|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 269/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 269/02 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2018/C 269/03 |
||
|
2018/C 269/04 |
||
|
2018/C 269/05 |
||
|
2018/C 269/06 |
||
|
2018/C 269/07 |
||
|
2018/C 269/08 |
||
|
2018/C 269/09 |
||
|
2018/C 269/10 |
||
|
2018/C 269/11 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 269/12 |
||
|
2018/C 269/13 |
||
|
2018/C 269/14 |
||
|
2018/C 269/15 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Qualcomm (Pagamenti għall-esklużività) (AT.40220) |
|
|
2018/C 269/16 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2018/C 269/17 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 269/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8986 — EIH/Krone-Mur/Primavia) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Lulju 2018
skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1301/2014 dwar is-soluzzjoni innovattiva proposta mill-SNCF Réseau għad-disinn tal-linja sovraposta ta’ konnessjoni biex ikunu permessi veloċitajiet operazzjonali sa 360 km/h
(it-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(2018/C 269/01)
L-analiżi ta’ hawn taħt saret skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (2).
Fit-2 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand SNCF Réseau, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1301/2014, għal opinjoni tal-Kummissjoni dwar soluzzjoni innovattiva proposta mill-SNCF Réseau għad-disinn tal-linja sovraposta ta’ konnessjoni biex ikunu permessi veloċitajiet operazzjonali sa 360 km/h
Il-proposta ta’ SNCF Réseau se testendi minn 320 km/h għal 360 km/h permezz tal-kurva tal-forza medja ta’ kuntatt imsemmija fil-punt 4.2.11 tar-Regolament (UE) Nru 1301/2014.
Wara talba tal-Kummissjoni biex tevalwa s-soluzzjoni teknika proposta mill-SNCF Réseau, fis-16 ta’ April 2018 l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) ħarġet opinjoni dwar il-konformità tas-soluzzjoni innovattiva proposta mill-SNCF Réseau għad-disinn tal-linja sovraposta ta’ konnessjoni biex ikunu permessi veloċitajiet operazzjonali sa 360 km/h mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tqis li r-riżultati tas-simulazzjonijiet u tal-kejl tat-testijiet mogħtija mill-SNCF Réseau huma biżżejjed u jikkonfermaw li r-rekwiżit fil-punt 4.2.11 tar-Regolament (UE) Nru 1301/2014 jista’ jiġi estiż għal veloċità sa 360 km/h għal sistemi tal-provvista ta’ trazzjoni AC.
Abbażi tal-opinjoni tal-Aġenzija u wara qsim ta’ fehmiet mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-Kummissjoni hi tal-fehma li s-soluzzjoni teknika proposta mill-SNCF Réseau għad-disinn tal-linja sovraposta ta’ konnessjoni biex ikun permess it-tħaddim ta’ ferroviji b’veloċitajiet sa 360 km/h skont id-Direttiva (UE) 2016/797.
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni innovattiva msemmija hawn fuq tikkostitwixxi mezz aċċettabbli ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva (UE) 2016/797 u għaldaqstant tista’ tintuża għall-valutazzjoni tal-proġetti.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/2 |
Bidu ta' proċeduri
(Il-Każ M.8797 — Thales/Gemalto)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 269/02)
Fit-23 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.8797 — Thales/Gemalto, fl-indirizz li ġej:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, |
|
Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/3 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(ara l-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018)
(2018/C 269/03)
L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018 (1).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista.
Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.
Il-persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom). Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union (Attn: COMET designations) |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Email: sanctions@consilium.europa.eu |
Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3). Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sal-1 ta' Ottubru 2018.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 194, 31.7.2018, p. 23.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/4 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(2018/C 269/04)
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2580/2001 (2).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ RELEX li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DĠ RELEX 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) 2580/2001.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit f'dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża, skont il-ħtieġa, mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu f'konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).
Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/5 |
Avviż għall-attenzjoni tal-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1085, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2018/1072 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2018/C 269/05)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1085 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1072 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk l-entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).
L-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG RELEX 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
L-attenzjoni tal-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/6 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1086, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1073, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
(2018/C 269/06)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1086 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1073 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK (5) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (6) għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u l-entitajiet.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2016/44, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet konċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-15 ta' Mejju 2019, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Kwalunkwe talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG RELEX 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Eemail: sanctions@consilium.europa.eu |
Kwalunkwe osservazzjoni li tiġi rċevuta ser titqies għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u l-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati.
L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
(2) ĠU L 194, 31.7.2018, p. 150.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/7 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
(2018/C 269/07)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-soġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament (UE) 2016/44 (2), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1073 (3).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta'proċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ RELEX li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
DG RELEX 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
email: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1073.
Is-soġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit f'dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna konċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni ser jitwieġbu f'konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Is-soġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/8 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau
(2018/C 269/08)
L-informazzjoni segwenti qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni indikati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/285/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, sal-31 ta’ Ottubru 2018, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG RELEX 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/9 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau
(2018/C 269/09)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-soġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (2).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C, li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG RELEX 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 377/2012.
Is-soġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit f’dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni kkonċernati, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni ser jitwieġbu f’konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġett tad-data jista’ jirrikorri għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/10 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1087, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1074 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2018/C 269/10)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II u fl-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1087 (2), u fl-Anness XV u fl-Anness XVI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1074 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1087, u fir-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (EU) 2018/1074, għandhom ikomplu japplikaw għall-persuni ddeżinjati fl-Anness II u fl-Anness III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, u fl-Anness XV u fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509. Ir-raġunijiet għall-elenkar ta’ dawk il-persuni jinsabu f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti elettroniċi fl-Anness II tar-Regolament (KE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-28 ta’ Frar 2019, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG RELEX 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni li tasal għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) 2017/1509.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u fir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) ĠU L 194, 31.7.2018, p. 152.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/11 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2018/C 269/11)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Unità 1C tad-DĠ RELEX li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG RELEX 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1509.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dan ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont il-ħtieġa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għall-aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jiġu mwieġba f’konformità mas-Sezzjoni 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).
Id-data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew minn meta tiskadi l-validità tal-miżura, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/12 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-30 ta’ Lulju 2018
(2018/C 269/12)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1684 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
129,79 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4493 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89070 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2503 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1598 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
122,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5290 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,624 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
322,02 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2773 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6238 |
|
TRY |
Lira Turka |
5,7078 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5795 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5245 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1696 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7165 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5914 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 305,99 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,4007 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9712 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4005 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 814,44 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7408 |
|
PHP |
Peso Filippin |
62,114 |
|
RUB |
Rouble Russu |
72,9792 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,908 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3334 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,7160 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,1965 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/13 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tieħu tad-19 ta’ Jannar 2018 rigward l-abbozz tad-deċiżjoni dwar il-Każ AT.40220 — Qualcomm (Pagamenti tal-Esklussività)
Relatur: L-Awstrija
(2018/C 269/13)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq tal-prodott relevanti huwa s-suq merkantili dinji taL-LTE chipsets kif definit fl-abbozz tad-deċiżjoni.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Qualcomm kellha pożizzjoni dominanti fis-suq dinji għal-LTE chipsets bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2016.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-pagamenti mogħtija minn Qualcomm lil Apple kif deskritt fl-abbozz tad-deċiżjoni kienu pagamenti tal-esklussività.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità tal-pagamenti tal-esklussività ta’ Qualcomm li jkollhom effetti antikompetittivi u mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li dawn il-pagamenti tal-esklussività jikkostitwixxu abbuż ta’ pożizzjoni dominanti.
5.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Qualcomm ma urietx li l-pagamenti tal-esklussività kienu kontrobilanċjati jew megħluba minn vantaġġi f’termini ta’ effiċjenza li minnha gawda wkoll il-konsumatur.
6.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward iż-żmien li dam il-każ ta’ ksur kif deskritt fl-abbozz tad-deċiżjoni.
7.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li hija għandha ġurisdizzjoni biex tapplika l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 ŻEE fil-każ preżenti.
8.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz tad-deċiżjoni għandha effett sinifikattiv fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u bejn il-Partijiet Kontraenti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 ŻEE.
9.
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/14 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Jannar 2018 rigward l-abbozz tad-Deċiżjoni dwar il-Każ AT.40220 (2) — Qualcomm (Pagamenti ta’ Esklussività)
Relatur: L-Awstrija
(2018/C 269/14)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Qualcomm bejgħ dirett u indirett lil terzi persuni fiż-ŻEE jinħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multa stabbilit f’dan il-każ.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li f’dan il-każ jinħtieġ li jiġi applikat l-ammont addizzjonali (“il-ħlas tad-dħul”).
5.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.
6.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa.
7.
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/15 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Qualcomm (Pagamenti għall-esklużività)
(AT.40220)
(2018/C 269/15)
Introduzzjoni
|
(1) |
L-abbozz ta’ deċiżjoni jikkonċerna l-għoti ta’ pagamenti minn Qualcomm Inc. (“Qualcomm”) lil Apple Inc. (“Apple”), bil-kundizzjoni li Apple tikseb mingħand Qualcomm ir-rekwiżiti kollha ta’ Apple ta’ baseband chipsets konformi mal-istandard tal-komunikazzjoni ċellulari ta’ “Evoluzzjoni fit-Tul” (“Long-Term Evolution” — LTE), flimkien mal-istandards iktar antiki tas-“Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli” (GSM) u tas-“Sistema Universali tat-Telekomunikazzjoni Mobbli” (UMTS). Skont l-abbozz ta’ deċiżjoni, dan kiser l-Artikolu 102 tat-TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(2) |
F’Awwissu 2014, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess, bdiet investigazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti marbuta max-xiri u mal-użu tal-baseband chipsets ta’ Qualcomm. Bejn it-12 ta’ Awwissu 2014 u t-23 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni bagħtet diversi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2). |
|
(3) |
Fis-16 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (3), fir-rigward ta’ Qualcomm. |
|
(4) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat, għall-finijiet tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 773/2004, dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet indirizzata lil Qualcomm (id-“DO”). Essenzjalment, id-DO tistabbilixxi l-konklużjoni proviżorja tal-Kummissjoni li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ġustifikazzjoni oġġettiva jew kisbiet fl-effiċjenza, Qualcomm kienet qed tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha meta tat pagamenti lil Apple bil-kundizzjoni li Apple tikseb mingħand Qualcomm ir-rekwiżiti kollha ta’ Apple ta’ baseband chipsets konformi: (i) mal-istandards tal-UMTS u tal-GSM; u (ii) mal-istandard LTE flimkien mal-istandards iktar antiki tal-UMTS u tal-GSM. |
|
(5) |
Barra minn hekk, fit-8 ta’ Diċembru 2015, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni (“DĠ Kompetizzjoni”) bagħat kopja ta’ korteżija informali bil-quddiem tad-DO lil Qualcomm permezz tal-posta elettronika. Id-DO ntbagħtet l-għada lil Qualcomm permezz tal-kurrier. Skont l-ittra ta’ akkumpanjament, datata d-9 ta’ Diċembru 2015 u li ntbagħtet flimkien mad-DO, Qualcomm kellu jkollha tliet xhur sabiex tirrispondi bil-miktub. Ġie ddikjarat li dan il-perjodu “jqis id-daqs u n-natura tal-fajl, il-kontenut tad-[DO], il-fatt li fl-istess jum ġiet adottata Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet kontra [Qualcomm] fil-kawża AT.39711 — Qualcomm (predazzjoni) u l-perjodu tal-btajjel li jmiss”. Dan jibda jiddekorri, jekk Qualcomm tkun talbet l-aċċess għall-fajl fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-DO, “mill-għada li tasal is-CD-ROM/id-DVD bil-parti aċċessibbli tal-fajl”. |
|
(6) |
Qualcomm irċeviet notifika formali tad-DO permezz tal-kurrier fil-11 ta’ Diċembru 2015. Wara t-talba ta’ Qualcomm tat-18 ta’ Diċembru, fil-21 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni pprovdiet lil Qualcomm, għall-finijiet tal-aċċess għall-fajl skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 773/2004, id-dokumenti ssejvjati fuq mezz ta’ ħażna elettronika. |
Aċċess għall-fajl wara d-DO u l-perjodu għar-rispons għad-DO
Skambji bejn Qualcomm u d-DĠ Kompetizzjoni
|
(7) |
Permezz ta’ ittra lid-DĠ Kompetizzjoni datata d-29 ta’ Jannar 2016, Qualcomm ilmentat dwar konfużjoni bir-referenzjar tad-dokumenti, ikkontestat dawk li hija qieset li kienu redazzjonijiet estensivi żżejjed u mhux informattivi fil-verżjonijiet aċċessibbli tad-dokumenti li rċeviet, u esprimiet ruħha sorpriża għan-numru apparentement żgħir ta’ dokumenti minn Apple fost dawk id-dokumenti. |
|
(8) |
Id-DĠ Kompetizzjoni rrisponda permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Frar 2016. Huwa kkjarifika u kkoreġa xi kwistjonijiet ta’ referenzjar u spjega, fost l-oħrajn, li kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn in-numru ta’ dokumenti elenkati bħala li huma f’ċerti “ġabriet ta’ dokumenti” (4) fil-fajl tal-investigazzjoni u n-numru ta’ verżjonijiet mhux kunfidenzjali fil-verżjoni aċċessibbli ta’ dawn il-ġabriet li saret disponibbli fil-21 ta’ Diċembru 2015 minħabba li tliet fornituri tal-informazzjoni kienu talbu l-kunfidenzjalità fuq l-intier ta’ xi dokumenti. Għal xi testi redatti, id-DĠ Kompetizzjoni kien tal-fehma li ma kinux meħtieġa sommarji mhux kunfidenzjali iktar estensivi. |
|
(9) |
Permezz ta’ ittri elettroniċi tad-19 ta’ Frar, tas-26 ta’ Frar u tat-3 ta’ Marzu 2016, id-DĠ Kompetizzjoni pprovda lil Qualcomm: (i) b’verżjonijiet redatti ta’ xi dokumenti li ma kinux aċċessibbli qabel; (ii) b’verżjonijiet redatti aġġornati ta’ dokumenti oħra li kienu diġà ġew ipprovduti; u (iii) b’sommarji ta’ (partijiet ta’) ċerti dokumenti li l-fornituri tagħhom sostnew li kienu kunfidenzjali fl-intier tagħhom. |
|
(10) |
F’ittra lid-DĠ Kompetizzjoni datata l-4 ta’ Marzu 2016, Qualcomm sostniet li hija rċeviet aċċess għal verżjoni mhux kompluta u mhux koerenti tal-fajl tal-kawża, li kien fiha ħafna dokumenti li fihom saru redazzjonijiet estensivi u mhux ġustifikati ta’ siltiet li x’aktarx ikunu importanti għad-difiża tagħha. L-ittra kienet tinkludi anness estensiv b’talbiet dettaljati għal aċċess ulterjuri għall-fajl. |
|
(11) |
Fis-7 ta’ Marzu 2016, Qualcomm kitbet lid-DĠ Kompetizzjoni u talbet għal “estensjoni tad-data tal-għeluq sabiex Qualcomm tkun tista’ tirrispondi għad-[DO]”. Qualcomm sostniet li, minħabba l-“problemi serji u li għadhom għaddejjin” bl-aċċess għall-fajl, il-perjodu ta’ tliet xhur stipulat fl-ittra ta’ akkumpanjament tad-DO għar-rispons għad-DO kien għadu ma bediex jiddekorri. Sussidjarjament, Qualcomm talbet għal “estensjoni tad-data tal-għeluq b’minn tal-inqas tliet xhur … (jiġifieri minn tal-inqas sat-22 ta’ Ġunju 2016)”. |
|
(12) |
Permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Marzu 2016, id-DĠ Kompetizzjoni rrisponda għaż-żewġ ittri preċedenti ta’ Qualcomm. Fir-rigward tal-aċċess għall-fajl, id-DĠ Kompetizzjoni pprovda verżjonijiet mhux kunfidenzjali reveduti ta’ xi dokumenti, irrifjuta t-talbiet ta’ Qualcomm għal oħrajn u ddikjara li ma kien hemm l-ebda kwistjoni miftuħa li tikkonċerna r-referenzjar, il-kunfidenzjalità jew id-dokumenti allegatament neqsin. Fir-rigward tad-data tal-għeluq għar-rispons għad-DO, id-DĠ Kompetizzjoni ma qabilx mal-“karatterizzazzjoni ta’ Qualcomm ta’ aċċess defiċjenti b’mod sinifikanti għall-eżerċitar tal-fajl”, iżda ta “estensjoni ta’ xahar” u ffissa “data tal-għeluq ġdida” tat-22 ta’ April 2016, “sabiex jitqies iż-żmien addizzjonali li setgħet kienet teħtieġ Qualcomm sabiex tirrieżamina d-dokumenti pprovduti wara t-22 ta’ Diċembru 2015”. |
|
(13) |
Permezz ta’ ittra lid-DĠ Kompetizzjoni datata l-21 ta’ Marzu 2016, Qualcomm ikkritikat il-pożizzjonijiet deskritti fl-ittra tad-DĠ Kompetizzjoni tas-16 ta’ Marzu 2016 u indikat li Qualcomm se “tfittex id-determinazzjoni mill-Uffiċjal tas-Seduta” rigward l-aċċess għall-fajl u d-data tal-għeluq għar-rispons ta’ Qualcomm għad-DO. |
It-talbiet ta’ Qualcomm lill-Uffiċjal tas-Seduta fir-rigward tad-data tal-għeluq għar-rispons għad-DO
|
(14) |
Permezz ta’ ittra lill-Uffiċjal tas-Seduta datata l-21 ta’ Marzu 2016, Qualcomm talbet għal “rieżami tad-data tal-għeluq iffissata minn [id-DĠ Kompetizzjoni] għar-rispons għad-[DO]”. F’dan il-kuntest, Qualcomm fittxet “determinazzjoni li d-data tal-għeluq oriġinali ta’ tliet xhur … jew (i) kienet għadha ma bdietx tiddekorri; jew inkella (ii) bdiet tiddekorri l-iktar kmieni mill-20 ta’ Frar 2016”. Sussidjarjament, Qualcomm fittxet “estensjoni tad-data tal-għeluq attwali … sat-22 ta’ Ġunju 2016; jiġifieri tliet xhur mid-data tal-għeluq oriġinali”. |
|
(15) |
Permezz ta’ ittra lill-Uffiċjal tas-Seduta datata s-6 ta’ April 2016, Qualcomm talbet aċċess ulterjuri għal volum kbir ta’ materjal fuq il-fajl tal-Kummissjoni. Hija pprovdiet l-“Anness 2” ta’ dik l-ittra jumejn wara. Din it-talba għal aċċess għall-fajl (it-“Talba ta’ April 2016”) u oħrajn, kif ukoll il-mod kif ġew indirizzati, huma deskritti iktar ’il quddiem f’dan ir-rapport. |
|
(16) |
Permezz ta’ ittra elettronika lil Qualcomm datata l-15 ta’ April 2016, l-Uffiċjal tas-Seduta ssospenda mis-6 ta’ April 2016 (id-data tat-Talba ta’ April 2016) id-dekorrenza tal-perjodu ta’ żmien għar-risposta bil-miktub għad-DO. Dik l-ittra elettronika indikat li, ladarba l-Uffiċjal tas-Seduta jqis li huwa xieraq li titneħħa din is-sospensjoni, jistgħu jingħataw direzzjonijiet ulterjuri fir-rigward ta’ data tal-għeluq ġdida għas-sottomissjoni ta’ tali rispons u ta’ kwalunkwe kwistjoni relatata. |
|
(17) |
Permezz ta’ ittra lil Qualcomm datata s-27 ta’ Mejju 2016, l-Uffiċjal tas-Seduta ddeskriva d-diversi passi meħuda sabiex tiġi indirizzata t-Talba ta’ April 2016 (5). Fid-dawl ta’ dawn, l-Uffiċjal tas-Seduta neħħa dik is-sospensjoni u żied, maż-żmien li kien fadal tal-perjodu għar-risposta bil-miktub għad-DO mid-data tas-sospensjoni, perjodu addizzjonali li jmexxi d-data tal-għeluq għal tali rispons għat-23 ta’ Ġunju 2016. |
|
(18) |
Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Mejju 2016, Qualcomm ikkontestat dik id-data tal-għeluq reveduta. B’referenza għall-ittra tagħha lill-Uffiċjal tas-Seduta tal-21 ta’ Marzu 2016, Qualcomm tenniet il-fehma li “d-data tal-għeluq oriġinali ta’ tliet xhur … ma bdietx tiddekorri fil-21 ta’ Diċembru 2016”. Wara li żiedet tliet xhur mad-dati meta ċerti konsulenti esterni ta’ Qualcomm kellhom aċċess għal ċerti dokumenti bħala parti minn “proċedura ta’ kamra tad-data” (ara (26) hawn taħt), Qualcomm sostniet li “d-data tal-għeluq għar-rispons għad-DO [tista’] tkun mhux iktar kmieni mill-24 ta’ Awwissu 2016”. Sussidjarjament, Qualcomm fittxet “estensjoni tad-data tal-għeluq attwali … sa minn tal-inqas il-25 ta’ Lulju”. Qualcomm talbet ukoll lill-Uffiċjal tas-Seduta sabiex jikkonferma “fi kwalunkwe każ” id-data li fiha Qualcomm tista’ titqies “li rċeviet aċċess suffiċjenti għall-fajl minn meta beda l-perjodu inizjali ta’ tliet xhur mogħti lil Qualcomm”. |
|
(19) |
Permezz ta’ ittra elettronika lid-DĠ Kompetizzjoni datata l-1 ta’ Ġunju 2016, wara li raw l-aħħar siltiet addizzjonali ta’ test mhux redatt li, fil-valutazzjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta (ara hawn taħt), Qualcomm kienet intitolata li jkollha aċċess għalihom, l-avukati ta’ Qualcomm indikaw li, peress li fl-opinjoni tagħhom dawn is-siltiet kien fihom “evidenza ewlenija li tiskaġuna”, huma kienu tal-fehma li l-aċċess għall-fajl kien ingħata l-iktar kmieni fl-1 ta’ Ġunju 2016. |
|
(20) |
F’deċiżjoni datata d-9 ta’ Ġunju 2016 (id-“Deċiżjoni ta’ Ġunju 2016 tal-Uffiċjal tas-Seduta”), l-Uffiċjal tas-Seduta fakkar li diġà kienet ġiet iffissata data tal-għeluq reveduta tat-23 ta’ Ġunju 2016 (fis-27 ta’ Mejju 2016) għas-sottomissjoni ta’ rispons għad-DO. Peress li, b’mod partikolari, dik id-data tal-għeluq reveduta kienet ġiet iffissata b’rispons għat-talbiet ta’ Qualcomm, il-perjodu ta’ żmien stipulat fl-ittra ta’ akkumpanjament tad-DO sar superfluwu. Is-sottomissjonijiet ta’ Qualcomm dwar meta beda jiddekorri dak il-perjodu kienu ġew issuperati minn avvenimenti. Sa fejn dawn is-sottomissjonijiet kienu fl-ittra ta’ Qualcomm tal-21 ta’ Marzu 2016, huma kienu ġew indirizzati mill-ittra elettronika u mill-ittra tal-Uffiċjal tas-Seduta datati l-15 ta’ April u s-27 ta’ Mejju 2016, rispettivament. Sal-punt li Qualcomm reġgħet ressqithom u aġġornathom fit-30 ta’ Mejju u fl-1 ta’ Ġunju 2016, huma kienu irrilevanti għall-kwistjoni ta’ jekk id-data tal-għeluq applikabbli f’dak iż-żmien (it-23 ta’ Ġunju 2016) kellhiex tiġi reveduta. Fuq dik il-kwistjoni, l-Uffiċjal tas-Seduta ta jum addizzjonali sabiex jippermetti li jsiru sottomissjonijiet kunfidenzjali dwar is-sustanza magħmula f’isem Qualcomm minn “kamra tad-data” fir-rigward ta’ ammont limitat ta’ dokumenti kunfidenzjali ħafna (“Sottomissjonijiet Kunfidenzjali”) (ara (26) hawn taħt) wara s-sottomissjoni tal-korp ewlieni tar-rispons ta’ Qualcomm għad-DO, li d-data tal-għeluq għaliha baqgħet it-23 ta’ Ġunju 2016. |
|
(21) |
Permezz ta’ ittra elettronika mibgħuta filgħaxija fil-21 ta’ Ġunju 2016, Qualcomm għamlet talba motivata għal estensjoni ulterjuri sat-Tnejn, is-27 ta’ Ġunju 2016. L-Uffiċjal tas-Seduta ta l-estensjoni mitluba permezz ta’ ittra elettronika l-għada, fejn speċifika li, b’mod konsistenti mad-Deċiżjoni ta’ Ġunju 2016 tal-Uffiċjal tas-Seduta, se tkun disponibbli kamra tad-data għal kwalunkwe Sottomissjoni Kunfidenzjali (ara iktar (26) hawn taħt). |
|
(22) |
Qualcomm issottomettiet ir-rispons bil-miktub tagħha għad-DO fis-27 ta’ Ġunju 2016. Fit-28 ta’ Ġunju u mill-ġdid fit-30 ta’ Ġunju 2016, l-avukati ta’ Qualcomm ressqu “sottomissjonijiet sostantivi kunfidenzjali” b’rabta ma’ ċerti dokumenti li huma kienu eżaminaw verżjonijiet kunfidenzjali tagħhom bħala parti mill-proċeduri ta’ aċċess ristrett deskritti fil-punt (26) ta’ hawn taħt. |
It-talbiet ta’ Qualcomm lill-Uffiċjal tas-Seduta għal aċċess ikbar għall-fajl wara d-DO
|
(23) |
Fit-30 ta’ Marzu 2016, wara talba fl-ittra ta’ Qualcomm tal-21 ta’ Marzu 2016, l-Uffiċjal tas-Seduta ltaqa’ mal-konsulent estern ta’ Qualcomm. Matul din il-laqgħa, ġie indikat li Qualcomm kienet qed tiffinalizza talba għal aċċess ulterjuri għal ċerti dokumenti miksuba mill-Kummissjoni, b’mod partikolari mingħand Apple. |
|
(24) |
It-Talba ta’ April 2016 (ara (15) hawn fuq) kienet tinkludi raġunamenti voluminużi li jinsabu f’żewġ annessi: l-ewwel wieħed jikkonċerna ċerti dokumenti ta’ Apple u ta’ Intel Corporation, filwaqt li t-tieni jikkonċerna r-rispons minn 13-il impriża oħra għat-talbiet għall-informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni. Minħabba l-prijoritajiet ta’ Qualcomm kif ikkomunikati fil-laqgħa tat-30 ta’ Marzu 2016, l-Uffiċjal tas-Seduta ttratta bħala kwistjoni ta’ prijorità t-talbiet għal aċċess ikbar għad-dokumenti ta’ Apple identifikati fl-ewwel anness. |
|
(25) |
F’Mejju 2016, fuq talba tal-Uffiċjal tas-Seduta, id-DĠ Kompetizzjoni pprovda lil Qualcomm b’erba’ lottijiet separati ta’ verżjonijiet aċċessibbli reveduti ta’ (siltiet ta’) ċerti dokumenti koperti bit-Talba ta’ April 2016. Dawn il-verżjonijiet reveduti kienu tfasslu wara kuntatti bejn l-Uffiċjal tas-Seduta u l-15-il fornitur tal-informazzjoni kkonċernati. (6) |
|
(26) |
Fir-rigward ta’ ċerti dokumenti oħra li joħorġu minn tnejn minn dawn il-fornituri, l-Uffiċjal tas-Seduta għamel l-arranġamenti għal aċċess ristrett permezz ta’ “proċeduri tal-kamra tad-data” separati (7). Dawn kienu jinvolvu aċċess għal konsulenti esterni speċifiċi ta’ Qualcomm, f’bini tad-DĠ Kompetizzjoni, għal verżjonijiet kunfidenzjali rilevanti (i) fit-23 u fl-24 ta’ Mejju 2016 u (ii) fl-1 ta’ Ġunju 2016, rispettivament. (8) Ir-regoli rilevanti dwar il-kamra tad-data stipulaw lok għal Sottomissjonijiet Kunfidenzjali possibbli. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ dokument ieħor li joħroġ minn fornitur tal-informazzjoni differenti, l-Uffiċjal tas-Seduta għamel arranġamenti f’Mejju 2016 għal aċċess ristrett permezz ta’ arranġament ta’ “ċirku ta’ kunfidenzjalità” (9) bejn il-fornitur u l-konsulenti esterni speċifikati ta’ Qualcomm. |
|
(27) |
F’ittra lil Qualcomm datata s-27 ta’ Mejju 2016 dwar id-data tal-għeluq għar-rispons bil-miktub għad-DO (ara (17) hawn fuq), l-Uffiċjal tas-Seduta ddeskriva kif Qualcomm (jew il-konsulenti esterni speċifikati nnominati minn Qualcomm) b’hekk irċeviet jew dalwaqt se tirċievi — sa fejn ikun ġustifikat mill-eżerċitar effettiv tad-drittijiet ta’ difiża ta’ Qualcomm — il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni (inkluża l-informazzjoni kunfidenzjali) li għaliha Qualcomm fittxet aċċess ikbar. Dik l-ittra, li l-għan ewlieni tagħha kien li tiffissa data tal-għeluq reveduta għal rispons bil-miktub għad-DO, spjegat li Qualcomm se tirċievi rispons motivat għat-Talba ta’ April 2016 meta jkun f’waqtu. Huwa spjega wkoll li, minflok ma jfixkel it-tħejjija tar-rispons ta’ Qualcomm għad-DO billi jistenna sakemm tinġabar l-informazzjoni addizzjonali kollha li l-Uffiċjal tas-Seduta qies li Qualcomm kienet intitolata għaliha u sakemm tkun tista’ tiġi adottata deċiżjoni formali skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, l-Uffiċjal tas-Seduta għamel l-arranġamenti sabiex id-DĠ Kompetizzjoni jipprovdi lil Qualcomm b’verżjonijiet mhux kunfidenzjali reveduti fuq bażi kontinwa qabel tittieħed deċiżjoni formali, għalkemm f’erba’ pagamenti parzjali f’intervalli prevedibbli sabiex jiġi evitat approċċ indebitament frammentarju. |
|
(28) |
Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Mejju 2016, Qualcomm ikkontestat, fost l-oħrajn, il-firxa tal-aċċess ulterjuri għal ċerti dokumenti li kienet ingħatat Qualcomm, inkluża l-firxa tar-redazzjonijiet li kien applika d-DĠ Kompetizzjoni għar-“rapport dwar il-kamra tad-data mhux kunfidenzjali li kien tħejja għall-attenzjoni ta’ Qualcomm bħala parti mill-ewwel proċedura tal-kamra tad-data msemmija fil-punt (26) ta’ hawn fuq. Qualcomm talbet ukoll, għall-ewwel darba quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta u mingħajr l-ebda argument ta’ sostenn, għal aċċess sħiħ u mhux ristrett għal tliet dokumenti addizzjonali. |
|
(29) |
Id-Deċiżjoni ta’ Ġunju 2016 tal-Uffiċjal tas-Seduta (ara (20) hawn fuq) tinkludi, skont l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, rispons motivat għat-Talba ta’ April 2016. Fost l-oħrajn, dik id-deċiżjoni tiddeskrivi l-approċċ meħud għat-talbiet ta’ Qualcomm għal aċċess ulterjuri għall-fajl. Essenzjalment, fejn, wara li nstemgħu id-diversi fornituri tal-informazzjoni kkonċernati, intwera li l-informazzjoni kienet ġenwinament kunfidenzjali permezz ta’ test bi tliet aspetti bbażat fuq is-sentenza fil-kawża Bank Austria vs Il-Kummissjoni (10), kellu jintlaħaq bilanċ xieraq u proporzjonat bejn l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u l-eżerċitar xieraq tad-drittijiet ta’ difiża ta’ Qualcomm. Fejn l-informazzjoni kkonċernata dehret li kienet potenzjalment ta’ rilevanza speċifika jew ta’ użu speċifiku għal Qualcomm f’termini ta’ fehim tal-kuntest tad-dikjarazzjonijiet fid-DO jew ta’ argumenti ta’ difiża konċepibbli, iżda kienet ta’ sensittività partikolari għall-fornitur tal-informazzjoni kkonċernat u diffiċli — saħansitra impossibbli — li tiġi redatta għall-attenzjoni ta’ Qualcomm b’mod mhux kunfidenzjali iżda b’mod istruttiv biżżejjed, sabiex jintlaħaq dak il-bilanċ kien meħtieġ li jsiru l-arranġamenti għall-proċeduri ta’ aċċess ristrett imsemmija fil-punt (26) ta’ hawn fuq. |
|
(30) |
Id-Deċiżjoni ta’ Ġunju 2016 tal-Uffiċjal tas-Seduta tirrifjuta wkoll, fost l-oħrajn, l-ilmenti u t-talbiet ta’ Qualcomm fir-rigward tal-aċċess għall-fajl li saru fl-ittra datata t-30 ta’ Mejju 2016. Pereżempju, tirrifjuta t-talba mill-konsulenti esterni ta’ Qualcomm sabiex jitħallew jagħmlu t-tieni żjara f’kamra tad-data bl-għan li jagħmlu sottomissjonijiet dwar il-kunfidenzjalità ta’ wħud mill-materjali koperti bl-ewwel proċedura tal-kamra tad-data. Fil-kuntest tar-rieżami tar-redazzjonijiet ikkontestati għall-abbozz tar-rapport dwar il-kamra tad-data mħejji f’dik il-proċedura (11), l-Uffiċjal tas-Seduta diġà seta’ jiġbor il-fatti u jqis il-qofol tas-sottomissjonijiet li x’aktarx kienu previsti. Barra minn hekk, minflok fittxet — anke f’termini wiesgħa — l-aċċess għal iktar informazzjoni, Qualcomm sempliċement fittxet l-opportunità li tagħmel talba bħal din f’data iktar ’il quddiem. |
Persuni terzi (interessati)
|
(31) |
Fl-applikazzjonijiet motivati tagħhom fl-aħħar tal-2015, Apple u NVIDIA Corporation tħallew jipparteċipaw fil-proċedimenti bħala persuni terzi interessati skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. It-talba relatata ta’ NVIDIA sabiex tinstema’ bħala persuna terza interessata b’“aċċess għall-fajl u d-drittijiet li tinstema’ b’mod ekwivalenti għal dak ta’ lmentatur” (12), ma ntlaqgħatx peress li fittxet drittijiet li jmorru lil hinn minn dawk ta’ persuni terzi interessati. |
|
(32) |
Fil-bidu tal-2016, b’rispons għall-espressjoni ta’ oppożizzjoni ta’ Qualcomm għall-ammissjoni ta’ NVIDIA bħala persuna terza interessata, l-Uffiċjal tas-Seduta spjega li l-fatt li applikant għal status ta’ persuna terza interessata qed jitlob għal danni abbażi tal-Artikolu 102 tat-TFUE quddiem il-qrati nazzjonali mhuwiex ta’ piż kontra l-ammissjoni tiegħu bħala persuna terza interessata fil-proċedimenti tal-Kummissjoni (13). |
|
(33) |
F’Mejju 2016, applikazzjoni minn persuna terza differenti ma kinitx tikkostitwixxi “interess suffiċjenti” għall-finijiet tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament Nru 1/2003, tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 773/2004 u tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. Fin-nuqqas ta’ rispons għall-valutazzjoni negattiva proviżorja tal-Uffiċjal tas-Seduta skont l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, din l-applikazzjoni sabiex tinstema’ bħala persuna terza interessata tqieset bħala li ġiet irrifjutata. |
|
(34) |
Fil-15 ta’ Marzu u fil-31 ta’ Marzu 2016, rispettivament, id-DĠ Kompetizzjoni pprovda lil Apple u lil NVIDIA b’verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO sabiex jgħarrafhom, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 773/2004, dwar in-natura u s-suġġett tal-proċedimenti. Apple u NVIDIA esprimew il-fehmiet tagħhom bil-miktub skont l-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-regolament fit-2 ta’ Mejju u fil-31 ta’ Mejju 2016, rispettivament. |
|
(35) |
Fl-aħħar tal-2016, id-DĠ Kompetizzjoni talab u rċieva kummenti bil-miktub mingħand Apple dwar verżjoni mhux kunfidenzjali tar-rispons ta’ Qualcomm għad-DO (14). |
|
(36) |
Barra minn hekk, fl-aħħar tal-2016, id-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta t-talba ta’ NVIDIA għall-aċċess u għall-opportunità li tirrispondi bil-miktub għal: (i) verżjoni mhux kunfidenzjali tar-rispons ta’ Qualcomm għad-DO; u (ii) kwalunkwe osservazzjoni ta’ Qualcomm dwar il-kummenti ta’ NVIDIA li saru skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 773/2004. |
|
(37) |
B’rispons għall-oġġezzjonijiet ta’ NVIDIA għal dan ir-rifjut, l-Uffiċjal tas-Seduta spjega li, fis-sustanza, filwaqt li d-DĠ Kompetizzjoni jista’ jipprovdi tali dokumenti lill-persuni terzi interessati (15), huwa jgawdi libertà konsiderevoli fir-rigward ta’ jekk jilqax talbiet bħal dik ta’ NVIDIA. Id-Deċiżjoni 2011/695/UE ma tipprevedix li persuni terzi interessati jiksbu deċiżjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta li tagħtihom aċċess għal dokumenti li jmorru lil hinn minn informazzjoni bil-miktub dwar “in-natura u s-suġġett tal-proċedura” li għalihom huma intitolati skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 773/2004. Id-dritt ta’ NVIDIA li tkun infurmata skont dak l-Artikolu 13(1) diġà kien ġie ssodisfat. Id-differenza fit-trattament tal-persuni terzi interessati hija permessibbli fejn ikun hemm differenzi oġġettivi bejniethom, pereżempju fir-rigward tal-kontribut li jistgħu jagħtu għall-fehim tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet fattwali rilevanti. |
L-ebda seduta orali
|
(38) |
Bl-għan li tassisti fl-ippjanar ta’ Qualcomm, l-ittra tal-Uffiċjal tas-Seduta tas-27 ta’ Mejju 2016 (ara (17) u (27) hawn fuq) indikat li, kieku Qualcomm kellha titlob, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 773/2004, l-opportunità li tiżviluppa l-argumenti tagħha b’rispons għad-DO f’seduta orali, l-Uffiċjal tas-Seduta ppreveda li jorganizza tali seduta f’waħda miż-żewġ dati qrib ta’ xulxin f’nofs Lulju 2016. F’ittra elettronika li takkumpanja d-Deċiżjoni ta’ Ġunju 2016 tal-Uffiċjal tas-Seduta, id-data prevista għal seduta orali possibbli ġiet emendata għal data oħra f’nofs Lulju 2016. |
|
(39) |
F’ittra elettronika datata l-21 ta’ Ġunju 2016, Qualcomm indikat li, minħabba ż-żmien meħtieġ sabiex isiru l-preparamenti għal seduta orali li tikkonċerna d-DO u minħabba l-prospett li dalwaqt trid tiġi ffinalizzata r-risposta bil-miktub għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet differenti (fil-Kawża AT.39711 Qualcomm (predazzjoni)), Qualcomm kienet “iddeċidiet — b’dispjaċir — li tirrifjuta s-seduta orali f’din il-kawża”. |
|
(40) |
Meta skont l-estensjoni addizzjonali, mitluba f’dik l-ittra elettronika, tal-perjodu għas-sottomissjoni tar-rispons bil-miktub ta’ Qualcomm għad-DO (ara (21) hawn fuq), l-Uffiċjal tas-Seduta enfasizza li Qualcomm ma kinitx iffaċċjata, kif deher li kienet qed tissuġġerixxi, b’għażla bejn seduta orali fid-data prevista dak iż-żmien f’Lulju 2016 jew li ma ssir l-ebda seduta. Kieku Qualcomm kellha titlob li ssir seduta orali f’dak ir-rispons, hija tkun tista’ tressaq sottomissjonijiet dwar jekk id-data prevista kinitx xierqa. Filwaqt li dik id-data kienet ġiet proposta fid-dawl ta’, fost l-oħrajn, il-fatt li Qualcomm kienet qed tindirizza dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet f’kawża oħra, se tingħata kunsiderazzjoni bir-reqqa għal kwalunkwe talba għal data ta’ seduta oħra. |
|
(41) |
Fir-rispons bil-miktub tagħha għad-DO, Qualcomm ma talbet għal ebda seduta orali. |
Ittra ta’ fatti — skadenza għar-rispons u aċċess għall-fajl
|
(42) |
Fl-10 ta’ Frar 2017, id-DĠ Kompetizzjoni ħareġ “ittra ta’ fatti” (“letter of facts” — “LoF”) li fiha għarraf lil Qualcomm dwar: (i) l-evidenza li għaliha Qualcomm diġà kellha aċċess, iżda li ma ġietx invokata espliċitament fid-DO u li, wara analiżi ulterjuri tal-fajl, tista’ tkun rilevanti sabiex tappoġġa l-konklużjoni milħuqa b’mod proviżorju fid-DO u (ii) l-evidenza addizzjonali miksuba wara l-adozzjoni tad-DO. |
Data tal-għeluq għar-rispons għal-LoF
|
(43) |
L-LoF tat lil Qualcomm sat-3 ta’ Marzu 2017 sabiex tipprovdi xi kummenti dwar din l-evidenza. Fl-24 ta’ Frar 2017, Qualcomm talbet xahrejn addizzjonali sabiex tkun tista’ tagħmel dan. Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Frar 2017, id-DĠ Kompetizzjoni rreveda d-data tal-għeluq għall-kummenti dwar l-LoF sat-13 ta’ Marzu 2017. |
|
(44) |
Fl-1 ta’ Marzu 2017, Qualcomm talbet lill-Uffiċjal tas-Seduta “sabiex jiddetermina bħala [li kienet] xieraq li jkun hemm estensjoni ta’ xahrejn tad-data tal-għeluq sa meta trid tingħata risposta għal-LoF”. Qualcomm ibbażat it-talba tagħha fuq il-kontenut tal-LoF, allegat nuqqas ta’ urġenza, u fuq dawk li Qualcomm iddeskriviet bħala diversi “nuqqasijiet proċedurali” (bħal allegat nuqqas ta’ “avviż xieraq” li ngħata lil Qualcomm qabel il-ħruġ tal-LoF u ta’ “opportunitajiet ugwali għall-partijiet” bejn Qualcomm u dak li Qualcomm iddeskriviet bħala “l-ilmentatur de facto”, Apple). |
|
(45) |
Permezz ta’ deċiżjoni datata t-8 ta’ Marzu 2017, wara li żamm amment, b’analoġija, il-kwistjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE (16), l-Uffiċjal tas-Seduta rrifjuta l-estensjoni ta’ żmien mitluba minn Qualcomm. Essenzjalment, is-sottomissjonijiet ta’ Qualcomm, meqjusa individwalment jew flimkien, ma kinux konvinċenti. Pereżempju, ma hemm l-ebda rekwiżit speċifiku skont id-dritt tal-UE li jrid jingħata avviż qabel ittra ta’ fatti u, fi kwalunkwe każ, Qualcomm kienet effettivament irrikonoxxiet li kienet ġiet avżata bil-quddiem jumejn qabel fir-rigward tal-LoF. Barra minn hekk, l-affermazzjonijiet ta’ Qualcomm ta’ nuqqas ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet ma’ Apple juru nuqqas ta’ fehim li l-Kawża AT.40220 ma kinitx tilwima kontradittorja fejn Apple tmur kontra Qualcomm (17). Għalhekk, paragun taż-żmien mogħti lil Apple u lil Qualcomm, rispettivament, sabiex iressqu sottomissjonijiet distinti ta’ natura materjalment differenti ma kienx rilevanti għal jekk Qualcomm kellhiex tingħata żmien addizzjonali ulterjuri sabiex tirrispondi għal-LoF. Minħabba li s-sottomissjonijiet l-oħra ta’ Qualcomm ma kinux konvinċenti, kwalunkwe estensjoni tal-perjodu għar-rispons ta’ Qualcomm għal-LoF ibbażata biss fuq allegat nuqqas ta’ urġenza fil-Kawża AT.40220 kienet tirriskja li tintroduċi dewmien bla bżonn. |
Aċċess għall-fajl wara l-LoF
|
(46) |
Bħala parti mill-aċċess addizzjonali għall-fajl irranġat mid-DĠ Kompetizzjoni b’konnessjoni mal-LoF, l-avukati ta’ Qualcomm inizjalment qablu ma’ proċedura ta’ kamra tad-data għal ċertu materjal ipprovdut minn partijiet terzi b’rispons għat-talbiet għall-informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni. Wara li raw dan il-materjal filgħodu fis-17 ta’ Frar 2017, l-avukati ta’ Qualcomm talbu biex Qualcomm ikollha aċċess dirett għal kopji ta’ dan il-materjal. Id-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta din it-talba fl-istess jum. |
|
(47) |
Permezz ta’ ittra lill-Uffiċjal tas-Seduta datata s-27 ta’ Frar 2017, Qualcomm talbet għal aċċess sħiħ u mhux ristrett għall-materjal divulgat fil-kamra tad-data. |
|
(48) |
Fl-1 ta’ Marzu 2017, Qualcomm kitbet lid-DĠ Kompetizzjoni. Wara li kkritikat il-verżjonijiet aċċessibbli ta’ ċerti dokumenti li saru disponibbli wara l-LoF, Qualcomm talbet għal aċċess ulterjuri għal ċerti dokumenti; xi wħud issemmew fl-LoF, oħrajn le. |
|
(49) |
Permezz ta’ ittra datata t-3 ta’ Marzu 2017, id-DĠ Kompetizzjoni kkontesta l-kritika ta’ Qualcomm tal-1 ta’ Marzu 2017 u rrifjuta t-talbiet ta’ Qualcomm għal aċċess ulterjuri għall-fajl ta’ dik id-data kważi fl-intier tagħhom. |
|
(50) |
Permezz ta’ deċiżjoni datata l-10 ta’ Marzu 2017, l-Uffiċjal tas-Seduta rrifjuta t-talba ta’ Qualcomm tas-27 ta’ Frar 2017. Kuntrarjament għas-sottomissjonijiet imressqa f’isem Qualcomm, il-materjal tal-kamra tad-data kien kunfidenzjali. Kombinazzjoni ta’ proċedura tal-kamra tad-data u l-għoti lil Qualcomm tal-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-materjal ikkonċernat laħqet bilanċ xieraq bejn l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet ta’ Qualcomm u l-interessi leġittimi tal-fornituri ta’ dak il-materjal. |
|
(51) |
Fit-13 ta’ Marzu 2017, Qualcomm issottomettiet il-kummenti bil-miktub tagħha dwar l-LoF. |
|
(52) |
Fil-15 ta’ Marzu 2017, id-DĠ Kompetizzjoni offra lil Qualcomm, “bħala kwistjoni ta’ korteżija”, opportunità addizzjonali sabiex uħud mill-konsulenti ta’ Qualcomm ikunu jistgħu jirrieżaminaw f’kamra tad-data l-materjal li kien sar disponibbli preċedentement fis-17 ta’ Frar 2017. Dan kien minħabba li, fis-17 ta’ Frar 2017, il-konsulenti kkonċernati qattgħu fil-kamra tad-data porzjon relattivament żgħir biss tal-ħin allokat għal dak l-għan. |
|
(53) |
Qualcomm irrispondiet fis-17 ta’ Marzu 2017, fejn talbet aċċess għall-kamra tad-data mhux biss għall-materjal li kien hemm fil-kamra tad-data tas-17 ta’ Frar 2017, “iżda wkoll għas-sottomissjonijiet ekwivalenti l-oħra kollha (spreadsheets) imressqa mill-partijiet terzi kollha”. |
|
(54) |
Fl-20 ta’ Marzu 2017, id-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta dan l-aċċess għal materjali għajr dawk disponibbli fil-kamra tad-data tas-17 ta’ Frar 2017. Iktar tard, fl-20 ta’ Marzu 2017, Qualcomm kitbet lill-Uffiċjal tas-Seduta, fejn talbet għal aċċess ulterjuri għad-dokumenti miksuba mill-Kummissjoni mingħand diversi partijiet terzi. F’ittra elettronika lid-DĠ Kompetizzjoni datata l-21 ta’ Marzu 2017, Qualcomm spjegat li ma kinitx se taċċetta l-offerta ta’ aċċess addizzjonali għall-kamra tad-data, iżda li minflok hija talbet lill-Uffiċjal tas-Seduta, fl-20 ta’ Marzu 2017, sabiex jagħti aċċess ulterjuri għall-fajl. |
|
(55) |
F’deċiżjoni datata l-11 ta’ April 2017, l-Uffiċjal tas-Seduta ta aċċess għal verżjonijiet inqas redatti ta’ ċerti dokumenti miksuba mingħand tliet fornituri tal-informazzjoni u rrifjuta l-kumplament tat-talba ta’ Qualcomm tal-20 ta’ Marzu 2017. |
|
(56) |
Fid-29 ta’ Mejju 2017, Qualcomm ressqet iktar sottomissjonijiet bil-miktub lid-DĠ Kompetizzjoni dwar l-evidenza miżjuda fil-fajl tal-kawża sa mill-adozzjoni tad-DO. |
Kwistjonijiet proċedurali mqajma minn Qualcomm
Il-kritika proċedurali ta’ Qualcomm
|
(57) |
Skont Qualcomm, l-investigazzjoni f’din il-kawża kienet “miżgħuda b’irregolaritajiet proċedurali”. L-ilmenti ta’ Qualcomm jikkonċernaw b’mod prinċipali l-kwistjonijiet interkonnessi tal-aċċess għall-fajl u d-dati tal-għeluq għar-rispons għad-DO jew għal-LoF. |
|
(58) |
Fir-rispons tagħha għad-DO, Qualcomm issostni li hija ma ngħatatx aċċess għall-fajl fil-21 ta’ Diċembru 2015, tant li fl-aħħar mill-aħħar kellha tħejji r-rispons tagħha għad-DO “f’inqas minn tliet ġimgħat”. F’dan ir-rigward, Qualcomm issostni essenzjalment li: (i) id-DĠ Kompetizzjoni ma pprovda l-ebda “evidenza materjali li tiskaġuna” sa “kważi xahrejn wara l-perjodu oriġinali ta’ tliet xhur li matulu kellu jingħata rispons għad-DO”; (ii) ir-redazzjonijiet ta’ kunfidenzjalità applikati għad-dokumenti fil-fajl tal-Kummissjoni kienu “eċċessivi u mhux ġustifikati”, u kienu jirrikjedu li Qualcomm tuża ħin u riżorsi eċċessivi sabiex tikseb aċċess ulterjuri għall-fajl; u (iii) l-“iktar data kmieni li fiha seta’ jitqies li ngħata l-aċċess għall-fajl hija l-1 ta’ Ġunju 2016”. |
|
(59) |
Qualcomm tispeċifika f’dak ir-rispons li hija ssostni li “it-tħassib u l-oġġezzjonijiet kollha li hija qajmet mal-Uffiċjal tas-Seduta permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Mejju 2016”. Dik l-ittra kkontestat, b’mod partikolari: (i) il-firxa tal-aċċess ulterjuri mogħti permezz tal-ewwel proċedura tal-kamra tad-data msemmija fil-punt (26) ta’ hawn fuq (18); u (ii) il-mod inkrementali li bih ingħata l-aċċess ulterjuri għall-fajl b’rispons għal diversi talbiet minn Qualcomm. |
|
(60) |
Qualcomm iżżid li “l-impenn tal-Kummissjoni għall-effiċjenza amministrattiva ma jridx ikun ta’ detriment għad-drittijiet ta’ difiża ta’ Qualcomm”, u ssostni li l-proċedura fil-Kawża AT.40220 kienet “mgħaġġla bla bżonn” u li “tistenna li Qualcomm tħejji d-difiża tagħha fi żmien tliet ġimgħat biss minn meta setgħet tivvaluta l-evidenza b’mod sostanzjali tfisser li tkun qed iċċaħħadha minn opportunitajiet ugwali vis-à-vis il-Kummissjoni u d-drittijiet ta’ difiża tagħha”. |
|
(61) |
Fir-risponsi tagħha għad-DO u għal-LoF, Qualcomm tikkritika wkoll lid-DĠ Kompetizzjoni talli naqas milli jikseb mingħand Apple “evidenza kritika għall-valutazzjoni [meħtieġa qabel l-adozzjoni tad-DO]” permezz ta’ talba usa’ għall-informazzjoni. |
|
(62) |
Fir-rispons tagħha għal-LoF, Qualcomm issostni li kemm id-data tal-għeluq inizjali tat-3 ta’ Marzu 2017 kif ukoll id-data tal-għeluq reveduta tat-13 ta’ Marzu 2017 għal dak ir-rispons “kienu evidentement sproporzjonati u mhux raġonevoli”, b’mod partikolari fid-dawl ta’ dik li Qualcomm tiddeskrivi bħala d-distrazzjoni ta’ “problemi persistenti ta’ aċċess għall-fajl” u nuqqas ta’ “opportunitajiet ugwali”, kemm bejn Qualcomm u l-Kummissjoni kif ukoll bejn Qualcomm u Apple. |
|
(63) |
B’rispons għal-LoF, Qualcomm issostni li t-tul ta’ żmien ta’ allegat ksur ma jistax jiġi estiż b’ittra ta’ fatti f’perjodu li jipposponi l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet korrispondenti. |
|
(64) |
F’diversi punti fil-proċedura — tipikament fil-kuntest ta’ meta talbet għal dati tal-għeluq reveduti għas-sottomissjoni tar-risponsi tagħha għad-DO jew għal-LoF, iżda wkoll meta ma ħaditx l-opportunità li tiżviluppa l-argumenti tagħha f’seduta orali (ara (39) sa (41) hawn fuq) — Qualcomm ilmentat jew issuġġeriet li dan kien detrimentali għad-drittijiet ta’ difiża tagħha li hi u l-konsulenti tagħha kellhom jiddefendu lil Qualcomm f’żewġ kawżi separati u li għadhom għaddejjin quddiem il-Kummissjoni. |
Il-fehmiet tal-Uffiċjal tas-Seduta
|
(65) |
Huwa minnu li kien hemm nuqqasijiet fis-sett ta’ dokumenti li saru disponibbli għal Qualcomm fil-21 ta’ Diċembru 2015 għall-finijiet tal-aċċess għall-fajl. B’mod partikolari, dak is-sett ma kienx jirrifletti b’mod ċar il-fatt li ċerti fornituri tal-informazzjoni kienu talbu għal trattament kunfidenzjali għat-totalità ta’ madwar 100 dokument, u l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tagħhom ma kinux saru disponibbli mid-DĠ Kompetizzjoni qabel id-19 ta’ Frar 2016 (ara (8) u (9) hawn fuq). Barra minn hekk, kif innotat fid-Deċiżjoni ta’ Ġunju 2016 tal-Uffiċjal tas-Seduta, f’ħafna każijiet, kienu saru redazzjonijiet għal informazzjoni li ma kinitx kunfidenzjali fir-rigward ta’ Qualcomm u, b’rabta ma’ ċerta informazzjoni li kienet tabilħaqq kunfidenzjali, sikwit kienu ġew applikati redazzjonijiet b’tali mod li ma ntlaħaq l-ebda bilanċ xieraq bejn tali kunfidenzjalità u l-eżerċitar xieraq tad-dritt ta’ Qualcomm li tinstema’. Kien hemm ukoll xi infeliċitajiet jew żbalji klerikali fir-rigward tar-referenzjar tad-dokumenti li kienu jeħtieġu kjarifika sussegwenti mid-DĠ Kompetizzjoni. |
|
(66) |
Madankollu, dawn in-nuqqasijiet ġew indirizzati b’mod adegwat ulterjorment matul il-proċedimenti. B’mod partikolari: (i) Qualcomm sussegwentement irċeviet aċċess ulterjuri (direttament jew permezz ta’ konsulenti esterni speċifiċi li jaġixxu f’isimha) għall-informazzjoni addizzjonali (19) meħtieġa għall-eżerċitar xieraq tad-dritt li tinstema’; u (ii) flimkien ma’ dan l-aċċess ulterjuri, Qualcomm ingħatat żmien addizzjonali, sal-punt ġustifikat mill-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħha, li matulu setgħet tirrispondi bil-miktub għad-DO. |
|
(67) |
F’dan l-isfond, l-ilmenti ta’ Qualcomm miġbura fil-qosor fil-punti (58) u (59) ta’ hawn fuq huma esaġerati. Jidher li Qualcomm, fi sforz sabiex issostni l-affermazzjoni tagħha li kellha biss tliet ġimgħat sabiex tħejji r-rispons tagħha għad-DO, qed taħdem sabiex tirrimedja l-livell u l-kwalità tal-aċċess (ulterjuri) li rċeviet għall-fajl tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni wara l-ħruġ tad-DO, filwaqt li għamlet enfasi partikolari fuq il-ħin u r-riżorsi li ddedikat sabiex tikkontrolla u tikkontesta l-adegwatezza jew l-implimentazzjoni ta’ ħafna mill-miżuri meħuda bl-għan li jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali, anke meta dawn kienu meħtieġa jew milqugħa b’deċiżjonijiet tal-Uffiċjal tas-Seduta. |
|
(68) |
Madankollu, fir-rigward tal-informazzjoni kunfidenzjali, l-interess ta’ Qualcomm li tirrispondi kif dehrilha li kien xieraq għall-oġġezzjonijiet fid-DO ma kienx, kif xi drabi dehret li kienet qed tissuġġerixxi Qualcomm, l-uniku interess leġittimu li kellu jiġi kkunsidrat u protett fejn xieraq. Is-sempliċi fatt li parti tista’ ssostni li teħtieġ informazzjoni kummerċjali preċiża u li ma tkunx redatta kompletament sabiex tispjega fid-dettall argument partikolari mhuwiex awtomatikament tali li jintitola lil dik il-parti għal dik l-informazzjoni, saħansitra sal-punt li din tkun kunfidenzjali. Anzi, kif jista’ jidher minn (29) hawn fuq, fejn l-informazzjoni tkun rikonoxxuta bħala kunfidenzjali, jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ xieraq bejn l-eżerċitar kif suppost tad-drittijiet ta’ difiża ta’ destinatarju ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-dritt tal-fornituri tal-informazzjoni li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali tagħhom u informazzjoni kunfidenzjali oħra. |
|
(69) |
Minħabba l-livell ta’ informazzjoni li saret disponibbli matul l-aċċess ulterjuri għall-fajl, Qualcomm setgħet tressaq l-argumenti tagħha bi preċiżjoni adegwata mingħajr il-ħtieġa li jitwarrbu l-interessi kompetittivi u leġittimi tal-kunfidenzjalità tal-fornituri tal-informazzjoni minn partijiet terzi. Billi l-aċċess għall-fajl mhuwiex għan fih innifsu, iżda huwa biss korollarju tad-drittijiet ta’ difiża li l-aċċess għall-fajl irid jipproteġi (20), sa fejn tkun ikkonċernata dik l-informazzjoni kunfidenzjali, fejn Qualcomm kienet f’pożizzjoni li tressaq l-argumenti li qieset li kienu xierqa, il-fatt li seta’ kellha tressaq tali argumenti mingħajr ma jiġi divulgat lilha l-ebda dettall kunfidenzjali mhuwiex, waħdu u minnu nnifsu, kuntrarju għad-drittijiet ta’ difiża. |
|
(70) |
Jekk l-aċċess għall-fajl ingħatax jew le f’Diċembru 2015 huwa immaterjali għall-adegwatezza tad-data tal-għeluq finali stabbilita għal dak ir-rispons. Ċertament, seta’ kien preferibbli li kieku mill-bidu nett kien hemm aċċess aħjar disponibbli għall-fajl ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni (u b’mod partikolari għad-dokumenti li għalihom ma kienx jidher li hemm verżjonijiet mhux kunfidenzjali fis-sett ipprovdut fil-21 ta’ Diċembru 2015). Madankollu, is-sempliċi fatt li l-fajl aċċessibbli seta’ ma kienx disponibbli b’mod sħiħ fil-21 ta’ Diċembru 2015 ma għandux il-konsegwenza awtomatika li l-perjodu ta’ żmien għar-rispons għad-DO ma kienx beda jiddekorri f’dik id-data (21). Huwa inerenti fid-dispożizzjonijiet u fit-testi li jirrigwardaw l-aċċess għall-fajl (22) li, jekk it-talbiet għal aċċess ulterjuri għall-fajl ikollhom bażi soda, jistgħu jitpoġġew isiru disponibbli materjali addizzjonali wara li jingħata aċċess għall-materjal tal-fajl lill-korp inizjali. L-għoti tal-firxa sħiħa tal-estensjonijiet mitluba minn Qualcomm — forsi permezz tal-ittardjar tal-iffissar ta’ data tal-għeluq reveduta għar-rispons għad-DO sakemm l-informazzjoni addizzjonali kollha li għaliha kienet intitolata Qualcomm, wara kunsiderazzjoni tat-talbiet motivati tagħha stess, kienet ġiet identifikata, imfassla, approvata għad-divulgazzjoni, miġbura u mibgħuta — kien ifixkel b’mod inadegwat il-progress xieraq tal-proċedura amministrattiva ġenerali fil-Kawża AT.40220. Fi kwalunkwe każ, kif jista’ jidher minn (12), (16), (17) u (20) hawn fuq, kuntrarjament għal dak li ssostni Qualcomm, il-kwistjoni ta’ meta preċiżament beda jiddekorri l-perjodu inizjali ta’ tliet xhur stabbilit fl-ittra li takkumpanja d-DO, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, ma għandhiex “implikazzjonijiet materjali” għal (kemm hi adegwata) id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tar-rispons ta’ Qualcomm għad-DO. |
|
(71) |
Il-premessa tal-kritiki ta’ Qualcomm deskritta fil-punt (60) ta’ hawn fuq, jiġifieri li Qualcomm kellha biss tliet ġimgħat sabiex tħejji r-rispons tagħha għad-DO, mhijiex konvinċenti. Is-sett ta’ dokumenti pprovduti fil-21 ta’ Diċembru 2015 kienu jinkludu d-dokumenti kollha li għalihom tirreferi d-DO u kien hemm iktar minn sitt xhur bejn il-ħruġ tad-DO u d-data tal-għeluq finali sabiex jingħata rispons għaliha. Is-suġġeriment ta’ Qualcomm li din il-kawża ġiet “mgħaġġla bla bżonn” huwa b’hekk imminat. Fi kwalunkwe każ, dawn il-kritiki jidher li jinjoraw l-importanza, minħabba r-rwol fdat lill-Kummissjoni bl-Artikolu 105 tat-TFUE sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 tat-TFUE u r-rekwiżit ta’ “żmien raġonevoli” fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tat-twettiq xieraq u l-progress tal-proċedimenti amministrattivi (23). L-għoti ta’ materjal addizzjonali fuq bażi kontinwa, filwaqt li jiġi evitat approċċ indebitament frammentarju, kif sar f’din il-kawża, serva l-għan doppju, rifless fl-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, li jiġi ffaċilitat l-eżerċitar effettiv tad-dritt li tinstema’, filwaqt li jiġi evitat dewmien bla bżonn fil-proċedimenti. Is-suġġeriment ta’ Qualcomm li hemm nuqqas ta’ urġenza f’din il-kawża mhuwiex konvinċenti lanqas. Fost l-oħrajn, dan jinjora l-fatt li, mill-adozzjoni tad-DO, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni kienu għadhom fis-seħħ, kif ukoll l-importanza li l-Kummissjoni tkun tista’ taġixxi fi żmien raġonevoli fil-ġlieda kontra l-ksur suspettat tal-Artikolu 102 tat-TFUE, mhux l-inqas fir-rigward ta’ setturi kkaratterizzati minn teknoloġija li (potenzjalment) qed tevolvi b’rata mgħaġġla. |
|
(72) |
Fir-rigward tal-kritika nnotata fil-punt (61) ta’ hawn fuq, huwa biżżejjed għall-finijiet ta’ dan ir-rapport li jiġi nnotat li, minħabba li hija l-Kummissjoni li trid tiddeċiedi kif tmexxi l-investigazzjoni ta’ każ, fil-prinċipju hija ma tistax tintalab twettaq investigazzjonijiet ulterjuri meta hija tqis li l-investigazzjoni preliminari tal-każ kienet biżżejjed (24). Jekk fiċ-ċirkostanzi tal-każ preżenti l-Kummissjoni kellhiex tagħmel talba wiesgħa għal informazzjoni tat-tip li jidher li qed tipprevedi Qualcomm hija iktar kwistjoni ta’ sustanza u ta’ politika iktar milli waħda ta’ proċess dovut. |
|
(73) |
B’sostenn għall-allegazzjoni tagħha nnotata fil-punt (62) ta’ hawn fuq, Qualcomm tirriċikla l-argumenti rrifjutati bħala mhux konvinċenti bid-deċiżjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta tat-8 ta’ Marzu 2017, tesaġera kemm ikunu sinifikanti kwistjonijiet minuri ta’ referenzjar u tenfasizza ż-żmien li qattgħet sabiex tidentifika “bl-ikbar dettall possibbli każijiet individwali ta’” dak li hija tiddeskrivi bħala “aċċess inadegwat għall-materjal”. L-elementi mqajma minn Qualcomm f’dan il-kuntest ma jurux li d-data tal-għeluq tat-13 ta’ Marzu 2017 kienet stretta b’mod sproporzjonat. Il-fatt li d-DĠ Kompetizzjoni sussegwentement ta opportunità li terġa’ ssir żjara f’kamra tad-data u, fl-aħħar mill-aħħar, is-sottomissjoni ta’ sett ulterjuri ta’ osservazzjonijiet bil-miktub minn Qualcomm wara r-rispons għal-LoF mhuwiex tali li jimmina din il-valutazzjoni. Kif joħroġ minn (52) sa (56) hawn fuq, dan jirriżulta minn korteżija mogħtija lil Qualcomm mid-DĠ Kompetizzjoni minħabba li ċerti konsulenti esterni ta’ Qualcomm kienu għażlu li jikkontestaw l-adegwatezza ta’ proċedura ta’ kamra tad-data għal ċertu materjal minflok jużaw l-ammont sħiħ ta’ ħin previst għall-aċċess tagħhom għal verżjonijiet kunfidenzjali ta’ dak il-materjal f’isem Qualcomm. |
|
(74) |
Fir-rigward tal-asserzjoni ta’ Qualcomm miġbura fil-qosor fil-punt (63) ta’ hawn fuq, din tinjora l-fatt li d-DO speċifikat it-tul ta’ żmien tal-ksur suspettat ikkonċernat “sal-lum” (jiġifieri, mid-data tal-adozzjoni tad-DO) u, fir-rigward tad-“data tal-għeluq”, iddikjarat speċifikament li l-ksur kien “għadu għaddej”. F’tali ċirkostanzi, mis-sentenza fil-kawża France Télécom vs Il-Kummissjoni (25) jirriżulta li l-LoF ma estendietx b’mod impermissibbli t-tul ta’ żmien tal-ksur suspettat ta’ Qualcomm kif ippreżentat lil Qualcomm fid-DO. |
|
(75) |
Kuntrarjament għal dak li ppruvat tissuġġerixxi Qualcomm, il-Kummissjoni qieset l-implikazzjonijiet ta’ Qualcomm bħala d-destinatarja ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet f’żewġ kawżi separati li għadhom għaddejjin. Dan huwa evidenti, pereżempju, minn (5) u (40) hawn fuq, mill-fatt li d-dati tal-għeluq għar-risponsi bil-miktub ta’ Qualcomm għaż-żewġ dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjonijiet ikkonċernati kienu mifruxa sabiex jiġi evitat il-piż għal Qualcomm li jkollha tissottometti żewġ risponsi fl-istess data, kif ukoll mill-fatt li d-data tal-għeluq inizjali mogħtija mid-DĠ Kompetizzjoni għar-rispons għal-LoF qieset il-fatt li Qualcomm kienet qed tindirizza wkoll talba għal informazzjoni fil-Kawża AT.39711. Qualcomm ma wrietx li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħha f’dan il-każ kien ġie mxekkel bl-involviment tagħha fil-Kawża AT.39711. |
Rimarki tal-għeluq
|
(76) |
L-abbozz tad-deċiżjoni jirrifletti l-fatt li, fid-dawl tas-sottomissjonijiet ta’ Qualcomm, l-oġġezzjoni fid-DO dwar abbuż suspettat ta’ pożizzjoni dominanti relatata mal-baseband chipsets konformi mal-istandard tal-UMTS flimkien mal-istandard iktar antik tal-GSM fil-fatt kienet twaqqgħet. |
|
(77) |
Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom Qualcomm ingħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Nikkonkludi li jagħmel dan. |
|
(78) |
Kollox ma’ kollox, inqis li, f’dan il-każ, l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rrispettat. |
Brussell, it-23 ta’ Jannar 2018.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) (“ir-Regolament Nru 1/2003”).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1348 tat-3 ta’ Awwissu 2015 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3) (“ir-Regolament Nru 773/2004”).
(4) Hija l-prattika tad-DĠ Kompetizzjoni li, meta sottomissjoni ta’ dokumenti lill-Kummissjoni tkun ta’ iktar minn 25 dokument, dawn id-dokumenti ma jiġux irreġistrati fil-fajl elettroniku tal-Kummissjoni bħala “IDs” (dokumenti) separati, iżda minflok bħala oġġetti separati f’“ġabra” li jkollha referenza komprensiva waħda b’“numru tal-ID”.
(5) Ara (25), (26) u (29) hawn taħt.
(6) L-Uffiċjal tas-Seduta kkonferma wkoll lil Qualcomm li, saż-żmien tat-Talba ta’ April 2016, Qualcomm diġà kellha l-verżjonijiet sħaħ ta’ ċerti dokumenti.
(7) Fil-kuntest tal-aċċess għall-fajl, proċedura ta’ kamra tad-data hija forma ta’ divulgazzjoni ristretta li biha l-materjal jiġi divulgat lil numru limitat ta’ konsulenti speċifikati għal perjodu ta’ żmien limitat f’kamra sigura f’bini tal-Kummissjoni, soġġett għal għadd ta’ restrizzjonijiet u ta’ salvagwardji li jwaqqfu l-informazzjoni kunfidenzjali milli tiġi divulgata lil hinn minn din il-“kamra tad-data”.
(8) Fil-kuntest tal-ewwel proċedura tal-kamra tad-data, dawk il-konsulenti esterni ta’ Qualcomm li kienu involuti oġġezzjonaw għal ċerti redazzjonijiet mitluba mid-DĠ Kompetizzjoni fl-abbozz tar-rapport tal-kamra tad-data mħejji minnhom għall-attenzjoni ta’ Qualcomm. Wara li rrieżamina l-materjali kkonċernati, l-Uffiċjal tas-Seduta għamel l-arranġamenti għal rapport inqas redatt sabiex jiġi rilaxxat għal Qualcomm.
(9) Fil-kuntest tal-aċċess għall-fajl, “ċirku ta’ kunfidenzjalità” huwa forma ta’ divulgazzjoni ristretta li permezz tagħha parti intitolata għal aċċess għall-fajl taqbel ma’ fornitur tal-informazzjoni li jkun qed ifittex it-trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni miksuba mingħandha mill-Kummissjoni, li dik l-informazzjoni tiġi riċevuta f’isem dik il-parti minn ċirku ristrett ta’ persuni (kif deċiż permezz ta’ negozjar fuq bażi ta’ każ b’każ). Ara wkoll il-punt 96 tal-avviż tal-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki għat-tmexxija tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (ĠU C 308, 20.10.2011, p. 6) (l-“Avviż dwar l-Aħjar Prattiki tal-Antitrust”).
(10) T-198/03, EU:T:2006:136, il-paragrafu 71. Dan it-test kien jinvolvi l-valutazzjoni, fil-kuntest tal-aċċess għall-fajl minn Qualcomm: (i) ta’ jekk l-informazzjoni kkonċernata kinitx magħrufa biss minn numru limitat ta’ persuni; (ii) ta’ jekk id-divulgazzjoni tagħha setgħetx tikkawża ħsara serja; u (iii) ta’ jekk l-interessi li setgħet issirilhom ħsara bid-divulgazzjoni tal-informazzjoni kienx oġġettivament jistħoqqilhom protezzjoni.
(11) Ara n-nota 8 f’qiegħ il-paġna.
(12) NVIDIA hija lmentatur fi proċedimenti separati fil-Kawża AT.39711 Qualcomm (predazzjoni).
(13) Fid-dawl tat-tħassib espress minn Qualcomm, l-Uffiċjal tas-Seduta żied li: (i) skont l-Artikolu 16a(3)(b) tar-Regolament Nru 773/2004, “l-informazzjoni li l-Kummissjoni ħejjiet u bagħtet lill-partijiet matul il-proċedimenti tagħha” ma tistax tintuża fil-proċedimenti quddiem il-qrati nazzjonali qabel ma l-Kummissjoni tkun temmet il-proċedimenti tagħha; u (ii) l-aċċettazzjoni ta’ NVIDIA bħala persuna terza interessata ma waqqfitx lil Qualcomm milli teżerċita d-drittijiet ta’ difiża tagħha fil-proċedimenti tal-Kummissjoni.
(14) Ara (45) hawn taħt fir-rigward tal-ilment ta’ Qualcomm dwar nuqqas ta’ “opportunitajiet ugwali għall-partijiet” bejnha u Apple fir-rigward tal-limiti ta’ żmien.
(15) Ara, pereżempju, is-sentenza fil-kawża Österreichische Postsparkasse u Bank für Arbeit und Wirtschaft vs Il-Kummissjoni (T-213/01 u T-214/01, EU:T:2006:151, il-paragrafu 107), u l-punt 103 tal-Avviż dwar l-Aħjar Prattiki tal-Antitrust.
(16) L-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE jirrigwarda r-risponsi bil-miktub għad-dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjonijiet.
(17) Ara, b’analoġija, is-sentenza fil-kawża SEP vs Il-Kummissjoni (T-115/99, EU:T:2001:54, il-paragrafu 43).
(18) Ara (28) hawn fuq.
(19) Inklużi referenzjar u kjarifiki oħra, kif ukoll sommarji iktar istruttivi jew verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dokumenti parzjalment jew kompletament kunfidenzjali.
(20) Ara, għal dan l-għan, is-sentenzi f’Aalborg Portland u Oħrajn vs Il-Kummissjoni (C-204/00 P, EU:C:2004:6, il-paragrafu 68); Atlantic Container Line u Oħrajn vs Il-Kummissjoni (T-191/98 u T-212/98 sa T-214/98, EU:T:2003:245, il-paragrafi 376 u 377); kif ukoll Solvay vs Il-Kummissjoni (T-186/06, EU:T:2011:276, il-paragrafu 214).
(21) Ara, b’analoġija, is-sentenza fil-kawża Mannesmannröhren-Werke vs Il-Kummissjoni (T-44/00, EU:T:2004:218, il-paragrafu 65).
(22) B’mod partikolari, l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u l-punt 47 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fil-kawżi skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE, l-Artikoli 53, 54 u 57 tal-Ftehim ŻEE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU C 325, 22.12.2005, p. 7 bl-emendi tal-2015 stabbiliti fil-ĠU C 256, 5.8.2015, p. 3).
(23) Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza fil-kawża SKW Stahl-Metallurgie Holding AG u SKW Stahl-Metallurgie GmbH vs Il-Kummissjoni (T-384/09, EU:T:2014:27, il-paragrafu 61).
(24) Ara, b’analoġija, fost l-oħrajn, is-sentenzi fil-kawżi Eisen und Metall vs Il-Kummissjoni (9/83, EU:C:1984:86, il-paragrafu 32); Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni (T-141/94, EU:T:1999:48, il-paragrafu 110); u FMC Foret vs Il-Kummissjoni (T-191/06, EU:T:2011:277, il-paragrafu 137).
(25) T-340/03, EU:T:2007:22, il-paragrafi 49 sa 52.
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/25 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-24 ta' Jannar 2018
li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
(Il-Każ AT.40220 — Qualcomm (Pagamenti ta’ Esklussività))
(innotifikat bid-dokument C(2018) 240)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2018/C 269/16)
Fl-24 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tistabbilixxi li Qualcomm Inc. (“Qualcomm”) kisret l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”) billi tagħti pagamenti lil Apple Inc. (“Apple”) bil-kundizzjoni li Apple tikseb mingħand Qualcomm ir-rekwiżiti kollha tal-ilment ta’ Apple dwar il-baseband chipsets (2) mal-istandard tal-Long-Term Evolution (“LTE”) flimkien mal-Global System for Mobile Communications (“GSM”) u l-istandards tal-Universal Mobile Telecommunications System (“UMTS”). Tali baseband chipsets huma msemmija fid-Deċiżjoni bħala “LTE chipsets”. |
|
(2) |
Il-każ tal-ksur dam mill-25 ta’ Frar 2011 sal-16 ta’ Settembru 2016. |
|
(3) |
Fid-19 ta’ Jannar 2018 u t-23 ta’ Jannar 2018, il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjonijiet favorevoli dwar id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u dwar il-multa imposta fuq Qualcomm. |
2. IL-FTEHIMIET TA’ QUALCOMM MA’ APPLE
|
(4) |
Fl-25 ta’ Frar 2011, Qualcomm għamlet ftehim ma’ Apple (“il-Ftehim ta’ Tranżizzjoni”) dwar l-għoti ta’ baseband chipsets. Dan il-Ftehim ta’ Tranżizzjoni ġie emendat fis-28 ta’ Frar 2013 permezz ta’ ftehim sussegwenti (l-“Ewwel Emenda għall-Ftehim ta’ Tranżizzjoni”). L-Ewwel Emenda għall-Ftehim dwar it-Tranżizzjoni daħlet fis-seħħ b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(5) |
Kemm il-Ftehim ta’ Tranżizzjoni u kemm l-Ewwel Emenda għall-Ftehim ta’ Transizzjoni pprovdew għal pagamenti mogħtija minn Qualcomm lil Apple bil-kundizzjoni li Apple tikseb mingħand Qualcomm ir-rekwiżiti kollha ta’ Apple taċ-chipsets LTE. |
|
(6) |
Filwaqt li dan il-Ftehim ta’ Tranżizzjoni, kif emendat bl-Ewwel Emenda għall-Ftehim ta’ Transizzjoni (flimkien, il-“Ftehimiet”), kien skedat li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2016, huwa ntemm wara t-tnedija fis-16 ta’ Settembru 2016 ta’ Apple tal-apparati iPhone 7 li jinkorporaw Intel LTE chipsets. |
3. DEFINIZZJONI TAS-SWIEQ
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li s-suq tal-prodotti rilevanti huwa suq tan-negozju tal-LTE chipsets. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li s-suq għal-LTE chipsets huwa ta’ wieħed dinji. |
4. DOMINANZA
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li Qualcomm kellha pożizzjoni dominanti fis-suq dinji għal-LTE chipsets bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2016. |
|
(10) |
L-ewwel nett, Qualcomm kellha ishma kbar fis-suq dinji tal-LTE chipsets sa mill-2010. |
|
(11) |
It-tieni, is-suq dinji għal-LTE chipsets huwa kkaratterizzat bl-eżistenza ta’ għadd ta’ ostakli għad-dħul u għall-espansjoni. |
|
(12) |
It-tielet nett, is-saħħa kummerċjali tal-klijenti tal-baseband chipsets ta’ Qualcomm ma tistax taffettwa l-pożizzjoni dominanti ta’ Qualcomm. |
5. ABBUŻ MINN POŻIZZJONI DOMINANTI
|
(13) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li Qualcomm abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq dinji għal-LTE chipsets permezz tal-għoti ta’ pagamenti lil Apple bil-kundizzjoni li Apple tikseb mingħand Qualcomm ir-rekwiżiti kollha ta’ Apple tal-LTE chipsets. |
|
(14) |
L-ewwel nett, il-pagamenti mogħtija minn Qualcomm lil Apple bil-kundizzjoni li Apple tikseb mingħand Qualcomm ir-rekwiżiti kollha ta’ Apple tal-LTE chipsets kienu pagamenti tal-esklussività. |
|
(15) |
It-tieni nett, minkejja l-argumenti ta’ Qyalcomm fis-sens kuntrarju, il-pagamenti tagħha ta’ esklussività kellhom effetti antikompetittivi potenzjali. |
|
(16) |
L-ewwel nett, il-pagamenti ta’ Qualcomm naqqsu l-inċentivi ta’ Apple biex taqleb għal fornituri li jikkompetu tal-LTE chipsets kif ikkonfermati minn dokumenti interni u spjegazzjonijiet ta’ Apple. |
|
(17) |
It-tieni nett, il-pagamenti ta’ eslussività ta’ Qualcomm jkopru sehem sinifikanti tas-suq dinji tal-LTE chipsets. |
|
(18) |
Fit-tielet lok, Apple hija klijent attraenti għall-fornituri tal-LTE chipsets minħabba l-importanza tagħha għad-dħul jew l-espansjoni fis-suq dinji tal-LTE chipsets. |
|
(19) |
It-tielet nett, l-analiżi tal-marġni kritiku ppreżentata minn Qualcomm ma tissostanzjax l-allegazzjoni tagħha li l-pagamenti ta’ esklussività tagħha kienu inkapaċi li jkollhom effetti antikompetittivi. |
|
(20) |
Ir-raba’ nett, Qualcomm ma wrietx li l-pagamenti ta’ esklussività tagħha kienu kontrobilanċjati jew megħluba minn vantaġġi f’termini ta’ effiċjenza li minnhom igawdi l-konsumatur. Dan huwa minħabba li Qualcomm ma wrietx li l-pagamenti ta’ esklussività kienu meħtieġa għall-kisba ta’ xi titjib fl-effiċjenza. |
|
(21) |
Il-każ ta’ ksur ta’ Qualcomm seħħ bejn il-25 ta’ Frar 2011 u s-16 ta’ Settembru 2016. |
6. ĠURISDIZZJONI
|
(22) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li hija għandha ġurisdizzjoni biex tapplika l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għall-każ ta’ ksur ta’ Qualcomm, billi kienet kemm implimentata u kemm kapaċi li jkollha effetti sostanzjali, immedjat u prevedibbli fiż-ŻEE. |
7. EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ
|
(23) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-każ ta’ ksur ta’ Qualcomm għandu effett sinifikattiv fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 102 tat-Trattat u bejn il-Partijiet Kontraenti fis-sens tal-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
8. RIMEDJI U MULTI
|
(24) |
Fil-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni, il-każ ta’ ksur ta’ Qualcomm intemm minħabba hekk kif il-Ftehimiet intemmu fis-16 ta’ Settembru 2016 wara t-tnedija ta’ Apple tal-apparati iPhone 7 li jinkorporaw Intel LTE chipsets. |
|
(25) |
Din id-Deċiżjoni, madankollu, tirrikjedi li Qualcomm tastjeni milli tirrepeti l-aġir deskritt fid-Deċiżjoni u minn kwalunkwe att jew aġir li jkollu l-istess għan jew effett jew għan jew effett ekwivalenti bħall-imġiba deskritta fid-Deċiżjoni. Dan jinkludi pagamenti, skontijiet jew kwalunkwe tip ta’ kumpens, bil-kundizzjoni li Apple tikseb mingħand Qualcomm ir-rekwiżiti kollha tagħha jew l-biċċa l-kbira tagħhom tal-LTE chipsets. |
|
(26) |
Il-multa imposta fuq Qualcomm għall-każ tagħha ta’ ksur ikkalkulat fuq il-bażi tal-prinċipji stipulati fil-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003. Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-ammont finali tal-multa li għandha tkun imposta fuq Qualcomm jinħtieġ li tkun ta’ EUR 997 439 000. |
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).
(2) Il-baseband chipsets jippermettu s-smartphones u t-tablets biex jikkonnettjaw ma’ networks ċellulari u huma użati kemm għal trażmissjoni tal-vuċi u tad-data.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/27 |
Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2018/C 269/17)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 343, 13.10.2017
LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI
Permessi ta’ residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:
I. Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002
|
— |
Permess ta’ residenza bi “prova ta’ stabbiliment” fil-forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005) |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2005) |
|
— |
Permessi ta’ residenza li jaqgħu taħt “l-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti - UE” (Daueraufenthalt- EG), “residenza permanenti- -membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) u “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) fil-forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2006). Il-permess ta’ “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ. Il-permess ta’ residenza „Aufenthaltsbewilligung” jista’ jinħareġ għall-finijiet li ġejjin: Trasferiment intrakorporattiv (ICT), ħaddiem stazzjonat u persuna li taħdem għal rasha, każijiet speċjali ta’ impjieg, tifel tal-iskola, studenti, fornitur ta’ servizzi soċjali, ir-riunifikazzjoni tal-familja. Permessi ta’ “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) għar-raġuni ta’ trasferimenti intrakorporattivi (ICT) ilhom jinħarġu mill-1 ta’ Ottubru 2017. Il-permess ta’ “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista’ jinħareġ mingħajr ma jingħataw iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Mill-1 ta’ Ottubru 2017, il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jistgħu jinħarġu wkoll għal riċerkaturi, artisti, jew każijiet speċjali ta’ impjieg. Permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung] inħarġu fl-Awstrija sal-30 ta’ Ġunju 2011 għall-kategoriji ta’ ħaddiem ewlieni, mhux limitat u limitat. Il-permessi “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Daueraufenthalt-EG) u “residenza permanenti” - membru ta’ familja (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) nħarġu fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) nħarġu fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013. Permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) nħarġu wkoll għall-għan ta’ “ħaddiem b’impjieg b’rotazzjoni”, “artist” u “riċerkatur” sat-30 ta’ Settembru 2017. |
|
— |
Il-kard “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot — Karte), il-kard plus “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot — Karte plus) u l-kard blu tal-UE (Blaue Karte EU) fil-forma ta’ kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta’ Lulju 2011). |
|
— |
Permessi ta’ “residenza permanenti - UE” (Daueraufenthalt-EU) skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014). |
|
— |
Permessi ta’ “dritt ta’ residenza plus” (Aufenthaltsberechtigung plus) maħruġa skont it-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 56(1) tal-Att dwar l-Asil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 huma skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta’ Jannar 2014. |
|
— |
Permess ta’ “dritt ta’ residenza” (Aufenthaltsberechtigung) maħruġa skont it-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att dwar l-Asil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jikkorrispondi skont “l-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” preċedenti tat-Taqsima 43(3) u (4) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta’ Jannar 2014. |
|
— |
Il-permess ta’ “dritt ta’ residenza fuq raġunijiet ta’ protezzjoni speċjali” (Aufenthaltsberechtigung aus besonderem Schutz) maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jittrasponi ulterjorment id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta’ Jannar 2014. |
II. Permessi ta’ residenza li, skont id-Direttiva 2004/38/KE, ma jridux jinħarġu f’format uniformi
|
— |
Il-permess ta’ residenza skont dritt ta’ residenza fl-Unjoni ta’ iktar minn tliet xhur għal membri ta’ familja ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. |
|
— |
Il-kard ta’ residenza permanenti biex juri d-dritt ta’ residenza permanenti ta’ iktar minn tliet xhur għal membru ta’ familja ta’ ċittadin taż-ŻEE, skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. |
Dokumenti oħrajn li jippermettu lil detentur li jgħix fl-Awstrija jew biex jerġa’ jidħol fl-Awstrija skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:
|
— |
Dokument ta’ identità b’ritratt f’format ta’ kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar, blu, aħdar, kannella, griż u oranġjo maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin. |
|
— |
Dokument tal-identità b’ritratt f’format ta’ kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet ta’ lewn griż ċar b’referenza għall-kategoriji Rot (aħmar), Orange (oranġjo), Gelb (isfar), Grün (aħdar), Blau (blu), Braun (kannella) u Grau (griż) maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin. |
|
— |
“Persuna intitolata għal status ta’ asil” skont it-Taqsima 7 tal-Att tal-1997 dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta’ Diċembru 2005) - normalment dokumentat b’dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f’format ta’ ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 1996 sas-27 ta’ Awwissu 2006). |
|
— |
“Persuna intitolata għal status ta’ asil” skont it-Taqsima 3 tal-Att tal-2005 dwar l-Asil (mogħti mill-1 ta’ Jannar 2006) - normalment dokumentat b’dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f’format ta’ ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta’ Awwissu 2006) jew b’kard għal persuni mogħtija l-asil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att tal-2005 dwar l-Asil. |
|
— |
Persuna li għandha “status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att tal-1997 dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta’ Diċembru 2005) — normalment dokumentat b’dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f’format ta’ ktieb ID 3 b’mikroċipp elettroniku integrat (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 1996 sas-27 ta’ Awwissu 2006). |
|
— |
Persuna li għandha “status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att tal-2005 dwar l-Asil (mogħti mill-1 ta’ Jannar 2006) - normalment dokumentat permezz ta’ passaport barrani f’format ta’ ktieb ID 3 b’mikroċipp elettroniku integrat (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta’ Awwissu 2006) jew b’kard għal persuni mogħtija status ta’ protezzjoni sussidjarja skont it-Taqsima 52 tal-Att tal-2005 dwar l-Asil. |
|
— |
Lista ta’ persuni li jipparteċipaw fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru. |
|
— |
“Konferma ta’ residenza legali skont l-Art. 31(1)(5) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz - FPG)”/ “Talba għal estensjoni skont it-Taqsima 2(4)(17A) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz - FPG) flimkien ma’ dokument validu tal-ivvjaġġar. |
|
— |
Permess ta’ residenza indefinit - maħruġ fil-forma ta’ viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att tal-1992 dwar il-Barranin (FRG) (maħruġ sal-31 ta’ Diċembru 1992 mill-awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u l-uffiċċji rappreżentattivi barranin fil-forma ta’ timbru). |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker aħdar sa Nru 790.000. |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker aħdar u abjad sa Nru 790.001 ‘l hemm. |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjal L 7 tal-10.1.1997, li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2004). |
|
— |
“Konferma tal-eliġibbiltà għad-dħul fl-Awstrija, skont it-Taqsima 24 tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG)” fil-forma ta’ stiker aħdar u blu. |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/32 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8986 — EIH/Krone-Mur/Primavia)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 269/18)
1.
Fit-23 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Europe Intermodal Holding (“EIH”, Franza), li tappartjeni għall-grupp SNCF Mobilités (Franza); |
|
— |
Krone-Mur Servifrío S.L. (“Krone-Mur”, Spanja); |
|
— |
Primavia Europe S.L. (“Primavia”, Spanja), ikkontrollata minn Krone-Mur. |
EIH u Krone-Mur jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Primavia.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— EIH: il-forniment ta’ servizzi ta’ trasport intermodali u multimodali tal-merkanzija.
— Krone-Mur: il-forniment ta’ servizzi ta’ trasport tal-merkanzija.
— Primavia: il-forniment ta’ servizzi kombinati internazzjonali ta’ trasport bil-friża fit-toroq u bil-ferrovija prinċipalment ta’ prodotti li jitħassru malajr prinċipalment bejn Spanja u fit-Tramuntana tal-Ewropa.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8986 — EIH/Krone-Mur/Primavia
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).