ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 285

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
13 ta' Awwissu 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 285/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 285/02

Kawża C-557/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Qabda u żamma ta’ għasafar ħajjin — Speċi li jagħmlu parti mill-familja tal-għasafar tal-għana — Projbizzjoni — Sistema derogatorja nazzjonali — Setgħa ta’ deroga tal-Istati Membri — Kundizzjonijiet)

2

2018/C 285/03

Kawża C-5/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta Ġunju 2018 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni (UE) 2015/1814 — Determinazzjoni tal-bażi legali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tal-att — Assenza — Artikolu 192(1) TFUE — L-ewwel subparagrafu (c) tal-Artikolu 192(2) TFUE — Miżuri ta’ effett sinjifikattiv tal-għażla ta’ Stat Membru bejn diversi sorsi ta’ enerġija u fuq l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Artikolu 15 TUE — Kompetenzi tal-Kunsill Ewropew — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Analiżi tal-impatt)

3

2018/C 285/04

Kawża C-15/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht vs Ewald Baumeister (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2004/39/KE — Artikolu 54(1) — Portata tal-obbligu ta’ sigriet professjonali li jaqa’ fuq l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza finanzjarja — Kunċett ta’ informazzjoni kunfidenzjali)

3

2018/C 285/05

Kawża C-181/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Sadikou Gnandi vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu f’soġġorn irregolari — Direttiva 2008/115/KE — Il-punt 2 tal-Artikolu 3 — Kunċett ta’ soġġorn irregolari — Artikolu 6 — Adozzjoni ta’ deċiżjoni li tordna r-ritorn qabel l-eżitu tal-azzjoni kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali mill-awtorità responsabbli — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 18, Artikolu 19(2) u Artikolu 47 — Prinċipju ta’ non-refoulement — Dritt għal rimedju effettiv — Awtorizzazzjoni li jibqa’ fi Stat Membru)

4

2018/C 285/06

Kawża C-480/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Fidelity Funds et vs Skatteministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti — Restrizzjonijiet — Tassazzjoni tad-dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) — Dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS mhux residenti — Eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS residenti — Ġustifikazzjonijiet — Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Koerenza tas-sistema fiskali — Proporzjonalità)

5

2018/C 285/07

Kawża C-543/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/676/KEE — Artikolu 5(5) u (7) — Punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II — Punti 1 sa 3 tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 tal-Anness III — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Insuffiċjenza tal-miżuri fis-seħħ — Miżuri addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa — Reviżjoni tal-programm ta’ azzjoni — Limitazzjoni tal-applikazzjoni — Fertilizzazzjoni bbilanċjata — Perijodi ta’ applikazzjoni — Kapaċità tal-kontenituri tal-ħażna tad-demel — Applikazzjoni fuq l-artijiet b’xaqliba wieqfa u fuq uċuħ iffriżati jew koperti bil-borra)

6

2018/C 285/08

Kawża C-681/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Pfizer Ireland Pharmaceuticals, Operations Support Group vs Orifarm GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Liġi dwar il-Privattivi — Atti ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-2003, l-2005 u l-2012 — Mekkaniżmu Speċifiku — Applikabbiltà għall-importazzjonijiet paralleli — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Prodott protett b’ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fi Stat Membru u kkummerċjalizzat mill-proprjetarju tal-privattiva bażika fi Stat Membru ieħor — Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrjali — Assenza ta’ privattiva bażika fl-Istati Membri ġodda — Regolament (KE) Nru 1901/2006 — Estensjoni tal-perijodu ta’ protezzjoni)

7

2018/C 285/09

Kawża C-1/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di Appello di Torino – l-Italja) – Petronas Lubricants Italy SpA vs Livio Guida (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nruo44/2001 — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol — Artikolu 20(2) — Persuna li timpjega li ġiet imħarrka quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih hija ddomiċiljata — Kontrotalba tal-persuna li timpjega — Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni)

8

2018/C 285/10

Kawża C-20/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – kawża mressqa minn Vincent Pierre Oberle (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 650/2012 — Artikolu 4 — Ġurisdizzjoni ġenerali ta’ qorti ta’ Stat Membru sabiex tiddeċiedi dwar suċċessjoni fl-intier tagħha — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-ġurisdizzjoni internazzjonali fir-rigward tal-istabbiliment ta’ ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni — Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni)

8

2018/C 285/11

Kawża C-108/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vilniaus apygardos administracinis teismas – il-Litwajna) – UAB Enteco Baltic vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 143(1)(d) u Artikolu 143(2) — Eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni — Importazzjoni segwita b’kunsinna intra-Komunitarja — Kundizzjonijiet — Prova tal-ispedizzjoni jew tat-trasport tal-merkanzija lejn Stat Membru ieħor — Trasport taħt l-iskema ta’ sospensjoni ta’ dazji tas-sisa — Trasferiment tas-setgħa li wieħed jiddisponi mill-merkanzija lix-xerrej — Frodi fiskali — Assenza ta’ obbligu tal-awtorità kompetenti sabiex tgħin lill-persuna taxxabbli tiġbor l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi prodotta prova li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni huma ssodisfatti)

9

2018/C 285/12

Kawża C-307/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Mejju 2017 – EUflight.de GmbH vs TUIfly GmbH

10

2018/C 285/13

Kawża C-311/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Jeannine Wieczarkowiecz vs TUIfly GmbH

11

2018/C 285/14

Kawża C-316/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Rainer Hadamek et vs TUIfly GmbH

11

2018/C 285/15

Kawża C-317/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Gerhard Schneider u Christa Schneider vs TUIfly GmbH

11

2018/C 285/16

Kawża C-353/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Iris Michardt u Detlef Michardt vs TUIfly GmbH

12

2018/C 285/17

Kawża C-354/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Birgit Förg vs TUIfly GmbH

12

2018/C 285/18

Kawża C-355/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Lutz Leupolt vs TUIfly GmbH

12

2018/C 285/19

Kawża C-356/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Johannes Büker u Ursula Münsterteicher vs TUIfly GmbH

13

2018/C 285/20

Kawża C-357/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Lydia Wieczorek u Paul Wieczorek vs TUIfly GmbH

13

2018/C 285/21

Kawża C-358/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Walter Langguth u Elke Langguth vs TUIfly GmbH

13

2018/C 285/22

Kawża C-359/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Marcel Lutz et vs TUIfly GmbH

14

2018/C 285/23

Kawża C-360/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Nicole Hofmann vs TUIfly GmbH

14

2018/C 285/24

Kawża C-361/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Ole Feuser vs TUIfly GmbH

14

2018/C 285/25

Kawża C-362/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Boris Feuser vs TUIfly GmbH

15

2018/C 285/26

Kawża C-394/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Ines Ewen vs TUIfly GmbH

15

2018/C 285/27

Kawża C-403/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Lulju 2017 – Petra Nünemann vs TUIfly GmbH

15

2018/C 285/28

Kawża C-409/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2017 – Barbara Yvette Müller et vs TUIfly GmbH

16

2018/C 285/29

Kawża C-429/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Lulju 2017 – Bially et vs TUIfly GmbH

16

2018/C 285/30

Kawża C-274/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeits- und Sozialgericht Wien (l-Awstrija) fit-23 ta’ April 2018 – Minoo Schuch-Ghannadan vs Medizinische Universität Wien

16

2018/C 285/31

Kawża C-282/18 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2018 minn The Green Effort Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-794/17, The Green Effort Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

17

2018/C 285/32

Kawża C-289/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ April 2018 – KAMU Passenger & IT Services GmbH vs Türk Hava Yollari A.O. – T.H.Y. Turkish Airlines

19

2018/C 285/33

Kawża C-299/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2018 – Stefan Neldner vs Eurowings GmbH

19

2018/C 285/34

Kawża C-301/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Bonn (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Meju 2018 – Thomas Leonhard vs DSL Bank

20

2018/C 285/35

Kawża C-322/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2018 – Schiaffini Travel SpA vs Comune di Latina

20

2018/C 285/36

Kawża C-324/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Mejju 2018 – Sicilville Srl vs Comune di Brescia

21

2018/C 285/37

Kawża C-332/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2018 minn Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-542/11 RENV, Alouminion tis Ellados VEAE vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

2018/C 285/38

Kawża C-333/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Lombardi Srl vs Comune di Auletta et

23

2018/C 285/39

Kawża C-337/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Via Lattea Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

23

2018/C 285/40

Kawża C-338/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Cooperativa Novalat Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

24

2018/C 285/41

Kawża C-339/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Veneto Latte Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

25

2018/C 285/42

Kawża C-347/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-28 ta’ Mejju 2018 – Avv. Alessandro Salvoni vs Anna Maria Fiermonte

26

2018/C 285/43

Kawża C-352/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Reus (Spanja) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Jaime Cardus Suárez vs Catalunya Caixa S.A.

26

2018/C 285/44

Kawża C-368/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de paix du troisième canton de Charleroi (il-Belġju) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Frank Casteels vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

27

2018/C 285/45

Kawża C-369/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de paix du troisième canton de Charleroi (il-Belġju) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Giovanni Martina vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

28

2018/C 285/46

Kawża C-372/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Nancy (Franza) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Ministre de l’Action et des Comptes publics vs Raymond Dreyer u martu

29

2018/C 285/47

Kawża C-376/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Slovenské elektrárne a.s. vs Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

30

2018/C 285/48

Kawża C-384/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

31

2018/C 285/49

Kawża C-434/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

31

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 285/50

Kawża T-309/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 – Adis Higiene vs EUIPO – Farecla Products (G3 EXTRA PLUS)

33

2018/C 285/51

Kawża T-330/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2018 – Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

34

2018/C 285/52

Kawża T-337/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2018 – Laboratoire Pareva vs Il-Kummissjoni

36

2018/C 285/53

Kawża T-347/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni

37

2018/C 285/54

Kawża T-355/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Spanja vs Il-Kummissjoni

38

2018/C 285/55

Kawża T-374/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2018 – Labiri vs KESE

38

2018/C 285/56

Kawża T-385/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Aldi vs EUIPO – Crone (CRONE)

39

2018/C 285/57

Kawża T-387/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Delta-Sport vs EUIPO – Delta Enterprise (DELTA SPORT)

40

2018/C 285/58

Kawża T-389/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2018 – Nonnemacher vs EUIPO – Ingram (WKU)

41

2018/C 285/59

Kawża T-390/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2018 – Nonnemacher vs EUIPO – Ingram (WKU WORLD KICKBOXING AND KARATE UNION)

41

2018/C 285/60

Kawża T-392/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta Ġunju 2018 – Innocenti vs EUIPO – Gemelli (Innocenti)

42

2018/C 285/61

Kawża T-398/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Pielczyk vs EUIPO – Thalgo TCH (DERMAEPIL SUGAR EPIL SYSTEM)

43

2018/C 285/62

Kawża T-410/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni

44


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 285/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 276, 6.8.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 268, 30.7.2018

ĠU C 259, 23.7.2018

ĠU C 249, 16.7.2018

ĠU C 240, 9.7.2018

ĠU C 231, 2.7.2018

ĠU C 221, 25.6.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-557/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Qabda u żamma ta’ għasafar ħajjin - Speċi li jagħmlu parti mill-familja tal-għasafar tal-għana - Projbizzjoni - Sistema derogatorja nazzjonali - Setgħa ta’ deroga tal-Istati Membri - Kundizzjonijiet))

(2018/C 285/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: A. Buhagiar, aġent, J. Bouckaert, advocaat, L. Cassar Pullicino, avukat)

Dispożittiv

1)

Billi adottat sistema derogatorja li tippermetti l-insib għal seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana selvaġġi (l-isponsun, Fringilla coelebs, il-ġojjin, Carduelis cannabina, il-gardell, Carduelis carduelis, il-verdun, Carduelis chloris, taż-żebbuġ, Coccothraustes coccothraustes, l-apparell, Serinus serinus u l-ekru, Carduelis spinus), ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(a) u (e) u tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, moqrija flimkien mal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 7, 11.1.2016.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta Ġunju 2018 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-5/16) (1)

((Rikors għal annullament - Deċiżjoni (UE) 2015/1814 - Determinazzjoni tal-bażi legali - Teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tal-att - Assenza - Artikolu 192(1) TFUE - L-ewwel subparagrafu (c) tal-Artikolu 192(2) TFUE - Miżuri ta’ “effett sinjifikattiv” tal-għażla ta’ Stat Membru bejn diversi sorsi ta’ enerġija u fuq l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Artikolu 15 TUE - Kompetenzi tal-Kunsill Ewropew - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Analiżi tal-impatt))

(2018/C 285/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Rudzińska, aġenti, assistiti minn I. Tatarewicz, ekspert)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Tamás u A. Pospíšilová Padowska, aġenti], Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [rappreżentanti: M. Simm, A. Sikora, u K. Pleśniak, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. Wolff, J. Nymann-Lindegren u C. Thorning, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Gavela Llopis u M. A. Sampol Pucurull, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, G. de Bergues, J. Traband, T. Deleuil u S. Ghiandoni, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren u L. Swedenborg, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, A. C. Becker, E. White u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht vs Ewald Baumeister

(Kawża C-15/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2004/39/KE - Artikolu 54(1) - Portata tal-obbligu ta’ sigriet professjonali li jaqa’ fuq l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza finanzjarja - Kunċett ta’ “informazzjoni kunfidenzjali”))

(2018/C 285/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht

Konvenut: Ewald Baumeister

fil-preżenza ta’: Frank Schmitt, bħala mandatarju likwidatur ta’ Phoenix Kapitaldienst GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni kollha dwar l-impriża ssorveljata u kkomunikata minnha lill-awtorità kompetenti, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet kollha ta’ din l-awtorità li jinsabu fil-fajl ta’ sorveljanza tagħha, inkluża l-korrispondenza tagħha ma’ dipartimenti oħrajn, ma tikkostitwixxix, b’mod inkundizzjonat, informazzjoni kunfidenzjali, koperta, għaldaqstant, mill-obbligu li jinżamm is-sigriet professjonali previst f’din id-dispożizzjoni. Taqa’ taħt din il-klassifikazzjoni l-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet innominati mill-Istati Membri sabiex jissodisfaw il-funzjonijiet previsti minn din id-direttiva li, l-ewwel nett, ma hijiex ta’ natura pubblika u li, it-tieni nett, l-iżvelar tagħha jista’ jimmina l-interessi tal-persuna fiżika jew ġuridika li pprovdietha jew ta’ terzi, jew anki l-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kontroll tal-attività tal-impriżi ta’ investiment li l-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa meta adotta d-Direttiva 2004/39.

2)

L-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39 għandu jiġi interpretat fis-sens li n-natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni dwar l-impriża ssorveljata u kkomunikata lill-awtoritajiet innominati mill-Istati Membri sabiex jissodisfaw il-funzjonijiet previsti minn din id-direttiva għandha tiġi evalwata fid-data tal-eżami li dawn l-awtoritajiet huma msejħa jagħmlu sabiex jiddeċiedu fuq it-talba għal żvelar li tirrigwarda l-imsemmija informazzjoni, indipendentement mill-klassifikazzjoni tagħha matul il-komunikazzjoni tagħha lill-imsemmija awtoritajiet.

3)

L-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet innominati mill-Istati Membri sabiex jissodisfaw il-funzjonijiet previsti minn din id-direttiva li setgħet tikkostitwixxi sigrieti tan-negozju, iżda li ilha ħames snin jew iktar, titqies, bħala prinċipju, minħabba li għadda ż-żmien, bħala storika u li tkun tilfet, minħabba dan il-fatt, in-natura sigrieta tagħha sakemm, b’mod eċċezzjonali, il-parti li tinvoka din in-natura ma turix li, minkejja li hija antika, din l-informazzjoni għadha tikkostitwixxi element essenzjali tal-pożizzjoni kummerċjali tagħha jew ta’ dik ta’ terzi kkonċernati. Tali kunsiderazzjonijiet ma japplikawx għall-informazzjoni miżmuma minn dawn l-awtoritajiet, li l-kunfidenzjalità tagħha tista’ tiġi ġġustifikata minn raġunijiet differenti mill-importanza tagħha għall-pożizzjoni kummerċjali tal-impriżi kkonċernati.


(1)  ĠU C 111, 29.03.2016.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Sadikou Gnandi vs État belge

(Kawża C-181/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu f’soġġorn irregolari - Direttiva 2008/115/KE - Il-punt 2 tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “soġġorn irregolari” - Artikolu 6 - Adozzjoni ta’ deċiżjoni li tordna r-ritorn qabel l-eżitu tal-azzjoni kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali mill-awtorità responsabbli - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 18, Artikolu 19(2) u Artikolu 47 - Prinċipju ta’ non-refoulement - Dritt għal rimedju effettiv - Awtorizzazzjoni li jibqa’ fi Stat Membru))

(2018/C 285/05)

Lingwa tal-kawża: li-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sadikou Gnandi

Konvenut: État belge

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqrija flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, u fid-dawl tal-prinċipju ta’ non-refoulement u tad-dritt għal rimedju effettiv, stabbiliti fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 19(2) u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tordna r-ritorn skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115, fil-konfront ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, miċ-ċaħda ta’ din l-applikazzjoni mill-awtorità responsabbli jew b’mod kumulattiv magħha fl-istess att amministrattiv u, għaldaqstant, qabel l-eżitu tal-azzjoni ġudizzjarja kontra din iċ-ċaħda, bil-kundizzjoni, b’mod partikolari, li l-Istat Membru kkonċernat jiżgura li l-effetti legali kollha tad-deċiżjoni li tordna r-ritorn jiġu sospiżi sal-eżitu ta’ din l-azzjoni, li dan l-applikant ikun jista’, matul dan il-perijodu, jibbenefika mid-drittijiet li jirriżultaw mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil u li jkun jista’ jinvoka kull bidla fiċ-ċirkustanzi li sseħħ wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tordna r-ritorn, li jista’ jkollha effett sinjifikattiv fuq l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata fid-dawl tad-Direttiva 2008/115, b’mod partikolari tal-Artikolu 5 tagħha, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Fidelity Funds et vs Skatteministeriet

(Kawża C-480/16) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti - Restrizzjonijiet - Tassazzjoni tad-dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) - Dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS mhux residenti - Eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS residenti - Ġustifikazzjonijiet - Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Koerenza tas-sistema fiskali - Proporzjonalità”))

(2018/C 285/06)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fidelity Funds et

Konvenut: Skatteministeriet

fil-preżenza ta’: NN (L) SICAV

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li abbażi tagħha d-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti f’dan l-Istat Membru lil impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) mhux residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, filwaqt li d-dividendi ddistribwiti lil UCITS residenti f’dan l-istess Stat Membru huma eżentati mill-ħlas ta’ tali taxxa, bil-kundizzjoni li din l-impriża tipproċedi b’distribuzzjoni minima lid-detenturi ta’ ishma tagħha, jew tikkalkola teknikament distribuzzjoni minima, u timponi taxxa fuq tali distribuzzjoni minima reali jew fittizja fuq id-detenturi ta’ ishma tagħha.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-543/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/676/KEE - Artikolu 5(5) u (7) - Punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II - Punti 1 sa 3 tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 tal-Anness III - Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Insuffiċjenza tal-miżuri fis-seħħ - Miżuri addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa - Reviżjoni tal-programm ta’ azzjoni - Limitazzjoni tal-applikazzjoni - Fertilizzazzjoni bbilanċjata - Perijodi ta’ applikazzjoni - Kapaċità tal-kontenituri tal-ħażna tad-demel - Applikazzjoni fuq l-artijiet b’xaqliba wieqfa u fuq uċuħ iffriżati jew koperti bil-borra))

(2018/C 285/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u M. Wolff, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx miżuri addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa sa minn meta deher li l-miżuri tal-programm ta’ azzjoni Ġermaniż kienu insuffiċjenti u billi ma rrevedietx dan il-programm ta’ azzjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(5) u (7) tad-Direttiva tal-kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, kif emendata bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1137/2008, tat-22 ta’ Ottubru 2008, moqri flimkien mal-punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II kif ukoll mal-punti 1 sa 3 tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 tal-Anness III ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 9.01.2017


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Pfizer Ireland Pharmaceuticals, Operations Support Group vs Orifarm GmbH

(Kawża C-681/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Liġi dwar il-Privattivi - Atti ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-2003, l-2005 u l-2012 - Mekkaniżmu Speċifiku - Applikabbiltà għall-importazzjonijiet paralleli - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Prodott protett b’ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fi Stat Membru u kkummerċjalizzat mill-proprjetarju tal-privattiva bażika fi Stat Membru ieħor - Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrjali - Assenza ta’ privattiva bażika fl-Istati Membri ġodda - Regolament (KE) Nru 1901/2006 - Estensjoni tal-perijodu ta’ protezzjoni))

(2018/C 285/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfizer Ireland Pharmaceuticals, Operations Support Group

Konvenuta: Orifarm GmbH

Dispożittiv

1)

Il-mekkaniżmi speċifiċi previsti fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV tal-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Islovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea fil-Kapitolu 1 tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea u fil-Kapitolu 1 tal-Anness IV tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jippermettu lill-proprjetarju ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, maħruġ fi Stat Membru minbarra l-Istati Membri ġodda msemmija minn dawn l-Atti ta’ Adeżjoni, joġġezzjona għall-importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali li jkun ġej minn dawn l-Istati Membri ġodda f’sitwazzjoni li fiha l-ordinamenti ġuridiċi ta’ dawn l-aħħar Stati kienu jipprevedu l-possibbiltà ta’ kisba ta’ protezzjoni ekwivalenti mhux fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-privattiva bażika, iżda fid-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għall-privattiva bażika u/jew tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fl-Istat Membru ta’ importazzjoni, b’tali mod li kien impossibbli għall-proprjetarju li jikseb privattiva u ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari ekwivalenti fl-Istati ta’ esportazzjoni.

2)

Il-mekkaniżmi speċifiċi previsti fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV tal-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Islovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea, fil-Kapitolu 1 tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea u fil-Kapitolu 1 tal-Anness IV tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għall-estensjoni prevista fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di Appello di Torino – l-Italja) – Petronas Lubricants Italy SpA vs Livio Guida

(Kawża C-1/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nruo44/2001 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol - Artikolu 20(2) - Persuna li timpjega li ġiet imħarrka quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih hija ddomiċiljata - Kontrotalba tal-persuna li timpjega - Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni))

(2018/C 285/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Petronas Lubricants Italy SpA

Konvenut: Livio Guida

Dispożittiv

L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkonferixxi lill-persuna li timpjega d-dritt li tressaq, quddiem il-qorti adita b’mod regolari bit-talba prinċipali mressqa minn ħaddiem, kontrotalba bbażata fuq kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu konkluż bejn il-persuna li timpjega u d-detentur inizjali tal-kreditu f’data sussegwenti għat-tressiq tat-talba oriġinali.


(1)  ĠU C 112, 10.04.2017.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – kawża mressqa minn Vincent Pierre Oberle

(Kawża C-20/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Artikolu 4 - Ġurisdizzjoni ġenerali ta’ qorti ta’ Stat Membru sabiex tiddeċiedi dwar suċċessjoni fl-intier tagħha - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-ġurisdizzjoni internazzjonali fir-rigward tal-istabbiliment ta’ ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni - Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni”))

(2018/C 285/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vincent Pierre Oberle

Dispożittiv

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, minkejja li d-deċedut ma kellux, fil-mument tal-mewt tiegħu, ir-residenza abitwali tiegħu f’dak l-Istat Membru, il-qrati ta’ dan tal-aħħar jibqa’ jkollhom il-ġurisdizzjoni sabiex joħorġu ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni, fil-kuntest ta’ suċċessjoni b’implikazzjonijiet transkonfinali, fejn il-proprjetà tas-suċċessjoni tkun tinsab fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru jew jekk id-deċedut kellu n-nazzjonalità ta’ dak l-istess Stat Membru.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vilniaus apygardos administracinis teismas – il-Litwajna) – UAB “Enteco Baltic” vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-108/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 143(1)(d) u Artikolu 143(2) - Eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni - Importazzjoni segwita b’kunsinna intra-Komunitarja - Kundizzjonijiet - Prova tal-ispedizzjoni jew tat-trasport tal-merkanzija lejn Stat Membru ieħor - Trasport taħt l-iskema ta’ sospensjoni ta’ dazji tas-sisa - Trasferiment tas-setgħa li wieħed jiddisponi mill-merkanzija lix-xerrej - Frodi fiskali - Assenza ta’ obbligu tal-awtorità kompetenti sabiex tgħin lill-persuna taxxabbli tiġbor l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi prodotta prova li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni huma ssodisfatti))

(2018/C 285/11)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Enteco Baltic”

Konvenut: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 143(1)(d) u l-Artikolu 143(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/69/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jirrifjutaw l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni għas-sempliċi raġuni li, wara bidla fiċ-ċirkustanzi li seħħet wara l-importazzjoni, il-prodotti inkwistjoni ġew ikkunsinnati lil persuna taxxabbli differenti minn dik li n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tagħha kien indikat fid-dikjarazzjoni ta’ importazzjoni, filwaqt li l-importatur ikkomunika l-informazzjoni kollha dwar l-identità tax-xerrej il-ġdid lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni, bil-kundizzjoni li jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet sostantivi għall-eżenzjoni tal-kunsinna intra-Komunitarja sussegwenti jkunu effettivament issodisfatti.

2)

L-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2009/69, moqri flimkien mal-Artikolu 138 u l-Artikolu 143(2)(c) ta’ din id-direttiva, kif emendata, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

dokumenti, li jikkonfermaw it-trasport ta’ merkanzija minn maħżen tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ importazzjoni għal destinazzjoni, mhux tax-xerrej, iżda ta’ maħżen tat-taxxa fi Stat Membru ieħor, jistgħu jitqiesu bħala prova suffiċjenti tal-ispedizzjoni jew tat-trasport ta’ din il-merkanzija lejn Stat Membru ieħor.

dokumenti bħal noti ta’ spedizzjoni bbażati fuq il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għall-Ġarr Stradali Internazzjonali ta’ Merkanzija, iffirmata f’Genève fid-19 ta’ Mejju 1956, kif emendata bil-Protokoll tal-5 ta’ Lulju 1978, u dokumenti amministrattivi elettroniċi għall-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa tal-merkanzija jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit li, fil-mument tal-importazzjoni fi Stat Membru, il-merkanzija inkwistjoni hija intiża li tintbagħat jew tiġi ttrasportata lejn Stat Membru ieħor, fis-sens tal-Artikolu 143(2)(c) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata, sakemm l-imsemmija dokumenti huma ppreżentati f’dan il-mument u jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa. Dawn id-dokumenti, bħall-konfermi elettroniċi tal-kunsinna tal-prodotti u r-rapport tar-riċeviment maħruġ wara moviment taħt sospensjoni tad-dazji tas-sisa huma ta’ natura li jistabbilixxu li l-imsemmija merkanzija effettivament intbagħtet jew ġiet ittrasportata lejn Stat Membru ieħor, konformement mal-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata.

3)

L-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2009/69, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jirrifjutaw lil importatur il-benefiċċju tad-dritt għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud, previst f’din id-dispożizzjoni, għall-importazzjonijiet ta’ merkanzija li huwa jkun wettaq f’dan l-Istat Membru li ġew segwiti b’kunsinna intra-Komunitarja, għar-raġuni li din il-merkanzija ma ġietx ittrasferita direttament lix-xerrej, iżda ttieħdet minn impriżi ta’ trasport jew imħażen tat-taxxa li dan tal-aħħar indika, meta s-setgħa li wieħed jiddisponi mill-imsemmija merkanzija bħala proprjetarju ġiet ittrasferita, mill-importatur, lix-xerrej. F’dan il-kuntest, il-kunċett ta’ “provvista ta’ merkanzija”, fis-sens tal-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva, kif emendata, għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal fil-kuntest tal-Artikolu 167 tal-imsemmija direttiva, kif emendata.

4)

L-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2009/69, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika amministrattiva skont liema, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-benefiċċju tad-dritt għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni huwa rrifjutat lill-importatur ta’ bona fide, meta l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni tal-kunsinna intra-Komunitarja sussegwenti ma humiex issodisfatti minħabba frodi fiskali mwettqa mix-xerrej, sakemm ma jiġix stabbilit li l-importatur kien jaf jew missu kien jaf li t-tranżazzjoni kienet involuta fi frodi mwettqa mix-xerrej u li ma ħax il-miżuri raġonevoli kollha li seta’ jieħu sabiex jevita l-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-frodi. Is-sempliċi fatt li l-importatur u x-xerrej ikkomunikaw permezz ta’ komunikazzjoni elettronika ma jistax iwassal għall-preżunzjoni li l-importatur kien jaf jew seta’ kien jaf li huwa kien qiegħed jipparteċipa f’tali frodi.

5)

L-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2009/69, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma humiex obbligati, meta jeżaminaw it-trasferiment tas-setgħa li wieħed jiddisponi mill-merkanzija bħala proprjetarju, li jiġbru informazzjoni li l-awtoritajiet pubbliċi biss jistgħu jaċċedu għaliha.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Mejju 2017 – EUflight.de GmbH vs TUIfly GmbH

(Kawża C-307/17)

(2018/C 285/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EUflight.de GmbH

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Jeannine Wieczarkowiecz vs TUIfly GmbH

(Kawża C-311/17)

(2018/C 285/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jeannine Wieczarkowiecz

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Rainer Hadamek et vs TUIfly GmbH

(Kawża C-316/17)

(2018/C 285/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rainer Hadamek, Heike Hadamek, Florian Hadamek, Carina Hadamek

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Gerhard Schneider u Christa Schneider vs TUIfly GmbH

(Kawża C-317/17)

(2018/C 285/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerhard Schneider, Christa Schneider

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Iris Michardt u Detlef Michardt vs TUIfly GmbH

(Kawża C-353/17)

(2018/C 285/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Iris Michardt, Detlef Michardt

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Birgit Förg vs TUIfly GmbH

(Kawża C-354/17)

(2018/C 285/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Birgit Förg

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Lutz Leupolt vs TUIfly GmbH

(Kawża C-355/17)

(2018/C 285/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lutz Leupolt

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Johannes Büker u Ursula Münsterteicher vs TUIfly GmbH

(Kawża C-356/17)

(2018/C 285/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Johannes Büker, Ursula Münsterteicher

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Lydia Wieczorek u Paul Wieczorek vs TUIfly GmbH

(Kawża C-357/17)

(2018/C 285/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lydia Wieczorek, Paul Wieczorek

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Walter Langguth u Elke Langguth vs TUIfly GmbH

(Kawża C-358/17)

(2018/C 285/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Walter Langguth, Elke Langguth

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Marcel Lutz et vs TUIfly GmbH

(Kawża C-359/17)

(2018/C 285/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marcel Lutz, Janine Lutz, Michelle Lutz, Sarah Lutz

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Nicole Hofmann vs TUIfly GmbH

(Kawża C-360/17)

(2018/C 285/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nicole Hofmann

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Ole Feuser vs TUIfly GmbH

(Kawża C-361/17)

(2018/C 285/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ole Feuser

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Boris Feuser vs TUIfly GmbH

(Kawża C-362/17)

(2018/C 285/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Boris Feuser

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Ines Ewen vs TUIfly GmbH

(Kawża C-394/17)

(2018/C 285/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ines Ewen

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Lulju 2017 – Petra Nünemann vs TUIfly GmbH

(Kawża C-403/17)

(2018/C 285/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Petra Nünemann

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2017 – Barbara Yvette Müller et vs TUIfly GmbH

(Kawża C-409/17)

(2018/C 285/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Barbara Yvette Müller, Stefanie Müller, Michelle Müller

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Lulju 2017 – Bially et vs TUIfly GmbH

(Kawża C-429/17)

(2018/C 285/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bially et

Konvenuta: TUIfly GmbH

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2018.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeits- und Sozialgericht Wien (l-Awstrija) fit-23 ta’ April 2018 – Minoo Schuch-Ghannadan vs Medizinische Universität Wien

(Kawża C-274/18)

(2018/C 285/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeits- und Sozialgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minoo Schuch-Ghannadan

Konvenuta: Medizinische Universität Wien

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ pro rata temporis previst fil-punt 2 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time (1), ikkunsidrat flimkien mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst fil-punt 1 tal-klawżola 4, japplika għal dispożizzjoni leġiżlattiva li tipprevedi li t-tul totali tar-relazzjonijiet ta’ xogħol konsekuttivi ta’ ħaddiem jew ta’ ħaddiema ta’ università Awstrijaka, impjegat jew impjegata fil-kuntest ta’ proġetti ffinanzjati minn terzi jew ta’ proġetti ta’ riċerka, huwa ta’ 6 snin għall-ħaddiema impjegati full-time iżda ta’ 8 snin fil-każ ta’ attività part-time u, barra minn hekk, estensjoni ġdida waħda ta’ tul totali li jista’ jilħaq l-10 snin għall-impjegati full-time u 12-il sena fil-każ ta’ attività part-time, hija awtorizzata jekk ikun hemm ġustifikazzjoni oġġettiva, b’mod partikolari sabiex jitkomplew jew jitlestew proġetti ta’ riċerka jew ta’ pubblikazzjoni?

2)

Dispożizzjoni leġiżlattiva bħal dik deskritta fl-ewwel domanda tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta minħabba s-sess fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid), meta, fost il-ħaddiema impjegati kollha li għalihom tapplika din id-dispożizzjoni, din tal-aħħar tikkonċerna perċentwali kunsiderevolment ikbar ta’ nisa milli ta’ rġiel?

3)

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (2) dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid), għandu jiġi interpretat fis-sens li mara li, fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva bħal dik deskritta fl-ewwel domanda, tinvoka diskriminazzjoni indiretta minħabba s-sess, għar-raġuni li numru kunsiderevolment ikbar ta’ nisa milli ta’ rġiel huma impjegati part-time, għandha tistabbilixxi n-natura verosimili ta’ din iċ-ċirkustanza, b’mod partikolari l-fatt li minn perspettiva ta’ statistika huma n-nisa li huma l-iktar ikkonċernati, billi tippreżenta statistika preċiża jew fatti preċiżi u billi tipproduċi provi adegwati?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.

(2)  ĠU 2006, L 204, p. 23.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/17


Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2018 minn The Green Effort Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-794/17, The Green Effort Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-282/18 P)

(2018/C 285/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: The Green Effort Ltd (rappreżentant: A. Ziehm, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Frar 2018 (Kawża T-794/17), fl-intier tagħha.

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tannulla r-revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrata bin-Nru 9 528 001;

tiċħad l-applikazzjoni għar-revoka tad-drittijiet

tilqa’ t-talba tagħha għal restitutio in integrum;

tikseb u tagħmel riferiment għad-dokumenti tal-proċedimenti ta’ annullament 12343 C, 10757 C, 10524 C, kif ukoll tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 002165119; B 002199274; B 002344565; B 002367038; B 002513086, u B 002513151;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-applikant għall-annullament sabiex ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka s-sitt aggravji li ġejjin, li skonthom id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kienet fondata fuq l-ewwel aggravju, u t-tieni sas-sitt aggravji juru li d-deċiżjoni hija infondata għal raġunijiet oħra.

L-ewwel aggravju: ksur tal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni Nru 17-4 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tas-16 ta’ Awwissu 2017 dwar il-komunikazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi.

L-argumenti insostenn tal-appell: Il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li notifika għandha titqies li seħħet fil-ħames jum tal-kalendarju mill-jum li fih id-dokument ikun inħoloq mis-sistemi tal-EUIPO. Għal din ir-raġuni l-Qorti Ġenerali b’mod skorrett ikkalkolat il-perijodu għat-tressiq tal-kawża kontra d-deċiżjoni tal-11 ta’ Settembru 2017 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO.

It-tieni aggravju: l-appell għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-drittijiet tal-appellanti għaliex it-talba għar-revoka mill-applikant għall-annullament ma kinitx ammissibbli minħabba mala fide u stqarrija tal-fatti skorretta.

It-tielet aggravju: l-appell għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-drittijiet tal-appellanti għaliex il-prova ta’ użu ġenwin tal-proprjetarju ġiet ippreżentata lill-EUIPO fit-termini legali skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (1).

Ir-raba’ aggravju: l-appell għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-drittijiet tal-appellanti għaliex il-prova ta’ użu ġenwin tal-proprjetarju ġiet ippreżentata lill-EUIPO fit-termini stabbiliti mill-EUIPO.

Il-ħames aggravju: l-appell għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-drittijiet tal-appellanti għaliex, jekk l-EUIPO naqas milli jirċievi l-prova tal-użu ġenwin permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew permezz ta’ trażmissjoni bil-faks, dan kien minħabba nuqqasijiet tekniċi f’dawk is-sistemi.

Is-sitt aggravju: l-aggravju għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-dirttijiet tal-appellanti għaliex l-EUIPO, u sussegwentement it-Tieni Bord tal-Appell, b’mod żbaljat ċaħdu t-talba tal-appellanti għal restitutio in integrum.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ April 2018 – KAMU Passenger & IT Services GmbH vs Türk Hava Yollari A.O. – T.H.Y. Turkish Airlines

(Kawża C-289/18)

(2018/C 285/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KAMU Passenger & IT Services GmbH

Konvenuta: Türk Hava Yollari A.O. – T.H.Y. Turkish Airlines

Domanda preliminari

Titjira konnessa bit-tluq mill-ajruport ta’ destinazzjoni tat-titjira preċedenti, li passiġġier irriżerva flimkien mal-ewwel titjira u li għaliha huwa rċieva biss billjet b’numru ta’ billjet wieħed, għandha titqies, fid-dawl ta’ dewmien previst bejn iż-żewġ titjiriet ta’ ftit iktar minn tlettax-il siegħa, bħala “titjira konnessa” fis-sens tal-Artikolu 2(h) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2018 – Stefan Neldner vs Eurowings GmbH

(Kawża C-299/18)

(2018/C 285/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stefan Neldner

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domandi preliminari

1.

Kumpens previst taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (1) jista’ jitnaqqas minn dritt għal kumpens għad-danni mogħti skont id-dritt nazzjonali bħala rimbors għall-ispejjeż supplimentari ta’ vvjaġġar imġarrba bħala riżultat tal-kanċellazzjoni ta’ titjira rriżervata fil-każ li t-trasportatur tal-ajru jkun issodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 8(1) ta’ dan l-istess regolament?

2.

Fil-każ li tnaqqis huwa possibbli: dan japplika wkoll għall-ispejjeż relatati mar-rotta differenti għal post ieħor li ma huwiex id-destinazzjoni finali tal-vjaġġ, fil-każ li l-passiġġier jirrifjuta r-rotta differenti offruta mit-trasportatur tal-ajru sad-destinazzjoni finali tal-vjaġġ?

3.

Sa fejn tnaqqis huwa possibbli: it-trasportatur tal-ajru jista’ jwettaq tali tnaqqis fi kwalunkwe każ jew dan it-tnaqqis jiddependi minn sa fejn id-dritt nazzjonali jawtorizzah jew sa fejn il-qorti tikkunsidrah xieraq?

4.

Sa fejn id-dritt nazzjonali huwa applikabbli jew sa fejn il-qorti għandha diskrezzjoni sabiex tieħu tali deċiżjoni: il-kumpens taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament huwa intiż sabiex jikkumpensa esklużivament l-inkonvenjenza u t-telf ta’ ħin li jsofru l-passiġġieri bħala riżultat tal-kanċellazzjoni, jew huwa wkoll intiż li jkopri dannu materjali?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Bonn (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Meju 2018 – Thomas Leonhard vs DSL Bank

(Kawża C-301/18)

(2018/C 285/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Bonn

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thomas Leonhard

Konvenuta: DSL Bank

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi li, wara li l-konsumatur ikun irtira mill-kuntratt ta’ self mill-bogħod, il-fornitur għandu mhux biss jagħti lura lill-konsumatur l-ammont li huwa kien irċieva mingħand dan tal-aħħar fl-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt, iżda wkoll kumpens għall-użu ta’ dan l-ammont?


(1)  Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321 u rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2018 – Schiaffini Travel SpA vs Comune di Latina

(Kawża C-322/18)

(2018/C 285/35)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schiaffini Travel SpA

Konvenut: Comune di Latina

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) (b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-projbizzjoni – prevista fis-subparagrafi “b” u “d” ta’ dan l-artikolu – li operatur intern jipparteċipa f’sejħiet għal offerti extra moenia), għandu jiġi applikat anki għall-kuntratti mogħtija fi żmien preċedenti għad-dħul fis-seħħ tal-istess regolament?

2)

Il-kwalifika ta’ “operatur intern” – fis-sens tal-istess regolament u b’analoġija eventwali tar-ratio tagħha mal-ġurisprudenza stabbilita fir-rigward tal-fornituri “in house” – tista’ b’mod astratt titqies li tkopri persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku li ngħatat direttament, mill-awtorità Statali, kuntratt għall-provvista tas-servizz ta’ trasport lokali, fil-każ fejn, mill-aspett organizzattiv u ta’ kontroll, din tal-ewwel hija direttament marbuta mat-tieni waħda u fejn il-kapital azzjonarju tagħha huwa miżmum mill-Istat innifsu (integralment jew pro quota, f’dak il-każ, ma’ korpi pubbliċi oħra)?

3)

Fil-kaz ta’ għoti dirett ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-fatt li, wara l-għoti, l-awtorità Statali inkwistjoni toħloq korp pubbliku amministrattiv li għandu setgħat organizzattivi fir-rigward tas-servizzi inkwistjoni (fejn barra minn hekk l-Istat iżomm id-dritt esklużiv li jagħti konċessjonijiet) – korp li ma jeżerċita l-ebda “kontroll simili” fuq il-persuna li ngħatat direttament il-kuntratt għall-provvista tas-servizzi – huwa ċirkustanza li tista’ teskludi l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolement?

4)

Il-fatt li d-data oriġinali ta’ skadenza ta’ għoti dirett ta’ kuntratt tmur lil hinn mit-terminu ta’ tletin sena li jgħalaq fit-3 ta’ Diċembru 2039 (terminu li beda jiddekorri mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007) għandu jitqies li xorta waħda jimplika li l-għoti ma huwiex konformi mal-prinċipji previsti fid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 5 u 8(3) tal-istess regolament, jew inkella li din l-irregolarità għandha titqies li tiġi awtomatikament sanata, għall-finijiet kollha tal-liġi, billi l-imsemmija skadenza titnaqqas impliċitament “ex lege” għal tali terminu ta’ tletin sena?


(1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Mejju 2018 – Sicilville Srl vs Comune di Brescia

(Kawża C-324/18)

(2018/C 285/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sicilville Srl

Konvenut: Comune di Brescia

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u preċiżament l-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE (1) dwar l-akkwist pubbliku, flimkien mal-premessa 101 tal-istess direttiva u l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik ineżami f’dan il-każ, li tiddefinixxi l-“kondotta professjonali ħażina serja” bħala kawża ta’ esklużjoni obbligatorja ta’ operatur ekonomiku u tistabbilixxi li, fil-każ fejn il-kondotta professjonali ħażina tkun ikkawżat ix-xoljiment antiċipat ta’ kuntratt, l-operatur jista’ jiġi eskluż biss jekk ix-xoljiment ma jiġix ikkontestat jew jekk jiġi kkonfermat bħala riżultat ta’ proċedura ġudizzjarja?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/22


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2018 minn Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-542/11 RENV, Alouminion tis Ellados VEAE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-332/18 P)

(2018/C 285/37)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon (Rappreżentanti: N. Korogiannakis, N. Keramidas, E. Chrysafis u D. Diakopoulos, dichigoroi, u K. Struckmann, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu fil-Kawża Τ-542/11 RENV (ECLI:EU:T:2018:132);

taqta’ l-kawża hija nnifisha;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2011; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tal-appellant fir-rigward tal-proċeduri kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Żbalji ta’ liġi u żnaturament tal-fatti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar jekk il-miżura inkwistjoni kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari dwar jekk il-miżura kinitx tikkostitwixxi vantaġġ, dwar l-evalwazzjoni tal-vantaġġ, dwar ir-rifjut li teżamina l-kwistjoni ta’ ġustifikazzjoni ekonomika, u dwar l-applikazzjoni korretta tal-oneru tal-prova peress li r-Repubblika Ellenika ma ressqet ebda argumenti bħal dawn matul il-proċedura amministrattiva, u żball ta’ liġi fir-rigward tat-trattament tal-argumenti tal-appellant dwar il-“kriterju ta’ investitur privat”.

2.

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-selettività tal-vantaġġ.

3.

Żbalji ta’ liġi u żnaturament tas-sens ċar tal-evidenza fir-rigward tal-effetti tal-miżura inkwistjoni fuq il-kummerċ u fuq il-kompetizzjoni.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Lombardi Srl vs Comune di Auletta et

(Kawża C-333/18)

(2018/C 285/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lombardi Srl

Konvenuti: Comune di Auletta, Delta Lavori SpA, Msm Ingegneria Srl

Domandi preliminari

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (1), kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 (2), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, meta diversi impriżi jkunu pparteċipaw fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt u li dawn ma jkunux partijiet fil-kawża (u li, f’kull każ, l-offerti ta’ xi wħud minnhom ma kinux is-suġġett ta’ rikors), jista’ jiġi fdat lill-qorti, abbażi tal-awtonomija proċedurali rrikonoxxuta lill-Istati Membri, l-inkarigu li tivverifika n-natura konkreta tal-interess invokat, fir-rikors prinċipali, mill-offerent li jkun il-konvenut f’rikors inċidentali għall-esklużjoni meqjus fondat, billi għal dan il-għan jintużaw l-istrumenti proċedurali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, liema ħaġa tirrendi l-protezzjoni mogħtija lil din is-sitwazzjoni suġġettiva konformi mal-prinċipji stabbiliti tad-dritt intern li huma l-prinċipju li s-suġġett ta’ kawża jiġi delimitat mill-partijiet (Artikolu 112 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), l-oneru tal-prova (Artikolu 2697 tal-Kodiċi Ċivili) u l-limiti suġġettivi tal-awtorità ta’ res judicata li tinħoloq biss bejn il-partijiet u li ma tistax tolqot is-sitwazzjoni tal-persuni esterni għat-tilwima (Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246

(2)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU 2007, L 335, p. 31).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Via Lattea Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-337/18)

(2018/C 285/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Via Lattea Scrl, Alba Gilberto, Antonio Barausse, Gabriele Barausse, Azienda Agricola Benvegnù Gianni Battista e Giangaetano s.s., Domenico Brogliato s.s., Cesare Filippi, Michele Filippi, Fontana Fidenzio e Fabrizio s.s., Giovanni Gastaldello, Tiziano Giaretta, Azienda Agricola Guadagnin Gianni ed Emanuele s.s., Il Moretto di Martinazza Laura s.s., Marini Alessandro e Domenico s.s., Azienda Agricola Milan Sergio & C. s.s., Matteo Mosele, Luciano Mosele, Ennio Mosele, Renato Munaretto, Azienda Agricola Pain di Gazzola Luigi, Azienda Agricola Parise Luigi, Angelo, Francesco e Giancarlo, Sillo Zefferino Maurizio s.s., Storti Danilo e Nicoletta s.s., Tosatto Paolo e Federico s.s., Vivaldo Emilio e Pierino s.s., Giuseppe Zanettin

Partijiet oħra fil-proċedura: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 (1) għandha bħala konsegwenza l-ineżistenza tal-obbligu għall-produtturi li jħallsu t-taxxa addizzjonali, jekk il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament jiġu ssodisfatti?

2)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aspettattivi tal-persuni li jkunu osservaw obbligu impost minn Stat Membru, u li jkunu bbenefikaw mill-effetti marbuta mal-osservanza ta’ dan l-obbligu, ma jgawdux minn tali protezzjoni meta l-imsemmi obbligu jirriżulta li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni?

3)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 (2) u l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prijorità” fid-dritt tal-Unjoni jipprekludu dispożizzjoni ta’ Stat Membru li, bħall-Artikolu 2(3) tad-Digriet-Liġi Nru 157/2004 adottat mir-Repubblika Taljana, tipprevedi modalitajiet iddifferenzjati ta’ rimbors tat-taxxa addizzjonali imposta b’mod eċċessiv billi, għall-finijiet ta’ skaletta u tal-modalitajiet ta’ rimbors, tagħmel distinzjoni bejn il-produtturi li jkunu qiesu lilhom infushom vinkolati minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirriżulta kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u dawk il-produtturi li ma jkunux osservaw din id-dispożizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU 1992, L 405, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Cooperativa Novalat Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-338/18)

(2018/C 285/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Cooperativa Novalat Scrl, Antico Giuseppe e Figli s.s., Impresa Barutta Livio, Impresa Cusinato Giulio, Impresa Danesa Cisino, Impresa Faggian Rudi, Furlan Diego e Stefano s.s., Impresa Furlan Marco, Impresa Massaro Leo Valter, Impresa Reginato Guido, Impresa Sachespi Lucio, Impresa Salmaso Luigi, Impresa Schiavon Denis, Impresa Zanetti Narciso

Partijiet oħra fil-proċedura: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 (1) għandha bħala konsegwenza l-ineżistenza tal-obbligu għall-produtturi li jħallsu t-taxxa addizzjonali, jekk il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament jiġu ssodisfatti?

2)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aspettattivi tal-persuni li jkunu osservaw obbligu impost minn Stat Membru, u li jkunu bbenefikaw mill-effetti marbuta mal-osservanza ta’ dan l-obbligu, ma jgawdux minn tali protezzjoni meta l-imsemmi obbligu jirriżulta li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni?

3)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 (2) u l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prijorità” fid-dritt tal-Unjoni jipprekludu dispożizzjoni ta’ Stat Membru li, bħall-Artikolu 2(3) tad-Digriet-Liġi Nru 157/2004 adottat mir-Repubblika Taljana, tipprevedi modalitajiet iddifferenzjati ta’ rimbors tat-taxxa addizzjonali imposta b’mod eċċessiv billi, għall-finijiet ta’ skaletta u tal-modalitajiet ta’ rimbors, tagħmel distinzjoni bejn il-produtturi li jkunu qiesu lilhom infushom vinkolati minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirriżulta kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u dawk il-produtturi li ma jkunux osservaw din id-dispożizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU 1992, L 405, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Veneto Latte Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-339/18)

(2018/C 285/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Veneto Latte Scrl, Bovolenta Luca e Matteo s.s., Greco Andrea e Alessando s.s., Ruzza Vanel e Gloriano s.s., Azienda Agricola Marangona di Tamiso Rossano

Partijiet oħra fil-proċedura: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 (1) għandha bħala konsegwenza l-ineżistenza tal-obbligu għall-produtturi li jħallsu t-taxxa addizzjonali, jekk il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament jiġu ssodisfatti?

2)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aspettattivi tal-persuni li jkunu osservaw obbligu impost minn Stat Membru, u li jkunu bbenefikaw mill-effetti marbuta mal-osservanza ta’ dan l-obbligu, ma jgawdux minn tali protezzjoni meta l-imsemmi obbligu jirriżulta li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni?

3)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 (2) u l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prijorità” fid-dritt tal-Unjoni jipprekludu dispożizzjoni ta’ Stat Membru li, bħall-Artikolu 2(3) tad-Digriet-Liġi Nru 157/2004 adottat mir-Repubblika Taljana, tipprevedi modalitajiet iddifferenzjati ta’ rimbors tat-taxxa addizzjonali imposta b’mod eċċessiv billi, għall-finijiet ta’ skaletta u tal-modalitajiet ta’ rimbors, tagħmel distinzjoni bejn il-produtturi li jkunu qiesu lilhom infushom vinkolati minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirriżulta kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u dawk il-produtturi li ma jkunux osservaw din id-dispożizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU 1992, L 405, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-28 ta’ Mejju 2018 – Avv. Alessandro Salvoni vs Anna Maria Fiermonte

(Kawża C-347/18)

(2018/C 285/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Avv. Alessandro Salvoni

Konvenuta: Anna Maria Fiermonte

Domanda preliminari

L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-qorti tal-oriġini adita, fir-rigward ta’ deċiżjoni definittiva, bit-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat previst mill-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, tista’ teżerċita setgħat ex officio intiżi sabiex jiġi kkonstatat jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament Brussell I bis ġewx miksura, bil-għan li tinforma lill-konsumatur bil-ksur eventwalment ikkonstatat u tippermettilu jevalwa b’għarfien sħiħ tal-fatti l-possibbiltà li juża r-rimedju ġudizzjarju previst fl-Artikolu 45 tal-istess regolament?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Reus (Spanja) fit-30 ta’ Mejju 2018 – Jaime Cardus Suárez vs Catalunya Caixa S.A.

(Kawża C-352/18)

(2018/C 285/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Reus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jaime Cardus Suárez

Konvenuta: Catalunya Caixa S.A.

Domandi preliminari

1)

1.1

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li tinkludi indiċi uffiċjali, l-IRPH, irregolat minn dispożizzjoni legali, ma hijiex suġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva, anki meta dan l-indiċi ma jkunx applikabbli b’mod obbligatorju indipendentement mill-għażla tiegħu [mill-partijiet], u ma jkunx ta’ natura supplimentari f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet?

1.2

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li tinkludi indiċi uffiċjali, l-IRPH, anki jekk dan huwa rregolat minn dispożizzjoni legali, hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva, meta din il-klawżola kuntrattwali tbiddel it-termini tad-dispożizzjoni amministrattiva li tiddefinixxi l-indiċi IRPH, fir-rigward tal-marġni negattiv li għandu jiġi applikat meta dan l-indiċi jintuża bħala rata kuntrattwali bil-għan li r-RPA tat-tranżazzjoni ipotekarja tiġi allinjata ma’ dik tas-suq, fatt li jippermetti li jiġi preżunt li kien hemm tibdil fil-bilanċ kuntrattwali stabbilit mil-leġiżlatur nazzjonali?

2)

2.1

Il-fatt li l-indiċi ta’ riferiment, IRPH, li jkun inserit minn bejjiegħ jew fornitur fi klawżola ta’ kuntratt ta’ self, ikun irregolat minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, jeskludi l-obbligu tal-qorti li tivverifika jekk il-konsumatur effettivament irċeviex l-elementi kollha li jistgħu jinċidu fuq dan l-indiċi u fuq il-portata tal-impenn tiegħu, sabiex tiddetermina jekk il-klawżola ġietx redatta f’lingwaġġ sempliċi u ċar fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13?

2.2

Hija kuntrarja għad-Direttiva 93/13, dik il-ġurisprudenza li tqis li l-obbligu ta’ trasparenza jkun issodisfatt permezz ta’ sempliċi riferiment għal indiċi uffiċjali fil-klawżola redatta minn qabel, mingħajr ma tkun tista’ tiġi mitluba informazzjoni oħra f’dan ir-rigward mingħand il-bejjiegħ jew il-fornitur li jkun ifformula l-klawżola minn qabel, jew inkella, għall-kuntrarju, sabiex jiġi osservat dan l-obbligu ta’ trasparenza, huwa neċessarju li l-bejjiegħ jew fornitur li jkun inserixxa l-klawżola, li dan jittrażmetti l-informazzjoni marbuta mal-konfigurazzjoni, mal-portata u mal-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu ta’ dan l-indiċi ta’ riferiment?

2.3

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-omissjoni tal-informazzjoni lill-konsumatur dwar il-konfigurazzjoni, il-funzjonament u l-evoluzzjoni passata u futura prevedibbli tal-IRPH, tal-inqas fuq perijodu ta’ żmien qasir jew medju, b’kont meħud tal-konoxxenzi tal-bejjiegħ jew tal-fornitur dwar dawn l-elementi fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, tippermetti li jitqies li l-klawżola li ssemmi dan l-indiċi ma hijiex redatta f’lingwaġġ sempliċi u ċar fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13?

2.4

L-obbligu ta’ trasparenza tal-klawżola previst mill-Artikolu 4(2) tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirrikjedi li l-konsumatur għandu jiġi informat bid-dispożizzjonijiet regolatorji li jirregolaw l-indiċi ta’ riferiment u l-kontenut tiegħu, sa fejn din hija informazzjoni rilevanti li tippremettilu jifhem l-importanza ekonomika u legali tal-klawżola li tinkludi dan l-indiċi?

2.5

Ir-reklamar u l-informazzjoni pprovduti mill-bejjiegħ jew mill-fornitur li jkun inserixxa l-klawżola, li jistgħu iqarrqu lill-konsumatur fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ self li jaħmel riferriment għall-IRPH, jistgħu jikkostitwixxu element li fuqu l-qorti tista’ tibbaża l-evalwazzjoni tagħha tan-natura inġusta tal-klawżola kuntrattwali, konformement mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13?

3)

3.1

Fil-każ li tiġi ddeterminata n-natura inġusta tal-klawżola, b’tali mod li s-self ikollu jiġi rrimborsat mingħajr interessi, il-fatt li minħabba n-nullità u l-eliminazzjoni tal-klawżola tal-interessi varjabbli, tkun ixxejnet ir-raġuni għall-konklużjoni tal-kuntratt mill-perspettiva esklużiva tal-entità bankarja, għandu jippermetti l-possibbiltà li jinbidel il-kuntratt billi jiġi emendat il-kontenut tal-klawżola inġusta, bl-applikazzjoni ta’ kwalunkwe indiċi ta’ riferiment ieħor li jkun jissostitwixxi l-indiċi li jkun ġie ddikjarat null? F’dan il-każ, din l-interpretazzjoni u integrazzjoni tal-kuntratt ikunu jmorru kontra l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13?


(1)  Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de paix du troisième canton de Charleroi (il-Belġju) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Frank Casteels vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

(Kawża C-368/18)

(2018/C 285/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de paix du troisième canton de Charleroi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Frank Casteels

Konvenuta: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

Domandi preliminari

It-talba għal deċiżjoni preliminari li tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) [hija] fformulata kif ġej:

Il-fatt inkwistjoni fil-kawża preżenti, jiġifieri l-istrajk tal-impjegati tal-kumpannija ta’ mmaniġġjar (handling company) fl-ajruport tat-tluq tat-titjira kkonċernata, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “avveniment” fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008, Wallentin-Hermann (C-549/07, EU:C:2008:771), jew taħt il-kunċett ta’ “ċirkostanza straordinarja” fis-sens tal-premessa 14 tal-imsemmi regolament, kif interpretat permezz tas-sentenza tal-31 ta’ Jannar 2013, McDonagh (C-12/11, EU:C:2013:43), jew dawn iż-żewġ kunċetti jingħaqdu?

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li avveniment bħal dak inkwistjoni fil-kawża preżenti, jiġifieri l-istrajk tal-impjegati tal-kumpannija ta’ mmaniġġjar fl-ajruport tat-tluq tat-titjira kkonċernata, għandu jitqies bħala avveniment inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur bl-ajru, u, konsegwentement, ma jistax jiġi kklassifikat bħala “ċirkostanza straordinarja” li teżenta lit-trasportatur bl-ajru mill-obbligu tiegħu li jagħti kumpens lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira operata mill-ajruplan ikkonċernat?

Jekk avveniment bħal dak inkwistjoni fil-kawża preżenti, jiġifieri l-istrajk tal-impjegati tal-kumpannija ta’ mmaniġġjar fl-ajruport tat-tluq tat-titjira kkonċernata, għandu jitqies li jikkostitwixxi “ċirkostanza straordinarja”, minn dan għandu jiġi dedott li għat-trasportatur bl-ajru din hija “ċirkostanza straordinarja” li ma setgħetx tiġi evitata anki li kieku ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha?

Il-fatt li l-istrajk kien tħabbar għandu jitqies li għandu l-konsegwenza li avveniment bħal dak inkwistjoni fil-kawża preżenti, jiġifieri l-istrajk tal-impjegati tal-kumpannija ta’ mmaniġġjar fl-ajruport tat-tluq tat-titjira kkonċernata, ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “ċirkostanzi straordinarji” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de paix du troisième canton de Charleroi (il-Belġju) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Giovanni Martina vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

(Kawża C-369/18)

(2018/C 285/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de paix du troisième canton de Charleroi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Giovanni Martina

Konvenuta: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

Domandi preliminari

It-talba għal deċiżjoni preliminari li tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) [hija] fformulata kif ġej:

Il-fatt inkwistjoni fil-kawża preżenti, jiġifieri t-tixrid ta’ petrol fuq runway li wassal għall-għeluq ta’ din ir-runway, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “avveniment” fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008, Wallentin-Hermann (C-549/07, EU:C:2008:771), jew taħt il-kunċett ta’ “ċirkostanza straordinarja” fis-sens tal-premessa 14 tal-imsemmi regolament, kif interpretat permezz tas-sentenza tal-31 ta’ Jannar 2013, McDonagh (C-12/11, EU:C:2013:43), jew dawn iż-żewġ kunċetti jingħaqdu?

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li avveniment bħal dak inkwistjoni fil-kawża preżenti, jiġifieri t-tixrid ta’ petrol fuq runway li wassal għall-għeluq ta’ din ir-runway, għandu jitqies bħala avveniment inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur bl-ajru, u, konsegwentement, ma jistax jiġi kklassifikat bħala “ċirkostanza straordinarja” li teżenta lit-trasportatur bl-ajru mill-obbligu tiegħu li jagħti kumpens lill-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira operata minn dak l-ajruplan?

Jekk avveniment bħal dak inkwistjoni fil-kawża preżenti, jiġifieri t-tixrid ta’ petrol fuq runway li wassal għall-għeluq ta’ din ir-runway, għandu jitqies li jikkostitwixxi “ċirkostanza straordinarja”, minn dan għandu jiġi dedott li għat-trasportatur bl-ajru din hija “ċirkostanza straordinarja” li ma setgħetx tiġi evitata anki li kieku ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Nancy (Franza) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Ministre de l’Action et des Comptes publics vs Raymond Dreyer u martu

(Kawża C-372/18)

(2018/C 285/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Nancy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Konvenuti: Raymond Dreyer u martu

Domanda preliminari

Il-kontribuzzjonijiet allokati lill-Caisse nationale de solidarité pour l’autonomie (il-Fond Nazzjonali ta’ Solidarjetà għall-Għajxien Indipendenti), li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-benefiċċji kontenzjużi, għandhom rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti fergħat tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sempliċement minħabba li dawn is-servizzi jirrelataw ma’ wieħed mir-riskji elenkati fl-imsemmi Artikolu 3 u jingħataw mingħajr ebda evalwazzjoni diskrezzjonali abbażi ta’ sitwazzjoni ddefinita legalment?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72)


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Slovenské elektrárne a.s. vs Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

(Kawża C-376/18)

(2018/C 285/47)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Slovenské elektrárne a.s.

Konvenuta: Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

Domandi preliminari

1.

Id-Direttiva 2009/72/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda [tabroga] d-Direttiva 2003/54/KE (iktar ’il quddiem it-“Tielet Direttiva dwar l-elettriku”) għandha tiġi interpretata fis-sens li tippreġudika l-għan tagħha, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi miżura speċjali li tikkonsisti f’imposta obbligatorja għall-entitajiet irregolati, inklużi d-detenturi ta’ liċenzja għall-provvista tal-elettriku maħruġa mill-awtorità regolatorja kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat (iktar ’il quddiem l-“awtorità regolatorja” u l-“entità rregolata”), stabbilita skont ir-riżultat tagħhom miksub mhux biss fil-livell nazzjonali, iżda wkoll fuq il-bażi tal-attivitajiet tagħhom barra ’l pajjiż, leġiżlazzjoni li

i)

tinfluwenza l-libertà tal-entitajiet irregolati li jiddeterminaw prezz kompletament kompetittiv bħala korrispettiv għall-provvista tal-elettriku fis-swieq barranin, u għalhekk, ukoll, il-proċess ta’ stabbiliment ta’ kompetizzjoni fl-imsemmija swieq;

ii)

iddgħajjef il-kompetittività tal-entitajiet irregolati meta mqabbla mal-fornituri tal-elettriku barranin li joperaw fis-suq Slovakk, meta t-tnejn li huma jipprovdu wkoll elettriku f’suq barrani ddeterminat, sa fejn il-provvista tal-elettriku minn fornitur barrani ma hijiex suġġetta għal tali imposta obbligatorja;

iii)

tiskoraġġixxi l-aċċess ta’ kompetituri ġodda għas-suq tal-elettriku fir-Repubblika Slovakka kif ukoll barra ’l pajjiż, billi tali imposta obbligatorja tolqot ukoll id-dħul tagħhom mill-attivitajiet mhux irregolati, u dan anki jekk sussegwentement, għal perijodu ta’ żmien partikolari, huma jkollhom liċenzja għall-provvista tal-elettriku, li d-dħul tagħhom fuq din il-bażi jkun madankollu żero;

iv)

tista’ ġġiegħel lill-entitajiet irregolati Slovakki jitolbu lill-awtorità regolatorja [Slovakka] tirtira l-liċenzja tagħhom, jew lill-fornituri tal-elettriku barranin jitolbu l-irtirar tal-liċenzja għall-provvista tal-elettriku maħruġa mill-awtorità regolatorja tal-Istat ta’ oriġini tagħhom, ladarba l-irtirar ta’ din il-liċenzja tirrappreżenta, għal persuna, l-uniku mod sabiex tillibera ruħha mill-istatus ta’ entità rregolata previst mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, jekk hija ma tkunx tixtieq li d-dħul mill-attivitajiet l-oħra tagħha jkunu wkoll suġġetti għal din l-imposta?

2.

It-Tielet Direttiva dwar l-elettriku għandha tiġi interpretata fis-sens li ma taqax fil-kategorija ta’ miżuri li l-imsemmija direttiva tippermetti lil Stat Membru li jadotta, anki jekk imorru kontra l-għan li hija tfittex, miżura speċjali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti f’imposta obbligatorja għall-entitajiet irregolati, inklużi d-detenturi ta’ liċenzja għall-provvista tal-elettriku maħruġa mill-awtorità regolatorja, stabbilita skont ir-riżultat tagħhom, inkluż dak miksub fuq il-bażi tal-attivitajiet tagħhom barra ’l pajjiż, billi l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix la mezz għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, la mezz għas-sigurtà tal-provvista u lanqas mezz intiż sabiex jintlaħaq għan ieħor imfittex mit-Tielet Direttiva dwar l-elettriku?

3.

It-Tielet Direttiva dwar l-elettriku għandha tiġi interpretata fis-sens li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi miżura speċjali li tikkonsisti f’imposta obbligatorja għall-entitajiet irregolati, inklużi d-detenturi ta’ liċenzja għall-provvista tal-elettriku maħruġa mill-awtorità regolatorja, stabbilita skont ir-riżultat tagħhom, inkluż dak miksub fuq il-bażi tal-attivitajiet tagħhom barra ’l pajjiż, ma tissodisfax la r-rekwiżiti ta’ trasparenza u lanqas dawk ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ aċċess ugwali għall-konsumaturi previsti fl-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, sa fejn din timponi piż fuq l-entità rregolata u d-dħul li jsir (fuq il-bażi tal-provvista tal-elettriku jew attivitajiet oħra) barra ’l pajjiż, filwaqt li, fir-rigward tad-detentur ta’ liċenzja għall-provvista tal-elettriku miksuba fuq il-bażi ta’ liċenzja “passaport” maħruġa mill-Istat ta’ oriġini tiegħu, din tolqot biss id-dħul li jsir fir-Repubblika Slovakka?


(1)  ĠU 2009, L 211, p. 55.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/31


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-384/18)

(2018/C 285/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, L. Malferrari, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2006/123/KE (1) u taħt l-Artikolu 49 TFUE;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Billi (i) ipprojbixxa l-eżerċizzju konġunt ta’ attivitajiet ta’ kontabilista, minn naħa, u ta’ attivitajiet ta’ broker, ta’ aġent tal-assigurazzjoni, ta’ aġent tal-proprjetà immobbli jew ta’ kwalunkwe attività bankarja jew ta’ servizzi finanzjarji, min-naħa l-oħra, u billi (ii) ippermetta lill-Awli tal-Institut professionel des comptables et Fiscalistes agrées (l-Istitut Professjonali tal-Kontabilisti u tal-Esperti tat-Taxxa awtorizzati) (IPCF) jipprojbixxu l-eżerċizzju konġunt ta’ attivitajiet ta’ kontabilista, minn naħa, ma’ kwalunkwe attività agrikola artiġjanali u kummerċjali, min-naħa l-oħra, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2006/123/KE u tal-Artikolu 49 TFUE.


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-434/18)

(2018/C 285/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, G. Gattinara, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma bagħtitx il-programm nazzjonali għal ġestjoni ta’ fjuwil nukleari użat u skart radjuattiv lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqqset milli tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 15(4) flimkien mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (1).

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Artikolu 15(4) flimkien mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom għall-ewwel darba jinnotifikaw lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard mit-23 ta’ Awwissu 2015 bil-kontenut tal-programmi nazzjonali tagħhom li jkopru l-punti kollha msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dik l-istess direttiva.

Il-Kummissjoni tallega li l-evidenza pprovduta mir-Repubblika Taljana matul l-fażi qabel dik ġudizzjarja turi li l-preżentazzjoni qatt ma tressqet, sa fejn l-awtoritajiet Taljani ma bagħtux ill-Kummissjoni it-test finali tal-programm nazzjonali għall-ġestjoni ta’ fjuwil nukleari użat u skart radjuattiv


(1)  ĠU L 199, p. 48.


Il-Qorti Ġenerali

13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 – Adis Higiene vs EUIPO – Farecla Products (G3 EXTRA PLUS)

(Kawża T-309/18)

(2018/C 285/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Adis Higiene, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Farecla Products Ltd (Ware, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali G3 EXTRA PLUS – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 064 207

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 2134/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mar-regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 94, tal-Artikolu 95 u tal-Artikolu 107 tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/34


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2018 – Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-330/18)

(2018/C 285/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Armando Carvalho (Santa Comba Dão, il-Portugall), u 36 rikorrent ieħor (rappreżentanti: G. Winter, professur, R. Verheyen, avukat, and H. Leith, Barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li l-“pakkett leġiżlattiv dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” (1) huwa vvizzjat b’illegalità sa fejn jawtorizza emissjonijiet ta’ gassijiet serra matul il-perijodu ta’ bejn l-2012 u l-2030 li jikkorrispondu għal 80 % tal-livell ta’ emissjonijiet tal-1990 fl-2021 u li jonqsu għal 60 % tal-livell tal-emissjonijiet tal-1990 fl-2030;

tannulla l-pakkett leġiżlattiv dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sa fejn huwa jnaqqas il-livell tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-2030 għal 40 % tal-livell tagħhom fl-1990 u, b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata reċentement bid-Direttiva 2018/410, l-Artikolu 4(2), u l-Anness I tar-Regolament 2018/842, kif ukoll l-Artikolu 4 tar-Regolament 2018/841;

tordna lill-konvenuti jadottaw miżuri b’applikazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jimponu minn issa sal-2030 tnaqqis tal-livell tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ 50 % sa 60 % meta mqabbla mal-livell tagħhom fl-1990, jew kwalunkwe livell ogħla ta’ tnaqqis li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq;

sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali ma tipprekludix li tingħata ordni u jekk id-deċiżjoni tagħha għall-annullament tal-objettivi ta’ tnaqqis tingħata tard wisq sabiex id-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu emendati qabel l-2021, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tordna li jinżammu fis-seħħ dispożizzjonijiet ikkontestati tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sad-data li hija tiddetermina u sa liema data huma għandhom ikunu ġew emendati permezz ta’ regoli legali ta’ livell superjuri;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv imqajjem insostenn tat-talba għal annullament huwa bbażat fuq il-fatt li l-Unjoni hija marbuta minn regoli legali ta’ livell superjuri sabiex tipprevjeni l-ħsara kkawżata mit-tibdil fil-klima, skont id-dritt internazzjonali konswetudinarju li jipprojbixxi lill-Istati milli jikkawżaw ħsara u jobbligahom jipprevjenu l-ħsara skont l-Artikolu 191 TFUE. Bl-istess mod, l-Unjoni hija obbligata tipprevjeni l-ksur tad-drittijiet fundamentali protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kkawżat mit-tibdil fil-klima. Dawn id-drittijiet jinkludu d-dritt għall-ħajja u għall-integrità fiżika, id-dritt li wieħed jeżerċita attività professjonali, id-dritt għal proprjetà, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt ta’ ugwaljanza fit-trattament.

2.

It-tieni motiv imqajjem insostenn tat-talba għal annullament huwa bbażat fuq il-fatt li fid-dawl tar-rabta kawżali bejn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u t-tibdil serju fil-klima, l-Unjoni hija obbligata tieħu miżuri sabiex tirregola l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni sabiex tipprevjenti din il-ħsara u l-ksur tad-drittijiet fundamentali.

3.

It-tielet motiv imqajjem insostenn tat-talba għal annullament huwa bbażat fuq il-fatt li t-tibdil fil-klima diġà jikkawża ħsara kif ukoll ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u ser ikompli jagħmel dan. Kull emissjoni addizzjonali ta’ gassijiet serra hija għaldaqstant illegali ħlief jekk tkun tista’ tiġi ġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi u jekk l-Unjoni tkun ippruvat tnaqqashom sa fejn il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tagħha jagħmlu dan possibbli.

4.

Ir-raba’ motiv imqajjem insostenn tat-talba għal annullament huwa bbażat fuq il-fatt li l-Unjoni ma tista’ tagħti ebda ġustifikazzjoni ta’ dan it-tip fl-adozzjoni tal-objettivi stabbiliti mill-pakkett leġiżlattiv dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għar-raġunijiet li ġejjin:

dawn l-objettivi jawtorizzaw kwantitajiet ta’ emissjonijiet li jeċċedu b’mod sinjifikattiv is-sehem ekwu tal-Unjoni tal-baġit tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ Pariġi dwar żieda massima ta’ temperatura medja globali ta’ 1,5 C jew ferm taħt iż-2 oC;

l-objettivi ġew stabbiliti mingħajr ma l-konvenuti eżaminaw l-ambitu tal-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tat-tnaqqis. L-objettivi pjuttost intgħażlu bħala l-mezzi l-iktar effiċjenti f’termini ta’ spejjeż sabiex jintlaħaq objettiv ta’ emissjonijiet fuq perijodu fit-tul iddeterminat minn qabel li minn dak iż-żmien ġie ssostitwit mill-Ftehim ta’ Pariġi;

il-provi li kellhom il-konvenuti jipprovaw li l-Unjoni kellha l-kapaċitajiet li tieħu l-miżuri għat-tnaqqis tal-gassijiet serra ta’ mill-inqas 50 % sa 60 % taħt il-livell tal-1990 sal-2030.

5.

Il-ħames motiv insostenn tat-talba li tingħata ordni, huwa bbażat min-naħa tiegħu wkoll fuq il-fatt li l-Unjoni hija marbuta minn regoli ta’ livell superjuri sabiex tipprevjeni l-ħsara kkawżata mit-tibdil fil-klima, skont id-dritt internazzjonali konswetudinarju li jipprojbixxi lill-Istati milli jikkawżaw ħsara u jobbligahom jipprevjenu l-ħsara skont l-Artikolu 191 TFUE. Hija obbligata wkoll, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tipprevjeni l-ksur tad-drittijiet fundamentali kkawżat mit-tibdil fil-klima.

6.

Is-sitt motiv insostenn tat-talba li tingħata ordni huwa bbażat fuq il-fatt li l-Unjoni kienet, minħabba r-responsabbilitajiet tagħha fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, kisret l-obbligi tagħha fil-passat:

hija kisret l-obbligu tagħha li ma tikkawżax danni sa mill-1992 meta l-adozzjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ġiet adottata u t-tagħrif dwar it-tibdil fil-klima sar iktar ġenerali;

il-ksur tal-obbligi mill-Unjoni sar agħar fl-2009 meta kemm l-Artikolu 191 TFUE kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kienu fis-seħħ;

f’dak iż-żmien, it-tkomplija tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kellha tkun ipprojbita ħlief jekk mhux iġġustifikata b’mod oġġettiv. L-Unjoni la kkonfermat u lanqas tista’ tikkonferma li l-livelli ta’ emissjonijiet li hija kompliet tawtorizza matul dan il-perijodu kienu konformi mal-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet.

7.

Is-seba’ motiv insostenn tat-talba li tingħata ordni huwa bbażat fuq il-fatt li l-Unjoni għadha sa issa tikser l-obbligi tagħha bl-adozzjoni tal-objettivi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Kif espost taħt il-motivi insostenn tat-talba għal annullament, il-pakkett leġiżlattiv dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ma jnaqqasx l-emissjonijiet u jawtorizza li dawn ikomplu jseħħu fuq livelli illegali li ma jistgħux jiġu ġġustifikati.

8.

It-tmien motiv insostenn tat-talba li tingħata ordni huwa bbażat fuq il-fatt li l-ksur mill-Unjoni tal-obbligi tagħha jikkostitwixxi illegalità suffiċjentement serja sabiex tagħti drittijiet lill-individwi. L-Unjoni ma għandha ebda setgħa diskrezzjonali sabiex tirrifjuta li teżamina jew tadotta miżuri li jaqgħu taħt il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

9.

Id-disa’ motiv insostenn tat-talba li tingħata ordni huwa bbażat fuq il-fatt li l-ksur ta’ dan l-obbligu kkawża tibdil fil-klima li ġġenera danni materjali subiti minn uħud mir-rikorrenti u li, fil-ġejjini, ser jikkawżaw danni oħrajn u danni addizzjonali għar-rikorrenti kollha.

10.

L-għaxar motiv insostenn tat-talba li tingħata ordni huwa bbażat fuq il-fatt li l-Unjoni hija obbligata tiżgura li taġixxi f’konformità mal-obbligi legali tagħha fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tagħha, li l-provi juru li għandu jkun tnaqqis ta’ mill-inqas 50 % sa 60 % sal-2030 tal-livell ta’ emissjonijiet tal-1990. Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tagħti ordni f’dan is-sens.


(1)  Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU 2018, L 76, p. 3); Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU 2018, L 156, p. 26), u Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU 2018, L 156, p. 1). (Ir-rikors jirreferi għar-Regolamenti 2018/842 u 2018/841 kif adottati mill-Kunsill fl-14 ta’ Mejju 2018, qabel il-firma u l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/36


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2018 – Laboratoire Pareva vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-337/18)

(2018/C 285/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laboratoire Pareva (Saint Martin de Crau, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/619 (1) tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2018, li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 taħt ir-Regolament Nru 528/2012 (2) (iktar 'il quddiem “id-deċiżjoni kkontestata”); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħhu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mill-konvenuta bi ksur tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar il’quddiem it-“TFUE”), il-leġiżlazzjoni sekondarja u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni. Konsegwentement, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata billi tinvoka t-tliet motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji formali essenzjali:

il-konvenuta ma segwietx il-passi proċedurali li hija kienet obbligata li ssegwi qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Il-konvenuta kisret il-formalitajiet essenzjali previsti fl-Artikolu 6(7)(b) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (3) li, kieku ġew segwiti, setgħu jwasslu għal riżultat differenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni:

il-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi qieset fatturi irrilevanti meta evalwat il-PHMB u billi ma jingħatawx ma tatx biżżejjed u debita importanza lill-fatturi li huma uniċi u speċifiċi għall-PHMB tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni u tad-drittijiet tad-difiża:

il-konvenuta ma żguratx li r-rikorrenti tingħata opportunità sħiħa, xierqa u effiċjenti sabiex tippreżenta osservazzjonijiet matul il-proċedura.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta’ April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (ĠU 2018, L 102, p. 21).

(2)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU 2012, L 167, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal- 4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 294, p. 1).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/37


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/18)

(2018/C 285/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laboratoire Pareva (Saint Martin de Crau, Franza) u Biotech3D Ltd & Co. KG (Gampern, l-Awstrija) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/613 (1) tal-20 ta’ April 2018, li japprova l-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 4 bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 (2) (l-“att ikkontestat”); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrent jinvokaw tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-337/18, Laboratoire Pareva vs Il-Kummissjoni.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/613 tal-20 ta’ April 2018 li japprova l-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 4 (ĠU 2018, L 102, p. 1)

(2)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1).


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/38


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/18)

(2018/C 285/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali organizzati sabiex jimtlew pożizzjonijiet ta’ amministraturi fil-qasam tas-servizz pubbliku (AD 6) EPSO/AD/340/18 u EPSO/AD/341/18.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, minħabba l-limitazzjoni tas-sistema ta’ komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidat, li ssir biss bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, inkluża l-applikazzjoni ta’ kandidatura.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 27 u 28(f) tal-istess regolamenti, minħabba li l-għażla tat-tieni lingwa hija indebitament limitata għal erba’ lingwi biss, li huma l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u t-Taljan, bl-esklużjoni tal-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-għażla tal-Ingliż, tal-Franċiż, tal-Ġermaniż u tat-Taljan tikkostitwixxi għażla arbitrarja li tagħti lok għal diskriminazzjoni minħabba l-lingwa, ipprojbita mill-Artikolu 1 tar-Regolament 1/58, mill-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mill-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal u mill-Artikoli 27 u 28(f) tal-istess regolamenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li peress li l-avviż ikkontestat ma jispeċifikax espressament li l-ewwel lingwa għandha tkun il-lingwa li fiha l-kandidati għandhom livell minimu ta’ C 1 (għarfien approfondit), dan jagħti lok għal diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità u għal diskriminazzjoni minħabba l-lingwa “mitkellma”, bi ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolament 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikoli 27 u 28(f) tal-istess regolamenti.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/38


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2018 – Labiri vs KESE

(Kawża T-374/18)

(2018/C 285/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

titlob lill-konvenut, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jipproduċi d-deċiżjoni tat-30 ta’ Marzu 2016 tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE li permezz tagħha huwa ddeċieda li l-ebda passi ma għandhom jittieħdu kontra l-kap tad-diviżjoni tar-rikorrenti;

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tat-30 ta’ Marzu 2016 tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE li ma jittieħdu l-ebda passi kontra l-kap tad-diviżjoni tar-rikorrenti u li ma tittiħidx azzjoni ulterjuri fir-rigward tat-talba għal assistenza/ilment tagħha tal-14 ta’ Diċembru 2007, hija annullata;

il-KESE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat tar-Reġjuni tas-17 ta’ Diċembru 2007.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jagħti lil kull persuna d-dritt għal amministrazzjoni tajba. B’mod partikolari, id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tinstema’ u tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li wettaq il-KESE billi adotta deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni ulterjuri li tirreferi illegalment għal ftehim ta’ arranġament li seħħ f’kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll għall-konklużjonijiet tal-investigazzjoni amministrattiva li qatt ma eżaminat jekk il-fatti li huma s-suġġett tal-ilment tar-rikorrenti setgħux jikkostitwixxu oġġettivament fastidju psikoloġiku.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/39


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Aldi vs EUIPO – Crone (CRONE)

(Kawża T-385/18)

(2018/C 285/56)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christoph Michael Crone (Krefeld, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “CRONE” Nru 14 854 533

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1100/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/40


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Delta-Sport vs EUIPO – Delta Enterprise (DELTA SPORT)

(Kawża T-387/18)

(2018/C 285/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Delta-Sport Handelskontor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Delta Enterprise Corp. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DELTA SPORT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 327 911

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2018 fil-Każ R 1894/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem il-Ħames Bord tal-Appell;

tadotta kull miżura oħra li tqis xierqa.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/41


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2018 – Nonnemacher vs EUIPO – Ingram (WKU)

(Kawża T-389/18)

(2018/C 285/58)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Nonnemacher (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zierhut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paul Ingram (Birmingham, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “WKU” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 482 841

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2018 fil-Każ R 399/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/41


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2018 – Nonnemacher vs EUIPO – Ingram (WKU WORLD KICKBOXING AND KARATE UNION)

(Kawża T-390/18)

(2018/C 285/59)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Nonnemacher (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zierhut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paul Ingram (Birmingham, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “WKU WORLD KICKBOXING AND KARATE UNION” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 523 958

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2018 fil-Każ R 409/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta Ġunju 2018 – Innocenti vs EUIPO – Gemelli (Innocenti)

(Kawża T-392/18)

(2018/C 285/60)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Innocenti SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Ferretti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filippo Gemelli (Torino, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Innocenti” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 502 181

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2018 fil-Każ R 2336/2010-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirriforma, billi tannullaha, d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell Nru 2336/2010-5 u tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Filippo Gemelli għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 007502181.

Motivi invokati

Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentazzjoni tad-dokumenti li jikkonfermaw id-deċiżjoni ta’ revoka minħabba nuqqas ta’ użu quddiem it-Tribulnale di Torino (it-Tribunal ta’ Torino);

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/43


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2018 – Pielczyk vs EUIPO – Thalgo TCH (DERMAEPIL SUGAR EPIL SYSTEM)

(Kawża T-398/18)

(2018/C 285/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Radoslaw Pielczyk (Klijndijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: K. Kielar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thalgo TCH (Roquebrune-sur-Argens, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Nru 11 649 324

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2018 fil-Każijiet magħquda R 979/2017-4 u R 1070/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-Bord tal-Appell:

a)

ċaħad l-appell tar-rikorrent fil-Każ R 979/2017-4;

b)

laqa’ parzjalment it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ Thalgo TCH fil-Każ R 1070/2017-4 għal prodotti fil-klassi 3 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice;

c)

iddikjara t-trade mark tal-Unjoni Nru 11 649 324 invalida wkoll għall- prodotti fil-klassi 3;

d)

ikkonferma parzjalment id-deċiżjoni tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 (proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 11 974 C) li fiha, skont id-deċiżjoni, it-trade mark tar-rikorrent ġiet iddikjarata invalida għal prodotti fil-klassi 3;

tordna lil Thalgo TCH tħallas l-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO u quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tar-Regola 22(3) u (4) moqrija flimkien mar-Regola 40(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 95;

Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) moqri flimkien mal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/44


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-410/18)

(2018/C 285/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Silgan Closures GmbH (München, il-Ġermanja), Silgan Holdings Inc. (Stamford, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Wollmann, D. Seeliger, R. Grafunder u V. Weiss, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 264 TFUE sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2466 finali tad-19 ta’ April 2018 dwar il-ftuħ ta’ proċedura skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (1) fil-Każ AT. 40522 – Pandora.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li, bid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ċċaħħad minn bażi legali proċedura quddiem il-Bundeskartellamt Ġermaniż (l-Uffiċċju Federali tal-kompetizzjoni) fl-istess każ, li ilha pendenti iktar minn tliet snin u li waslet fi stadju fejn tista’ tingħata deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata la kienet neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-proċeduri ta’ awditu mixtieqa minnha u lanqas ma kienet xierqa, fid-dawl tal-iżvantaġġi tagħha għar-rikorrenti, fir-rigward tal-ibbilanċjar tal-interessi reċiproċi involuti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu li, b’mod kuntrarju għall-Artikolu 296 TFUE, il-Kummissjoni ma indikatx fid-deċiżjoni kkontestata r-raġunijiet li għalihom hija tqis li l-ftuħ tal-proċedura kienet neċessarja u ġġustifikata fid-dawl tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter

Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-ftuħ ta’ proċedura mill-Kummissjoni ġiet ordnata sabiex ir-rikorrenti jkunu jistgħu jiġu ssanzjonati fl-ambitu tas-sistema ta’ sanzjonijiet prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2).


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).