ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 327

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
17 ta' Settembru 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 327/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7000 — Liberty Global/Ziggo) ( 1 )

1

2018/C 327/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9042 — Keolis/Amey/W&B Rail Franchise) ( 1 )

1

2018/C 327/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8435 — FMC/DuPont Divestment Business) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 327/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2018/C 327/05

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem imsemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill — Istra (DOP)

4

2018/C 327/06

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

10

2018/C 327/07

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

11

2018/C 327/08

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

12

2018/C 327/09

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2018(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

13


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 327/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9081 — Cinven/Generali Lebensversicherung) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

2018/C 327/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9019 — Mars/AniCura) ( 1 )

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7000 — Liberty Global/Ziggo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 327/01)

Fit-30 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M7000. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9042 — Keolis/Amey/W&B Rail Franchise)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 327/02)

Fis-7 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9042. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8435 — FMC/DuPont Divestment Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 327/03)

Fis-27 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8435. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Settembru 2018

(2018/C 327/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1689

JPY

Yen Ġappuniż

130,75

DKK

Krona Daniża

7,4596

GBP

Lira Sterlina

0,89228

SEK

Krona Żvediża

10,5460

CHF

Frank Żvizzeru

1,1274

ISK

Krona Iżlandiża

128,60

NOK

Krona Norveġiża

9,6245

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,473

HUF

Forint Ungeriż

323,63

PLN

Zloty Pollakk

4,3049

RON

Leu Rumen

4,6467

TRY

Lira Turka

7,1474

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6260

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5206

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1725

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7778

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6012

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 307,93

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,3338

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0120

HRK

Kuna Kroata

7,4333

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 305,56

MYR

Ringgit Malażjan

4,8375

PHP

Peso Filippin

63,179

RUB

Rouble Russu

79,2016

THB

Baht Tajlandiż

38,071

BRL

Real Brażiljan

4,8921

MXN

Peso Messikan

21,9805

INR

Rupi Indjan

83,9460


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/4


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Settembru 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem imsemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

“Istra” (DOP)

(2018/C 327/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 50(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja biex l-isem “Istarsko ekstra djevičansko maslinovo ulje” jiddaħħal fir-reġistru bħala denominazzjoni tal-oriġini protetta ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Is-Slovenja opponiet ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 permezz tal-avviż ta’ oppożizzjoni tagħha tat-22 ta’ Ġunju 2016 u tad-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni tagħha tat-22 ta’ Awwissu 2016.

(3)

L-oppożizzjoni tqieset li kienet ammissibbli. Il-Kroazja u s-Slovenja wettqu l-konsultazzjonijiet ix-xierqa bejniethom u waslu għal ftehim li jemenda b’mod sostanzjali d-dokument uniku.

(4)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kroazja bagħtet lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti b’rabta mal-ftehim li laħqet mas-Slovenja fil-proċedura tal-oppożizzjoni dwar l-applikazzjoni biex l-isem “Istarsko ekstra djevičansko maslinovo ulje” jiddaħħal fir-reġistru bħala denominazzjoni tal-oriġini protetta, fosthom id-dokument uniku emendat b’mod sostanzjali, li fih l-emenda ewlenija għandha x’taqsam mal-isem li jrid jiddaħħal fir-reġistru bħala denominazzjoni tal-oriġini protetta (“Istra”).

(5)

Skont l-Artikolu 50 u l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li din tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(6)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu l-avviżi ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li d-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmijin fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament jiġu ppubblikati għall-isem “Istra” f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Id-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmijin fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-isem “Istra” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 108, 23.3.2016, p. 18.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“ISTRA”

Nru tal-UE: HR-PDO-0005-01358 — 30.7.2015

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Istra”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Kroazja

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

“Istra” huwa żejt taż-żebbuġa straverġni miksub direttament mill-frotta tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europaea L.) permezz ta' mezzi mekkaniċi biss.

Meta l-prodott jitqiegħed fis-suq irid ikollu l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi li ġejjin:

kontenut ta' aċidu xaħmi liberu mogħti bħala aċidu olejku: ≤ 0,4 %;

valur tal-perossidu: ≤ 12 meq O2/k;

K232: ≤ 2,25;

K270: ≤ 0,20;

Delta-K: ≤ 0,01;

aroma: aroma minn moderata sa qawwija ħafna ta' żebbuġ frisk, frott, ħaxix jew veġetazzjoni ħadra oħra, bħal weraq aħdar, ħaxix aħdar, eċċ. (medja ta' togħma ta' frott fuq skala lineari kontinwa ta' > 3,0);

togħma: togħma ta' żebbuġ frisk u b'saħħtu, li tkun morra u qawwija bil-valuri li ġejjin:

togħma morra: ħafifa, moderata jew intensa (medja fuq skala lineari kontinwa ta' ≥ 2,0);

togħma qawwija: ħafifa, moderata jew intensa (medja fuq skala lineari kontinwa ta' ≥ 2,0).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Biex isir iż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra” jistgħu jintużaw il-varjetajiet taż-żebbuġ li ġejjin: “buga” (sinonimu “črna”), “buža”, “črnica”, “drobnica”, “istarska belica” (sinonimi “istrska belica”, “istarska bjelica” u “bianchera”), “karbonaca”, “mata”, “plominka”, “puntoža”, “rošinjola”, “štorta”, “žižolera”, “frantoio”, “leccino”, “maurino”, “moraiolo”, “pendolino” u “picholine”. Fi kwantità partikulari taż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra”, 80 % miż-żejt irid ikun ġej minn varjetà waħda jew aktar minn fost dawk imsemmijin hawn fuq.

Fiż-żejt magħmul minn varjetà waħda, tal-inqas 80 % miż-żejt irid ikun ġej minn varjetà waħda taż-żebbuġ.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra”, mit-tkabbir taż-żebbuġ sal-ipproċessar tiegħu, iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Iż-żejt irid jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu u l-kwalità tiegħu. Meta ż-żejt jiġi ppakkjat fiż-żona tal-produzzjoni jonqos ir-riskju li l-kwalità tal-prodott tiġi affettwata ħażin minħabba t-trasport u d-dikantar multiplu, li matulhom iż-żejt jista' jiġi espost għall-varjazzjonijiet fit-temperatura, għall-ossiġnu atmosferiku u għad-dawl. Barra minn hekk, meta l-ippakkjar isir biss fiż-żona tal-produzzjoni, l-awtoritajiet ta' spezzjoni rilevanti jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli tal-konformità fil-preżenza tal-produtturi kkonċernati, li tradizzjonalment jibbottiljaw iż-żejt huma stess. Iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità u d-dritt li jużaw denominazzjoni tal-oriġini huma importanti ferm għal dawn il-produtturi, minħabba li dawn iżidu l-fiduċja tal-konsumaturi fihom, jagħtuhom vantaġġ kompetittiv u, fl-aħħar mill-aħħar, iwassluhom biex jagħmlu iktar qligħ.

L-ippakkjar taż-żejt fiż-żona tal-produzzjoni jiffaċilita ħafna t-traċċabbiltà u l-kontroll tal-kwalità, li diffiċli jitwettqu 'l barra minnha.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Ħdejn l-indikazzjoni “Istra DOP” jistgħu jingħataw l-ismijiet tal-azjendi agrikoli jew il-postijiet fejn jinsabu l-imsaġar taż-żebbuġ, iżda dan jista' jsir biss meta l-prodott jinkiseb b'mod esklużiv minn żebbuġ imkabbar fl-azjenda agrikola kkonċernata, jiġifieri fl-imsaġar taż-żebbuġ imsemmijin fuq it-tikketta.

Tista' tiġi indikata wkoll il-kompożizzjoni tal-varjetajiet li minnhom hu magħmul iż-żejt, iżda dan jista' jsir biss jekk ikunu jistgħu jingħataw provi ddokumentati ta' dan. Fil-każ taż-żejt magħmul minn varjetà waħda, jistgħu jintużaw l-ismijiet uffiċjali tal-varjetajiet mogħtija fil-punt 3.3.

Meta l-prodott jitqiegħed fis-suq, ikun kif ikun ippakkjat, l-isem “Istra” jrid ikun jingħaraf minn kull kelma oħra li jkun hemm fuqu bis-saħħa tad-daqs tal-ittri li jintużaw, tat-tip tagħhom u tal-lewn tagħhom (jiġifieri bis-saħħa tat-tipografija li tintuża).

Barra minn hekk, fuq it-tikketta trid tkun indikata wkoll is-sena tal-ħsad.

Meta l-prodott jitqiegħed fis-suq, kull pakkett irid ikollu fuqu wkoll timbru li jeħel miegħu bis-simbolu komuni u bin-numru uniku tal-ippakkjar. L-utenti kollha tad-denominazzjoni “Istra DOP” li jqiegħdu l-prodott fis-suq skont l-ispeċifikazzjoni tiegħu għandhom id-dritt jużaw it-timbru bl-istess kundizzjonijiet.

Hemm żewġ verżjonijiet tas-simbolu komuni: waħda Kroata u oħra Slovena. Is-simbolu komuni juri żebbuġa wieqfa stilizzata f'ċirku skur. Minn nofs iż-żebbuġa tidher ħierġa qatra żejt. Taħt dik il-qatra żejt hemm miktuba l-kelma “ISTRA” b'ittri kbar. Fuq l-ittra “A” tal-kelma “ISTRA”, fil-verżjoni Kroata nsibu l-ittri “ZOI” miktubin b'tipa iżgħar, filwaqt li f'dik Slovena nsibu l-ittri “ZOI”, ukoll miktubin b'tipa iżgħar.

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra” tinkludi parti mill-peniżola ta' Istrija.

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra” tibda mill-Port ta' Preluk, kemm kemm lejn it-Tramuntana tal-post tal-kampeġġ ta' Preluk, fuq il-fruntiera ta' bejn il-belt ta' Rijeka u l-belt ta' Opatija. Il-konfini tagħha jgħaddu minn mal-fruntiera ta' bejn Rijeka u Opatija, iduru mal-post tal-kampeġġ, u jaslu sal-punt fit-Tramuntana fejn jiltaqgħu l-konfini tat-tlett ibliet ta' Opatija, Matulji u Kastav. Huma jgħaddu mill-muniċipalità ta' Baredi u jitilgħu lejn il-linja ferrovjarja sal-punt fejn jiltaqgħu l-konfini tat-tlett ibliet ta' Matulji, Kastav u Rijeka. Il-konfini tagħha mbagħad isegwu l-linja ferrovjarja lejn il-belt ta' Rijeka, mal-fruntiera ta' bejn din il-belt u l-belt ta' Kastav. Lejn il-Lvant taż-żona tas-servizzi fl-awtostrada ta' Vrata Jadrana, il-konfini jduru lejn it-Tramuntana u jgħaddu mill-irħula ta' Bačići u Murini, u lejn il-punt fejn jiltaqgħu l-konfini tat-tlett ibliet ta' Rijeka, Viškovo u Kastav kemm kemm lejn il-Lvant ta' Tuhtani. Il-konfini mbagħad isegwu l-fruntiera ta' bejn il-muniċipalità ta' Viškovo u l-belt ta' Kastav billi jgħaddu minn Duževo (fil-punt trigonometriku bin-numru 281), sa ma jaslu sat-triq ta' bejn Viškovo u Kastav, taħt id-distrett ta' Ranjevac, minn fejn isegwu t-triq lejn Viškovo għal ftit qabel ma jduru lejn it-Tramuntana u jgħaddu minn bejn l-irħula ta' Jardasi u Kosi sa ma jilħqu l-punt fejn jiltaqgħu l-konfini tat-tlett ibliet ta' Viškovo, Kastav u Klana lejn il-Lvant ta' Sohi (fil-punt trigonometriku bin-numru 452). Imbagħad iduru lejn il-Punent u wara lejn il-Lbiċ, jgħaddu minn Sohi u jgħaddu minn bejn Prkačine u Plas sa ma jilħqu l-Għolja ta' Majevi (li hija għolja 411-il metru) fil-punt fejn jiltaqgħu l-konfini tat-tlett ibliet ta' Kastav, Matulji u Klana. Il-konfini jkomplu għaddejjin lejn it-Tramuntana tul il-fruntiera tal-muniċipalità ta' Matulji sa dejl l-Għolja ta' Stanić (li hija għolja 465 metru), minn fejn iduru kemm kemm lejn il-Punent qabel ma jerġgħu jduru lejn it-Tramuntana, u jgħaddu fuq in-naħa tal-Lvant tar-raħal ta' Mučići, minn Kapužnjak, fuq in-naħa tal-Lvant tar-raħal ta' Ružići u tal-Għolja ta' Vela Rebra (li hija għolja 446 metru) u jaqsmu Pišćevati Breg, Turinski Dol, Raspravica u Popenac, imbagħad jgħaddu minn fuq il-quċċata ta' 738 metru u minn Liskovac qabel ma jaslu sal-Għolja ta' Visoč (li hija għolja 756 metru). Fl-Għolja ta' Visoč il-konfini jduru lejn il-Punent, jgħaddu mit-Tramuntana ta' Klanac u minn fuq il-punt trigonometriku bin-numru 547 u l-punt ta' elevazzjoni ta' 657 metru, jgħaddu l-belt ta' Rupa lejn it-Tramuntana u jaqsmu minn Lešćina sal-punt trigonometriku bin-numru 447, minn fejn iduru lejn it-Tramuntana. Imbagħad il-konfini jgħaddu fuq in-naħa tal-Punent tal-Għolja ta' Gradina (li hija għolja 562 metru) tul il-linja ferrovjarja sal-punt trigonometriku bin-numru 519 li jinsab f'Velika Reber, u wara jduru l-ewwel lejn il-Punent u mbagħad lejn in-Nofsinhar u jgħaddu minn Barišča u Kališča (fil-punt trigonometriku bin-numru 602) u jinżlu 'l isfel lejn Buričine. Fl-Għolja ta' Buričine, il-konfini jduru lejn il-Punent u jaqsmu l-Għolja ta' Kovnica (li hija għolja 901 metru) u jgħaddu minn bejn Jankovac u l-Għolja ta' Osik, minn fuq Surinova Glavica u l-Għolja ta' Strahovica (li hija għolja 771 metru). Imbagħad il-konfini jgħaddu lejn in-Nofsinhar ta' Ravni Kot minn fuq il-Muntanja Ribnik (li hija għolja 1 023 metru) u l-punt trigonometriku bin-numru 1 028,5, minn fejn iduru lejn il-Majjistral u jgħaddu minn Vinćarija sa ma jaslu sa Glavičorka fin-Nofsinhar (fil-punt trigonometriku bin-numru 1083). Wara l-konfini jduru ftit lejn il-Punent u mbagħad lejn il-Majjistral, u jitilgħu 'il fuq lejn Lipica u jkomplu billi jgħaddu lejn il-Lbiċ tal-punti trigonometriċi bin-numri 979 u 953 (li jinsabu f'Lipica u f'Mala Plešivica rispettivament) u jkomplu sejrin iktar lejn il-Majjistral lejn Mala Vrata (lejn il-punt trigonometriku bin-numru 695). F'Mala Vrata, il-konfini jduru lejn il-Punent lejn Jelovščina, jaqbżu l-Għolja ta' Mali Grižan (il-punt trigonometriku bin-numru 851) u jkomplu sejrin lejn il-Lbiċ, imbagħad iduru lejn ix-Xlokk u jgħaddu fuq in-naħa tal-Majjistral tal-Għolja Blažinov, minn fejn iduru lejn il-Punent biex ikomplu għaddejjin mit-Tramuntana ta' Stružnjak u Gnojina (li huma għoljin 781 metru u 776 metru rispettivament) u mbagħad lejn il-Majjistral sat-triq ta' bejn Jelovica u Podgorje. Imbagħad il-konfini jsegwu t-triq lejn il-Majjistral u jgħaddu mill-irħula ta' Podgorje, Praproče u Črnotiče u jieqfu kemm kemm lejn in-Nofsinhar tal-Għolja ta' Gaber (li hija għolja 447 metru). Minn hemm, il-konfini jkomplu lejn it-Tramuntana u jgħaddu mir-raħal ta' Kastelec lejn il-belt ta' Socerb, minn fuq il-punt trigonometriku bin-numru 447, sa ma jaslu sal-fruntiera bejn l-Italja u s-Slovenja.

Fl-aħħar nett, il-konfini jgħaddu lejn il-Punent tul il-fruntiera internazzjonali sa San Bartolomeo u mbagħad minn hemm jgħaddu mal-kosta l-kosta lejn ix-Xlokk sa ma jaslu sal-punt tal-bidu fil-Port ta' Preluk.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

F'termini tal-karatteristiċi ġeoloġiċi u topografiċi tiegħu u, sa ċertu punt, tal-karatteristiċi klimatiċi tiegħu, ir-reġjun ta' Istrija huwa magħmul minn erba' partijiet differenti, li huma t-tarf żgħir muntanjuż fit-Tramuntana u fil-Grigal tal-peniżola, il-parti kostali tal-Majjistral magħmula mill-flysch karbonat, il-parti ċentrali bl-għoljiet bid-depożiti tal-flysch, u l-qortin tal-franka mal-kosta tan-Nofsinhar u tal-Punent. Il-partijiet tal-Majjistral, tal-Punent u tat-Tramuntana u dik ċentrali, li għandhom klima Mediterranja, huma l-iktar importanti mil-lat tat-tkabbir taż-żebbuġ. Għalkemm il-peniżola ta' Istrija tinsab fit-tarf tal-latitudni li hija adattata għat-tkabbir taż-żebbuġ, minħabba l-forma u l-orjentazzjoni tagħha hija tgawdi minn klima aktar moderata meta mqabbla ma' żoni oħrajn li jinsabu fl-istess latitudni. Fin-Nofsinhar ta' Istrija, il-klima għandha karatteristiċi Ewro-Mediterranji, b'influwenza marittima qawwija, bi staġun tas-sajf xott ħafna, b'temperatura annwali medja ta' madwar 16-il °C u b'ammont annwali totali ta' xita ta' madwar 820 mm. Iż-żoni lejn il-Punent u lejn il-Majjistral huma kkaratterizzati minn klima sub-Mediterranja, bi staġun tas-sajf mhux xott daqshekk, b'temperaturi annwali medji ta' madwar 14-il °C u b'ammont annwali totali ta' xita ta' madwar 1 000 mm.

Il-fatt li l-ħamrija u l-klima ta' Istrija jiffavorixxu t-tkabbir taż-żebbuġ ilu rrikonoxxut sa minn żmien ir-Rumani tal-Qedem. Għalhekk, għal 2 000 sena jew iktar, iż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa ma kinux biss fattur ekonomiku importanti f'Istrija, iżda kienu wkoll il-marka kummerċjali ta' dan ir-reġjun. Uħud mill-anfori li nstabu għad għandhom fuqhom l-iskrizzjonijiet “Olei Histrici” (żejt ta' Istrija) u “Olei flos” (żejt tal-ewwel għasra), li juru li anke dak iż-żmien kellhom tikketti apposta għaż-żjut ta' kwalità. Iż-żejt taż-żebbuġa ta' Istrija kien jiġi ttrasportat tul rotot kummerċjali lejn it-Tramuntana tal-Italja, lejn Noricum u lejn Pannonia.

Fit-tieni nofs tas-seklu 20, it-tkabbir taż-żebbuġ f'Istrija beda jiżdied b'pass iktar mgħaġġel. Bl-għajnuna ta' istituzzjonijiet xjentifiċi u professjonali, tħawlu msaġar taż-żebbuġ ġodda, żdiedu xi ftit mill-varjetajiet taż-żebbuġ, u ddaħħlu tekniki ġodda għat-tkabbir taż-żebbuġ u għall-ipproċessar tiegħu. It-tradizzjoni antika tat-tkabbir taż-żebbuġ u l-ħolqien ta' xejriet ġodda bil-mod il-mod wasslu biex dawk li jkabbru ż-żebbuġ f'Istrija u dawk li jipproċessawh f'dan ir-reġjun saru iktar speċjalizzati f'dan il-qasam. Immexxija mill-kurżità kbira tagħhom, mit-tendenza tagħhom li joħolqu l-innovazzjoni u mill-karattru kompetittiv tagħhom, huma malajr ħadu vantaġġ mill-opportunità l-ġdida biex jipperfezzjonaw l-għarfien u l-ħiliet li kienu ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Speċifiċità tal-prodott

Iż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra” huwa apprezzat għall-kwalità għolja tiegħu u għall-karatteristiċi organolettiċi tiegħu li ġejjin minn diversi fatturi u li jiddistingwuh minn tipi ta' żjut taż-żebbuġa oħrajn. Dan it-tip ta' żejt għandu aroma ta' żebbuġ frisk li tvarja minn medja sa intensa, li ta' spiss tkun imħallta wkoll, b'intensitajiet differenti, mal-aroma tal-frott, tal-ħaxix jew tal-veġetazzjoni ħadra (pereżempju tal-weraq aħdar u tal-ħaxix aħdar, eċċ.). Iż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra” għandu togħma armonjuża, li tfakkrek fiż-żebbuġ frisk b'saħħtu u li s-soltu tkun moderatament qawwija u morra.

Dan it-tip ta' żejt għandu kontenut għoli tal-komposti volatili C6 u C5 li huma marbutin mal-aromi tal-ħdura tiegħu u mat-togħma qawwija u morra tiegħu. Madankollu, it-togħma morra u qawwija taż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra” mhix marbuta biss mal-kontenut għoli ta' komposti volatili tiegħu, iżda wkoll mal-proporzjon għoli ta' sustanzi fenoliċi tiegħu, li minbarra li jtejbu l-karatteristiċi organolettiċi taż-żejt, itejbu wkoll il-karatteristiċi nutrizzjonali u l-istabbiltà tiegħu u b'hekk jagħmluh aktar reżistenti għall-ossidazzjoni.

Barra minn hekk, snin ta' riċerka fuq iż-żjut taż-żebbuġa straverġni ta' Istrija wrew il-valur nutrizzjonali tagħhom mil-lat xjentifiku u kkonfermaw li, minbarra li dawn it-tipi ta' żjut għandhom kontenut għoli ta' sustanzi fenoliċi, huma għandhom ukoll kontenut għoli ta' aċidu olejku. Bħala medja, iż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra” jkollu kontenut għoli ta' aċidu olejku (li ħafna drabi jkun ta' aktar minn 74 %), filwaqt li jkollu proporzjon ta' aċidu linoleniku fih li jkun ta' inqas minn 10 %. Din il-kompożizzjoni kimika speċifika taż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra”, jiġifieri, il-proporzjon għoli ta' aċidu olejku meta mqabbel mal-proporzjon ta' aċidu linoleniku fih (> 7), flimkien mal-kontenut għoli ta' sustanzi fenoliċi li jkollu, itejbu l-istabbilità tal-ossidazzjoni tiegħu.

Karatteristika oħra distintiva taż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra” hija l-kontenut baxx ħafna ta' aċidu xaħmi liberu fih u l-valur baxx tal-perossidu tiegħu.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-prodott

Minħabba li l-peniżola ta' Istrija tinsab fil-konfini tat-Tramuntana tar-reġjun tat-tkabbir taż-żebbuġ, dak li jkun jista' jaħseb li l-kundizzjonijiet li hemm hemmhekk mhumiex favorevoli għat-tkabbir taż-żebbuġ. Madankollu, Istrija ilha rrikonoxxuta bħala post ideali għat-tkabbir taż-żebbuġ u għall-produzzjoni ta' żejt taż-żebbuġa ta' kwalità għolja sa minn żmien ir-Rumani. Il-firxa wiesgħa ta' varjetajiet taż-żebbuġ li jitkabbru fiha jservu ta' prova diretta ta' dan. Il-fatt li ż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra” dejjem jissodisfa l-kriterji organolettiċi u kimiċi stabbiliti fil-punt 3.2, irrispettivament mill-kompożizzjoni tal-varjetajiet li minnhom ikun magħmul, jindika li l-kundizzjonijiet pedoklimatiċi tal-Peniżola ta' Istrija jikkontribwixxu bil-kbir għall-kwalità u għall-karatteristiċi taż-żebbuġ imkabbar fiha u għall-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi taż-żejt.

Il-konsegwenza ewlenija tal-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi ta' Istrija hija l-proporzjon għoli ta' aċidu olejku monoinsaturat li nsibu fost l-aċidi xaħmin kollha li jinsabu fiż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra”. Dan jiġri minħabba li s-siġar taż-żebbuġ jadattaw għall-klimi aktar kesħin billi jipproduċu aktar aċidu olejku (Pannelli et al., 1993, f'O. Koprivnjak, I. Vrhovnik, T. Hladnik, Ž. Prgomet, B. Hlevnjak u V. Majetić Germek: Obilježja prehrambene vrijednosti djevičanskih maslinovih ulja sorti Buža, Istarska bjelica, Leccino i Rosulja, Hrvatski časopis za prehrambenu tehnologiju, biotehnologiju i nutricionizam Nru 7, (2012), p. 174).

Il-kompożizzjoni kimika rikka tal-komposti volatili fiż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra”, li taffettwa l-aromi tal-ħdura tiegħu, li xi ftit minnhom iwasslu wkoll għat-togħma morra u qawwija tiegħu, mhix ġejja biss mill-varjetajiet taż-żebbuġ użati biex dan jiġi prodott u mill-kundizzjonijiet klimatiċi, iżda wkoll mill-proċessi tal-produzzjoni li adottaw dawk li jkabbru ż-żebbuġ, jiġifieri li jaqtgħu ż-żebbuġ meta jkun għadu kemm sar u li jużaw prattiki tajbin biex iżommuh u biex jipproċessawh u wkoll biex jaħżnu ż-żejt. Għalhekk, l-għarfien espert u l-ħiliet fit-tkabbir taż-żebbuġ u fil-produzzjoni u fil-ħżin taż-żejt li nġabru tul il-ġenerazzjonijiet minn dawk li jkabbru ż-żebbuġ u li jipproċessawh f'dan ir-reġjun u li ġew ipperfezzjonati minnhom matulhom, għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar tal-kwalità tal-prodott.

Ħsad bikri, li jsir meta l-frott ikun għadu aħdar jew parzjalment aħdar u iebes, jaffettwa bil-kbir il-karatteristiċi taż-żejt. Din il-prattika tal-produzzjoni saret waħda stabbilita fost dawk li jkabbru ż-żebbuġ fir-reġjun ta' Istrija. Minbarra li l-ħsad bikri jgħin biex jiġu evitati t-temperaturi baxxi, li jistgħu jwasslu biex il-frott jiffriża, dan jevita wkoll li ż-żebbuġ jiġi infestat mit-tieni u mit-tielet ġenerazzjoni tad-dubbiena taż-żebbuġ, li t-tnejn li huma jistgħu jaffettwaw bil-kbir il-kwalità taż-żejt. Barra minn hekk, ħsad bikri huwa magħruf li jtejjeb b'mod dirett l-indikaturi tal-kwalità kimika u l-karatteristiċi speċifiċi tat-togħma u tal-aroma taż-żejt taż-żebbuġa tat-tip “Istra”: dan huwa marbut ma' livelli baxxi ta' aċidi xaħmin liberi, ma' valur baxx tal-perossidu u ma' valuri K baxxi, kif ukoll ma' intensità għolja ta' karatteristiċi organolettiċi pożittivi f'termini tat-togħma u tal-aroma tiegħu (K. Brkić Bubola, O. Koprivnjak, B. Sladonja, D. Škevin, I. Belobrajić: Chemical and sensorial changes of Croatian monovarietal olive oils during ripening, European Journal of Lipid Science and Technology, il-volum 114 (2012), p. 1400).

L-interazzjoni tad-diversi fatturi naturali u umani lokali msemmijin hawn fuq tagħti lill-prodott bid-denominazzjoni “Istra DOP” il-karattru distintiv tiegħu, jiġifieri t-togħma armonjuża tiegħu u l-bilanċ bejn it-togħma qawwija, morra u ta' frott taż-żebbuġ tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)

http://www.mps.hr/datastore/filestore/87/2017-03-29_-_ZOI_Istra_2017_03_08.pdf

http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/podrocja/Kmetijstvo/zascita_kmetijskih_pridelkov_zivil/ZOI_Istra_2017.pdf


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/10


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 327/06)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 97, fin-nota ta’ spjega tal-intestatura 2202“Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ titlu 2009”, jizdied it-test li ġej:

“Ix-xarbiet mhux alkoħoliċi ta’ din l-intestatura huma likwidi adattati direttament għall-konsum mill-bniedem permezz tal-inġestjoni u maħsuba għal dan l-użu, irrispettivament mill-kwantità assorbita jew mill-iskopijiet partikolari li jistgħu jintużaw it-tipi differenti ta’ likwidi kkonsmati, sakemm ma jiġux inklużi f’intestatura oħra aktar speċifika. Il-fatturi purament soġġettivi u varjabbli, bħall-mod li bih jittieħdu dawn ix-xarbiet jew l-iskop għalfejn jiġu kkonsmati, eż. biex jinqatal-għatx jew biex titjieb is-saħħa, mhumiex rilevanti għall-klassifikazzjoni tagħhom (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża 114/80).

Din l-intestatura tinkludi, fost l-oħrajn, il-prodotti likwidi lesti biex jinxtorbu għan-nutrizzjoni tat-trabi.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/11


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 327/07)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 116, fin-nota ta’ spjega tan-“Nota 2” it-test eżistenti huwa nnumerat mill-ġdid bħala 1. u jiżdied it-test li ġej:

“2.

L-espressjoni “żjut simili” tinkludi fost l-oħrajn, it-taħlitiet li ġejjin ta’ idrokarburi:

diżil paraffiniku sintetiku, b’mod partikolari “Żjut Veġetali Idrotrattati” (HVO) u “Fjuwils GTL (gas to liquid - gass għal likwidu)”;

prodotti minn sorsi rinnovabbli li jirriżultaw mill-proċessi li ġejjin: “Fjuwils BTL (biomass to liquid - bijomassa għal likwidu)” jew “Fjuwils Bio-GTL (biogass to liquid - bijogass għal likwidu)”;

prodotti mill-koproċessar ta’ materja prima rinnovabbli f’raffineriji b’materja prima petrolifera.

Japplikaw id-definizzjonijiiet li ġejjin rigward il-produzzjoni ta’ “żjut simili”:

“Idrotrattament” tfisser il-konverżjoni termokimika ta’ trigliċeridi bl-idroġenu għall-produzzjoni ta’ alkani; jirreferi għall-ipproċessar tal-fjuwil. B’mod ġenerali, is-sorsi tat-trigliċeridi huma x-xaħmijiet u ż-żjut, l-iskart adattat, il-frazzjonijiet xaħmija tar-residwi u x-xaħam li joriġina mill-alga.

“Fjuwils GTL (gas to liquid - gass għal likwidu)”, “Fjuwils BTL (biomass to liquid - bijomassa għal likwidu)” u “Fjuwils Bio-GTL (biogass to liquid - bijogass għal likwidu)” ifissru l-konverżjoni tal-gass fi fjuwils likwidi bil-proċess Fischer-Tropsch jew bi proċessi ekwivalenti. Fil-każ ta’ “Fjuwils BTL (biomass to liquid - bijomassa għal likwidu)” jeżisti pass preċedenti li jikkonsisti fil-konverżjoni tal-bijomassa f’gass.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/12


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 327/08)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 185, fin-nota ta’ spjega tas-subintestatura tan-NM “3906 90 90 Oħrajn”, l-ewwel sentenza hija sostitwita bit-test li ġej:

“Din is-subintestatura tinkludi poli(akrilonitril) u elastomeri poliakriliċi (ACM) f’forom primarji (mhux vulkanizzati).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/13


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2018

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2018/C 327/09)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata fil-ĠU C 286, 14.8.2018, p. 2.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.10.2018

-0,18

-0,18

0,54

-0,18

1,41

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,30

0,49

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,68

-0,33

-0,18

-0,18

1,00

1.9.2018

30.9.2018

-0,18

-0,18

0,54

-0,18

1,12

-0,18

0,03

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,30

0,37

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,68

-0,33

-0,18

-0,18

0,86

1.8.2018

31.8.2018

-0,18

-0,18

0,54

-0,18

1,12

-0,18

0,04

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,30

0,21

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,68

-0,33

-0,18

-0,18

0,86

1.7.2018

31.7.2018

-0,18

-0,18

0,54

-0,18

1,12

-0,18

0,04

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,30

0,13

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,68

-0,33

-0,18

-0,18

0,86

1.6.2018

30.6.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

1,12

-0,18

0,04

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,30

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,33

-0,18

-0,18

0,86

1.5.2018

31.5.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,95

-0,18

0,03

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,40

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,33

-0,18

-0,18

0,86

1.4.2018

30.4.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,95

-0,18

0,03

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,40

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,42

-0,18

-0,18

0,73

1.3.2018

31.3.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,95

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,42

-0,18

-0,18

0,73

1.2.2018

28.2.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,75

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,42

-0,18

-0,18

0,73

1.1.2018

31.1.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,75

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,13

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

1,89

-0,42

-0,18

-0,18

0,73


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9081 — Cinven/Generali Lebensversicherung)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 327/10)

1.   

Fis-7 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Cinven (ir-Renju Unit),

Viridium Holding AG (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Cinven,

Generali Lebensversicherung Aktiengesellschaft (“Generali Lebensversicherung”) (il-Ġermanja)

Cinven takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Generali Lebensversicherung.

Il-konċentrazzjoni qed titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Cinven hija impriża ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment għal għadd ta’ fondi tal-investiment,

Viridium hija fornitur ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, kważi esklussivament fil-Ġermanja,

Generali Lebensversicherung hija kumpanija tal-assigurazzjoni liċenzjata biex tforni prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja fil-Ġermanja u din hija l-attiva prinċipali tagħha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9081 — Cinven/Generali Lebensversicherung

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9019 — Mars/AniCura)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 327/11)

1.   

Fl-10 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mars, Incorporated (L-Istati Uniti),

AniCura TC AB (L-Iżvezja).

Mars, Incorporated (“Mars”) se takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-intier ta’ AniCura TC AB (“AniCura”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Mars hija kumpanija globali, li għandha s-sede fl-Istati Uniti, attiva f’bosta segmenti tan-negozju, inklużi l-kura ta’ annimali domestiċi. Il-parti tal-kura tal-annimali domestiċi ta’ Mars, li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fil-Belġju, tipprovdi l-kura alimentari u veterinari għall-annimali domestiċi. Mars hija attiva fiż-ŻEE fil-manifattura u l-forniment ta’ ikel għall-annimali domestiċi.

AniCura hija fornitur ta’ kura veterinarja għal annimali tal-kumpanija (primarjament klieb u qtates). AniCura hija bbażata fi Stokkolma, l-Iżvezja, u topera sptarijiet u kliniki tal-annimali madwar bosta pajjiżi fiż-ŻEE (l-Iżvezja, in-Norveġja, id-Danimarka, l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Italja). AniCura hija attiva wkoll fil-bejgħ ta’ prodotti anċillari, inkluż l-ikel tal-annimali domestiċi tagħha, permezz tal-isptarijiet u l-kliniki tagħha.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9019 — Mars/AniCura

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Merger Registry

B-1049 Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).