ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 294

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
20 ta' Awwissu 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 294/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 294/02

Kawża C-203/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Dirk Andres, li qed jaġixxi bħala amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ Heitkamp BauHolding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Appell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti riportar ta’ telf għas-snin fiskali futuri (klawżola ta’ ristrutturazzjoni) — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Persuna individwalment ikkonċernata — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kundizzjoni dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-qafas ta’ referenza — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)

2

2018/C 294/03

Kawża C-208/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Dirk Andres (amministratur fallimentari ta’ Heitkamp BauHolding GmbH), Il-Kummissjoni Ewropea (Apell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti trasferimenti ta’ telf fuq is-snin fiskali futuri (skema għar-riport) — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Persuna individwalment ikkonċernata — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kundizzjoni dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)

3

2018/C 294/04

Kawża C-209/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG, il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tas-self lejn is-snin fiskali futuri (klawsola ta’ ristrutturazzjoni) — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Persuna individwalment ikkonċernata — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kundizzjoni dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)

4

2018/C 294/05

Kawża C-219/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (“Appell — Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti rapporti ta’ telf fis-snin fiskali futuri (klawżola ta’ risanament) — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Peruna individwalment ikkonċernata — Article 107(1) TFUE — Kunċett ta’ għajuna mill-Istat — Rekwiżit dwar is-selettività — Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti)

5

2018/C 294/06

Kawża C-451/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – MB vs Secretary of State for Work and Pensions (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 79/7/KEE — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Skema nazzjonali tal-pensjonijiet tal-Istat — Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-bidla fil-ġeneru — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta dan ir-rikonoxximent għall-annullament ta’ żwieġ preċedenti għal din il-bidla fil-ġeneru — Rifjut li tingħata pensjoni tal-irtirar tal-Istat lil persuna li tkun biddlet il-ġeneru tagħha fl-età tal-irtirar għal persuni tal-ġeneru miksub — Diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess)

5

2018/C 294/07

Kawża C-564/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Puma SE (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) — Artikolu 76 — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 19 — Regola 50(1) — Eżistenza ta’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) li jirrikonoxxu r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fi proċedimenti sussegwenti ta’ oppożizzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligi proċedurali tal-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO)

6

2018/C 294/08

Kawża C-635/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Spliethoff's Bevrachtingskantoor BV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Definizzjoni tas-suġġett tar-rikors — Għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Settur tat-trasport għall-perijodu 2014-2020 — Sejħiet għas-sottomissjoni ta’ proposti — Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) — Ittra li tinforma lill-appellanti biċ-ċaħda tal-proposta tagħha — Deċiżjoni ulterjuri tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-lista tal-proposti magħżula — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

7

2018/C 294/09

Kawża C-2/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Instituto Nacional de la Seguridad Social vs Jesús Crespo Rey (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Anness XI, Taqsima Spanja, punt 2 — Pensjoni tal-irtirar — Metodu ta’ kalkolu — Ammont teoretiku — Bażi ta’ kontribuzzjoni rilevanti — Ftehim Speċjali — Għażla tal-bażi ta’ kontribuzzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jikkontribwixxi skont il-bażi ta’ kontribuzzjoni minima)

7

2018/C 294/10

Kawża C-57/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana – Spanja) – Eva Soraya Checa Honrado vs Fondo de Garantía Salarial (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 2008/94/KE — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 — Ħlas żgurat mill-istituzzjoni ta’ garanzija — Kumpens għad-danni għat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg — Trasferiment tal-post ta’ xogħol li jeżiġi bidla ta’ residenza tal-ħaddiem — Bidla ta’ element essenzjali tal-kuntratt ta’ xogħol — Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol mill-ħaddiem — Prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni)

8

2018/C 294/11

Kawża C-90/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Turbogás Produtora Energética SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku — It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) — Entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess — Produtturi tal-elettriku żgħar — Artikolu 14(1)(a) — Prodotti tal-enerġija għall-użu fil-produzzjoni tal-elettriku — Obbligu ta’ eżenzjoni)

9

2018/C 294/12

Kawża C-230/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Erdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn vs Udlændingestyrelsen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 21(1) TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Dritt li jiċċaqilqu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru fejn dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu — Dħul ta’ dan il-membru tal-familja fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat wara r-ritorn f’dan l-Istat Membru taċ-ċittadin tal-Unjoni)

9

2018/C 294/13

Kawża C-246/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Ibrahima Diallo vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 10(1) — Applikazzjoni għal permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni — Ħruġ — Terminu — Adozzjoni u notifika tad-deċiżjoni — Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ sitt xhur — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ effettività)

10

2018/C 294/14

Kawża C-364/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Varna Holideis EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Kunsinna ta’ proprjetà immobbli mwettqa qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea — Nullità tal-kuntratt ta’ bejgħ ikkonstatata wara l-adeżjoni — Obbligu ta’ aġġustament tat-tnaqqis inizjali — Interpretazzjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

11

2018/C 294/15

Kawżi Magħquda C-459/17 u C-460/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – SGI (C-459/17), Valériane SNC (C-460/17) vs Ministre de l’Action et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis — Kunsinna effettiva tal-merkanzija)

11

2018/C 294/16

Kawża C-512/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań – Stare Miasto w Poznaniu – il-Polonja) – proċedura mibdija minn HR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 8(1) — Residenza abitwali tal-minuri — Tarbija — Ċirkustanzi determinanti għall-istabbiliment tal-post ta’ din ir-residenza)

12

2018/C 294/17

Kawża C-731/17 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2017 minn Nap Innova Hoteles, S.L. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-4 ta’ Diċembru fil-Kawża T- 2017, Nap Innova Hoteles vs JUR

13

2018/C 294/18

Kawża C-118/18 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 minn Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-771/15 – Hochmann Marketing vs EUIPO

13

2018/C 294/19

Kawża C-318/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fil-11 ta’ Mejju 2018 – Oracle Belgium BVBA vs L-Istat Belġjan

14

2018/C 294/20

Kawża C-331/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (ir-Repubblika Slovakka) fit-22 ta’ Mejju 2018 – TE vs Pohotovosť s.r.o.

15

2018/C 294/21

Kawża C-341/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Mejju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs J. et

16

2018/C 294/22

Kawża C-344/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Gent (il-Belġju) fil-25 ta’ Mejju 2018 – ISS Facility Services NV v Sonia Govaerts, Euroclean NV

16

2018/C 294/23

Kawża C-348/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Mejju 2018 – Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele – Società semplice vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

17

2018/C 294/24

Kawża C-349/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS) vs Mbutuku Kanyeba

18

2018/C 294/25

Kawża C-350/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS) vs Larissa Nijs

18

2018/C 294/26

Kawża C-351/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS) vs Jean-Louis Anita Dedroog

19

2018/C 294/27

Kawża C-354/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bacău (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Radu Lucian Rusu, Oana Maria Rusu vs SC Blue Air – Airline Management Solutions Srl

20

2018/C 294/28

Kawża C-355/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Barbara Rust-Hackner vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

21

2018/C 294/29

Kawża C-356/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Christian Gmoser vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

22

2018/C 294/30

Kawża C-357/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Bettina Plackner vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

23

2018/C 294/31

Kawża C-359/18 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2018 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-22 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-80/16, Shire Pharmaceuticals Ireland vs EMA

23

2018/C 294/32

Kawża C-364/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Eni SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze

24

2018/C 294/33

Kawża C-365/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Shell Italia E & P SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente

25

2018/C 294/34

Kawża C-366/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – José Manuel Ortiz Mesonero vs UTE Luz Madrid Centro (komposta mill-kumpanniji kummerċjali SICE S.A., Urbalux S.A. ImesAPI S.A. Extralux S.A. u Citelum Ibérica S.A.)

25

2018/C 294/35

Kawża C-367/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – María Teresa Aragón Carrasco, María Eugenia Cotano Montero, María Gloria Ferratges Castellanos, Raquel García Ferratges, Elena Muñoz Mora, Ángela Navas Chillón, Mercedes Noriega Bosch, Susana Rizo Santaella, Desamparados Sánchez Ramos, Lucía Santana Ruiz u Luis Salas Fernández (bħala werriet ta’ Lucía Sánchez de la Peña) vs Administración del Estado

26

2018/C 294/36

Kawża C-373/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel (il-Portugall) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Prosa – Produtos e Serviços Agrícolas vs Autoridade Tributária e Aduaneira

27

2018/C 294/37

Kawża C-377/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Proċeduri kriminali kontra AH et

27

2018/C 294/38

Kawża C-380/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, parti oħra fil-proċedura: E.P.

28

2018/C 294/39

Kawża C-381/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – G.S., parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

28

2018/C 294/40

Kawża C-382/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – V.G., parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

29

2018/C 294/41

Kawża C-383/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Lublin-Wschód w Lublinie z siedzibą w Świdniku (il-Polonja) fil-11 ta Ġunju 2018 – Lexitor Sp. z o.o vs Spółdzielczej Kasa Oszczędnościowo – Kredytowa im. Franciszka Stefczyka z siedzibą w Gdyni, Santander Consumer Bank S.A. z siedzibą we Wrocławiu, mBank S.A. z siedzibą w Warszawie

30

2018/C 294/42

Kawża C-385/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

30

2018/C 294/43

Kawża C-386/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Coöperatieve Producentenorganisatie en Beheersgroep Texel UA vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

31

2018/C 294/44

Kawża C-387/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Ġunju 2018 – Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

32

2018/C 294/45

Kawża C-389/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Brussels Securities SA vs ir-Renju tal-Belġju

32

2018/C 294/46

Kawża C-397/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Ana María Páez Juárez vs Nobel Plastiques Ibérica, S.A.

33

2018/C 294/47

Kawża C-398/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Antonio Bocero Torrico vs Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social

34

2018/C 294/48

Kawża C-399/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjizi l-Baxxi) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Vereniging Gasopslag Nederland, TAQA Onshore BV, TAQA Piek Gas BV vs Autoriteit Consument en Markt

35

2018/C 294/49

Kawża C-401/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Praze (Ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Herst, s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

35

2018/C 294/50

Kawża C-403/18 P: Appell ippreżentat fl-14 ta Ġunju 2018 minn Alcogroup u Alcodis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-274/14, Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni

37

2018/C 294/51

Kawża C-407/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Višje sodišče v Mariboru (is-Slovenja) fil-21 ta’ Ġunju 2018 – Aleš Kuhar, Jožef Kuhar vs Addiko Bank d.d.

37

2018/C 294/52

Kawża C-440/18 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 minn Verein Deutsche Sprache e.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ April fil-Kawża T-468/16, Verein Deutsche Sprache e.V. vs Il-Kummissjoni Ewropea

38

2018/C 294/53

Kawża C-443/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

39

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 294/54

Kawżi magħquda T-379/10 RENV u T-381/10 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Franċiż tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Parteċipazzjoni fl-akkordju ta’ ċerti entitajiet — Evalwazzjoni mill-ġdid tal-provi)

41

2018/C 294/55

Kawża T-222/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – Deluxe Entertainment Services Group vs EUIPI (deluxe) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva deluxe — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nruo207/2009[li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001])

42

2018/C 294/56

Kawża T-616/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Transtec vs Il-Kummissjoni (FEŻ — Pajjiżi AKP — Ftehim ta’ Cotonou — Programm ta’ sostenn għall-inizjattivi kulturali fil-pajjiżi Afrikani li jitkellmu bil-Portugiż — Somom imħallsa mill-Kummissjoni lill-entità responsabbli għall-eżekuzzjoni finanzjarja tal-programm fil-Ginea Bissaw — Irkupru wara awditu finanzjarju — Tpaċija ta’ djun — Proporzjonalità — Arrikkiment indebitu — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

42

2018/C 294/57

Kawża T-88/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2018 – Spanja vs Il-Kummissjoni FAEŻR — L-aħħar sena finanzjarja ta’ implimentazzjoni tal-perijodu ta’ programmazzjoni 2007 – 2013 — Clearance tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri — Deċiżjoni li tiddikjara li ċertu ammont ma jistax jerġa’ jintuża fil-kuntest tal-programm għall-iżvilupp rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura — Metodu ta’ kalkolu — Artikolu 69(5b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 — Aspettattivi leġittimi

43

2018/C 294/58

Kawża T-98/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2018 – RT vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leave tal-mard — Artikolu 59(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Regoli interni dwar il-kontroll tal-assenzi matul ix-xogħol u dwar il-kontrolli perjodiċi tal-persistenza tal-mard — Ċertifikat mediku — Assenza ta’ firma u ta’ timbru tat-tabib — Konsultazzjoni medika mill-bogħod permezz tal-internet — Rifjut ta’ aċċettazzjoni)

44

2018/C 294/59

Kawża T-218/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2018 – HF vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Kumitat Konsultattiv dwar il-Fastidju u l-Prevenzjoni tiegħu fuq il-Post tax-Xogħol — Deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ kontradittorju — Ċaħda ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-kumitat konsultattiv u d-depożizzjonijiet ta’ smigħ ta’ xhieda — Tul tal-proċedura amministrattiva — Terminu raġonevoli)

45

2018/C 294/60

Kawżi T-402/17 u T-403/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Vienna International Hotelmanagement vs EUIPO (Vienna House u VIENNA HOUSE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali Vienna House u figurattiva VIENNA HOUSE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001])

45

2018/C 294/61

Kawża T-322/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2018 – García Ruiz vs Il-Parlament

46

2018/C 294/62

Kawża T-341/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – NEC Corporation vs Il-Kummissjoni

47

2018/C 294/63

Kawża T-342/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2018 – Nichicon Corporation vs Il-Kummissjoni

48

2018/C 294/64

Kawża T-343/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2018 – Tokin Corporation vs Il-Kummissjoni

50

2018/C 294/65

Kawża T-344/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Rubycon u Rubycon Holdings vs Il-Kummissjoni

51

2018/C 294/66

Kawża T-351/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Ukrselhosprom PCF and Versobank vs BĊE

51

2018/C 294/67

Kawża T-363/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni

52

2018/C 294/68

Kawża T-380/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Intas Pharmaceuticals vs EUIPO – Laboratorios Indas (INTAS)

54

2018/C 294/69

Kawża T-383/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta Ġunju 2018 – Sta*Ware EDV Beratung vs EUIPO – Accelerate IT Consulting (businessNavi)

55

2018/C 294/70

Kawża T-386/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Iccrea Banca vs Il-Kummissjoni u BUR

56

2018/C 294/71

Kawża T-393/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2018 – Mellifera vs Il-Kummissjoni

57

2018/C 294/72

Kawża T-399/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2018 – TrekStor vs EUIPO (Theatre)

58

2018/C 294/73

Kawża T-404/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (PDF Expert)

59

2018/C 294/74

Kawża T-405/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – Holmer Dahl vs BUR

59

2018/C 294/75

Kawża T-412/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – mobile.de vs EUIPO – Droujestvo S Ogranichena Otgovornost Rezon (mobile.ro)

60

2018/C 294/76

Kawża T-413/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Portigon vs BUR

61

2018/C 294/77

Kawża T-415/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni

62

2018/C 294/78

Kawża T-421/18: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – Bauer Radio vs EUIPO – Weinstein (MUSIKISS)

63

2018/C 294/79

Kawża T-423/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 – Fissler vs EUIPO (vita)

64


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 294/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 285, 13.8.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 276, 6.8.2018.

ĠU C 268, 30.7.2018.

ĠU C 259, 23.7.2018.

ĠU C 249, 16.7.2018.

ĠU C 240, 9.7.2018.

ĠU C 231, 2.7.2018.

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Dirk Andres, li qed jaġixxi bħala amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ Heitkamp BauHolding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-203/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti riportar ta’ telf għas-snin fiskali futuri (“klawżola ta’ ristrutturazzjoni”) - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Persuna individwalment ikkonċernata - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Determinazzjoni tal-qafas ta’ referenza - Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti))

(2018/C 294/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Dirk Andres, li qed jaġixxi bħala amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ Heitkamp BauHolding GmbH (rappreżentanti: W. Niemann, S. Geringhoff u P. Dodos, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck-Putz, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

2)

Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016, Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni (T-287/11, EU:T:2016:60), huma annullati.

3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE tas-26 ta’ Jannar 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja – Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpanniji f’diffikultà (“Sanierungsklausel”), hija annullata.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti minn Dirk Andres, li qed jaġixxi bħala amministratur tal-falliment ta’ Heitkamp BauHolding GmbH, relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell.

5)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess relatati mal-proċedura tal-appell.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Dirk Andres (amministratur fallimentari ta’ Heitkamp BauHolding GmbH), Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-208/16 P) (1)

((Apell - Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti trasferimenti ta’ telf fuq is-snin fiskali futuri (“skema għar-riport”) - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Persuna individwalment ikkonċernata - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment - Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti))

(2018/C 294/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Dirk Andres (amministratur fallimentari ta’ Heitkamp BauHolding GmbH) (rappreżentanti: W. Niemann, S. Geringhoff, u P. Dodos, Rechtsanwälte), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck-Putz, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

2)

Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016, Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni (T-287/11, EU:T:2016:60), huma annullati.

3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE tas-26 ta’ Jannar 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja – Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (“Sanierungsklausel”), hija annullata.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċeduri fl-appell, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja relatati mal-proċeduri fl-appell kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Dirk Andres, li qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala amministratur fallimentari ta’ Heitkamp BauHolding GmbH, relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċeduri fl-appell.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG, il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-209/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tas-self lejn is-snin fiskali futuri (“klawsola ta’ ristrutturazzjoni”) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Persuna individwalment ikkonċernata - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment - Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti))

(2018/C 294/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG (rappreżentanti: M. Schweda, M. Knebelsberger u F. Loose, Rechtsanwälte), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck-Putz, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

2)

Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016, GFKL Financial Services vs Il-Kummissjoni (T-620/11, EU:T:2016:59) huma annullati.

3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE tas-26 ta’ Jannar 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-Ġermanja C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) skont il-klawżola ta’ ristrutturazzjoni prvista mil-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji (“KStG, Sanierungsklausel”), hija annullata.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha stess relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja relatati mal-proċedura tal-appell kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Lowell Financial Services GmbH relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza.

5)

Lowell Financial Services GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura tal-appell.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-219/16 P) (1)

((“Appell - Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar ċerti rapporti ta’ telf fis-snin fiskali futuri (“klawżola ta’ risanament”) - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Peruna individwalment ikkonċernata - Article 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajuna mill-Istat” - Rekwiżit dwar is-selettività - Determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment - Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti))

(2018/C 294/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Lowell Financial Services GmbH, li kienet GFKL Financial Services AG (rappreżentanti: M Schweda, J. Eggers, M. Knebelsberger u F. Loose, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck-Putz, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

1)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

2)

Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Frar 2016, GFKL Financial Services vs Il-Kummissjoni (T-620/11, EU:T:2016:59), huma annullati.

3)

Id-Deċiżjoni 2011/527/UE tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Ġermanja C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) taħt klawżola ta’ risanament prevista mil-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (“KStG, Sanierungsklausel”), hija annullata.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Lowell Financial Services GmbH, marbuta kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell.


(1)  ĠU C 222 tal-20.6.2016.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – MB vs Secretary of State for Work and Pensions

(Kawża C-451/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 79/7/KEE - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Skema nazzjonali tal-pensjonijiet tal-Istat - Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-bidla fil-ġeneru - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta dan ir-rikonoxximent għall-annullament ta’ żwieġ preċedenti għal din il-bidla fil-ġeneru - Rifjut li tingħata pensjoni tal-irtirar tal-Istat lil persuna li tkun biddlet il-ġeneru tagħha fl-età tal-irtirar għal persuni tal-ġeneru miksub - Diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess))

(2018/C 294/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MB

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) tagħha, moqri flimkien mat-tielet inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tagħha u mal-Artikolu 7(1)(a) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li persuna li tkun biddlet il-ġeneru tissodisfa mhux biss kriterji fiżiċi, soċjali u psikoloġiċi, iżda wkoll il-kundizzjoni li ma tkunx miżżewġa ma’ persuna tal-ġeneru li hija tkun kisbet wara din il-bidla, sabiex tikkwalifika għal pensjoni tal-irtirar tal-Istat mill-età legali tal-bidu tal-irtirar ta’ persuni ta’ dan il-ġeneru miksub.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Puma SE

(Kawża C-564/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) - Artikolu 76 - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 19 - Regola 50(1) - Eżistenza ta’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) li jirrikonoxxu r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fi proċedimenti sussegwenti ta’ oppożizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligi proċedurali tal-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO))

(2018/C 294/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingiż

Partijiet

Appellanti: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Botis u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Puma SE (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, abogado)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Spliethoff's Bevrachtingskantoor BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-635/16 P) (1)

((Appell - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Definizzjoni tas-suġġett tar-rikors - Għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) - Settur tat-trasport għall-perijodu 2014-2020 - Sejħiet għas-sottomissjoni ta’ proposti - Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) - Ittra li tinforma lill-appellanti biċ-ċaħda tal-proposta tagħha - Deċiżjoni ulterjuri tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-lista tal-proposti magħżula - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva))

(2018/C 294/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (rappreżentant: Y. de Vries, advocaat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnadda u J Hottiaux, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Ottubru 2016, Spliethoff’s Bevrachtingskantoor/Commission (T-564/15, mhux ippubblikat, EU:T:2016:611), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 70, 6.3.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Instituto Nacional de la Seguridad Social vs Jesús Crespo Rey

(Kawża C-2/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Anness XI, Taqsima “Spanja”, punt 2 - Pensjoni tal-irtirar - Metodu ta’ kalkolu - Ammont teoretiku - Bażi ta’ kontribuzzjoni rilevanti - Ftehim Speċjali - Għażla tal-bażi ta’ kontribuzzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jikkontribwixxi skont il-bażi ta’ kontribuzzjoni minima))

(2018/C 294/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto Nacional de la Seguridad Social

Konvenut: Jesús Crespo Rey

fil-preżenza ta’: Tesorería General de la Seguridad Social

Dispożittiv

Il-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-ħaddiem migrant li jikkonkludi ftehim speċjali tas-sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru sabiex jikkontribwixxi skont il-bażi ta’ kontribuzzjoni minima b’tali mod li, fil-kalkolu tal-ammont teoretiku tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu, l-istituzzjoni kompetenti tal-imsemmi Stat Membru tassimila l-perijodu kopert minn dan il-ftehim ma’ perijodu mwettaq f’dan l-istess Stat Membru u, għal dan il-kalkolu, tieħu inkunsiderazzjoni biss il-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-kuntest tal-imsemmi ftehim, anki jekk, qabel ma eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, l-imsemmi ħaddiem ikkontribwixxa, fl-Istat Membru inkwistjoni, skont bażijiet ogħla mill-bażi ta’ kontribuzzjoni minima, u l-ħaddiem sedentarju li ma għamilx użu mid-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u li jikkonkludi tali ftehim għandu l-possibbiltà li jikkontribwixxi skont bażijiet ogħla mill-bażi ta’ kontribuzzjoni minima.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana – Spanja) – Eva Soraya Checa Honrado vs Fondo de Garantía Salarial

(Kawża C-57/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Ħlas żgurat mill-istituzzjoni ta’ garanzija - Kumpens għad-danni għat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg - Trasferiment tal-post ta’ xogħol li jeżiġi bidla ta’ residenza tal-ħaddiem - Bidla ta’ element essenzjali tal-kuntratt ta’ xogħol - Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol mill-ħaddiem - Prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni))

(2018/C 294/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva Soraya Checa Honrado

Konvenut: Fondo de Garantía Salarial

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata, ċerti allowances legali dovuti għal terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol bir-rieda tal-ħaddiem kif ukoll dawk dovuti fil-każ ta’ tkeċċija għal raġunijiet oġġettivi, bħal dawk imsemmija mill-qorti tar-rinviju, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “paga terminali [kumpensatorja] fi tmiem ir-relazzjonijiet ta’ l-impjieg”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-allowances legali dovuti għal terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol bir-rieda tal-ħaddiem minħabba t-trasferiment tal-post ta’ xogħol mill-persuna li timpjega, li jobbliga lill-ħaddiem ibiddel il-post ta’ residenza, għandhom ukoll jaqgħu taħt dan l-istess kunċett.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Turbogás Produtora Energética SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-90/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) - Entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess - Produtturi tal-elettriku żgħar - Artikolu 14(1)(a) - Prodotti tal-enerġija għall-użu fil-produzzjoni tal-elettriku - Obbligu ta’ eżenzjoni))

(2018/C 294/11)

Lingwa tal-kawża: il-Portugall

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Turbogás Produtora Energética SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96/KE tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku għandhom jiġu interpretati fis-sens li entità, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, indipendentement mill-kobor ta’ dan l-użu u indipendentement mill-attività ekonomika li hija teżerċita b’mod prinċipali, għandha titqies li hija “distributur”, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li l-konsum tal-elettriku tagħha għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku jaqa’ madankollu taħt l-eżenzjoni obbligatorja prevista fl-imsemmi Artikolu 14(1)(a).


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Erdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn vs Udlændingestyrelsen

(Kawża C-230/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21(1) TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Dritt li jiċċaqilqu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru fejn dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu - Dħul ta’ dan il-membru tal-familja fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat wara r-ritorn f’dan l-Istat Membru taċ-ċittadin tal-Unjoni))

(2018/C 294/12)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn

Konvenuti: Udlændingestyrelsen

Dispożittiv

L-Artikolu 21(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tipprevedix l-għoti ta’ dritt ta’ residenza dderivat, skont id-dritt tal-Unjoni, lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għandu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru u li rritorna hemmhekk wara li kien residenti, skont u fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, fi Stat Membru ieħor, meta l-imsemmi membru tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat ma jkunx daħal fit-territorju tal-Istat Membru ta’ oriġini ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni jew ma ressaqx applikazzjoni għal permess ta’ residenza “fl-estensjoni naturali” tar-ritorn, f’dan l-Istat Membru, taċ-ċittadin tal-Unjoni inkwistjoni, sakemm tali leġiżlazzjoni teżiġi, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali, li jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll elementi rilevanti oħrajn, b’mod partikolari dawk li jistgħu juru li, minkejja ż-żmien li għadda bejn ir-ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-imsemmi Stat Membru u d-dħul tal-membru tal-familja tiegħu, ċittadin ta’ Stat terz, fl-istess Stat Membru, il-ħajja tal-familja żviluppata u kkonsolidata fl-Istat Membru ospitanti ma ntemmitx, b’tali mod li tiġġustifika l-għoti, lill-membru tal-familja kkonċernat, ta’ dritt ta’ residenza dderivat, ħaġa li għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifika.


(1)  ĠU C 213, 03.07.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Ibrahima Diallo vs État belge

(Kawża C-246/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 10(1) - Applikazzjoni għal permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni - Ħruġ - Terminu - Adozzjoni u notifika tad-deċiżjoni - Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ sitt xhur - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ effettività))

(2018/C 294/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ibrahima Diallo

Konvenut: État belge

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni għandha tiġi adottata u nnotifikata fl-istess terminu ta’ sitt xhur previst minn din id-dispożizzjoni.

2)

Id-Direttiva 2004/38 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-ħruġ ex officio ta’ permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea lill-persuna kkonċernata, meta t-terminu ta’ sitt xhur, indikat fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38, ikun skada, mingħajr konstatazzjoni, minn qabel, li l-persuna kkonċernata effettivament tissodisfa l-kundizzjonijiet għal residenza fl-Istat Membru ospitanti skont id-dritt tal-Unjoni.

3)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha, wara l-annullament ġudizzjarju ta’ deċiżjoni li tirrifjuta l-ħruġ ta’ permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea, l-awtorità nazzjonali kompetenti jerġa’ jkollha awtomatikament it-terminu sħiħ ta’ sitt xhur indikat fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – “Varna Holideis” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-364/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Kunsinna ta’ proprjetà immobbli mwettqa qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea - Nullità tal-kuntratt ta’ bejgħ ikkonstatata wara l-adeżjoni - Obbligu ta’ aġġustament tat-tnaqqis inizjali - Interpretazzjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2018/C 294/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativan sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Varna Holideis” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Administrativen sad – Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija).


(1)  ĠU C 269, 14.8.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – SGI (C-459/17), Valériane SNC (C-460/17) vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawżi Magħquda C-459/17 u C-460/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis - Kunsinna effettiva tal-merkanzija))

(2018/C 294/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawżi prinċipali

Rikorrenti: SGI (C-459/17), Valériane SNC (C-460/17)

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Dispożittiv

L-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi rrifjutat għall-persuna taxxabbli li tirċievi fattura d-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT imsemmija fuq din il-fattura, huwa biżżejjed li l-amministrazzjoni tistabbilixxi li t-tranżazzjonijiet li din il-fattura tikkorrispondi għalihom effettivament ma sarux.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań – Stare Miasto w Poznaniu – il-Polonja) – proċedura mibdija minn HR

(Kawża C-512/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 8(1) - Residenza abitwali tal-minuri - Tarbija - Ċirkustanzi determinanti għall-istabbiliment tal-post ta’ din ir-residenza))

(2018/C 294/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Poznań – Stare Miasto w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HR

Konvenuti: KO, Prokuratura Rejonowa Poznań Stare Miasto w Poznaniu

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-residenza abitwali tal-minuri, fis-sens ta’ dan ir-regolament, tikkorrispondi għall-post fejn jinstab, effettivament, iċ-ċentru ta’ ħajtu. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina fejn kien jinstab dan iċ-ċentru fil-mument tal-preżentata tat-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-minuri, abbażi ta’ sensiela ta’ elementi fattwali konkordanti. F’dan ir-rigward, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fid-dawl tal-fatti stabbiliti minn dik il-qorti, dawn li ġejjin jikkostitwixxu, flimkien, ċirkustanzi determinanti:

il-fatt li l-minuri għex, mit-twelid sas-separazzjoni tal-ġenituri tiegħu, b’mod regolari magħhom f’post speċifiku;

iċ-ċirkustanza li l-ġenitur li għandu, sa minn wara s-separazzjoni tal-koppja, il-kustodja tal-minuri għadu effettivament jissoġġorna ta’ kuljum miegħu f’dan il-post fejn huwa jeżerċita wkoll l-attività professjonali tiegħu, li tifforma parti minn relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, u

il-fatt li l-minuri għandu, fl-imsemmi post, kuntatti regolari mal-ġenitur l-ieħor tiegħu, li għadu jirrisjedi f’dan l-istess post.

Min-naħa l-oħra, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistgħux jitqiesu bħala li huma ċirkustanzi determinanti:

is-soġġorni li l-ġenitur li għandu, effettivament, il-kustodja tal-minuri wettaq, fl-imgħoddi, flimkien ma dan il-minuri fit-territorju tal-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu fil-kuntest tal-leave tiegħu jew tal-perijodi ta’ festa;

l-oriġini ta’ dan il-ġenitur, ir-rabtiet ta’ natura kulturali tal-minuri fir-rigward ta dan l-Istat Membru li jirriżultaw minnha u r-relazzjonijiet li huwa għandu mal-familja tiegħu li tirrisjedi fl-imsemmi Stat Membru, u

l-eventwali intenzjoni tal-imsemmi ġenitur li jistabbilixxi ruħu mal-minuri, fil-ġejjieni, f’dan l-istess Stat Membru.


(1)  ĠU C 412, 04.12.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/13


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2017 minn Nap Innova Hoteles, S.L. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-4 ta’ Diċembru fil-Kawża T- 2017, Nap Innova Hoteles vs JUR

(Kawża C-731/17 P)

(2018/C 294/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Nap Innova Hoteles, S.L. (rappreżentant: L. Hernández Cabeza, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Junta Única de Resolución

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Lulju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Nap Innova Hoteles, SL għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/13


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 minn Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-771/15 – Hochmann Marketing vs EUIPO

(Kawża C-118/18 P)

(2018/C 294/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH (rappreżentant: C. Hoppe, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-28 ta’ Ġunju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fil-11 ta’ Mejju 2018 – Oracle Belgium BVBA vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-318/18)

(2018/C 294/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oracle Belgium BVBA

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Jannar 2016 (SA.37667), li jgħid li “Kull somma (tal-għajnuna evalwata bħala illegali li l-Belġju ta lil Tekelec International sprl u li tikkonsisti f’eżenzjoni ta’ taxxa fuq id-dħul imsejħa ‘eċċessi’ tas-snin fiskali 2009, 2010, 2011 u 2012 li s-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem tad-dipartiment fiskali tal-Belġju ta permezz tad-deċiżjoni tal-1 ta’ Lulju 2008) li tkun għadha ma ġietx irkuprata mingħand il-benefiċjarji wara l-irkupru deskritt fl-ewwel paragrafu għandha tinġabar mingħand il-grupp ta’ impriżi li l-benefiċjarju jappartjeni għalih”, għandu, fil-każ ta’ xiri tal-benefiċjarju tal-miżura ta’ għajnuna (Tekelec International sprl) min-naħa ta’ grupp ta’ kumpanniji ġdid (il-grupp Oracle) wara li l-miżura ta’ għajnuna tkun intemmet (il-miżura ta’ għajnuna kienet tapplika għas-snin fiskali 2009, 2010, 2011 u 2012, filwaqt li x-xiri seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2013) u qabel ma l-Kummissjoni Ewropea fetħet il-proċeduri ta’ investigazzjoni tal-legalità tal-miżura ta’ għajnuna (proċedura mibdija permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Diċembru 2013), jiġi interpretat fis-sens li l-“grupp ta’ impriżi li l-benefiċjarju jappartjeni għalih” isir il-grupp ta’ kumpanniji tax-xerrej, jew fis-sens li jibqa’ l-grupp ta’ kumpanniji tal-bejjiegħ?

2)

Jekk, irrispettivament min-natura (ekonomika jew fiskali) tal-miżura ta’ għajnuna kkunsidrata illegali, ir-risposta għal din l-ewwel domanda tiddependi mill-kwistjoni jekk il-prezz tax-xiri huwiex konformi jew le mal-prezz tas-suq, fis-sens li l-grupp ta’ kumpanniji tal-bejjiegħ jibqa’ l-benefiċjarju jekk il-prezz tax-xiri jkun konformi mal-prezz tas-suq, iktar preċiżament jekk il-valur tal-miżura ta’ għajnuna msemmija huwa inkluż fl-imsemmi prezz, u l-grupp ta’ kumpanniji tax-xerrej isir il-benefiċjarju jekk il-prezz tax-xiri jkun inqas mill-prezz tas-suq, iktar preċiżament jekk il-valur tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni ma jkunx integrat fil-prezz tax-xiri jew ma jkunx integrat kompletament, fuq min jaqa’ l-oneru tal-prova f’każ ta’ rkupru tal-miżura ta’ għajnuna evalwata illegali mingħand il-grupp ta’ kumpanniji tax-xerrej jew ta’ membru ta’ dan il-grupp: il-grupp ta’ kumpanniji ġdid jew il-membru tiegħu li ġie mħarrek għandu jipprova li l-prezz tax-xiri huwa konformi mal-prezz tas-suq, jew l-entità li titlob l-irkupru, l-Istat Belġjan, għandu jipprova li l-imsemmi prezz huwa inferjuri mill-prezz tas-suq?

3)

Jekk, għall-kuntrarju, minħabba n-natura fiskali tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, ir-risposta għall-ewwel domanda ma tiddependix mill-kwistjoni jekk il-prezz tax-xiri kienx jew le konformi mal-prezz tas-suq, fuq liema bażi għandu jiġi ddeterminat il-grupp ta’ kumpanniji li, wara x-xiri, huwa l-“grupp ta’ impriżi li l-benefiċjarju jappartjeni għalih”?


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (ir-Repubblika Slovakka) fit-22 ta’ Mejju 2018 – TE vs Pohotovosť s.r.o.

(Kawża C-331/18)

(2018/C 294/20)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TE

Konvenuta: Pohotovosť s.r.o.

Domandi preliminari

1.

A.

Wara s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-42/15 (1), il-leġiżlatur Slovakk neħħa, b’effett mill-1 ta’ Mejju 2018, il-kliem “tal-kapital, tal-interessi u tal-ispejjez l-oħra” li kien jinstab fl-Artikolu 9 taz-zákon č. 129/2010 Z. z. o spotrebiteľských úveroch a o iných úveroch a pôžičkách pre spotrebiteľov a o zmene a doplnení niektorých zákonov (il-Liġi Nru 129/2010 dwar Krediti għall-Konsum u Krediti u Self Ieħor għall-Konsumaturi u li Temenda u Tissupplimenta Ċerti Liġijiet, iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 129/2010”) inkwantu elementi tal-kuntratt relatati mar-rimbors tal-kreditu, u b’dan il-mod temm id-dritt, mogħti mil-liġi lill-konsumaturi fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsum, għal xi forma ta’ indikazzjoni (mhux biss fil-forma ta’ tabella ta’ ammortizzament) tal-analiżi dettaljata tal-ħlasijiet bejn kapital, interessi u spejjeż, kif ukoll tas-sanzjoni għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan id-dritt.

B.

Ċertament, wara l-1 ta’ Mejju 2018, l-emenda tal-liġi ppermettiet implimentazzjoni aħjar tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu xorta jibqa’ l-fatt li, fit-tilwimiet relatati mal-kuntratti konklużi mal-konsumaturi qabel l-1 ta’ Mejju 2018, il-qrati [Slovakki] irreaġixxew [għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja] b’tali mod li jintlaħaq, essenzjalment, l-istess riżultat bħal dak imfittex mil-leġiżlatur, billi adottaw interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni.

C.

F’dan il-kuntest, id-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-effett indirett tad-direttivi. Fid-dawl tan-numru kbir ta’ deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-qrati aċċettaw, fl-imgħoddi, li l-Liġi Nru 129/2010 tagħti lill-konsumaturi d-dritt li jingħataw indikazzjonijiet speċifiċi dwar l-analiżi dettaljata tal-ħlasijiet bejn kapital, interessi u spejjeż, il-Qorti tal-Ġustizzja hija adita bid-domanda li ġejja:

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-effett indirett ta’ direttiva fir-relazzjonijiet orizontali bejn individwi għall-finijiet li jiġi ggarantit l-effett sħiħ tagħha permezz tal-applikazzjoni tal-metodi kollha ta’ interpretazzjoni u tal-ordinament ġuridiku intern, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jippermetti li qorti tagħti deċiżjoni, f’tilwima dwar kuntratt ta’ kreditu għall-konsum konkluż qabel l-1 ta’ Mejju 2018, li l-effetti tagħha huma ekwivalenti għal dawk li jirriżultaw mill-emenda tal-liġi li ġiet adottata mil-leġiżlatur, b’effett mill-1 ta’ Mejju 2018, bil-għan li tiġi implimentata s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-42/15?

Il-qorti tar-rinviju qiegħda tagħmel id-domandi l-oħra biss fil-każ li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda 1C tkun fis-sens li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-effett indirett ta’ direttiva fir-relazzjonijiet orizzontali bejn individwi għall-finijiet li jiġi ggarantit l-effett sħiħ tagħha, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jippermetti li qorti tagħti deċiżjoni li l-effetti tagħha huma ekwivalenti għal dawk li jirriżultaw mill-emenda tal-liġi li ġiet adottata mil-leġiżlatur, b’effett mill-1 ta’ Mejju 2018, bil-għan li tiġi implimentata s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-42/15, u, konsegwentement f’tali każ:

2.

Is-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2016 mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-42/15, Home Credit Slovakia, u d-Direttiva 2008/48/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (3) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2008/48”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 2008/48 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li mhux biss teżiġi li jingħataw dettalji dwar il-ħlasijiet fil-forma ta’ tabella ta’ ammortizzament, iżda wkoll kull espressjoni legali oħra tal-ammont, tan-numru u tal-perjodiċità tar-rimborsi tal-kapital ta’ self għall-konsum?

3.

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija iktar ’il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li, [minbarra] dak li huwa indikat għall-kapital, din tirregola wkoll il-kwistjoni ta’ jekk il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi d-dritt li l-konsumaturi jingħataw indikazzjonijiet, f’kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, dwar l-ammont, in-numru u l-iskadenzi tal-pagamenti tal-interessi u tal-ispejjeż tmurx lil hinn mid-Direttiva 2008/48? Jekk is-sentenza tirrigwarda wkoll l-interessi u l-ispejjeż, għandu jitqies li anki analiżi dettaljata tar-rimbors tal-interessi u tal-ispejjeż f’forma oħra għajr dik tat-tabella ta’ ammortizzament tmur lil hinn mill-imsemmija direttiva, b’mod partikolari mill-Artikolu 19(2)(j) tagħha?


(1)  Sentenza tad-9 ta’ Novembru 2016, Home Credit Slovakia (C-42/15, EU:C:2016:842).

(2)  ĠU 2008, L 133, p. 66.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Mejju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs J. et

(Kawża C-341/18)

(2018/C 294/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Konvenuti: J. et

Partijiet oħra: C. u H. et

Domanda preliminari

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament 2016/399 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz li preċedentement daħal fiż-żona Schengen, pereżempju minn ajruport internazzjonali, joħroġ fis-sens tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen hekk kif, bħala baħħar, jingħaqad ma’ bastiment li diġà jinsab f’port marittimu li huwa fruntiera esterna, indipendentement minn jekk, u jekk iva meta, huwa ser jitlaq minn dan il-port marittimu fuq dan il-bastiment? Jew, sabiex ikun hemm ħruġ, għandu l-ewwel jiġi stabbilit li l-baħħar ser jitlaq il-port marittimu fuq il-bastiment ikkonċernat, u jekk iva, japplika terminu li fih it-tluq għandu jseħħ u f’liema mument għandu jitqiegħed it-timbru ta’ ħruġ? Jew għandu mument ieħor, f’kundizzjonijiet differenti jew le, jitqies bħala “ħruġ”?


(1)  Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU 2016, L 77, p. 1).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Gent (il-Belġju) fil-25 ta’ Mejju 2018 – ISS Facility Services NV v Sonia Govaerts, Euroclean NV

(Kawża C-344/18)

(2018/C 294/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: ISS Facility Services NV

Konvenuti: Sonia Govaerts, Euroclean NV

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1) tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ trasferiment simultanju ta’ diversi partijiet ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-direttiva, lil diversi ċessjonarji, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol, li jeżistu fid-data tat-trasferiment, ta’ ħaddiem li kien impjegat f’kull waħda mill-partijiet ittrasferiti, huma ttrasferiti lil kull wieħed miċ-ċessjonarji, madankollu proporzjonalment mal-firxa tal-impjieg tal-ħaddiem inkwistjoni fil-parti tal-impriża akkwistata minn kull wieħed miċ-ċessjonarji,

jew fis-sens li d-drittijiet u l-obbligi msemmija iktar ’il fuq huma ttrasferiti sħaħ liċ-ċessjonarju li akkwista l-parti tal-impriża li fiha l-ħaddiem inkwistjoni kien impjegat prinċipalment,

jew ukoll fis-sens li, jekk id-dispożizzjonijiet tad-direttiva ma jistgħux jiġu interpretati b’ebda mill-modi msemmija iktar ’il fuq, ma hemm trasferiment ta’ drittijiet u obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol tal-ħaddiem inkwistjoni lil ebda miċ-ċessjonarji, liema fatt huwa l-istess fil-każ meta ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata separatament il-firxa tal-impjieg tal-ħaddiem f’kull waħda mill-partijiet ittrasferiti mill-impriża?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Mejju 2018 – Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele – Società semplice vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

(Kawża C-348/18)

(2018/C 294/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele – Società semplice

Konvenuta: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 (1), għandu jiġi interpretat – anki fid-dawl tal-motivi esposti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-5 ta’ Mejju 2011, Kurt und Thomas Etling et (C-230/09 u C-231-09), b’rabta mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru [1788]/2003 (2) – fis-sens li l-allokazzjoni tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali intiża għall-kunsinni tista’ ssir skont kriterji oġġettivi ta’ prijorità ffissati mill-Istati Membri, jew inkella għandu jiġi interpretat fis-sens li din il-fażi ta’ aġġustament għandha tiġi rregolata minn kriterju esklużiv ta’ proporzjonalità?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992, li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fil-qasam tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (ĠU 1992, L 405, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 391).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS) vs Mbutuku Kanyeba

(Kawża C-349/18)

(2018/C 294/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Vredegerecht te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS)

Konvenut: Mbutuku Kanyeba

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(4) tar-[Regolament (KE) Nru 1371/2007] (1) tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) u mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li dejjem tinħoloq relazzjoni ġuridika kuntrattwali bejn il-kumpannija tat-trasport u l-passiġġier, anki meta l-passiġġier jagħmel użu mis-servizzi tat-trasportatur mingħajr ma jikseb biljett?

2)

Fil-każ li r-risposta li ngħatat għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, il-protezzjoni mogħtija permezz tat-teorija tal-klawżoli inġusti testendi wkoll għall-passiġġier li jagħmel użu mit-trasport pubbliku mingħajr ma jkun kiseb biljett u li, meta jagħmel dan, huwa obbligat li minbarra l-ispiża tat-trasport jagħmel ħlas addizzjonali, konformement mal-kundizzjonijiet ġenerali tat-trasportatur, li huma meqjusa bħala applikabbli b’mod ġenerali fuq il-bażi tan-natura tagħhom ta’ regolament jew minħabba l-pubblikazzjoni tagħhom f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat?

3)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, li jipprevedi li “[l]-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti” jipprekludi lill-qorti, fil-każijiet kollha, milli timmodera l-klawżola meqjusa bħala inġusta jew milli tapplika l-liġi ordinarja minflok?

4)

Fil-każ li r-risposta li ngħatat għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, liema huma ċ-ċirkustanzi li fihom il-qorti nazzjonali tista’ tipproċedi sabiex timmodera l-klawżola meqjusa bħala inġusta jew tissostitwixxiha b’liġi ordinarja?

5)

Fil-każ li d-domandi preċedenti ma jistgħux jingħataw risposta in abstracto, tqum il-kwistjoni jekk, fil-każ li, wara li tkun qabdet fil-fatt passiġġier li ma jkunx ħallas il-biljett, il-kumpannija ferrovjarja nazzjonali tissanzjonah ċivilment billi timponi ħlas addizzjonali, kemm jekk minbarra l-ispiża tat-trasport jew le, u fejn il-qorti tikkonstata li dan il-ħlas addizzjonali impost huwa inġust fis-sens tal-Artikolu 2(a) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13, l-Artikolu 6 ta’ din l-istess direttiva jipprekludi lill-qorti milli tannulla l-klawżola u tapplika l-liġi ordinarja dwar ir-responsabbiltà sabiex tikkumpensa lil din il-kumpannija ferrovjarja nazzjonali għad-dannu li sostniet?


(1)  ĠU 2007, L 315, p. 14.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS) vs Larissa Nijs

(Kawża C-350/18)

(2018/C 294/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Vredegerecht te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS)

Konvenuta: Larissa Nijs

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(4) tar-[Regolament (KE) Nru 1371/2007] (1) tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) u mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li dejjem tinħoloq relazzjoni ġuridika kuntrattwali bejn il-kumpannija tat-trasport u l-passiġġier, anki meta l-passiġġier jagħmel użu mis-servizzi tat-trasportatur mingħajr ma jikseb biljett?

2)

Fil-każ li r-risposta li ngħatat għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, il-protezzjoni mogħtija permezz tat-teorija tal-klawżoli inġusti testendi wkoll għall-passiġġier li jagħmel użu mit-trasport pubbliku mingħajr ma jkun kiseb biljett u li, meta jagħmel dan, huwa obbligat li minbarra l-ispiża tat-trasport jagħmel ħlas addizzjonali, konformement mal-kundizzjonijiet ġenerali tat-trasportatur, li huma meqjusa bħala applikabbli b’mod ġenerali fuq il-bażi tan-natura tagħhom ta’ regolament jew minħabba l-pubblikazzjoni tagħhom f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat?

3)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, li jipprevedi li “[l]-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti” jipprekludi lill-qorti, fil-każijiet kollha, milli timmodera l-klawżola meqjusa bħala inġusta jew milli tapplika l-liġi ordinarja minflok?

4)

Fil-każ li r-risposta li ngħatat għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, liema huma ċ-ċirkustanzi li fihom il-qorti nazzjonali tista’ tipproċedi sabiex timmodera l-klawżola meqjusa bħala inġusta jew tissostitwixxiha b’liġi ordinarja?

5)

Fil-każ li d-domandi preċedenti ma jistgħux jingħataw risposta in abstracto, tqum il-kwistjoni jekk, fil-każ li, wara li tkun qabdet fil-fatt passiġġier li ma jkunx ħallas il-biljett, il-kumpannija ferrovjarja nazzjonali tissanzjonah ċivilment billi timponi ħlas addizzjonali, kemm jekk minbarra l-ispiża tat-trasport jew le, u fejn il-qorti tikkonstata li dan il-ħlas addizzjonali impost huwa inġust fis-sens tal-Artikolu 2(a) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13, l-Artikolu 6 ta’ din l-istess direttiva jipprekludi lill-qorti milli tannulla l-klawżola u tapplika l-liġi ordinarja dwar ir-responsabbiltà sabiex tikkumpensa lil din il-kumpannija ferrovjarja nazzjonali għad-dannu li sostniet?


(1)  ĠU 2007, L 315, p. 14.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS) vs Jean-Louis Anita Dedroog

(Kawża C-351/18)

(2018/C 294/26)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Vredegerecht te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS)

Konvenut: Jean-Louis Anita Dedroog

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(4) tar-[Regolament (KE) Nru 1371/2007] (1) tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) u mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li dejjem tinħoloq relazzjoni ġuridika kuntrattwali bejn il-kumpannija tat-trasport u l-passiġġier, anki meta l-passiġġier jagħmel użu mis-servizzi tat-trasportatur mingħajr ma jikseb biljett?

2)

Fil-każ li r-risposta li ngħatat għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, il-protezzjoni mogħtija permezz tat-teorija tal-klawżoli inġusti testendi wkoll għall-passiġġier li jagħmel użu mit-trasport pubbliku mingħajr ma jkun kiseb biljett u li, meta jagħmel dan, huwa obbligat li minbarra l-ispiża tat-trasport jagħmel ħlas addizzjonali, konformement mal-kundizzjonijiet ġenerali tat-trasportatur, li huma meqjusa bħala applikabbli b’mod ġenerali fuq il-bażi tan-natura tagħhom ta’ regolament jew minħabba il-pubblikazzjoni tagħhom f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat?

3)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, li jipprevedi li “[l]-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti” jipprekludi lill-qorti, fil-każijiet kollha, milli timmodera l-klawżola meqjusa bħala inġusta jew milli tapplika l-liġi ordinarja minflok?

4)

Fil-każ li r-risposta li ngħatat għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, liema huma ċ-ċirkustanzi li fihom il-qorti nazzjonali tista’ tipproċedi sabiex timmodera l-klawżola meqjusa bħala inġusta jew tissostitwixxiha b’liġi ordinarja?

5)

Fil-każ li d-domandi preċedenti ma jistgħux jingħataw risposta in abstracto, tqum il-kwistjoni jekk, f’każ li, wara li tkun qabdet fil-fatt passiġġier li ma jkunx ħallas il-biljett, il-kumpannija ferrovjarja nazzjonali tissanzjonah ċivilment billi timponi ħlas addizzjonali, kemm jekk minbarra l-ispiża tat-trasport jew le, u fejn il-qorti tikkonstata li dan il-ħlas addizzjonali impost huwa inġust fis-sens tal-Artikolu 2(a) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13, l-Artikolu 6 ta’ din l-istess direttiva jipprekludi lill-qorti milli tannulla l-klawżola u tapplika l-liġi ordinarja dwar ir-responsabbiltà sabiex tikkumpensa lil din il-kumpannija ferrovjarja nazzjonali għad-dannu li sostniet?


(1)  ĠU 2007, L 315, p. 14.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bacău (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Radu Lucian Rusu, Oana Maria Rusu vs SC Blue Air – Airline Management Solutions Srl

(Kawża C-354/18)

(2018/C 294/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Radu Lucian Rusu, Oana Maria Rusu

Konvenuta: SC Blue Air – Airline Management Solutions Srl

Domandi preliminari

1)

Is-somma ta’ EUR 400 prevista fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 (1) hija prinċipalment intiża biex tikkumpensa d-dannu materjali, filwaqt li d-dannu morali għandu jiġi eżaminat fid-dawl tal-Artikolu 12 tal-imsemmi regolament, jew l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 ikopri prinċipalment id-dannu morali, filwaqt li d-dannu materjali jaqa’ taħt l-Artikolu 12?

2)

L-ammont tat-telf ta’ salarju li jeċċedi s-somma ta’ EUR 400 msemmi fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 jifforma parti mill-kunċett ta’ kumpens ulterjuri skont l-Artikolu 12 tal-imsemmi regolament?

3)

Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 12[(1)] tar-Regolament Nru 261/2004, “[i]l-kumpens mogħti taħt dan ir-Regolament jista’ jiġi mnaqqas minn dan il-kumpens”. Dan l-artikolu tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li jħalli fid-diskrezzjoni tal-qorti nazzjonali d-deċiżjoni li tnaqqas is-somma mogħtija abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 mill-kumpens ulterjuri, jew dan it-tnaqqis huwa obbligatorju?

4)

F’każ li t-tnaqqis ta’ din is-somma ma huwiex obbligatorju, liema huma l-elementi li abbażi tagħhom il-qorti nazzjonali għandha tiddeċiedi li tnaqqas is-somma msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 mill-kumpens ulterjuri?

5)

Id-dannu li jirriżulta mit-telf tas-salarju kkawżat mill-impossibbiltà għall-ħaddiem li jippreżenta ruħu fuq il-post tax-xogħol tiegħu minħabba dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni, b’riżultat ta’ bidla fir-rotta, għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-osservanza tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 8 jew ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 12 flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 261/2014?

6)

L-osservanza tal-obbligu tat-trasportatur tal-ajru li joffri assistenza, konformement mal-Artikolu 4(3) u mal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 261/2004 timplika li l-passiġġier għandu jingħata informazzjoni kompleta dwar il-possibbiltajiet kollha [ta’ rotta differenti], kif stabbilit mill-Artikolu 8(1)(a), (b), u (ċ), tar-Regolament Nru 261/2004?

7)

Għall-finijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 261/2004, fuq min jaqa’ l-oneru li jipprova li l-bidla fir-rotta twettqet mal-ewwel opportunità?

8)

Ir-Regolament Nru 261/2004 jimponi fuq il-passiġġieri obbligu li jwettqu riċerki sabiex jidentifikaw titjiriet oħra lejn id-destinazzjoni tagħhom u li jitolbu lill-kumpannija tal-ajru biex issib postijiet fuq dawn it-titjiriet, jew il-kumpannija tal-ajru hija marbuta li tfittex fuq inizjattiva tagħha l-iktar għażla vantaġġuża għall-passiġġieri, sabiex tpoġġihom fit-triq lejn id-destinazzjoni tagħhom?

9)

Il-fatt li l-passiġġieri aċċettaw il-proposta tal-kumpannija tal-ajru li offritilhom titjira fil-11 ta’ Settembru 2016, filwaqt li dawn setgħu jissupponu li ma kinux ser jitħallsu għall-perijodu li matulu kienu ser ikunu assenti mill-post tax-xogħol tagħhom, huwa ta’ importanza għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu subit minnhom?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Barbara Rust-Hackner vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

(Kawża C-355/18)

(2018/C 294/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Barbara Rust-Hackner

Konvenuta: Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619/KEE (it-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (1), fil-verżjoni tagħha kif emendata permezz tad-Direttiva 92/96/CEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (2), moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ rinunzja għandha tinkludi wkoll indikazzjoni li tgħid li r-rinunzja ma hija suġġetta għal ebda forma partikolari?

2)

Ikun għadu possibbli, minħabba t-trażmissjoni ta’ informazzjoni żbaljata rigward id-dritt ta’ rinunzja, li tiġi ddikjarata r-rinunzja għal kuntratt ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja wkoll wara li dan il-kuntratt ġie xolt (u mixtri mill-ġdid) mid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni?


(1)  Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet intiżi sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE, ĠU 1990, L 330, p. 50.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja), ĠU 1992, L 360, p. 1.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Christian Gmoser vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

(Kawża C-356/18)

(2018/C 294/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Gmoser

Konvenuta: Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619/KEE (It-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (1), fil-verżjoni tagħha kif emendata bid-Direttiva 92/96/KEE (It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (2), moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni relatata mal-fakultà ta’ kanċellazzjoni għandha tinkludi wkoll indikazzjoni li l-kanċellazzjoni ma hija suġġetta għal ebda forma partikolari?

2)

Ikun għadu possibbli, minħabba t-trażmissjoni ta’ informazzjoni żbaljata dwar id-dritt ta’ kanċellazzjoni, li kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja jiġi kkanċellat wara li dan ikun ġie xolt wara avviż ta’ xoljiment (u xiri mill-ġdid) min-naħa tad-detentur tal-polza?


(1)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazjoni diretta għall-ħajja, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE, ĠU 1990, L 330, p. 50.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE u 90/619/KEE (It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja), ĠU 1992, L 360, p. 1.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Bettina Plackner vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

(Kawża C-357/18)

(2018/C 294/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bettina Plackner

Konvenuta: Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619/KEE (It-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (1), fil-verżjoni tagħha kif emendata bid-Direttiva 92/96/KEE (It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (2), moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni relatata mal-fakultà ta’ kanċellazzjoni għandha tinkludi wkoll indikazzjoni li l-kanċellazzjoni ma hija suġġetta għal ebda forma partikolari?


(1)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazjoni diretta għall-ħajja, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE, ĠU 1990, L 330, p. 50.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE u 90/619/KEE (It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja), ĠU 1992, L 360, p. 1.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/23


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2018 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-22 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-80/16, Shire Pharmaceuticals Ireland vs EMA

(Kawża C-359/18 P)

(2018/C 294/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: S. Marino, A. Spina, S. Drosos, T. Jabłoński, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-80/16;

tiċħad ir-rikors għal annullament bħala infondat u;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-EMA tqajjem żewġ aggravji:

1)

L-ewwel aggravju jinqasam f’żewġ partijiet. Fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, l-EMA tosserva li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta, fil-punt 50 tas-sentenza appellata, ikkunsidrat li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament dwar il-prodotti mediċinali orfni (1) għandu jinqara b’mod separat mill-Artikolu 5(2). Tali interpretazzjoni tikser l-Artikolu 5(1) sa fejn tikser l-effettività ta’ din id-dispożizzjoni.

Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-EMA tosserva li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta fil-punt 64 tas-sentenza appellata, ikkunsidrat li l-EMA kellha tibbaża ruħha fuq il-kunċett ta’ prodott mediċinali meta tistabbilixxi, għall-finijiet tal-Artikolu 5(1), jekk talba intiża għad-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni tkun tikkoinċidi ma applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ippreżentata preċedentement.

2)

Fil-kuntest tat-tieni aggravju, l-EMA tosserva li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq qari żbaljat tal-kunċett ta’ prodotti mediċinali, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE (2), sa fejn din qieset li differenza relattiva għall-eċċipjenti u għall-metodi ta’ amministrazzjoni bejn iż-żewġ prodotti kienet tagħmilhom differenti għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament dwar il-prodotti mediċinali orfni.


(1)  Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21).

(2)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Eni SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-364/18)

(2018/C 294/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eni SpA

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Artikolu 6(1) u fis-sitt premessa tad-Direttiva 94/22/KE (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, b’mod partikolari l-paragrafu 5-bis tal-Artikolu 19 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-1996, li, bis-saħħa tal-interpretazzjoni mogħtja mill-Consiglio di Stato bis-sentenza Nru 290/2018, tippermetti li jiġi impost, matul il-ħlas tat-tariffi, il-parametru QE, ibbażat fuq il-kwotazzjonijiet taż-żejt u ta’ kombustibbli oħra, minflok ma jkun ibbażat fuq l-indiċi Pfor, li huwa marbut mal-prezz tal-gass fis-suq għal żmien qasir??


(1)  Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2 p. 262).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Shell Italia E & P SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente

(Kawża C-365/18)

(2018/C 294/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Shell Italia E & P SpA

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Artikolu 6(1) u fis-sitt premessa tad-Direttiva 94/22/KE (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, b’mod partikolari l-paragrafu 5-bis tal-Artikolu 19 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-1996, li, bis-saħħa tal-interpretazzjoni mogħtja mill-Consiglio di Stato bis-sentenza Nru 290/2018, tippermetti li jiġi impost, matul il-ħlas tat-tariffi, il-parametru QE, ibbażat fuq il-kwotazzjonijiet taż-żejt u ta’ kombustibbli oħra, minflok ma jkun ibbażat fuq l-indiċi Pfor, li huwa marbut mal-prezz tal-gass fis-suq għal żmien qasir?


(1)  Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2 p. 262).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – José Manuel Ortiz Mesonero vs UTE Luz Madrid Centro (komposta mill-kumpanniji kummerċjali SICE S.A., Urbalux S.A. ImesAPI S.A. Extralux S.A. u Citelum Ibérica S.A.)

(Kawża C-366/18)

(2018/C 294/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: José Manuel Ortiz Mesonero

Konvenuti: UTE Luz Madrid Centro (komposta mill-kumpanniji kummerċjali SICE S.A., Urbalux S.A. ImesAPI S.A. Extralux S.A. u Citelum Ibérica S.A.)

Domanda preliminari

L-Artikoli 8, 10 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 23 u 33(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikoli 1 u 14(1) tad-Direttiva 2006/54 (1), moqrija fid-dawl tad-Direttiva 2010/18 (2), li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-leave tal-ġenituri, jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 37(6) tal-Estatuto de los Trabajadores (il-Kodiċi tax-Xogħol), li jissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt tal-ħaddiem li jirrikonċilja l-ħajja familjari tiegħu mal-ħajja professjonali tiegħu sabiex jieħu ħsieb b’mod dirett minuri jew membri tal-familja tiegħu li jkunu taħt il-kustodja tiegħu għall-kundizzjoni li fi kwalunkwe każ il-ħaddiem għandu għal dan l-għan inaqqas il-ħin tax-xogħol ordinarju tiegħu u konsegwentement ibati tnaqqis proporzjonali fis-salarju tiegħu?


(1)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).

(2)  Direttiva tal- Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta’ Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU 2010, L 68, p. 13).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – María Teresa Aragón Carrasco, María Eugenia Cotano Montero, María Gloria Ferratges Castellanos, Raquel García Ferratges, Elena Muñoz Mora, Ángela Navas Chillón, Mercedes Noriega Bosch, Susana Rizo Santaella, Desamparados Sánchez Ramos, Lucía Santana Ruiz u Luis Salas Fernández (bħala werriet ta’ Lucía Sánchez de la Peña) vs Administración del Estado

(Kawża C-367/18)

(2018/C 294/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Teresa Aragón Carrasco, María Eugenia Cotano Montero, María Gloria Ferratges Castellanos, Raquel García Ferratges, Elena Muñoz Mora, Ángela Navas Chillón, Mercedes Noriega Bosch, Susana Rizo Santaella, Desamparados Sánchez Ramos, Lucía Santana Ruiz u Luis Salas Fernández (bħala werriet ta’ Lucía Sánchez de la Peña)

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

1)

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Żmien Determinat, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali Spanjola li, fl-Artikolu 12(3) tat-test ikkonsolidat tal-Estatuto del Empleado Público (l-Istatut tas-Servizz Pubbliku) (Real Decreto Legislativo 2/2015, de 30 de octubre) (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 2/2015, tat-30 ta’ Ottubru 2015), tipprevedi l-waqfien liberu mill-funzjonijiet mingħajr allowance u tipprevedi, bil-kontra ta’ dan, fl-Artikolu 49(1)(c) tat-test ikkonsolidat tal-Estatuto del Empleado Público (l-Istatut tas-Servizz Pubbliku) (Real Decreto Legislativo 2/2015, de 30 de octubre) (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 2/2015, tat-30 ta’ Ottubru 2015), allowance meta t-terminazzjoni tal-kuntratt tax-xogħol tkun dovuta għal ċerti kawżi previsti mil-liġi?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, miżura bħal dik stabbilita mil-leġiżlatur Spanjol, li tipprevedi li l-allowance tiġi stabbilita għal tnax-il ġurnata [ta’ salarju] għal kull sena maħduma, li l-ħaddiem jirċievi meta jintemm kuntratt ta’ xogħol temporanju, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, anki meta r-relazzjoni kuntrattwali temporanja kienet limitata għal kuntratt wieħed?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, dispożizzjoni legali li tagħti lill-ħaddiema għal żmien determinat allowance ta’ tnax-il ġurnata [ta’ salarju] għal kull sena maħduma ladarba jintemm il-kuntratt, iżda li teskludi minn din l-allowance lill-imsemmi persunal temporanju meta jkun hemm waqfien liberu mill-funzjonijiet, tmur kontra l-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel (il-Portugall) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Prosa – Produtos e Serviços Agrícolas vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-373/18)

(2018/C 294/36)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prosa – Produtos e Serviços Agrícolas

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Il-paragrafu 26.1 tat-Tariffa Ġenerali relatata mat-Taxxa tal-Boll, skont il-verżjoni emendata bl-Artikolu 3 tad-Digriet Liġi Nru 322-B/2001 tal-14 ta’ Diċembru, sa fejn dan jipprevedi l-applikazzjoni tat-Taxxa tal-Boll fil-kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju (kumpannija b’responsabbiltà limitata), li l-kapital azzjonarju tagħha jitħallas kollu kemm hu fi flus, jikser l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE (1) tas-17 ta’ Lulju 1969, fil-verżjoni emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE (2) tal-10 ta’ Ġunju 1985?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas-17 ta’ Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11).

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Proċeduri kriminali kontra AH et

(Kawża C-377/18)

(2018/C 294/37)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

AH, PB, CX, KM, PH

Domanda preliminari

Ġurisprudenza nazzjonali li, fit-test ta’ ftehim (konkluż fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali), tirrikjedi li jiġu indikati, bħala l-awturi tar-reat kriminali inkwistjoni, mhux biss il-persuna li tkun is-suġġett tal-proċeduri kriminali, li tkun ammettiet il-ħtija tagħha u li tkun ikkonkludiet dan il-ftehim, iżda wkoll il-persuni l-oħra li jkunu s-suġġett tal-proċeduri kriminali, li jkunu l-kompliċi tagħha, li ma jkunux ikkonkludew dan il-ftehim, li ma jkunux ammettew il-ħtija tagħhom, li fir-rigward tagħhom il-proċeduri kriminali jitkomplew b’mod normali u li jkunu qablu, iżda, li l-ewwel persuna msemmija tikkonkludi l-imsemmi ftehim, hija konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1), ikkunsidrat flimkien mal-ewwel sentenza tal-premessa 16 u mal-premessa 17 tad-Direttiva 2016/343 (1)?


(1)  Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, parti oħra fil-proċedura: E.P.

(Kawża C-380/18)

(2018/C 294/38)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Parti oħra fil-proċedura: E.P.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/399 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni li residenza regolari ta’ mhux iktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum intemmet minħabba li l-barrani huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku għandha tkun immotivata mill-fatt li l-aġir personali tal-barrani kkonċernat jikkostitwixxi theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, liema huma l-kundizzjonijiet ta’ motivazzjoni li japplikaw, skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), għad-deċiżjoni li l-barrani jiġi meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku?

L-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha barrani huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku minħabba raġuni waħdanija li ġie stabbilit li l-barrani huwa ssuspettat li wettaq reat?


(1)  Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU 2016, L 77, p. 1).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – G.S., parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-381/18)

(2018/C 294/39)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: G. S.

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/86/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni li tirtira jew li tirrifjuta t-tiġdid ta’ permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku għandha tkun immotivata mill-fatt li l-aġir personali tal-membru tal-familja kkonċernat jikkostitwixxi theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, liema huma l-kundizzjonijiet ta’ motivazzjoni li japplikaw, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/86, għad-deċiżjoni li tirtira jew li tirrifjuta t-tiġdid ta’ permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku?

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja jista’ jiġi rtirat jew l-applikazzjoni għat-tiġdid ta’ dan il-permess tista’ tiġi miċħuda għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jekk il-piena jew il-miżura li għaliha l-membru tal-familja kkonċernat jiġi kkundannat hija twila biżżejjed meta mqabbel mat-tul tar-residenza regolari tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi (“skala mobbli”), meta jitwettaq ibbilanċjar tal-interessi, konformement mal-kriterji identifikati mill-Qorti EDB fis-sentenzi tat-2 ta’ Awwissu 2001, Boultif vs L-Isvizzera, CE:ECHR:2001:0802JUD005427300, u tat-18 ta’ Ottubru 2006, Üner vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, CE:ECHR:2006:1018JUD004641099, bejn l-interessi tal-membru tal-familja kkonċernat sabiex jeżerċita fil-Pajjiżi l-Baxxi d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, minn naħa, u l-interess tal-Istat Olandiż fil-protezzjoni tal-ordni pubbliku, min-naħa l-oħra?


(1)  Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – V.G., parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-382/18)

(2018/C 294/40)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: V.G.

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2003/86/KE (1) u tas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan (C-583/10, EU:C:2012:638), il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal domandi preliminari tal-qorti Olandiża dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva f’tilwima li tikkonċerna applikazzjoni tad-dħul u residenza ta’ membru tal-familja ta’ sponsor li għandu n-nazzjonalità Olandiża, meta din id-direttiva ġiet iddikjarata, fid-dritt Olandiż, applikabbli b’mod dirett u inkundizzjonat għal dan it-tip ta’ membri tal-familja?

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni tad-dħul u residenza ta’ membru tal-familja għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku għandha tkun immotivata mill-fatt li l-aġir personali tal-membru tal-familja kkonċernat jikkostitwixxi theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, liema huma l-kundizzjonijiet ta’ motivazzjoni li japplikaw, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/86, għad-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni tad-dħul u residenza ta’ membru tal-familja għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku?

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha applikazzjoni tad-dħul u residenza ta’ membru tal-familja tista’ tiġi miċħuda għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku fuq il-bażi ta’ kundanni mogħtija matul perijodu preċedenti ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, meta jitwettaq ibbilanċjar tal-interessi, konformement mal-kriterji identifikati mill-Qorti EDB fis-sentenzi tat-2 ta’ Awwissu 2001, Boultif vs L-Isvizzera, CE:ECHR:2001:0802JUD005427300, u tat-18 ta’ Ottubru 2006, Üner vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, CE:ECHR:2006:1018JUD004641099, bejn l-interessi tal-membru tal-familja u tal-isponsor ikkonċernati sabiex jiġi eżerċitat fil-Pajjiżi l-Baxxi d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, minn naħa, u l-interess tal-Istat Olandiż fil-protezzjoni tal-ordni pubbliku, min-naħa l-oħra?


(1)  Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Lublin-Wschód w Lublinie z siedzibą w Świdniku (il-Polonja) fil-11 ta Ġunju 2018 – Lexitor Sp. z o.o vs Spółdzielczej Kasa Oszczędnościowo – Kredytowa im. Franciszka Stefczyka z siedzibą w Gdyni, Santander Consumer Bank S.A. z siedzibą we Wrocławiu, mBank S.A. z siedzibą w Warszawie

(Kawża C-383/18)

(2018/C 294/41)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Lublin-Wschód w Lublinie z siedzibą w Świdniku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lexitor Sp. z o.o

Konvenuti: Spółdzielcza Kasa Oszczędnościowo – Kredytowa im. Franciszka Stefczyka z siedzibą w Gdyni, Santander Consumer Bank S.A. z siedzibą we Wrocławiu, mBank S.A. z siedzibą w Warszawie

Domanda preliminari

L-Artikolu 16(1) moqri flimkien mal-punt g tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li konsumatur, li jkun ħallas minn qabel l-ammont dovut minnu taħt kuntratt ta’ kreditu, għandu dritt għal tnaqqis mill-ispiża totali tal-kreditu, inklużi l-ispejjeż li l-ammont tagħhom ma jiddependix fuq it-tul ta’ dan il-kuntratt ta’ kreditu?


(1)  ĠU 2008 L 133, p. 66.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

(Kawża C-385/18)

(2018/C 294/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Arriva Italia Srl, Ferrotramviairia SpA, Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P)

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

Domanda preliminari

Fiċ-ċirkustanzi fattwali u legali esposti iktar ’il fuq, miżura li tikkonsisti fl-allokazzjoni permezz ta’ liġi ta’ somma ta’ EUR 70 miljun lil operatur fis-settur tat-trasport ferrovjarju, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-Liġi Nru 208 tat-28 ta’ Diċembru 2015 (Artikolu 1(867)), kif emendata bid-Digriet Liġi Nru 50 tal-24 ta’ April 2017, segwita bit-trasferiment minn dan l-operatur favur operatur ekonomiku ieħor, mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti u mingħajr korrispettiv, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE?

Jekk dan huwa l-każ, għandu jiġi stabblilit jekk l-għajnuna inkwistjoni hijiex madankollu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u liema huma l-konsegwenzi fattwali tan-nuqqas ta’ notifika tagħha konformement mal-Artikolu 10[8](3) TFUE?


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Coöperatieve Producentenorganisatie en Beheersgroep Texel UA vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-386/18)

(2018/C 294/43)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coöperatieve Producentenorganisatie en Beheersgroep Texel UA

Konvenuti: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Domandi preliminari

1a)

L-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd “jappoġġa” t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000, jipprekludi lil Stat Membru milli jopponi li organizzazzjoni ta’ produtturi li tkun ippreżentat applikazzjoni għall-għoti ta’ dan l-appoġġ minħabba l-fatt li fil-mument li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, dak l-Istat Membru ma kienx offra l-possibbiltà li applikazzjoni tiġi ssottomessa għal kategorija speċifika ta’ nfiq (f’dan il-każ: l-ispejjeż għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni) jew għal perijodu speċifiku (f’dan il-każ: is-sena 2014) la fil-programm operazzjonali approvat mill-Kummissjoni Ewropea, u lanqas fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-eliġibbiltà tal-infiq?

1b)

Huwa rilevanti, sabiex tingħata risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda, li, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1379/2013, l-organizzazzjoni ta'produtturi hija obbligata li tħejji pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u, wara l-approvazzjoni tal-pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni mill-Istat Membru, timplimenta dan il-pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni?

2)

Jekk ir-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda tkun fis-sens li l-Artikolu 66(1) tar-Regolament Nru 508/2014 jipprekludi lil Stat Membru milli jopponi li organizzazzjoni tal-produtturi, li tkun ippreżentat applikazzjoni għall-għoti ta’ dan l-appoġġ għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, minħabba l-fatt li fil-mument li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, dak l-Istat Membru ma kienx offra l-possibbiltà li applikazzjoni tiġi ssottomessa, l-applikant li jkun applika għall-għoti ta’ dan l-appoġġ jista’ jikseb direttament permezz tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament Nru 508/2014 il-bażi legali meħtieġa għall-ksib ta’ dritt fil-konfront tal-Istat Membru tiegħu sabiex jingħata l-appoġġ inkwistjoni?

3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fis-sens li l-applikant li jkun applika għall-għoti ta’ dan l-appoġġ jista’ jikseb direttament permezz tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament Nru 508/2014 il-bażi legali meħtieġa għall-ksib ta’ dritt fil-konfront tal-Istat Membru tiegħu sabiex jingħata l-appoġġ inkwistjoni, l-Artikolu 65(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, jipprekludi l-għoti ta’ appoġġ għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni fil-każ li l-applikazzjoni għall-għoti ta’ appoġġ tiġi ssottomessa wara li l-pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni jkun tħejja u ġie implimentat?


(1)  GU 2014, L 149, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 88, p. 22.

(2)  GU 2013, L 354, p. 1.

(3)  GU 2013, L 347, p. 320, rettifika fil-ĠU 2016, L 200, p. 140.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Ġunju 2018 – Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

(Kawża C-387/18)

(2018/C 294/44)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Delfarma Sp. z o.o.

Konvenuti: Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 34 u 36 TFUE, jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, li skontha l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, fi Stat Membru, ta’ prodott mediċinali li joriġina minn importazzjoni parallela ma tistax tinħareġ għas-sempliċi raġuni li l-prodott mediċinali li huwa s-suġġett ta’ importazzjoni parallela kien ġie awtorizzat, fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, bħala ekwivalenti għal prodott mediċinali ta’ referenza, jiġifieri abbażi ta’ dokumentazzjoni sommarja, filwaqt li fl-Istat Membru ta’ importazzjoni dan il-prodott mediċinali tqiegħed fis-suq bħala prodott ta’ referenza, jiġifieri abbażi ta’ dokumentazzjoni sħiħa, fejn tali rifjut iseħħ mingħajr stħarriġ tal-identiċità terapewtika fundamentali taż-żewġ prodotti u mingħajr ma l-awtorità nazzjonali titlob – minkejja li teżisti tali possibbiltà – għad-dokumentazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ esportazzjoni?


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Brussels Securities SA vs ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-389/18)

(2018/C 294/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brussels Securities SA

Konvenuta: ir-Renju tal-Belġju

Domanda preliminari

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (1) (sostitwita mit-18 ta’ Jannar 2012 bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (2)), flimkien ma’ sorsi oħra tad-dritt Komunitarju,

għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ awtorità nazzjonali, bħalma huwa l-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1992 u d-Digriet Irjali ta’ Eżekuzzjoni tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-1992, fit-testi applikabbli għas-sena taxxabbli 2011,

peress li intgħażlet sistema ta’ eżenzjoni (astensjoni mill-intaxxar ta’ profitti mqassma riċevuti minn kumpannija omm bħala assoċjata ta’ kumpannija sussidjarja tagħha) li tikkonsisti, inizjalment, fl-inklużjoni tad-dividend imqassam mill-kumpannija sussidjarja fil-bażi taxxabbli tal-kumpannija omm, u, sussegwentement, fit-tnaqqis ta’ dan id-dividend minn din il-bażi taxxabbli f’proporzjon ta’ 95 %, bħala dħul intaxxat b’mod definittiv,

minħabba l-applikazzjoni konġunta, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi ta’ kalkolu tat-taxxa tal-kumpanniji tal-kumpannija omm, ta’ din is-sistema Belġjana ta’ tnaqqis tad-dħul intaxxat b’mod definittiv u (1) ta’ regoli li jirrigwardaw tnaqqis ieħor li jikkostitwixxi benefiċċju fiskali previst minn din il-leġiżlazzjoni (it-tnaqqis għal kapital f’riskju), (2) tad-dritt li jitnaqqas il-bilanċ tat-telf preċedenti li jkun rekuperabbli, (3) tad-dritt li jiġi ttrasferit għas-snin ta’ taxxa sussegwenti, fejn għal sena ta’ taxxa li l-ammont tagħha jkun ikbar minn dak tal-profitti taxxabbli, l-imputazzjoni tal-eċċess tad-dħul intaxxat b’mod definittiv, it-tnaqqis għal kapital b’riskju u l-bilanċ tat-telf preċedenti rekuperabbli, u (4) tal-ordni ta’ imputazzjoni li jipprevedi, matul dawn is-snin ta’ taxxa sussegwenti, li l-imputazzjoni għandha sservi sal-eżawriment tal-profitti taxxabbli, l-ewwel nett, fuq id-dħul intaxxat b’mod definittiv ittrasferit ’il quddiem, imbagħad fuq it-tnaqqis għal kapital f’riskju ttrasferit ’il quddiem (li jista’ biss jiġi ttrasferit ’il quddiem għas-“seba’ perijodi taxxabbli sussegwenti”), imbagħad għall-bilanċ tat-telf preċedenti li jkun rekuperabbli,

twassal għat-tnaqqis, sħiħ jew parzjali, tad-dividendi riċevuti mill-kumpannija sussidjarja, tat-telf li l-kumpannija omm setgħet tnaqqas kieku d-dividendi kienu ġew esklużi purament u sempliċement mill-profitti tas-sena tat-taxxa li fiha nkisbu (bl-effett li jitnaqqas ir-riżultat taxxabbli ta’ din is-sena ta’ taxxa u li żżid, jekk ikun il-każ, it-telf fiskali trasferibbli ’il quddiem), minflok ma tinżamm f’dawk il-profitti u mbagħad tkun suġġetta għal regoli ta’ eżenzjoni u ta’ trasferiment ’il quddiem tal-ammont eżentat f’każ ta’ profitti insuffiċjenti,

jiġifieri t-tnaqqis tal-bilanċ tat-telf preċedenti rekuperabbli tal-kumpanija omm, li jista’ jsir matul is-snin ta’ taxxa wara sena ta’ taxxa li għaliha d-dħul intaxxat definittivament, it-tnaqqis għal kapital b’riskju u l-bilanċ tat-telf rekuperabbli preċedenti jeċċedu l-ammont tal-profitti taxxabbli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147

(2)  ĠU L 345, p. 8.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Ana María Páez Juárez vs Nobel Plastiques Ibérica, S.A.

(Kawża C-397/18)

(2018/C 294/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ana María Páez Juárez

Konvenuta: Nobel Plastiques Ibérica S.A.

Partijiet oħra fil-proċedura: Fondo de Garantía Salarial (FOGASA) u Ministerio Fiscal

Domandi preliminari

1)

Il-ħaddiema li huma rrikonoxxuti bħala partikolarment sensittivi għal ċerti riskji, li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew stat fiżjoloġiku magħruf, huma partikolarment sensittivi għal riskji fuq ix-xogħol u għalhekk ma jistgħux jokkupaw ċerti pożizzjonijiet tax-xogħol peress li dan ikunu ta’ riskju għas-saħħa tagħhom stess jew għal persuni oħra, għandhom jitqiesu bħala persuni b’diżabbiltà għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, id-domandi li ġejjin huma fformulati:

2)

Id-deċiżjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi u ta’ produzzjoni, meta huwa rrikonoxxut li din il-persuna kellha diżabbiltà, minħabba li hija partikolarment sensittiva għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha f’ċerti pożizzjonijiet tax-xogħol minħabba d-difetti fiżiċi tagħha u għalhekk għandha diffikultajiet sabiex tikseb il-livelli ta’ produttività meħtieġa sabiex tevita eventwali tkeċċija, hija att ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta fis-sens tal-Artikolu 2(2) b) tad-Direttiva 2000/78/KE?

3)

It-tkeċċija ta’ ħaddiema għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi u ta’ produzzjoni, meta huwa rrikonoxxut li din il-persuna għandha diżabbiltà, minħabba li hija partikolarment sensittiva għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha f’ċerti pożizzjonijiet tax-xogħol minħabba d-difetti fiżiċi tagħha, u meta d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tittieħed, fost kriterji oħra meħuda inkunsiderazzjoni, abbażi tal-flessibbiltà fil-pożizzjonijiet tax-xogħol kollha, inklużi dawk li l-persuna b’diżabbiltà ma tistax tokkupa, tikkostitwixxi att ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78/KE?

4)

It-tkeċċija ta’ ħaddiema għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi u ta’ produzzjoni, meta huwa rrikonoxxut li għandha diżabbiltà u li għalhekk hija rrikonoxxuta bħala partikolarment sensittiva għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha f’ċerti pożizzjonijiet tax-xogħol minħabba d-difetti fiżiċi tagħha, li rriżultaw f’perijodi twal ta’ assenza jew ta’ leave tal-mard qabel it-tkeċċija u meta d-deċiżjoni ta’ tkeċċija ttieħdet, fost kriterji oħra meħuda inkunsiderazzjoni, abbażi tal-assenteiżmu ta’ din il-ħaddiema, hija att ta’ diskriminazzjoni indiretta fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78/KE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Antonio Bocero Torrico vs Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social

(Kawża C-398/18)

(2018/C 294/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Antonio Bocero Torrico

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social

Domandi preliminari

L-Artikolu 48 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għal pensjoni tal-irtirar antiċipat, li l-ammont tal-pensjoni li għandha tiġi riċevuta għandu jkun ogħla mill-ammont minimu ta’ pensjoni li l-persuna kkonċernata jkollha dritt li tirċievi skont din l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali, meta l-kunċett ta’ “pensjoni li għandha tiġi riċevuta” jinftiehem bħala l-pensjoni effettiva li titħallas unikament mill-Istat Membru kompetenti (f’dan il-każ, Spanja), mingħajr ma tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-pensjoni effettiva li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tirċievi abbażi ta’ benefiċċji oħra tal-istess natura li jitħallsu minn Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra?


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjizi l-Baxxi) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Vereniging Gasopslag Nederland, TAQA Onshore BV, TAQA Piek Gas BV vs Autoriteit Consument en Markt

(Kawża C-399/18)

(2018/C 294/48)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging Gasopslag Nederland, TAQA Onshore BV, TAQA Piek Gas BV

Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt

Domanda preliminari

Tariffa uniformi bbażata fuq il-kapaċità ta’ konnessjoni, li ma toperax distinzjoni skont it-tip ta’ utent tan-netwerk iżda skont il-kapaċità kuntrattwali, hija kompatibbli mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005?


(1)  ĠU 2009, L 211, p. 36, rettifiki fil-ĠU 2009, L 229, p. 29 u fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Praze (Ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Herst, s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-401/18)

(2018/C 294/49)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Herst, s.r.o.

Konvenuta: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

1)

Kull persuna taxxabbli għandha titqies bħala persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 138(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (“id-Direttiva tal-VAT”)? Jekk dan mahuwiex il-każ, għal-liema persuni taxxabbli għandha tapplika din id-dispożizzjoni?

2)

F’każ li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun li l-Artikolu 138(2)(b) tad-Direttiva tal-VAT japplika għal sitwazzjoni bħal dik preżenti fil-kawża prinċipali (li fiha, l-persuna akkwirenti tal-prodotti hija persuna taxxabbli rreġistrata għall-finijiet tat-taxxa), dik id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta l-kunsinna jew it-trasport ta’ dawk il-prodotti jitwettaq skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (2) dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (“id-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa”), provvista konnessa ma’ proċedura skont id-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa għandha titqies bħala provvista intitolata għal eżenzjoni skont dik id-dispożizzjoni, anki jekk ma jkunux issodisfatti fil-kumplament tagħhom, il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni skont l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT, b’kont meħud tal-attribuzzjoni tat-trasport tal-oġġetti lil tranżazzjoini oħra?

3)

F’każ li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun li l-Artikolu 138(2)(b) tad-Direttiva tal-VAT ma japplikax għal sitwazzjoni bħal dik preżenti fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-oġġetti jiġu ttrasportati taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa jikkostitwixxi fatt deċiżiv għad-determinazzjoni tal-kwistjoni dwar ma’ liema mill-provvisti suċċessivi għandu jitqies li huwa marbut it-trasport għall-finijiet tad-dritt għal eżenzjoni mill-VAT taħt l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT?

4)

Id-“dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà” fis-sens tad-Direttiva tal-VAT jiġi akkwistat minn persuna taxxabbli fil-każ li din tixtri oġġetti minn persuna taxxabbli oħra direttament għal konsumtur speċifiku sabiex tissodisfa ordni diġà eżistenti (li tidentifika it-tip ta’ oġġetti, il-kwantità, il-post tal-oriġini u l-ħin tal-kunsinna) fejn din ma titrattax fiżikment hi stess l-oġġetti peress li, fil-kuntest tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ, il-klijent tagħha jkun ftiehem li ser jipprovdi hu għat-trasport tal-oġġetti mill-punt tal-oriġini tagħhom, b’tali mod li l-imsemmija persuna taxxabbli sempliċiment tipprovdi l-aċċess għall-oġġetti rikjesti permezz tal-fornituri tagħha u tikkomunika l-informazzjoni neċessarja għall-aċċettazzjoni tal-oġġetti (għan-nom proprju tagħha jew għan-nom tas-sub-fornitur tagħha fil-katina), u l-profitti tagħha mit-tranżazzjoni jkunu ikkostitwiti mid-differenza bejn il-prezz tal-akkwist u l-prezz tal-bejgħ ta’ tali oġġetti mingħajr l-ispejjeż għat-trasport tal-oġġetti ffatturati fil-katina?

5)

Id-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa tistabbilixxi (pereżempju, fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 17 jew fl-Artikolu 19), direttament jew indirettament permezz ta’ limitu fuq it-trattazzjoni ta’ tali oġġetti, kundizzjonijiet suffiċjenti għat-trasferiment tad-“dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà (suġġetta għad-dazju tas-sisa)” fis-sens tad-Direttiva tal-VAT, b’tali mod li t-teħid ta’ kontroll fuq l-oġġetti taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa minn depożitarju awtorizzat jew minn kunsinnatarju rreġistrat skont il-kundizzjonijiet naxxenti mid-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa għandu jitqies bħala provvista ta’ oġġetti għall-finijet tal-VAT?

6)

F’dan il-kuntest, għall-finijiet tal-kunsiderazzjonijiet għad-determinazzjoni ta’ provvista marbuta ma’ trasport fi ħdan katina ta’ provvista ta’ oġġetti taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa bi trasport uniku, huwa neċessarju li trasport fis-sens tad-Direttiva tal-VAT jitqies bħala li jibda u li jiġi konkluż skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa?

7)

Il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT jew xi prinċipju ieħor tad-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprevjeni l-applikazzjoni tal-priniċpju kostituzzjonali ta’ in dubio mitius fid-dritt nazzjonali, li jobbliga lill-awtoritajiet pubbliċi, f’każ li l-liġijiet ikunu ambigwi u oġġettivament joffru numru ta’ interpretazzjonijiet possibbli, li jagħżlu l-interpretazzjoni li tkun ta’ benefiċċju għall-persuna suġġetta għal-liġi (fil-każ odjern il-persuna taxxabbli għall-VAT)? L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea tal-inqas jekk din tkun limitata għal sitwazzjonijiet li fihom il-fatti rilevanti tal-każ ikunu preċedenti għal interpretazzjoni vinkolanti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar kwistjoni legali kontroversa, li ddeterminat li hija korretta interpretazzjoni oħra li hija inqas favorevoli għall-entità taxxabbli?

Huwa possibbli li jiġi applikat il-prinċipju ta’ in dubio mitius?

8)

Fid-dawl tal-limiti stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-mument meta ġiet eżegwita t-tranżazzjoni taxxabbli (Novembru 2010 sa Mejju 2013) kien possibbli li jitqies li oġġettivament hija legalment inċerta u li toffri żewġ interpretazzjonijiet, dik il-kwistjoni dwar jekk il-kunċett legali ta’ provvista ta’ oġġetti jew trasport ta’ oġġetti għandux (jew le) l-istess kontenut kemm għall-finijiet tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll għall-finijiet tad-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.

(2)  ĠU 2009 L 9, p. 12.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/37


Appell ippreżentat fl-14 ta Ġunju 2018 minn Alcogroup u Alcodis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-274/14, Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-403/18 P)

(2018/C 294/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Alcogroup, Alcodis (rappreżentanti: P. de Bandt, J. Dewispelaere, J. Probst, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Orde van Vlaamse Balies, Ordre des barreaux francophones et germanophone, Ordre français des avocats du barreau de Bruxelles

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-274/15;

tiddikjara l-appell kontra ż-żewġ deċiżjonijiet appellati ammissibbli;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu fuq ir-rikors għal annullament

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni;

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-appellanti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Višje sodišče v Mariboru (is-Slovenja) fil-21 ta’ Ġunju 2018 – Aleš Kuhar, Jožef Kuhar vs Addiko Bank d.d.

(Kawża C-407/18)

(2018/C 294/51)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Mariboru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aleš Kuhar, Jožef Kuhar

Konvenuta: Addiko Bank d.d.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1) tal-5 ta’ April 1993, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, l-imħallef tal-eżekuzzjoni għandu jirrifjuta ex officio l-eżekuzzjoni minħabba klawżola inġusta f’att notarili direttament eżekuttiv (titolu eżekuttiv) f’każ fejn, bħal f’dan il-każ, is-sistema proċedurali ta’ Stat Membru ma toffrix lill-imħallef il-possibbiltà effettiva li jissospendi jew li jiddifferixxi l-eżekuzzjoni forzata (fuq talba tad-debitur jew ex officio) sakemm tingħata deċiżjoni finali dwar in-natura inġusta tal-klawżola fil-kuntest ta’ proċedura kontenzjuża mressqa mid-debitur bħala konsumatur?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/38


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 minn Verein Deutsche Sprache e.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ April fil-Kawża T-468/16, Verein Deutsche Sprache e.V. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-440/18 P)

(2018/C 294/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Verein Deutsche Sprache e.V. (rappreżentant: W. Ehrhardt, avukat)

Partij oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 fil-Kawża T-468/16 u d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali f’isem il-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) tal-10 ta’ Ġunju 2016.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni l-aggravji li ġejjin:

Tmexxija mhux xierqa tal-proċedura mill-Qorti Ġenerali: l-appellanti tqis mhux xieraq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma għamlitx użu mill-istrumenti ta’ informazzjoni tagħha taħt l-Artikolu 24 tal-Istatut u taħt l-Artikoli 88 u 89 tar-Regoli tal-Proċedura. Hija kellha wkoll teżamina f’iktar dettall l-espożizzjoni tal-fatti mill-Kummissjoni, indipendentement mit-talba għall-produzzjoni ta’ provi ppreżentata mir-rikorrenti. Jeżistu elementi suffiċjenti sabiex jiġu kontradetti l-allegazzjonijiet ta’ fatt tal-Kummissjoni.

Trattament żbaljat tal-offerta ta’ prova tal-20 ta’ Frar 2017: l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta ma eżaminatx f’iktar dettall l-ittra ta’ membru tal-persunal xjentifiku tal-università li tinkludi informazzjoni privileġġata, minkejja li l-Qorti Ġenerali kienet ammettiet b’mod espliċitu din l-ittra bħala prova.

L-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali rrifjutat li tisma’ x-xhieda tal-kelliem tal-Kummissjoni, minkejja li d-dokument imsemmi hawn fuq kien jipprovdi elementi suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw smigħ.

Preżunzjoni ta’ legalità mhux applikabbli: l-appellanti ssostni li, bil-kontra tal-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, il-preżunzjoni ta’ legalità żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja ma tapplikax għal sottomissjonijiet ta’ korp tal-Unjoni li, jekk huwa minnu, ikun jikser il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba.

Il-ġurisprudenza dwar l-applikazzjoni tal-preżunzjoni ta’ legalità ċċitata mill-Qorti Ġenerali tikkonċerna każijiet oħra u ma tistax għaldaqstant tiġi trasposta għal din il-kawża.

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-indizji tal-eżistenza ta’ dokumenti oħra: l-appellanti tikkontesta, billi tirrepeti l-argumenti tagħha, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li hija ma pprovdietx indizji konklużivi tal-eżistenza ta’ dokumenti oħra.

Evalwazzjoni żbaljata tal-argumenti tal-appellanti rigward l-obbligu ta’ trasparenza: l-appellanti tosserva li l-Qorti Ġenerali tibda mill-ipoteżi żbaljata ta’ allegazzjoni leċita tal-Kummissjoni rigward l-eżistenza ta’ dokumenti oħra u tinjora għaldaqstant b’mod żbaljat l-argumenti tal-appellanti rigward l-obbligu ta’ trasparenza.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/39


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-443/18)

(2018/C 294/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers, D. Bianchi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1)

tikkonstata li r-Repubblika Taljana

billi naqqset milli tiggarantixxi, fiż-żona ta’ trażżin, it-tneħħija immedjata ta’ mill-inqas il-pjanti kollha infettati mix-Xylella fastidiosa jekk jinsabu fiż-żona infettata sa distanza massima ta’ 20 kilometru mill-fruntiera bejn din iż-żona infettata u l-bqija tat-territorju tal-Unjoni, kissret l-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 7(2)(c) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789 (1);

billi naqqset milli tiggarantixxi, ukoll fiż-żona ta’ trażżin, is-sorveljanza tal-preżenza ta’ Xylella fastidiosa permezz ta’ stħarriġ annwali imwettaq f’mumenti opportuni tas-sena, naqqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 6(7) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789;

billi naqqset barra minn hekk konsistentement li tintervjeni immedjatament biex tevita t-tixrid ta’ Xylella fastidiosa, permezz ta’ ksur sussegwenti tal-obbligi speċifiċi msemmija fid-Deċiżjoni (UE) 2015/789 dwar iż-żoni infettati, liema fatt ippermetta it-tixrid sussegwenti tal-marda, naqqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 6(2), (7) u (9) u tal-Artikolu 7(2)(c) u (7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/789, mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE (2), u mill-obbligu ta’ kooperazzjoni leali fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea;

2)

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-provi fil-pussess tal-Kummissjoni, li huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika Taljana, il-verifiki li twettqu mill-Kummissjoni, l-opinjonijiet xjentifiċi li ħarrġu mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u minn organi oħra, juru investigazzjonijiet tardivi, dewmien kunsiderevoli u nuqqasijiet li jikkonċernaw il-qtugħ tal-pjanti infettati mhux biss fid-data meta ntbagħtet l-opinjoni motivata, iżda li komplew ukoll matul il-preżentata ta’ dan ir-rikors. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li n-nuqqas ta’ osservanza persistenti u ġenerali mill-Italja tal-obbligu li tevita t-tixrid tal-marda msemmija fl-artikoli ċċitati iktar ’il fuq tintwera.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta’ Mejju 2015 fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (notifikata bid-dokument C(2015) 3415) (ĠU L 125 tal-21 ta’ Mejju 2015, p. 36).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 29, p. 258)


Il-Qorti Ġenerali

20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-379/10 RENV u T-381/10 RENV) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Franċiż tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Parteċipazzjoni fl-akkordju ta’ ċerti entitajiet - Evalwazzjoni mill-ġdid tal-provi”))

(2018/C 294/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-379/10 RENV: Keramag Keramische Werke GmbH, li kienet Keramag Keramische Werke AG (Ratingen, il-Ġermanja) u l-ħames rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għas-sentenza. Rikorrenti fil-Kawża T-381/10 RENV: Sanitec Europe Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: P. Lindfelt, K. Struckmann, avukati, u J. Killick, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek u J. Norris-Usher, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 final tat-23 ta’ Ġunju 2010 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju), u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorenti f’dik id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Keramag Keramische Werke GmbH u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi C-613/13 P, T-379/10 RENV u T-381/10 RENV.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – Deluxe Entertainment Services Group vs EUIPI (deluxe)

(Kawża T-222/14) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva deluxe - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nruo207/2009[li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001]”))

(2018/C 294/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Deluxe Entertainment Services Group Inc. (Burbank, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: L. Gellman, solicitor u M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1250/2013-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv deluxe bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deluxe Entertainment Services Group Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Transtec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-616/15) (1)

((“FEŻ - Pajjiżi AKP - Ftehim ta’ Cotonou - Programm ta’ sostenn għall-inizjattivi kulturali fil-pajjiżi Afrikani li jitkellmu bil-Portugiż - Somom imħallsa mill-Kummissjoni lill-entità responsabbli għall-eżekuzzjoni finanzjarja tal-programm fil-Ginea Bissaw - Irkupru wara awditu finanzjarju - Tpaċija ta’ djun - Proporzjonalità - Arrikkiment indebitu - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 294/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Transtec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Aresu u S. Bartelt, sussegwentement minn A. Aresu, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ tpaċija inklużi fl-ittri tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Awwissu, tas-7, tas-16, tat-23 u tal-25 ta’ Settembru 2015, intiżi għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 624 388,73, li tikkorrispondi għall-ammont ta’ parti mill-antiċipi mħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ programm ta’ sostenn għall-inizjattivi kulturali fil-Ginea Bissaw, iffinanzjat mid-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), flimkien mal-interessi moratorji u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb il-ħlas lura tas-somom allegatament marbuta ma’ arrikkiment indebitu kif ukoll għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba l-aġir tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet ta’ tpaċija inklużi fl-ittri tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Awwissu, tas-7, tas-16, tat-23 u tal-25 ta’ Settembru 2015, intiżi għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 624 388,73, li tikkorrispondi għall-ammont ta’ parti mill-antiċipi mħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ programm ta’ sostenn għall-inizjattivi kulturali fil-Ginea Bissaw, iffinanzjat mid-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), flimkien ma’ interessi moratorji, huma parzjalment annullati, sa fejn huma intiżi sabiex jirkupraw is-somma ta’ EUR 312 265,42 li tikkorrispondi għall-ammont ta’ spejjeż li ma humiex eleġibbli identifikati mill-konstatazzjoni finanzjarja Nru 2 tar-rapport ta’ awditu FEŻ 2007/20859 dwar l-istima tal-programm ta’ operat u ta’ għeluq bir-referenza FEŻ/2010/249-005.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni u Transtec għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2018 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-88/17) (1)

(“FAEŻR - L-aħħar sena finanzjarja ta’ implimentazzjoni tal-perijodu ta’ programmazzjoni 2007 – 2013 - Clearance tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri - Deċiżjoni li tiddikjara li ċertu ammont ma jistax jerġa’ jintuża fil-kuntest tal-programm għall-iżvilupp rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura - Metodu ta’ kalkolu - Artikolu 69(5b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Aspettattivi leġittimi”)

(2018/C 294/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. A. Sampol Pucurull u M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u M. Morales Puerta, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2113 tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-aħħar sena tal-eżekuzzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-FAEŻR 2007-2013 (is-16 ta’ Ottubru 2014 — il-31 ta’ Diċembru 2015) (ĠU 2016, L 327, p. 79), li permezz tagħha l-Kummissjoni kkwalifikat bħala “ammont li ma jistax jerġa’ jintuża” l-ammont ta’ EUR 5 364 682,52 fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas ta’ Extremadura.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2018 – RT vs Il-Parlament

(Kawża T-98/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave tal-mard - Artikolu 59(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli interni dwar il-kontroll tal-assenzi matul ix-xogħol u dwar il-kontrolli perjodiċi tal-persistenza tal-mard - Ċertifikat mediku - Assenza ta’ firma u ta’ timbru tat-tabib - Konsultazzjoni medika mill-bogħod permezz tal-internet - Rifjut ta’ aċċettazzjoni”))

(2018/C 294/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RT (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba bis-saħħa tal-Artikolu 270 TFUE intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jippreskrivi leave tal-mard dokument ippreżentat mir-rikorrent fis-27 ta’ Ġunju 2016.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jippreskrivi leave tal-mard dokument ippreżentat minn RT fis-27 ta’ Ġunju 2016 hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129 tal-24.4.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2018 – HF vs Il-Parlament

(Kawża T-218/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Kumitat Konsultattiv dwar il-Fastidju u l-Prevenzjoni tiegħu fuq il-Post tax-Xogħol - Deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ kontradittorju - Ċaħda ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-kumitat konsultattiv u d-depożizzjonijiet ta’ smigħ ta’ xhieda - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli”))

(2018/C 294/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HF (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u li titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-3 ta’ Ġunju 2016 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fil-11 ta’ Diċembru 2014 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu allegatament subit minnha bħala riżultat tal-atti illegali mwettqa minn din l-awtorità fit-trattament ta’ dik it-talba għal assistenza.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati kwart tal-ispejjeż sostnuti minn HF.

3)

HF għandha tbati tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 178, 6.6.2017.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Vienna International Hotelmanagement vs EUIPO (Vienna House u VIENNA HOUSE)

(Kawżi T-402/17 u T-403/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali Vienna House u figurattiva VIENNA HOUSE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001]”))

(2018/C 294/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vienna International Hotelmanagement AG (Vjenna, l-Awstrija) rappreżentant: E. Zrzavy, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każijiet R 333/2016-4 u R 332/2016-4, dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, minn naħa, tas-sinjal verbali Vienna House u, min-naħa l-oħra, tas-sinjal figurattiv VIENNA HOUSE bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-402/17 u T-403/17 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Ir-rikors huma miċħuda.

3)

Vienna International Hotelmanagement AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/46


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2018 – García Ruiz vs Il-Parlament

(Kawża T-322/18)

(2018/C 294/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Faustino-Francisco García Ruiz (Alcorcón, Spanja) (rappreżentant: C. Manzano Ledesma, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tqis li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet hija kkontestata permezz tar-rikors odjern u, wara li tqis li dan ir-rikors huwa ammissibbli, tikkonstata li kien hemm ksur tad-drittijiet, biex b’hekk tiggarantixxi l-interessi tar-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali.

tikkundanna għall-ispejjeż jekk dan ikun xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jallega li:

Dan ir-rikors ġie ppreżentat peress li l-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew ma indirizzatx lir-rikorrent att differenti minn rakkomandazzjoni jew parir, u konsegwentement ma ġiex protett id-dritt tar-rikorrent, bi ksur tat-Trattat konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 232(3) TKE u l-Artikolu 265(3) TFUE.

Id-deċiżjonijiet adottati mill-amministrazzjoni pubblika tal-Comunidad de Madrid (il-Komunità ta’ Madrid) u mill-qrati jikkawżaw preġudizzju lir-rikorrent inkonnessjoni mad-drittijiet u l-interessi kummerċjali tiegħu, bi ksur tad-dritt li jirċievi benefiċċju li jikkumplementa l-pensjoni pubblika rrikonoxxuta mill-Komunità ta’ Madrid.

Id-deċiżjoni amministrattiva tal-Komunità ta’ Madrid u d-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati jiġġeneraw inugwaljanza fit-trattament u diskriminazzjoni fir-rigward tar-riċeviment tal-benefiċċji bejn il-pensjonanti volontarji u mhux volontarji.

Fil-qasam tal-pensjonijiet, l-Unjoni Ewropea hija kompetenti u għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali għandha tissalvagwardja d-dritt tar-rikorrent wara li l-amministrazzjoni pubblika u l-qrati nazzjonali ċaħdu d-dritt mogħti mill-ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni kif ukoll mid-direttivi marbuta mal-ugwaljanza fir-riċeviment tal-benefiċċji, fl-assenza ta’ differenza oġġettiva fattwali jew legali li taffettwa r-riċeviment tal-benefiċċji minn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ pensjonanti.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/47


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – NEC Corporation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/18)

(2018/C 294/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NEC Corporation (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Bachour, Solicitor, O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 finali tal-21 ta’ Marzu 2018, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40136 – Kondensers) sa fejn issib li r-rikorrenti kisret l-Artikolu 101 TFUE/l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE,

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn timponi multa fuq ir-rikorrenti, u/jew

b’mod iktar sussidjarju, teżerċita l-kompetenza sħiħa tagħha sabiex taġġusta l-multa – fid-dawl tal-argumenti esposti fl-ewwel żewġ motivi – għal livell konsistenti mal-liġi, għall-motivazzjoni tal-kunċett legali ta’ reċidivi bħala ċirkustanza aggravanti li tiġġustifika żieda fil-multa li hija proporzjonata, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata fiha żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni, hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-kriterju tar-reċidiva bħala fattur aggravanti meta imponiet multa fuq NEC Corporation, liema multa tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti meta tissuġġerixxi, fl-Artikolu 1, li r-rikorrent stess ipparteċipa fil-ksur identifikat minkejja li dan ma kienx ġie ddikjarat jew saħansitra ssuġġerit fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Barra minn hekk, din il-konstatazzjoni allegatament hija wkoll żbaljata fil-liġi u fil-fatt, u fiha konstatazzjoni u raġunament inkonsistenti peress li allegatament tirrikonoxxi fl-istess ħin (iżda dan tqies bħala irrilevanti) li NEC Corporation ma kinitx taf bil-ksur u tikkunsidra li NEC Corporation hija responsabbli b’mod espliċitu bħala kumpannija omm li (allegatament) ikkontrollat lil Tokin Corporation għal ċertu perijodu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset milli tapplika lil NEC Corporation l-istess tnaqqis fl-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Tokin Corporation u barra minn hekk kellha tapplika il-valur medju tal-bejgħ għall-iffissar tal-multa pjuttost milli bbażat fuq valur ta’ bejgħ mhux rappreżentattiv għall-aħħar sena tal-ksur identifikat. Dawn in-nuqqasijiet iwasslu għal żbalji fil-kalkolu tal-multa u/jew għal multa sproporzjonata (kif ukoll għal nuqqas ta’ motivazzjoni għall-ewwel element peress li ma huwiex espost fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata għaliex l-istess tnaqqis milli jidher ma ġiex applikat għall-ammont bażiku użat għall-multa imposta fuq NEC Corporation).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/48


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2018 – Nichicon Corporation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/18)

(2018/C 294/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nichicon Corporation (Kyoto, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Ablasser-Neuhuber, F. Neumayr, G. Fussenegger u H. Kühnert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 finali tal-21 ta’ Marzu 2018 dwar proċeduri skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40136 – Kondensers) fl-intier tagħha, sa fejn din tapplika għall-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla parzjalment:

a.

l-Artikolu 1(f) tad-deċiżjoni kkontestata, li tikkonstata li r-rikorrenti pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fis-setturi tal-kondensers elettrolitiċi li jkopru ż-ŻEE kollha, li kien jikkonsisti fi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma li kellhom bħala l-għan tagħhom il-koordinazzjoni tal-livell tal-prezzijiet mis-26 ta’ Ġunju 1998 sal-31 ta’ Mejju 2010,

b.

l-Artikolu 2(i) tad-deċiżjoni kkontestata, li jimponi multa ta’ EUR 72 901 000 fuq ir-rikorrenti, u

tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1);

fi kwalunkwe każ, tissostitwixxi l-evalwazzjoni proprja tagħha għal dik tal-Kummissjoni rigward l-ammont tal-multa u tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji materjali ta’ fatt

L-allegati żbalji materjali ta’ fatt jirrigwardaw b’mod partikolari tliet perijodi ta’ żmien ta’ kuntatti. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni b’mod żbaljat għamlet konstatazzjonijiet ta’ fatt li ma humiex stabbiliti b’mod suffiċjenti. Konsegwentement, il-Kummissjoni b’mod żbaljat assumiet li hemm ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala ksur uniku u kontinwu, u l-preżunzjoni tar-responsabbiltà tar-rikorrenti għall- parteċipazzjoni tagħha.

It-tieni motiv jirrigwarda żbalji allegati magħmula mill-Kummissjoni kemm fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kuntatti identifikati bħala ksur uniku u kontinwu u fi-rrigward tar-responsabbiltà tar-rikorrenti għal tali ksur. L-ewwel nett, il-Kummissjoni allegatament naqset milli tistabbilixxi b’mod suffiċjenti fid-dritt il-portata ta’ ksur uniku u kontinwu. It-tieni nett, il-Kummissjoni allegatament żbaljat meta żammet lir-rikorrenti responsabbli għal kuntatti li għalihom ma pparteċipatx. It-tielet nett, il-Kummissjoni b’mod żbaljat ikkonkludiet li l-ksur kompla mingħajr interruzzjoni qabel is-7 ta’ Novembru 2003. Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni allegatament żbaljat meta kkonstatat li r-rikorrenti hija responsabbli għall-parteċipazzjoni kontinwa fi ksur uniku u kontinwu wara l-10 ta’ Novembru 2008. Bħala konsegwenza, għall-Kummissjoni tapplika l-preskrizzjoni sabiex timponi sazjonijiet fuq ir-rikorrenti. Il-ħames lok, il-Kummissjoni allegatament b’mod żbaljat qieset li l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fi ksur uniku u kontinwu kien kompla minkejja d-distanza espliċita li żammet.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-iffissar tal-multa

Fir-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti tressaq allegati żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-iffissar tal-multa. L-ewwel nett, il-Kummissjoni allegatament kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-multi meta b’mod żbaljat ħadet il-valur kollu tal-bejgħ fiż-ŻEE bħala l-bażi għall-kalkolu tal-multa. It-tieni u t-tielet nett, meta ddeterminat b’mod żbaljat il-koeffiċjent ta’ gravità u l-ammont addizzjonali, il-Kummissjoni allegatament kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni kif ukoll il-prinċipju ta’ ne bis in idem. Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni allegatament kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, billi allegatament il-multa ma tirriflettix debitament il-parteċipazzjoni limitata tar-rikorrenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-linji gwida għall-kalkolu tal-multi meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni, bħala ċirkustanzi mitiganti tar-rikorrenti, jekk kien hemm, in-negliġenza tar-rikorrenti u r-rwol limitat u l-aġir kompetittiv tagħha.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

Il-ħames motiv jikkonċerna l-ksur allegat tal-Kummissjoni tal-forom proċedurali sostanzjali fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE billi ma pprovdietx lil Nichicon b’dikjarazzjoni supplimentari tal-oġġezzjonijiet, u billi stabbilixxiet terminu qasir wisq sabiex tiddefendi ruħha.


(1)  Regoloment tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/50


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2018 – Tokin Corporation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/18)

(2018/C 294/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tokin Corporation (Sendai, il-Ġappun) (rappreżentanti: C. Thomas, T. Yuen u M. Perez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 tal-21 ta’ Marzu 2018 sa fejn timponi multa ta’ EUR 5 036 000 fuq Tokin Corporation in solidum ma’ NEC Corporation;

tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Tokin Corporation fl-Artikolu 2(f) ta’ din id-deċiżjoni, in solidum ma’ NEC Corporation;

tannulla l-Artikolu 2(g) ta’ din id-deċiżjoni sa fejn timponi multa ta’ EUR 8 814 000 fuq Tokin Corporation;

tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Tokin Corporation fl-Artikolu 2(g) ta’ dik id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament peress li bbażat fuq l-2011 u l-2012 bħala l-perijodu ta’ riferiment għad-determinazzjoni tal-valur tagħha tal-bejgħ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-prinċipju ta’ responsabbiltà personali billi applikat tnaqqis tal-ammont bażiku tal-multa minħabba ċirkustanzi attenwanti, minflok ma tnaqqas il-koeffiċjent tal-gravità użat sabiex tikkalkula l-ammont bażiku, fir-rigward ta’ aspett tal-ksur li għalih ir-rikorrenti instab li kienet responsabbli.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/51


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Rubycon u Rubycon Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/18)

(2018/C 294/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rubycon Corp. (Ina, il-Ġappun) u Rubycon Holdings Co. Ltd (Ina) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés, A. Federle u M. Relange, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 finali tal-21 ta’ Marzu 2018, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każ AT.40136 – Kondensers – sa fejn tikkonċerna lil Rubycon, b’mod partikolari l-Artikolu 1(h), l-Artikolu 2(k), l-Artikolu 2(l) u l-Artikolu 4;

tordna tnaqqis sostanzjali tal-multa imposta fuq Rubycon skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għal livell li ma jkunx diskriminatorju u tiġi ppremjata l-livell ta’ kooperazzjoni ta’ Rubycon;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti lil Rubycon il-benefiċċju ta’ “immunità parzjali” taħt il-punt 26 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (1) minħabba l-gravità ikbar tal-ksur.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex motivata b’mod suffijċjenti u hija vvizzjata bi żball ta’ liġi rigward il-konklużjoni tal-Kummissjoni li ma tiddevjax mil-Linji Gwida dwar il-metodu għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (2) u li ma tagħtix lil Rubycon tnaqqis supplimentari tal-multa bi ksur tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar il-proporzjonalità u l-ugwaljanza fit-trattament u l-prinċipju li l-penalitajiet għandhom ikunu speċifiċi għal min jikkommetti l-ksur u għall-ksur.


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU 2006, C 298, p. 17).

(2)  Linji Gwida dwar il-metodu għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 201, p. 2).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/51


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Ukrselhosprom PCF and Versobank vs BĊE

(Kawża T-351/18)

(2018/C 294/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ukrselhosprom PCF LLC (Solone, l-Ukrajna) u Versobank AS (Talinn, l-Estonja) (rappreżentanti: O. Behrends, L. Feddern u M. Kirchner, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ECB/SSM/2018-EE-1 WHD-2017-0012, tas-26 ta’ Marzu 2018, li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ Versobank AS;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-BĊE għall-finijiet ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni li tirrigwarda l-likwidazzjoni ta’ Versobank AS.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma għamilx l-analiżi tiegħu tal-kwistjonijiet bażillari dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus tal-kapitali (LBC) u l-finaznjament tat-terroriżmu (FT).

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE la eżamina u lanqas evalwa b’attenzjoni u b’mod imparzjali l-provi kollha ta’ fatt, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-riskji LBC/FT u l-osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE ċaħad b’mod żbaljat possibbiltajiet oħra, b’mod partikolari dik tal-bejgħ ta’ Versobank jew dik li jagħżel il-likwidazzjoni volontarja.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE wettaq użu ħażin tal-poter.

9.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tad-dritt tas-smigħ.

10.

L-għaxar motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tad-drittijiet tad-difiża.

11.

Il-ħdax-il motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma mmotivax b’mod suffiċjenti d-deċiżjoni.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/52


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-363/18)

(2018/C 294/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nippon Chemi-Con Corporation (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: H. Niemeyer, M. Röhrig, D. Schlichting u I. Stoicescu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha jew parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Marzu 2018 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40136 – Kondensers);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(g) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Marzu 2018;

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2(g) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Marzu 2018 billi teżerċita l-kompetenza sħiħa tagħha skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament 1/2003;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-dritt tagħha għal smigħ billi ma tagħtiex aċċess għad-dokumenti kollha fil-fajl li għalih hija rreferiet fid-deċiżjoni kkontestata, billi naqset milli tipprovdi l-provi kollha li jiskaġunawha, billi ma ppreżentat l-ebda dikjarazzjoni supplimentari ta’ oġġezzjonijiet sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet tad-dikjarazzjoni oriġinali tal-oġġezzjonijiet minflok ittra ta’ fatti u billi ma tatx aċċess adegwat għall-minuti tal-laqgħat mal-partijiet l-oħra.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset milli tipproduċi provi preċiżi u konsistenti ta’ ksur li jaffettwa ż-ŻEE matul it-tul kollu tal-ksur allegat.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tipproduċi provi preċiżi u konsistenti ta’ ksur b’impatt fuq iż-ŻEE għat-tul kollu tal-ksur allegat, b’mod partikolari għal-laqgħat tal-ECC (1998-2003) u għal-laqgħat trilaterali u dawk multilaterali u l-impatt tagħhom fuq iż-ŻEE bejn l-2009 u l-2012.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq li ma kienx hemm provi biżżejjed ta’ ksur uniku u kontinwu.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni allegatament ma wrietx l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu li jkopri t-tipi kollha ta’ laqgħat allegati fir-rigward tal-kondensers elettrolitiċi tal-aluminju u l-kondensers elettrolitiċi tat-tantalu kollha għal perijodu ta’ erbatax-il sena u b’impatt fuq iż-ŻEE, sa fejn ma ddefinixxietx, b’mod suffiċjenti fid-dritt, pjan ġenerali li jsegwi għan antitikompetittiv ekonomiku wieħed, u lanqas ma wriet li kien hemm rabta supplimentari bejn id-diversi laqgħat .

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li ma kien hemm l-ebda ksur minħabba l-għan.

Il-Kummissjoni allegatament naqset li turi li l-aġir anti-kompetittiv kienet ksur skont l-għan sa fejn l-allegati skambji dwar prezzijiet futuri u informazzjoni dwar kunsinni matul il-laqgħat u l-kuntatti rilevanti għaż-ŻEE kienu sporadiċi u limitati ħafna fil-portata tagħhom.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni b’mod żbaljat ukoll iddikjarat ukoll li għandha kompetenza fuq l-allegat ksur peress li naqset li tipproduċi provi biżżejjed li jorbtu l-ksur allegat maż-ŻEE. Il-Kummissjoni allegatament injorat il-provi li, essenzjalment, ebda wieħed mill-kuntatti bilaterali u trilaterali ma kellu xi effett fuq il-bejgħ liż-ZEE peress li l-kuntatti ffukaw fuq klijenti mhux Ewropej. Il-Kummissjoni allegatament ma wrietx li l-manifatturi tal-kondensers Ġappuniżi ipparteċipaw fil-laqgħat bil-għan li titnaqqas il-kompetizzjoni fiż-ŻEE.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-multi (2) u l-prinċipji fundamentali għall-kalkolu tal-multi, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-multi u l-prinċipji fundamentali dwar il-kalkolu tal-multi, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità meta qieset valur sproporzjonat tal-bejgħ u meta injorat ir-rabtiet limitati tal-ksur allegat maż-ŻEE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)

(2)  Linji Gwida dwar il-metodu tal-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/54


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Intas Pharmaceuticals vs EUIPO – Laboratorios Indas (INTAS)

(Kawża T-380/18)

(2018/C 294/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intas Pharmaceuticals Ltd (Ahmedabad, l-Indja) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Indas, SA (Pozuelo de Alarcón, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “INTAS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 153 811

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ April 2018 fil-Każ R 815/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

alternattivament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni għandha tiġi rrinvjata quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni biex terġa tikkunsidra l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża u ta’ dawk ikkaġunati minn din il-kawża, u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

alternattivament, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent flimkien u in solidum għall-ispejjeż tal-kawża u ta’ dawk ikkaġunati minn din il-kawża, u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/55


Rikors ippreżentat fis-26 ta Ġunju 2018 – Sta*Ware EDV Beratung vs EUIPO – Accelerate IT Consulting (businessNavi)

(Kawża T-383/18)

(2018/C 294/69)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sta*Ware EDV Beratung GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bölling u M. Graf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Accelerate IT Consulting GmbH (Ahlen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni businessNavi – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 155 698

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 434/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni tas-16 ta’ Frar 2017 (Kanċellazzjoni Nru 12 336 C) u ddikjarat li t-trade mark tal-Unjoni Nru 9 155 698 businessNavi (trade mark figurattiva) għandha tibqa’ rreġistrata għas-servizzi li ġejjin fil-klassi 42:

Aġġornament tas-softwer informatiku, konsulenza fil-qasam tal-ħardwer informatiku, konsulenza tas-softwer informatiku, analiżijiet tas-sistemi tal-informatika, disinn tas-sistemi tal-informatika, ġestjoni tad-data f’servers, servizzi ta’ pprogrammar informatiku, konsulenza informatika (servizzi tal-informazzjoni dwar it-teknoloġija), ipprogrammar informatiku, konsulenza dwar il-ħardwer u s-softwer, implimentazzjoni ta’ programmi tal-informatika f’netwerks, installazzjoni u manutenzjoni ta’ softwer għall-aċċess għall-internet, installazzjoni ta’ programmi tal-informatika, konfigurazzjoni ta’ netwerks tal-informatika bl-użu ta’ softwer, monitoraġġ tal-prestazzjoni u analiżi tal-operazzjonijiet tan-netwerk, ġestjoni tas-server, ġestjoni ta’ proġett tekniku fil-qasam tal-ipproċessar informatiku;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 58(1)(a) u 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mar-Regola 22(3) u (4) u r-Regola 40(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/56


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Iccrea Banca vs Il-Kummissjoni u BUR

(Kawża T-386/18)

(2018/C 294/70)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo (Roma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Messina, F. Isgrò u A. Dentoni Litta, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/ES/SRF/2018/03 tat-12 ta’ April 2018 u, fejn applikabbli, l-Annessi tagħha, kif ukoll id-deċiżjonijiet l-oħra kollha eventwali tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li għadhom mhux magħrufa, li kienu l-bażi tad-deċiżjonijiet tal-Banca d’Italia (il-Bank Ċentrali tal-Italja) Nru 0517765/18 tas-27 ta’ April 2018 u Nru 0646641/18 tat-28 ta’ Mejju 2018;

tikkumpensa, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, lil ICCREA Banca għad-danni li hija sofriet minħabba l-ħlasijiet ikbar li kellha twettaq, danni kkawżati mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta’ determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet dovuti mir-rikorrenti;

sussidjarjament, u fil-każ li t-talbiet magħmula iktar il-fuq jiġu miċħuda, tiddikjara li l-Artikolu 5(1)(a) u (f) tiegħu huwa invalidu (jew, jekk ikun il-każ li r-Regolament fl-intier tiegħu huwa invalidu), peress li jmur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ trattament ugwali, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità;

f’kull każ, tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/ES/SRF/2018/03 tat-12 ta’ April 2018 u l-Annessi tagħha, kif ukoll id-deċiżjonijiet l-oħra kollha tal-istess Bord, li għadhom mhux magħrufa, li servew sabiex jiġu ddeterminati, fir-rigward tar-rikorrenti, il-kontribuzzjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (1)

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ investigazzjoni, fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti, fuq ksur u applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 5 tar-Regolament UE/63/2015, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ amministrazzjoni tajba.

F’dan ir-rigward qed jiġi allegat li l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni wettaq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(a) tar-Regolament 63/2015 fid-determinazzjoni tal-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet dovuti mir-rikorrenti sa fejn huwa ma ħax inkunsiderazzjoni l-applikazzjoni tal-obbligazzjonijiet intragrupp.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ investigazzjoni, fuq evalwazzjoni żbaljata tas-sitwazzjoni fattwali, fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(f) tar-Regolament UE/63/2015, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ amministrazzjoni tajba.

F’dan ir-rigward qed jiġi allegat li l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni wettaq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(f) tar-Regolament UE/63/2015 billi ħoloq sitwazzjoni ta’ kalkolu doppju.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-aġir ta’ korp tal-Unjoni li jagħti lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ din tal-aħħar, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li l-aġir tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jissodisfa l-elementi kollha li sa minn dejjem kienu meħtieġa mill-ġurisprudenza Eweopea sabiex issir tali talba, jiġifieri l-illegalità tal-aġir ikkontestat tal-istituzzjonijiet, dannu effettiv u rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament u inċidentalment, fuq ksur tal-prinċipji ta’ effettività, ta’ ekwivalenza u ta’ trattament ugwali, li jwasslu għall-inapplikabbiltà tar-Regolament UE/2015/63.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tallega li l-eventwali nuqqas ta’ qbil bejn l-imsemmi regolament u s-sitwazzjoni tar-rikorrenti jikser il-prinċipji msemmija iktar ’il fuq sa fejn, minn naħa, persuni li jinsabu fl-istess sitwazzjoni fattwali ta’ ICCREA huma suġġetti għal tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet, fatt li jaggrava illegalment is-sitwazzjoni tar-rikorrenti u li għandu bħala konsegwenza li sitwazzjonijiet analogi jkollhom jiġu trattati b’mod differenti.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal- 21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni(ĠU 2015 L 11, p. 44)


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/57


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2018 – Mellifera vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/18)

(2018/C 294/71)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mellifera e. V., Vereinigung für wesensgemäße Bienenhaltung (Rosenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Willand, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2018) 2087165, tad-19 ta’ April 2018, innotifikata lir-rikorrenti fl-istess jum;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej:

Ksur tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tal-imsemmi regolament u mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (2)

Ir-rikorrenti ssostni li t-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva “glifosat” jikkostitwixxi att amministrattiv li jista’ jkun is-suġġett ta’ eżami mill-ġdid fil-proċedura prevista fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006.

Barra minn hekk, hija ssostni, b’mod partikolari, li t-tiġdid tal-approvazzjoni jikkostitwixxi “miżura ta’ portata individwali”, peress li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ approvazzjoni, deċiżjoni tittieħed fil-konfront tal-applikant.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva “glifosat” kellha tingħata biss flimkien ma’ restrizzjonijiet u kundizzjonijiet xierqa bl-għan li tiġi protetta l-biodiversità.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tilmenta dwar difetti fil-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva “glifosat”.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).

(2)  Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/58


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2018 – TrekStor vs EUIPO (Theatre)

(Kawża T-399/18)

(2018/C 294/72)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: O. Spieker, A. Schönfleisch, u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Theatre” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 374 886

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2018 fil-Każ R 2238/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/59


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (PDF Expert)

(Kawża T-404/18)

(2018/C 294/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Igor Zhadanov (Odessa, l-Ukrajna) (rappreżentant: P. Olson, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni PDF expert – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 257 735

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ April 2018 fil-Każ R 1813/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra l-applikazzjoni għat-trade matk tal-Unjoni Ewropea Nru 16 257 735 għall-prodotti li ġejjin: “software tal-applikazzjonijiet tal-informatika għall-kompjuters personali, telefons mobbli u prodotti elettroniċi mobbli oħrajn, b’mod partikolari, software għall-wiri, l-editjar u l-amministrazzjoni ta’ dokumenti PDF”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

il-Bord tal-Appell wettaq żball billi ma rrikonoxxiex in-natura partikolari tal-prodotti li saret applikazzjoni għalihom;

il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-provi meta kkonkluda li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha ma kellhiex karattru distintiv miksub permezz tal-użu.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/59


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – Holmer Dahl vs BUR

(Kawża T-405/18)

(2018/C 294/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Helene Holmer Dahl (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, A. Sellés Marco, C. Iglesias Megías u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-dannu mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżulta tal-azzjonijiet u tal-omissjonijiet kollha tiegħu li ċaħduha mill-azzjonijiet f’BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A., li kienu proprjetà tagħha;

tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti bħala ammont ta’ kumpens għad-danni subiti (l-“ammont dovut”);

għad-danni materjali, l-ammont totali ta’ EUR 160 558,41 għad-deprezzament fil-valur tal-azzjonijiet ta’ Banco Popular; u

għad-danni morali, ammont ta’ EUR 160 558,41 jew kull ammont li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq;

tordna li jiġi inkrementat l-ammont dovut permezz ta’ interessi kumpensatorji, mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiġi inkrementat dan l-ammont flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata din is-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (2017, C 424, p. 42).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/60


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – mobile.de vs EUIPO – Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” (mobile.ro)

(Kawża T-412/18)

(2018/C 294/75)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: mobile.de GmbH (Dreilinden, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” (Sofija, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni mobile.ro – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 838 542

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 111/2015-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 64(2) u (3), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, moqri flimkien mal-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u mal-Artikolu 8(2)(a)(ii), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 4(3) TUE, moqri flimkien mal-prinċipju legali stipulat fl-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 207/2009 u mal-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/61


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Portigon vs BUR

(Kawża T-413/18)

(2018/C 294/76)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener u V. Jungkind, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ April 2018, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante tal-2018 għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek (SRB/ES/SRF/2018/03), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka 7 motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-420/17, Portigon vs BUR (1).


(1)  ĠU 2017, C 277, p. 56.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/62


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-415/18)

(2018/C 294/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Silgan Closures GmbH (München, il-Ġermanja) u Silgan Holdings Inc. (Stamford, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Seeliger, Y. Gürer, R. Grafunder u V. Weiss, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni għal Spezzjoni C (2018) 2173 finali tas-6 ta’ April 2018, innotifikata fl-24 ta’ April 2018;

tannulla kull miżura meħuda abbażi tal-ispezzjoni mwettqa fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni illegali;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tirritorna l-kopji kollha tad-dokumenti prodotti bħala parti mill-ispezzjoni u meħuda minnha, taħt piena ta’ annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni eventwalment meħuda mill-Kummissjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża essenzjali u tal-prinċipji proċedurali

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jilmentaw b’mod partikolari li l-Bundeskartellamt (l-Uffiċċju Federali għall-Kompetizzjoni, il-Ġermanja) ipprovda lill-Kummissjoni b’informazzjoni li r-rikorrenti kienu għamlu disponibbli lill-Uffiċċju Federali għall-Kompetizzjoni sabiex jikkooperaw ma’ dan tal-aħħar fil-kuntest tal-proċedura nazzjonali li kienet għaddejja sa mill-2014, u li għalhekk ma kellhiex tiġi kkomunikata matul l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-Deċiżjoni għal Spezzjoni u deskrizzjoni sproporzjonalment wiesgħa u mhux speċifika tal-għan tal-ispezzjoni (“fishing expedition”) kif ukoll l-assenza ta’ indizji suffiċjenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-ordni li ssir spezzjoni minħabba l-investigazzjonijiet u l-istadju li fih waslet il-proċedura quddiem l-Uffiċċju Federali għall-Kompetizzjoni la kienet neċessarja u lanqas xierqa.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter

Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-ordni ta’ spezzjoni hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet irrilevanti. Din hija kooperazzjoni illegali bejn l-Uffiċċju Federali għall-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tissanzjona impriżi li setgħu ma jiġux issanzjonati fil-livell nazzjonali minħabba lakuni fil-leġiżlazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ kompetenza tal-Kummissjoni u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti joġġezzjonaw il-fatt li l-Uffiċċju Federali għall-Kompetizzjoni ma kienx jidher li kien f’pożizzjoni li jmexxi l-proċeduri pendenti quddiemu fuq bażi regolari u ma kien hemm l-ebda raġuni għalfejn il-proċedura, minħabba l-portata jew l-effetti tagħha, kellha titmexxa aħjar fil-livell tal-Unjoni f’stadju daqstant tardiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/63


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – Bauer Radio vs EUIPO – Weinstein (MUSIKISS)

(Kawża T-421/18)

(2018/C 294/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bauer Radio Ltd (Peterborough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Messenger, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simon Weinstein (Vjenna, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MUSIKISS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 317 616

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 510/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/64


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 – Fissler vs EUIPO (vita)

(Kawża T-423/18)

(2018/C 294/79)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fissler GmbH (Idar-Oberstein, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hasselblatt u K. Middelhoff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “vita” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 857 188

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1326/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.