ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 301

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
27 ta' Awwissu 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 301/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 301/02

Kawża C-390/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Törvényszék – l-Ungerija) – fil-proċedura kontra Dániel Bertold Lada (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI — Teħid inkunsiderazzjoni, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna ppronunzjata preċedentement fi Stat Membru ieħor — Proċedura speċjali ta’ rikonoxximent ta’ kundanna kriminali mogħtija fi Stat Membru ieħor — Reviżjoni u tiġdid legali tad-deċiżjoni preċedenti — Prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku — Artikolu 82(1) TFUE)

2

2018/C 301/03

Kawża C-544/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Marcandi Limited, li taġixxi bl-isem kummerċjali Madbid vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(ċ) — Ħruġ ta’ krediti li jippermettu li wieħed jagħmel offerta f’irkantijiet online — Provvista ta’ servizzi bi ħlas — Operazzjoni minn qabel — Artikolu 73 — Ammont taxxabbli)

3

2018/C 301/04

Kawża C-626/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Rimi ta’ skart f’landfill — Direttiva 1999/31/KE — Landfills eżistenti — Artikolu 14 — Deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija jew le tal-operat — Artikolu 13 — Il-proċedura tal-għeluq — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa)

4

2018/C 301/05

Kawża C-27/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos apeliacinis teismas – il-Litwanja) – AB flyLAL-Lithuanian Airlines, fi stralċ vs Starptautiskā lidosta Rīga VAS, Air Baltic Corporation AS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjonijiet speċjali — Il-punt 3 tal-Artikolu 5 — Materji ta’ delitt jew kważi delitt — Post fejn seħħ il-fatt dannuż — Post fejn tkun seħħet il-ħsara u post tal-fatt li kkawża l-ħsara — Talba għal kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat minn aġir antikompetittiv imwettaq fi Stati Membri differenti — Il-punt 5 tal-Artikolu 5 — Operat ta’ fergħa — Kunċett)

4

2018/C 301/06

Kawża C-28/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal’Østre Landsret – id-Danimarka) – NN A/S vs Skatteministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 TFUE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tissuġġetta t-trasferiment tat-telf imġarrab minn stabbiliment permanenti, li jinsab fit-territorju nazzjonali, ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, lejn kumpannija residenti li tagħmel parti mill-istess grupp, għal kundizzjoni marbuta mal-impossibbilta li t-telf jintuża għall-finijiet ta’ taxxa barranija)

5

2018/C 301/07

Kawża C-43/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 – Liam Jenkinson vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Eulex Kosovo (Appell — Klawżola ta’ arbitraġġ — Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea — Ġurisdizzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni fuq it-tilwimiet dwar il-kuntratti ta’ xogħol — Kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi — Klawżoli ta’ arbitraġġ li jinnominaw, fl-aħħar kuntratt, il-qrati tal-Unjoni u, fil-kuntratti preċedenti, il-qrati ta’ Brussell (il-Belġju) — Deċiżjoni li ma jiġġeddidx l-aħħar kuntratt — Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjonijiet kuntrattwali kollha f’kuntratt għal żmien indeterminat — Talbiet għal kumpens għal tkeċċija abbużiva — Teħid inkunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet kuntrattwali li jippreċedu dan l-aħħar kuntratt — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea)

6

2018/C 301/08

Kawża C-213/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Artikol 17, 18, 23 u 24 — Proċedura minn qabel ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru — Applikazzjoni ġdida fi Stat Membru ieħor — Assenza ta’ talba għall-iskopijiet tat-teħid lura fit-termini previsti — Konsenja tal-persuna kkonċernata għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali

7

2018/C 301/09

Kawża C-217/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 – Mast-Jägermeister SE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) “Appell — Disinni Komunitarji — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinni li jirrappreżentaw tazzi — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikolu 36(1)(ċ) — Rappreżentazzjoni grafika — Artikoli 45 u 46 — Għoti ta’ data tal-preżentazzjoni — Kundizzjonijiet — Regolament (KE) Nru 2245/2002 — Artikolu 4(1)(e) u Artikolu 10(1) u (2)

8

2018/C 301/10

Kawża C-320/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – Franza) – Marle Participations SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 2, 9 u 168 — Attività ekonomika — Interferenza diretta jew indiretta ta’ kumpannija holding fil-ġestjoni tas-sussidjarji tagħha — Kiri ta’ proprjetà immobbli minn kumpannija holding lis-sussidjarja tagħha — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — VAT imħallsa minn kumpannija holding fuq l-ispejjeż sostnuti għall-ksib ta’ ishma f’impriżi oħra)

8

2018/C 301/11

Kawża C-339/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Verein für lauteren Wettbewerb eV vs Princesport GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ismijiet ta’ fibri tat-tessut u rekwiżiti korrispondenti dwar l-ittikkettjar u l-immarkar — Regolament (UE) Nru 1007/2011 — Artikoli 7 u 9 — Prodotti tat-tessut puri — Prodotti tat-tessut komposti minn diversi fibri — Modalitajiet ta’ ttikkettjar jew ta’ mmarkar)

9

2018/C 301/12

Kawża C-532/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Wolfgang Wirth et vs Thomson Airways Ltd. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 2(b) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ trasportatur tal-ajru li jopera — Kuntratt ta’ kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ (wet lease))

10

2018/C 301/13

Kawża C-325/17 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Windrush Aka LLP vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Jerry Dammers (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali The Specials — Użu ġenwin — Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark)

11

2018/C 301/14

Kawża C-24/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság) – l-Ungerija – István Bán vs KP 2000 kft., Edit Kovács (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertajiet fundamentali — Artikoli 49 u 63 TFUE — Sitwazzjoni purament interna — Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Inammissibbiltà manifesta)

11

2018/C 301/15

Kawża C-130/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Eurowings GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 5(1)(ċ) — Dritt għal kumpens f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira — Rotta differenti li ma tippermettix lil passiġġier li jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla previst mit-titjira annullata — Dewmien bejn sagħtejn u tliet sigħat)

12

2018/C 301/16

Kawża C-40/18 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2018 minn Acquafarm S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Novemrbu 2017 fil-Kawża T-458/16, Acquafarm vs Il-Kummissjoni

12

2018/C 301/17

Kawża C-170/18 P: Appell ippreżentat fit--2 ta’ Marzu 2018 minn CJ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-692/16, CJ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

13

2018/C 301/18

Kawża C-297/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-2 ta Mejju 2018 – Humbert Jörg Köfler et

14

2018/C 301/19

Kawża C-378/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta Ġunju 2018 – Landwirtschaftskammer Niedersachsen vs Reinhard Westphal

14

2018/C 301/20

Kawża C-390/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Proċeduri kriminali kontra YA u AIRBNB Ireland UC – partijiet oħra: Hotelière Turenne SAS, Pour un hébergement et un tourisme professionnel (AHTOP), Valhotel

15

2018/C 301/21

Kawża C-394/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di appello di Napoli (l-Italja) fl-14 ta’ Ġunju 2018 – I.G.I. Srl vs Maria Grazia Cicenia et

15

2018/C 301/22

Kawża C-395/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Ġunju 2018 – Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA vs Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze

16

2018/C 301/23

Kawża C-400/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Infohos vs L-Istat Belġjan

17

2018/C 301/24

Kawża C-402/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Tedeschi Srl għan-nom tagħha u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti, Consorzio Stabile Istant Service għan-nom tiegħu u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti vs C.M. Service Srl, Università degli Studi di Roma La Sapienza

17

2018/C 301/25

Kawża C-405/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Ġunju 2018 – AURES Holdings, a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

18

2018/C 301/26

Kawża C-410/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-22 ta’ Ġunju 2018 – Nicolas Aubriet vs Ministre de l'Enseignement supérieur et de la Recherche

19

2018/C 301/27

Kawża C-416/18 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 minn Mykola Yanovych Azarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-26 ta’ April 2018 fil-Kawża T-190/16, Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

19

2018/C 301/28

Kawża C-421/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Ordre des avocats du barreau de Dinant vs JN

20

2018/C 301/29

Kawża C-456/18 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2018 mill-Ungerija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-25 ta’ April 2018 fil-Kawżi magħquda T-554/15 u T-555/15, L-Ungerija vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 301/30

Kawża T-643/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Rogesa vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Skema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra — Talba għal aċċess għall-informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-10 % tal-istallazzjonijiet l-iktar effikaċi tal-industrija tal-azzar — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali ta’ terz — Interess pubbliku superjuri — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Kunċett ta’ informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent — Rispett tat-termini)

23

2018/C 301/31

Kawża T-185/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Buonotourist vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Impriża li topera netwerks tal-konnessjonijiet permezz tal-karozza tal-linja fir-Reġjun tal-Campania — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kumpens tariffarju għal obbligi ta’ servizz pubbliku mħallas wara deċiżjoni ta’ qorti li ddeċidiet fl-aħħar istanza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Regolament (KEE) Nru 1191/69 — Kundizzjonijiet għal eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika — Artikolu 4(5) u Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 — Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat — Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali superjuri — Applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali)

24

2018/C 301/32

Kawża T-186/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – CSTP Azienda della Mobilità vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Impriża li topera netwerks ta’ rotot bix-xarabanks fir-Regione Campania — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kumpens tariffarju għal obbligi ta’ servizz pubbliku mogħti wara deċiżjoni ta’ qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Regolament (KEE) Nru 1191/69 — Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika — Artikolu 4(5) u Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 — Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat — Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali superjuri — Applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali)

25

2018/C 301/33

Kawża T-240/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Klyuyev vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li fil-konfront tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista — Bażi legali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt għall-proprjetà — Dritt għar-reputazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità)

26

2018/C 301/34

Kawża T-644/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn investituri u Stati u tas-sistema ġudizzjarja tal-investimenti li jinsabu fil-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-pariri legali — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Interess pubbliku superjuri)

27

2018/C 301/35

Kawża T-707/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 11 ta’ Lulju 2018 – Enoitalia vs EUIPO – La Rural Viñedos y Bodegas (ANTONIO RUBINI) [Trade mark tal – Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal – Unjoni Ewropea ANTONIO RUBINI — Trade mark tal – Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti RUTINI — Raġuni relattiva għal rifjut — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh bejn is – sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l – Artikolu 8(1)(b) tar – Regolament (UE) 2017/1001]]

27

2018/C 301/36

Kawża T-13/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Europa Terra Nostra vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Deċiżjoni li tagħti sussidju lil fondazzjoni politika — Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti — Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament — Regolament Finanzjarju — Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju — Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter)

28

2018/C 301/37

Kawża T-16/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – APF vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Deċiżjoni li tagħti sussidju lil partit politiku — Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti — Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament — Regolament Finanzjarju — Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju — Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter)

29

2018/C 301/38

Kawża T-54/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – CLF vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Deċiżjoni li tagħti sussidju lil partit politiku — Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti — Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament — Regolament Finanzjarju — Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju — Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter)

29

2018/C 301/39

Kawża T-57/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Pegasus vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Deċiżjoni li tagħti sussidju lil fondazzjoni politika — Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti — Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament — Regolament Finanzjarju — Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju — Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter)

30

2018/C 301/40

Kawża T-694/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Link Entertainment vs EUIPO – García-Sanjuan Machado (SAVORY DELICIOUS ARTISTS & EVENTS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SAVORY DELICIOUS ARTISTS & EVENTS — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti AVORY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Xebh tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

31

2018/C 301/41

Kawża T-147/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Talba għal disponibbiltà ta’ riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

31

2018/C 301/42

Kawża T-478/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont li jikkorrispondi għal telf ta’ riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

32

2018/C 301/43

Kawża T-452/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – TL vs KEPD (Rikors għal annullament — Protezzjoni tad-data personali — Disponibbiltà għall-pubbliku tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali — Talba għal anonimat u tneħħija minn fuq l-internet ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali — Att li ma jistax jiġi ppreżentat rikors fil-konfront tiegħu — Att konfermattiv — Assenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali — Inammissibbiltà manifesta)

33

2018/C 301/44

Kawża T-476/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2018 – Arysta LifeScience Netherlands vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva diflubenzuron — Kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni għat-tqegħid fis-suq — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

34

2018/C 301/45

Kawża T-577/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2018 – thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Unjoni Doganali — Awtorizzazzjoni tal-ipproċessar attiv — Riskju ta’ effett ħażin għall-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni — Artikolu 211(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 — Eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi — Portata tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

34

2018/C 301/46

Kawża T-719/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2018 – FMC vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1496 — Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil) — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

35

2018/C 301/47

Kawża T-757/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Kerstens vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċeduri dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fuq appell — Irtirar tad-deċiżjoni li timponi ċanfira — Ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri dixxiplinarji li jwasslu għas-sanzjoni annullata — Rikors għal annullament — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Rikors għad-danni — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża — Inammissibbiltà manifesta)

36

2018/C 301/48

Kawża T-784/17 RII: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Digriet li jagħti s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiġi miċħuda l-offerta tar-rikorrenti u li l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas ta’ xogħlijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament fi Brussell jiġi attribwit lil ħames offerenti — Talba għal modifika — Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura — Inammissibbiltà)

36

2018/C 301/49

Kawża T-29/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – Planet vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar il-kuntratt Technical Assistance to Ecowas for the implementation of the 10th EDF Transport Facilitation Project II (TFP II) — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors — Irtirar tal-att ikkontestata — Tilwima li ma għadx għandha skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2018/C 301/50

Kawża T-104/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007–2013) — Irkupru tas-somom imħallsa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urgenza)

38

2018/C 301/51

Kawża T-244/18 R: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002–2006) — Irkupru tas-sommom imħallsa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

38

2018/C 301/52

Kawża T-299/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Żmien ta’ stennija — Offerta anormalment baxxa — Fumus boni juris — Nuqqas ta’ urġenza)

39

2018/C 301/53

Kawża T-352/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Germann Avocats u XJ (*1) vs Il-Kummissjoni

39

2018/C 301/54

Kawża T-397/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Hugo’s Hotel vs EUIPO – H’ugo’s (Hugo’s Burger Bar)

40

2018/C 301/55

Kawża T-400/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Landesbank Baden-Württemberg vs BUR

41

2018/C 301/56

Kawża T-403/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Pharmadom vs EUIPO – Objectif Pharma (WS wellpharma shop)

42

2018/C 301/57

Kawża T-414/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2018 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

42

2018/C 301/58

Kawża T-424/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2018 – Puma vs EUIPO – Carrefour (Rappreżentazzjoni ta’ linji msallba)

43

2018/C 301/59

Kawża T-427/18: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – Geske vs EUIPO (SATISFYERMEN)

44

2018/C 301/60

Kawża T-434/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Vans vs EUIPO (ULTRARANGE)

45

2018/C 301/61

Kawża T-447/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 – TUIfly vs Il-Kummissjoni

45

2018/C 301/62

Kawża T-742/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Kim et vs Il-Kunsill

47


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 301/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 294, 20.8.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 285, 13.8.2018

ĠU C 276, 6.8.2018

ĠU C 268, 30.7.2018

ĠU C 259, 23.7.2018

ĠU C 249, 16.7.2018

ĠU C 240, 9.7.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Törvényszék – l-Ungerija) – fil-proċedura kontra Dániel Bertold Lada

(Kawża C-390/16) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI - Teħid inkunsiderazzjoni, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna ppronunzjata preċedentement fi Stat Membru ieħor - Proċedura speċjali ta’ rikonoxximent ta’ kundanna kriminali mogħtija fi Stat Membru ieħor - Reviżjoni u tiġdid legali tad-deċiżjoni preċedenti - Prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku - Artikolu 82(1) TFUE))

(2018/C 301/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Dániel Bertold Lada

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 82 TFUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li t-teħid inkunsiderazzjoni fi Stat Membru, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida mibdija kontra persuna, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna kriminali definittiva mogħtija preċedentement minn qorti ta’ Stat Membru ieħor kontra l-istess persuna għal fatti differenti, ikun suġġett għal proċedura speċjali ta’ rikonoxximent minn qabel, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-qrati ta’ dan l-ewwel Stat Membru.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Marcandi Limited, li taġixxi bl-isem kummerċjali “Madbid” vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-544/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Ħruġ ta’ “krediti” li jippermettu li wieħed jagħmel offerta f’irkantijiet online - Provvista ta’ servizzi bi ħlas - Operazzjoni minn qabel - Artikolu 73 - Ammont taxxabbli))

(2018/C 301/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marcandi Limited, li taġixxi bl-isem kummerċjali “Madbid”

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħruġ ta’ “krediti”, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermettu lill-klijenti ta’ operatur li jagħmlu offerti fl-irkantijiet organizzati minn dan tal-aħħar, jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi bi ħlas li l-korrispettiv tagħha huwa l-ammont imħallas inkambju għall-imsemmija “krediti”.

2)

L-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-valur tal-“krediti” użati biex wieħed jagħmel offerti ma huwiex inkluż fil-korrispettiv riċevut mill-persuna taxxabbli inkambju għall-provvisti ta’ oġġetti mwettqa minnha għall-benefiċċju tal-utenti li jkunu rebħu rkant li organizzat jew għall-benefiċċju ta’ dawk li jkunu wettqu x-xiri tagħhom permezz tal-funzjonijiet “Ixtri Issa” jew “Skont Miksub”.

3)

Meta jinterpretaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt nazzjonali, il-qrati ta’ Stat Membru li jikkonstataw li l-istess operazzjoni hija suġġetta, fi Stat Membru ieħor, għal trattament differenti għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom il-fakultà, u saħansitra l-obbligu, skont jekk id-deċiżjonijiet tagħhom jistgħux, jew le, ikunu suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b’talba għal deċiżjoni preliminari.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-626/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Rimi ta’ skart f’landfill - Direttiva 1999/31/KE - Landfills eżistenti - Artikolu 14 - Deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija jew le tal-operat - Artikolu 13 - Il-proċedura tal-għeluq - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa))

(2018/C 301/04)

Lingwa tal-kawża: l-Islovak

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano u A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-miżuri kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-25 ta’ April 2013, Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja (C-331/11, mhux ippubblikata, EU:C:2013:271), ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Fil-każ fejn in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-punt 1 jkun għadu għaddej fil-ġurnata tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 5 000 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-25 ta’ April 2013, Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja (C-331/11, mhux ippubblikata, EU:C:2013:271), b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza tal-25 ta’ April 2013, Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja (C-331/11, mhux ippubblikata, EU:C:2013:271).

3)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma f’daqqa ta’ EUR 1 000 000.

4)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 13.03.2017


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos apeliacinis teismas – il-Litwanja) – AB “flyLAL-Lithuanian Airlines”, fi stralċ vs “Starptautiskā lidosta ‘Rīga’” VAS, “Air Baltic Corporation” AS

(Kawża C-27/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjonijiet speċjali - Il-punt 3 tal-Artikolu 5 - Materji ta’ delitt jew kważi delitt - Post fejn seħħ il-fatt dannuż - Post fejn tkun seħħet il-ħsara u post tal-fatt li kkawża l-ħsara - Talba għal kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat minn aġir antikompetittiv imwettaq fi Stati Membri differenti - Il-punt 5 tal-Artikolu 5 - Operat ta’ fergħa - Kunċett))

(2018/C 301/05)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos apeliacinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AB “flyLAL-Lithuanian Airlines”, fi stralċ

Konvenuti:“Starptautiskā lidosta ‘Rīga’” VAS, “Air Baltic Corporation” AS

Fil-preżenza ta’:“ŽIA Valda” AB, “VA Reals” AB, Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

Dispożittiv

1)

Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-“post fejn seħħ il-fatt dannuż” jirreferi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari għall-post fejn ikun seħħ it-telf ta’ profitti li jikkonsisti f’telf ta’ bejgħ, jiġifieri l-post tas-suq affettwat mill-imsemmi aġir li fih il-vittma tallega li hija ġarrbet dan it-telf.

2)

Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-kunċett ta’ “post fejn seħħ il-fatt dannuż” jista’ jinftiehem bħala li jirreferi jew għall-post tal-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv kuntrarju għall-Artikolu 101 TFUE, jew għall-post fejn il-prezzijiet predatorji ġew offruti u applikati, jekk dawn il-prattiki kienu jikkostitwixxu ksur skont l-Artikolu 102 TFUE.

3)

Il-punt 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kontestazzjoni dwar l-operat ta’ fergħa” jkopri kawża intiża għall-kumpens għal dannu allegatament ikkawżat minn abbuż minn pożizzjoni dominanti li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ prezzijiet predatorji, meta fergħa tal-impriża li għandha l-pożizzjoni dominanti tkun, b’mod effettiv u sinjifikattiv, ipparteċipat f’din il-prattika abbużiva.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal’Østre Landsret – id-Danimarka) – NN A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-28/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Taxxa fuq il-kumpanniji - Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tissuġġetta t-trasferiment tat-telf imġarrab minn stabbiliment permanenti, li jinsab fit-territorju nazzjonali, ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, lejn kumpannija residenti li tagħmel parti mill-istess grupp, għal kundizzjoni marbuta mal-impossibbilta li t-telf jintuża għall-finijiet ta’ taxxa barranija))

(2018/C 301/06)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NN A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-kumpanniji residenti ta’ grupp huma awtorizzati jnaqqsu mir-riżultat integrat tagħhom it-telf ta’ stabbiliment permanenti residenti ta’ sussidjarja mhux residenti ta’ dan il-grupp fil-każ biss li r-regoli applikabbli fl-Istat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha s-sussidjarja ma jippermettux li dan it-telf jitnaqqas mir-riżultat ta’ din tal-aħħar, f’sitwazzjoni fejn l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni tkun marbuta ma’ dik ta’ konvenzjoni dwar il-prevenzjoni tat-taxxa doppja li tawtorizza, f’dan l-Istat Membru tal-aħħar, it-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul dovuta mis-sussidjarja b’ammont li jikkorrispondi għat-taxxa fuq id-dħul imħallsa, fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab dan l-istabbiliment permanenti, fir-rigward tal-attività tiegħu. Madankollu, l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali leġiżlazzjoni jekk l-applikazzjoni tagħha jkollha l-effett li ċċaħħad lill-imsemmi grupp minn kull possibbiltà effettiva li jnaqqas l-imsemmi telf mir-riżultat integrat tiegħu, f’sitwazzjoni fejn tpaċija ta’ dan l-istess telf mar-riżultat tal-imsemmija sussidjarja jkun impossibbli fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun stabbilita, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju


(1)  ĠU C 121, 18.04.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 – Liam Jenkinson vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Eulex Kosovo

(Kawża C-43/17 P) (1)

((Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea - Ġurisdizzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni fuq it-tilwimiet dwar il-kuntratti ta’ xogħol - Kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi - Klawżoli ta’ arbitraġġ li jinnominaw, fl-aħħar kuntratt, il-qrati tal-Unjoni u, fil-kuntratti preċedenti, il-qrati ta’ Brussell (il-Belġju) - Deċiżjoni li ma jiġġeddidx l-aħħar kuntratt - Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjonijiet kuntrattwali kollha f’“kuntratt għal żmien indeterminat” - Talbiet għal kumpens għal tkeċċija abbużiva - Teħid inkunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet kuntrattwali li jippreċedu dan l-aħħar kuntratt - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea))

(2018/C 301/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Liam Jenkinson (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Gattinara, L. Radu Bouyon u S. Bartelt, aġenti, sussegwentement minn Gattinara, A. Aresu u Radu Bouyon, aġenti), is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt, R. Spac u E. Orgován, aġenti), Eulex Kosovo (rappreżentanti: M. Vicente Hernandez, avocate, sussegwentement minn E. Raoult, avocate)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Novembru 2016, Jenkinson vs Il-Kunsill et (T-602/15, EU:T:2016:660), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-213/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikol 17, 18, 23 u 24 - Proċedura minn qabel ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru - Applikazzjoni ġdida fi Stat Membru ieħor - Assenza ta’ talba għall-iskopijiet tat-teħid lura fit-termini previsti - Konsenja tal-persuna kkonċernata għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali)

(2018/C 301/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha meta talba għall-finijiet ta’ teħid lura ma tkunx ġiet ifformulata minn dak l-Istat Membru fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-regolament, filwaqt li, minn naħa, Stat Membru ieħor kien responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata qabel u, min-naħa l-oħra, li l-appell ippreżentat miċ-ċaħda ta’ waħda minn dawn l-applikazzjonijiet pendenti, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, wara l-iskadenza ta’ dawn it-termini.

2)

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-formulazzjoni, minn Stat Membru, ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz mingħajr dokumenti ta’ residenza fit-territorju tiegħu ma jimponix fuq dan l-Istat Membru li jissospendi l-eżami ta’ appell ippreżentat miċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali qabel, u wara li jintemm dan l-eżami fil-każ tal-aċċettazzjoni ta’ din it-talba mill-Istat Membru rikjest.

3)

L-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, Stat Membru li jagħmel talba għall-finijiet ta’ teħid lura fuq il-bażi tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, wara l-iskadenza, fl-Istat Membru rikjest, tat-termini previsti fl-Artikolu 23(2) tal-imsemmi regolament, ma huwiex obbligat li jinforma l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar li r-rikors ippreżentat kontra ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali issottomessa qabel hija pendenti quddiem qorti tal-Istat Membru rikjedenti.

4)

L-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 604/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-data tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, fejn applikant għal protezzjoni internazzjonali jkun ġie mogħti minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u jinsab fit-territorju ta’ dan tal-aħħar mingħajr ma jippreżenta applikazzjoni ġdida għall-protezzjoni internazzjonali, dan it-tieni Stat Membru jista’ jitlob dan l-ewwel Stat Membru għall-finijiet ta’ teħid lura tal-applikant u ma huwiex obbligat jeżamina t-talba tiegħu.


(1)  ĠU C 239, 24.07.2014.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 – Mast-Jägermeister SE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-217/17 P) (1)

(“Appell - Disinni Komunitarji - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinni li jirrappreżentaw tazzi - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 36(1)(ċ) - Rappreżentazzjoni grafika - Artikoli 45 u 46 - Għoti ta’ data tal-preżentazzjoni - Kundizzjonijiet - Regolament (KE) Nru 2245/2002 - Artikolu 4(1)(e) u Artikolu 10(1) u (2))

(2018/C 301/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Mast-Jägermeister SE (rappreżentant: C. Drzymalla, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Mast Jägermeister SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 300, 11.09.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – Franza) – Marle Participations SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-320/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 2, 9 u 168 - Attività ekonomika - Interferenza diretta jew indiretta ta’ kumpannija holding fil-ġestjoni tas-sussidjarji tagħha - Kiri ta’ proprjetà immobbli minn kumpannija holding lis-sussidjarja tagħha - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - VAT imħallsa minn kumpannija holding fuq l-ispejjeż sostnuti għall-ksib ta’ ishma f’impriżi oħra))

(2018/C 301/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marle Participations SARL

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kiri ta’ proprjetà immobbli minn kumpannija holding lis-sussidjarja tagħha tikkostitwixxi “interferenza fil-ġestjoni” ta’ din tal-aħħar, li għandha tiġi kkunsidrata bħala attività ekonomika, fis-sens tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva, li tagħti dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-ispejjeż sostnuti mill-kumpannija għall-ksib ta’ ishma f’din is-sussidjarja, peress li din il-provvista ta’ servizzi hija ta’ natura permanenti, hija effettwata bi ħlas u hija taxxabbli, li jimplika li dan il-kiri ma huwiex eżenti, u li hemm rabta diretta bejn is-servizz ipprovdut mill-fornitur u l-korrispettiv irċevut mill-benefiċjarju. L-ispejjeż marbutin mal-ksib ta’ ishma fis-sussidjarji tagħha permezz ta’ kumpannija holding li tipparteċipa fil-ġestjoni tagħhom billi tikrilhom proprjetà immobbli, u li, għal dan il-għan, twettaq attività ekonomika, għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jagħmlu parti mill-ispejjeż ġenerali tagħha u l-VAT imħallsa fuq dawn l-ispejjeż għandha, bħala prinċipju, tkun tista’ titnaqqas b’mod sħiħ.

2)

L-ispejjeż marbuta mal-ksib tal-ishma fis-sussidjarji permezz ta’ kumpannija holding li tipparteċipa biss fil-ġestjoni ta’ xi wħud minnhom u li, fir-rigward tal-oħrajn, ma twettaqx, min-naħa l-oħra, attività ekonomika għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jagħmlu parti biss parzjalment tal-ispejjeż ġenerali ta’ din il-kumpannija, b’tali mod li l-VAT imħallsa fuq dawn l-ispejjeż tista’ titnaqqas biss fi proporzjon għal dawk li huma inerenti għall-attività ekonomika, skont kriterji ta’ allokazzjoni ddefiniti mill-Istati Membri, liema kriterji, fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-għan u l-istruttura ġenerali ta’ din id-direttiva u, għal dan il-għan, jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jirrifletti oġġettivament il-parti ta’ allokazzjoni reali tal-ispejjeż tal-input għall-attività ekonomika u l-attività mhux ekonomika, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 269, 14.8.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Verein für lauteren Wettbewerb eV vs Princesport GmbH

(Kawża C-339/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ismijiet ta’ fibri tat-tessut u rekwiżiti korrispondenti dwar l-ittikkettjar u l-immarkar - Regolament (UE) Nru 1007/2011 - Artikoli 7 u 9 - Prodotti tat-tessut puri - Prodotti tat-tessut komposti minn diversi fibri - Modalitajiet ta’ ttikkettjar jew ta’ mmarkar))

(2018/C 301/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verein für lauteren Wettbewerb eV

Konvenuta: Princesport GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4 u ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqrija flimkien mal-premessa 10 ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jimponu obbligu ġenerali ta’ ttikkettjar jew ta’ mmarkar sabiex jindikaw il-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessut kollha, inklużi l-prodotti tat-tessut kif iddefiniti fl-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament.

2)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1007/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirrikjedix li jintuża, fuq it-tikketta jew l-immarkar ta’ prodott tat-tessut pur, wieħed mit-tliet termini msemmija hemmhekk, jiġifieri “100 %”, “puri” jew “kollu/ha”. Fejn dawn it-termini huma użati, dawn jistgħu jintużaw b’mod konġunt.

3)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1007/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li jiġi indikat, fuq it-tikketta jew l-immarkar, l-isem u l-perċentwali skont il-piż tal-fibri kollha li jiffurmaw il-prodott tat-tessut inkwistjoni ma japplikax għal prodott tat-tessut pur.


(1)  ĠU C 283, 28.08.2018.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Wolfgang Wirth et vs Thomson Airways Ltd.

(Kawża C-532/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 2(b) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “trasportatur tal-ajru li jopera” - Kuntratt ta’ kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ (“wet lease”)))

(2018/C 301/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wolfgang Wirth, Theodor Mülder, Ruth Mülder, Gisela Wirth

Konvenuta: Thomson Airways Ltd.

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “trasportatur tal-ajru li jopera” fis-sens tar-Regolament Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, u b’mod partikolari tal-Artikolu 2(b) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix il-każ ta’ trasportatur tal-ajru li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jagħti b’kiri, lil trasportatur tal-ajru ieħor, l-ajruplan u l-ekwipaġġ fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kiri ta’ ajruplan bl-ekwipaġġ (“wet lease”), iżda ma jerfax ir-responsabbiltà operattiva tat-titjiriet, inkluż fejn il-konferma tar-riservazzjoni ta’ post fuq it-titjira mogħtija lill-passiġġieri tindika li din it-titjira hija operata minn dan l-ewwel trasportatur.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Windrush Aka LLP vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Jerry Dammers

(Kawża C-325/17 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali The Specials - Użu ġenwin - Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark))

(2018/C 301/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Windrush Aka LLP (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, b’mandat minn S. Britton u S. Tregear, solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Botis u J. Crespo Carrillo, aġenti), Jerry Dammers (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister, b’mandat minn C. Fehler, solicitor)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Windrush Aka LLP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság) – l-Ungerija – István Bán vs KP 2000 kft., Edit Kovács

(Kawża C-24/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertajiet fundamentali - Artikoli 49 u 63 TFUE - Sitwazzjoni purament interna - Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta))

(2018/C 301/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: István Bán

Konvenuti: KP 2000 kft., Edit Kovács

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság (il-Qorti tad-Distretti II u III ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Diċembru 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 221, 25.06.2018.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-130/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(1)(ċ) - Dritt għal kumpens f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Rotta differenti li ma tippermettix lil passiġġier li jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla previst mit-titjira annullata - Dewmien bejn sagħtejn u tliet sigħat))

(2018/C 301/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: flightright GmbH

Konvenuta: Eurowings GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li kien ġie informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat tagħha għandu dritt għall-kumpens invokat minn din id-dispożizzjoni fil-każ fejn ir-rotta ġdida offruta mit-trasportatur tkun ippermettietlu li jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu iktar minn sagħtejn wara l-ħin previst tal-wasla tat-titjira kkanċellata, iżda inqas minn tliet sigħat wara dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/12


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2018 minn Acquafarm S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Novemrbu 2017 fil-Kawża T-458/16, Acquafarm vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-40/18 P)

(2018/C 301/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Acquafarm S.L. (rappreżentanti: A. Pérez Moreno, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Lulju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Acquafarm S.L. għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/13


Appell ippreżentat fit--2 ta’ Marzu 2018 minn CJ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-692/16, CJ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

(Kawża C-170/18 P)

(2018/C 301/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: CJ (rappreżentant: V. Kolias, Δικηγόρος)

Parti oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza kollha mogħtija mill-Qorti Ġenerali, fit-13 ta’ Diċembru 2017, fil-Kawża CJ vs ECDC, T-692/16, (ECLI:EU:T:2017:894);

għaldaqstant, fil-każ fejn l-appell ikun iddikjarat fondat, tannulla d-deċiżjoni ġdida ta’ tkeċċija tat-2 ta’ Diċembru 2015 u talloka lill-appellanti r-rimunerazzjonijiet u l-kumpens pekunjarju mitluba quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll l-interessi legali;

tikkundanna lil ECDC għall-ispejjeż kollha relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-argumentazzjoni tagħha, żnaturat il-provi u wettqet żball billi kklassifikat legalment il-fatti u billi ddikjarat li l-fatti ma kinux inbidlu bejn id-data tal-pubblikazzjoni u d-deċiżjoni ta’ tkeċċija annullata u dik tad-deċiżjoni l-ġdida ta’ tkeċċija b’mod li jipprekludi l-ECDC milli tadotta mill-ġdid id-deċiżjoni ta’ tkeċċija annullata.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-argumentazzjoni tagħha, ressqet motivazzjoni insuffiċjenti, wettqet żball billi kklassifikat legalment il-fatti u interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 266 TFUE billi ddikjarat li d-deċiżjoni l-ġdida ta’ tkeċċija ma kinitx sproporzjonata skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat UE.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali tat lill-awtorità tar-res judicata portata wisq estiża.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali:

interpretat b’mod żbaljat is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku CJ vs ECDC fil-Kawżi konġunti F-159/12 u F-161/12 u interpretat b’mod wisq estiż l-awtorità tar-res judicata marbuta ma’ dawn is-sentenzi; u

interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 22a(3) tal-Istatut dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi billi ma tatux effettività.

Il-ħames aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat ir-regola tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, sussidjarjament, li kklassifikat legalment il-fatti b’mod żbaljat, meta kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx immotivata b’mod li tikkawża dannu morali lill-appellanti.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-2 ta Mejju 2018 – Humbert Jörg Köfler et

(Kawża C-297/18)

(2018/C 301/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck, Wolfgang Semper

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Murtal

Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei

Domanda preliminari

L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi liġi nazzjonali li, għal ksur imwettaq b’negliġenza, tipprevedi, mingħajr ma tistabbilixxi limiti, multi amministrattivi ta’ ammont għoli, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għoljin, u, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, pieni ta’ priġunerija ta’ diversi snin?


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta Ġunju 2018 – Landwirtschaftskammer Niedersachsen vs Reinhard Westphal

(Kawża C-378/18)

(2018/C 301/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Landwirtschaftskammer Niedersachsen

Konvenut: Reinhard Westphal

Domandi preliminari

1)

It-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 49(6) tar-Regolament Nru 2419/2001 (1) jibda jiddekorri mid-data tal-pagament tal-għajnuna jew huwa rregolat mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 (2), jiġifieri, f’dan il-każ, mill-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament?

2)

Ir-regoli ta’ preskrizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 49(6) tar-Regolament Nru 2419/2001 jew fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 huma dispożizzjonijiet li jirrigwardaw sanzjonijiet amministrattivi fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2988/95?

3)

L-Artikolu 52a tar-Regolament Nru 2419/2001, li jipprevedi l-applikazzjoni retroattiva tar-regola ta’ preskrizzjoni tal-Artikolu 49(5) tal-imsemmi regolament jista’ wkoll japplika b’analoġija għall-Artikolu 49(6) tal-imsemmi regolament?

Fil-każ li l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 tkun applikabbli (l-ewwel domanda), ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi l-oħra; jekk din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli, għandu jitqies, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, li t-tielet domanda hija bla skop.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 34, p. 308).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Proċeduri kriminali kontra YA u AIRBNB Ireland UC – partijiet oħra: Hotelière Turenne SAS, Pour un hébergement et un tourisme professionnel (AHTOP), Valhotel

(Kawża C-390/18)

(2018/C 301/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

YA u AIRBNB Ireland UC

Partijiet oħra: Hotelière Turenne SAS, Pour un hébergement et un tourisme professionnel (AHTOP), Valhotel

Domandi preliminari

1)

Is-servizzi pprovduti fi Franza mill-kumpannija AirBnb Ireland UC permezz ta’ pjattaforma elettronika ġestita fl-Irlanda jibbenefikaw mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista permezz tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 (1)?

2)

Ir-regoli restrittivi li jirrigwardaw l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ aġent tal-proprjetà immobbli fi Franza, sanċiti fil-Liġi Nru 70-9 tat-2 ta’ Jannar 1970 dwar l-intermedjarji fil-qasam ta’ tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli, imsejħa l-Liġi Hoguet, huma applikabbli fil-konfront tal-kumpannija AirBnb Ireland UC?


(1)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399)


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di appello di Napoli (l-Italja) fl-14 ta’ Ġunju 2018 – I.G.I. Srl vs Maria Grazia Cicenia et

(Kawża C-394/18)

(2018/C 301/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di appello di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: I.G.I. Srl

Konvenuti: Maria Grazia Cicenia, Mario Di Pierro, Salvatore de Vito, Antonio Raffaele

Domandi preliminari

1)

Il-kredituri tal-kumpannija diviża, li l-interessi ta’ kreditu taghhom huma preċedenti d-diviżjoni, li ma użawx ir-rimedju li jressqu oppożizzjoni skont l-Artikolu 2503 tal-codice civile (il-Kodiċi Ċivili) (u għaldaqstant l-istrument ta’ protezzjoni introdott għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva [82/891/KEE]) (1), jistgħu jużaw l-azzjoni revokatorja skont l-Artikolu 2901 tal-codice civile wara li tkun ġiet implimentata d-diviżjoni, sabiex din tal-aħħar tiġi ddikjarata ineffettiva fil-konfront tagħhom, u, għaldaqstant, li jkollhom preċedenza fl-azzjoni ta’ eżekuzzjoni fuq il-kredituri tal-kumpanniji benefiċjarji kif ukoll li jkollhom pożizzjoni ta’ preċedenza fuq l-azzjonisti ta’ dawn tal-aħħar?

2)

Il-kunċett ta’ nullità, li huwa previst fl-Artikolu 19 tad-direttiva, jirreferi biss għall-azzjonijiet li jaffettwaw il-validità tal-att ta’ diviżjoni jew anki dawk li, għalkemm ma jaffettwawx il-validità tiegħu, jiddeterminaw il-fatt li jkun ineffikaċi b’mod relattiv jew li ma jkunx infurzabbli?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpanniji b`responsabbilta pubblika limitata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 50)


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Ġunju 2018 – Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA vs Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-395/18)

(2018/C 301/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA

Konvenuti: Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 57 u 71(6) tad-Direttiva 2014/24/UE (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 80(5) tad-decreto legislativo n. 50 del 2016 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tal-2016), li tipprevedi l-esklużjoni tal-operatur ekonomiku offerent fil-każ li tiġi kkonstatata, fl-istadju tas-sejħa għal offerti, raġuni għal esklużjoni li tirrigwarda lil subappaltatur li jagħmel parti mit-tliet subappaltaturi indikati fl-istadju tal-offerta, minflok ma timponi lill-offerent is-sostituzzjoni tas-subappaltatur indikat?

2)

Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-possibbiltà tal-esklużjoni tal-offerent hija fost dawk permessi lil Stat Membru, il-prinċipju ta’ proporzjonalità, iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat UE, li għalih isir riferiment fil-“premessa” 101 tad-Direttiva 2014/24/UE u li huwa indikat bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 80(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tal-2016, li tipprevedi li, fil-każ li tiġi kkonstatata, fl-istadju tas-sejħa għal offerti, raġuni għal esklużjoni li tirrigwarda subappaltatur indikat, fi kwalunkwe każ jiġi eskluż l-operatur ekonomiku offerent, anki fejn ikun hemm subappaltaturi oħra mhux esklużi u li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-eżekuzzjoni tas-servizzi li għandhom jiġu ssubappaltati jew fejn l-operatur ekonomiku jiddikjara li jirrinunzja għas-subappalt, inkwantu jkollu l-mezzi sabiex jeżegwixxi s-servizzi huwa stess?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Infohos vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-400/18)

(2018/C 301/23)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infohos

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domanda preliminari

L-Artikolu 13A(1)(f) tad-Direttiva 77/388/KEE (1) tas-17 ta’ Mejju 1977, li sar l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE (2) tat-28 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li mal-eżenzjoni stabbilita minnu tiżdied kundizzjoni ta’ esklużività li għandha bħala effett li grupp awtonomu li jipprovdi wkoll servizzi lil persuni mhux membri jkun suġġett b’mod sħiħ għall-VAT, anki għas-servizzi li jipprovdi lill-membri tiegħu?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Tedeschi Srl għan-nom tagħha u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti, Consorzio Stabile Istant Service għan-nom tiegħu u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti vs C.M. Service Srl, Università degli Studi di Roma La Sapienza

(Kawża C-402/18)

(2018/C 301/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Tedeschi Srl għan-nom tagħha u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ Rti, Consorzio Stabile Istant Service għan-nom tiegħu u fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ in proprio e quale Mandante Rti

Appellata: Università degli Studi di Roma La Sapienza

Appellata u appellanti inċidentali: C.M. Service Srl

Domanda preliminari

“Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, previsti fl-Artikoli 49 sa 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 (1) u l-Artikolu 71 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (2) li ma jipprevedux limitazzjoni fuq is-subappalt u fuq it-tnaqqis li għandu jiġi applikat għas-subappaltaturi, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit mid-dritt tal-Unjoni, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, bħall-leġiżlazzjoni Taljana fl-Artikolu 118(2) u (4) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tat-12 ta’ April 2006, li tipprovdi li s-subappalt ma jistax jaqbeż il-kwota ta’ 30 % tal-ammont totali tal-kuntratt u l-offerent li lilu jkun ingħata l-kuntratt għandu japplika, għas-servizzi subappaltati, l-istess prezzijiet unitarji li jirriżultaw mill-aġġudikazzjoni, bi tnaqqis ta’ mhux iktar minn 20 %?”


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

(2)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Ġunju 2018 – AURES Holdings, a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-405/18)

(2018/C 301/25)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AURES Holdings, a.s.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

1)

Jista’ l-kunċett ta’ libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE (1) jinftiehem li jkopri trasferiment sempliċi tal-amministrazzjoni ta’ kumpannija minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor?

2)

Jekk dan huwa l-każ, liġi nazzjonali li ma tippermettix li entità minn Stat Membru ieħor, meta din tkun qed tittrasferixxi l-post tal-kummerċ jew is-sede ta’ amministrazzjoni lir-Repubblika Ċeka, tinvoka telf għal skop ta’ taxxa sostnut f’dak l-Istat Membru l-ieħor, tmur kontra l-Artikolu 49, l-Artikolu 52 u l-Artikolu 54 TFUE?


(1)  ĠU 2012 C 326, p. 47.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-22 ta’ Ġunju 2018 – Nicolas Aubriet vs Ministre de l'Enseignement supérieur et de la Recherche

(Kawża C-410/18)

(2018/C 301/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nicolas Aubriet.

Konvenut: Ministre de l'Enseignement supérieur et de la Recherche

Domanda preliminari

Il-kundizzjoni imposta fuq l-istudenti li ma jirrisjedux fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu mill-Artikolu 3(5)(b) tal-Liġi emendata tal-24 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, bl-esklużjoni ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe kriterju ta’ rabta, jiġifieri li wieħed ikun wild ta’ ħaddiema li kienu impjegati jew li eżerċitaw l-attività tagħhom fil-Lussemburgu għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin matul perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin fil-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, hija neċċessarja sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq mil-leġiżlatur Lussemburgiż, jiġifieri li dan l-Istat ifittex li jinkoraġġixxi ż-żieda fil-proporzjon tal-persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla?


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/19


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 minn Mykola Yanovych Azarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-26 ta’ April 2018 fil-Kawża T-190/16, Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-416/18 P)

(2018/C 301/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Mykola Yanovych Azarov (rappreżentanti: A. Egger u G. Lansky, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018, fil-Kawża T-190/16;

tiddeċiedi definittivament hija stess dwar it-tilwima u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn jikkonċernaw lill-appellant, u tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja;

sussidjarjament, fir-rigward tat-tieni talba, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin:

1.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Kunsill ma kisirx id-drittijiet fundamentali. Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat l-ksur tad-dritt għall-proprjetà u d-dritt għal-libertà ta’ intrapriża. B’mod partikolari, hija kklassifikat b’mod żbaljat il-miżuri bħala adegwati u proporzjonati. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji proċedurali u kisret id-drittijiet proċedurali.

2.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Kunsill ma kienx abbuża mis-setgħa diskrezzjonali tiegħu. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda kontroll fir-rigward tal-appellant. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali assumiet b’mod żbaljat li l-assenza ta’ provi effettivi kienet irrilevanti.

3.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Kunsill ma kisirx id-dritt għal amministrazzjoni tajba. L-ewwel nett, il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar l-obbligu ta’ imparzjalità tal-Kunsill huma żbaljati. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

4.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Kunsill ma wettaq ebda “żball manifest ta’ evalwazzjoni”.

5.

Il-Qorti Ġenerali kisret, permezz ta’ argument purament politiku, id-dritt għal smigħ xieraq.


(1)  ĠU 2016, L 60, p. 76.

(2)  GU 2016, L 60, p. 1.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Ordre des avocats du barreau de Dinant vs JN

(Kawża C-421/18)

(2018/C 301/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ordre des avocats du barreau de Dinant

Konvenut: JN

Domanda preliminari

L-azzjoni ta’ ordni ta’ avukati, li jkollha bħala għan li tikseb il-kundanna ta’ wieħed mill-membri tagħha għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet professjonali annwali li huma dovuti lilu, tikkostitwixxi azzjoni relatata “ma’ kuntratt” fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1)?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/21


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2018 mill-Ungerija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-25 ta’ April 2018 fil-Kawżi magħquda T-554/15 u T-555/15, L-Ungerija vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-456/18 P)

(2018/C 301/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-Ungerija titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-25 ta’ April 2018 fil-Kawżi magħquda T-554/15 u T-555/15.

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4805 tal-15 ta’ Lulju 2015 dwar il-kontribuzzjoni lejn is-saħħa Ungeriża min-negozji tal-industrija tat-tabakk, sa fejn tordna s-sospensjoni tal-applikazzjoni kemm tar-rati progressivi tat-taxxa tal-kontribuzzjoni għas-saħħa kif ukoll it-tnaqqis ta’ din il-kontribuzzjoni fil-każ ta’ investimenti, stabbiliti permezz tal-a dohányipari vállalkozások 2015. évi egészségügyi hozzájárulásáról szóló 2014. évi XCIV. törvény (il-Liġi Nru XCIV tal-2014 dwar il-kontribuzzjoni għas-saħħa għall-2015 tal-impriżi tas-settur tat-tabakk), approvata mill-Parlament Ungeriż

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4808 tal-15 ta’ Lulju 2015 dwar l-emenda tal-2014 tat-tariffa ta’ spezzjoni tal-katina alimentari tal-Ungerija, sa fejn tordna s-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-rati progressivi tat-tariffa ta’ spezzjoni tal-katina tal-ikel.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Gvern Ungeriż essenzjalment jibbaża l-appell tiegħu fuq tliet argumenti, skont il-kriterji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha.

L-ewwel nett, il-Gvern Ungeriż jibbaża l-appell tiegħu fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat id-dritt meta eżaminat il-motivi tar-rikors li huma interrelatati.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat u indebitu, fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni, l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41(1) tal-Karta.

It-tielet nett, il-Gvern Ungeriż jinvoka żball ta’ evalwazzjoni li wassal għal kunsiderazzjoni inadegwata tal-allegazzjonijiet magħmula mill-Ungerija u għal interpretazzjoni mhux xierqa tal-argumenti mressqa fir-rikors tagħha.

Skont il-Gvern Ungeriż, il-Kummissjoni ma osservatx bis-sħiħ ir-regoli rilevanti ta’ proċedura u ta’ motivazzjoni meta adottat id-Deċiżjonijiet ikkontestati, peress li ma kienx hemm eżattezza materjali tal-fatti u l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha. Għalkemm l-eżami ta’ dan kollu kien fil-kompetenza tal-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar naqset milli twettaq tali eżami jew naqset milli tagħmel hekk b’mod xieraq.

Il-Gvern Ungeriż isostni li, konsegwentement, il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1) u ma applikatx b’mod korrett il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq dan l-artikolu. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ evalwazzjoni meta hija evalwat b’mod żbaljat, skont il-Gvern Ungeriż, l-argument ifformulat fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament u waslet b’mod żbaljat għall-konklużjoni li l-koerenza mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u mal-prassi tagħha ma kinux essenzjali mill-perspettiva taċ-ċertezza legali. Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ma interpretatx b’mod adegwat l-argument tal-Gvern Ungeriż dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat u ma kkunsidratx dan l-argument bħala rilevanti, inkluż fir-rigward tal-effetti fuq is-sospensjoni. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni peress li kkonkludiet, kuntrarjament għall-approċċ meħud mill-Kummissjoni matul il-proċedura kollha, li kundizżjoni meħtieġa sabiex tordna s-sospensjoni tad-Deċiżjonijiet kienet li l-Ungerija ma kinitx biħsiebha timplimentahom u li dan il-fatt kien ġie kkonfermat b’mod sodisfaċjenti mill-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


Il-Qorti Ġenerali

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Rogesa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-643/13) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Skema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra - Talba għal aċċess għall-informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-10 % tal-istallazzjonijiet l-iktar effikaċi tal-industrija tal-azzar - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali ta’ terz - Interess pubbliku superjuri - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Kunċett ta’ informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent - Rispett tat-termini”))

(2018/C 301/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P.-A. Schütter, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Clotuche-Duvieusart u B. Martenczuk, sussegwentement minn F. Clotuche-Duvieusart u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

Applikazzjoni skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2013, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni dwar il-bażijiet ta’ kalkolu użati mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-10 % tal-istallazzjonijiet li servew bħala punt tat-tluq għad-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment ta’ parametri ta’ riferiment ex ante skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Buonotourist vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-185/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Impriża li topera netwerks tal-konnessjonijiet permezz tal-karozza tal-linja fir-Reġjun tal-Campania - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kumpens tariffarju għal obbligi ta’ servizz pubbliku mħallas wara deċiżjoni ta’ qorti li ddeċidiet fl-aħħar istanza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Regolament (KEE) Nru 1191/69 - Kundizzjonijiet għal eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika - Artikolu 4(5) u Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 - Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat - Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali superjuri - Applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali”))

(2018/C 301/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Buonotourist Srl (Castel San Giorgio, l-Italja) (rappreżentanti: G. Capo u L. Visone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, G. Conte u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Associazione Nazionale Autotrasporto Viaggiatori (ANAV) (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Malena, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1075 tad-19 ta’ Jannar 2015 Għajnuna mill-Istat SA.35843 (2014/C) (ex 2012/NN) mogħtija mill-Italja – Kumpens addizzjonali rigward obbligi ta’ servizz pubbliku favur Buonotourist (ĠU 2015, L 179, p. 128).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Buonotourist Srl hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Associazione Nazionale Autotrasporto Viaggiatori (ANAV) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – CSTP Azienda della Mobilità vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Impriża li topera netwerks ta’ rotot bix-xarabanks fir-Regione Campania - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Kumpens tariffarju għal obbligi ta’ servizz pubbliku mogħti wara deċiżjoni ta’ qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Regolament (KEE) Nru 1191/69 - Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika - Artikolu 4(5) u Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 - Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat - Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali superjuri - Applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali”))

(2018/C 301/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CSTP Azienda della Mobilità SpA (Salerno, l-Italja) (rappreżentanti: G. Capo u L. Visone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, G. Conte u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Asstra Associazione Trasporti (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Malena, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1074 tad-19 ta’ Jannar 2015, dwar l-għajnuna mill-istat SA.35842 (2014/C) (ex 2012/NN) mogħtija mill-Italja – Kumpens addizzjonali rigward obbligi ta’ servizz pubbliku favur CSTP (ĠU 2015, L 179, p. 112).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CSTP Azienda della Mobilità SpA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Asstra Associazione Trasporti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Klyuyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-240/16) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li fil-konfront tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista - Bażi legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għall-proprjetà - Dritt għar-reputazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))

(2018/C 301/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Andriy Klyuyev (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, R. Gherson u T. Garner, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa waħda, tad- Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/319 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34) u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent kien inżamm fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34), sa fejn isem ir-rikorrent inżamm fil-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi, u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Andriy Klyuyev inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawk il-miżuri restrittivi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

A. Klyuyev huwa kkundannat li jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fir-rikors.

4)

Il-Kunsill huwa kkundannat iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn A. Klyuyev, fir-rigward tat-talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni 2017/381 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/374, imressqa fin-nota ta’ adattament.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/16) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn investituri u Stati u tas-sistema ġudizzjarja tal-investimenti li jinsabu fil-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-pariri legali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Interess pubbliku superjuri”))

(2018/C 301/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Brouwer, avukat, u N. Frey, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4286 finali, tal-1 ta’ Lulju 2016, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti li jirrigwardaw il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni Ewropea tal-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn investituri u Stati u tas-sistema ġudizzjarja tal-investimenti li jinsabu fil-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ClientEarth għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 11 ta’ Lulju 2018 – Enoitalia vs EUIPO – La Rural Viñedos y Bodegas (ANTONIO RUBINI)

(Kawża T-707/16) (1)

([“Trade mark tal – Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal – Unjoni Ewropea ANTONIO RUBINI - Trade mark tal – Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti RUTINI - Raġuni relattiva għal rifjut - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh bejn is – sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l – Artikolu 8(1)(b) tar – Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 301/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enoitalia SpA (Calmasino di Bardolino, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: La Rural Viñedos y Bodegas SA Ltda (Capital Federal, l-Arġentina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1085/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn La Rural Viñedos y Bodegas u Enoitalia.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enoitalia SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Europa Terra Nostra vs Il-Parlament

(Kawża T-13/17) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tagħti sussidju lil fondazzjoni politika - Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti - Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament - Regolament Finanzjarju - Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter”))

(2018/C 301/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Europa Terra Nostra eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, C. Burgos u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS-2017-30 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u tissuġġetta dan il-ħlas għall-provvista ta’ garanzija bankarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Europa Terra Nostra eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – APF vs Il-Parlament

(Kawża T-16/17) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tagħti sussidju lil partit politiku - Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti - Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament - Regolament Finanzjarju - Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter”))

(2018/C 301/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Alliance for Peace and Freedom (APF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, C. Burgos u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS-2017-15 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrent, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u tissuġġetta dan il-ħlas għall-provvista ta’ garanzija bankarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alliance for Peace and Freedom (APF) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 27.7.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – CLF vs Il-Parlament

(Kawża T-54/17) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tagħti sussidju lil partit politiku - Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti - Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament - Regolament Finanzjarju - Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter”))

(2018/C 301/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent:: Coalition for Life and Family (CLF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Alves u C. Burgos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS-2017-16 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrent, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u tissuġġetta dan il-ħlas għall-provvista ta’ garanzija bankarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Coalition for Life and Family (CLF) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Pegasus vs Il-Parlament

(Kawża T-57/17) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tagħti sussidju lil fondazzjoni politika - Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti - Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament - Regolament Finanzjarju - Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter”))

(2018/C 301/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pegasus (Brussell il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Alves u C. Burgos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS-2017-31 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u tissuġġetta dan il-ħlas għall-provvista ta’ garanzija bankarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pegasus hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Link Entertainment vs EUIPO – García-Sanjuan Machado (SAVORY DELICIOUS ARTISTS & EVENTS)

(Kawża T-694/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SAVORY DELICIOUS ARTISTS & EVENTS - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti AVORY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 301/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Link Entertainment, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sandra García-Sanjuan Machado (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Torner Lasalle, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1758/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn S. García-Sanjuan Machado u Link Entertainment.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Link Entertainment, SLU hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-147/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Talba għal disponibbiltà ta’ riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà))

(2018/C 301/41)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller, J. Vláčil u J. Očková, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u Z. Malůšková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-allegata deċiżjoni tad-Direttur tad-Direttorat “Riżorsi Proprji u Programmazzjoni Finanzjarja” tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni li kienet tinsab fl-ittra bir-riferiment Ares (2015) 217973, tal-20 ta’ Jannar 2015, li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet it-talba għal dispensa mill-obbligu ta’ disponibbiltà ta’ riżorsi proprji ta’ 59 976 349 koruna Ċeka (CZK) imressqa skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 1), u stiednet lill-awtoritajiet Ċeki sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jikkreditaw il-kont tal-Kummissjoni b’ammont ta’ CZK 53 976 340, mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol li jsegwi d-dsatax il-jum tat-tieni xahar wara li tintbagħat l-imsemmija ittra, bir-riskju li jkollhom iħallsu interessi moratorji skont l-Artikolu 11 tal-imsemmi regolament;

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Slovakka.

3)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea

4)

Ir-Repubblika Ċeka, il-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fir-rigward tat-talba għal intervent ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2018.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont li jikkorrispondi għal telf ta’ riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà))

(2018/C 301/42)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment minn R.-H. Radu, A. Buzoianu u E. Gane, sussegwentement minn R.-H. Radu, E. Gane, A. Wellman u M. Chicu, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Caeiros u A. Ştefănuc, sussegwentement minn A. Caeiros u G.-D. Balan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li kienet tinsab fl-ittra bir-riferiment Ares (2015) 2453089, tal-11 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha din tal-aħħar talbet lir-Rumanija tipprovdilha l-ammont gross ta’ EUR 1 079 513,09, li minnhom għandhom jitnaqqsu 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir, li jikkorrispondu għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol li jsegwi d-dsatax il-jum tat-tieni xahar wara li tintbagħat l-imsemmija ittra, bir-riskju li jkollha tħallas interessi moratorji skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Slovakka.

3)

Ir-Rumanija hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea

4)

Ir-Rumanija, il-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fir-rigward tat-talba għal intervent ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – TL vs KEPD

(Kawża T-452/17) (1)

((“Rikors għal annullament - Protezzjoni tad-data personali - Disponibbiltà għall-pubbliku tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali - Talba għal anonimat u tneħħija minn fuq l-internet ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Att li ma jistax jiġi ppreżentat rikors fil-konfront tiegħu - Att konfermattiv - Assenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 301/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TL (rappreżentanti: T. Léonard u M. Cock, avukati)

Konvenut: Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: A. Buchta, M. Pérez Asinari, C. Gayrel u M. Guglielmetti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KEPD tas-16 ta’ Mejju 2017 li tiċħad it-talba intiża, essenzjalment, minn naħa, sabiex titwettaq analiżi ġdida tal-kompetenza tiegħu fir-rigward tat-tixrid fuq l-internet tal-isem ta’ parti f’kawża mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, sabiex tordna l-anonimizzazzjoni tas-sentenza [kunfidenzjali].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestement inammissibbli.

2)

TL u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2018 – Arysta LifeScience Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-476/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva diflubenzuron - Kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni għat-tqegħid fis-suq - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))

(2018/C 301/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arysta LifeScience Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, I. Naglis u G. Koleva, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/855 tat-18 ta’ Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron (ĠU 2017 L 128, p. 10)

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2018 – thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-577/17) (1)

((“Rikors għal annullament - Unjoni Doganali - Awtorizzazzjoni tal-ipproċessar attiv - Riskju ta’ effett ħażin għall-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni - Artikolu 211(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 - Eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi - Portata tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà))

(2018/C 301/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: thyssenkrupp Electrical Steel GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja) u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo (Isbergues, Franza) (rappreżentant: M. Günes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fil-minuti tas-sitt laqgħa tat-taqsima “Proċeduri speċjali għajr it-tranżitu” tal-grupp ta’ esperti doganali tat-2 ta’ Mejju 2017 fejn ġie deċiż li m akienx hemm riskju li l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni jiġu effettwati ħażin minn awtorizzazzjoni ta’ ipproċessar attiv ta’ ċerti prodotti tal-azzar elettriku orjentat fuq fili mitluba minn Euro-Mit Staal BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Euro-Mit Staal BV.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn thyssenkrupp Electrical Steel GmbH u minn thyssenkrupp Electrical Steel Ugo.

4)

Euro-Mit Staal BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2018 – FMC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-719/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1496 - Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil) - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))

(2018/C 301/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FMC Corp. (Philadelphia, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, I. Antypas u A. Accarain, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Koleva, A. Lewis u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1496 tat-23 ta’ Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017, L 218, p. 7).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-757/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċeduri dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fuq appell - Irtirar tad-deċiżjoni li timponi ċanfira - Ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri dixxiplinarji li jwasslu għas-sanzjoni annullata - Rikors għal annullament - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Rikors għad-danni - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 301/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u R. Striani, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, l-annullament ta’ żewġ noti tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu u tas-6 ta’ April 2017 u, min-naħa l-oħra, sabiex tikseb kumpens għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent bħala riżultat tal-konsegwenzi u t-tul tal-proċeduri dixxiplinarji CMS 15/017 u CMS 12/063.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Petrus Kerstens huwa kkundannat għall-ispejjjeż.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/36


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-784/17 RII)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Digriet li jagħti s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiġi miċħuda l-offerta tar-rikorrenti u li l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas ta’ xogħlijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament fi Brussell jiġi attribwit lil ħames offerenti - Talba għal modifika - Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”))

(2018/C 301/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Z. Nagy u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża għall-modifika tad-digriet tat-18 ta’ Jannar 2018, Strabag Belgium vs Il-Parlament (T-784/17 R, mhux ippubblikat, taħt appell, EU:T:2018:17).

Dispożittiv

1)

It-talba għal modifika tad-digriet tat-18 ta’ Jannar 2018, Strabag Belgium vs Il-Parlament (T-784/17 R, mhux ippubblikat, taħt appell, EU:T:2018:17), hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – Planet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-29/18) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-kuntratt ‘Technical Assistance to Ecowas for the implementation of the 10th EDF Transport Facilitation Project II (TFP II)’ - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Irtirar tal-att ikkontestata - Tilwima li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 301/49)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Planet AE Parochis Symvouleftikon Ypiresion (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: C. Ehrbar u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba konfermattiva tar-rikorrenti tas-6 ta’ Novembru 2017 intiża għall-ksib ta’ aċċess għal ċerti dokumenti relatati mal-kuntratt “Technical Assistance to Ecowas for the implementation of the 10th EDF Transport Facilitation Project II (TFP II)”.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA

(Kawża T-104/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007–2013) - Irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urgenza”))

(2018/C 301/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fundación Tecnalia Research & Innovation (San Sebastián, Spanja) (rappreżentanti: P. Palacios Pesquera u M. Rius Coma, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tar-REA sabiex titlob ir-rimbors sħiħ tas-sussidju mogħti għall-proġett Food-Watch.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002–2006) - Irkupru tas-sommom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 301/51)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Grèċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2018 1115 finali tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Frar 2018, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 76 282,08 flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/39


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-299/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Żmien ta’ stennija - Offerta anormalment baxxa - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 301/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller, Z. Nagy u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ April 2018 li jżomm fis-seħħ id-deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2017 li jiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li jagħti lil ħames offerenti l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas li jinvolvi xogħlijiet ta’ kuntrattur ġenerali għall-binjiet tal-Parlament fi Brussell (il-Belġju) (sejħa għal offerti 06/D 20/2017/M036).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Germann Avocats u  XJ (*1) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/18)

(2018/C 301/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Germann Avocats LLC (Genève, l-Isvizzera),  XJ (*1) (rappreżentant: N. Skandamis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinsab f’ittra riċevuta mir-rikorrenti fit-2 ta’ April 2018, li tiċħad l-offerta konġunta mitfugħa minnhom għal studju ta’ tkomplija dwar prattiċi tal-għaqdiet tal-ħaddiema dwar in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u d-diversità fuq il-post tax-xogħol (sejħa għal offerti JUST/2017/RDIS/FW/EQUA/0042)

tordna lill-konvenuta sabiex tipprovdi trasparenza legalment soddisfaċenti fil-forma ta’ informazzjoni rilevanti u analiżi kwantitattiva u kwalitattiva fir-rigward tas-sitwazzjoni relatata mal-kompetizzjoni ta’, b’mod partikolari, l-offerent li jirbaħ il-kuntratt u b’rabta ma’ kwistjonijiet relatati mad-diversità fis-swieq rilevanti għall-kuntratt inkwistjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ danni tal-ammont ta’ EUR 35 000 flimkien ma’ interessi, lir-rikorrenti, għad-dannu li huma allegatament sostnew bħala riżultat tan-nuqqas li tirrispetta l-aspettattivi leġittimi tagħhom, tat-telf ta’ opportunità li jeżegwixxu l-kuntratt inkwistjoni u tal-ksur ta’ drittijiet u prinċipji oħra;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenuta, tal-obbligu ta’ motivazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tal-offerta tagħhom fir-rigward tas-sejħa għal offerti JUST/2017/RDIS/FW/EQUA/0042.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-konvenuta fl-evalwazzjoni li hija wettqet tal-offerta tar-rikorrenti fir-rigward tal-imsemmija sejħa għal offerti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenuta, tad-dmir tagħha li tiżgura l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti fir-rigward ta’ sitwazzjoni tas-suq kompetittiva li tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi bejn il-kompetituri, inkluż billi ttollerat u/jew iffavorixxiet abbużi reali jew possibbli minn pożizzjonijiet dominanti fis-suq, u li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ trasparenza u ta’ bona fide fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Hugo’s Hotel vs EUIPO – H’ugo’s (Hugo’s Burger Bar)

(Kawża T-397/18)

(2018/C 301/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hugo’s Hotel Ltd (San Ġiljan, Malta) (rappreżentant: R. Sladden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H’ugo’s GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Hugo’s Burger Bar fl-aħmar, iswed u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 608 806

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1879/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell;

tiddikjara li n-numru tal-applikazzjoni 014608806 jista’ jiġi rreġistrat

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/41


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Landesbank Baden-Württemberg vs BUR

(Kawża T-400/18)

(2018/C 301/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Landesbank Baden-Württemberg (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Rübsamen, avukati)

Konvenuti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tat-12 ta’ April 2018, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante tal-2018 lill-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni Bankarja (SRB/ES/SRF/2018/03) inkluż l-anness tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inkluż l-anness tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-411/17, Landesbank Baden-Württemberg vs BUR (1).


(1)  ĠU 2017, C 277, p. 51.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/42


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Pharmadom vs EUIPO – Objectif Pharma (WS wellpharma shop)

(Kawża T-403/18)

(2018/C 301/56)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: M-P. Dauquaire, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Objectif Pharma (Vandoeuvre-lès-Nancy, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WS wellpharma shop – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 494 751

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1448/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti u għas-servizzi msemmija kollha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, u kif ukoll lill-kumpannija Objectif Pharma jekk din tal-aħħar tiddeċiedi li tintervjeni fil-proċedimenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/42


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2018 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

(Kawża T-414/18)

(2018/C 301/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hypo Vorarlberg Bank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2018 (SRB/ES/SRF/2018/03) (“Decision of the Single Resolution Board of 12 April 2018 on the calculation of the 2018 ex ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2018/03)”), inkluż l-anness tagħha, f’kull każ sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inkluż l-anness tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni li għandha titħallas mir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba notifika inkompleta tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata.

3.

Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba assenza ta’ smigħ u nuqqas ta’ osservanza tad-dritt għal smigħ f’qorti.

4.

Illegalità tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 (1) bħala bażi legali għad-deċiżjoni kkontestata.

Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikoli 4 sa 7 u 9, kif ukoll l-Anness I, tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 — dispożizzjonijiet li jifformaw il-bażi għad-deċiżjoni kkontestata — joħolqu sistema opaka għall-istabbiliment ta’ kontribuzzjonijiet, li tmur kontra l-Artikoli 16, 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u li fiha l-konformità mal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta u l-osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali ma humiex żgurati.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44).


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/43


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2018 – Puma vs EUIPO – Carrefour (Rappreżentazzjoni ta’ linji msallba)

(Kawża T-424/18)

(2018/C 301/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Trieb u M. Schunke, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carrefour SA (Boulogne Billancourt, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ linji msallba) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 572 697

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 945/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob/titlob/jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Parlament u l-Kunsill Nru 2017/1001;


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/44


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – Geske vs EUIPO (SATISFYERMEN)

(Kawża T-427/18)

(2018/C 301/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: André Geske (Lübbecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “SATISFYERMEN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 886 541

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2603/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/45


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Vans vs EUIPO (ULTRARANGE)

(Kawża T-434/18)

(2018/C 301/60)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vans, Inc. (Costa Mesa, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hirsch u M. Metzner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni ULTRARANGE – Applikazzjoni Nru 16 665 663

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2018 fil-Każ R 2544/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/45


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 – TUIfly vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/18)

(2018/C 301/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TUIfly GmbH (Langenhagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Giesberts u M. Gayger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 7 u 8 kif ukoll l-Artikoli 9, 10 u 11, sa fejn dawn tal-aħħar jirrigwardaw l-Artikoli 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221(2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (ĠU 2018 L 107, p. 1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, għaliex il-Kummissjoni naqset milli tagħti lir-rikorrenti aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni u milli tqiegħed lir-rikorrenti f’pożizzjoni li fiha hija setgħet tiddefendi ruħha b’mod effettiv.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tipprova li r-rikorrenti bbenefikat minn vantaġġ selettiv.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni qabżet, mil-lat proċedurali, il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha meta applikat il-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, b’mod kuntrarju għar-rekwiżiti proċedurali, żbaljat meta applikat l-istandard strett tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 fl-eżami tagħha, minkejja li l-fatti rilevanti jirrigwardaw is-snin preċedenti 2003 sa 2009.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni qabżet il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha meta applikat il-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq billi ma stabbilixietx suffiċjentement il-fatti.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod mhux xieraq mill-assenza ta’ pjan ta’ negozju komprensiv fir-rigward ta’ ftehimiet konklużi mar-rikorrenti li ma kien hemm allegatament l-ebda strateġija sabiex tiġi żgurata l-profitabbiltà tal-ajruport ta’ Klagenfurt (iktar ’il quddiem “KLU”) u li hija wettqet evalwazzjonijiet fattwali manifestament kontradittorji fid-Deċiżjoni fir-rigward tal-istrateġija ta’ profitabbiltà fit-tul ta’ KLU.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni qabżet il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha meta applikat il-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq billi ma stabbilixietx suffiċjentement il-fatti fil-kuntest tal-analiżi tagħha ex ante tal-profitabbiltà li saret sussegwentement.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljat meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni, bħala dħul tal-ajruport, l-għoti ta’ għajnuna lil KLU li huwa konformi mar-regoli dwar l-għajnuna għall-finijiet tal-iffinanzjar tal-miżuri ta’ marketing tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma evalwatx suffiċjentement il-valur tas-suq tas-servizzi pprovduti mir-rikorrenti u ma ħadithomx inkunsiderazzjoni fid-Deċiżjoni, minkejja li s-servizzi inkwistjoni ġew ipprovduti bi prezzijiet li jirriflettu kundizzjonijiet normali tas-suq.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(3) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni, b’mod kuntrarju għar-rekwiżiti proċedurali, applikat standard li huwa strett b’mod sproporzjonat, meta evalwat il-ġustifikazzjoni li ma tikkorrispondix mal-prassi legali tagħha fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ marketing.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(3) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma investigatx b’mod sħiħ il-fatti li jiġġustifikaw l-allegata għajnuna.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-għoti ta’ għajnuna lil KLU li huwa konformi mar-regoli dwar l-għajnuna għall-finijiet tal-ġustifikazzjoni tal-għajnuna pprovduta lir-rikorrenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni, fl-eżami tagħha tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, is-sinjifikat tal-ftehimiet ta’ marketing fir-rigward tal-politika reġjonali u ta’ trasport kif ukoll l-effetti pożittivi kunsiderevoli għall-ekonomija reġjonali konnessi miegħu.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Kim et vs Il-Kunsill

(Kawża T-742/17) (1)

(2018/C 301/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2018.