|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2018/C 259/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2018/C 259/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 – Kenzo Tsujimoto vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Kenzo
(Kawżi magħquda C-85/16 P u C-86/16 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali KENZO ESTATE - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti KENZO - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) - Raġuni relattiva għal rifjut ta’ reġistrazzjoni - Reputazzjoni - Raġuni ġġustifikata))
(2018/C 259/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Kenzo Tsujimoto (rappreżentanti: A. Wenninger-Lenz, M. Ring u W. von der Osten-Sacken, Rechtsanwälte)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Kenzo (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avvocati)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Kenzo Tsujimoto huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica (Confetra) (C-259/16), Associazione Nazionale Imprese Trasporti Automobilistici (C-259/16), Fercam SpA (C-259/16), Associazione non Riconosciuta Alsea (C-259/16), Associazione Fedit (C-259/16), Carioni Spedizioni Internazionali Srl (C-259/16), Federazione Nazionale delle Imprese di Spedizioni Internazionali – Fedespedi (C-259/16), Tnt Global Express SpA (C-259/16), Associazione Italiana dei Corrieri Aerei Internazionali (AICAI) (C-260/16), DHL Express (Italy) Srl (C-260/16), Federal Express Europe Inc. (C-260/16), United Parcel Service Italia Ups Srl (C-260/16) vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico
(Kawżi Magħquda C-259/16 u C-260/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi postali fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 97/67/KE - Artikoli 2, 7 u 9 - Direttiva 2008/6/KE - Kunċett ta’ “fornitur ta’ servizzi postali” - Impriżi tat-trasport bit-triq, tat-trasport ta’ merkanzija u tal-posta espressa li jipprovdu servizzi ta’ ġbir, ta’ ssortjar, ta’ trasport u ta’ tqassim ta’ oġġetti postali - Awtorizzazzjoni meħtieġa għall-provvista lill-pubbliku ta’ servizzi postali - Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tas-servizz universali))
(2018/C 259/03)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Confederazione Generale Italiana dei Trasporti e della Logistica (Confetra) (C-259/16), Associazione Nazionale Imprese Trasporti Automobilistici (C-259/16), Fercam SpA (C-259/16), Associazione non Riconosciuta Alsea (C-259/16), Associazione Fedit (C-259/16), Carioni Spedizioni Internazionali Srl (C-259/16), Federazione Nazionale delle Imprese di Spedizioni Internazionali – Fedespedi (C-259/16), Tnt Global Express SpA (C-259/16), Associazione Italiana dei Corrieri Aerei Internazionali (AICAI) (C-260/16), DHL Express (Italy) Srl (C-260/16), Federal Express Europe Inc. (C-260/16), United Parcel Service Italia Ups Srl (C-260/16)
Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico
fil-preżenza ta’: Poste Italiane SpA (C-260/16)
Dispożittiv
|
1) |
Il-punti 1, 1a u 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-impriżi ta’ trasport bit-triq, ta’ trasport ta’ merkanzija jew ta’ posta espressa li jipprovdu servizzi ta’ ġbir, ta’ ssortjar, ta’ trasport u ta’ tqassim ta’ oġġetti postali jikkostitwixxu, ħlief fil-każ fejn l-attività tagħhom hija limitata għat-trasport ta’ oġġetti postali, fornituri ta’ servizzi postali, fis-sens tal-punt 1a tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva. |
|
2) |
Il-punt 19 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 97/67, kif emendata bid-Direttiva 2008/6, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq kull impriża ta’ trasport bit-triq, ta’ trasport ta’ merkanzija u ta’ posta espressa l-obbligu li jkollha awtorizzazzjoni ġenerali għall-provvista ta’ servizzi postali, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tkun iġġustifikata minn waħda mir-rekwiżiti essenzjali elenkati fil-punt 19 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva u li tkun tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità, fis-sens li tkun adatta sabiex tiggarantixxi l-għan imfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq, liema ċirkustanzi għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju. |
|
3) |
L-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 97/67, kif emendata bid-Direttiva 2008/6, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lid-detenturi ta’ awtorizzazzjoni ġenerali għall-provvista ta’ servizzi postali li jikkontribwixxu għal fond ta’ kumpens tal-obbligi tas-servizz universali, meta dawn is-servizzi jistgħu, mill-perspettiva tal-utent, jitqiesu li jaqgħu taħt is-servizz universali għar-raġuni li jkollhom livell suffiċjenti ta’ interkambjabbiltà ma’ dan tal-aħħar. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Novara – l-Italja) – Bruno Dell’Acqua vs Eurocom Srl, Regione Lombardia
(Kawża C-370/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - Protokoll Nru 7 - Artikolu 1 - Neċessità jew le ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja - Fondi strutturali - Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea - Proċedura sabiex jinżammu fil-konfront ta’ awtorità nazzjonali ammonti li ġejjin minn din l-għajnuna))
(2018/C 259/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Novara
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bruno Dell’Acqua
Konvenuti: Eurocom Srl, Regione Lombardia
Fil-preżenza ta’: Renato Quattrocchi, Antonella Pozzoli, Loris Lucini, Diego Chierici, Nicoletta Malaraggia, Elio Zonca, Sonia Fusi, Danilo Cattaneo, Alberto Terraneo, Luigi Luzzi
Dispożittiv
L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex neċessarja meta terz jibda proċedura sabiex jinżamm dejn fil-konfront ta’ organu ta’ Stat Membru li għandu dejn korrispondenti dovut lid-debitur tat-terz, benefiċjarju ta’ fondi mogħtija għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti kkofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Rheinland-Pfalz – il-Ġermanja) – Hornbach-Baumarkt-AG vs Finanzamt Landau
(Kawża C-382/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Taxxa fuq il-kumpanniji - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru - Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji - Vantaġġ mogħti ex gratia minn kumpannija residenti lil kumpannija mhux residenti li magħha hija marbuta permezz ta’ rabta ta’ interdipendenza - Korrezzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpannija residenti - Assenza ta’ korrezzjoni tad-dħul taxxabbli fil-każ ta’ vantaġġ identiku mogħti minn kumpannija residenti lil kumpannija residenti oħra li magħha hija marbuta b’tali rabtiet - Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment - Ġustifikazzjoni))
(2018/C 259/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Rheinland-Pfalz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hornbach-Baumarkt-AG
Konvenuti: Finanzamt Landau
Dispożittiv
L-Artikolu 43 KE (li sar l-Artikolu 49 TFUE), moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (li sar l-Artikolu 54 TFUE), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha d-dħul ta’ kumpannija residenti ta’ Stat Membru, li ppermetta li kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, li magħha għandha rabtiet ta’ interdipendenza, tgawdi minn vantaġġi taħt kundizzjonijiet li ma humiex l-istess bħal dawk li kienu jiftiehmu, f’ċirkustanzi identiċi jew simili, terzi persuni indipendenti bejniethom, għandu jiġi kkalkolat bħallikieku kellhom ikunu applikabbli l-kundizzjonijiet li jkunu ftiehmu dawn it-terzi u għandu jkun suġġett għal korrezzjoni, filwaqt li ma ssirx tali korrezzjoni tad-dħul taxxabbli meta dawn l-istess vantaġġi jkunu ngħataw minn kumpannija residenti lil kumpannija residenti oħra, li magħha jkollha rabtiet ta’ interdipendenza. Madankollu hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tagħtix il-possibbiltà lill-persuna taxxabbli residenti li tipprova li l-kundizzjonijiet miftiehma rriżultaw għal raġunijiet kummerċjali dovuti għall-pożizzjoni tagħha ta’ sħubija mal-kumpannija mhux residenti.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen, VZW et vs Vlaams Gewest
(Kawża C-426/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-benesseri tal-annimali fil-mument tal-qatla tagħhom - Metodi partikolari ta’ qatla preskritti minn riti reliġjużi - Festa Musulmana tas-sagrifiċċju - Regolament (KE) Nru 1099/2009 - Artikolu 2(k) - Artikolu 4(4) - Obbligu li l-qatla bil-forma ritwali sseħħ f’biċċerija li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 - Validità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 10 - Libertà tar-reliġjon - Artikolu 13 TFUE - Osservanza ta’ użanzi nazzjonali fil-qasam ta’ riti reliġjużi))
(2018/C 259/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen, VZW, Unie van Moskeeën en Islamitische Verenigingen van Limburg, VZW, Unie van Moskeeën en Islamitische Verenigingen Oost-Vlaanderen, VZW, Unie der Moskeeën en Islamitische Verenigingen van West-Vlaanderen, VZW, Unie der Moskeeën en Islamitische Verenigingen van Vlaams-Brabant, VZW, Association Internationale Diyanet de Belgique, IVZW, lslamitische Federatie van België, VZW, Rassemblement des Musulmans de Belgique, VZW, Erkan Konak, Chaibi El Hassan
Konvenut: Vlaams Gewest
Fil-preżenza ta’: Global Action in the Interest of Animals (GAIA) VZW
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda preliminari ma rrileva l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla, moqri flimkien mal-Artikolu 2(k) tiegħu, fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 13 TFUE.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Zsolt Sziber vs ERSTE Bank Hungary Zrt
(Kawża C-483/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 7(1) - Kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi rekwiżiti proċedurali speċifiċi sabiex tiġi kkontestata n-natura inġusta - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva))
(2018/C 259/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zsolt Sziber
Konvenuta: ERSTE Bank Hungary Zrt
fil-preżenza ta’: Mónika Szeder
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala prinċipju, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi rekwiżiti proċedurali speċifiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ rikorsi ppreżentati minn konsumaturi li jkunu kkonkludew kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija li jkun fihom klawżola li tistipula differenza bejn ir-rata tal-kambju applikabbli għar-rilaxx tas-self u dik applikabbli għar-rimbors tiegħu u/jew klawżola li tistipula possibbiltà ta’ emenda unilaterali li tippermetti lil min isellef iżid l-interessi, it-tariffi u l-ispejjeż, bil-kundizzjoni li l-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli inklużi f’tali kuntratt tippermetti l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni legali u fattwali li kien ikun fiha l-konsumatur fl-assenza ta’ dawn il-klawżoli abbużivi. |
|
2) |
Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika wkoll għas-sitwazzjonijiet li ma jkunux jinvolvu element transkonfinali. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Gdańsku – il-Polonja) – Stefan Czerwiński vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Gdańsku
(Kawża C-517/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Artikolu 3 - Dikjarazzjoni tal-Istati Membri skont l-Artikolu 9 - Pensjoni ta’ tranżizzjoni - Klassifikazzjoni - Skemi legali ta’ rtirar kmieni - Esklużjoni tar-regola tal-aggregazzjoni tal-perijodi skont l-Artikolu 66))
(2018/C 259/08)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Apelacyjny w Gdańsku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stefan Czerwiński
Konvenuta: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Gdańsku
Dispożittiv
|
1) |
Il-klassifikazzjoni ta’ benefiċċju soċjali taħt waħda mill-fergħat ta’ sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, magħmula mill-awtorità nazzjonali kompetenti fid-dikjarazzjoni stabbilita mill-Istat Membru skont l-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament, ma hijiex ta’ natura definittiva. Il-klassifikazzjoni ta’ benefiċċju soċjali tista’ ssir mill-qorti nazzjonali kkonċernata, b’mod awtonomu u abbażi tal-elementi li jikkostitwixxu l-benefiċċju soċjali inkwistjoni, u billi ssir, jekk ikun il-każ, domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
2) |
Benefiċċju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitqies bħala “benefiċċju tax-xjuħija”, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 883/2004. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-526/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2011/92/KE - Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ tħaffir ta’ tfittixija jew ta’ riċerka tal-gass shale - Tħaffir fil-fond - Kriterji ta’ selezzjoni - Determinazzjoni tal-limiti))
(2018/C 259/09)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung, D. Milanowska u C. Zadra, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, D. Krawczyk, M. Orion Jędrysek, H. Schwarz u K. Majcher, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
Ir-Repubblika tal-Polonja, billi eskludiet il-proġetti ta’ tfittxija jew ta’ riċerka ta’ depożiti minerali tal-gass shale permezz ta’ tħaffir sa fond ta’ 5 000 metru mill-proċedura ta’ eżami tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, bl-eċċezzjoni tat-tħaffir ta’ fond iktar minn 1 000 metru f’żoni ta’ estrazzjoni tal-ilma, fiż-żoni protetti ta’ ilmijiet interni u f’żoni ta’ protezzjoni ambjentali, bħall-parks nazzjonali, ir-riżervi tan-natura, il-parks naturali pajsaġġi u ż-żoni “Natura 2000” kif ukoll fiż-żoni ta’ madwarhom, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2) u (3), kif ukoll l-Annessi II u III tad-Direttiva 2011/92 tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent. |
|
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag, vs Dödsboet efter Ingvar Mattsson, Jan-Erik Strobel et vs Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag
(Kawża C-542/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/92/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” - Direttiva 2004/39/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “parir dwar l-investiment” - Pariri mogħtija waqt il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u li jikkonċernaw investiment ta’ kapital fil-kuntest ta’ assigurazzjoni tal-ħajja fuq il-kapital - Klassifikazzjoni tal-attività ta’ intermedjarju ta’ assigurazzjoni fl-assenza tal-intenzjoni tiegħu li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni effettiv))
(2018/C 259/10)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag, Jan-Erik Strobel, Mona Strobel, Margareta Nilsson, Per Nilsson, Kent Danås, Dödsboet efter Tommy Jönsson, Stefan Pramryd, Stefan Ingemansson, Lars Persson, Magnus Persson, Anne-Charlotte Wickström, Peter Nilsson, Ingela Landau, Thomas Landau, Britt-Inger Ruth Romare, Gertrud Andersson, Eva Andersson, Rolf Andersson, Lisa Bergström, Bo Sörensson, Christina Sörensson, Kaj Wirenkook, Lena Bergquist Johansson, Agneta Danås, Hans Eriksson, Christina Forsberg, Christina Danielsson, Per-Olof Danielsson, Ann-Christin Jönsson, Åke Jönsson, Stefan Lindgren, Daniel Röme, Ulla Nilsson, Dödsboet efter Leif Göran Erik Nilsson
Konvenuti: Dödsboet efter Ingvar Mattsson, Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag
Dispożittiv
|
1) |
Il-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” it-twettiq ta’ xogħlijiet preparatorji għall-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, anki fl-assenza tal-intenzjoni tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni kkonċernat li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni effettiv. |
|
2) |
Il-pariri finanzjarji marbuta mal-investiment ta’ kapital mogħtija fil-kuntest ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni dwar il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja fuq il-kapital jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/92 u mhux taħt dak tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Ernst & Young P/S vs Konkurrencerådet
(Kawża C-633/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontroll ta’ operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Artikolu 7(1) - Implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni qabel in-notifika lill-Kummissjoni Ewropea u qabel id-dikjarazzjoni ta’ kompatibbiltà mas-suq komuni - Projbizzjoni - Portata - Kunċett ta’ “konċentrazzjoni” - Xoljiment ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ terz minn waħda mill-impriżi li huma partijiet fil-konċentrazzjoni))
(2018/C 259/11)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Sø- og Handelsretten
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ernst & Young P/S
Konvenuta: Konkurrencerådet
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), għandu jiġi interpretat fis-sens li konċentrazzjoni tkun implimentata biss permezz ta’ operazzjoni li, kompletament jew parzjalment, fil-fatt jew fid-dritt, tikkontribwixxi għall-bidla fil-kontroll tal-impriża kkonċernata. Ir-rinunzja għal ftehim ta’ kooperazzjoni, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju, ma tistax titqies li timplika l-implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni, u dan irrispettivament mill-kwistjoni ta’ jekk din ir-rinunzja kellhiex effetti fuq is-suq.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Lille – Franza) – Adil Hassan vs Préfet du Pas-de-Calais
(Kawża C-647/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Proċeduri ta’ teħid ta’ inkarigu u ta’ teħid lura - Artikolu 26(1) - Adozzjoni u notifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment qabel l-aċċettazzjoni tal-att għall-finijiet ta’ teħid lura mill-Istat Membru rikjest))
(2018/C 259/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Lille
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Adil Hassan
Konvenut: Préfet du Pas-de-Calais
Dispożittiv
L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru, li jitlob lil Stat Membru ieħor li jqis bħala responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali b’applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti minn dan ir-regolament, att biex jittieħed inkarigu jew jittieħed lura persuna msemmija fl-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-regolament tadotta deċiżjoni ta’ trasferiment u tinnotifika lil dik il-persuna qabel ma l-Istat Membru rikjest ikun ta l-kunsens tiegħu espliċitu jew impliċitu għal dan l-att.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dachau vs Achim Kollroß (C-660/16), Finanzamt Göppingen vs Erich Wirtl (C-661/16)
(KawżaC-660/16 u C-661/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Provvista ta’ oġġetti - Artikolu 65 - Artikolu 167 - Ħlas akkont għall-akkwist ta’ oġġett mhux segwit mill-kunsinna tiegħu - Kundanna kriminali tar-rappreżentanti legali tal-fornitur għal frodi - Insolvenza tal-fornitur - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Kundizzjonijiet - Artikoli 185 u 186 - Aġġustament mill-awtorità fiskali nazzjonali - Kundizzjonijiet))
(2018/C 259/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Dachau (C-660/16), Finanzamt Göppingen (C-661/16)
Konvenuti: Achim Kollroß (C-660/16) Erich Wirtl (C-661/16)
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikoli 65 u 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma’ ħlas akkont ma jistax jiġi miċħud lill-akkwirent potenzjali tal-oġġetti inkwistjoni ladarba dan il-ħlas akkont sar u ġie rċevut u ladarba, fil-mument ta’ dan il-ħlas, l-elementi rilevanti kollha tal-kunsinna futura setgħu jitqiesu li kienu magħrufa minn dan l-akkwirent u ladarba l-kunsinna ta’ dawn l-oġġetti kienet għalhekk tidher ċerta. Madankollu, tali dritt jista’ jiġi miċħud lill-imsemmi akkwirent jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li, fil-mument tal-ħlas akkont, huwa kien jaf jew ma setax raġonevolment ma jkunx jaf li din il-kunsinna kienet inċerta. |
|
2) |
L-Artikoli 185 u 186 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li għandhom l-effett li jissuġġettaw l-aġġustament tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta mal-ħlas akkont fil-kuntest tal-kunsinna ta’ oġġett għar-rimbors ta’ dan il-ħlas akkont mill-fornitur. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Madrid – Spanja) – Lu Zheng vs Ministerio de Economía y Competitividad
(Kawża C-190/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Ċittadin ta’ pajjiż terz li jġorr somma kbira mhux iddikjarata ta’ flus kontanti fil-bagalji tiegħu - Obbligu ta’ dikjarazzjoni marbuta mal-ħruġ ta’ din is-somma mit-territorju Spanjol - Sanzjonijiet - Proporzjonalità))
(2018/C 259/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lu Zheng
Konvenut: Ministerio de Economía y Competitividad
Dispożittiv
L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ somom kbar ta’ flus kontanti deħlin fi jew ħerġin mit-territorju ta’ dan l-Istat ikun suġġetti għal multa li tista’ tasal sad-doppju tal-ammont mhux iddikjarat.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-251/17) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ġbir u trattament tal-ilma urban mormi - Direttiva 91/271/KEE - Artikoli 3, 4 u 10 - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa))
(2018/C 259/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u L. Cimaglia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn M. Russo u F. De Luca, avvocati dello Stato)
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE |
|
2) |
Fil-każ li n-nuqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 30 112 500 għal kull semtestru ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, u sal-eżekuzzjoni kompleta tas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), li l-ammont effettiv tagħha għandu jiġi kkalkolat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur billi l-ammont totali dwar kull wieħed minn dawn il-perijodi jitnaqqas b’perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti tal-agglomerazzjonijiet li s-sistemi ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi tagħhom kienu reżi konformi mas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-565/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:476), fl-aħħar tal-perijodu kkunsidrat, meta mqabbel man-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet mhux mgħammra b’sistemi bħal dawn fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza |
|
3) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 25 miljun. |
|
4) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tatabányai Törvényszék – l-Ungerija) – Éva Nothartová vs Sámson József Boldizsár
(Kawża C-306/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 8(3) - Kontrotalba li toriġina jew li ma toriġinax mill-kuntratt jew mill-fatti li fuqhom kienet ibbażata t-talba oriġinali))
(2018/C 259/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Tatabányai Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Éva Nothartová
Konvenut: Sámson József Boldizsár
Dispożittiv
L-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika, b’mod mhux esklużiv, f’sitwazzjoni fejn il-qorti li għandha ġurisdizzjoni biex tieħu konjizzjoni ta’ allegat ksur tad-drittijiet tal-personalità ta’ rikorrent għar-raġuni li ttieħdu ritratti u filmati mingħajr l-għarfien tiegħu, tiġi adita, mill-konvenut, b’kontrotalba għad-danni abbażi tar-responsabbiltà delittwali jew kważi delittwali tar-rikorrent, minħabba, inter alia, ir-restrizzjoni tal-kreazzjoni intellettwali tiegħu li hija s-suġġett tat-talba oriġinali, meta l-eżami ta’ din il-kontrotalba jeżiġi li din il-qorti tevalwa l-legalità jew in-nuqqas ta’ legalità tal-fatti li fuqhom ir-rikorrent jibbaża t-talbiet tiegħu stess.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Varhoven kasatsionen sad – il-Bulgarija) – Neli Valcheva vs Georgios Babanarakis
(Kawża C-335/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “dritt ta’ aċċess” - Artikolu 1(2)(a) u punti (7) u (10) tal-Artikolu 2 - Dritt ta’ aċċess tan-nanniet))
(2018/C 259/17)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Neli Valcheva
Konvenut: Georgios Babanarakis
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “dritt ta’ aċċess”, ikkontemplat fl-Artikolu 1(2)(a) u fil-punti (7) u (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li jestendi għad-dritt ta’ aċċess tan-nanniet fil-konfront tan-neputijiet tagħhom.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 – Irit Azoulay et vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-390/17 P) (1)
((Appell - Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Rifjut tar-rimbors tal-ispejjeż tal-edukazzjoni - Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea))
(2018/C 259/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Irit Azoulay, Andrew Boreham, Mirja Bouchard, Darren Neville (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Deneys u E. Taneva, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Irit Azoulay, Andrew Boreham, Mirja Bouchard u Darren Neville huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot SAS
(Kawżi magħquda C-519/17 P u C-522/17 P sa C-525/17 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali MASTER PRECISE, MASTER SMOKY, MASTER SHAPE, MASTER DUO u MASTER DRAMA - Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali MASTERS COLORS PARIS - Ċaħda tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni - Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni - Eżami ex officio mill-qorti))
(2018/C 259/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: L’Oréal (rappreżentanti: T. de Haan, avocat, P. Péters, advocaat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Botis u D. Hanf, aġenti), Guinot (rappreżentant: A. Sion, avocate)
Dispożittiv
|
1) |
Id-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Ġunju 2017, L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER PRECISE) (T-181/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:447), L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SMOKY) (T-179/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:445), L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SHAPE) (T-180/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:451), L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER DUO) (T-182/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:448), u L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER DRAMA) (T-183/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:449), huma annullati. |
|
2) |
Il-Kawżi T-181/16, T-179/16, T-180/16, T-182/16 u T-183/16 għandhom jintbagħtu lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – Claudia Wegener vs Royal Air Maroc SA
(Kawża C-537/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 3(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “titjira b’konnessjoni” - Titjira li titlaq minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, b’konnessjoni f’ajruport li jinsab fi Stat terz, li d-destinazzjoni finali tagħha tkun ajruport ieħor f’dan l-Istat terz))
(2018/C 259/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Claudia Wegener
Konvenuta: Royal Air Maroc SA
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika għal trasport ta’ passiġġieri mwettaq fuq il-bażi ta’ riżervazzjoni waħda u li jinkludi, bejn it-tluq tiegħu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u l-wasla tiegħu f’ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat terz, waqfa ppjanata barra mill-Unjoni Ewropea, b’bidla tal-ajruplan.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Mijo Mestrovic
(Kawża C-50/18)
(2018/C 259/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mijo Mestrovic
Amministrazzjoni Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Murtal
Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligI formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, bħan-nuqqas ta’ pussess ta’ dokumenti relatati mas-salarji, multi għolja ħafna, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja imposti b’mod kumulattiv fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat? |
|
2) |
Fil-każ li ma tingħatax risposta affermattiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, li multi kumulattivi jiġu imposti mingħajr limitu massimu assolut? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fl-1 ta’ Frar 2018 – Zoran Maksimovic
(Kawża C-64/18)
(2018/C 259/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Humbert Jörg Köfler
Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Murtal
Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, bħan-nuqqas ta’ pussess ta’ dokumenti relatati mas-salarji mingħand persuni li jikkollokaw ħaddiema, multi għolja ħafna, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja imposti b’mod kumulattiv fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat? |
|
2. |
Fil-każ li ma tingħatax risposta affermattiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, li multi kumulattivi jiġu imposti mingħajr limitu massimu assolut? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/17 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2018 minn Cotécnica, S.C.C.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-20 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-465/16 – Cotécnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (Cotecnica OPTIMA)
(Kawża C-73/18 P)
(2018/C 259/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Cotécnica, S.C.C.L. (rappreżentanti: J. C. Erdozain López, J. Galán López u L. Montoya Terán, abogados)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u Visán Industrias Zootécnicas.
Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Ġunju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet ir-rikors tal-appell bħala manifestament infondat u kkunannat lil Cotécnica, S.C.C.L. għall-ispejjeż tagħha.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-22 ta’ Frar 2018 – Humbert Jörg Köfler et
(Kawża C-140/18)
(2018/C 259/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck, Wolfgang Semper
Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Murtal
Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, bħan-nuqqas ta’ pussess ta’ dokumenti relatati mas-salarji mingħand persuni li jikkollokaw ħaddiema, multi għolja ħafna, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja imposti b’mod kumulattiv fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat? |
|
2. |
Fil-każ li ma tingħatax risposta affermattiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, li multi kumulattivi jiġu imposti mingħajr limitu massimu assolut? |
|
3. |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda: L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali li, għal ksur imwettaq minħabba negliġenza, tipprevedi, mingħajr limiti massimi, sanzjonijiet pekunjarji għolja, u fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, priġunerija għal diversi snin? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-23 ta’ Frar 2018 – Humbert Jörg Köfler
(Kawża C-146/18)
(2018/C 259/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Humbert Jörg Köfler
Amministrazzjoni Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Murtal
Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei
Domanda preliminari
L-Artikoli 47 u 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali li tipprevedi kontribuzzjoni mandatorja għall-ispejjeż proċedurali ta’ rikors kontenzjuż ta’ 20 % tas-sanzjoni imposta?
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-23 ta’ Frar 2018 – Humbert Jörg Köfler et
(Kawża C-148/18)
(2018/C 259/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck, Wolfgang Semper
Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Murtal
Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei
Domanda preliminari
L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali li, għal ksur imwettaq minħabba negliġenza, tipprevedi, mingħajr limiti massimi, sanzjonijiet pekunjarji għolja, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja, u fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, priġunerija għal diversi snin?
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Sopocie (il-Polonja) fis-26 ta’ Marzu 2018 – H.W.
(Kawża C-214/18)
(2018/C 259/27)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Sopocie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: H.W.
Konvenuti: PSM “K” w G., Komornik Sądowy przy Sądzie Rejonowym w Sopocie Aleksandra Treder
Domandi preliminari
|
1) |
Fid-dawl tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 1 u 2(1)(a) u (ċ) tagħha u tal-Artikolu 73 tagħha moqri flimkien mal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tal-imsemmija direttiva, kif ukoll fid-dawl tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ newtralità tal-VAT, jista’ jitqies li huwa legali, meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-formulazzjoni tal-Artikolu 29a(1) u tal-Artikolu 29a(6)(1) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi Pollakka tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq il-Prodotti u s-Servizzi, Dz. U. tal-2017, Nru 1221, kif emendata, verżjoni kkonsolidata, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-VAT”), moqrija flimkien mal-Artikolu 49(1), mal-Artikolu 35 u mal-Artikolu 63(4) tal-ustawa z dnia 29 sierpnia 1997 r. o komornikach sądowych i egzekucji (il-Liġi Pollakka tad-29 ta’ Awwissu 1997 dwar l-Marixxalli tal-Qorti u l-Eżekuzzjoni, Dz. U. tal-2017, Nru 1277, kif emendata, verżjoni kkonsolidata, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar l-Marixxalli”), li l-ammont tat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (jiġifieri l-VAT) jiġi inkluż mar-remunerazzjoni li jirċievu l-marixxalli tal-qorti? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda: |
|
2) |
Fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, huwa legali li jitqies li l-marixxall, bħala persuna suġġetta għall-VAT, fil-kuntest tal-atti ta’ eżekuzzjoni li huwa jwettaq, għandu l-istrumenti legali kollha sabiex jissodisfa debitament obbligu fiskali li jipprevedi li r-remunerazzjoni li huwa jirċievi skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Marixxalli għandha tinkludi l-ammont tat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (jiġifieri l-VAT)? |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fis-16 ta’ April 2018 – Kamil Dziubak, Justyna Dziubak vs Raiffeisen Bank Polska SA
(Kawża C-260/18)
(2018/C 259/28)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kamil Dziubak, Justyna Dziubak
Konvenuta: Raiffeisen Bank Polska SA
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 1(2) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) jippermettu – jekk id-determinazzjoni, bħala inġusti, ta’ ċertu dispożizzjonijiet kuntrattwali li jistabbilixxu l-mod li bih obbligu għandu jitwettqa mill-partijiet (l-ammont tiegħu) kellha twassal għall-annullament tal-kuntratt fl-intier tiegħu, li jkun sfavorevoli għall-konsumatur – li l-lakuni fil-kuntratt ma jiġux mimlija skont dispożizzjoni supplimentari tal-liġi li espliċitament tissostitwixxi l-klawżola inġusta, iżda pjuttost skont dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu l-ikkompletar tal-effetti ta’ tranżazzjoni legali kif espressa fis-sostanza tagħha bl-effetti li jirriżultaw mill-prinċipji ta’ ekwità (regoli ta’ kondotta soċjali) jew minn użanzi stabbiliti? |
|
2) |
L-evalwazzjoni eventwali tal-konsegwenzi, fir-rigward tal-konsumatur, tal-annullament tal-kuntratt fl-intier tiegħu għandha ssir abbażi taċ-ċirkustanzi eżistenti meta dan ġie konkluż jew abbażi ta’ dawk eżistenti meta qamet it-tilwima bejn il-partijiet dwar l-effettività tal-klawżola inkwistjoni (meta l-konsumatur saħaq li l-klawżola kienet inġusta), u x’rilevanza għandha tingħata lill-pożizzjoni meħuda mill-konsumatur f’tali tilwima? |
|
3) |
Dispożizzjonijiet li skont id-Direttiva 93/13/KEE jikkostitwixxu klawżoli kuntrattwali inġusti jistgħu jinżammu jekk l-adozzjoni ta’ din is-soluzzjoni tkun oġġettivament ta’ benefiċċju għall-konsumatur fil-mument tar-riżoluzzjoni tat-tilwima? |
|
4) |
Id-dikjarazzjoni, bħala inġusti, ta’ ċertu dispożizzjonijiet kuntrattwali li jistabbilixxu l-ammont u l-mod ta’ twettiq ta’ obbligu mill-partijiet tista’ twassal għal sitwazzjoni li fiha l-forma tar-relazzjoni ġuridika ddeterminata abbażi tal-kuntratt, bl-eċċezzjoni tal-effetti tal-klawżoli inġusti, tista’ tkun differenti minn dik intiża mill-partijiet fir-rigward tal-għan prinċipali tal-partijiet; b’mod partikolari, id-dikjarazzjoni ta’ dispożizzjoni kuntrattwali bħala inġusta tfisser li dispożizzjonijiet kuntrattwali oħra, relatati mal-obbligu prinċipali tal-konsumatur li fir-rigward tagħhom ma ġiex invokat li huma inġusti, jistgħu jkompli japplikaw meta l-forma ta’ dawk id-dispożizzjonijiet (l-inkorporazzjoni tagħhom fil-kuntratt) kienet b’mod indissoċjabbli marbuta mad-dispożizzjoni kkontestata mill-konsumatur? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/20 |
Appell ippreżentat fid-19 ta’ April 2018 mir-Repubblika tas-Slovakkja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-216/15, Dôvera zdravotná poisťovňa vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-271/18 P)
(2018/C 259/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika tas-Slovakkja (rappreżentant: B. Ricziová)
Parti oħra fil-proċedura: Dôvera zdravotná poisťovňa
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-5 ta’ Frar 2018 fil-kawża T-216/15, Dôvera zdravotná poisťovňa a.s. vs Il-Kummissjoni li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali laqgħet ir-rikors ta’ Dôvera, |
|
— |
tiċħad l-appell ta’ Dôvera zdravotná poisťovňa minħabba li huwa infondat; u |
|
— |
tikkundanna lil Dôvera zdravotná poisťovňa u lil Union zdravotná poisťovňa, a.s. għall-ispejjeż. |
Fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għall-konklużjoni li hija ma għandhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tagħti deċiżjoni definittiva dwar it-tilwima, ir-Repubblika Slovakka titlob, sussidjarjament, li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 fil-kawża T-216/15, Dôvera zdravotná poisťovňa a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali laqgħet ir-rikors ta’ Dôvera, |
|
— |
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata eżitu; u |
|
— |
tirriżerva d-deċiżjoni tagħha fuq l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, ir-Repubblika Slovakka tressaq erba’ aggravji li jiġġustifikaw l-annullament tas-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali:
|
1. |
Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-Repubblika Slovakka ssostni li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali marret lilhinn mis-setgħa ta’ stħarriġ ġudizzjarju li hija għandha fil-konfront tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar din il-kwistjoni hija univoka u, skont ir-Repubblika Slovakka, hija ma ġietx osservata f’dan il-każ. Ir-Repubblika Slovakka tafferma li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma osservatx is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ kwistjonijiet ekonomiċi kumplessi u li hija ma stabbilixxietx l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, iżda hija sempliċement issostitwixxiet l-evalwazzjoni tagħha nnifisha ma’ dik tal-Kummissjoni, preċiżament evalwazzjoni kuntrarja, fejn b’hekk marret lilhinn mis-setgħa tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju. |
|
2. |
Fil-kuntest tat-tieni aggravju, ir-Repubblika Slovakka ssostni li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat, minn żewġ perspettivi, il-provi li ġew prodotti lilha, billi waslet għal konstatazzjonijiet fattwali materjalment żbaljati, fejn dawn l-iżbalji kienu jirriżultaw b’mod ċar mid-dokumenti li jinsabu fil-fajl. L-iżnaturament tal-provi allegat jirrigwarda, minn naħa, il-kriterju tal-benefiċċji u, min-naħa l-oħra, il-kriterju tal-kompetizzjoni fi ħdan is-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni tal-mard obbligatorja. |
|
3. |
Fil-kuntest tat-tielet aggravju, ir-Repubblika Slovakka ssostni li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-klassifikazzjoni tas-sistema Slovakka ta’ assigurazzjoni tal-mard obbligatorja, fejn b’hekk kisret kemm l-Artikolu 107(1) TFUE kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Is-sentenza appellata hija inkompatibbli mal-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar is-sistemi ta’ sigurtà soċjali. Konkretament, il-Qorti Ġenerali i) tat deċiżjoni f’sens oppost għal dak tal-Qorti tal-Ġustizzja f’kawżi preċedenti simili, ii) tat deċiżjoni bl-istess mod bħall-Qorti tal-Ġustizzja f’kawżi preċedenti differenti, u iii) ma osservatx il-bażi tal-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, li skontha l-klassifikazzjoni ta’ sistema konkreta ta’ sigurtà soċjali tirriżulta mill-karatteristiċi dominanti tagħha. |
|
4. |
Sussegwentement, fil-kuntest tar-raba’ aggravju, ir-Repubblika Slovakka tafferma li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata tippreżenta numru ta’ nuqqasijiet, li jiġġustifikaw l-annullament tas-sentenza appellata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Konkretament i) il-Qorti Ġenerali assolutament ma spjegatx uħud mill-konklużjonijiet tagħha u mill-approċċi tagħha (li kienu, barra minn hekk, determinanti); ii) il-motivazzjoni tas-sentenza appellata hija, minn numru ta’ aspetti, kontradittorja u l-Qorti Ġenerali tikkontradiċi lilha nnifisha fis-sentenza appellata; iii) il-Qorti Ġenerali, fil-motivazzjoni tas-sentenza appellata, ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-affermazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni u tar-Repubblika Slovakka. B’hekk, il-Qorti Ġenerali kisret ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 36 u tal-Artikolu 53(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvija) fl-20 ta’ April 2018 – SIA “Kuršu zeme”
(Kawża C-273/18)
(2018/C 259/30)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Kuršu zeme”
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Domanda preliminari
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi projbizzjoni li titnaqqas it-taxxa tal-input ibbażata fuq is-sempliċi parteċipazzjoni kuxjenti tal-persuna taxxabbli fit-tfassil ta’ tranżazzjonijiet simulati, iżda mingħajr ma jiġi indentifikat b’liema mod it-tranżazzjonjiet inkwistjoni kkawżaw dannu għat-Teżor taħt forma ta’ VAT mhux imħallsa jew indebitament irrimborsata meta mqabbla mas-sitwazzjoni fejn it-tranżazzjonijiet ikunu ġew imfassla konformement maċ-ċirkustanzi reali?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo de Círculo de Lisboa (il-Portugall) fl-24 ta’ April 2018 – Henkel Ibérica Portugal, Unipessoal Lda vs Comissão de Segurança de Serviços e Bens de Consumo
(Kawża C-277/18)
(2018/C 259/31)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo de Círculo de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Henkel Ibérica Portugal, Unipessoal Lda
Konvenuta: Comissão de Segurança de Serviços e Bens de Consumo
Domandi preliminari
|
1) |
Sistema nazzjonali li ġiet fis-seħħ permezz tad-Digriet Liġi Nru 69/2005, tas-17 ta’ Marzu u d-Digriet Liġi Nru 150/90 tal-10 ta’ Mejju, li minbarra li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jistgħu jqiegħdu f’riskju s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, inkwantu jistgħu jiġu mfixkla ma’ prodotti tal-ikel, tipprojbixxi wkoll il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li, peress li jistgħu jiġu mfixkla ma’ prodotti oħra minħabba l-apparenza tagħhom, b’mod speċifiku inkwantu jistgħu jiġu mfixkla ma’ ġugarelli, ikunu jistgħu, f’ċirkustanzi ta’ użu normali jew raġonevolament prevedibbli, iqiegħdu f’riskju s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, b’mod speċjali t-tfal, hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju, b’mod speċifiku mad-Direttiva 2001/95/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti, mal-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat – hekk kif inhuma ċċitati f’dak iż-żmien f’dik id-direttiva – u mad-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (2), tal-25 ta’ Ġunju 1987? |
|
2) |
L-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi fit-territorju nazzjonali mhux biss il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jistgħu jiġu mfixkla ma’ prodotti tal-ikel, skont l-Artikolu 1(2) tal-imsemmija direttiva, iżda wkoll prodotti oħra li l-apparenza tagħhom tista’ tħajjar lill-konsumaturi jużawhom b’mod differenti minn dak li għalih inħolqu, anki meta dawn ma jkunux preparazzjonijiet perikolużi fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/45/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 447.
(2) Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 8, p. 283).
(3) Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 24, p. 109).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-24 ta’ April 2018 – Manuel Jorge Sequeira Mesquita vs Fazenda Pública
(Kawża C-278/18)
(2018/C 259/32)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Manuel Jorge Sequeira Mesquita
Konvenut: Fazenda Pública
Domanda preliminari
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu135 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar l-eżenzjoni fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli, jista’ jiġi interpretat fis-sens li din l-eżenzjoni tinkludi kuntratt ta’ trasferiment ta’ operat agrikolu ta’ proprjetajiet rustiċi għad-dwieli, lil kumpannija li l-għan tagħha hija l-attività ta’ operat agrikolu, liema kuntratt ġie konkluż b’terminu ta’ sena u li jiġġedded b’mod awtomatiku kull sena għall-istess perijodu u fejn il-qbiela rispettiva għandha titħallas fi tmiem kull sena?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja) fl-24 ta’ April 2018 – Magdalena Molina Rodríguez vs Servicio Público de Empleo Estatal (SEPE)
(Kawża C-279/18)
(2018/C 259/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Magdalena Molina Rodríguez
Konvenut: Servicio Público de Empleo Estatal (SEPE)
Domanda preliminari
Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 215(1)(3) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali Dwar is-Sigurtà Soċjali) (adottata bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1/94) li, wara l-emenda li saret bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 5/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013, jipprevedi rekwiżit ġdid għall-aċċess għall-allowance tal-qgħad intiż għall-ħaddiema ta’ iktar minn 55 sena, jiġifieri livell massimu ta’ dħul tad-dar, meta din tillimita l-aċċess għal tali allowance b’mod ħafna iktar sinjifikattiv għal benefiċċjarji potenzjali nisa (meta mqabbel mal-irġiel) skont kif jirriżulta mid-data tal-istatistika prodotta?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/24 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 minn Repower AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-21 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-727/16 – Repower vs EUIPO
(Kawża C-281/18 P)
(2018/C 259/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Repower AG (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein, H. P. Kunz-Hallstein, V. Kling, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, repowermap.org
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla l-ewwel punt tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018, fil-Kawża T-727/16, sa fejn ir-rikors ġie miċħud; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2311/2014-5 (REV)); |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
1. |
L-EUIPO ma kienx awtorizzat jissostitwixxi l-motivazzjoni tar-revoka fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. L-EUIPO emenda s-suġġett tal-kawża u kiser id-dritt għal smigħ kif ukoll l-obbligu li jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu. |
|
2. |
Il-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali ma kienx applikabbli f’dan il-każ. Il-leġiżlazzjoni ma fiha ebda lakuna ġuridika. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 80 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009 jikkostitwixxu lex specialis. |
|
3. |
Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, ir-rikorrenti ma kellhiex l-oneru li tesponi l-ineżistenza ta’ prinċipju ta’ rtirar tal-atti amministrattivi illegali fl-Istati Membri. |
|
4. |
Anki jekk wieħed jippreżupponi li tali prinċipju ġenerali huwa applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar it-trade marks, il-kundizzjonijiet għal revoka totali ma kinux issodisfatti, u dan minħabba l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
|
5. |
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fiha nuqqas ta’ motivazzjoni serju. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Almería (Spanja) fil-25 ta’ April 2018 – Liliana Beatriz Moya Privitello u Sergio Daniel Martín Durán vs Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito
(Kawża C-283/18)
(2018/C 259/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Almería
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Liliana Beatriz Moya Privitello u Sergio Daniel Martín Durán
Konvenuti: Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito
Domandi preliminari
|
1) |
L-użu ta’ wieħed mill-indiċijiet ta’ referenza fis-suq, f’kuntratti ta’ self ipotekarju fit-tul b’interessi varjabbli, li ġie ppubblikat uffiċjalment mill-Banco de España, jeskludi l-istħarriġ ġudizzjarju tiegħu fir-rigward tat-trasparenza, inkluż fil-każ fejn intużaw l-indiċijiet espressament awtorizzati mil-leġiżlazzjoni speċifika, jekk din il-leġiżlazzjoni tippermetti lill-partijiet jagħżlu l-indiċi u l-imsemmi bank ikun għamel użu minn wieħed minn dawn l-indiċijiet mingħajr ma informa lill-klijent bl-eżistenza ta’ indiċijiet oħra applikabbli li huma iktar favorevoli għall-konsumatur? |
|
2) |
Sa fejn din il-leġiżlazzjoni tippermetti li l-indiċi ta’ referenza applikabbli jintgħażel minn fost dawk previsti, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali (jiġifieri, fost l-oħrajn u prinċipalment, l-Orden de 5 de mayo de 1994 sobre transparencia de las condiciones financieras de los préstamos hipotecarios (id-Digriet tal-5 ta’ Mejju 1994 dwar it-Trasparenza tat-Termini Finanzjarji ta’ Self Ipotekarju), l-Orden EHA/2899/2011, de 28 de octubre, de transparencia y protección del cliente de servicios bancarios (id-Digriet EHA/2899/2011 tat-28 ta’ Ottubru dwar it-Trasparenza u l-Protezzjoni tal-Klijent ta’ Servizzi Bankarji), iċ-Circular 5/2012, de 27 de junio, del Banco de España, a entidades de crédito y proveedores de servicios de pago, sobre transparencia de los servicios bancarios y responsabilidad en la concesión de préstamos (iċ-Ċirkolari tal-Banco de España 5/2012 tas-27 ta’ Ġunju lil istituzzjonijiet ta’ kreditu u lil fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas, dwar it-trasparenza ta’ servizzi bankarji u ta’ responsabbiltà fl-għoti ta’ self), li timplementa l-Ley 10/2014, de 26 de junio, de ordenación, supervisión y solvencia de entidades de crédito (il-Liġi 10/2014 tas-26 ta’ Ġunju dwar l-Organizzazzjoni, is-Superviżjoni u s-Solvenza ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu) jew il-preċedessur tagħha, l-Artikolu 48 tal-Ley 26/1988, de 29 de julio, sobre Disciplina e Intervención de las Entidades de Crédito (il-Liġi 26/1988 tad-29 ta’ Lulju dwar is-Superviżjoni u l-Kontroll ta’ Stabbilimenti ta’ Kreditu), tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi “disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji” għall-finijiet ta’ kuntratti ta’ self ipotekarju fit-tul b’interessi varjabbli, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13/KEE (1)? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (Ir-Rumanija) fis-26 ta’ April2018 – Grup Servicii Petroliere SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-291/18)
(2018/C 259/36)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grup Servicii Petroliere SA
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor y Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 148(c), moqri flimkien mal-Artikolu 148(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud tapplika, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-bejgħ ta’ pjattaformi għat-tħaffir offshore li kapaċi jerfgħu lilhom infushom, u tali pjattaforma taqa’ taħt il-kunċett ta’ “vapur” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, safejn din id-dispożizzjoni tirregola, skont il-Kapitolu 7 tad-direttiva, l-“[e]żenzjonijiet relatati mat-trasport internazzjonali”. |
|
2) |
F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 148(ċ), moqri flimkien mal-Artikolu 148(a) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li kundizzjoni essenzjali għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud hija li waqt l-użu tagħha (bħala attività kummerċjali/industrijali), il-pjattaforma għat-tħaffir offshore li kapaċi terfa’ lilha nnifisha, li tkun waslet fl-ibħra internazzjonali, tibqa’ effettivament fi stat ta’ moviment, iżżomm f’wiċċ l-ilma, filwaqt li tispostja ruħha minn post għal ieħor, għal perijodu li jkun itwal minn dak li fih din tkun wieqfa jew immobbli, minħabba l-attività ta’ tħaffir fil-baħar, jiġifieri jekk l-attività ta’ navigazzjoni għandhiex tkun effettivament prevalenti meta mqabbla mal-attività ta’ tħaffir? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1)
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-26 ta’ April 2018 – Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega
(Kawża C-293/18)
(2018/C 259/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sindicato Nacional de CCOO de Galicia
Konvenuti: Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega
Domandi preliminari
|
1) |
Għandu jitqies li l-ħaddiema rreklutati skont l-Artikolu 20 tal-Ley 14/20[1]1, de 1 de junio, de la Ciencia, [la] Tecnología y la Innovación, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Żmien Determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, li ta lok għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1)? |
|
2) |
Il-kumpens għax-xoljiment tal-kuntratti ta’ xogħol għandu jitqies bħala kundizzjoni tax-xogħol skont il-[Klawżola 4] tal-Ftehim Qafas? |
|
3) |
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għad-domandi preċedenti, ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tal-ħaddiema rreklutati skont il-Ley 14/20[1]1, de 1 de junio, de la Ciencia, [la] Tecnología y la Innovación, u x-xoljiment tal-kuntratti għal żmien indeterminat għal raġunijiet oġġettivi skont l-Artikolu 52 tal-Estatuto de los Trabajadores, għandhom jitqiesu bħala paragunabbli? |
|
4) |
Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, teżisti xi raġuni leġiżlattiva li tiġġustifika d-differenzi? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-30 ta’ April 2018 – Mediterranean Shipping Company (Portugal) – Agentes de Navegação SA vs Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA
(Kawża C-295/18)
(2018/C 259/38)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mediterranean Shipping Company (Portugal) – Agentes de Navegação SA
Konvenuti: Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2007/64/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva ddefinit f’dan l-artikolu hija inkluża l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas ta’ debitu dirett maħruġa minn terza persuna fir-rigward ta’ kont li ma huwiex f’isimha u fejn il-persuna li taħt isimha huwa rreġistrat il-kont ma kkonkludietx mal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata kuntratt ta’ servizz ta’ ħlas kwalunkwe permezz ta’ att iżolat jew kuntratt qafas ta’ provvista ta’ servizzi ta’ ħlas? |
|
2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv u fl-istess kuntest, l-imsemmija persuna li taħt isimha huwa rreġistrat il-kont għandha titqies li hija utent tas-servizzi ta’ ħlas għall-finijiet tal-Artikolu 58 tal-istess direttiva? |
(1) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU 2007, L 319, p. 1).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-9 ta’ Mejju 2018 – Terre wallonne ASBL vs Région wallonne
(Kawża C-321/18)
(2018/C 259/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Terre wallonne ASBL
Konvenut: Région wallonne
Domandi preliminari
|
1) |
Digriet li permezz tiegħu korp ta’ Stat Membru jistabbilixxi l-għanijiet ta’ konservazzjoni għan-netwerk Natura 2000, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), jikkostitwixxi pjan jew programm fis-sens tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (2), u speċifikament fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) jew fis-sens tal-Artikolu 3(4) tal-imsemmija direttiva? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, tali digriet għandu jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42 filwaqt li tali evalwazzjoni ma hijiex meħtieġa skont id-Direttiva 92/43/KEE li abbażi tagħha ġie adottat id-digriet? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.
(2) Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/28 |
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2018 minn Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA u Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-211/16, Caviro Distillerie et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-345/18 P)
(2018/C 259/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA u Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn wettqet żball billi ssostitwiet b’mod żbaljat ir-raġunament tagħha stess meta evalwat it-tieni motiv fir-rikors tal-appellanti; |
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali peress li manifestament għamlet distorsjoni tal-provi prodotti fir-rigward tal-evoluzzjoni u s-sitwazzjoni finali tal-parti mis-suq tal-industrija tal-Unjoni; |
|
— |
tilqa’ t-tieni motiv tal-appellanti fir-rigward tal-evalwazzjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali tas-sitwazzjoni tal-parti tas-suq u teżerċita s-setgħat tagħha li tiddeċiedi dwar dan il-motiv u tagħti deċiżjoni finali; |
|
— |
sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi b’mod xieraq fuq il-motiv tal-appellanti fuq dan il-punt; |
|
— |
tikkonferma li l-Qorti Ġenerali għamlet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikoli 3(2) u 3(5) tar-Regolament Bażiku (1) meta waslet għall-konklużjoni li l-Kummissjoni ma wettqet ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni meta adottat il-konklużjonijiet dwar id-dannu materjali; |
|
— |
tikkonferma li l-Qorti Ġenerali ma pprovdietx raġunament suffiċjenti u għamlet argumenti kontradittorji; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti ta’ din il-proċedura kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jinvokaw tliet aggravji. It-tliet aggravji kollha ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirrigwardaw it-tieni motiv imressaq quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-qosor, il-motivi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huma dawn li ġejjin:
|
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ssostitwiet ir-raġunament tagħha għal dik tal-Kummissjoni meta evalwat is-sinjifikat tat-tnaqqis tal-parti mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, f’termini assoluti u relattivi, u/jew manifestament żnaturat il-provi prodotti quddiemha fir-rigward tat-tnaqqis fil-parti mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. |
|
2. |
Il-Qorti Ġenerali għamlet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikoli 3(2) u u 3(5) tar-Regolament Bażiku meta waslet għall-konklużjoni li l-Kummissjoni ma wettqet ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni meta adottat il-konklużjonijiet tagħha dwar dannu materjali. |
|
3. |
Il-Qorti Ġenerali ma pprovdiet ebda motivazzjoni adegwata għad-determinazzjoni tagħha fuq dan il-punt peress li naqset milli tispjega għaliex l-iżball tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-parti mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġġustifika l-annullament tar-regolament ikkontestat kif mitlub mill-appellanti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali għamlet argumenti kontradittorji peress li hija kkonstatat żball ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-parti mis-suq tal-industrija tal-Unjoni iżda fl-aħħar nett iddeċidiet favuriha. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51).
Il-Qorti Ġenerali
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Spagnolli et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-568/16 u T-599/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Mewt ta’ konjuġi uffiċjal - Aventi kawża tal-uffiċjal defunt - Pensjoni tas-superstiti - Pensjoni tal-orfni - Tibdil tal-post tal-uffiċjal, konjuġi superstitu - Adattament tas-salarju - Metodu tal-kalkolu tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni - Artikolu 81a tar-Regolamenti tal-Persunal - Avviż ta’ tibdil tad-drittijiet tal-pensjoni - Att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Kundizzjonijiet - Talba għad-danni materjali u morali”))
(2018/C 259/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Alberto Spagnolli (Parma, l-Italja), Francesco Spagnolli (Parma), Maria Alice Spagnolli (Parma) u Bianca Maria Elena Spagnolli (Parma) (rappreżentanti: C. Cortese u B. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE intiża, inkwantu l-Kawża T-568/16, għall-annullament tal-avviż ta’ tibdil Nru 3 PMO/04/LM/2015/ARES tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Frar 2015, li jinkludi l-indikazzjoni ta’ ammonti ġodda tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni mogħtija lir-rikorrenti, u, inkwantu l-Kawża T-599/16, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni PMO/04/LM/2015/ARES/3406787 tal-PMO, tas-17 ta’ Awwissu 2015, dwar l-irkupru tal-ammonti mħallas indebitament lir-rikorrenti bħala pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti
Dispożittiv
|
1) |
Fil-Kawża T-568/16, ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Fil-Kawża T-599/16, id-Deċiżjoni PMO/04/LM/2015/ARES/3406787 tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2015 dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament lir-rikorrenti bħala pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni hija annullata u l-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti f’kull waħda mill-kawżi. |
(1) ĠU C 111, 29.3.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-140/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2018 – OW vs EASA
(Kawża T-597/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Assenjazzjoni fl-interess tas-servizz - Trasferiment lejn pożizzjoni ġdida - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt tad-difiża - Użu ħażin ta' poter”))
(2018/C 259/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: OW (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (rappreżentanti: inizjalment F. Manuhutu u A. Haug, sussegwentement A. Haug, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni 2015/155/ED tal-20 ta’ Lulju 2015, li permezz tagħha d-direttur eżekuttiv tal-EASA assenja lir-rikorrent f’pożizzjoni ġdida.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
OW huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
(1) ĠU C 296, 16.8.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-27/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Sipral World vs EUIPO – La Dolfina (DOLFINA)
(Kawża T-882/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ skadenza - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DOLFINA - Assenza ta’ użu ġewnwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Obbliu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 259/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sipral World, SL (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: R. Almaraz Palmero u A. Ruo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: La Dolfina, SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1897/2015-2) dwar proċedimenti ta’ skadenza bejn La Dolfina u Sipral World.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Spiral World, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl)
(Kawża T-72/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Steirisches Kürbiskernöl - Indikazzjoni ġeografika protetta - Artikolu 15, Artikolu 51(1)(a) u Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18, l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu ġenwin tat-trade mark - Użu bħala trade mark”))
(2018/C 259/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gabriele Schmid (Halbenrain, l-Awstrija) (rappreżentanti: B. Kuchar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Graz, l-Awstrija) (rappreżentanti: I. Hödl u S. Schoeller, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 1768/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn G. Schmid u Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 1768/2015-4) hija annullata. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Gabriele Schmid. |
|
4) |
Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2018 – Cotécnica vs EUIPO – Mignini & Petrini (cotecnica MAXIMA)
(Kawża T-136/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva cotecnica MAXIMA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MAXIM Alimento Superpremium - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 259/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cotécnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. C. Erdozain López, J. Galán López u J.-B. Devaureix, sussegwentement J. C. Erdozain López, J. Galán López u L. Montoya Terán, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mignini & Petrini SpA (Petrignano di Assisi, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti et F. De Bono, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2016 (Każ R 853/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mignini & Petrini u Cotécnica.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Cotécnica, SCCL, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Mignini & Petrini SpA. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Emcur vs EUIPO – Emcure Pharmaceuticals (EMCURE)
(Kawża T-165/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EMCURE - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u Nazzjonali EMCUR - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 259/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Emcur Gesundheitsmittel aus Bad Ems GmbH (Bad Ems, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Bröcker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Emcure Pharmaceuticals Ltd (Bhosari, l-Indja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 790/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Emcur Gesundheitsmittel aus Bad Ems GmbH u Emcure Pharmaceuticals Ltd.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 790/2016-2) hija annullata f’dak li jirrigwarda s-servizzi fil-Klassijiet 42 u 44, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
L-EUIPO u Emcur Gesundheitsmittel aus Bad Ems GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Lion’s Head Global Partners vs EUIPO – Lion Capital (Lion’s Head)
(Kawża T-294/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali Lion’s Head - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea LION CAPITAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 259/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lion’s Head Global Partners LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Nöske, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lion Capital LLP (Londra) (rappreżentanti: D. Rose u J. Warner, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Frar 2017 (Każ R 1478/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lion Capital u Lion’s Head Global Partners.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Lion’s Head Global Partners LLP hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Winkler vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Deċiżjoni li tiffissa n-numru ta’ snin tas-servizz pensjonabbli - Terminu raġonevoli - Dritt għal smigħ - Ċertezza legali - Ugwaljnza fit-trattament - Aspettattivi leġittimi - Responsabbiltà”))
(2018/C 259/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Bernd Winkler (Grange, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Kässens, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2016 li tiffissa n-numru ta’ snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, wara talba għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fil-kariga fis-servizz tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, sabiex jikseb kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrent bħala riżultat tal-illegalitajiet allegatament imwettqa mill-Kummissjoni meta pproċessat it-talba tiegħu għal trasferiment.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2018 – Fenyves vs EUIPO (Blue)
(Kawża T-375/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Blue - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 259/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Klaudia Patricia Fenyves (Hevesvezekény, l-Ungerija) (rappreżentant: I. Monteiro Alves, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1974/2016-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Blue bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Klaudia Patricia Fenyves hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/36 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2018 – Lupu vs EUIPO – Dzhihangir (Djili soy original DS)
(Kawża T-456/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Djili soy original DS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DJILI - Raġuni relattiva għal rifjut - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))
(2018/C 259/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Victor Lupu (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: P. Acsinte, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ibryam Dzhihangir (Silistra, il-Bulgarija) (rappreżentant: C-R. Romiţan, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2017 (Każ R 516/2011-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn V. Lupu u I. Dzhihangir.
Dispożittiv
|
1) |
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija inkluża mal-eżami fuq il-mertu. |
|
2) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Victor Lupu huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minnu u għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
|
4) |
Ibryam Dzhihangir għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/36 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Grupo Bimbo vs EUIPO DF World of Spices (TAKIS FUEGO)
(Kawża T-608/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 259/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. A. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant:: V. Ruzek, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DF World of Spices GmbH (Dissen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ebert-Weidenfeller, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentant kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2300/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DF World of Spices GmbH u Grupo Bimbo, SAB de CV.
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
2) |
Grupo Bimbo, SAB de CV hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/37 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – ABLV Bank vs BUR
(Kawża T-280/18)
(2018/C 259/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ABLV Bank AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) tat-23 ta’ Frar 2018 fir-rigward tar-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha ABLV Bank Luxembourg, SA; |
|
— |
tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlettax-il motiv.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-BUR ma kellux il-kompetenza biex jadotta d-deċiżjoni tal-istralċ. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti billi ddikjara deċiżjoni formali biex ma jadottax miżuri ta’ riżoluzzjoni. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 806/214 (1). |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 806/214 |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għal smigħ u drittiijiet proċedurali oħra tar-rikorrenti. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR naqas milli jeżamina u jevalwa bir-reqqa u imparzjalment l-aspetti rilevanti kollha tal-każ. |
|
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
9. |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
10. |
L-għaxar motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għall-proprjetà u l-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti. |
|
11. |
Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur. |
|
12. |
It-tnax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR wettaq użu ħażin ta’ poter. |
|
13. |
It-tlettax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas tiegħu li jiżgura t-trattament tal-kwistjonijiet tar-rikorrenti mill-istituzzjonijiet u mill-korpi rilevanti tal-Unjoni. |
(1) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti drittijiet tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1)
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/38 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – ABLV Bank vs BĊE
(Kawża T-281/18)
(2018/C 259/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ABLV Bank AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tat-23 ta’ Frar 2018 li r-rikorrenti u ABLV Bank Luxembourg SA qed ifallu jew x’aktarx li jfallu; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-evalwazzjoni tal-BĊE tal-kriterju ta’ “li qed tfalli jew x’aktarx li tfalli” fir-rigward tar-rikorrenti u tas-sussidjarja tagħha ABLV Bank Luxembourg kienet żbaljata jew difettuża f’numru ta’ aspetti. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt għal smigħ u drittijiet proċedurali oħra tar-rikorrenti. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt tar-rikorrenti għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE naqas milli jeżamina u jevalwa bir-reqqa u imparzjalment l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt għall-proprjetà u l-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti. |
|
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur. |
|
9. |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE wettaq użu ħażin ta’ poter. |
|
10. |
L-għaxar motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas li jiġi żgurat it-trattament tal-kwistjonijiet tar-rikorrenti mill-istituzzjonijiet u mill-korpi rilevanti tal-Unjoni. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/39 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis et vs BUR
(Kawża T-282/18)
(2018/C 259/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ernests Bernis (Jurmala, il-Latvja), Oļegs Fiļs (Jurmala), OF Holding SIA (Riga, il-Latvja) u Cassandra Holding Company SIA (Jurmala) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) tat-23 ta’ Frar 2018 rigward ABLV Bank, AS u ABLV Bank luxembourg, SA; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tlettax-il motiv.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-BUR ma kellux il-kompetenza biex jadotta d-deċiżjoni tal-istralċ. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti billid ddikjara deċiżjoni formali biex ma jadottax miżuri ta’ riżoluzzjoni. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 806/214 (1). |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 806/214 |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għal smigħ u drittiijiet proċedurali oħra tar-rikorrenti. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR naqas milli jeżamina u jevalwa bir-reqqa u imparzjalment l-aspetti rilevanti kollha tal-każ. |
|
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
9. |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
10. |
L-għaxar motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għall-proprjetà u l-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti. |
|
11. |
Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur. |
|
12. |
It-tnax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR wettaq użu ħażin ta’ poter. |
|
13. |
It-tlettax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas tiegħu li jiżgura t-trattament tal-kwistjonijiet tar-rikorrenti mill-istituzzjonijiet u mill-korpi rilevanti tal-Unjoni. |
(1) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti drittijiet tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1)
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/40 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis u Oħrajn vs BĊE
(Kawża T-283/18)
(2018/C 259/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ernests Bernis (Jurmala, il-Latvja), Oļegs Fiļs (Jurmala), OF Holding SIA (Riga, il-Latvja) u Cassandra Holding Company SIA (Jurmala) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-BĊE tat-23 ta Frar 2018 li ABLV Bank, As u ABLV Bank Luxembouirg, SA qed ifallu jew x’aktarx li jfallu; |
|
— |
tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-evalwazzjoni tal-BĊE tal-kriterju ta’ “li qed tfalli jew x’aktarx li tfalli” fir-rigward ta’ ABLV Bank u tas-sussidjarja tagħha ABLV Bank Luxembourg kienet żbaljata jew difettuża f’numru ta’ aspetti. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt għal smigħ u drittijiet proċedurali oħra tar-rikorrenti. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt tar-rikorrenti għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE naqas milli jeżamina u jevalwa bir-reqqa u imparzjalment l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt għall-proprjetà u l-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti. |
|
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur. |
|
9. |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE wettaq użu ħażin ta’ poter. |
|
10. |
L-għaxar motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ ABLV Banki skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas li jiġi żgurat it-trattament tal-kwistjonijiet ta’ ABLV Bank mill-istituzzjonijiet u mill-korpi rilevanti tal-Unjoni. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/41 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament
(Kawża T-299/18)
(2018/C 259/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara din it-talba għal annullament ammissibbli u fondata; |
|
— |
konsegwentement, tiddeċiedi l-annullament (i) tad-deċiżjoni tad-19 ta’ April 2018 li tikkonferma d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2017 li l-kuntratt li għandu bħala għan kuntratt-qafas ta’ xogħolijiet ta’ impriża ġenerali għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell (Sejħa għal offerti Nru 06/D20/2017/M036) jingħata lil ħames offerenti minbarra lil SA Strabag Belgium u mhux lil din tal-aħħar, u (ii) tar-rapport ta’ analiżi tal-offerti (addendum) redatt fis-26 ta’ Marzu 2018 mill-kumitat ta’ evalwazzjoni maħtur mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża inkluż l-ispejjeż proċedurali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur:
|
(i) |
tal-Artikolu 110(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 286, p. 1), li jipprovdi li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tadotta atti delegati b’mod konformi mal-Artikolu 210 f’dak li jikkonċerna l-metodi relattivi għall-kriterji ta’ għoti, inkluża l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża; |
|
(ii) |
tal-Artikolu 151 emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 tat-30 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 342, p. 7), li jistabbilixxi r-regoli applikabbli fil-qasam tal-offerti anormalment baxxi, kif ukoll |
|
(iii) |
tal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi. |
Ir-rikorrenti tqis li dawn ir-regoli ġew miksura sa fejn id-deċiżjoni kkontestata:
|
(i) |
tindika le ebda element prodott, jew fl-offerti mressqa, jew fl-ispjegazzjonijiet addizzjonali mitluba sussegwentement, ma jippermetti li jiġi affermat li l-offerta ta’ waħda mill-kumpanniji offerenti hija anormalment baxxa fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli u |
|
(ii) |
tiddeskrivi l-offerta msemmija iktar ’il fuq bħala l-offerta regolari l-iktar baxxa mingħajr motivazzjoni adegwata, filwaqt li l-offerta ta’ din tal-aħħar manifestament ma hijiex l-offerta regolari l-iktar baxxa, li din tinkludi prezzijiet anormalment baxxi u li jmissha ġiet iddikjarata irregolari u miċħuda wara eżami iktar konkret u ddettaljat imwettaq mill-Parlament Ewropew. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/42 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2018 – MLPS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-304/18)
(2018/C 259/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mouvement pour la liberté de la protection sociale (MLPS) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Gibaud, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata u tiddeċiedi dwar in-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li tieħu azzjoni, billi astjeniet illegalment milli tkompli tittratta l-ilment tal-assoċjazzjoni Mouvement pour la liberté de la protection sociale (MLPS) tal-21 ta’ Diċembru 2017; |
|
— |
tannulla minnufih id-deċiżjoni tas-7 ta’ Marzu 2018 tal-Kummissjoni Ewropea li tirrifjuta milli tittratta l-ilment tal-assoċjazzjoni Mouvement pour la liberté de la protection sociale (MLPS) tal-21 ta’ Diċembru 2017; |
|
— |
tiddeċiedi skont id-dritt għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat, b’mod partikolari, fuq evalwazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata li tgħid li l-iskemi Franċiżi ta’ siġurtà soċjali jistgħu jiġu kklassifikati bħala “skema legali ta’ siġurtà soċjali” minkejja li dawn bl-ebda mod ma huma skemi intiżi għall-popolazzjoni kollha, lanqas għall-popolazzjoni attiva kollha, iżda skemi li jiġbru l-ħaddiema skont l-istatus professjonali tagħhom li għalihom għalhekk għandhom japplikaw id-Direttivi 92/49/KEE u 92/96/KEE. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ uniformità ġuridika, sa fejn Franza hija f’sitwazzjoni strettament simili għal dik tas-Slovakkja, li fir-rigward tagħha il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li “l-attività ta’ provvista ta’ assigurazzjoni obbligatorja għall-mard fis-Slovakkja għandha, fid-dawl tal-iskop ta’ lukru mfittex mill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni għall-mard u tal-eżistenza ta’ kompetizzjoni qawwija fuq il-kwalità u fuq il-provvista ta’ servizzi, natura ekonomika” (sentenza tal-5 ta’ Frar 2018, Dôvera zdravotná poist’ovňa vs Il-Kummissjoni, T-216/15, mhux ippubblikata, EU:T:2018:64, punt 68). Skont ir-rikorrenti, ma jistax għalhekk jiġi deċiż b’mod differenti fil-konfront ta’ Franza. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/43 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 – Hamas vs Il-Kunsill
(Kawża T-308/18)
(2018/C 259/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/475 tal-21 ta’ Marzu 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426 (ĠU 2018, L 79, p. 26); |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 (ĠU 2018, L 79, p. 7); sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw il-Hamas, inkluża l-Hamas-Izz al-Din al-Qassem; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżbalji mwettqa mill-Kunsill dwar il-korrettezza tal-fatti allegati kontra r-rikorrenti. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kunsill dwar in-natura terroristika tal-organizzazzjoni Hamas. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ indħil. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni minħabba l-mogħdija taż-żmien ma ttieħditx inkunsiderazzjoni suffiċjentement. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/44 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2018 – EPSU u Willem Goudriaan vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-310/18)
(2018/C 259/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Federation of Public Service Unions (EPSU) (Brussell, il-Belġju) u Jan Willem Goudriaan (Brussell) (rappreżentanti: R. Arthur, Solicitor, u R. Palmer, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-5 ta’ Marzu 2018 li ma jiġix propost lill-Kunsill li Ftehim tal-Imsieħba Soċjali tal-UE tal-21 ta’ Diċembru 2015 dwar id-drittijiet għal informazzjoni u konsultazzjoni għal uffiċjali u membri tal-persunal ta’ amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali, adottat skont l-Artikolu 155(1) TFUE, jiġi implimentat bħala direttiva permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 155(2) TFUE; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv li jallega li d-deċiżjoni kkontestata kienet att adottat bi ksur tal-Artikolu 155(2) TFUE. Il-Kummissjoni ma kellhiex is-setgħa li tirrifjuta li tipproponi li l-Kunsill jimplimenta l-Ftehim permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill, fin-nuqqas ta’ oġġezzjoni fir-rigward tal-istatus tal-partijiet għall-Ftehim bħala rappreżentanti, jew fir-rigward tal-legalità tal-Ftehim.
|
|
2. |
It-tieni motiv li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizjata minn raġunijiet li huma manifestament żbaljati u infondati.
|
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/45 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2018 – WD vs EFSA
(Kawża T-320/18)
(2018/C 259/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: WD (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat |
konsegwentement,
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Lulju 2017 meħuda mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà (EFSA) fl-Ikel bħala awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (AHCC), li minnha jirriżulta li r-rikorrenti ma tidhirx fost il-membri tal-persunal promossi abbażi tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2017; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-AHCC tad-9 ta’ Frar 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-10 ta’ Ottubru 2017 kontra din id-deċiżjoni tal-14 ta’ Lulju 2017; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni datata tad-9 ta’ Awwissu 2017 (u nnotifikata fl-10 ta’ Awwissu 2017) meħuda mid-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA bħala AHCC, li jirrigwarda n-nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-AHCC tat-12 ta’ Marzu 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-10 ta’ Novembru 2017 kontra d-deċiżjoni tad-9 ta’ Awwissu 2017; |
|
— |
tagħti kumpens għad-danni subiti; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, huwa ibbażat fuq l-ksur tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2012“Employment contract management” adottata mill-EFSA. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-tad-drittijiet tad-difiża u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-“Work instruction” dwar il-“Contract of Employment renewal process” adottat mill-EFSA. |
|
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ta’ użu ħażin ta’ poter. |
|
6. |
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi. |
|
7. |
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-“Work instructions” u tad-dmir ta’ premura. |
Ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, f’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni, ibbażat fuq il-ksur tad-deċiżjoni tat-22 ta’ April 2008“Career of temporary staff and assignment to a post carrying a higher grade than that at which they were engaged”, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/46 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – VI.TO. vs EUIPO – Bottega (Forma ta’ flixkun kulur id-deheb)
(Kawża T-324/18)
(2018/C 259/61)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Vinicola Tombacco (VI.TO.) Srl (Trebaseleghe, l-Italja) (rappreżentant: L. Giove, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sandro Bottega (Colle Umberto, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni tridimensjonali (Forma ta’ flixkun kulur id-deheb) –Trade mark tal-Unjoni Nru 11 531 381
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1036/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Evalwazzjoni żbaljata tar-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Evalwazzjoni żbaljata tar-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 7(1)(e)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/46 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta Mejju 2018 – Szécsi u Somossy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-331/18)
(2018/C 259/62)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: István Szécsi (Szeged, l-Ungerija) u Nóra Somossy (Szeged) (rappreżentant: D. Lazar, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ HUF 38 330 542,83 bħala danni; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-interessi fuq is-somma prinċipali dekorribbli mill-20 ta’ April 2016 bir-rata ta’ 11,95 % fis-sena; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motiv li ġej.
Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball billi kisret l-obbligu ta’ sorveljanza tagħha skont l-Artikolu 17 TUE, sa fejn hija ma ħaditx il-miżuri xierqa sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/29 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u tad-dispożizzjonijiet Ungeriżi ta’ traspożizzjoni rilevanti mill-qrati Ungeriżi.
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22).
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/47 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Marry Me Group vs EUIPO (MARRY ME)
(Kawża T-332/18)
(2018/C 259/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marry Me Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Theado, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MARRY ME” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 958 226
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 806/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/48 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Marry Me Group vs EUIPO (marry me)
(Kawża T-333/18)
(2018/C 259/64)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marry Me Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Theado, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “marry me” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 952 468
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 807/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/48 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Mubarak et vs Il-Kunsill
(Kawża T-335/18)
(2018/C 259/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr, l-Eġittu), Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr), Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh (il-Kajr), Khadiga Mahmoud El Gammal (il-Kajr) (rappreżentanti: B. Kennelly QC, J. Pobjoy, Barrister, G. Martin u C. Enderby Smith, Solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/466 tal-21 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/465 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti; |
|
— |
tiddikjara li l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu ma humiex applikabbli, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żbalji ta’ evalwazzjoni meta qies li l-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrenti fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament kien issodisfatt. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament huma illegali peress li (a) ma għandhomx bażi legali valida u/jew (b) jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 6 TUE, moqri flimkien mal-Artikoli 2 u 3 TUE, u taħt l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-preżunuzjoni tal-Kunsill li l-proċeduri ġudizzjarji fl-Eġittu kienu konformi mad-drittijiet findamentali tal-bniedem. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/49 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Saleh Thabet vs Il-Kunsill
(Kawża T-338/18)
(2018/C 259/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Suzanne Saleh Thabet (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly QC, J. Pobjoy, Barrister, G. Martin u C. Enderby Smith, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/466 tal-21 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u tannulla r-Regolament ta’ Implimetnazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/465 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, safejn dawn japplikaw għar-rikorrenti; |
|
— |
tiddikjara li l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 270/2011 tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu huma inapplikabbli fir-rigward tar-rikorrenti; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv jallega li l-Kunsill wettaq żbalji ta’ evalwazzjoni meta qies li kien ġie sodisfatt il-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrenti fl-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni u l-Artikolu 2(1) tar-regolament. |
|
2. |
It-tieni motiv jallega li l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni u l-Artikolu 2(1) tar-regolament huma illegali peress li (a) ma għandomx bażi legali valida u/jew (b) jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
3. |
It-tielet motiv jallega ksur tad-drittijiet tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 6, moqri flimkien mal-Artikoli 2 u 3 TEU u l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u dan billi l-Kunsill assuma li l-proċeduri ġudizzjari fl-Eġittu kienu jikkonformaw mad-drittijiet fundamentali. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/50 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Hauzenberger vs EUIPO (TurboPerformance)
(Kawża T-349/18)
(2018/C 259/67)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Andreas Hauzenberger (Sinzing, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “TurboPerformance” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 053 431
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2018 fil-Każ R 2206/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/50 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Euronet Consulting vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-350/18)
(2018/C 259/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euronet Consulting EEIG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Peeters u R. van Cleemput, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta adottata f’data mhux magħrufa, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tas-26 ta’ Marzu 2018, li tiċħad l-offerta tagħha għal-lott Nru 2 tal-kuntratt pubbliku EuropeAid//138778/DH/SER/Multi – Kuntratt qafas għall-implimentazzjoni ta’ għajnuna esterna 2018 (FWC SIEA 2018), u li talloka l-kuntratt lil għaxar offerenti oħra; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li grupp legali wieħed kien irrappreżentat darbtejn f’lott wieħed. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li persuna legali waħda aġixxiet darbtejn bħala kap ta’ konsorzju u tliet darbiet bħala membru ta’ konsorzju. |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li grupp legali wieħed kien irrappreżentat f’iktar minn żewġ lottijiet. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li grupp legali wieħed aġixxa bħala kap f’iktar minn żewġ lottijiet. |
|
23.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/51 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Promeco vs EUIPO Aerts (oġġetti ta’ fuq il-mejda)
(Kawża T-353/18)
(2018/C 259/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Promeco NV (Kortrijk, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aerts NV (Geel, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 218 193-0010
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 459/202016-G
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiċħad l-appell ippreżentat minn Aerts NV kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Invalidità tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2016, Każ ICD 9842; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inkluż għal dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell Estiż; |
|
— |
f’każ li Aerts tintervjenti fil-kawża, tikkundannaha għall-ispejjeż tal-proċeduri, inkluż għal dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell Estiż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1) moqri flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002. |