ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 328

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
17 ta' Settembru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 328/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 328/02

Kawża C-123/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Orange Polska SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji, European Competitive Telecommunications Association AISBL (ECTA), li kienet European Competitive Telecommunications Association (Appell — Kompetizzjoni — Artikolu 102 TFUE — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Swieq Pollakki bl-ingrossa tal-aċċess fiss għall-broadband — Rifjut ta’ għoti ta’ aċċess għan-netwerk u ta’ provvista ta’ prodotti bl-ingrossa — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 7(1) — Artikolu 23(2)(a) — Interess leġittimu fil-konstatazzjoni ta’ ksur li ntemm — Kalkolu tal-multa — Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 — Gravità — Ċirkustanzi attenwanti — Investimenti mwettqa mill-impriża responsabbli għall-ksur — Stħarriġ tal-legalità — Stħarriġ sħiħ minn qorti — Sostituzzjoni tal-motivi)

2

2018/C 328/03

Kawża C-128/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja, Lico Leasing, SA, Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA (Appell — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja għax-xiri ta’ bastimenti (sistema Spanjola tat-taxxa tal-lokazzjoni) — Identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna — Kundizzjoni dwar is-selettività — Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Obbligu ta’ motivazzjoni)

3

2018/C 328/04

Kawża C-135/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Georgsmarienhütte GmbH, Stahlwerk Bous GmbH, Schmiedag GmbH, Harz Guss Zorge GmbH vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Skema favur sorsi rinnovabbli ta’ enerġija u konsumaturi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija — Deċiżjoni (UE) 2015/1585 — Validità fid-dawl tal-Artikolu 107 TFUE — Ammissibbiltà — Nuqqas ta’ preżentata ta’ rikors għal annullament mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali)

4

2018/C 328/05

Kawża C-528/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Confédération paysanne et vs Premier ministre, Ministre de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament — Mutaġenesi — Direttiva 2001/18/KE — Artikoli 2 u 3 — Annessi I A u I B — Kunċett ta’ orġaniżmu mmodifikat ġenetikament — Tekniki/metodi ta’ modifika ġenetika użati tradizzjonalment u meqjusa li huma siguri — Tekniki/metodi ġodda ta’ mutaġenesi — Riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fit-traspożizzjoni tad-Direttiva — Direttiva 2002/53/KE — Katalgu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċi ta’ pjanti agrikoli — Varjetajiet ta’ pjanti magħmula tolleranti għall-erbiċidi — Artikolu 4 — Ammissibbiltà fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet immodifikati ġenetikament miksuba permezz ta’ mutaġenesi — Rekwiżit marbut mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent — Eżenzjoni)

4

2018/C 328/06

Kawża C-553/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – TTL EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu provduti servizzi — Tassazzjoni tal-kumpanniji — Ħlasijiet imwettqa minn kumpannija residenti lil kumpanniji mhux residenti għall-kiri ta’ vaguni b’tank — Obbligu li tinġabar taxxa f’ras il-għajn fuq id-dħul irċevut minn sorsi nazzjonali ttrasferit lil kumpannija barranija — Nuqqas ta’ osservanza — Ftehimiet dwar ħelsien minn taxxa doppja — Ġbir ta’ interess moratorji mill-kumpannija resident minħabba nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn — Interessi dovuti mill-iskadenza tat-terminu legali ta’ ħlas sal-jum fejn il-provi tal-applikabbiltà tal-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja jiġu ssodisfatti — Interessi li jistgħu jiġu rkuprati)

5

2018/C 328/07

Kawża C-585/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Serin Alheto vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-protezzjoni sussidjarja — Standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2011/95/UE — Artikolu 12 — Esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat — Persuni rreġistrati mal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) — Eżistenza ta’ l-ewwel pajjiż ta’ ażil, għal refuġjat tal-Palestina, fiż-żona ta’ operazzjoni tal-UNRWA — Proċeduri komuni għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 46 — Dritt għal rimedju effettiv — Eżami sħiħ u ex nunc — Portata tas-setgħat tal-qorti tal-ewwel istanza — Eżami mill-qorti tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali — Eżami tar-raġunijiet tal-inammissibbiltà)

6

2018/C 328/08

Kawża C-632/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank van koophandel te Antwerpen – il-Belġju) – Dyson Ltd, Dyson BV vs BSH Home Appliances NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Bejgħ ta’ vacuum cleaners bl-imnut — Tikketta dwar il-klassi tal-enerġija — Direttiva 2010/30/UE — Regolament ta’ Delega (UE) Nru 665/2013 — Vacuum cleaners — Twaħħil ta’ simboli oħra — Prattiki kummerċjali żleali — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29/KE — Artikolu 7 — Assenza ta’ preċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom l-effiċjenza enerġetika hija mkejla — Ommissjoni qarrieqa)

8

2018/C 328/09

Kawża C-679/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – fil-proċedura mressqa minn A (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 20 u 21 TFUE — Libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Istati Membri — Sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Assistenza soċjali — Benefiċċji tal-mard — Servizzi għall-persuni b’diżabbiltà — Obbligu impost fuq il-komun ta’ Stat Membru li jipprovdi lil wieħed mir-residenti tiegħu għajnuna għall-persuna prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali waqt l-istudji fil-livell terzjarju li dan ir-resident isegwi fi Stat Membru ieħor)

9

2018/C 328/10

Kawża C-5/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs DPAS Limited (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjoni — Artikolu 135(1)(d) — Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-pagamenti u t-trasferimenti — Kunċett — Kamp ta’ applikazzjoni — Pjan ta’ pagament ta’ kura dentali permezz ta’ debitu dirett)

9

2018/C 328/11

Kawżi magħquda C-84/17 P, C-85/17 P u C-95/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Société des produits Nestlé SA vs Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (C-84/17 P), vs Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Société des produits Nestlé SA (C-85/17 P), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd, Société des produits Nestlé SA (C-95/17 P) (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ biċċa ċikkulata b’erba’ ċangaturi — Appell dirett kontra l-motivi — Inammissibbiltà — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 7(3) — Prova ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu)

10

2018/C 328/12

Kawża C-96/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa – Spanja) – Gardenia Vernaza Ayovi vs Consorci Sanitari de Terrassa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż bejn CES, UNICE u CEEP — Konsegwenzi ta’ tkeċċija dixxiplinari kklassifikata bħala inġusta — Kunċett ta’ l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg — Ħaddiem temporanju għal żmien indeterminat — Differenza fit-trattament bejn il-ħaddiem permanenti u l-ħaddiem temporanju għal żmien determinat jew indeterminat — Reintegrazzjoni tal-ħaddiem jew għoti ta’ kumpens)

11

2018/C 328/13

Kawża C-103/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Messer France SAS, li kienet Praxair vs Prim Ministru, Kummissjoni li Tirregola l-Enerġija, Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre de l’Environnement, de l’Énergie et de la Mer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Direttiva 92/12/KEE — Artikolu 3(2) — Direttiva 2003/96/KE — Artikoli 3 u 18 — Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku — Dazji tas-sisa — Eżistenza ta’ taxxa indiretta oħra — Kundizzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kontribuzzjoni lis-servizz pubbliku tal-elettriku — Kunċett ta’ għanijiet speċifiċi — Osservanza ta’ livelli minimi ta’ tassazzjoni)

12

2018/C 328/14

Kawża C-107/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Aviabaltika UAB vs Ūkio bankas AB, fi stralċ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2002/47/KE — Eżekuzzjoni tal-arranġamenti kollaterali finanzjarji — Bidu tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista kollateral finanzjarju — Seħħ tal-fatt li wassal għall-eżekuzzjoni tal-kollateral — Inklużjoni tal-kollateral finanzjarju fil-massa ta’ falliment — Obbligu li d-djun jitħallsu, fl-ewwel lok, mill-kollateral finanzjarju)

13

2018/C 328/15

Kawża C-121/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Teva UK Ltd, Accord Healthcare Ltd, Lupin Ltd, Lupin (Europe) Ltd, Generics (UK) li joperaw taħt l-isem kummerċjali Mylan vs Gilead Sciences Inc. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Trattament tal-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) — Prodotti mediċinali ta’ referenza u prodotti mediċinali ġeneriċi — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikolu 3(a) — Kundizzjonijiet għall-kisba — Kunċett ta’ prodott protett minn privattiva bażika fis-seħħ — Kriterji ta’ evalwazzjoni)

13

2018/C 328/16

Kawża C-129/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV vs Duma Forklifts NV, G.S. International BVBA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 5 — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 9 — Dritt tal-proprjetarju tad-trade mark li jopponi t-tneħħija minn terz tas-sinjali kollha identiċi għal din it-trade mark u t-twaħħil ta’ sinjali ġodda fuq prodotti identiċi għal dawk li għalihom l-imsemmija trade mark ġiet irreġistrata bl-għan li jiġu importati jew imqiegħda fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE))

14

2018/C 328/17

Kawża C-139/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – QuaMa Quality Management GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali medialbo — Trade mark preċdenti MediaLB — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Oppożizzjoni minn persuna li ma għandhiex il-kwalità ta’ proprjetarju tat-trade mark preċedenti — Assenza ta’ applikazzjoni formali ta’ reġistrazzjoni tat-trasferiment tat-trade mark preċedenti qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni — Inammissibbiltà)

15

2018/C 328/18

Kawża C-140/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Gmina Ryjewo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 167, 168 u 184 — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Regolarizzazzjoni — Beni kapitali immobbli — Allokazzjoni inizjali għal attività li ma tagħtix lok għal tnaqqis u sussegwentement ukoll għal attività suġġetta għall-VAT — Korp pubbliku — Kwalità ta’ persuna taxxabbli fil-mument tat-tranżazzjoni taxxabbli)

15

2018/C 328/19

Kawża C-164/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Edel Grace, Peter Sweetman vs An Bord Pleanala (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KE — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Artikolu 6(3) u (4) — Evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet ta’ pjan jew proġett fuq sit protett — Pjan jew proġett mhux direttament marbut jew neċessarju għat-tmexxija tas-sit — Proġett ta’ park eoliku — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Artikolu 4 — Żona ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) — Anness I — Bugħadam Abjad Prim (Circus cyaneus) — Habitat xieraq li jvarja tul iż-żmien — Tnaqqis temporanju jew definittiv ta’ superfiċi ta’ artijiet utli — Miżuri integrati fil-proġett intiżi biex jiżguraw, matul il-proġett, li s-superfiċi effettivament xierqa biex iżżomm fiha l-habitat naturali tal-ispeċi ma titnaqqasx, jew saħansitra tkun tista’ tiżdied)

16

2018/C 328/20

Kawża C-205/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ġbir u trattament ta’ ilma urban mormi — Direttiva 91/271/KEE — Artikoli 3 u 4 — Sentenza tal-Qorti li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa)

17

2018/C 328/21

Kawża C-239/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Gert Teglgaard, Fløjstrupgård I/S vs Fødevareministeriets Klagecenter Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Artikolu 6(1) — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Artikolu 23(1) — Regolament (KE) Nru 796/2004 — Artikolu 66(1) — Regolament (KE) Nru 1122/2009 — Artikolu 70(8)(a) — Kundizzjonalità — Tnaqqis f’pagamenti diretti minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti regolatorji marbuta mal-ġestjoni jew mal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba — Determinazzjoni tas-sena li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwal ta’ tnaqqis — Is-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza

17

2018/C 328/22

Kawża C-268/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari taż-Županijski Sud u Zagrebu – il-Kroazja) – Ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew kontra AY (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI — Artikolu 1(2), il-punt 2 tal-Artikolu 3 u l-punt 3 tal-Artikolu 4 — Raġunijiet ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni — Għeluq ta’ investigazzjoni kriminali — Prinċipju ne bis in idem — Persuna rikjesta li kellha l-kwalità ta’ xhud fi proċedura preċedenti dwar l-istess fatti — Ħruġ ta’ diversi mandati ta’ arrest Ewropej kontra l-istess persuna)

18

2018/C 328/23

Kawża C-338/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Virginie Marie Gabrielle Guigo vs Fond Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 2008/94/KE — Artikoli 3 u 4 — Teħid mill-istituzzjonijiet ta’ garanzija tal-krediti tal-impjegati — Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija — Esklużjoni tal-pretensjonijiet maħluqa iktar minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja)

19

2018/C 328/24

Kawża C-404/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Malmö – l-Isvezja) – A vs Migrationsverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika tal-ażil — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 31(8) u Artikolu 32(2) — Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali manifestament infondata — Kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur — Assenza ta’ regoli nazzjonali dwar dan il-kunċett — Dikjarazzjonijiet tal-applikant meqjusa bħala affidabbli iżda insuffiċjenti fid-dawl tan-natura sodisfaċenti tal-protezzjoni offruta mill-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant)

20

2018/C 328/25

Kawża C-445/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale del Lazio – l-Italja) – Agenzia delle Dogane e dei Monopoli vs Pilato SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestaturi 8703, 8704 u 8705 — Karozzi tal-mejtin)

20

2018/C 328/26

Kawża C-574/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tlieta Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Combaro SA (Appell — Unjoni doganali — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 239 — Maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Importazzjoni ta’ drapp tal-għażel mil-Latvja bejn l-1999 u l-2002 — Sitwazzjoni partikolari — Obbligi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll — Allegata korruzzjoni tal-awtoritajiet doganali — Ċertifikat ta’ moviment mhux awtentiku — Fiduċja reċiproka)

21

2018/C 328/27

Kawża C-588/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — FAEG u FEAŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea — Infiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja — Għajnuna għal żoni bi żvantaġġi naturali u miżuri agroambjentali fil-programm ta’ żvilupp rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla u León)

21

2018/C 328/28

Kawża C-216/18 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda)) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra LM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 1(3) — Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt ta’ aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali)

22

2018/C 328/29

Kawża C-220/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra ML (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI — Artikolu 1(3) — Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni — Raġunijiet għan-noneżekuzzjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 4 — Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti — Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti — Portata tal-eżami mwettaq mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni — Eżistenza ta’ rikors fl-Istat Membru emittenti — Assigurazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru)

23

2018/C 328/30

Kawża C-440/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja – GS vs Bundeszentralamt für Steuern (Talba għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Tassazzjoni diretta — Libertà ta’ stabbiliment — Direttiva 2011/96/UE — Artikolu 1(2) — Kumpannija omm — Holding — Taxxa f’ras il-għajn tal-profitti ddistribwiti lil kumpannija omm holding mhux residenti — Eenzjoni — Frodi, evażjoni u abbuż fil-qasam fiskali — Preżunzjoni))

24

2018/C 328/31

Kawża C-241/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Napoli – l-Italja) – easyJet Airline Co. Ltd vs Regione Campania (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

24

2018/C 328/32

Kawża C-340/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Spetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Mejju 2018 – Proċeduri kriminali kontra EK, AH, CX

25

2018/C 328/33

Kawża C-360/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Cargill Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

25

2018/C 328/34

Kawża C-374/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – UPS Deutschland Inc. & Co. OHG, DPD Dynamic Parcel Distribution GmbH & Co. KG, Bundesverband Paket & Expresslogistik e.V. vs Deutsche Post AG

26

2018/C 328/35

Kawża C-388/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Finanzamt A vs B

27

2018/C 328/36

Kawża C-446/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-9 ta’ Lulju 2018 – AGROBET CZ, s.r.o. vs Finanční úřad pro Středočeský kraj

28

2018/C 328/37

Kawża C-447/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fid-9 ta’ Lulju 2018 – UB vs Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava

28

2018/C 328/38

Kawża C-481/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

29

2018/C 328/39

Kawża C-487/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

29

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 328/40

Kawża T-58/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Stührk Delikatessen Import vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż u Olandiż tal-gambli mill-Baħar tat-Tramuntana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Ksur uniku u kontinwu — Multi — Prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ċirkustanzi attenwanti — Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul totali — Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Paragrafu 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ugwaljanza fit-trattament — Obbligu ta’ motivazzjoni)

31

2018/C 328/41

Kawża T-419/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Imputabbiltà tal-ksur — Preżunzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Ċertezza legali — Prinċipju ta’ responsabbiltà personali — Ġurisdizzjoni sħiħa)

31

2018/C 328/42

Kawża T-422/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Viscas vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-power cables — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwu — Prova tal-ksur — Tul tal-parteċipazzjoni — Tbegħid pubbliku — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

32

2018/C 328/43

Kawża T-438/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Silec Cable u General Cable vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kunċett ta’ impriża — Suċċessjoni ekonomika — Ksur uniku u kontinwu — Prova tal-ksur — Tbegħid pubbliku — Tul tal-parteċipazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

33

2018/C 328/44

Kawża T-439/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – LS Cable & System vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Ksur uniku u kontinwat — Prova suffiċjenti — Kontribut għall-uniku għan tal-ksur — Konoxxenza tal-elementi prinċipali tal-ksur — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Ammont bażiku — Paragrafu 18 tal-Linji Gwida — Gravità tal-ksur — Proporzjonalità — Ċirkustanzi attenwanti — Ġurisdizzjoni sħiħa)

33

2018/C 328/45

Kawża T-441/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Brugg Kabel u Kabelwerke Brugg vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Tul tal-parteċipazzjoni — Iddistakkar pubbliku — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

34

2018/C 328/46

Kawża T-444/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Furukawa Electric vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Tul tal-parteċipazzjoni — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

35

2018/C 328/47

Kawża T-445/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – ABB vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Prodotti kkonċernati — Iddistakkar pubbliku — Tul tal-parteċipazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

35

2018/C 328/48

Kawża T-446/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Taihan Electric Wire vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Ostakoli insurmontabbli — Inapplikabbiltà tal-Artikolu 101 TFUE — Tul tal-parteċipazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Valur tal-bejgħ — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ġurisdizzjoni sħiħa)

36

2018/C 328/49

Kawża T-447/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – NKT Verwaltungs u NKT vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Tul tal-parteċipazzjoni — Iddistakkar pubbliku — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

37

2018/C 328/50

Kawża T-448/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Hitachi Metals vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Tul tal-parteċipazzjoni — Iddistakkar pubbliku — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

37

2018/C 328/51

Kawża T-449/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Illegalità tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni — Terminu raġonevoli — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta’ responsabbiltà personali — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Prova suffiċjenti tal-ksur — Tul tal-ksur — Multi — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Ġurisdizzjoni sħiħa)

38

2018/C 328/52

Kawża T-450/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Sumitomo Electric Industries u J-Power Systems vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Tul tal-parteċipazzjoni — Iddistakkar pubbliku — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

38

2018/C 328/53

Kawża T-451/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Fujikura vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Tul tal-parteċipazzjoni — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

39

2018/C 328/54

Kawża T-455/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Pirelli & C. vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Imputabbiltà tal-ksur — Preżunzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet fundamentali — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Beneficium ordinis seu excussionis — Ġurisdizzjoni sħiħa)

40

2018/C 328/55

Kawża T-475/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Prysmian u Prysmian cavi e sistemi vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Illegalità tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni — Terminu raġonevoli — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta’ responsabbiltà personali — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Prova suffiċjenti tal-ksur — Tul tal-ksur — Multi — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Ġurisdizzjoni sħiħa)

40

2018/C 328/56

Kawża T-606/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Pereira vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Nuqqas ta’ promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2015 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Paragun tal-merti — Anzjanità fil-grad — Merti akkumulati — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni)

41

2018/C 328/57

Kawża T-608/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – PA vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rapport ta’ evalwazzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2014 — Promozzjoni — Proċedura 2015 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

42

2018/C 328/58

Kawża T-745/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – BPCE vs BĊE [Politika ekonomika u monetarja — Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva — Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet — Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 — Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE — Żbalji ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni]

43

2018/C 328/59

Kawża T-757/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Société générale vs BĊE [Politika ekonomika u monetarja — Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva — Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet — Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 — Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE — Żbalji ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni]

44

2018/C 328/60

Kawża T-758/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Crédit agricole vs BĊE [Politika ekonomika u monetarja — Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva — Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet — Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 — Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE — Żbalji ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni]

45

2018/C 328/61

Kawża T-9/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – RI vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjoni tal-invalidità — Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal — Rifjut li l-invalidità tiġi rrikonoxxuta bħala li tirriżulta minn mard ikkaġunat mix-xogħol — Perċezzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol — Obbligu ta’ motivazzjoni)

45

2018/C 328/62

Kawża T-41/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Lotte vs EUIPO – Nestlé Unternehmungen Deutschland (Rappreżentazzjoni ta’ koala) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta koalas — Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti KOALA-BÄREN Schöller lustige Gebäckfiguren — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) — Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Setgħa ta’ bidla))

46

2018/C 328/63

Kawża T-514/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Talba għal aċċess għal opinjonijiet iddettaljati maħruġa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ notifika abbażi tad-Direttiva 98/34/KE — Dokumenti relatati ma’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Rifjut ta’ aċċess — Żvelar wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

47

2018/C 328/64

Kawża T-904/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Labiri vs KESE u Il-Kumitat tar-Reġjuni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Fastidju psikoloġiku — Ftehim bonarju — Eżekuzzjoni tal-ftehim — [kunfidenzjali] — Użu ħażin ta’ poter — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

48

2018/C 328/65

Kawża T-256/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Labiri vs KESE (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Fastidju psikoloġiku — Ftehim bonarju — Implimentazzjoni tal-ftehim — Żball ta’ liġi — Żball ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

48

2018/C 328/66

Kawża T-392/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – TE vs Il-Kummissjoni (Rikors għal anullament — Ftuħ ta’ investigazzjoni esterna mill-OLAF — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

49

2018/C 328/67

Kawża T-769/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – roelliroelli confectionery schweiz vs EUIPO – Tanner (ALPRAUSCH) (Trade mark tal – Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Dikjarazzjoni ta’ revoka tat-trade mark opposta — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

49

2018/C 328/68

Kawża T-783/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – GE Healthcare vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Sospensjoni ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ kuntrast li fihom il-gadolinium għall-użu mill-bniedem — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

50

2018/C 328/69

Kawża T-224/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – PV vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Servizz pubbliku — Fastidju psikoloġiku — Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni wara revoka — Proċedura dixxiplinari — Reintegrazzjoni — Iffissar għal żero tas-salarju — Talba għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà parzjali — Nuqqas ta’ fumus boni juris — Nuqqas ta’ urġenza)

51

2018/C 328/70

Kawża T-250/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – RATP vs Il-Kummissjoni (Talba għal miżuri provviżorji — Aċċess għad-dokumenti — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

51

2018/C 328/71

Kawża T-433/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Bax vs BĊE

52

2018/C 328/72

Kawża T-439/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Sintokogio vs EUIPO (ProAssist)

53

2018/C 328/73

Kawża T-460/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2018 – eSlovensko Bratislava vs Il-Kummissjoni

53

2018/C 328/74

Kawża T-464/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – Grupo Bimbo vs EUIPO – Rubio Snacks (Tia Rosa)

54

2018/C 328/75

Kawża T-468/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – NSC Holding vs EUIPO – Ibercondor Barcelona (CONDOR SERVICE, NSC)

55


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 328/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 319, 10.9.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 311, 3.9.2018

ĠU C 301, 27.8.2018

ĠU C 294, 20.8.2018

ĠU C 285, 13.8.2018

ĠU C 276, 6.8.2018

ĠU C 268, 30.7.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Orange Polska SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji, European Competitive Telecommunications Association AISBL (ECTA), li kienet European Competitive Telecommunications Association

(Kawża C-123/16 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 102 TFUE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq Pollakki bl-ingrossa tal-aċċess fiss għall-broadband - Rifjut ta’ għoti ta’ aċċess għan-netwerk u ta’ provvista ta’ prodotti bl-ingrossa - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 7(1) - Artikolu 23(2)(a) - Interess leġittimu fil-konstatazzjoni ta’ ksur li ntemm - Kalkolu tal-multa - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 - Gravità - Ċirkustanzi attenwanti - Investimenti mwettqa mill-impriża responsabbli għall-ksur - Stħarriġ tal-legalità - Stħarriġ sħiħ minn qorti - Sostituzzjoni tal-motivi))

(2018/C 328/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Orange Polska SA (rappreżentanti: S. Hautbourg, avocat, P. Paśnik u M. Modzelewska de Raad, adwokaci, A. Howard, Barrister, D. Beard QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Szczodrowski, L. Malferrari u E. Gippini Fournier, aġenti), Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji (rappreżentanti: P. Litwiński, adwokat, European Competitive Telecommunications Association AISBL (ECTA), li kienet European Competitive Telecommunications Association (rappreżentanti: G. I. Moir u J. MacKenzie, solicitors)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Orange Polska SA hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji u European Competitive Telecommunications Association AISBL (ECTA) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 191, 30.05.2016


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja, Lico Leasing, SA, Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA

(Kawża C-128/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja għax-xiri ta’ bastimenti (sistema Spanjola tat-taxxa tal-lokazzjoni) - Identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna - Kundizzjoni dwar is-selettività - Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2018/C 328/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Sampol Pucurull, aġent), Lico Leasing, SA, Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA (rappreżentanti: M. Merola, avvocato, M. Sánchez, abogado)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Bankia SA, Asociación Española de Banca, Unicaja Banco SA, Liberbank SA, Banco de Sabadell SA, Banco Gallego SA, Catalunya Banc SA, Caixabank SA, Banco de Santander SA, Santander Investment SA, Naviera Séneca AIE, Industria de Diseño Textil SA, Naviera Nebulosa de Omega AIE, Banco Mare Nostrum SA, Abanca Corporación Bancaria SA, Ibercaja Banco SA, Banco Grupo Cajatres SAU, Naviera Bósforo AIE, Joyería Tous SA, Corporación Alimentaria Guissona SA, Naviera Muriola AIE, Poal Investments XXI SL, Poal Investments XXII SL, Naviera Cabo Vilaboa C-1658 AIE, Naviera Cabo Domaio C-1659 AIE, Caamaño Sistemas Metálicos SL, Blumaq SA, Grupo Ibérica de Congelados SA, RNB SL, Inversiones Antaviana SL, Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria SAU, Banco de Albacete SA, Bodegas Muga SL (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados), Aluminios Cortizo SAU (rappreżentanti: A. Beiras Cal, abogado)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2015, Spanja et vs Il-Kummissjoni (T-515/13 u T-719/13, EU:T:2015:1004), hija annullata.

2)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.

4)

Bankia SA, Asociación Española de Banca, Unicaja Banco SA, Liberbank SA, Banco de Sabadell SA, Banco Gallego SA, Catalunya Banc SA, Caixabank SA, Banco de Santander SA, Santander Investment SA, Naviera Séneca AIE, Industria de Diseño Textil SA, Naviera Nebulosa de Omega AIE, Banco Mare Nostrum SA, Abanca Corporación Bancaria SA, Ibercaja Banco SA, Banco Grupo Cajatres SAU, Naviera Bósforo AIE, Joyería Tous SA, Corporación Alimentaria Guissona SA, Naviera Muriola AIE, Poal Investments XXI SL, Poal Investments XXII SL, Naviera Cabo Vilaboa C-1658 AIE, Naviera Cabo Domaio C-1659 AIE, Caamaño Sistemas Metálicos SL, Blumaq SA, Grupo Ibérica de Congelados SA, RNB SL, Inversiones Antaviana SL, Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria SAU, Banco de Albacete SA, Bodegas Muga SL u Aluminios Cortizo SAU għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Georgsmarienhütte GmbH, Stahlwerk Bous GmbH, Schmiedag GmbH, Harz Guss Zorge GmbH vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-135/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Skema favur sorsi rinnovabbli ta’ enerġija u konsumaturi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija - Deċiżjoni (UE) 2015/1585 - Validità fid-dawl tal-Artikolu 107 TFUE - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ preżentata ta’ rikors għal annullament mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali))

(2018/C 328/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Georgsmarienhütte GmbH, Stahlwerk Bous GmbH, Schmiedag GmbH, Harz Guss Zorge GmbH

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Amministrattiva ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2016, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Confédération paysanne et vs Premier ministre, Ministre de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

(Kawża C-528/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament - Mutaġenesi - Direttiva 2001/18/KE - Artikoli 2 u 3 - Annessi I A u I B - Kunċett ta’ “orġaniżmu mmodifikat ġenetikament” - Tekniki/metodi ta’ modifika ġenetika użati tradizzjonalment u meqjusa li huma siguri - Tekniki/metodi ġodda ta’ mutaġenesi - Riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fit-traspożizzjoni tad-Direttiva - Direttiva 2002/53/KE - Katalgu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċi ta’ pjanti agrikoli - Varjetajiet ta’ pjanti magħmula tolleranti għall-erbiċidi - Artikolu 4 - Ammissibbiltà fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet immodifikati ġenetikament miksuba permezz ta’ mutaġenesi - Rekwiżit marbut mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent - Eżenzjoni))

(2018/C 328/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM: dangers, Vigilance OGM 33, Fédération Nature et Progrès

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-organiżmi miksuba permezz ta’ tekniki/metodi ta’ mutaġenesi jikkostitwixxu organiżmi mmodifikati ġenetikament fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/18, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Anness I B ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-premessa 17 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva huma esklużi biss l-organiżmi miksuba permezz ta’ tekniki/metodi ta’ mutaġenesi li ntużaw tradizzjonalment għal diversi applikazzjonijiet u li għandhom rekord twil ta’ sigurtà.

2)

L-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli [dwar il-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli], kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma eżentati mill-obbligi previsti f’din id-dispożizzjoni l-varjetajiet immodifikati ġenetikament miksuba permezz ta’ tekniki/metodi ta’ mutaġenesi li ntużaw tradizzjonalment għal diversi applikazzjonijiet u li għandhom rekord twil ta’ sigurtà.

3)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/18, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Anness I B tagħha, sa fejn jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva l-organiżmi miksuba permezz ta’ tekniki/metodi ta’ mutaġenesi li ntużaw tradizzjonalment għal diversi applikazzjonijiet u li għandhom rekord twil ta’ sigurtà, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandux l-effett li jċaħħad lill-Istati Membri mill-possibbiltà li jissuġġettaw tali organiżmi, b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-merkanzija stabbiliti fl-Artikoli 34 sa 36 TFUE, għall-obbligi previsti fl-imsemmija direttiva jew għal obbligi oħra.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “TTL” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-553/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu provduti servizzi - Tassazzjoni tal-kumpanniji - Ħlasijiet imwettqa minn kumpannija residenti lil kumpanniji mhux residenti għall-kiri ta’ vaguni b’tank - Obbligu li tinġabar taxxa f’ras il-għajn fuq id-dħul irċevut minn sorsi nazzjonali ttrasferit lil kumpannija barranija - Nuqqas ta’ osservanza - Ftehimiet dwar ħelsien minn taxxa doppja - Ġbir ta’ interess moratorji mill-kumpannija resident minħabba nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn - Interessi dovuti mill-iskadenza tat-terminu legali ta’ ħlas sal-jum fejn il-provi tal-applikabbiltà tal-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja jiġu ssodisfatti - Interessi li jistgħu jiġu rkuprati))

(2018/C 328/06)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“TTL” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Fil-preżenza ta’: Varhovna administrativna prokuratura

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha t-trasferiment ta’ dħul minn kumpannija residenti lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor huwa, bħala prinċipju, suġġett għal taxxa f’ras il-għajn, sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor fil-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż bejn dawn iż-żewġ Stat Membri, jekk din il-leġiżlazzjoni timponi fuq il-kumpannija residenti li la tiġbor u lanqas ma tħallas din it-taxxa lill-awtorità fiskali tal-ewwel Stat Membru, il-ħlas ta’ interessi moratorji li ma jistgħux jiġu rkuprati għall-perijodu inkluż bejn l-iskadenza tat-terminu ta’ ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u d-data li fiha l-kumpannija mhux residenti tipprova li l-kundizzjonijiet li jippermettu l-applikazzjoni tal-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja huma ssodisfatti, filwaqt li, konformement ma’ dan il-ftehim, il-kumpannija mhux residenti ma hija suġġetta għal ebda taxxa fl-ewwel Stat Membru jew meta l-ammont ta’ din it-taxxa jkun inqas minn dak normalment dovut taħt id-dritt fiskali Bulgaru.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Serin Alheto vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

(Kawża C-585/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-protezzjoni sussidjarja - Standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2011/95/UE - Artikolu 12 - Esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat - Persuni rreġistrati mal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) - Eżistenza ta’ “l-ewwel pajjiż ta’ ażil”, għal refuġjat tal-Palestina, fiż-żona ta’ operazzjoni tal-UNRWA - Proċeduri komuni għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46 - Dritt għal rimedju effettiv - Eżami sħiħ u ex nunc - Portata tas-setgħat tal-qorti tal-ewwel istanza - Eżami mill-qorti tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali - Eżami tar-raġunijiet tal-inammissibbiltà))

(2018/C 328/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Serin Alheto

Konvenut: Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqri flimkien mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn persuna rreġistrata mal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) jeħtieġ eżami tal-kwistjoni dwar jekk din il-persuna tibbenefikax minn protezzjoni jew minn assistenza effettiva mingħand dan l-organu, sakemm din l-applikazzjoni ma tkunx ġiet miċħuda qabel abbażi ta’ raġuni ta’ inammissibbiltà jew ta’ raġuni ta’ esklużjoni oħra differenti minn dik stipulata fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95.

2)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u t-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95 għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix jew li tittrasponi b’mod skorrett ir-raġuni għall-waqfien tal-applikazzjoni tar-raġuni ta’ esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat li huma jinkludu;

għandhom effett dirett, u

jistgħu jiġu applikati minkejja li l-applikant għall-protezzjoni internazzjonali ma għamilx riferiment espress għaliha.

3)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru adita fl-ewwel istanza b’rikors kontra deċiżjoni li tirrigwarda applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandha teżamina l-punti ta’ fatt u ta’ liġi, bħall-applikabbiltà tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95 għas-sitwazzjoni tal-applikant, li l-organu li ħa din id-deċiżjoni ħa jew seta’ jieħu inkunsiderazzjoni, kif ukoll dawk li seħħew wara l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.

4)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ eżami sħiħ u ex nunc kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti ta’ natura ġuridika jista’ jirrigwarda wkoll ir-raġunijiet għal inammissibbiltà tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 33(2) ta’ din id-direttiva, meta d-dritt nazzjonali jippermetti dan, u li, fil-każ li l-qorti adita bir-rikors tkun tixtieq teżamina raġuni ta’ inammissibbiltà li ma ġietx eżaminata mill-awtorità determinanti, hija għandha twettaq smigħ tal-applikant sabiex tippermettilu jesponi personalment, f’lingwa li jifhem, il-perspettiva tiegħu dwar l-applikabbiltà tal-imsemmija raġuni għas-sitwazzjoni partikolari tiegħu.

5)

Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 35 tad-Direttiva 2013/32 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna rreġistrata mal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) għandha, jekk hija tibbenefika minn protezzjoni jew minn assistenza effettiva ta’ dan l-organu f’pajjiż terz li ma jikkorrispondix mat-territorju li fih hija tirrisjedi abitwalment iżda li jagħmel parti miż-żona ta’ operazzjoni tal-imsemmi organu, titqies li tgawdi minn protezzjoni suffiċjenti f’dan il-pajjiż terz, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta dan:

jimpenja ruħu li jerġa’ jdaħħal lill-parti kkonċernata wara li din tkun telqet mit-territorju tiegħu sabiex tapplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni Ewropea, u

jirrikonoxxi l-imsemmija protezzjoni jew assistenza tal-UNRWA u jaderixxi għall-prinċipju ta’ non-refoulement, li jippermetti b’dan il-mod lill-parti kkonċernata li tissoġġorna fit-territorju tiegħu f’sigurtà, f’kundizzjonijiet tal-ħajja dinjitużi u sakemm ir-riskji sostnuti fit-territorju tar-residenza abitwali tiegħu jagħmlu dan neċessarju.

6)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jistabbilixxix regoli ta’ proċedura komuni f’dak li jirrigwarda l-kompetenza għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali wara l-annullament, mill-qorti adita bir-rikors, tad-deċiżjoni inizjali meħuda fuq din l-applikazzjoni. Madankollu, il-ħtieġa li jiġi żgurat effett utli għall-Artikolu 46(3) ta’ din id-direttiva u li jiġi ggarantit rimedju effettiv konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali teżiġi li, fil-każ li l-fajl jintbagħat lura lill-organu semiġudizzjarju jew amministrattiv imsemmi fl-Artikolu 2(f) tal-imsemmija direttiva, tiġi adottata deċiżjoni ġdida fi żmien qasir u tkun konformi mal-evalwazzjoni inkluża fis-sentenza li annullat id-deċiżjoni.


(1)  ĠU C 46, 13.2.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank van koophandel te Antwerpen – il-Belġju) – Dyson Ltd, Dyson BV vs BSH Home Appliances NV

(Kawża C-632/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Bejgħ ta’ vacuum cleaners bl-imnut - Tikketta dwar il-klassi tal-enerġija - Direttiva 2010/30/UE - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 665/2013 - Vacuum cleaners - Twaħħil ta’ simboli oħra - Prattiki kummerċjali żleali - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 7 - Assenza ta’ preċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom l-effiċjenza enerġetika hija mkejla - Ommissjoni qarrieqa))

(2018/C 328/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dyson Ltd, Dyson BV

Konvenuta: BSH Home Appliances NV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkostitwixxix “ommissjonijiet qarrieqa”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-fatt li ma tingħatax lill-konsumatur informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-ittestjar li wasslu għall-klassifikazzjoni tal-enerġija mogħtija fuq it-tikketta dwar il-klassi tal-enerġija tal-vacuum cleaners, li l-mudell tagħhom jinsab fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners

2)

Ir-Regolament ta’ Delega Nru 665/2013, moqri fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li jitwaħħlu, minbarra fuq it-tikketta dwar il-klassi tal-enerġija tal-vacuum cleaners, li l-mudell tagħha tinsab fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega Nru 665/2013, tikketti jew simboli li jfakkru l-informazzjoni msemmija fuq l-imsemmija tikketta enerġetika, jekk dan it-twaħħil jista’ jitqarraq lill-utent finali jew iħawdu rigward il-konsum tal-enerġija tal-vacuum cleaner ikkummerċjalizzat fis-suq bl-imnut inkwistjoni matul l-użu tiegħu, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan, fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha u fid-dawl tal-perċezzjoni tal-utent aħħari medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, billi tieħu kont ta’ fatturi soċjali, kulturali u lingwistiċi.


(1)  ĠU C 78, 13.03.2017


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – fil-proċedura mressqa minn A

(Kawża C-679/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 20 u 21 TFUE - Libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Istati Membri - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Assistenza soċjali - Benefiċċji tal-mard - Servizzi għall-persuni b’diżabbiltà - Obbligu impost fuq il-komun ta’ Stat Membru li jipprovdi lil wieħed mir-residenti tiegħu għajnuna għall-persuna prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali waqt l-istudji fil-livell terzjarju li dan ir-resident isegwi fi Stat Membru ieħor))

(2018/C 328/09)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

fil-preżenza ta’: Espoon kaupungin sosiaali- ja terveyslautakunnan yksilöasioiden jaosto

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li benefiċċju bħall-għajnuna għall-persuna inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti, b’mod partikolari, fil-fatt li jassumi l-ispejjeż ikkawżati mill-attivitajiet ta’ kuljum ta’ persuna b’diżabbiltà serja, bil-għan li jippermetti lil din tal-aħħar, ekonomikament inattiva, tkompli bl-istudji terzjarji, ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “benefiċċju tal-mard”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u huwa, għaldaqstant, eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikoli 20 u 21 TFUE jipprekludu li resident ta’ Stat Membru b’diżabbiltà serja jiġi mċaħħad, mill-komun ta’ residenza tiegħu, minn benefiċċju bħall-għajnuna għall-persuna inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba li huwa jirrisjedi fi Stat Membru ieħor sabiex fih isegwi l-istudji terzjarji tiegħu.


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs DPAS Limited

(Kawża C-5/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjoni - Artikolu 135(1)(d) - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-pagamenti u t-trasferimenti - Kunċett - Kamp ta’ applikazzjoni - Pjan ta’ pagament ta’ kura dentali permezz ta’ debitu dirett))

(2018/C 328/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

Konvenuta: DPAS Limited

Dispożittiv

L-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-VAT li hija prevista fih għat-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw il-pagamenti u t-trasferimenti ma tapplikax għal provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti f’li l-persuna taxxabbli titlob lill-istabbilimenti finanzjarji kkonċernati, minn naħa, li somma flus tiġi ttrasferita mill-kont bankarju ta’ pazjent lejn dak tal-persuna taxxabbli fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett u, min-naħa l-oħra, li din is-somma, wara tnaqqis tar-remunerazzjoni dovuta lil din il-persuna taxxabbli, tiġi ttrasferita mill-kont bankarju ta’ din tal-aħħar lejn il-kontijiet bankarji rispettivi tad-dentist u tal-assiguratur ta’ dan il-pazjent.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Société des produits Nestlé SA vs Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (C-84/17 P), vs Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Société des produits Nestlé SA (C-85/17 P), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd, Société des produits Nestlé SA (C-95/17 P)

(Kawżi magħquda C-84/17 P, C-85/17 P u C-95/17 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ biċċa ċikkulata b’erba’ ċangaturi - Appell dirett kontra l-motivi - Inammissibbiltà - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(3) - Prova ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu))

(2018/C 328/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Société des produits Nestlé SA (rappreżentanti: G.S.P. Vos, advocaat u S. Malynicz QC) (C-84/17 P), Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd (rappreżentanti: T. Mitcheson, QC, u J. Lane Heald, barrister, bil-mandat ta’ P. Walsh, J. Blum u C. MacLeod, solicitors) (C-85/17 P), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent) (C-95/17 P)

Partijiet oħra fil-proċedura: Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd (rappreżentanti: T. Mitcheson, QC, u J. Lane Heald, barrister, bil-mandat ta’ P. Walsh u J. Blum, solicitors), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) (C-84/17 P), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Société des produits Nestlé SA (rappreżentanti: G.S.P. Vos, advocaat, u S. Malynicz, QC) (C-85/17 P), Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd (rappreżentanti: T. Mitcheson, QC, u J. Lane Heald, barrister, bil-mandat ta’ P. Walsh u J. Blum, solicitors), Société des produits Nestlé SA (rappreżentanti: G.S.P. Vos, advocaat, u S. Malynicz, QC) (C-95/17 P)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti fil-kawża C-84/17 P: European Association of Trade Mark Owners (Marques) (rappreżentant: M. Viefhues, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Société des produits Nestlé SA, European Association of Trade Mark Owners (Marques), Mondelez UK Holdings & Services Ltd u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 178, 6.6.2017

ĠU C 161, 22.5.2017


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa – Spanja) – Gardenia Vernaza Ayovi vs Consorci Sanitari de Terrassa

(Kawża C-96/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż bejn CES, UNICE u CEEP - Konsegwenzi ta’ tkeċċija dixxiplinari kklassifikata bħala “inġusta” - Kunċett ta’ “l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg” - Ħaddiem temporanju għal żmien indeterminat - Differenza fit-trattament bejn il-ħaddiem permanenti u l-ħaddiem temporanju għal żmien determinat jew indeterminat - Reintegrazzjoni tal-ħaddiem jew għoti ta’ kumpens))

(2018/C 328/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gardenia Vernaza Ayovi

Konvenut: Consorci Sanitari de Terrassa

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li, meta t-tkeċċija dixxiplinari ta’ ħaddiem permanenti fis-servizz ta’ amministrazzjoni pubblika tiġi ddikjarata inġusta, il-ħaddiem ikkonċernat huwa bilfors irrientegrat, filwaqt li, fl-istess ipoteżi, ħaddiem temporanju jew ħaddiem temporanju għal żmien indeterminat li jwettaq l-istess kompiti bħal dan il-ħaddiem permanenti jista’ ma jiġix irrientegrat u jirċievi kumpens bħala korrispettiv.


(1)  ĠU C 151, 15.05.2017


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Messer France SAS, li kienet Praxair vs Prim Ministru, Kummissjoni li Tirregola l-Enerġija, Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre de l’Environnement, de l’Énergie et de la Mer

(Kawża C-103/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Direttiva 92/12/KEE - Artikolu 3(2) - Direttiva 2003/96/KE - Artikoli 3 u 18 - Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku - Dazji tas-sisa - Eżistenza ta’ taxxa indiretta oħra - Kundizzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kontribuzzjoni lis-servizz pubbliku tal-elettriku - Kunċett ta’ “għanijiet speċifiċi” - Osservanza ta’ livelli minimi ta’ tassazzjoni))

(2018/C 328/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Messer France SAS, li kienet Praxair

Konvenuti: Prim Ministru, Kummissjoni li Tirregola l-Enerġija, Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre de l’Environnement, de l’Énergie et de la Mer

Dispożittiv

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(10) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sal-1 ta’ Jannar 2009, l-osservanza tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni previsti minn din id-direttiva kienet tikkostitwixxi, fost ir-regoli ta’ tassazzjoni tal-elettriku previsti mid-dritt tal-Unjoni, l-uniku obbligu impost fuq ir-Repubblika Franċiża.

2)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istabbiliment ta’ taxxa indiretta oħra li tolqot l-elettriku ma huwiex suġġett għall-implementazzjoni ta’ dazju tas-sisa armonizzat u li peress li taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix tali dazju tas-sisa, il-konformità tagħha mad-Direttivi 92/12 u 2003/96 għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-kundizzjonijiet imposti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 92/12 għall-eżistenza ta’ taxxi indiretti oħrajn li jfittxu għanijiet speċifiċi.

3)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 92/12 għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi kklassifikata bħala “taxxa indiretta oħra”, fid-dawl tal-għan ambjentali tagħha, li huwa intiż għall-finanzjament tal-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-obbligu ta’ xiri ta’ enerġija ekoloġika, bl-esklużjoni tal-għanijiet ta’ koeżjoni territorjali u soċjali tagħha, bħall-ekwalizzazzjoni tariffarja ġeografika u t-tnaqqis tal-prezz tal-elettriku għall-familji f’sitwazzjoni ta’ prekarjetà, u tal-għanijiet purament amministrattivi tagħha, b’mod partikolari, il-finanzjament tal-ispejjeż inerenti għall-funzjonament amministrattiv ta’ awtoritajiet jew ta’ istituzzjonijiet pubbliċi bħall-Ombudsman nazzjonali tal-enerġija u l-Fond ta’ Depożiti, bla ħsara għall-verifika, mill-qorti tar-rinviju, tal-osservanza tar-regoli ta’ tassazzjoni applikabbli fir-rigward tad-dazji tas-sisa.

4)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni taxxabbli kkonċernati jistgħu jitolbu rimbors parzjali ta’ taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fi proporzjon tal-parti tad-dħul minn din tal-aħħar allokati għal għanijiet mhux speċifiċi, bil-kundizzjoni li din it-taxxa ma tkunx ġiet imputata minn dawn il-persuni taxxabbli fuq il-klijenti tagħhom, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “Aviabaltika” UAB vs “Ūkio bankas” AB, fi stralċ

(Kawża C-107/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/47/KE - Eżekuzzjoni tal-arranġamenti kollaterali finanzjarji - Bidu tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista kollateral finanzjarju - Seħħ tal-fatt li wassal għall-eżekuzzjoni tal-kollateral - Inklużjoni tal-kollateral finanzjarju fil-massa ta’ falliment - Obbligu li d-djun jitħallsu, fl-ewwel lok, mill-kollateral finanzjarju))

(2018/C 328/14)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Aviabaltika” UAB

Konvenut:“Ūkio bankas” AB, fi stralċ

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, kif emendata bid-Direttiva 2009/44/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq l-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti lil min jakkwista l-kollateral b’sigurtà taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled min-nuqqas tal-eżekuzzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, fuq dan il-kollateral, meta avveniment ta’ enforzar iseħħ wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-konfront tiegħu.

2)

L-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2002/47 kif emendata bid-Direttiva 2009/44, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil min jakkwista kollateral taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà obbligu li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled mill-obbligi finanzjarji koperti minn dan l-arranġament, qabelxejn fuq dan il-kollateral.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Teva UK Ltd, Accord Healthcare Ltd, Lupin Ltd, Lupin (Europe) Ltd, Generics (UK) li joperaw taħt l-isem kummerċjali “Mylan” vs Gilead Sciences Inc.

(Kawża C-121/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Trattament tal-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) - Prodotti mediċinali ta’ referenza u prodotti mediċinali ġeneriċi - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3(a) - Kundizzjonijiet għall-kisba - Kunċett ta’ “prodott protett minn privattiva bażika fis-seħħ” - Kriterji ta’ evalwazzjoni))

(2018/C 328/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Teva UK Ltd, Accord Healthcare Ltd, Lupin Ltd, Lupin (Europe) Ltd, Generics (UK) li joperaw taħt l-isem kummerċjali “Mylan”

Konvenuta: Gilead Sciences Inc.

Dispożittiv

L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott kompost minn diversi ingredjenti attivi li għandhom effett ikkombinat huwa “protett minn privattiva bażika fis-seħħ”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm il-kombinazzjoni tal-ingredjenti attivi li jikkomponuh, anki jekk ma hijiex imsemmija b’mod espliċitu fit-talbiet tal-privattiva bażika, isir neċessarjament u speċifikament riferiment għaliha f’dawn it-talbiet. Għal dan il-għan, mill-perspettiva tal-bniedem tas-sengħa u abbażi tal-istat attwali tat-teknika fid-data tal-preżentata jew ta’ prijorità tal-privattiva bażika:

il-kombinazzjoni ta’ dawn l-ingredjenti attivi għandha tappartjeni neċessarjament, fid-dawl tad-deskrizzjoni u tad-disinni ta’ din il-privattiva, għall-invenzjoni koperta minnha, u

kull wieħed mill-imsemmija ingredjenti attivi għandu jkun speċifikament identifikabbli, fid-dawl tal-elementi kollha żvelati mill-imsemmija privattiva.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV vs Duma Forklifts NV, G.S. International BVBA

(Kawża C-129/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5 - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9 - Dritt tal-proprjetarju tad-trade mark li jopponi t-tneħħija minn terz tas-sinjali kollha identiċi għal din it-trade mark u t-twaħħil ta’ sinjali ġodda fuq prodotti identiċi għal dawk li għalihom l-imsemmija trade mark ġiet irreġistrata bl-għan li jiġu importati jew imqiegħda fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)))

(2018/C 328/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV

Konvenuti: Duma Forklifts NV, G.S. International BVBA

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks u l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista jopponi li, mingħajr il-kunsens tiegħu, terz ineħħi s-sinjali kollha identiċi għal din it-trade mark u jwaħħal sinjali oħra fuq prodotti mqiegħda taħt il-proċedura tal-ħażna doganali bħal fil-kawża prinċipali bl-għan li jimportahom jew li jqiegħedhom fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) fejn huma qatt ma ġew ikkummerċjalizzati.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – QuaMa Quality Management GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-139/17 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali medialbo - Trade mark preċdenti MediaLB - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Oppożizzjoni minn persuna li ma għandhiex il-kwalità ta’ proprjetarju tat-trade mark preċedenti - Assenza ta’ applikazzjoni formali ta’ reġistrazzjoni tat-trasferiment tat-trade mark preċedenti qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni - Inammissibbiltà))

(2018/C 328/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: QuaMa Quality Management GmbH (rappreżentant: C. Russ, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Botis u M. Fischer, aġenti), Microchip Technology, Inc. (rappreżentanti: C. Bergmann, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

QuaMa Quality Management GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Gmina Ryjewo

(Kawża C-140/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167, 168 u 184 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Regolarizzazzjoni - Beni kapitali immobbli - Allokazzjoni inizjali għal attività li ma tagħtix lok għal tnaqqis u sussegwentement ukoll għal attività suġġetta għall-VAT - Korp pubbliku - Kwalità ta’ persuna taxxabbli fil-mument tat-tranżazzjoni taxxabbli))

(2018/C 328/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Konvenut: Gmina Ryjewo

Dispożittiv

L-Artikoli 167, 168 u 184 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll tal-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li korp irregolat mid-dritt pubbliku jibbenefika minn dritt ta’ aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT imħallsa fuq beni ta’ investiment immobbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn, waqt l-akkwist ta’ dan l-oġġett, minn naħa, dan tal-aħħar seta’ min-natura tiegħu jintuża kemm għal attivitajiet taxxabbli kif ukoll għal dawk mhux taxxabbli iżda intuża, inizjalment, għal attivitajiet mhux taxxabbli, u, min-naħa l-oħra, dak il-korp pubbliku ma kienx espressament iddikjara li kellu l-intenzjoni li juża l-imsemmi oġġett għal attività taxxabbli iżda lanqas ma kien eskluda li jintuża għal dawn l-iskopijiet, sakemm dan ikun jirriżulta minn eżami taċ-ċirkustanzi kollha ta’ fatt, li għandu jsir mill-qorti nazzjonali, li juri li ġiet sodisfatta l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112, li tgħid li persuna taxxabbli għandha tkun aġixxiet fil-kwalità tagħha ta’ persuna taxxabbli fil-mument meta għamlet dan l-akkwist.


(1)  ĠU C 202, 26.06.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Edel Grace, Peter Sweetman vs An Bord Pleanala

(Kawża C-164/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KE - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Artikolu 6(3) u (4) - Evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet ta’ pjan jew proġett fuq sit protett - Pjan jew proġett mhux direttament marbut jew neċessarju għat-tmexxija tas-sit - Proġett ta’ park eoliku - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Artikolu 4 - Żona ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) - Anness I - Bugħadam Abjad Prim (Circus cyaneus) - Habitat xieraq li jvarja tul iż-żmien - Tnaqqis temporanju jew definittiv ta’ superfiċi ta’ artijiet utli - Miżuri integrati fil-proġett intiżi biex jiżguraw, matul il-proġett, li s-superfiċi effettivament xierqa biex iżżomm fiha l-habitat naturali tal-ispeċi ma titnaqqasx, jew saħansitra tkun tista’ tiżdied))

(2018/C 328/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edel Grace, Peter Sweetman

Konvenuti: An Bord Pleanala

Dispożittiv

L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta proġett ikun intiż li jitwettaq fuq sit indikat għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni tal-ispeċi, li s-superfiċi tiegħu xierqa għall-ħtiġijiet ta’ speċi protetta tvarja maż-żmien, u meta tali proġett ikollu bħala effett li, temporanjament jew definittivament, ċerti partijiet ta’ dan is-sit ma jkunux ser jibqgħu ta’ natura li joffru habitat adatt lill-ispeċi inkwistjoni, iċ-ċirkustanza li dan il-proġett jinkludi miżuri intiżi li jiżguraw, wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-imsemmi proġett u matul il-ħajja tal-proġett imsemmi, li l-parti tal-imsemmi sit li b’mod konkret tista’ toffri habitat xieraq ma titnaqqasx, jew saħansitra tista’ tiżdied, ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni li għandha ssir skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu u intiża li tiżgura li l-proġett inkwistjoni mhux ser jaffettwa b’mod negattiv l-integrità tas-sit ikkonċernat, iżda taqa’, jekk ikun il-każ, taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-istess artikolu.


(1)  ĠU C 178, 06.06.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-205/17) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ġbir u trattament ta’ ilma urban mormi - Direttiva 91/271/KEE - Artikoli 3 u 4 - Sentenza tal-Qorti li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa))

(2018/C 328/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-Renju ta’ Spanja, meta ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260 (1) TFUE.

2)

Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti sal-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat li jħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 10 950 000 għal kull semestru ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), sa mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), li l-ammont effettiv tagħhom għandu jiġi kkalkulat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur billi jitnaqqas l-ammont totali għal kull wieħed minn dawn il-perijodi b’perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet li s-sistemi ta’ ġbir u/jew ta’ trattament ta’ ilma urban mormi tagħhom kienu ġew konformi mas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:260), fi tmiem il-perijodu kkunsidrat, meta mqabbel man-numru ta’ abitanti ekwivalenti ta’ agglomerazzjonijiet li ma għandhomx tali sistemi fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat li jħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ ammont ta’ EUR 12-il miljun.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Gert Teglgaard, Fløjstrupgård I/S vs Fødevareministeriets Klagecenter

(Kawża C-239/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Artikolu 6(1) - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 23(1) - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Artikolu 66(1) - Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Artikolu 70(8)(a) - Kundizzjonalità - Tnaqqis f’pagamenti diretti minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti regolatorji marbuta mal-ġestjoni jew mal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba - Determinazzjoni tas-sena li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwal ta’ tnaqqis - Is-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza)

(2018/C 328/21)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gert Teglgaard, Fløjstrupgård I/S

Konvenut: Fødevareministeriets Klagecenter

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 146/2008 tal-14 ta’ Frar 2008 u l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament Nru 1782/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tnaqqis fil-pagamenti diretti minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw inkonnessjoni mas-sena li matulha jkun seħħ dan in-nuqqas ta’ osservanza.

2)

L-Artikolu 66(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u l-Artikolu 70(8)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tnaqqis fil-pagamenti diretti hekk ikkalkulat għandu jiġi applikat għall-pagamenti riċevuti jew li għandhom jiġu riċevuti inkonnessjoni mas-sena kalendarja li matulha jkun ġie kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità.

3)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-finijiet tal-kalkolu tat-tnaqqis f’pagamenti diretti meta bidwi ma jkunx osserva r-regoli tal-kundizzjonalità matul is-snin 2007-2008, iżda meta dan in-nuqqas ta’ osservanza jkun ġie kkonstatat biss matul is-sena 2011, hija dik tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 għas-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008, u tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, kif emendat bir-Regolament Nru 146/2008, għall-perijodu ta’ bejn ix-xahar ta’ April u x-xahar ta’ Diċembru 2008.


(1)  ĠU C 221, 10.07.2017


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari taż-Županijski Sud u Zagrebu – il-Kroazja) – Ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew kontra AY

(Kawża C-268/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(2), il-punt 2 tal-Artikolu 3 u l-punt 3 tal-Artikolu 4 - Raġunijiet ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni - Għeluq ta’ investigazzjoni kriminali - Prinċipju ne bis in idem - Persuna rikjesta li kellha l-kwalità ta’ xhud fi proċedura preċedenti dwar l-istess fatti - Ħruġ ta’ diversi mandati ta’ arrest Ewropej kontra l-istess persuna))

(2018/C 328/22)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Županijski Sud u Zagrebu

Parti fil-kawża prinċipali

AY

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni hija obbligata tadotta deċiżjoni fir-rigward ta’ kull mandat ta’ arrest Ewropew trażmess lilha, anki meta, f’dan l-Istat Membru, diġà kien hemm deċiżjoni dwar mandat ta’ arrest Ewropew preċedenti dwar l-istess persuna u li jikkonċerna l-istess fatti, iżda li t-tieni mandat ta’ arrest Ewropew nħareġ biss minħabba l-ħruġ tal-att tal-akkuża, fl-Istat Membru emittenti, fil-konfront tal-persuna rikjesta.

2)

Il-punt 2 tal-Artikolu 3 u l-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku, bħal dik tal-Uffiċċju Nazzjonali Ungeriż tal-Investigazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li temmet investigazzjoni mibdija kontra awtur mhux magħruf, li fiha l-persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew instemgħet biss bħala xhud, mingħajr ma jkunu nbdew proċeduri kriminali kontra din il-persuna u li din id-deċiżjoni tkun ittieħdet fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri, ma tistax tiġi invokata għall-finijiet li tiġi rrifjutata l-eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew abbażi ta’ waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Virginie Marie Gabrielle Guigo vs Fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite”

(Kawża C-338/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - Artikoli 3 u 4 - Teħid mill-istituzzjonijiet ta’ garanzija tal-krediti tal-impjegati - Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija - Esklużjoni tal-pretensjonijiet maħluqa iktar minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja))

(2018/C 328/23)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Virginie Marie Gabrielle Guigo

Konvenut: Fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite”

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 4(1) taz-Zakon za garantiranite vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite pri nesastoyatelnost na rabotodatelia (il-liġi dwar il-pretensjonijiet iggarantiti tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom), li ma tiggarantixxix il-pretensjonijiet salarjali tal-ħaddiema impjegati li r-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom tkun spiċċat iktar minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja tal-persuna li timpjegahom.


(1)  ĠU C 269, 14.08.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Malmö – l-Isvezja) – A vs Migrationsverket

(Kawża C-404/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-ażil - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 31(8) u Artikolu 32(2) - Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali manifestament infondata - Kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur - Assenza ta’ regoli nazzjonali dwar dan il-kunċett - Dikjarazzjonijiet tal-applikant meqjusa bħala affidabbli iżda insuffiċjenti fid-dawl tan-natura sodisfaċenti tal-protezzjoni offruta mill-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant))

(2018/C 328/24)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Malmö

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A

Konvenut: Migrationsverket

Dispożittiv

L-Artikolu 31(8)(b) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri flimkien mal-Artikolu 32(2) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali titqies bħala manifestament infondata f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, minn naħa, mill-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant jirriżulta li protezzjoni aċċettabbli tista’ tiġi żgurata lilu f’dak il-pajjiż u, min-naħa l-oħra, dan l-applikant ipprovda informazzjoni insuffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, meta l-Istat Membru li fih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni ma adottax regoli li jimplimentaw il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur.


(1)  ĠU C 293, 4.9.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale del Lazio – l-Italja) – Agenzia delle Dogane e dei Monopoli vs Pilato SpA

(Kawża C-445/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 8703, 8704 u 8705 - Karozzi tal-mejtin))

(2018/C 328/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Konvenuta: Pilato SpA

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li karozzi tal-mejtin bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2016.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tlieta Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Combaro SA

(Kawża C-574/17 P) (1)

((Appell - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 239 - Maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Importazzjoni ta’ drapp tal-għażel mil-Latvja bejn l-1999 u l-2002 - Sitwazzjoni partikolari - Obbligi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll - Allegata korruzzjoni tal-awtoritajiet doganali - Ċertifikat ta’ moviment mhux awtentiku - Fiduċja reċiproka))

(2018/C 328/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u B.-R. Killmann, aġenti)

Konvenuta: Combaro SA, (Lausanne, l-Isvizzera) (rappreżentant: D. Ehle Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2017, Combaro vs Il-Kummissjoni (T-752/14, EU:T:2017:529), hija annullata.

2)

Ir-rikors ta’ Combaro SA huwa miċħud.

3)

Combaro SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 382, 13.11.2017


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-588/17 P) (1)

((Appell - FAEG u FEAŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea - Infiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja - Għajnuna għal żoni bi żvantaġġi naturali u miżuri agroambjentali fil-programm ta’ żvilupp rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla u León))

(2018/C 328/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 5, 8.1.2018.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda)) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra LM

(Kawża C-216/18 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(3) - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt ta’ aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali))

(2018/C 328/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

LM

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni meħtieġa tiddeċiedi dwar il-konsenja ta’ persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ sabiex jiġu eżerċitati proċeduri kriminali jkollha għad-dispożizzjoni tagħha elementi, bħal dawk li jinsabu fi proposta rraġunata tal-Kummissjoni Ewropea, adottata skont l-Artikolu 7(1) TUE, li jidhru li juru l-eżistenza ta’ riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq iggarantit mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati fir-rigward tal-indipendenza tas-setgħa ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti, l-imsemmija awtorità għandha tivverifika, b’mod konkret u preċiż, jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni personali ta’ din il-persuna, kif ukoll fid-dawl tan-natura tar-reat li fir-rigward tiegħu tkun is-suġġett ta’ prosekuzzjoni u fid-dawl tal-kuntest fattwali li fuqhom ikun ibbażat il-mandat ta’ arrest Ewropew, u filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru emittenti, skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata, jeżistux motivi serji u vverifikati sabiex wieħed jemmen li l-imsemmija persuna ser tkun esposta għal tali riskju fil-każ ta’ konsenja lil dan l-Istat tal-aħħar.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra ML

(Kawża C-220/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(3) - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Raġunijiet għan-noneżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 4 - Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti - Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti - Portata tal-eżami mwettaq mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni - Eżistenza ta’ rikors fl-Istat Membru emittenti - Assigurazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru))

(2018/C 328/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

ML

fil-preżenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft Bremen

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eże kuzzjoni tipprovdi l-provi tal-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fi ħdan l-istabbilimenti penitenzjarji tal-Istat Membru emittenti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-eżattezza fid-dawl tal-informazzjoni aġġornata kollha disponibbli:

l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma tistax teskludi l-eżistenza ta’ riskju reali li l-persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għar-raġuni biss li din il-persuna tiddisponi, fl-Istat Membru emittenti, minn proċedura ta’ rimedju li tippermettilha tikkontesta l-kundizzjonijiet tagħha fil-ħabs, għalkemm l-eżistenza ta’ tali possibbiltà ta’ azzjoni tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni minn din l-awtorità sabiex tagħti deċiżjoni fuq il-konsenja tal-persuna kkonċernata;

l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni hija marbuta teżamina biss il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fi ħdan l-istabbilimenti penitenzjarji li fihom ikun probabbli, skont l-informazzjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha, li l-imsemmija persuna tkun ser tinżamm, anki fuq bażi temporanja jew tranżitorja;

l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tivverifika, għal dan il-għan, il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni konkreti u preċiżi tal-persuna kkonċernata li jkunu rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk hija tkunx ser tgħaddi minn riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istat Membru emittenti barra minn dik tal-awtorità ġudizzjarja emittenti, bħal, b’mod partikolari, l-assigurazzjoni li l-persuna kkonċernata ma tkunx ser tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


(1)  ĠU C 221 tal-25/6/2018.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja – GS vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-440/17) (1)

((Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 2011/96/UE - Artikolu 1(2) - Kumpannija omm - Holding - Taxxa f’ras il-għajn tal-profitti ddistribwiti lil kumpannija omm holding mhux residenti - Eenzjoni - Frodi, evażjoni u abbuż fil-qasam fiskali - Preżunzjoni)))

(2018/C 328/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GS

Konvenuta: Bundeszentralamt für Steuern

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/13 tat-13 ta’ Mejju 2013, u l-Artikolu 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tapplika taxxa f’ras il-għajn fuq dividendi mogħtija minn sussidjarja residenti lill-kumpannija omm mhux residenti tagħha, iżda li teskludi d-dritt li din tal-aħħar tikseb ir-rimbors jew l-eżenzjoni minn tali taxxa f’ras il-għajn, meta, minn naħa, ishma f’din il-kumpannija omm huma miżmuma minn persuni li ma jkollhomx id-dritt għal tali rimbors jew għal tali eżenzjoni li kieku huma kienu rċevew direttament dividendi li joriġinaw minn tali sussidjarja u fejn il-kumpannija omm ma ġġeneratx id-dħul gross tagħha għas-sena finanzjarja kkonċernata permezz tal-attività ekonomika rispettiva tagħha u meta, min-naħa l-oħra, waħda miż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni tkun sodisfatta, jiġifieri, jew ma jeżistux raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet importanti oħra li jiġġustifikaw l-interpożizzjoni ta’ din l-istess kumpannija omm, jew din tal-aħħar ma tipparteċipax fl-attività ekonomika ġenerali ma impriża organizzata b’mod xieraq fid-dawl tal-għan tal-kumpannija, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi organizzattivi, ekonomiċi jew karatteristiċi importanti oħra tal-impriżi li għandhom rabtiet mal-kumpannija omm inkwistjoni.


(1)  ĠU C 374, 06.11.2017


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Napoli – l-Italja) – easyJet Airline Co. Ltd vs Regione Campania

(Kawża C-241/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))

(2018/C 328/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: easyJet Airline Co. Ltd

Konvenut: Regione Campania

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Napoli (il-Kummissjoni Fiskali Provinċjali ta’ Napoli, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Marzu 2018, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Spetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Mejju 2018 – Proċeduri kriminali kontra EK, AH, CX

(Kawża C-340/18)

(2018/C 328/32)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

EK, AH, CX

Permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Lulju 2018, il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Cargill Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

(Kawża C-360/18)

(2018/C 328/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cargill Deutschland GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Krefeld

Domanda preliminari

Ir-rimbors tal-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor, li għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1360/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2001/2002, 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006, il-koeffiċjent meħtieġ għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2004/2005 u l-ammont li għandu jitħallas mill-manifatturi taz-zokkor lill-bejjiegħa tal-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-imposta massima u l-imposta li għandha titħallas għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2005/2006 (1), għandu jsir konformement mad-dritt nazzjonali u, b’mod partikolari, billi jiġu applikati r-regoli ta’ preskrizzjoni previsti minn dan ir-regolament, b’osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività?


(1)  ĠU 2013, L 343, p. 2.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – UPS Deutschland Inc. & Co. OHG, DPD Dynamic Parcel Distribution GmbH & Co. KG, Bundesverband Paket & Expresslogistik e.V. vs Deutsche Post AG

(Kawża C-374/18)

(2018/C 328/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UPS Deutschland Inc. & Co. OHG, DPD Dynamic Parcel Distribution GmbH & Co. KG, Bundesverband Paket & Expresslogistik e.V.

Konvenuta: Deutsche Post AG

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tawtorizza derogi previsti fl-Artikoli 5 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 biss fil-każ li fih vettura ta’ fornitur ta’ servizz universali, fis-sens tal-punt 13 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE (2) tittrasporta unikament u esklużivament spedizzjonijiet fil-kuntest tas-servizz universali, skont l-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, jew derogi mill-Artikoli 5 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 huma wkoll awtorizzati fil-każ li fih il-vetturi kkonċernati, minbarra t-trasport ta’ spedizzjonijiet fil-kuntest tas-servizz universali, jittrasportaw ukoll spedizzjonijiet li ma jaqgħux taħt is-servizz universali?

2.

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun li derogi mill-Artikoli 5 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 huma awtorizzati wkoll meta l-vetturi kkonċernati jittrasportaw ukoll spedizzjonijiet li ma jaqgħux taħt is-servizz universali, minbarra spedizzjonijiet fil-kuntest tas-servizz universali:

a)

F’dan il-każ, liema huwa l-proporzjon minimu li għandu jiġi stabbilit għal spedizzjonijiet ittrasportati minn vettura fil-kuntest tas-servizz universali?

b)

F’dan il-każ, liema huwa l-proporzjon massimu li għandu jiġi stabbilit għal spedizzjonijiet li ma humiex ittrasportati fil-kuntest tas-servizz universali u li l-vettura tittrasporta simultanjament mal-ispedizzjonijiet tas-servizz universali?

c)

Kif għandhom jiġu ddeterminati, f’kull każ, il-proporzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b)?

d)

Għandu jkun hemm proporzjon bħal dak deskritt taħt il-punti (a) u (b) għal kull traġitt individwali tal-vettura kkonċernata jew huwa biżżejjed li jkun hemm proporzjon medju, ibbażat fuq it-traġitti kollha mwettqa mill-vettura inkwistjoni?

3.

 

a)

Dispożizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, dwar ħinijiet tas-sewqan u perijodi ta’ mistrieħ għal vetturi jew għal kombinazzjoni ta’ vetturi intiżi għat-trasport ta’ merkanzija b’massa massima awtorizzata ta’ iktar minn 2,81 tunellati u ta’ inqas minn 3,51 tunellati li tirriproduċi letteralment id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, għandha tiġi interpretata esklużivament abbażi tad-dritt tal-Unjoni?

b)

Minkejja r-riproduzzjoni letterali tad-dritt tal-Unjoni, qorti nazzjonali tista’ tapplika kriterji derogatorji sabiex tinterpreta d-dispożizzjonijiet li ġew riprodotti mid-dritt tal-Unjoni?

4.

Huwa ostakolu għall-klassifikazzjoni ta’ spedizzjonijiet bħala spedizzjonijiet fil-kuntest tas-servizz universali skont id-Direttiva 97/67/KE meta, flimkien ma’ tali spedizzjonijiet, jiġu offruti servizzi supplimentari bħal:

irtirar (mingħajr ħin);

irtirar (bil-ħin);

kontroll viżwali tal-età;

ħlas kontanti mal-konsenja;

spejjeż postali sostnuti mill-ispeditur sa 31,5 kg;

servizz ta’ indirizzar mill-ġdid;

istruzzjonijiet antiċipati;

preferenza għad-data tal-kunsinna;

preferenza għall-ħin tal-kunsinna.


(1)  Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006, L 102, p. 1, rettiffika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83), kif emendat bl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq (ĠU 2014, L 60, p. 1).

(2)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Finanzamt A vs B

(Kawża C-388/18)

(2018/C 328/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt A

Konvenut: B

Domanda preliminari

Fil-każijiet ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ marġni ta’ profitt skont l-Artikoli 311 et seq tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), id-dispożizzjoni tal-punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 288 ta’ din l-istess direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li, għall-kalkolu tad-dħul mill-bejgħ rilevanti għall-kunsinna ta’ oġġetti skont l-Artikolu 314 tad-Direttiva 2006/112/KE, wieħed għandu jibbaża ruħu, konformement mal-Artikolu 315 tal-imsemmija direttiva, fuq id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ mitlub u l-prezz tax-xiri (marġni kummerċjali)?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-9 ta’ Lulju 2018 – AGROBET CZ, s.r.o. vs Finanční úřad pro Středočeský kraj

(Kawża C-446/18)

(2018/C 328/36)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AGROBET CZ, s.r.o.

Konvenuta: Finanční úřad pro Středočeský kraj

Domanda preliminari

1)

Miżura ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-istabbiliment u l-ħlas ta’ parti mit-tnaqqis tal-VAT mitlub għat-terminazzjoni tal-proċedimenti li jirrigwardaw is-servizzi taxxabbli kollha matul perijodu taxxabbli determinat hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT?


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fid-9 ta’ Lulju 2018 – UB vs Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava

(Kawża C-447/18)

(2018/C 328/37)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UB

Konvenuta: Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(w) u l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (1) (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, moqrija flimkien mad-dritt għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għal vantaġġi soċjali stipulat fl-Artikolu 34(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu interpretati, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, fis-sens li dawn jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali li tipprovdi li l-istituzzjoni Slovakka tas-sigurtà soċjali għandha tqis li l-kundizzjoni fundamentali li tagħti d-dritt għas-suppliment ta’ pensjoni lir-rappreżentanti sportivi hija n-nazzjonalità tal-applikant, anki jekk kundizzjoni legali oħra, jiġifieri [l-fatt li jkunu għamlu parti mit-tim] nazzjonali tal-predeċessuri fid-dritt [tar-Repubblika Slovakka], inkluża r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka, tkun ukoll element tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-481/18)

(2018/C 328/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Szmytkowska, C. Sjödin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/39/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/17/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx id-dispożizzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/39/UE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/39/UE, l-Istati Membri għandhom jadottaw, mhux iktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2014, il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex id-dritt intern tagħhom ikun konformi mal-obbligi li jirriżultaw minn din id-direttiva. Peress li r-Repubblika Taljana ma adottatx jew ma kkomunikatx lill-Kummissjoni il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU 2012, L 327, p. 24.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/29


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-487/18)

(2018/C 328/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers, M Patakia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni il-programm nazzjonali tagħha ta’ ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (1).

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Sal-lum il-konvenuta ttrażmettiet biss l-abbozz ta’ programm nazzjonali lill-Kummissjoni. Hija kienet indikat fit-tweġibiet tagħha għat-talbiet għal informazzjoni u għall-opinjoni motivata, li l-programm nazzjonali kien għadu jeħtieġ l-adozzjoni mill-Gvern Federali, li kien għadha ma saritx. Huwa biss wara din l–adozzjoni li n-notifikazzjoni tal-programm nazzjonali tkun possibbli. Il-konvenuta għadha ma indirizzatx dan it-tħabbir. Hija lanqas għadha ma nnotifikat il-programm nazzjonali u naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva.


(1)  ĠU 2011, L 199, p. 48.


Il-Qorti Ġenerali

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Stührk Delikatessen Import vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż u Olandiż tal-gambli mill-Baħar tat-Tramuntana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ċirkustanzi attenwanti - Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul totali - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Paragrafu 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 328/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stührk Delikatessen Import GmbH & Co. KG (Marne, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sparr, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Leupold, F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8286 tas-27 ta’ Novembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 – Gambli), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

1)

Il-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8286 tas-27 ta’ Novembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 – Gambli), huwa annullat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u nofs l-ispejjeż ta’ Stührk Delikatessen Import GmbH & Co. KG.

4)

Stührk Delikatessen Import għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Imputabbiltà tal-ksur - Preżunzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ responsabbiltà personali - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Goldman Sachs Group, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: W. Deselaers, J. Koponen u A. Mangiaracina, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, L. Malferrari, H. van Vliet u J. Norris-Usher, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Prysmian SpA (Milano, l-Italja) u Prysmian Cavi e Sistemi Srl (Milano) (rappreżentanti: C. Tesauro, F. Russo u L. Armati, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Goldman Sachs Group, Inc. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Prysmian SpA u Prysmian Cavi e Sistemi Srl għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Viscas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-power cables - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwu - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Tbegħid pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Viscas Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, L. Parpala, H. van Vliet u A. Biolan, aġenti, assisti minn B. Doherty, barrister)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Furukawa Electric Co. Ltd (Tokjo) (rappreżentanti: C. Pouncey, A. Luke u L. Geary, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 final tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – power cables), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Viscas Corp. hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Furukawa Electric Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Silec Cable u General Cable vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-438/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kunċett ta’ impriża - Suċċessjoni ekonomika - Ksur uniku u kontinwu - Prova tal-ksur - Tbegħid pubbliku - Tul tal-parteċipazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Silec Cable SAS (Montereau-Fault-Yonne, Franza) u General Cable Corp. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Sinan, barrister u I. De Beni, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn D. Bailey, barrister)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża, b’mod prinċipali, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali, tat-2 ta’ April 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis fl-ammont tal-multi imposti fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Silec Cable SAS u General Cable Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – LS Cable & System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-439/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Ksur uniku u kontinwat - Prova suffiċjenti - Kontribut għall-uniku għan tal-ksur - Konoxxenza tal-elementi prinċipali tal-ksur - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Ammont bażiku - Paragrafu 18 tal-Linji Gwida - Gravità tal-ksur - Proporzjonalità - Ċirkustanzi attenwanti - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LS Cable & System Ltd (Anyang-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: S. Kinsella u S. Spinks, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, A. Biolan u N. Khan, sussegwentment N. Khan u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn de B. Rayment, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud.

2.

LS Cable & System Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Brugg Kabel u Kabelwerke Brugg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-441/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Iddistakkar pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brugg Kabel AG (Brugg, l-Isvizzera) u Kabelwerke Brugg AG Holding (Brugg) (rappreżentanti: A. Rinne, A. Boos u M. Lichtenegger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Leupold, H. van Vliet u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn A. Israel, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brugg Kabel AG u Kabelwerke Brugg AG Holding huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Furukawa Electric vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-444/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Furukawa Electric Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: C. Pouncey, A. Luke u L. Geary, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, C. Giolito u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn M. Johansson, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Viscas Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud.

2.

Furukawa Electric Co. Ltd hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3.

Viscas Corp. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – ABB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-445/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Prodotti kkonċernati - Iddistakkar pubbliku - Tul tal-parteċipazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament))

(2018/C 328/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABB Ltd (Zürich, l-Isvizzera) u ABB AB (Västerås, l-Isvezja) (rappreżentanti: I. Vandenborre u S. Dionnet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet u J. Norris-Usher, aġenti, assistiti minn A. Bodnar, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ABB Ltd u ABB AB huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Taihan Electric Wire vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-446/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Ostakoli insurmontabbli - Inapplikabbiltà tal-Artikolu 101 TFUE - Tul tal-parteċipazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Taihan Electric Wire Co. Ltd (Anyang-si, Il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, C. Giolito u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Taihan Electric Wire Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – NKT Verwaltungs u NKT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Iddistakkar pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NKT Verwaltungs GmbH, li qabel kienet nkt cables GmbH (Köln, il-Ġermanja) u NKT A/S, li qabel kienet NKT Holding A/S (Brøndby, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. Kofmann u B. Creve, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NKT Verwaltungs GmbH u NKT A/S huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Hitachi Metals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-448/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Iddistakkar pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa))

(2018/C 328/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hitachi Metals Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: P. Crowther u C. Drew, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet u J. Norris-Usher, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hitachi Metals Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-449/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Illegalità tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ responsabbiltà personali - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Prova suffiċjenti tal-ksur - Tul tal-ksur - Multi - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nexans France SAS (Courbevoie, Franza) u Nexans SA (Courbevoie) (rappreżentant: G. Forwood, avukat, M. Powell, A. Rogers u A. Oh, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Giolito, H. van Vliet u A. Biolan, sussegwentement minn C. Giolito u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn de B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nexans France SAS u Nexans SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Sumitomo Electric Industries u J-Power Systems vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Iddistakkar pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sumitomo Electric Industries Ltd (Osaka, il-Ġappun) u J-Power Systems Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Hansen, L. Crocco, J. Ruiz Calzado u S. Völcker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet uJ. Norris-Usher, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sumitomo Electric Industries Ltd u J-Power Systems Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Fujikura vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fujikura Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: L. Gyselen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, C. Giolito u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn M. Johansson, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Viscas Corp. (Tokjo) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fujikura Ltd hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Viscas Corp. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Pirelli & C. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-455/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Imputabbiltà tal-ksur - Preżunzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet fundamentali - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Beneficium ordinis seu excussionis - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pirelli & C. SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment M. Siragusa, F. Moretti, G. Rizza u P. Ferrari, sussegwentment M. Siragusa, F. Moretti, G. Rizza u A. Bardanzellu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, L. Malferrari u P. Rossi, sussegwentment H. van Vliet, L. Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Prysmian Cavi e Sistemi Srl (Milano) (rappreżentanti: C. Tesauro, F. Russo u L. Armati, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pirelli & C. SpA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Prysmian Cavi e Sistemi Srl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Prysmian u Prysmian cavi e sistemi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Illegalità tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ responsabbiltà personali - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Prova suffiċjenti tal-ksur - Tul tal-ksur - Multi - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Prysmian SpA (Milano, l-Italja) u Prysmian Cavi e Sistemi Srl (Milano) (rappreżentanti: C. Tesauro, F. Russo, L. Armati u M. C. Toniolo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, L. Malferrari, P. Rossi u H. van Vliet, sussegwentement C. Giolito, P. Rossi u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: The Goldman Sachs Group, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: W. Deselaers, J. Koponen u A. Mangiaracina, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Pirelli & C. SpA (Milano) (rappreżentanti: M. Siragusa, G. Rizza, P. Ferrari, F. Moretti u A. Fava, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Prysmian SpA u Prysmian Cavi e Sistemi Srl għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 315, 15.9.2014.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Pereira vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-606/16) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Nuqqas ta’ promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Paragun tal-merti - Anzjanità fil-grad - Merti akkumulati - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni))

(2018/C 328/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Felismino Pereira (Wavre, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement minn N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, sussegwentement minn G. Berscheid u L. Radu Bouyon, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2015 u, sa fejn ikun neċessarju, tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Felismino Pereira huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-36/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.09.2016).


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – PA vs Il-Parlament

(Kawża T-608/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2014 - Promozzjoni - Proċedura 2015 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”))

(2018/C 328/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PA (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Deneys u V. Montebello-Demogeot, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda s-sena 2014, fil-verżjoni tiegħu ffinalizzata mid-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-20 ta’ Ottubru 2015, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tad-9 ta’ Diċembru 2015 li tagħtih punt ta’ mertu għas-sena 2014, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament, ikkomunikata lill-persunal ta’ din l-istituzzjoni fit-30 ta’ Novembru 2015, li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AST 11 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015 u, sa fejn hemm bżonn, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-21 ta’ Jannar 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PA huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-38/16 u ttrasferita lejn il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropa fl-1.9.2016).


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – BPCE vs BĊE

(Kawża T-745/16) (1)

([“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva - Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet - Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE - Żbalji ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])

(2018/C 328/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Gosset-Grainville, C. Renner u P. Kupka, sussegwentement A. Gosset-Grainville, P. Kupka u M. Trabucchi u finalment A. Gosset-Grainville u M. Trabucchi, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax u G. Bassani, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u F. Louis, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-9695005MSX1OYEMGDF46/195 tal-BĊE tal-24 ta’ Awwissu 2016, meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), u tal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki ĠU 2013, L 208, p. 68, u ĠU 2013, L 321, p. 6).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-9695005MSX1OYEMGDF46/195 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-24 ta’ Awwissu 2016 hija annullata.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Société générale vs BĊE

(Kawża T-757/16) (1)

([“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva - Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet - Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE - Żbalji ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])

(2018/C 328/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société générale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Gosset-Grainville, C. Renner u P. Kupka, sussegwentement A. Gosset-Grainville, P. Kupka u M. Trabucchi u finalment A. Gosset-Grainville u M. Trabucchi, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax u G. Bassani, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u F. Louis, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-O2RNE8IBXP4R0TD8PU41/72 tal-BĊE tal-24 ta’ Awwissu 2016, meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), u tal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki ĠU 2013, L 208, p. 68, u ĠU 2013, L 321, p. 6).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-O2RNE8IBXP4R0TD8PU41/72 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-24 ta’ Awwissu 2016 hija annullata.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Crédit agricole vs BĊE

(Kawża T-758/16) (1)

([“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva - Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet - Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE - Żbalji ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])

(2018/C 328/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax, G. Bassani u C. Olivier, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u F. Louis, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/165 tal-BĊE tal-24 ta’ Awwissu 2016, meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), u tal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki ĠU 2013, L 208, p. 68, u ĠU 2013, L 321, p. 6).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/165 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-24 ta’ Awwissu 2016 hija annullata.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – RI vs Il-Kunsill

(Kawża T-9/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni tal-invalidità - Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut li l-invalidità tiġi rrikonoxxuta bħala li tirriżulta minn mard ikkaġunat mix-xogħol - Perċezzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 328/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: RI (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u M. Forgeois, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Frar 2016 li tirrifjuta li tirrikonixxi l-invalidità tar-rikorrent bħala li tirriżulta minn mard ikkaġunat mix-xogħol fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78(5) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Frar 2016 li tirrifjuta li tirrikonixxi l-invalidità ta’ RI bħala li tirriżulta minn mard ikkaġunat mix-xogħol fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78(5) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea hija annullata.

2)

Il-Kunsill huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 70, 6.3.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Lotte vs EUIPO – Nestlé Unternehmungen Deutschland (Rappreżentazzjoni ta’ koala)

(Kawża T-41/17) (1)

((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta koalas - Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti KOALA-BÄREN Schöller lustige Gebäckfiguren - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Setgħa ta’ bidla)))

(2018/C 328/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. Knitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, S. Cobet-Nüse u C. Elkemann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 0250/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nestlé Schöller GmbH & Co. KG u Lotte.

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 250/2016-5) hija annullata, sa fejn, fiha, il-Bord tal-Appell laqa’ l-oppożizzjoni għall-“[k]ejkijiet mimlija bil-krema taċ-ċikkulata; ċikkulata; ħelu, għaġina tal-kejk; gallettini; gallettini aperittivi; silġ li jittiekel; għaġina tal-kejk u ħelu” fil-klassi 30.

2)

L-oppożizzjoni magħmula minn Nestlé Schöller GmbH & Co. KG, predeċessur legali ta’ Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH, hija miċħuda għall-“[k]ejkijiet mimlija bil-krema taċ-ċikkulata; ċikkulata; ħelu, għaġina tal-kejk; gallettini; gallettini aperittivi; silġ li jittiekel; għaġina tal-kejk u ħelu” fil-klassi 30.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Lotte Co. Ltd għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

4)

Orders Nestlé Unternehmungen Deutschland għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/15) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talba għal aċċess għal opinjonijiet iddettaljati maħruġa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ notifika abbażi tad-Direttiva 98/34/KE - Dokumenti relatati ma’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Rifjut ta’ aċċess - Żvelar wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 328/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Hoffman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u M. Konstantinidis, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz, A. Falk, U. Persson, N. Otte Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Kamejsza-Kozłowska u B. Paziewska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni GESTDEM 2015/1291, tat-12 ta’ Ġunju u tas-17 ta’ Lulju 2015, li jirrifjutaw aċċess lir-rikorrenti għall-opinjoni ddettaljata maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea u għall-opinjoni ddettaljata maħruġa mir-Repubblika ta’ Malta, rispettivament, fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika 2014/537/PL.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

3)

Ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Labiri vs KESE u Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T-904/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Ftehim bonarju - Eżekuzzjoni tal-ftehim - [kunfidenzjali] - Użu ħażin ta’ poter - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2018/C 328/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuti: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino, X. Chamodraka u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn de M. Troncoso Ferrer u F. M. Hislaire, avukati) u Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: S. Bachotet u M. Antonini, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2016 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni, bi qbil mal-KESE, [kunfidenzjali], fl-eżekuzzjoni tal-ftehim bonarju fil-Kawża T-35/15.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vassiliki Labiri huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Labiri vs KESE

(Kawża T-256/17) (1)

((“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Ftehim bonarju - Implimentazzjoni tal-ftehim - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2018/C 328/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Ġunju 2016 tal-KESE “li ma jiġix implimentat punt tal-ftehim bonarju milħuq bejn il-partijiet quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku” fil-Kawża F-33/15 u għall-ħlas ta’ EUR 250 000 bħala danni materjali u morali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vassiliki Labiri hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – TE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/17) (1)

((“Rikors għal anullament - Ftuħ ta’ investigazzjoni esterna mill-OLAF - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2018/C 328/66)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: TE (rappreżentant: J. Bartončík, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u Z. Malůšková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ investigazzjoni esterna, imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) [kunfidenzjali(2), kontra r-rikorrent bħala persuna kkonċernata u relatata ma’ [kunfidenzjali].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

TE għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 293, 4.9.2017.

(2)  Data kunfidenzjali moħbija.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – roelliroelli confectionery schweiz vs EUIPO – Tanner (ALPRAUSCH)

(Kawża T-769/17) (1)

((“Trade mark tal – Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Dikjarazzjoni ta’ revoka tat-trade mark opposta - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 328/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: roelliroelli confectionery schweiz GmbH (St. Gallen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Overhage u R. Böhm, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: André Tanner (Schindellegi, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Awwissu 2017 (Każ R 1596/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn André Tanner u roelliroelli confectionery schweiz GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

roelliroelli confectionery schweiz GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/50


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – GE Healthcare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-783/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Sospensjoni ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ kuntrast li fihom il-gadolinium għall-użu mill-bniedem - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 328/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GE Healthcare A/S (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: D. Scannell, barrister, G. Castle u S. Oryszczuk, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7941 finali, tat-23 ta’ Novembru 2017, li tikkonċerna, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ kuntrast li fihom il-gadolinium għall-użu mill-bniedem li fihom waħda jew iktar mis-sustanzi attivi gadobenic acid, gadobutrol, gadodiamide, gadopentetic acid, gadoteric acid, gadoteridol, gadoversetamide u gadoxetic acid.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/51


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – PV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/18 R)

((“Miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Fastidju psikoloġiku - Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni wara revoka - Proċedura dixxiplinari - Reintegrazzjoni - Iffissar għal żero tas-salarju - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà parzjali - Nuqqas ta’ fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 328/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PV (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin, u R. Striani, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, l-ewwel nett, tal-proċedura dixxiplinari CMS 13/087, it-tieni nett, tal-proċedura dixxiplinari CMS 17/025, it-tielet nett, tad-deċiżjoni ta’ reintegrazzjoni tar-rikorrent u, ir-raba’ nett, tad-deċiżjoni ta’ ffissar għal żero tas-salarju tar-rikorrent kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ miżura provviżorja li tassenja lir-rikorrent mal-assoċjazzjoni tal-membri tal-persunal “Ġenerazzjoni 2004” jew ma’ Direttorat Ġenerali ieħor tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-proċedura dixxiplinari CMS 13/087.

2)

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/51


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – RATP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/18 R)

((“Talba għal miżuri provviżorji - Aċċess għad-dokumenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 328/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Régie autonome des transports parisiens (RATP) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery, P. Delelis u C. Lavin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, W. Mölls u C. Ehrbar, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier, I. Cohen u B. Fodda, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1865 finali, tal-21 ta’ Marzu 2018, Gestdem 2017/4598, dwar l-aċċess parzjali għal dokumenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/52


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Bax vs BĊE

(Kawża T-433/18)

(2018/C 328/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Annemieke Bax (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tal-14 ta’ Diċembru 2017, li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti sabiex tibbenefika mill-iskema ta’ għajnuna għal tranżizzjoni professjonali implementata mill-BĊE;

jekk meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-8 ta’ Mejju 2018 li tiċħad l-appell speċjali tar-rikorrenti;

tordna lill-BĊE jħallas lir-rikorrenti kumpens għad-danni morali sostnuti fl-ammont ta’ EUR 20 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ċertezza legali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni SEC/EB/X/17/398a.rev-1/final (“Metodoloġija Ġenerali għall-Implementazzjoni Prattika tal-Iskema ta’ Għajnuna għal Tranżizzjoni Professjonali (CTS)”) hija illegali, inter alia għaliex tikser id-Deċiżjoni ECB/2017/NP 19 tas-17 ta’ Mejju 2017.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut naqas milli jissodisfa d-dmir ta’ diliġenza tiegħu lejn ir-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq allegata diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, kuntrarjament għad-Direttiva 2006/54. (1)

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà sproporzjonati.


(1)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/53


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Sintokogio vs EUIPO (ProAssist)

(Kawża T-439/18)

(2018/C 328/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sintokogio Ltd (Nagoya, il-Ġappun) (rappreżentanti: V. Dalichau, S. Kirschstein-Freund, B. Breitinger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali ProAssist – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 327 746

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2341/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-parti li tindika l-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1327746;

sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-parti li tindika l-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1327746;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba, Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/53


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2018 – eSlovensko Bratislava vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-460/18)

(2018/C 328/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: eSlovensko Bratislava (rappreżentant: B. Fridrich, avukat)

Konvenuta:Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jiġifieri l-att ġuridiku individwali intitolat “Payment by offsetting by outstanding claims and debts” (Ħlas permezz ta’ tpaċija bejn krediti u debiti eżiġibbli) li l-Kummissjoni Ewropea, servizz ta’ Implimentazzjoni tal-Baġit (Baġit Ġenerali u FED), adottat fit-22 ta’ Ġunju 2018 u li għandu n-numru ta’ referenza BUDG/DGA/C4/LM/24307;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż eliġibbli lir-rikorrenti (numru tal-entrata fir-reġistru 42412439), bħala benefiċjarja inizjaliu parti kontraenti għall- ftehim tal-għotja finanzjarja INEA/CEF/ICT/A2015/1154788, Action 2015-SK-IA-0038 – “Slovak Safer Internet Centre IV”, conformément għal dan il-ftehim ta’ għotja finanzjarja valida u effikaċji, u b’mod partikolari għall-Artikolu 4.1.3;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, li huwa intiż li jannulla d-deċiżjoni kkontestata, huwa bbażat fuq il-ksur tar-regola tad-dritt dwar l-applikazzjoni tat-trattati, b’mod iktar speċifiku l-evalwazzjoni ġuridika żbaljata taċ-ċirkustanzi u l-fatti tat-tpaċija, peress li, konformement mal-insenjament fis-sentenza Plaumann, ir-rikorrenti (numru tal-entrata fir-reġistru 42412439) hija kkonċernata direttament minn din id-deċiżjoni u li din id-deċiżjoni għandha impatt negattiv dirett fuqha.

2.

It-tieni motiv, li huwa intiż li jikkundanna lill-Kummissjoni li tħallas l-ispejjeż eliġibbli lir-rikorrenti, bħala benefiċjarja inizjali u parti kontraenti għall-ftehim ta’ għotja finanzjarja INEA/CEF/ICT/A2015/1154788, Action 2015-SK-IA-0038 – “Slovak Safer Internet Centre IV”, konformement għal dan il-ftehim ta’ għotja validu u effikaċji, u b’mod partikolari skont l-Artikolu 4.1.3 tiegħu, huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tirregola kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ proġetti u ta’ trasferimenti finanzjarji li huma relatati mal-kuntratt validu u effikaċji eżistenti bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti.

Id-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju, (1) li jipprevedi “[j]eħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli relatati mal-inventarju tal-proprjetà u li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet rispettivi f’dan il-qasam tal-uffiċjali tal-kontabilità u tal-uffiċjali awtorizzanti, kif ukoll ir-regoli applikabbli għall-bejgħ mill-ġdid ta’ proprjetà li tkun iddaħħlet fl-inventarju bil-għan li l-assi jkunu ġestiti b’mod effiċjenti”. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tenfasizza li hija informat lill-Kummissjoni diversi drabi li, fil-proċedura mibdija kontra tagħha, il-Kummissjoni tfixklitha ma’ assoċjazzjoni oħra, li ħadmet fi proġetti preċedenti tal-istess natura.

3.

It-tielet motiv huwa intiż li jikseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ispejjeż. Fid-dawl tal-argumenti msemmija iktar ’il fuq u fir-rigward tan-natura arbitrarja allegata tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti talbet li tiġi rrimborsata tal-ispejjeż inkorsi fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll tal-ispejjeż ta’ assistenza legali sostnuti fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/54


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – Grupo Bimbo vs EUIPO – Rubio Snacks (Tia Rosa)

(Kawża T-464/18)

(2018/C 328/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rubio Snacks, SL (Bullas, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “Tia Rosa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 442 883

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2739/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn ikkonfermat li tintlaqa’ l-oppożizzjoni 002628793 magħmula kontra t-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 14 442 883 Tia Rosa għall-prodotti li ġejjin fil-klassi 30:

Ċereali; Tortillas tad-dqiq jew tal-qamħirrum; Takos (krisps); Takos (ikel); krakers; krackers imħawra; biċċiet sħaħ taċ-ċereali; biċċiet sħaħ taċ-ċereali b’livell għoli ta’ proteini; preparazzjonijiet magħmulin minn ċereali; ħobż; ħobż bla ħmira; frak tal-ħobż; ftajjar rotob; ħobż ismar; ħobż magħmul b’diversi qmuħ; panini jqarmċu; prodotti tal-ikel imħejjija mid-dqiq; Prodotti ta' ikel ħafif, li jikkonsistu minn prodotti taċ-ċereal; Prodotti tal-ikel ħafif magħmula mid-dqiq tal-qamħirrum; Ikel ħafif lest għall-ikel magħmul mill-qamħirrum mitħun iffurmat permezz tal-estrużjoni; Prodotti tal-ikel ħafif ippreparati mill-qamħirrum; Ikel ħafif ibbażat fuq il-qamħ; Ikel ħafif ibbażat fuq il-ġulġlien; Krisps magħmul miċ-ċereali; Ikel ħafif tal-qamħirrum minfuħ; popkorn; popkorn imħawwar; il-prodotti preċedenti kollha bl-esklużjoni speċifika ta’ kull prodott magħmul mill-patata.

tikkonferma r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 442 883 Tia Rosa għall-prodotti kollha indikati.

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż, kemm fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO kif ukoll tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/55


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2018 – NSC Holding vs EUIPO – Ibercondor Barcelona (CONDOR SERVICE, NSC)

(Kawża T-468/18)

(2018/C 328/75)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NSC Holding GmbH & Cie. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Eichhorst, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ibercondor Barcelona SA (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “CONDOR SERVICE, NSC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 292 675

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2440/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

sussidjarjament

tordna li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-konvenut għal eżami indipendenti mill-ġdid.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.