|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2018/C 264 A/01 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
26.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 264/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI MIFTUĦA
EPSO/AD/360/18 — AMMINISTRATURI (AD 6) FIL-QASAM TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA
(2018/C 264 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: il-11 ta’ Settembru 2018 f’12.00 (nofsinhar), CET
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riserva li minnha l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun jista’ jirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ amministraturi” (grupp ta’ funzjoni AD).
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-proċedura ta’ selezzjoni.
Ara l-ANNESS III tar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.
L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula: 30
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?
Id-dmirijiet jinkludu t-tħejjija ta’ rapporti, opinjonijiet, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, l-aħjar prattiki u deċiżjonijiet bil-għan li tiġi żgurata l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (li attwalment qiegħed jiġi rieżaminat) u (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Pulizija) u ta’ leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll il-monitoraġġ tal-iżviluppi ta’ politika u leġiżlattivi marbuta mal-protezzjoni tad-data personali.
Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.
JIENA ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet online:
(1) Kundizzjonijiet ġenerali:
|
— |
Tkun tgawdi d-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE |
|
— |
Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari |
|
— |
Tkun issodisfajt ir-rekwiżiti ta’ karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti. |
(2) Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi:
Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE; b’waħda minnhom mill-anqas fil-livell C1 (għarfien profond) l-oħra mill-anqas fil-livell B2 (għarfien sodisfaċenti).
Il-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) kif mitluba fil-formola ta’ applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi( (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr).
F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:
|
— |
Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet b’Ġħażliet Multipli bbażati fuq il-kompjuter |
|
— |
Lingwa 2: il-lingwa użata għas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki (Talent Screener), għat-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni u għall-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1. |
Il-lingwa 2 trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.
Il-kandidati li jkunu ġew ingaġġati fil-qasam tal-protezzjoni tad-data huma mistennija li jkollhom għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) tal-Ingliż jew tal-Franċiż. Filwaqt li l-għarfien ta’ lingwi addizzjonali jista’ jkun ta’ vantaġġ, għall-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni (l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data – DPAs), l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa, kif ukoll għall-ispezzjonijiet imwettqa, għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż jew tal-Franċiż huwa essenzjali. Internament, il-KEPD jaħdem l-aktar bl-Ingliż jew bil-Franċiż: il-laqgħat kollha jsiru bl-Ingliż jew bil-Franċiż, jintużaw dawn iż-żewġ lingwi n-noti fir-rendikonti, fl-abbozzi ta’ dokumenti kif ukoll f’kull pariri esterni. Din l-għażla hija għalhekk orjentata lejn is-servizz, u konsegwentement, kandidat li jintgħażel u li ma jkollux għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż jew tal-Franċiż ma jkunx jista’ jibda jaħdem mal-ewwel.
(3) Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza tax-xogħol:
|
— |
Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kkompletati fil-liġi, ta’ mill-anqas 3 snin , iċċertifikati b’diploma, segwiti minn tal-inqas 3 snin ta’ esperjenza professjonali xierqa bħala gradwat fil-qasam ġuridiku li minnhom mill-anqas nofs iridu jkunu fl-iżvilupp jew l-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data fl-amministrazzjoni pubblika (b’mod partikolari bħala impjegat f’xi awtorità superviżorja indipendenti tal-protezzjoni tad-data indipendenti jew bħala uffiċjal maħtur tal-protezzjoni tad-data). jew inkella |
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kkompletati ta’ mill-anqas 3 snin , iċċertifikati b’diploma f’xi qasam ieħor, segwiti minn tal-inqas 3 snin ta’ esperjenza professjonali xierqa bħala gradwat fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, li minnhom mill-anqas nofs iridu jkunu fl-iżvilupp jew l-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data fl-amministrazzjoni pubblika (b’mod partikolari bħala impjegat f’xi awtorità superviżorja indipendenti tal-protezzjoni tad-data indipendenti jew bħala uffiċjal maħtur tal-protezzjoni tad-data). |
Jekk jogħġbok ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi
KIF NINTGĦAŻEL?
(1) Il-proċess ta’ applikazzjoni
Meta tkun qiegħed timla l-forma ta’ applikazzjoni tiegħek, ikollok tagħżel il-lingwa 1 u l-lingwa 2 tiegħek. Ikollok tagħżel il-lingwa 1 tiegħek minn fost l-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u l-lingwa 2 tiegħek minn bejn l-Ingliż u l-Franċiż. Tintalab tikkonferma l-eliġġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni u li tipprovdi aktar informazzjoni relevanti għal din il-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi għall-qasam (Talent Screener (Evalwatur tal-Kapaċitajiet))).
Tista’ tagħżel kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE biex timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ħlief fit-taqsima tat- Talent Screener li trid timtela bil-lingwa 2 tiegħek , għar-raġunijiet li ġejjin: It-Talent Screener huwa suġġett għal evalwazzjoni komparattiva mill-Bord tal-Għażla, jintuża bħala dokument ta’ referenza mill-Bord waqt l-intervista speċifika għall-qasam fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni, u jintuża għal skopijiet ta’ reklutaġġ jekk kandidat jgħaddi b’suċċess. Huwa għalhekk fl-interess tas-servizz u tal-kandidati li t-Talent Screener jimlewh bil-Lingwa 2.
Jekk jogħġbok kun af li l-formola tal-applikazzjoni kollha tiegħek se tiġi aċċessata mill-Bord tal-Għażla (matul il-kompetizzjoni) u mis-servizzi tal-HR tal-Istituzzjonijiet Ewropej (għar-reklutaġġ fil-każ li inti tkun fost il-kandidati li jgħaddu b’suċċess) li joperaw b’għadd limitat ta’ lingwi veikolari kif spjegat aktar ’il fuq.
F’każ li jirnexxilek tgħaddi mill-kompetizzjoni u titqiegħed fuq il-lista ta’ riżerva, inti tintalab tipprovdi traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa 2 (l-Ingliż jew il-Franċiż) lis-servizzi tar-reklutaġġ jekk tkun użajt xi lingwa oħra biex timla l-formola tal-applikazjzoni.
Hekk kif tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, inti tkun qiegħed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li inti tissoddisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Malli tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, inti ma tkun tista’ tagħmel l-ebda tibdil ieħor. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek qabel ma tgħaddi l-iskadenza .
(2) Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) fuq il-kompjuter
Jekk in-numru ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu , kif definit mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar ikunu limitati .
Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni (punt 5).
It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:
|
It-testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Durata |
Immarkar |
Marka minima meħtieġa |
|
Raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 min. |
Sa 20 punt |
10/20 |
|
Raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsija |
20 min. |
Sa 10 punt |
Numeriku + astratt flimkien: 10/20 |
|
Raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsija |
10 min. |
Sa 10 punt |
Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.
(3) Verifiki tal-eliġibbiltà
Ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stipulati fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” aktar ’il fuq jiġu vverifikati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet fuq l-Internet tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-bord tal-għażla jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà.
Hemm żewġ (2) xenarji possibbli:
|
— |
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba f’dawk it-testijiet sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli definit qabel it-testijiet mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati. |
|
— |
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati kollha li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibilità. |
(4) Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki — Talent Screener (Evalwatur tal-Kapaċitajiet)
Sabiex il-bord tal-għażla jkun jista’ jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, kull kandidat f’din il-kompetizzjoni jrid iwieġeb l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-taqsima “Talent Screener” tal-formola ta’ applikazzjoni bil-lingwa 2. L-għażla bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima tal-“Talent Screener” biss . Għalhekk jinħtieġ li tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima “Talent Screener”, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tal-għażla inklużi f’dan l-avviż.
Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.
Biex jagħmel l-għażla bbażata fuq il-kwalifiki, il-bord tal-għażla l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tal-għażla li jkun jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mmultiplikati bil-piż ta’ kull kriterju u jingħaddu flimkien biex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom ikunu jissodisfaw l-aħjar id-dmirijiet li jridu jitwettqu.
Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki biss se jgħaddu għall-istadju li jmiss.
(5) Iċ-Ċentru ta’ valutazzjoni
In-numri ta’ kandidati li jiġu mistiedna għal din il-fażi jkun mhux aktar minn 3 darbiet in-numru ta’ kandidati li jgħaddu b’suċċess. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill-ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata (1) jew tnejn (2) f’ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel it-testijiet fil-lingwa 2 tiegħek.
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux organizzati minn qabel , tagħmilhom fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jkunux miżjuda mal-marki tat-testijiet l-oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali finali tiegħek.
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid iġġib miegħek id-dokumenti ta’ sostenn (oriġinali jew kopji ċċertifikati) għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO jiskennjahom matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtihomlok lura fl-istess ġurnata.
Fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal kull kompetizzjoni permezz ta’ erba’ testijiet (intervisti ġenerali u speċifiċi bbażati fuq il-kompetenza, eżerċizzju fi grupp u studju ta’ każ) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:
|
Kompetenza |
It-testijiet |
|||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Studju ta’ każ |
||
|
Studju ta’ każ |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Studju ta’ każ |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Studju ta’ każ |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
Marki minimi meħtieġa: 3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox.
|
Kompetenza |
Test |
Marka minima meħtieġa |
|
Kompetenzi f’oqsma speċifiċi |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi |
50/100 |
(6) Lista ta’ riżerva
Wara li jiċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord tal-għażla jistabbilixxi lista ta’ riżerva — sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew — minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.
Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tal-Għażla, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej għal proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.
OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha.
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.
Skopri aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-websajt tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).
META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?
Sabiex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Innota li tista’ toħloq kont wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.
Applika online fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:
il-11 ta’ Settembru 2018 f’12.00 (nofsinhar), CET.
ANNESS I
KOMPITI
Sabiex jiġu protetti u garantiti d-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-data u tal-privatezza mnaqqxa fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, l-ipproċessar ta’ data personali jkun soġġett għall-kontroll minn awtorità indipendenti. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) huwa l-awtorità indipendenti tal-protezzjoni tad-data tal-UE, bil-kompitu li jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jirrispettaw il-liġi tal-protezzjoni tad-data.
Taħt l-awtorità tal-Kontrollur, l-Assistent Kontrollur u tad-Direttur, l-uffiċjali reklutati jwettqu diversi kompiti f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-Kap tal-Unità. Meta l-uffiċjali jkunu qegħdin jaħdmu fil-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (BEPD), huma għandhom jaġixxu esklussivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-BEPD u jkunu soġġetti għal linji ta’ rappurtar separati mill-persunal l-ieħor involut fit-twettiq tal-kompiti konferiti lill-KEPD.
F’dak li jikkonċerna dik il-parti tal-kompiti, dawk li jieħdu l-postijiet li għandhom jimtlew jistgħu jkunu involuti f’dan li ġej:
|
— |
jinfurmaw u jagħtu pariri lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet taħt superviżjoni tal-KEPD dwar prassi tajba fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u l-għoti ta’ informazzjoni u pariri lil dawk responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali kif ukoll lis-suġġetti tad-data dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u l-abbozzar ta’ dokumenti ta’ gwida rispettivi u jikkontribwixxi biex titqajjem kuxjenza ġenerali; |
|
— |
jisimgħu u, fejn ikun ammissibbli, jeżaminaw ilmenti u talbiet oħra minn suġġetti tad-data u li jagħmlu inkjesti; |
|
— |
jikkooperaw mal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif ukoll mal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali, organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi oħra kompetenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data; |
|
— |
jipproċessaw valutazzjonijiet tal-impatt u konsultazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data ta’ issa u tal-futur, applikabbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE taħt is-superviżjoni tal-KEPD; |
|
— |
jevalwaw l-impatt tal-għażliet teknoloġiċi fuq il-protezzjoni tad-data u jagħtu pariri dwar it-tfassil ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi li jappoġġaw il-protezzjoni tad-data; |
|
— |
jagħmlu attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ verifika u jevalwaw il-livell ta’ sigurtà ta’ sistemi tal-informatika u sistemi awtomatizzati, kif ukoll jevalwaw notifiki ta’ ksur ta’ data biex jevalwaw il-gravità tagħhom u jagħtu pariri lill-kontrolluri dwar miżuri xierqa; |
|
— |
jagħtu pariri lill-istituzzjonijiet kompetenti dwar miżuri ġenerali amministrattivi relatati mal-ipproċessar ta’ data personali; |
|
— |
jagħmlu segwitu ta’ żviluppi leġislattivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u jivvalutaw il-konformità ta’ proposti leġislattivi jew ta’ politika mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data kif ukoll jifformulaw rakkomandazzjonijiet għal-leġiżlatur tal-UE; |
|
— |
iwettqu diversi kompiti b’rabta mal-kawżi fil-qrati, it-tfassil ta’ dikjarazzjonijiet ta’ pożizzjoni u jirrappreżentaw l-istituzzjoni f’kawżi fil-qorti, meta neċessarju, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali, fil-qasam tal-protezzjoni tad-data; |
|
— |
isegwu l-iżviluppi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u komunikazzjoni li jista’ jkollhom effett fuq il-protezzjoni tad-data personali; |
|
— |
jippromwovu u jsaħħu l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-“protezzjoni tad-data b’intenzjoni u b’mod awtomatiku”; |
|
— |
jipprovdu appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-BEPD; |
|
— |
jieħdu f’idejhom, fejn xieraq, talbiet ta’ aċċess għal informazzjoni personali, dokumenti u aċċess għall-fajls. |
Dawn il-kompiti jistgħu jkunu jinħtieġu vvjaġġar lil hinn mill-post tax-xogħol.
Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
KRITERJI TAl-GĦAŻLA
Il-bord tal-għażla jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
|
1. |
Grad universitarju li jinkludi speċjalizzazzjoni fil-liġi Ewropea, minbarra d-diploma meħtieġa għall-ammissjoni fil-kompetizzjoni. |
|
2. |
Grad universitarju li jinkludi speċjalizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, minbarra d-diploma meħtieġa għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni (trid tkun differenti minn dik id-diploma mitluba fil-kriterju 1). |
|
3. |
Taħriġ iċċertifikat fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, iċċertifikat b’eżami. |
|
4. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas 18-il xahar fil-qasam tal-protezzjoni tad-data miksuba f’xi istituzzjoni jew korp tal-UE, xi organizzazzjoni internazzjonali, xi awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data, xi amministrazzjoni pubblika nazzjonali, jew f’xi istituzzjoni akkademika, minbarra dik l-esperjenza meħtieġa għall-ammissjoni fil-kompetizzjoni. |
|
5. |
Esperjenza professjonali f’kawżi (eż. bħala aġent għal xi amministrazzjoni pubblika, bħala avukat, rappreżentant legali quddiem qorti jew imħallef) quddiem qrati fl-UE fir-rigward tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fl-abbozzar tar-rapporti dwar verifiki, konsultazzjonijiet u lmenti preċedenti marbuta mal-protezzjoni tad-data. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ opinjonijiet, rapporti, pubblikazzjonijiet xjentifiċi, dokumenti ta’ politika jew leġiżlattivi, eċċ, marbuta mad-dritt Ewropew li jolqot il-protezzjoni tad-data (trid tkun differenti mill-esperjenza rikjesta fil-kriterju 5). |
|
8. |
Esperjenza professjonali fit-tmexxija ta’ investigazzjonijiet jew verifiki li janalizzaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data personali mar-regolamenti fis-seħħ, li jkopru miżuri legali, tekniċi u organizzattivi. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fl-evalwar u d-dokumentar tal-impatt tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) dwar il-protezzjoni tad-data (eż. valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-data). |
|
10. |
Esperjenza professjonali fid-definizzjoni tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data għal soluzzjonijiet ta’ ICT jew fit-tfassil ta’ applikazzjonijiet ta’ ICT f’konformità ma’ rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data jew fir-rieżami u l-evalwar ta’ rekwiżiti u fit-tfassil ta’ dokumentazzjoni minn perspettiva ta’ protezzjoni tad-data. |
Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS III
REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.
Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.
Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .
|
(a) |
Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
|
(b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:
|
1.2. Dokumenti ta’ sostenn
Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:
|
— |
dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
|
— |
il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
|
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
|
— |
(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi. |
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.
Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.
1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.
Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:
|
— |
email (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); |
|
— |
faks (+ 32 22998081); jew |
|
— |
posta:
|
2. MINN MIN NIĠI VVALUTAT?
Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).
L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.
3. KOMUNIKAZZJONI
3.1. Komunikazzjoni mal-EPSO
Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).
3.2. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.
3.2.1. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:
|
— |
It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament; |
|
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati; |
|
— |
Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
|
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
|
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-f ażi li jmiss; |
|
— |
fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ valutazzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
|
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
|
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
|
— |
it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
3.2.2. Informazzjoni fuq talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
4. ILMENTI U KWISTJONIJIET
4.1. Kwistjonijiet tekniċi
Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.
Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:
|
— |
tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
|
— |
ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.
4.2. Proċeduri ta’ reviżjoni interna
4.2.1. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.
L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.
B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.
L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.
4.2.2. Talbiet għal rieżami
Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:
|
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew |
|
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.
4.3. Forom oħra ta’ kontestazzjoni
4.3.1. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
4.3.2. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/). |
4.3.3. L-Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
|
— |
proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/). |
4.4. Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni
Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:
|
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
|
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli; |
|
— |
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità; |
|
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa; |
|
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek; |
|
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
|
— |
ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi; |
|
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
|
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
|
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew |
|
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS IV
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET
Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji
|
|
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
PAJJIŻ |
Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja) |
Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin) |
Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar) |
||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/ Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d’enseignement professionnel Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature — Kandidaat Graduat — Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d’études approfondies (DEA) Diplôme d’études spécialisées (DES) Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česká republika |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA or BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/ Fachhochschulabschluss/ Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, i 5 ábhar Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT) Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.) National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS) Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS) Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile University degree Céim mháistir (60-120 ECTS) Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/ Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d’études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d’ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore/ Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea – L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Lussemburgu |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d’ingénieur technicien |
Master Diplôme d’ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi – képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma’s) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of “Ingenieur” |
HBO/WO Master’s degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/ Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom/ Fachhochschuldiplom/ Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário/ Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (Colegiu universitar) învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academic postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma/magisterij/specializacija/doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/ Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali