|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 278/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8877 — LyondellBasell Industries/A Schulman) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 278/02 |
||
|
2018/C 278/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 278/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9027 — Fosun International/FFT) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 278/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8912 — Carlyle/In-negozju ta’ sustanzi kimiċi ta’ speċjalità ta’ Akzo Nobel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8877 — LyondellBasell Industries/A Schulman)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 278/01)
Fis-27 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8877. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta’ Awwissu 2018
(2018/C 278/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1602 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,88 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4520 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89483 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3245 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1530 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
123,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5003 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,606 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
319,94 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2523 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6433 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,1448 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5599 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5047 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1065 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7191 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5822 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 299,37 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,4174 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9171 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4176 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 741,69 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7296 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,279 |
|
RUB |
Rouble Russu |
73,5837 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,519 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3051 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,3613 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,6850 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
8.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta' Lulju 2018
dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjoni lejn il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija
(2018/C 278/03)
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI
Adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjoni lejn il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija
Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija ġiet stabbilita fl-2015 bħala dimostrazzjoni qawwija tal-impenn tal-UE biex tappoġġa r-refuġjati fit-Turkija. Din il-faċilità fiha kemm appoġġ umanitarju kif ukoll appoġġ mhux umanitarju biex jassistu lit-Turkija fl-isforzi tagħha biex tospita lir-refuġjati. L-ewwel ħlas parzjali ta' finanzjament taħt il-Faċilità ammonta għal EUR 3 biljun għall-2016 u l-2017.
Il-mobilizzazzjoni tal-ewwel ħlas parzjali tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija kienet suċċess. Il-pakkett operazzjonali sħiħ ta' EUR 3 biljun ġie ppjanat, impenjat u kkuntrattat fl-ispazju ta' 21 xahar mid-Dikjarazzjoni UE-Turkija ta' Marzu 2016. It-Tieni Rapport Annwali tal-Faċilità (1) jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-kisbiet u l-implimentazzjoni ta' total ta' 72 proġett. Ir-rapport jikkonferma riżultati tanġibbli. Dan jinkludi l-għoti ta' appoġġ fi dħul fix-xahar lil kważi 1,2 miljun refuġjat l-aktar vulnerabbli bi trasferimenti ta' flus fix-xahar taħt is-Sistema ta' Protezzjoni Soċjali ta' Emerġenza; l-għoti ta' taħriġ fil-lingwa Torka lil 312 000 tifel u tifla refuġjat/a u materjal edukattiv lil 500 000 student; u konsultazzjonijiet dwar il-kura tas-saħħa primarja għal kważi 764 000 refuġjat u t-tilqim ta' aktar minn 217 000 tarbija refuġjati Sirjani. Il-governanza tal-Faċilità ppermettiet ukoll approċċ ta' sħubija bejn l-UE u l-Istati Membri, u governanza konġunta ma tkunx possibbli b'finanzjament li jiġi esklussivament mill-baġit tal-Unjoni.
L-UE għandha interess qawwi li tkompli dak li wera li jaħdem sew. Din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha għan li tiżgura li x-xogħol siewi tal-Faċilità jista' jkompli, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni UE-Turkija.
Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija kkonfermat li l-UE se timmobilizza EUR 3 biljun addizzjonali għall-Facilità sal-aħħar tal-2018 jekk il-kundizzjonijiet rilevanti jiġu ssodisfati. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-proġetti tal-Faċilità u appoġġ mhux interrott għar-refuġjati, u għall-persuni eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja, tenħtieġ deċiżjoni dwar finanzjament addizzjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tadotta deċiżjoni dwar it-tieni allokazzjoni ta' EUR 3 biljun għall-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija. Il-baġit tal-2016 u l-2017 mobilizzat abbażi tal-Faċilità kien magħmul minn EUR 1 biljun mill-baġit tal-Unjoni u EUR 2 biljun minn kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bħala dħul estern assenjat. Fid-Deċiżjoni tagħha tal-14 ta' Marzu 2018 (2) il-Kummissjoni sostniet l-istess kondiviżjoni bejn il-baġit tal-Unjoni u kontribuzzjoni tal-Istati Membri tal-UE għat-tieni segment. Wara diskussjoni ulterjuri, il-Kummissjoni ddeċidiet li għall-2018-2019 hija se tikkontribwixxi EUR 2 biljun mill-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri se jagħmlu kontribuzzjonijiet ta' EUR 1 biljun bħala dħul assenjat estern. Fit-18 ta' Lulju il-Fehim Komuni kien aġġornat, li jipprovdi qafas li fih jistgħu jkunu mobilizzati l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 210(2) u l-Artikolu 214(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-punt 6 tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016, (id-“Dikjarazzjoni”) iddikjara li l-Unjoni se timmobilizza l-finanzjament għall-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (“il-Faċilità”) ta' EUR 3 000 000 000 addizzjonali sa tmiem l-2018 hekk kif l-ammont inizjalment allokat ta' EUR 3 000 000 000 taħt il-Faċilità ikun wasal biex jintuża' kollu, u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti. |
|
(2) |
Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fit-3 ta' Frar 2016 ħejjew “Fehim Komuni li jistabbilixxi qafas ta' governanza u kundizzjonalità għall-Faċilità tar-Refuġjati fit-Turkija bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni” (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Fehim Komuni”). Il-Fehim Komuni kien aġġornat fit-18 ta' Lulju 2018. |
|
(3) |
Id-distribuzzjoni ta' kontribuzzjonijiet maqbula fl-ewwel segment kienet ta' EUR 1 000 000 000 mill-baġit tal-Unjoni u EUR 2 000 000 000 mill-Istati Membri. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi EUR 2 000 000 000 mill-baġit tal-Unjoni għat-tieni segment. EUR 1 000 000 000 se jkunu pprovduti minn kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. |
|
(5) |
It-twassil progressiv tal-assistenza għandu bħala kundizzjoni li jiġi implimentat b'mod kontinwu l-fehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija biex iżidu l-kooperazzjoni tagħhom marbuta mal-appoġġ għall-persuni li qegħdin taħt protezzjoni temporanja u l-ġestjoni tal-migrazzjoni fi sforz koordinat biex jindirizzaw il-kriżi. |
|
(6) |
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji individwali mill-Istati Membri għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Il-Kummissjoni, bħala dik li għandha r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 317 tat-Trattat, għandha tiġi pprovduta, f'isem l-Unjoni, b'ċertifikati ta' kontribuzzjoni mill-Istati Membri. Kull ċertifikat ta' kontribuzzjoni espress f'euro għandu l-effett li jippermetti lill-Kummissjoni li tirrendi disponibbli l-approprjazzjonijiet ta' impenn rilevanti malli tirċievi dak iċ-ċertifikat, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (4). Iċ-ċertifikati ta' kontribuzzjoni individwali għandhom ikunu bbażati fuq mudell wieħed li jagħti lok għal adattament, fejn meħtieġ, għal bżonnijiet speċifiċi. |
|
(7) |
Id-Deċiżjonijiet relatati ma', u azzjonijiet li jipprovdu assistenza umanitarja se jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 (5) u skont il-prinċipji stabbiliti fil-kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja (6). |
|
(8) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni C(2015) 9500 skont dan (7), |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)9500 final hija emendata skont li ġej:
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Il-Faċilità għandha tikkoordina l-ammont ta' EUR 3 000 000 000 għall-2016-2017, u ammont addizzjonali ta' EUR 3 000 000 000 għall-2018-2019.
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
2. Se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2018) 91 tal-14 ta' Marzu 2018.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjoni lejn il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, 2018/C 106/05, ĠU C 106/4 tal-21 ta' Marzu 2018.
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(4) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).
(6) Id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, “Il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja” (ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1).
(7) Kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 855 tal-10 ta' Frar 2016, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 2293 tat-18 ta' April 2017 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 1500 tal-14 ta' Marzu 2018.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9027 — Fosun International/FFT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 278/04)
1.
Fl-1 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Fosun International Limited (Ħong Kong) (“Fosun”), |
|
— |
FFT GmbH & Co. KGaA (il-Ġermanja), FFT Gesellschaft mbH (l-Awstrija), u s-sussidjarji li huma proprjetarji tagħhom kollha u li għandhom maġġoranza ta’ ishma fihom (flimkien, “FFT”) |
Fosun takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ FFT kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Fosun: Farmaċewtiċi, Servizzi Mediċi u Ġestjoni tas-Saħħa u Prodotti tas-Saħħa, Turiżmu u Divertiment, Moda u Konsumaturi u Stil ta’ Ħajja, Assikurazzjoni u Finanzi u Investiment,
— FFT: il-provvista ta’ sistemi ta’ produzzjoni awtomatizzata u flessibbli għall-industrija tal-karozzi kif ukoll għal setturi mhux tal-karozzi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9027 — Fosun International/FFT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
8.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8912 — Carlyle/In-negozju ta’ sustanzi kimiċi ta’ speċjalità ta’ Akzo Nobel)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 278/05)
1.
Fl-1 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
il-Carlyle Group (l-Istati Uniti tal-Amerika), (“Carlyle”), |
|
— |
In-negozju ta’ sustanzi kimiċi ta’ speċjalità ta’ Akzo Nobel (in-Netherlands) (“Akzo Nobel SC”). |
Carlyle takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Akzo Nobel SC.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Carlyle: ġestjoni tal-assi alternattivi dinjija,
— Akzo Nobel SC: in-negozju ta’ sustanizi kimiċi ta’ speċjalità ta’ Akzo Nobel, li jipproduċi firxa ta’ sustanzi kimiċi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8912 — Carlyle/In-negozju ta’ sustanzi kimiċi ta’ speċjalità ta’ Akzo Nobel
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).