
l-introduzzjoni jew il-ħruġ ta' merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr il-preżentazzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 139, 245, jew 267(2) tal-Kodiċi; |
|
(qk) |
l-ipproċessar ta' merkanzija f'maħżen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 241 tal-Kodiċi; |
|
(ql) |
l-akkwist jew iż-żamma ta' merkanzija li tkun parti mill-ksur doganali stabbilit fil-punti (qd) u (qj) ta' dan l-Artikolu. [Em. 19] |
Artikolu 4
Ksur doganali mwettaq b’negliġenza
L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali meta jkun imwettaq b'negliġenza:
|
a) |
nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f’ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi; |
|
b) |
nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jipprovdi lill-awtoritajiet doganali bl-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet doganali jew ta’ kontrolli skont l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi; |
|
c) |
nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi; |
|
d) |
nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi; |
|
e) |
nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi; |
|
f) |
nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont l-Artikolu 233(1)(a) tal-Kodiċi; |
|
g) |
nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fiż-żona ħielsa lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 245 tal-Kodiċi; |
|
h) |
nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali mal-ħruġ skont l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi; |
|
i) |
ħatt jew trasbord ta’ merkanzija mill-mezz ta’ trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f’postijiet mhux nominati jew approvati minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi; |
|
j) |
ħażna ta’ merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148; |
|
k) |
nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi, li jinqalgħu mill-ħażna ta’ merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi. [Em. 20] |
Artikolu 5
Ksur doganali mwettaq intenzjonalment
L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali mwettaq intenzjonalment:
|
(a) |
li jipprovdu lill-awtoritajiet doganali informazzjoni falza jew dokumenti meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikoli 15 jew 163 tal-Kodiċi; |
|
(b) |
l-użu ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew kull mezz irregolari ieħor minn operatur ekonomiku sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex wieħed:
|
|
(c) |
l-introduzzjoni jew il-ħruġ ta’ merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr il-preżentazzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139, 245, jew l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi; |
|
(d) |
nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi; |
|
(e) |
nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi; |
|
(f) |
l-ipproċessar ta' merkanzija f'maħżen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 241 tal-Kodiċi; |
|
(g) |
l-akkwist jew żamma ta' merkanzija li tkun parti mill-ksur doganali stabbilit fil-punt (f) tal-Artikolu 4 u l-punt (c) ta’ dan l-Artikolu. [Em. 21] |
Artikolu 6
Inċitament, Għajnuna, Assistenza u Tentattiv
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament, jew l-għajnuna u l-assistenza, ta' att jew ommissjoni msemmija fl-Artikolu 5 jirrappreżentaw 8b(2) jikkostitwixxu ksur doganali.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-assistenza, tentattiv li jitwettqu att jew ommissjoni msemmija fil-punt (b) (qi) jew (c) (qj) fl-Artikolu 5 3 jirrappreżentaw jikkostitwixxi ksur doganali. [Em. 22]
Artikolu 7
Żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali
L-atti jew l-ommissjonijiet imsemmija fl-Artikoli minn 3 sa u 6 ma jikkostitwixxux m'għandhomx jikkostitwixxu ksur doganali meta jseħħu bħala riżultat ta’ żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali , b'konformità mal-Artikolu 119 tal-Kodiċi. L-awtoritajiet doganali għandhom ikunu responsabbli għal ħsara kkawżata minħabba tali żbalji . [Em. 23]
Artikolu 8
Responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli li wettqu ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, li tkun qed taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika u jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fuq il-persuna ġuridika, ikun ibbażat fuq abbażi ta' dawn li ġejjin:
|
(a) |
is-setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika; |
|
(b) |
awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika; |
|
(c) |
awtorità li teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika. [Em. 24] |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli fejn nuqqas ta’ superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikun għamel possibli t-twettiq ta’ ksur doganali għall-benefiċċju ta’ din il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tal-persuna msemmija fil-paragrafu 1. [Em. ma taffettwax il-verżjoni Maltija.]
3. Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika skont il-paragrafi 1 u 2 tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabilità ta’ persuni fiżiċi li jkunu wettqu l-ksur doganali.
3a. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika taħt il-liġi applikabbli, minbarra l-Istati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi. [Em. 26]
Artikolu 8a
Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk ksur huwiex minuri
1. Meta jiddeterminaw jekk ksur imsemmi fl-Artikolu 3 huwiex minuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mill-bidu tal-proċess dwar li jiġi ddeterminat jekk twettaqx ksur doganali li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha li japplikaw, inklużi dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-ksur twettaq b'riżultat ta' negliġenza; |
|
(b) |
il-merkanzija involuta mhijiex soġġetta għall-projbizzjonijiet jew għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fil-punt (e) tal-Artikolu 267(3) tal-Kodiċi; |
|
(c) |
il-ksur ikollu ftit jew ebda impatt fuq l-ammont tad-dazji doganali li għandhom jitħallsu; |
|
(d) |
il-persuna responsabbli għall-ksur tikkoopera effettivament mal-awtorità kompetenti fil-proċedimenti; |
|
(e) |
il-persuna responsabbli għall-ksur tiżvela l-ksur minn jeddha, sakemm il-ksur ma jkunx għadu soġġett għal xi investigazzjoni li l-persuna responsabbli għall-ksur ikollha għarfien tagħha; |
|
(f) |
il-persuna responsabbli għall-ksur tista' turi li qed tagħmel sforz sinifikanti biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni billi turi livell għoli ta' kontroll tal-operazzjonijiet tagħha, pereżempju permezz ta' sistema ta' konformità; |
|
(g) |
il-persuna responsabbli għall-ksur tkun intrapriża żgħira jew medja, li ma kellha ebda esperjenza preċedenti f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li ksur huwa minuri biss meta ma jkunx hemm fattur aggravanti fir-rigward tal-ksur kif imsemmi fl-Artikolu 8b. [Em. 27]
Artikolu 8b
Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk ksur huwiex serju
1. Meta jiddeterminaw jekk ksur imsemmi fl-Artikolu 3 jew 6 huwiex serju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mill-bidu tal-proċess dwar li jiġi ddeterminat jekk twettaqx ksur doganali li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu inkunsiderazzjoni kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin li japplikaw:
|
(a) |
il-ksur twettaq b'intenzjoni; |
|
(b) |
il-ksur ippersista matul perjodu twil ta' żmien, li jirrifletti intenzjoni li jibqa' jitwettaq; |
|
(c) |
ksur simili jew marbut għadu qed jitwettaq jew qed ikun ripetut, jiġifieri, jitwettaq aktar minn darba; |
|
(d) |
il-ksur ikollu impatt sinifikanti fuq l-ammont ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni evażi; |
|
(e) |
il-merkanzija involuta hija soġġetta għall-projbizzjonijiet jew għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fil-punt (e) tal-Artikolu 267(3) tal-Kodiċi; |
|
(f) |
il-persuna responsabbli għall-ksur tirrifjuta li tikkopera, jew tikkoopera bis-sħiħ, mal-awtorità kompetenti; |
|
(g) |
il-persuna responsabbli għall-ksur wettqet ksur preċedenti. |
2. Il-ksur imsemmi fil-punti (f), (g), (p), (qi) u (qj) tal-Artikolu 3 jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ksur serju. [Em. 28]
Artikolu 9
Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 minuri
1. Minbarra l-irkupru tad-dazji evażi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali proporzjonati, dissważivi u dissważivi mhux kriminali jiġu impostiminħabba l-ksur għal dak il-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 li jitqies li huwa minuri b'konformità mal-Artikolu 8a, fil-limiti li ġejjin:
|
(a) |
multa monetarja minn 1 % sa 5 % tal-valur tal-merkanzija ta' mhux aktar minn 70 % tad-dazji evażi , meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika mad-dazji evażi ; |
|
(b) |
multa monetarja minn EUR 150 sa ta' mhux aktar minn EUR 7 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika mad-dazji evażi . |
2. Meta jiġi ddeterminat il-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha elenkati fl-Artikolu 8a jiġu kkunsidrati. [Em. 29]
Artikolu 10
Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4
L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4 fil-limiti li ġejjin:
|
(a) |
multa monetarja sa 15 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika; |
|
(b) |
multa monetarja sa EUR 22 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika. [Em. 30] |
Artikolu 11
Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli 5 u 6 serju
1. Minbarra l-irkupru tad-dazji evażi, l -Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali proporzjonati, dissważivi u dissważivi mhux kriminali jiġu impostiminħabba l-ksur għal dak il-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 5 fl-Artikoli 3 u 6 li jitqies li huwa serju b'konformità mal-Artikolu 8b, fil-limiti li ġejjin:
|
(a) |
multa monetarja sa 30 % tal-valur tal-merkanzija ta' bejn 70 % u 140 % tad-dazji evażi , meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika mad-dazji evażi ; |
|
(aa) |
multa monetarja ta' bejn 15 % u 30 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut mad-dazji evażi iżda jkun marbut mal-valur tal-merkanzija; |
|
(b) |
multa monetarja sa ta' bejn EUR 7 500 u EUR 45 000, meta l-ksur doganali ma jkunx jkun marbut ma’ merkanzija speċifika la mad-dazji evażi u lanqas mal-valur tal-merkanzija . |
2. Meta jiġi ddeterminat il-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha elenkati fl-Artikolu 8a u fl-Artikolu 8b(1) jiġu kkunsidrati. [Em. 31]
Artikolu 11a
Sanzjonijiet mhux kriminali oħra għal ksur serju
1. Minbarra s-sanzjonijiet elenkati fl-Artikolu 11, u b'konformità mal-Kodiċi, l-Istati Membri jistgħu jimponu s-sanzjonijiet mhux monetarji li ġejjin meta jitwettaq ksur serju:
|
(a) |
konfiska permanenti jew temporanja tal-merkanzija; |
|
(b) |
sospensjoni ta' awtorizzazzjoni li tkun ingħatat. |
2. B'konformità mal-Kodiċi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li deċiżjonijiet li jagħtu l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandhom jiġu revokati fil-każ ta' ksur serju jew ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali. [Em. 32]
Artikolu 11b
Rieżami
1. L-ammonti tal-multi monetarji applikabbli skont l-Artikoli 9 u 11 għandhom jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, minn … [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. L-għan tal-proċedura ta' rieżami għandu jkun li jiġi żgurat li l-ammonti tal-multi monetarji imposti taħt l-Unjoni Doganali jkunu aktar konverġenti, bl-għan li tiġi armonizzata l-operazzjoni tagħha.
2. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri għall-ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fis-sens tal-punt (2) tal-Artikolu 5 tal-Kodiċi, kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) . [Em. 33]
Artikolu 11c
Soluzzjoni
L-Istati Membri għandhom jipprevedu proċedura ta’ soluzzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidħlu fi ftehim mal-persuna responsabbli għall-ksur sabiex tissolva l-kwistjoni ta' ksur doganali bħala alternattiva għat-tnedija jew it-tkomplija ta' proċedimenti ġudizzjarji, sakemm dik il-persuna taċċetta sanzjoni li tkun infurzabbli immedjatament.
Madankollu, ladarba jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu soluzzjoni biss bil-qbil tal-awtorità ġudizzjarja.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida dwar il-proċeduri ta' soluzzjoni biex ikun żgurat li persuna responsabbli għal ksur tingħata l-opportunità li tilħaq ftehim b'konformità mal-prinċipju tat-trattament indaqs u b'mod trasparenti, u li kwalunkwe soluzzjoni konkluża tinkludi l-pubblikazzjoni tal-eżitu tal-proċedura. [Em. 34]
Artikolu 12
Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u l-eżerċizzju tas-setgħat biex jiġu imposti s-sanzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip u l-livell tas-sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun xieraq:
|
(a) |
is-serjetà u t-tul ta' żmien tal-ksur doganali; |
|
(b) |
il-fatt li l-persuna responsabbli għall-ksur doganali tkun operatur ekonomiku awtorizzat; |
|
(c) |
l-ammont ta’ dazju evaż fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni; |
|
(d) |
il-fatt li l-merkanzija involuta hija soġġetta għall-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 267(3)(e) tal-Kodiċi jew tkun ta' riskju għas-sigurtà pubblika; |
|
(e) |
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti; |
|
(f) |
ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur. [Em. 35] |
Artikolu 12a
Konformità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li linji gwida u pubblikazzjonijiet dwar kif wieħed jikkonforma u jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni jkunu disponibbli għall-partijiet interessati f'forma faċilment aċċessibbli, li tinftiehem u aġġornata. [Em. 36]
Artikolu 13
Limitazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti għall-bidu ta' proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa u 6 jkun erba’ snin u li jibda jiddekorri mill-jum li l-ksur doganali jkun twettaq.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ ksur doganali kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta’ limitazzjoni jibda jiddekorri mill-jum li fih l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur doganali jkun waqaf.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi interrott minn kull att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna inkwistjoni, marbuta mal-investigazzjoni jew mal-proċedimenti ġuridiċi dwar l-istess ksur doganali, jew b'att min-naħa tal-persuna responsabbli għall-ksur . Il-perjodu ta’ limitazzjoni jibda għandu jibqa' jiddekorri fil-jum tal-att li fih l-att interruttiv jiġi fi tmiemu .
4. L-Istati Membri jiżguraw li l-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull proċediment li jikkonċerna ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn fl-Artikolu 3 sa jew 6 jkun prekluż preskritt, irrispettivament minn kwalunkwe interruzzjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tmien snin mill-jum imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu .
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni huwa ta’ tliet snin. Dan il-perjodu għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċizjoni mill-jum li fih id-deċizjoni ssir finali.
6. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-każijiet fejn il-perjodi ta’ limitazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 4 u 5 jiġu sospiżi. [Em. 37]
Artikolu 14
Sospensjoni tal-proċedimenti
1. L-Istati Membri jiżguraw li l-proċedimenti amministrattivi dwar ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 jiġu sospiżi meta jibdew il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti.
2. L-Istati Membri jiżguraw li l-proċedimenti amministrattivi li jkunu ġew sospiżi fir-rigward ta’ ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 ma jkomplux meta l-proċedimenti kriminali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu ngħalqu b'mod finali. F’każijiet oħra, il-proċedimenti amministrattivi li jkunu ġew sospiżi fir-rigward ta’ ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 u 6 jistgħu jerġgħu jibdew.
Artikolu 15
Ġurisdizzjoni
1. L-Istati Membri jiżguraw li dawn jeżerċitaw ġurisdizzjoni fuq ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 skont kull kriterju li ġej:
|
(a) |
il-ksur doganali jitwettaq totalment jew parzjalment fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru; |
|
(b) |
il-persuna li twettaq il-ksur doganali tkun ċittadin ta’ dan l-Istat Membru; |
|
(c) |
il-merkanzija marbuta mal-ksur doganali tkun fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru. |
2. L-Istati Membri jiżguraw li fil-każ li iżjed minn Stat Membru wieħed jitolbu ġurisdizzjoni fuq l-istess ksur doganali, l-Istat Membru li fih il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti jkunu pendenti, jeżerċita l-ġurisdizzjoni. Meta l-ġurisdizzjoni ma tkunx tista’ tiġi determinata skont paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Istat Membru, li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun tal-ewwel li bdiet il-proċedimenti, li jikkonċernaw ksur doganali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti, jeżerċita ġurisdizzjoni.
Artikolu 16
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jpartu jiskambjaw kull informazzjoni meħtieġa dwar il-proċedimenti rigward att jew ommissjoni li jikkostitwixxu ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa u 6, b’mod partikolari fil-każ f'każijiet li fihom iżjed minn Stat Membru wieħed ikun beda proċedimenti kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti. L-għan tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jkun li tiżdied l-effettività tal-kontrolli doganali fuq il-merkanzija u li jiġu armonizzati l-proċeduri fi ħdan l-Unjoni. [Em. 38]
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jinħolqu indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni applikabbli għall-kontrolli doganali u s-sanzjonijiet, it-tixrid tal-aħjar prattiki u l-koordinazzjoni tat-taħriġ tal-uffiċjali doganali. [Em. 39]
Artikolu 17
Sekwestru
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li temporanjament jissekwestraw kull merkanzija, mezzi ta’ trasport u kull jew strument ieħor użat biex jitwettaq ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 3 u 6. Jekk, wara l-impożizzjoni ta' sanzjoni, Stat Membru b'mod permanenti jikkonfiska merkanzija bħal din, jista' jagħżel li jeqred, jerġa' juża jew jirriċikla l-merkanzija, kif ikun xieraq. [Em. 40]
Artikolu 18
Rappurtar mill-Kummisjoni u rieżami
Sa [l-1 ta’ Mejju 2019], il-Kummissjoni tissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.
Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-elementi l-oħra tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, bħas-superviżjoni, il-kontroll, u l-investigazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva li tissupplimenta din id-Direttiva. [Em. 41]
Artikolu 18a
Rappurtar mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni statistika rigward il-ksur u li turi liema sanzjonijiet ġew imposti b'riżultat ta' dak il-ksur, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-informazzjoni hekk provduta għandha tintbagħat kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tuża din id-data meta tirrevedi din id-Direttiva sabiex tapprossima aħjar is-sistemi ta' sanzjoni nazzjonali. [Em. 42]
Artikolu 19
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn l-1 ta' Mejju 2017. L-Istati Membri jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet li jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif issir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 21
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 487, 28.12.2016, p. 57.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017.
(3) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(4) Direttiva (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L …).
(5) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(6) Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/253 |
P8_TA(2017)0302
Baġit 2018 – Mandat għat-Trilogu
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2018 (2017/2043(BUD))
(2018/C 334/38)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Mejju 2017 (COM(2017)0400), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2018, Taqsima III – Kummissjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2018 (06522/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 86a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0249/2017), |
Abbozz ta' baġit għall-2018: inwettqu l-objettivi fl-oqsma tat-tkabbir, l-impjiegi u s-sigurtà
|
1. |
Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017, il-Parlament ikkonferma li t-tkabbir sostenibbli, impjiegi diċenti, ta' kwalità u stabbli, il-koeżjoni soċjoekonomika, is-sigurtà, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima huma l-kwistjonijiet fil-qalba tal-baġit tal-UE għall-2018 u l-prijoritajiet ewlenin tiegħu; |
|
2. |
Jemmen li, f'termini ġenerali, il-proposta tal-Kummissjoni hija punt ta' tluq tajjeb għan-negozjati ta' din is-sena, filwaqt li jikkunsidra li l-baġit tal-UE għall-2018 irid jippermetti li l-UE tkompli tiġġenera t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi filwaqt li tiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha u tindirizza l-isfidi fil-qasam tal-migrazzjoni; jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni ma tikkorrispondix kompletament mal-appell tal-Parlament għal azzjoni kontra t-tibdil fil-klima; |
|
3. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi fl-abbozz ta' baġit ir-riżultati tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020, saħansitra qabel l-adozzjoni formali tagħha min-naħa tal-Kunsill, biex b'hekk bagħtet sinjal qawwi dwar l-importanza ta' din ir-reviżjoni tal-QFP, u l-ħtieġa għal żieda tal-flessibilità fil-baġit tal-UE li tkun tista' tippermetti li l-Unjoni twieġeb b'mod effikaċi għal emerġenzi ġodda u tiffinanzja l-prijoritajiet politiċi tagħha; |
|
4. |
Itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li, sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-tkabbir sostenibbli u tal-ħolqien ta' impjiegi stabbli u ta' kwalità fl-UE, huwa essenzjali li tingħata spinta għall-investiment fir-riċerka, l-innovazzjoni, l-infrastruttura, l-edukazzjoni u l-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs); jilqa' f'dan ir-rigward il-proposti għat-tisħiħ ta' Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-programm Erasmus+, peress li dawn il-programmi se jikkontribwixxu direttament biex jintlaħqu dawn l-għanijiet; jikkunsidra madankollu li se jkun hemm bżonn ta' tisħiħ ulterjuri, b'mod speċjali minħabba t-tnaqqis li sar għall-finanzjament ta' dawn il-politiki li gawda minnu l-finanzjament tal-FEIS; |
|
5. |
Ifakkar fir-rwol kruċjali li jiżvolġu l-SMEs fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tad-diskrepanza fl-investiment, u jissottolinja li l-finanzjament adegwat tagħhom irid jibqa' waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-baġit tal-UE; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li l-allokazzjoni proposta għall-programm COSME hija ta' 2,9 % aktar baxxa meta mqabbla ma' dik tal-baġit 2017, u jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jsaħħaħ ulterjorment dan il-programm fil-baġit 2018; jindika l-ħtieġa għal appoġġ ulterjuri għall-SMEs u jappella biex l-impenji finanzjarji tal-programm jiġu kompletament sodisfatti fis-snin li jifdal tal-QFP attwali; jilqa' t-tentattiv li qed tagħmel il-Kummissjoni biex tissemplifika l-finanzjament għall-SMEs f'Orizzont 2020; |
|
6. |
Ifaħħar ir-rwol li qed jiżvolġi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) biex jegħleb id-diskrepanza fl-investiment madwar l-UE u bejn territorju u ieħor tal-UE, u biex jgħin fl-implimentazzjoni ta' investimenti strateġiċi li jipprovdu livell għoli ta' valur miżjud lill-ekonomija, l-ambjent u s-soċjetà; jappoġġa għaldaqstant l-estensjoni tiegħu sal-2020; jirrileva l-fatt li l-fondi jiġu assorbiti rapidament fil-Komponent tal-SMEs tal-FEIS u jilqa' l-intenzjoni li jiġi amplifikat; jiddispjaċih, madankollu, rigward in-nuqqas ta' approċċ olistiku għall-finanzjament tal-SMEs li kieku jippermetti li dak li jkun jieħu idea ċara tal-fondi totali disponibbli; jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu fin-negozjati leġiżlattivi li għaddejjin bħalissa li ma jkun xieraq li jsir l-ebda tnaqqis ieħor għall-programmi eżistenti tal-UE sabiex tiġi finanzjata din l-estensjoni; jikkunsidra li ma jkunx xieraq li l-FEIS, li l-fond ta' garanzija tiegħu fil-biċċa l-kbira huwa finanzjat mill-baġit tal-UE, jagħti l-appoġġ tiegħu għall-entitajiet stabbiliti jew inkorporati fil-ġurisdizzjonijiet elenkati taħt il-politika rilevanti tal-UE rigward il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, jew li ma jkunux effettivament konformi mal-istandards fiskali dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fil-livell tal-UE jew f'dak internazzjonali; |
|
7. |
Jieħu nota pożittiva tal-inizjattivi tal-UE fl-oqsma tar-riċerka dwar id-difiża u tal-iżvilupp u l-akkwist tat-teknoloġija, li se jikkontribwixxu biex jinkisbu l-ekonomiji ta' skala fis-settur u koordinament akbar bejn l-Istati Membri u li, jekk jiġu żviluppati b'mod korrett, se jwasslu għal infiq aktar razzjonali fil-qasam tad-difiża u jippermettu li jiġu frankati r-riżorsi fil-livell nazzjonali; jissottolinja wkoll il-ħtieġa li jittejbu l-kompetittività u l-innovazzjoni fl-industrija tad-difiża Ewropea; ifakkar fil-pożizzjoni preċedenti tagħha li jkun xieraq li l-inizjattivi ġodda f'dan il-qasam jiġu ffinanzjati minn fondi addizzjonali u m'ma jkunux ta' detriment għall-programmi eżistenti, inkluża s-CEF; |
|
8. |
Jinnota li l-Kummissjoni ma tatx segwitu għat-talba tal-Parlament biex tressaq valutazzjoni u proposti rilevanti għal “Pass Interrail għall-Ewropa f'għeluq it-18-il sena”; jemmen li tali proposti għandhom il-potenzjal li jagħtu spinta lill-kuxjenza u l-identità Ewropej; jisħaq madankollu li kwalunkwe proġett ġdid irid jiġi finanzjat permezz ta' riżorsi finanzjarji ġodda u mingħajr ma jħalli impatt fuq il-programmi eżistenti, u jkun xieraq li jkun kemm jista' jkun soċjalment inklużiv; itenni l-appell preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti rilevanti f'dan ir-rigward; |
|
9. |
Jilqa' l-fatt li l-abbozz ta' baġit 2018 jinkludi allokazzjoni addizzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), biex b'hekk iwieġeb għall-appelli preċedenti tal-Parlament biex dan il-programm jitkompla; jinnota, b'mod parallel, il-proposta għall-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2017 li jintegra l-provvediment ta' EUR 500 miljun f'impenji għall-YEI, skont il-qbil li ntlaħaq mill-Parlament u l-Kunsill fil-konċiljazzjoni baġitarja tal-2017; jinsab konvint li huwa ċar li l-ammonti proposti mhumiex biżżejjed biex il-YEI tilħaq l-għanijiet tagħha, u jemmen li sabiex ikun jista' jindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ b'mod effikaċi, il-YEI trid tkompli tikkontribwixxi għall-objettiv prijoritarju tal-Unjoni ta' tkabbir u impjiegi; jinsisti fuq il-ħtieġa li tingħata tweġiba effikaċi għall-qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-Unjoni, u jissottolinja li l-YEI tista' tittejjeb ulterjorment u ssir aktar effiċjenti, b'mod speċjali billi jiġi żgurat li ġġib valur miżjud Ewropew ta' vera għall-politiki dwar l-impjiegi għaż-żgħażagħ fl-Istati Membri u ma tissostitwixxix il-finanzjament tal-politiki nazzjonali preċedenti; |
|
10. |
Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni tiżvolġi rwol primarju għall-iżvilupp u t-tkabbir tal-UE; jisħaq li huwa mistenni li, fl-2018, il-programmi tal-politika ta' koeżjoni se jaċċeleraw u jilħqu r-ritmu operattiv tagħhom; jenfasizza l-impenn li ħa l-Parlament biex jiżgura approprjazzjonijiet adegwati għal dawn il-programmi, li jirrappreżentaw waħda mill-politiki fil-qalba tal-UE; jinsab imħasseb, madankollu, minħabba d-dewmien inaċċettabbli fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi fil-livell nazzjonali; jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni, awditjar u ċertifikazzjoni tiġi konkluża u l-implimentazzjoni titħaffef; jirrikonoxxi li, minħabba n-negozjati twal dwar il-bażijiet ġuridiċi, l-istituzzjonijiet tal-UE involuti fihom għandhom sehem mir-responsabilità għar-rata ta' implimentazzjoni baxxa; jinnota l-fatt li xi Stati Membri jikkunsidraw li fl-ondi ta' koeżjoni jistgħu jkunu għodda li tiggarantixxi s-solidarjetà fil-politiki tal-Unjoni; |
|
11. |
Jinsab partikolarment imħasseb dwar il-possibilità li jerġa' jiġi akkumulat arretrat ta' kontijiet mhux imħallsa lejn tmiem il-perjodu tal-QFP attwali, u jfakkar fl-ammont bla preċedent ta' EUR 24,7 biljun li ntlaħaq fl-aħħar tal-2014; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni, fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, ipprovdiet għall-ewwel darba previżjoni tal-pagamenti sal-2020, iżda jisħaq li hemm bżonn li din tiġi aġġornata kull sena kif dovut, sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tieħu l-miżuri meħtieġa fil-ħin; iwissi rigward l-effett negattiv li kieku jkollha kriżi ġdida fil-qasam tal-pagamenti, b'mod speċjali fuq il-benefiċjarji tal-baġit tal-UE; jinsab konvint li l-kredibilità tal-UE hija kkollegata wkoll mal-kapaċità tagħha li tiżgura livell adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-UE li jippermettilha tissodisfa l-impenji tagħha; jissottolinja l-effett negattiv li l-pagamenti tard jkollhom fuq is-settur privat, u b'mod partikolari fuq l-SMEs tal-UE li jkollhom kuntratti ma' korpi pubbliċi; |
|
12. |
Jirrileva l-importanza li jiġi sodisfatt l-impenn tal-UE li tilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-COP21, b'mod speċjali fid-dawl tad-deċiżjoni li ħadet dan l-aħħar l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li toħroġ mill-ftehim; jissottlonja f'dan ir-rigward li, jekk ma jsirux aktar sforzi, hemm riskju serju li ma jinkisibx l-objettiv li, fil-QFP 2014-2020, jiġi dedikat sehem ta' minn tal-anqas 20 % tal-infiq tal-UE għall-azzjonijiet relatati mal-klima; jinnota bi tħassib iż-żieda modesta ta' 0,1 % fir-rigward tal-bijodiversità; jisħaq fuq l-importanza li l-protezzjoni tal-bijodiversità tiġi integrata fl-azzjonijiet predominanti fil-baġit tal-UE, u jtenni l-appell preċedenti tiegħu favur metodoloġija ta' monitoraġġ li tqis l-infiq kollu relatat mal-bijodiversità u l-effiċjenza tiegħu; jisħaq ukoll li jkun tajjeb li l-proġetti ffinanzjati mill-UE jkunu mmirati biex ma jħallux impatt negatti fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju; |
|
13. |
Jenfasizza li l-mobilizzazzjoni bla preċedent tal-istrumenti speċjali wriet li l-baġit tal-UE ma kienx inizjalment maħsub biex jindirizza kwistjonijiet bħall-kriżi attwali fl-oqsma tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati. jemmen li tranżizzjoni lejn approċċ sussegwenti għal kriżi tkun prematura; jopponi għaldaqstant it-tnaqqis propost fl-Intestatura 3 meta mqabbla mal-baġit 2017, li ma jaqbilx mal-wegħda li għamlet l-UE li tindirizza l-kriżi fl-oqsma tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati b'mod effiċjenti; jisħaq, madankollu, li wara rispons għal sitwazzjoni urġenti bla preċedent, ikun xieraq li jsegwi approċċ aktar sistemiku u proattiv, li jiġi kkomplementat b'użu effikaċ tal-baġit tal-UE; itenni li s-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini huma prijorità tal-UE; |
|
14. |
Jafferma mill-ġdid li t-taqbida kontra l-kawżi li huma fl-għeruq tal-kriżi fl-osma tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati tirrappreżenta soluzzjoni sostenibbli fuq żmien twil, flimkien ma' stabbilizzazzjoni tal-viċinati tal-UE, u li l-investimenti fil-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti u r-rifuġjati huma essenzjali sabiex jintlaħaq dan l-objettiv; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Pjan ta' Investiment Estern u l-qbil bejn l-istituzzjonijiet dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, u jitlob għall-implimentazzjoni rapida tal-fond; jinnota għalhekk b'sorpriża t-tnaqqis fl-Intestatura 4 li ma jistax jiġi kompletament iġġustifikat fil-qafas taż-żidiet baġitarji fl-imgħoddi jew ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni; jafferma mill-ġdid li t-taqbida kontra l-kawżi li huma l-għeruq tal-migrazzjoni tinkludi l-indirizzar ta' kwistjonijiet bħall-faqar, il-qgħad, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ekonomiċi, imma mhix limitat għalihom biss; |
|
15. |
Jilqa' ż-żieda proposta għall-komponent tal-Lvant tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat bi tweġiba għall-appelli preċedenti tal-Parlament; jinsab konvint li l-appoġġ tal-UE, b'mod speċjali għall-pajjiżi li ffirmaw Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, huwa essenzjali biex jiġu approfonditi l-integrazzjoni u l-konverġenza ekonomiċi mal-UE biex jiġu promossi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fil-Viċinat tal-Lvant tagħna; jisħaq li jkun xieraq li tali appoġġ japplika sakemm il-pajjiżi kkonċernati jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità, b'mod speċjali fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tqawwija tal-istituzzjonijiet demokratiċi; |
|
16. |
Jenfasizza l-importanza tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) li ġie stabbilit biex iwieġeb għal diżastri naturali kbar u jesprimi solidarjetà Ewropea għal reġjuni milquta minn diżastri fl-Ewropa u jieħu nota taż-żieda proposta fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u pagamenti għall-FSUE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mingħajr dewmien jekk tkunx meħtieġa żieda ulterjuri filwaqt li tikkunsidra, b'mod partikolari, it-terremoti fl-Italja u n-nirien fi Spanja u fil-Portugall (bit-telfa traġika ta' ħajjiet umani), li kellhom impatt drammatiku u sostanzjali fuq il-ħajja umana, partikolarment f'reġjuni żvantaġġati; jitlob l-adattament tar-regoli għall-mobilizzazzjoni ta' dan il-fond, biex jippermetti mobilizzazzjoni aktar flessibbli u f'waqtha, li tkopri firxa usa' ta' diżastri b'impatti sinifikanti u tnaqqas il-ħin bejn id-diżastru u d-disponibilità ta' fondi; |
|
17. |
Jinnota li l-abbozz ta' baġit 2018 iħalli marġnijiet limitati ferm jew saħansitra l-ebda marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP fl-Intestaturi 1a, 1b, 1, 3 u 4 kollha; jikkunsidra li dan huwa konsegwenza tal-inizjattivi ġodda sinifikanti li ttieħdu mill-2014 (il-FEIS, il-proposti relatati mal-migrazzjoni u, dan l-aħħar, ir-riċerka fil-qasam tad-difiża u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà), u li ddeffsu taħt il-limiti massimi tal-QFP li ntlaħaq qbil dwarhom fl-2013; ifakkar li l-QFP, b'mod partikolari wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tiegħu, jipprevedi dispożizzjonijiet ta' flessibilità li, għalkemm limitati, ikun tajjeb li jiġu sfruttati sal-livell massimu possibbli b'mod li jinżamm il-livell ta' ambizzjoni tal-programmi li jirnexxu u jiġu affrontati sfidi ġodda u imprevisti; jesprimi l-intenzjoni tal-Parlament li jattiva dispożizzjonijiet ta' flessibilità ulterjuri ta' dan it-tip bħala parti mill-proċess ta' emenda; jappella, għal darba oħra, favur l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġenwini ġodda fil-baġit tal-UE; |
|
18. |
Jinnota, f'dan ir-rigward, li l-abbozz ta' baġit jinkludi diversi riferimenti għall-ħtieġa ta' ittra ta' emenda li tista' parzjalment tantiċipa l-pożizzjoni tal-Parlament fil-proċedura baġitarja; jiddispjaċih li, minflok ma inkludiethom diġà fl-abbozz ta' baġit, il-Kummissjoni ħabbret li possibilment jistgħu jiġu proposti inizjattivi ġodda fil-qasam tas-sigurtà u l-migrazzjoni u estensjoni tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija bħala parti minn ittra emendatorja fil-ġejjieni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi dettalji dwar dawn il-proposti ġejjiena fi żmien utli li jippermetti li l-awtorità baġitarja teżaminahom kif suppost; jisħaq li ma jkunx xieraq li dawn l-inizjattivi potenzjali ma jqisux it-talbiet u l-emendi mressqa mill-Parlament fil-kuntest ta' din il-proċedura baġitarja, u wisq anqas li jeħdulhom posthom; |
|
19. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni “Baġit Iffokat fuq ir-Riżultati” u jappella favur it-titjib kontinwu tal-kwalità u l-preżentazzjoni tad-data dwar il-prestazzjoni, b'mod li tiġi pprovduta informazzjoni preċiża, ċara u komprensibbli dwar il-prestazzjoni tal-programmi tal-UE; |
Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi
|
20. |
Jinnota li, meta mqabbla ma' dik tal-2017, il-proposta tal-Kummissjoni għall-2018 tikkorrispondi għal żieda fl-impenji taħt is-subintestatura 1a ta' +2,5 % biex laħqu EUR 21 841,3 miljun; jilqa' l-fatt li Orizzont 2020, is-CEF u l-programm Erasmus+ jirrappreżentaw parti sinifikanti minn din iż-żieda peress li l-approprjazzjonijiet ta' impenn tagħhom se jkunu żdiedu b'7,3 %, 8,7 % u 9,5 % rispettivament, iżda xorta jinnota li dawn il-livelli huma kemxejn anqas mill-ipprogrammar finanzjarju tagħhom; jirrileva b'mod partikolari r-rata ferm baxxa ta' suċċess għall-applikazzjonijiet taħt Orizzont 2020; |
|
21. |
Jinsab sorpriż, madankollu, li l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-programm COSME tnaqqsu bi 2,9 % u 31,3 % rispettivament, għalkemm l-appoġġ għall-SMEs ġie identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-UE; |
|
22. |
Itenni, fir-rigward tal-estensjoni tal-FEIS, li l-Parlament jopponi kwalunkwe tnaqqis ulterjuri għas-CEF, u huwa tal-fehma li l-EUR 1,1 biljun addizzjonali li ġew allokati għall-garanzija tal-UE jmisshom jittieħdu biss mill-marġnijiet mhux allokati (ammont ta' EUR 650 biljun) u l-introjtu pożittiv nett mistenni (ammont ta' EUR 450 biljun); ifakkar li l-pakkett tas-CEF (it-taqsima għat-teknoloġija ta' informazzjoni u komunikazzjoni) jintegra fih ukoll l-inizjattiva Wifi4EU l-ġdida; ifakkar li l-baġit tas-CEF huwa sistematikament soġġett għal sottoskrizzjoni eċċessiva minħabba approprjazzjonijiet insuffiċjenti, b'mod speċjali fir-rigward tat-taqsima għall-infrastruttura; |
|
23. |
Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex jitwaqqaf Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES); jinnota bi tħassib madankollu li, minkejja t-twissijiet tal-Parlament, il-proposta leġiżlattiva adottata fit-30 ta' Mejju 2017 tipprevedi li tliet kwarti mill-baġit tal-KES jiġi finanzjat permezz ta' riallokazzjonijiet mill-programmi eżistenti, u prinċipalment mill-programm Erasmus+ (EUR 197,7 miljun); jinsab mħasseb dwar ir-riskju li din is-sitwazzjoni tikkawża lil dawk il-programmi tal-UE u jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jssaħħaħ ulterjoment lill-programm Erasmus+ fil-baġit 2018; itenni li kwalunkwe impenn politiku ġdid imissu jiġi finanzjat permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda u mhux minn riżorsi riassenjati mill-programmi eżistenti; |
|
24. |
Jilqa' l-proposta biex tiġi amplifikata l-azzjoni preparatorja dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża u l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' proposta leġiżlattiva għal programm għall-iżvilupp fl-industrija tad-difiża; |
Subintestatura 1b – Koezjoni ekonomika, soċjali u territorjali
|
25. |
Jinnota li, b'kollox, l-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-subintestatura 1b jammontaw għal EUR 55 407,9 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta' 2,4 % meta mqabbla mal-baġit tal-2017, jekk jiġi inkluż l-abbozz ta' baġit emendatorju 3; |
|
26. |
Jinnota li l-ammont propost ta' EUR 46 763,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament huwa 25,7 % ogħla milli kien fl-2017, u fil-biċċa l-kbira dan jirrifletti t-tnaqqis li ġġarrab fl-2017 minħabba d-dewmien li kien hemm biex effettivament tnedew il-programmi operattivi l-ġodda; ifakkar li l-previżjonijiet impreċiżi min-naħa tal-Istati Membri wasslu għal sottovalutazzjoni sinifikanti tar-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament taħt is-subintestatura 1b fl-2016 b'aktar minn EUR 11-il biljun, u jinnota li, mill-previżjonijiet preċedenti, il-livelli proposti għall-2018 diġà ġew riveduti 'l isfel b'EUR 1,6 biljun; |
|
27. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 tilħaq il-veloċità massima, u jemmen b'mod qawwi li kwalunkwe akkumulazzjoni “anormali” ta' kontijiet mhux imħallsa trid tiġi evitata fil-futur; jappella, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex isolvu, bħala prijorità, kwalunkwe kwistjoni pendenti marbuta mad-dewmien fid-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u ċertifikazzjoni nazzjonali, kif ukoll mal-punti ta' konġestjoni l-oħra għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal pagamenti; jittama sinċerament li kemm l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll il-Kummissjoni tejbu l-estimi tagħhom tal-ħtiġijiet ta' pagament fil-baġit 2018 u li l-livell propost ta' approprjazzjonijiet ta' pagament se jiġu eżegwit kompletament; jirrikonoxxi li n-negozjati mtawlin fir-rigward tal-bażijiet ġuridiċi bejn l-istituzzjonijiet tal-UE huma fost id-diversi kawżi ta' din ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni li hemm fil-preżent; |
|
28. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi finanzjata t-tkomplija tal-YEI, u jinnota li qed tiġi proposta l-mobilizzazzjoni ta' EUR 233,3 miljun mill-marġni globali għall-impenji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsegwu l-indikazzjonijiet tar-rapport riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri; ifakkar li kwalunkwe żieda fl-allokazzjoni speċifika għall-YEI għandha tiġi pareġġata bl-ammonti korrispondenti mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE); jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jesplora l-possibilitajiet kollha sabiex ikompli jsaħħaħ dan il-programm fil-Baġit 2018; |
|
29. |
Jissottolinja l-importanza tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) biex jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali u jitlob li jiġu allokati riżorsi adegwati fil-Baġit 2018 sabiex il-ħtiġijiet tal-gruppi fil-mira u l-għanijiet tal-Fond ikunu jistgħu jiġu ssodisfati b'mod adegwat; |
Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali
|
30. |
Jieħu nota tal-proposta ta' EUR 59 553,5 miljun f'impenji (+1,7 % meta mqabbla mal-2017) u EUR 56 359,8 miljun f'pagamenti (+2,6 %) għall-Intestatura 2, li jħallu marġni ta' EUR 713,5 miljun taħt il-limitu massimu għal impenji; jinnota li ż-żieda fl-approprjazzjonijiet biex jiġu finanzjati l-ħtiġijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għall-2018 (+2,1 %) tirriżulta l-aktar minn ammont ħafna iktar baxx ta' dħul assenjat mistenni li jkun disponibbli fl-2018; |
|
31. |
Jinnota li l-Kummissjoni ħalliet marġni ta' EUR 713,5 miljun taħt il-limiti massimi tal-Intestatura 2; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ż-żieda fil-volatilità tas-swieq agrikoli, kif kien il-każ tal-kriżi tas-settur tal-ħalib fil-passat, jista' jipprevedi rikors għal dan il-marġni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-marġni li jitħalla taħt il-limiti massimi huwa biżżejjed biex tiġi indirizzata kwalunkwe kriżi li tista' tinqala'; |
|
32. |
Jenfasizza l-estensjoni ta' miżuri ta' appoġġ eċċezzjonali għal ċertu frott li s-sitwazzjoni tas-suq għadha diffiċli għalihom; jiddispjaċih, madankollu, li attwalment il-Kummissjoni mhijiex qed tipproponi miżuri ta' appoġġ fis-setturi tal-bhejjem, u b'mod partikolari fis-settur tal-ħalib, marbuta mal-projbizzjoni Russa fuq importazzjonijiet tal-UE u jistenna, għalhekk, bidla f'dan ir-rigward; jistenna, konsegwentement, li jekk jintuża l-marġni tal-Intestatura 2, parti minnu jiġi allokat għal bdiewa fil-qasam tal-ħalib f'pajjiżi l-aktar milquta mill-embargo Russu; jistenna l-ittra ta' emenda tal-Kummissjoni, mistennija f'Ottubru 2017, li għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni aġġornata tal-finanzjament FAEG, li tivverifika l-ħtiġijiet reali fis-settur agrikolu filwaqt li tqis kif mistħoqq l-impatt tal-embargo Russu u volatilitajiet oħra fis-suq; |
|
33. |
Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda f'impenji mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) (+2,4 %) u l-programm LIFE+ (+5,9 %), f'konformità mal-ipprogrammar finanzjarju, iżda jiddispjaċih li tnaqqis konsiderevoli fl-approprjazzjonijiet ta' pagament jidhru li juru bidu kajman ta' dawk iż-żewġ programmi fil-perjodu 2014-2020; |
Intestatura 3 – Sigurtà u ċittadinanza
|
34. |
Jinnota l-proposta għal EUR 3 473,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Intestatura 3; jenfasizza l-ħtieġa għal soluzzjonijiet konġunti, komprensivi u sostenibbli għas-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati u sfidi relatati; |
|
35. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal żieda ta' EUR 800 miljun dedikati biex jindirizzaw kwistjonijiet ta' sigurtà, b'mod speċjali wara s-sensiela ta' attakki terroristiċi fl-UE; |
|
36. |
Huwa tal-fehma li l-importanza u l-urġenza ta' dawn il-kwistjonijiet mhumiex konformi mat-tnaqqis sinifikanti f'approprjazzjonijiet ta' impenn (-18,9 %) u l-approprjazzjonijiet ta' pagament (-21,7 %) proposti għall-Intestatura 3 meta mqabbla mal-baġit għall-2017, b'mod partikolari fir-rigward tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Programm dwar il-Ġustizzja; jappella għal baġitjar adegwat għal dawn il-fondi; jinsisti li dan it-tnaqqis mhuwiex ġustifikabbli bid-dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma u d-dewmien jew bl-adozzjoni tal-proposti legali l-ġodda; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li jkunu previsti riżorsi baġitarji adegwati u li kwalunkwe ħtieġa addizzjonali tiġi indirizzata malajr kemm jista' jkun; |
|
37. |
Jiddispjaċih li sa issa ma kien hemm ebda sistema effettiva għar-ridistribuzzjoni, li dan wassal għal piż mhux ugwali għal xi Stati Membri, b'mod partikolari l-Italja u l-Greċja; ifakkar li 361 678 refuġjat u migrant waslu fl-UE fl-2016, li 181 405 minnhom waslu l-Italja u 173 447 fil-Greċja, u li l-Italja diġà rċeviet 85 % tar-rifuġjati u l-migranti li waslu fl-UE s'issa fl-2017; jiddispjaċih li l-Italja sa issa rċeviet biss EUR 147,6 miljun mill-AMIF, ċifra li tkopri biss 3 % tal-ispejjeż totali għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni tal-pajjiż; |
|
38. |
Barra minn hekk jemmen li l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri f'materji relatati mas-sigurtà tista' tissaħħaħ aktar permezz ta' appoġġ ikbar mill-baġit tal-UE; jistaqsi kif dan l-objettiv jista' jintlaħaq filwaqt li l-linji baġitarji rilevanti tal-ISF naqsu b'mod sinifikanti meta mqabbla mal-Baġit 2017; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit il-finanzjament meħtieġ biex jiġu implimentati s-sistemi tal-informazzjoni u tal-fruntieri l-ġodda proposti, bħas-Sistema Ewropej ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u s-Sistema ta' Dħul u Ħruġ; |
|
39. |
Iqis li l-2018 se tkun sena kruċjali fl-istabbiliment tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, bl-iżvilupp ta' diversi komponenti ewlenin; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu valutati bir-reqqa l-implikazzjonijiet baġitarji ta' għadd ta' proposti leġiżlattivi proposti, bħar-riforma tas-sistema ta' Dublin dwar l-asil komuni u s-Sistema ta' Dħul u Ħruġ u s-Sistema ETIAS il-ġodda, inkluża l-possibilità ta' adozzjoni tardiva tagħhom; jenfasizza l-importanza ta' finanzjament adegwat biex jissodisfa l-ambizzjoni tal-Unjoni f'dan ir-rigward u b'mod urġenti jinkiseb l-istabbiliment ta' politika Ewropea effikaċi dwar l-asil u l-migrazzjoni, f'rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali u abbażi ta' solidarjetà fost l-Istati Membri; |
|
40. |
Jirrimarka li l-proposta tal-Kummissjoni, għat-tielet sena konsekuttiva, ma tħalli l-ebda marġni taħt il-limitu massimu għall-Intestatura 3, u dan jixhed id-daqs skadut tal-iżgħar intestatura tal-QFP, kif ġie argumentat mill-Parlament bħala parti mill-proċess ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu; jilqa', f'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni li jiġi mobilizzat l-Istrument tal-Flessibilità għal ammont ta' EUR 817 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li jista' jsir possibbli biss bis-saħħa tal-flessibilità addizzjonali miksuba fir-Regolament QFP rivedut; jinsisti li l-livell tan-nefqa għadu insuffiċjenti, u jiddispjaċih li l-Kummissjoni pposponiet kwalunkwe proposta oħra għal ittra ta' emenda futura; |
|
41. |
Ifakkar fl-appoġġ qawwi konsistenti mill-Parlament favur il-programmi kulturali u tal-midja; jilqa' ż-żidiet proposti għall-Programm Ewropa Kreattiva meta mqabbel mal-baġit 2017, inkluż għas-Sena Ewropea għall-Wirt Kulturali taħt “Azzjonijiet multimedjali”; jinsisti, barra minn hekk, fuq biżżejjed finanzjament għall-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-inizjattivi taħt il-linja baġitarja tal-“azzjonijiet multimedjali” sabiex tiżgura li l-baġit jappoġġa b'mod effikaċi l-kopertura indipendenti ta' kwalità għolja tal-affarijiet tal-UE; itenni l-appoġġ tiegħu għal arranġament ta' finanzjament pluriennali sostenibbli għal Euranet+; jilqa', fl-aħħar nett, iż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programm Ikel u Għalf u l-Programm tal-Konsumatur meta mqabbla mal-baġit 2017; jenfasizza, finalment, l-importanza ta' Programm tas-Saħħa b'saħħtu u baġit xieraq biex tkun permessa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa, inklużi innovazzjonijiet ġodda fil-kura tas-saħħa, l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, il-piż tal-mard kroniku, ir-reżistenza antimikrobika, il-kura tas-saħħa transkonfinali u l-aċċess għall-kura; |
Intestatura 4 – Ewropa Globali
|
42. |
Jiddispjaċih għat-tnaqqis ġenerali tal-finanzjament għall-Intestatura 4, li jammonta għal EUR 9,6 biljun (-5,6 % meta mqabbel mal-baġit 2017) f'approprjazzjonijiet ta' impenn; jinnota li t-tnaqqis fl-istrumenti ewlenin tal-Intestatura 4 huwa fil-biċċa l-kbira marbut ma' tisħiħ fil-passat approvat fil-baġit 2017 għall-FRT u l-Qafas il-Ġdid ta' Sħubija taħt l-aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni; |
|
43. |
Jemmen li l-livell ta' tnaqqis għall-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), b'mod partikolari l-komponent tan-Nofsinhar ta' dan tal-aħħar, mhuwiex ġustifikat, minħabba l-ħtiġijiet fuq perjodu twil ta' żmien għal azzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni li jmorru lil hinn minn patti dwar il-migrazzjoni taħt il-Qafas ta' Sħubija u l-impenn tiegħu għall-iżvilupp internazzjonali; jitlob, f'dan il-kuntest, li żieda fir-riżorsi finanzjarji tkun dedikata għall-proċess ta' paċi u l-għajnuna finanzjarja għall-Palestina u l-UNRWA; ifakkar fl-importanza li jiġu żgurati fondi suffiċjenti għall-Viċinat tan-Nofsinhar, ladarba l-istabilità fil-Lvant Nofsani hija element ewlieni għall-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni; |
|
44. |
Jilqa', madankollu, iż-żidiet proposti għall-komponent tal-Lvant tal-ENI li se jikkontribwixxu għall-appoġġ ta' riformi demokratiċi u integrazzjoni ekonomika mal-UE, speċjalment fil-pajjiżi li ffirmaw Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-Unjoni; |
|
45. |
Jinnota ż-żieda fl-appoġġ għar-riformi politiċi fit-Turkija (IPA II), speċjalment minħabba li l-pajjiż mar lura fl-oqsma tal-istat tad-dritt, il-libertà ta' espressjoni u d-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tissospendi l-fondi ta' qabel l-adeżjoni jekk in-negozjati tal-adeżjoni jiġu sospiżi, u, jekk ix-xenarju jiġi żvelat, dawk il-fondi jintużaw biex tiġi appoġġata direttament is-soċjetà ċivili fit-Turkija, u biex jiġu investiti aktar fil-programmi ta' skambju bejn il-persuni bħall-Erasmus+ għall-istudenti, l-akkademiċi u l-ġurnalisti; jistenna finanzjament suffiċjenti għall-pajjiżi benefiċjarji tal-IPA li għandhom bżonn urġenti ta' sostenn finanzjarju għal riformi; |
|
46. |
Iqis li, minħabba l-importanza tal-edukazzjoni għolja għal riformi globali fil-pajjiżi sħab, ikun tajjeb li l-mobilità tal-istudenti u l-kooperazzjoni akkademika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-viċinat jirċievu appoġġ kontinwu; jiddispjaċih, għaldaqstant, għat-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-assistenza teknika u finanzjarja taħt it-tliet strumenti esterni (IPA, ENI u DCI) immirati lejn il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja għall-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+; |
|
47. |
Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li jitħalla marġni ta' EUR 232 miljun taħt il-limitu massimu; jinsab konvint li l-isfidi li l-azzjoni esterna tal-UE qed tiffaċċa jitolbu fondi għal tul ta' żmien li jaqbżu d-daqs attwali taħt l-Intestatura 4; ifakkar li l-marġni ta' kontinġenza ntuża fil-baġit 2017 biex ikun permess finanzjament ogħla mil-limitu; jenfasizza li inizjattivi ġodda għandhom jiġu finanzjati b'approprjazzjonijiet ġodda u li l-għażliet flessibbli kollha għal-livell miftiehem fi ħdan ir-reviżjoni tal-QFP għandhom jintużaw b'mod sħiħ; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni, li tagħmel referenzi ripetuti għal estensjoni possibbli tal-FRT, biex tressaq proposta ġenwina għall-estensjoni tagħha mill-iktar fis possibbli jekk beħsiebha tagħmel dan; ifakkar fl-impenn mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-istabbiliment tal-FRT u l-fondi fiduċjarji jkun trasparenti u ċar, u konsistenti mal-prinċipju tal-unità tal-baġit tal-Unjoni, b'rispett għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, inkluż l-iskrutinju parlamentari; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex għal darb'oħra jonoraw, fi żmien xieraq, l-impenji tagħhom li jiffinanzjaw l-FRT u l-fondi fiduċjarji; |
|
49. |
Jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-wegħdiet li għamlet l-UE fil-konferenza ta' Brussell dwar is-Sirja, li jikkonfermaw l-impenji preċedenti ta' Londra; jaqbel mat-tisħiħ tal-ENI u tal-għajnuna umanitarja b'EUR 120 miljun kull wieħed biex tiġi ssodisfata din il-wegħda; |
Intestatura 5 – L-Amministrazzjoni
|
50. |
Jinnota li n-nefqa fl-Intestatura 5 żdiedet bi 3,1 % meta mqabbla mal-Baġit 2017, sa EUR 9 682,4 miljun (+EUR 287,9 miljun); jinnota li aktar minn terz ta' din iż-żieda nominali hija spjegata minn approprjazzjonijiet addizzjonali neċċessarji għal pensjonijiet (+EUR 108,5 miljun); jieħu nota li l-approprjazzjonijiet addizzjonali jirriżultaw l-iktar f'għadd dejjem ikbar mistenni ta' pensjonanti (+4,2 %); jieħu nota wkoll li l-għadd ta' pensjonanti huwa mistenni jikber iktar fis-snin li ġejjin; jieħu nota tal-approċċ rigoruż għan-nefqa amministrattiva u l-friża nominali għan-nefqa kollha li mhix relatata mas-salarji; |
|
51. |
Jinnota li l-marġni effettiv huwa ta' EUR 93,6 miljun taħt il-limitu wara l-kumpens ta' EUR 570 miljun għall-użu tal-marġni ta' kontinġenza għall-Intestatura 3 mobilizzat fl-2017; jissottolinja li s-sehem tal-Intestatura 5 tal-baġit tal-UE żdied bi ftit għal 6,0 % (f'approprjazzjonijiet ta' impenn) minħabba l-pensjonijiet; |
Proġetti pilota – azzjonijiet preparatorji
|
52. |
Jenfasizza l-importanza ta' proġetti pilota (PP) u azzjonijiet preparatorji (AP) bħala strumenti għall-formulazzjoni ta' prijoritajiet politiċi u l-introduzzjoni ta' inizjattivi ġodda li jistgħu jinbidlu f'attivitajiet u programmi permanenti tal-UE; beħsiebu jipproċedi bl-identifikazzjoni ta' pakkett bilanċjat ta' PP-AP; jinnota li fil-proposta attwali, il-marġni f'xi intestaturi huwa pjuttost limitat, jew saħansitra ineżistenti, u beħsiebu jesplora modi biex jinħoloq spazju għal PP-AP possibbli mingħajr ma jitnaqqsu prijoritajiet politiċi oħrajn; iqis li fl-implimentazzjoni tagħha tal-PP-AP, il-Kummissjoni jmissha tinforma pass pass lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oriġini tagħhom, biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tal-ispirtu tal-proposti tagħhom; |
L-Aġenziji
|
53. |
Jinnota ż-żieda ġenerali fl-abbozz ta' baġit 2018 għall-aġenziji deċentralizzati bi +3,1 % (mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul assenjat) u + 146 kariga, iżda jenfasizza li hemm differenzi kbar bejn aġenziji “b'veloċità kostanti” (-11,2 %) u aġenżiji “b'kompiti ġodda” (+10,5 %); jassumi li dawn iċ-ċifri jirriflettu b'mod xieraq il-fatt li mill-2013 'l hawn, il-biċċa l-kbira tal-aġenziji temmew it-tnaqqis tal-persunal ta' 5 % jew saħansitra qabżu din iċ-ċifra (xi wħud se jtemmuhom fl-2018), filwaqt li żidiet fil-persunal matul l-istess perjodu kienu limitati għal aġenziji li jindirizzaw il-migrazzjoni u s-sigurtà (+183 kariga), aġenziji finanzjarji superviżorji (+28 kariga) u xi aġenziji inkarigati b'kompiti ġodda (ERA, EASA, GSA) (+18-il kariga); itenni t-talba tiegħu, kif espressa fil-proċedura ta' kwittanza tal-2015 (5), biex jiġu salvagwardjati u fejn meħtieġ jiġu provduti riżorsi addizzjonali biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-aġenziji, inkluż is-Segretarjat Permanenti tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE (issa msejjaħ l-Uffiċċju ta' Appoġġ Komuni); |
|
54. |
Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-aġenziji tal-EU li huma attivi fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jridu jiġu provduti b'mod urġenti bin-nefqa operazzjonali u livelli ta' persunal meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'suċċess il-kompiti u r-responsabilitajiet addizzjonali li ngħataw f'dawn l-aħħar snin; jilqa', f'dan ir-rigward, iż-żieda tal-persunal proposta għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), li huwa jqis bħala minimu assolut biex ikun żgurat li dawn l-aġenziji jistgħu effettivament iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom; jissottolinja li l-livell propost tal-baġit u tal-persunal għall-Europol mhuwiex biżżejjed biex tissodisfa l-kompiti assenjati tagħha, minħabba li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ddeċidew fis-snin preċedenti li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod speċjali fl-oqsma tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni għal tfal mhux akkumpanjati; jissottolinja l-lakuni identifikati fl-iskambju eżistenti tal-arkitettura tal-informazzjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi lill-eu-LISA bir-riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex jiġu sodisfatti l-kompiti u r-responsabilitajiet addizzjonali li ġew riċentement assenjati lill-Aġenzija f'dan ir-rigward; jissottolinja r-rwol importanti li għandu l-EASO fl-appoġġ għall-Istati Membri fil-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-asil, b'mod partikolari fl-indirizzar tal-għadd akbar ta' persuni li jfittxu l-asil; jiddispjaċih għat-tnaqqis fil-livell ta' finanzjament operazzjonali (-23,6 % meta mqabbel mal-2017) u fil-livell tal-persunal (-4 %) għall-Eurojust, li bħalissa qed ikollha tħabbat wiċċha ma' żieda fil-każistika tagħha; |
|
55. |
Jinnota bi tħassib li l-aġenziji tal-UE fil-qasam tal-impjieg u t-taħriġ (CEDEFOP, ETF, EU-OSHA, EUROFOUND) kif ukoll fil-qasam tal-azzjoni ambjentali (ECDC, ECHA, EEA, EFSA, EMA) qed ikunu kkunsidrati bħala miri partikolari għal tnaqqis tal-persunal (-5 u - 12-il kariga rispettivament); jemmen li dan imur kontra l-politiki globali tal-Unjoni tal-ħolqien ta' impjiegi diċenti, ta' kwalità u stabbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jilqa' ż-żieda fil-persunal u l-baġit għal ACER u GSA, iżda jissottolinja li dawn iż-żidiet mhumiex biżżejjed biex l-aġenziji jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod adegwat; |
|
56. |
Jinnota li s-sena 2018 hija t-tielet skadenza tar-reġistrazzjoni REACH li taffettwa għadd kbir ta' kumpaniji fl-Ewropa u l-ogħla għadd ta' SMEs sal-lum, li konsegwentement ikollu impatt sinifikanti fuq l-ammont ta' xogħol tal-ECHA; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni żżomm lura mit-tnaqqis ippjanat ta' sitt karigi ta' aġenti temporanji fl-2018 u tipposponi dan it-tnaqqis sal-2019 sabiex l-ECHA tkun tista' timplimenta l-Programm ta' Ħidma kollu tagħha għall-2018 b'mod effikaċi; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-ECHA diġà implimentat tnaqqis tal-persunal ta' 10 % għal REACH mill-2012; |
o
ο o
|
57. |
Ifakkar li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija obbligu legali li jirriżulta direttament mit-Trattati; jitlob l-infurzar tal-ibbaġitjar skont is-sessi fi ħdan il-proċedura baġitarja u biex in-nefqa baġitarja tintuża bħala għodda effikaċi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; jirrakkomanda l-iżvilupp ta' pjan baġitarju għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif hemm fil-proġett pilota adottat, u anki linja baġitarja speċifika fil-futur għall-ġestjoni tal-koordinazzjoni għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi madwar l-istituzzjonijiet; |
|
58. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0085.
(5) Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll (Testi adottati, P8_TA(2017)0155).
ANNESS
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DATI GĦALL-PROĊEDURA BAĠITARJA U MODALITAJIET GĦALL-FUNZJONAMENT TAL-KUMITAT TA' KONĊILJAZZJONI FL-2018
|
A. |
F'konformità mal-Parti A tal-anness għall-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar id-dati ewlenin li ġejjin għall-proċedura baġitarja tal-2018:
|
|
B. |
Il-modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jinsabu fil-Parti E tal-anness għall-ftehim interistituzzjonali msemmi hawn fuq. |
Il-Ħamis 6 ta’ Lulju 2017
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/263 |
P8_TA(2017)0311
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (COM(2016)0586 – C8-0377/2016 – 2016/0281(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 334/39)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0586), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0377/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0170/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0281
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis--6 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament(UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/1601.)
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/264 |
P8_TA(2017)0312
Użi permessi ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tas-6 ta' Lulju 2017 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 334/40)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0596), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0381/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Mejju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0097/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0278
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2017/1564.)
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/265 |
P8_TA(2017)0313
L-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet jew materjal ieħor protett għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tas-6 ta' Lulju 2017 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat (COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 334/41)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0595), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0380/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Mejju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0102/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhijex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali.
P8_TC1-COD(2016)0279
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament(UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta' kopji b'format aċċessibbli ta' ċerti xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/1563.)
|
19.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/266 |
P8_TA(2017)0314
Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea (COM(2016)0686 – C8-0035/2017 – 2016/0338(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2018/C 334/42)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0686), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0035/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 (1) u tas-6 ta' Lulju 2016 (2) dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0225/2017), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali; |
|
5. |
Jistieden lill-Kunsill iqis il-possibbiltà ta' tneħħija gradwali tal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (3) wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva proposta u b'hekk jissaħħaħ l-approċċ ikkoordinat tal-Unjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim permezz tad-Direttiva proposta; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 1c (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 7b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 7c (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali meta dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, tal-frodi tat-taxxa jew tal-abbuż. |
Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali meta dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, tal-frodi tat-taxxa jew tal-abbuż. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Kull kontribwent soġġett għal tassazzjoni doppja għandu jkollu d-dritt li jissottometti lment li fih jitlob is-soluzzjoni tat-tassazzjoni doppja lil kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien tliet snin minn meta jirċievi l-ewwel notifika tal-azzjoni li tirriżulta f'tassazzjoni doppja, irrispettivament minn jekk jużax ir-rimedji disponibbli fil-liġi nazzjonali ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribwent għandu jindika fl-ilment tiegħu lil kull awtorità kompetenti rispettiva l-Istati Membri l-oħra li jkunu kkonċernati. |
1. Kull kontribwent soġġett għal tassazzjoni doppja għandu jkollu d-dritt li jissottometti lment li fih jitlob is-soluzzjoni tat-tassazzjoni doppja lil kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien tliet snin minn meta jirċievi l-ewwel notifika tal-azzjoni li tirriżulta f'tassazzjoni doppja, irrispettivament minn jekk jużax ir-rimedji disponibbli fil-liġi nazzjonali ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribwent għandu jissottometti l-ilment liż-żewġ awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fl-istess waqt u jindika fl-ilment tiegħu lil kull awtorità kompetenti rispettiva l-Istati Membri l-oħra li jkunu kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tospita punt ċentrali ta' kuntatt fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku b'informazzjoni ta' kuntatt aġġornata għal kull awtorità kompetenti u ħarsa ġenerali sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u t-trattati dwar it-taxxa applikabbli. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonfermaw ir-riċevuta tal-ilment fi żmien xahar minn meta jirċievu l-ilment. Huma għandhom jinfurmaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati dwar ir-riċevuta tal-ilment. |
2. Kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma r-riċevuta tal-ilment bil-miktub u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien ġimagħtejn mir-riċevuta tal-ilment. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt e – punt iii
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt f
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment ta' kontribwent fi żmien sitt xhur minn meta jirċevuh . L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-kontribwent u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom. |
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment ta' kontribwent fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-ilment u jinfurmaw lill-kontribwent u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bil-miktub bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien xahrejn . |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li jaċċettaw l-ilment skont l-Artikolu 3(5), huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja permezz ta' proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fi żmien sentejn , li jibdew mill-aħħar notifika tad-deċiżjoni ta' wieħed mill-Istati Membri dwar l-aċċettazzjoni tal-ilment. |
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li jaċċettaw l-ilment skont l-Artikolu 3(5), huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja permezz ta' proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fi żmien sena , li jibdew mill-aħħar notifika tad-deċiżjoni ta' wieħed mill-Istati Membri dwar l-aċċettazzjoni tal-ilment. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi estiż b'massimu ta' sitt xhur fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru kkonċernat, jekk l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub. Dik l-estensjoni għandha tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni mill-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra. |
Il-perjodu ta' sena msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi estiż b'massimu ta' tliet xhur fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru kkonċernat, jekk l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub. Dik l-estensjoni għandha tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni mill-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tittrażmetti dan il-ftehim lill-kontribwent bħala deċiżjoni li tkun vinkolanti fuq l-awtorità u infurzabbli mill-kontribwent, bil-kundizzjoni li l-kontribwent jirrinunzja d-dritt għal kwalunkwe rimedju domestiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata irrispettivament minn kwalunkwe limitu ta' żmien preskritt mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. |
3. Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha , fi żmien ħamest ijiem, tittrażmetti dan il-ftehim lill-kontribwent bħala deċiżjoni li tkun vinkolanti fuq l-awtorità u infurzabbli mill-kontribwent, bil-kundizzjoni li l-kontribwent jirrinunzja d-dritt għal kwalunkwe rimedju domestiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata immedjatament irrispettivament minn kwalunkwe limitu ta' żmien preskritt mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tinforma lill-kontribwenti fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma ntlaħaqx ftehim. |
4. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tinforma lill-kontribwenti fi żmien xaharejn fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma ntlaħaqx ftehim u tinforma lill-kontribwenti bl-għażliet tagħhom għall-appell, bl-informazzjoni ta' kuntatt rilevanti għall-korpi tal-appell . |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jiċħdu l-ilment meta l-ilment ma jkunx ammissibbli jew ma jkun hemm l-ebda tassazzjoni doppja jew ma jiġix irrispettat il-perjodu ta' tliet snin stabbilit fl-Artikolu 3(1). |
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jiċħdu l-ilment meta l-ilment ma jkunx ammissibbli jew ma jkun hemm l-ebda tassazzjoni doppja jew ma jiġix irrispettat il-perjodu ta' tliet snin stabbilit fl-Artikolu 3(1). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-kontribwent bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-ilment. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux ħadu deċiżjoni dwar l-ilment fi żmien sitt xhur wara li jirċievu lment minn kontribwent, l-ilment għandu jitqies daqslikieku ġie miċħud. |
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux ħadu deċiżjoni dwar l-ilment fi żmien tliet xhur wara li jirċievu lment minn kontribwent, l-ilment għandu jitqies daqslikieku ġie miċħud u l-kontribwent għandu jkun innotifikat fi żmien xahar minn dak il-perjodu ta' tliet xhur . |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. F'każ ta' ċaħda tal-ilment, il-kontribwent għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont ir-regoli nazzjonali. |
3. F'każ ta' ċaħda tal-ilment, il-kontribwent għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont ir-regoli nazzjonali. Il-kontribwent huwa intitolat iressaq ilment quddiem kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti li lilha jsir l-appell għandha tinforma lill-awtorità kompetenti l-oħra dwar l-eżistenza tal-appell u ż-żewġ awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw meta jipproċessaw l-appell. Fil-każ ta' SMEs, jekk l-appell jintlaqa', il-piż finanzjarju għandu jitħallas mill-awtorità kompetenti li inizjalment ċaħdet l-ilment. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tadotta deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tal-ilment fi żmien sitt xhur mid-data ta' notifika tal-aħħar deċiżjoni li tiċħad l-ilment skont l-Artikolu 5(1) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. B'inadempjenza ta' kwalunkwe deċiżjoni notifikata fil-perjodu ta' sitt xhur, l-ilment jitqies li ġie miċħud. |
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tadotta deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tal-ilment fi żmien tliet xhur mid-data ta' notifika tal-aħħar deċiżjoni li tiċħad l-ilment skont l-Artikolu 5(1) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. B'inadempjenza ta' kwalunkwe deċiżjoni notifikata fi ħdan il-perjodu ta' tliet xhur, l-ilment jitqies li ġie miċħud. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn il-Kummissjoni Konsultattiva tikkonferma l-eżistenza tat-tassazzjoni doppja u l-ammissibbiltà tal-ilment, il-proċedura ta' ftehim reċiproku prevista fl-Artikolu 4 għandha tinbeda fuq talba ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika dik it-talba lill-Kummissjoni Konsultattiva, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati u lill-kontribwenti. Il-perjodu ta' sentejn previst fl-Artikolu 4(1) għandu jibda mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment. |
Fejn il-Kummissjoni Konsultattiva tikkonferma l-eżistenza tat-tassazzjoni doppja u l-ammissibbiltà tal-ilment, il-proċedura ta' ftehim reċiproku prevista fl-Artikolu 4 għandha tinbeda fuq talba ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika dik it-talba lill-Kummissjoni Konsultattiva, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati u lill-kontribwenti. Il-perjodu ta' sena previst fl-Artikolu 4(1) għandu jibda mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati meta dawn ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja bil-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fil-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 4(1). |
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja bil-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fil-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 4(1) , il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tressaq opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13(1) . |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn ħamsin jum kalendarju wara tmiem il-perjodu ta' sitt xhur previst fl-Artikolu 3(5), jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 1. |
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn xahar wara tmiem il-perjodu ta' tliet xhur previst fl-Artikolu 3(5), jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 1. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn ħamsin jum kalendarju wara tmiem il-perjodu previst fl-Artikolu 4(1) jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 2. |
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn xahar wara tmiem il-perjodu previst fl-Artikolu 4(1) jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 2. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun naqset milli taħtar mill-inqas persuna indipendenti waħda ta' reputazzjoni u s-sostitut tagħha, il-kontribwent jista' jitlob lill-qorti kompetenti f'dak l-Istat Membru biex taħtar persuna indipendenti u s-sostitut tagħha mil-lista msemmija fl-Artikolu 8(4). |
Jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun naqset milli taħtar mill-inqas persuna indipendenti waħda ta' reputazzjoni u s-sostitut tagħha, il-kontribwent jista' jitlob lill-qorti kompetenti f'dak l-Istat Membru biex taħtar persuna indipendenti u s-sostitut tagħha mil-lista msemmija fl-Artikolu 8(4) fi żmien tliet xhur . |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha jkunu naqsu milli jagħmlu dan, il-kontribwent jista' jitlob lill-qrati kompetenti ta' kull Stat Membru biex jaħtru ż-żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni skont it-tieni u t-tielet subparagrafi. Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni maħtura b'dan il-mod għandhom jaħtru l-president billi jtellgħuh bix-xorti mil-lista ta' persuni indipendenti li jikkwalifikaw bħala president skont l-Artikolu 8(4). |
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha jkunu naqsu milli jagħmlu dan, il-kontribwent jista' jitlob lill-qrati kompetenti ta' kull Stat Membru biex jaħtru ż-żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 8(4) . Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dettalji tal-qrati kompetenti ta' kull Stat Membru disponibbli b'mod ċar f'punt ta' informazzjoni ċentrali fuq is-sit web tagħha fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni maħtura b'dan il-mod għandhom jaħtru l-president billi jtellgħuh bix-xorti mil-lista ta' persuni indipendenti li jikkwalifikaw bħala president skont l-Artikolu 8(4). |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-ħatra tal-persuni indipendenti u tas-sostituti tagħhom skont il-paragrafu 1 għandha tiġi riferuta lil qorti kompetenti ta' Stat Membru biss wara t-tmiem tal-perjodu ta' ħamsin jum imsemmi fl-Artikolu 6(4) u fi żmien ġimagħtejn wara t-tmiem ta' dak il-perjodu. |
2. Il-ħatra tal-persuni indipendenti u tas-sostituti tagħhom skont il-paragrafu 1 għandha tiġi riferuta lil qorti kompetenti ta' Stat Membru biss wara t-tmiem tal-perjodu ta' xahar imsemmi fl-Artikolu 6(4) u fi żmien ġimagħtejn wara t-tmiem ta' dak il-perjodu. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-qorti kompetenti għandha tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1 u tinnotifikaha lill-applikant. Il-proċedura applikabbli għall-qorti kompetenti biex taħtar il-persuni indipendenti meta l-Istati Membri jonqsu milli jaħtruhom għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli skont ir-regoli nazzjonali fi kwistjonijiet ta' arbitraġġ ċivili u kummerċjali meta l-qrati jaħtru l-arbitri f'każijiet fejn il-partijiet jonqsu milli jaqblu f'dan ir-rigward. Il-qorti kompetenti għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li inizjalment ma jkunx inrexxielhom jistabbilixxu l-Kummissjoni Konsultattiva. Dan l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jappella deċiżjoni tal-qorti, bil-kundizzjoni li jkollu d-dritt li jagħmel dan skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F'każ ta' ċaħda, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti skont ir-regoli proċedurali nazzjonali. |
3. Il-qorti kompetenti għandha tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1 u tinnotifikaha lill-applikant fi żmien xahar . Il-proċedura applikabbli għall-qorti kompetenti biex taħtar il-persuni indipendenti meta l-Istati Membri jonqsu milli jaħtruhom għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli skont ir-regoli nazzjonali fi kwistjonijiet ta' arbitraġġ ċivili u kummerċjali meta l-qrati jaħtru l-arbitri f'każijiet fejn il-partijiet jonqsu milli jaqblu f'dan ir-rigward. Il-qorti kompetenti għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li inizjalment ma jkunx inrexxielhom jistabbilixxu l-Kummissjoni Konsultattiva. Dan l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jappella deċiżjoni tal-qorti, bil-kundizzjoni li jkollu d-dritt li jagħmel dan skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F'każ ta' ċaħda, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti skont ir-regoli proċedurali nazzjonali. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jaħtru r-rappreżentanti kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi permanenti. |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni jridu jkunu ċittadini ta' Stat Membru u residenti fi ħdan l-Unjoni. Huma jridu jkunu kompetenti u indipendenti. |
Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni jridu jkunu ċittadini ta' Stat Membru u residenti fi ħdan l-Unjoni , preferibbilment uffiċjali u impjegati taċ-ċivil li jaħdmu fil-qasam tal-liġi tat-taxxa jew membri ta' Qorti Amministrattiva . Huma jridu jkunu kompetenti, indipendenti , imparzjali u ta' integrità għolja . |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni li jkunu nnominaw. Fin-notifika l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw liema mill-ħames persuni li jkunu innominaw jista' jinħatar bħala president. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni sħiħa u aġġornata dwar l-isfond professjonali u akkademiku, il-kompetenza, l-għarfien espert u l-kunflitti ta' interess tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fil-lista tal-persuni indipendenti. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni li jkunu nnominaw. Fin-notifika l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw liema mill-ħames persuni li jkunu innominaw jista' jinħatar bħala president. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni sħiħa u aġġornata dwar l-isfond professjonali u akkademiku, il-kompetenza, l-għarfien espert u l-kunflitti ta' interess tagħhom. Tali informazzjoni għandha tiġi aġġornata f'każ ta' bidliet fil-curriculum vitae tal-persuni indipendenti. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fil-lista tal-persuni indipendenti. |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-informazzjoni riferuta fit-tielet subparagrafu li tikkonċerna l-persuni indipendenti ta' reputazzjoni nnominati mill-Istati Membri. Kontrolli bħal dawn għandhom isiru fi żmien tliet xhur minn meta tiġi riċevuta l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri. Fejn il-Kummissjoni jkollha dubji dwar l-indipendenza tal-persuni nnominati, hi tista' titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali u, jekk id-dubji jippersistu, tista' titlob lill-Istat Membru biex ineħħi lil dik il-persuna mil-lista u jaħtar lil xi ħadd ieħor. |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-lista ta' persuni indipendenti ta' reputazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu li jistabbilixxu Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim minflok il-Kummissjoni Konsultattiva biex tagħti opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13. |
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu li jistabbilixxu Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim minflok il-Kummissjoni Konsultattiva biex tagħti opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13. Madankollu, l-użu tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandu jibqa' kemm jista' jkun eċċezzjonali. |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim tista' tkun differenti fir-rigward tal-kompożizzjoni u tal-forma tagħha mill-Kummissjoni Konsultattiva u tapplika konċiljazzjoni, medjazzjoni, għarfien espert, aġġudikazzjoni jew kwalunkwe proċess jew metodu ieħor ta' soluzzjoni tat-tilwim biex issolvi t-tilwima. |
2. Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim tista' tkun differenti fir-rigward tal-kompożizzjoni u tal-forma tagħha mill-Kummissjoni Konsultattiva u tapplika konċiljazzjoni, medjazzjoni, għarfien espert, aġġudikazzjoni jew kwalunkwe proċess jew metodu ieħor effettiv u rikonoxxut ta' soluzzjoni tat-tilwim biex issolvi t-tilwima. |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw għall-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, ħlief ir-regoli dwar il-maġġoranza stabbiliti fl-Artikolu 13(3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu dwar regoli differenti dwar il-maġġoranza fir-Regoli ta' Funzjonament tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. |
4. L-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw għall-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, ħlief ir-regoli dwar il-maġġoranza stabbiliti fl-Artikolu 13(3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu dwar regoli differenti dwar il-maġġoranza fir-Regoli ta' Funzjonament tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim , dment li l-indipendenza tal-persuni maħtura biex isolvu t-tilwim u n-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess huma żgurati . |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fi żmien il-perjodu ta' ħamsin jum kalendarju kif previst fl-Artikolu 6(4), kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tinnotifika lill-kontribwenti dwar dan li ġej: |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fi żmien il-perjodu ta' xahar kif previst fl-Artikolu 6(4), kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tinnotifika lill-kontribwenti dwar dan li ġej: |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-data msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi stabbilita mhux aktar tard minn 6 xhur wara t-twaqqif tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. |
Id-data msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi stabbilita mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-twaqqif tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fin-nuqqas jew l-inkompletezza tan-notifika tar-Regoli ta' Funzjonament lill-kontribwenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni indipendenti u l-president għandhom ilestu r-Regoli ta' Funzjonament skont l-Anness II u jibagħtuhom lill-kontribwent fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' skadenza tal-ħamsin jum kalendarju prevista fl-Artikolu 6(4). Meta l-persuni indipendenti u l-president ma jaqblux dwar ir-Regoli ta' Funzjonament jew ma jinnotifikawhomx lill-kontribwenti, il-kontribwenti jistgħu jirreferu għall-qorti kompetenti tal-istat ta' residenza jew ta' stabbiliment tagħhom sabiex jisiltu l-konsegwenzi legali kollha u jimplimentaw ir-Regoli ta' Funzjonament. |
3. Fin-nuqqas jew l-inkompletezza tan-notifika tar-Regoli ta' Funzjonament lill-kontribwenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni indipendenti u l-president għandhom ilestu r-Regoli ta' Funzjonament skont l-Anness II u jibagħtuhom lill-kontribwent fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' skadenza tal-perjodu ta' xahar prevista fl-Artikolu 6(4). Meta l-persuni indipendenti u l-president ma jaqblux dwar ir-Regoli ta' Funzjonament jew ma jinnotifikawhomx lill-kontribwenti, il-kontribwenti jistgħu jirreferu għall-qorti kompetenti tal-istat ta' residenza jew ta' stabbiliment tagħhom sabiex jisiltu l-konsegwenzi legali kollha u jimplimentaw ir-Regoli ta' Funzjonament. |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Għall-finijiet tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, il-kontribwenti ikkonċernati jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni Konsulattiva jew lill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti li jistgħu jkunu rilevanti għad-deċiżjoni. Il-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti meta jintalbu mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru jistgħu jirrifjutaw li jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni Konsultattiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin: |
1. Għall-finijiet tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, il-kontribwenti ikkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni Konsulattiva jew lill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti li jistgħu jkunu rilevanti għad-deċiżjoni. Il-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti meta jintalbu mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru jistgħu jirrifjutaw li jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni Konsultattiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin: |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data li fiha tkun ġiet stabbilita. |
1. Il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data li fiha tkun ġiet stabbilita. |
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandhom jikkunsidraw ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli. Fin-nuqqas ta' trattat kontra t-tassazzjoni doppja jew ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, jistgħu jirreferu għall-prattika internazzjonali fi kwistjonijiet tat-taxxa bħall-aħħar Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD. |
2. Meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandhom jikkunsidraw ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli. Fin-nuqqas ta' trattat kontra t-tassazzjoni doppja jew ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, jistgħu jirreferu għall-prattika internazzjonali fi kwistjonijiet tat-taxxa bħall-aħħar Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD u l-aktar Konvenzjoni Mudell reċenti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tassazzjoni . |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fi żmien sitt xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqblu dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja. |
1. Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqblu dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja. |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deċiżjoni finali li telimina t-tassazzjoni doppja tiġi trażmessa minn kull awtorità kompetenti lill-kontribwenti fi żmien tletin jum kalendarju mill-adozzjoni tagħha. Meta ma jiġix innotifikat bid-deċiżjoni fi żmien il-perjodu ta' tletin jum kalendarju , il-kontribwent jista' jappella fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbiliment tiegħu skont ir-regoli nazzjonali. |
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deċiżjoni finali li telimina t-tassazzjoni doppja tiġi trażmessa minn kull awtorità kompetenti lill-kontribwenti fi żmien tletin jum kalendarju mill-adozzjoni tagħha. Meta kontribwent ma jiġix innotifikat b'dik id-deċiżjoni fi żmien il-perjodu ta' tletin jum, dak il-kontribwent jista' jappella fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbiliment tiegħu skont ir-regoli nazzjonali. |
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Is-sottomissjoni tat-tilwima għall-proċedura ta' ftehim reċiproku jew għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim ma għandhiex twaqqaf Stat Membru milli jibda jew ikompli proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti għal penali amministrattivi u kriminali fir-rigward tal-istess kwistjonijiet. |
2. Is-sottomissjoni tat-tilwima għall-proċedura ta' ftehim reċiproku jew għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim għanda twaqqaf Stat Membru milli jibda jew ikompli proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti għal penali amministrattivi u kriminali fir-rigward tal-istess kwistjonijiet. |
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. B'deroga mill-Artikolu 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim f'każijiet ta' frodi tat-taxxa, inadempjenza volontarja jew negliġenza gravi. |
6. B'deroga mill-Artikolu 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim f'każijiet ta' frodi tat-taxxa stabbiliti minn sentenza legalment valida fi proċeduri kriminali jew amministrattivi , inadempjenza volontarja jew negliġenza gravi fl-istess kwistjoni . |
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni finali msemmija fl-Artikolu 14 soġġett għall-kunsens ta' kull wieħed mill-kontribwenti kkonċernati . |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni finali msemmija fl-Artikolu 14 b'mod komplet . Madankollu, f'każ li wieħed mill-kontribwenti jilmenta li xi punti speċifiċi fid-deċiżjoni huma informazzjoni sensittiva kummerċjali, industrijali jew professjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn l-argumenti u għandhom jippubblikaw kemm jistgħu mid-deċiżjoni filwaqt li jħassru l-partijiet sensittivi. Filwaqt li jħarsu d-drittijiet kostituzzjonali tal-kontribwenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni, li l-pubblikazzjoni tagħha tkun se tiżvela b'mod ċar u evidenti informazzjoni sensittiva industrijali u kummerċjali lill-kompetituri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw l-akbar trasparenza possibbli permezz tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali . |
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta kontribwent ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali fl-intier tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw astratt tad-deċiżjoni finali b'deskrizzjoni tal-kwistjoni u s-suġġett, id-data, il-perjodi tat-taxxa involuti, il-bażi legali, is-settur tal-industrija u deskrizzjoni fil-qosor tal-eżitu finali. |
imħassar |
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formoli standard għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2). |
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formoli standard għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2). |
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 3. |
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli f'format ta' dejta użat komunement fuq paġna web amministrata b'mod ċentrali. |
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli onlajn u żżomm aġġornata l-lista tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(4), u tindika liema minn dawk il-persuni jistgħu jinħatru bħala president. Dik il-lista għandha tinkludi biss l-ismijiet ta' dawk il-persuni. |
1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli onlajn f'format ta' dejta miftuħa u żżomm aġġornata l-lista tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(4), u tindika liema minn dawk il-persuni jistgħu jinħatru bħala president. Dik il-lista għandha tinkludi l-ismijiet , l-affiljazzjonijiet u l-curriculum vitae ta' dawk il-persuni u l-informazzjoni relatata mal-kwalifiki u l-esperjenza prattika tagħhom, akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet rigward kwalunkwe kunflitt ta' interess . |
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 21a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 21a |
|
|
Reviżjoni |
|
|
Sa … [tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti, twettaq reviżjoni tal-applikazzjoni u l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha wkoll tanalizza jekk Kumitat Konsultattiv ta' natura permanenti (“Kummissjoni Konsultattiva Permanenti”) jżidx l-effettività u l-effiċjenza tal-proċeduri ta' riżoluzzjoni tat-tilwim. |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva ta' emenda. |
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Anness I – taqsima 5 – linja 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Gewerbesteuer |
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Anness I – taqsima 12 – linja 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Imposta regionale sulle attività produttive |
(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0408.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0310.
(3) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.
(1a) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.
(7) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.
(1a) Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683).