ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 297

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
23 ta' Awwissu 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 297/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8996 — GIC Group/FPL/JustGroup/JV) ( 1 )

1

2018/C 297/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8666 — Uralchem/Uralkali) ( 1 )

1

2018/C 297/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8786 — OMERS/DV4/QIA/ABP/Real Estate JV) ( 1 )

2

2018/C 297/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9045 — Blackstone/Aversys) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 297/05

Rata tal-kambju tal-euro

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 297/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9065 — Akastor/Mitsui & Co/Mitsui O.S.K. Lines/AKOFS Offshore) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2018/C 297/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8956 — Biogen/Samsung BioLogics/Bioepis JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8996 — GIC Group/FPL/JustGroup/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 297/01)

Fis-27 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8996. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8666 — Uralchem/Uralkali)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 297/02)

Fit-2 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8666. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8786 — OMERS/DV4/QIA/ABP/Real Estate JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 297/03)

Fit-3 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8786. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9045 — Blackstone/Aversys)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 297/04)

Fl-14 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9045. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Awwissu 2018

(2018/C 297/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1616

JPY

Yen Ġappuniż

128,08

DKK

Krona Daniża

7,4588

GBP

Lira Sterlina

0,89928

SEK

Krona Żvediża

10,5075

CHF

Frank Żvizzeru

1,1401

ISK

Krona Iżlandiża

124,80

NOK

Krona Norveġiża

9,6808

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,725

HUF

Forint Ungeriż

322,94

PLN

Zloty Pollakk

4,2821

RON

Leu Rumen

4,6485

TRY

Lira Turka

7,0071

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5785

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5126

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1184

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7319

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5860

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 298,95

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,5803

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9470

HRK

Kuna Kroata

7,4295

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 936,13

MYR

Ringgit Malażjan

4,7655

PHP

Peso Filippin

62,028

RUB

Rouble Russu

78,9307

THB

Baht Tajlandiż

38,019

BRL

Real Brażiljan

4,6912

MXN

Peso Messikan

21,8821

INR

Rupi Indjan

81,1900


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9065 — Akastor/Mitsui & Co/Mitsui O.S.K. Lines/AKOFS Offshore)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 297/06)

1.   

Fis-16 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Akastor AS (“Akastor”, in-Norveġja), ikkontrollata minn Aker ASA (“Aker”) u finalment ikkontrollata minn The Resource Group TRG AS;

Mitsui & Co. Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun);

Mitsui O.S.K. Lines Ltd (“MOL”, il-Ġappun);

AKOFS Offshore 1 AS (“AKOFS”, in-Norveġja).

Akastor, Mitsui u MOL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AKOFS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Akastor hija kumpanija pubblika limitata ta’ investiment Norveġiża b’portafoll ta’ kumpaniji prinċiplament fis-settur tas-servizzi tal-bjar taż-żejt;

Mitsui hija grupp ta’ kumpaniji kummerċjali Ġappuniżi involuti f’firxa ta’ attivitajiet kummerċjali inkluż kummerċ dinji ta’ diversi prodotti bażiċi, servizzi finanzjarji, u ġestjoni ta’ proġetti u kumpaniji, inter alia fl-industrija offshore taż-żejt u l-gass;

MOL hija grupp tat-trasport multimodali Ġappuniż li jispeċjalizza f’numru ta’ kategoriji ta’ tbaħħir fl-oċeani madwar id-dinja u swieq relatati;

AKOFS tipprovdi servizzi ta’ stallazzjonijiet u kostruzzjonijiet ibbażati fuq il-bastimenti u servizzi ta’ interventi fil-bjar għall-iżvilupp ta’ bjar taż-żejt u l-gass taħt il-baħar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9065 — Akastor/Mitsui & Co/Mitsui O.S.K. Lines/AKOFS Offshore

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8956 — Biogen/Samsung BioLogics/Bioepis JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 297/07)

1.   

Fis-17 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Biogen Inc. (“Biogen”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Samsung BioLogics Co. Ltd (“Samsung BioLogics”, il-Korea t’Isfel), kumpanija kkontrollata mis-Samsung Group (il-Korea t’Isfel), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Samsung Bioepis Co. Ltd (“Bioepis”, il-Korea t’Isfel), bħalissa kkontrollata unikament minn Samsung BioLogics.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Biogen: kumpanija bijofarmaċewtika attiva fir-riċerka, l-iżvilupp u l-għoti ta’ terapiji għal mard newroloġiku u newrodeġenerattiv serju madwar id-dinja,

—   Samsung BioLogics: kumpanija attiva fl-iżvilupp u fil-manifattura ta’ prodotti bijofarmaċewtiċi madwar id-dinja,

—   Samsung Group: konglomerat attiv f’firxa wiesgħa ta’ industriji, inklużi dawk tal-elettronika, bini ta’ vapuri, inġinerija u assikurazzjoni,

—   Bioepis: attiva fl-iżvilupp tal-mediċini bijosimili. Bioepis huwa impriża konġunta (joint venture, JV) bejn Samsung BioLogics u Biogen.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8956 — Biogen/Samsung BioLogics/Bioepis JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.