ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 253

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
19 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 253/01

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar gwida għall-implimentazzjoni armonizzata tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju fl-Unjoni ( 1)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 253/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Lulju 2018 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

7

2018/C 253/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Lulju 2018 li ġġedded il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 253/04

Rata tal-kambju tal-euro

13

2018/C 253/05

Kodiċi tal-Aħjar Prattiki għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat

14

2018/C 253/06

Avviż ta’ informazzjoni dwar it-terminazzjoni tad-démarches ma’ pajjiżi terzi nnotifikati fit-12 ta’ Diċembru 2014 dwar il-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

28

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 253/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1)

29

2018/C 253/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1)

29


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 253/09

Avviż ta’ tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri antidumping li japplikaw għall-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

30

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 253/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9033 — Clearlake Capital Group/Vista/Eagleview Technology Corporation) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

44

2018/C 253/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9041 — Hutchison/Wind Tre) ( 1)

46


 

Rettifika

2018/C 253/12

Rettifika tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) — Lista ta’ Stati Membri li jkunu ddeċidew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR għal titjiriet fl-UE — Kif hemm imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (passenger name record, PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (Jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika din id-Direttiva għal titjiriet fl-UE, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika fi kwalunkwe mument. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik in-notifika u kwalunkwe revoka tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea) ( ĠU C 196, 8.6.2018 )

47


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Lulju 2018

dwar gwida għall-implimentazzjoni armonizzata tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju fl-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 253/01)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) tiżgura l-implimentazzjoni armonizzata u l-interoperabbiltà tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (“ERTMS”) fl-Unjoni. Għal dak l-għan, l-Aġenzija tivverifika l-konformità tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-interoperabbiltà (TSIs) u tagħti l-approvazzjoni tagħha permezz ta’ deċiżjoni.

(2)

Madankollu, il-proċess ta’ approvazzjoni li jrid jiġi segwit mill-Aġenzija u l-applikanti mhuwiex deskritt b’mod sħiħ.

(3)

Sabiex jissaħħu l-aspettativi leġittimi tal-applikant fil-proċess ta’ approvazzjoni stabbilit fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS fl-Unjoni, l-applikant u l-Aġenzija jenħtieġ li jsegwu l-gwida stipulata f’din ir-Rakkomandazzjoni.

(4)

Sabiex jiġu antiċipati problemi tekniċi u jiġi faċilitat il-proċess għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tal-installazzjonijiet fissi stabbiliti fl-Artikolu 18 tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza (“NSAs”) jenħtieġ li jiġu involuti sa mill-bidu tal-proċess ta’ approvazzjoni u jenħtieġ li jkollhom aċċess għad-dokumenti pprovduti mill-applikant.

(5)

Minħabba l-varjetà tat-tipi ta’ kuntratti u offerti fis-subsistema ta’ maġenb il-binarji tal-ERTMS, l-Aġenzija u l-applikanti jenħtieġ li jsegwu proċess li jkopri dawk it-tipi kollha ta’ kuntratti u fl-istess ħin jiżgura li s-soluzzjonijiet tekniċi previsti huma kompletament konformi mat-TSIs rilevanti u għaldaqstant huma kompletament interoperabbli.

(6)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tuża reġistru tal-kwistjonijiet stabbilit mill-Aġenzija u l-applikant bħala għodda ta’ monitoraġġ biex tiġi identifikata u ttraċċata, fl-istadju l-iktar bikri possibbli, kwalunkwe kwistjoni potenzjali li jkollha impatt fuq l-interoperabbiltà. L-applikant jenħtieġ li jipprovdi evidenza tar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet li jaffettwaw l-interoperabbiltà.

(7)

L-Aġenzija jenħtieġ li tuża wkoll lista anonima ta’ kwistjonijiet bħala għodda għall-iskambju ta’ esperjenzi u biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni armonizzata fil-qasam tal-ERTMS.

(8)

Il-gwida dwar il-proċess ta’ approvazzjoni stipulata f’din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li ma tirkibx fuq il-valutazzjoni tal-konformità mwettqa mill-korpi ta’ valutazzjoni deskritti fid-Direttiva (UE) 2016/797 u fit-TSIs rilevanti. L-Aġenzija jenħtieġ li tiżgura li l-informazzjoni dwar il-verifikazzjoni tat-tagħmir ta’ maġenb il-binarji tas-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (“ETCS”) u t-tagħmir tas-Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli Ferrovjarja (“GSM-R”) stipulati fl-Artikolu 5 u l-punt 6.1.2.3 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni 2016/919 (2), tkun disponibbli skont dawk id-dispożizzjonijiet. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi vvalutata mill-Aġenzija mill-iktar fis possibbli sabiex jiġu antiċipati kwalunkwe kwistjonijiet, il-kostijiet jiġu minimizzati, u jitnaqqas id-dewmien tal-proċess ta’ approvazzjoni u biex jiġi żgurat li s-soluzzjoni teknika prevista hija interoperabbli.

(9)

Sabiex jiġi faċilitat il-proċess ta’ approvazzjoni, l-applikant jenħtieġ li jibda djalogu mal-Aġenzija qabel is-sottomissjoni formali tal-applikazzjoni. Waqt dan “l-istadju ta’ involviment inizjali”, jenħtieġ li l-applikant u l-Aġenzija jaslu għal qbil dwar l-iskeda għall-proċess ta’ approvazzjoni, inklużi l-iskadenzi rispettivi, waqt li jitqiesu t-tip ta’ akkwist u l-proċess ta’ awtorizzazzjoni. L-NSAs jistgħu jikkollaboraw u jagħtu opinjoni dwar l-eżiti possibbli tal-involviment inizjali.

(10)

It-tariffi li jridu jitħallsu lill-Aġenzija wara l-istadju ta’ involviment inizjali tal-proċess jenħtieġ li jiġu stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764 (3).

(11)

Ir-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell jenħtieġ li jiġu stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/867 (4).

(12)

Il-gwida prevista f’din ir-Rakkomandazzjoni ġiet ippreżentata għal skambju ta’ opinjonijiet lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797,

TIRRAKKOMANDA:

Taqsima A: Dispożizzjonijiet ġenerali

1.

Li l-applikant jikkuntattja lill-Aġenzija hekk kif jippjana sejħa għall-offerti fir-rigward tat-tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS li għalihom hija meħtieġa approvazzjoni tal-Aġenzija;

2.

Li l-applikant jippreżenta dokumenti tekniċi dettaljati biżżejjed biex l-Aġenzija tkun tista’ tivverifika li s-soluzzjonijiet tekniċi previsti li jridu jiġu implimentati huma kompletament interoperabbli;

3.

Li l-Aġenzija u l-NSA rilevanti jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni sabiex jiġi antiċipat u indirizzat kwalunkwe tħassib tekniku u għaldaqstant jiġi faċilitat il-kompitu tal-NSA fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tas-subsistema. Permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796 (minn issa ‘l quddiem “il-punt uniku ta’ kuntatt”), l-NSA tista’ tagħti opinjonijiet dwar kwistjonijiet tekniċi u dwar l-ippjanar, fi kwalunkwe stadju tal-proċess, inkluż matul l-istadju ta’ involviment inizjali;

4.

Li l-informazzjoni mogħtija waqt il-proċess ta’ approvazzjoni tkun disponibbli għall-NSA;

5.

Li l-applikant u l-Aġenzija jsegwu l-proċess ta’ approvazzjoni magħmul minn tliet stadji:

(a)

involviment inizjali;

(b)

sottomissjoni u verifikazzjoni tal-kompletezza tal-fajl;

(c)

valutazzjoni u deċiżjoni.

6.

Li permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt, fl-iktar stadju bikri possibbli, l-applikant jippreżenta għall-approvazzjoni l-fajl ta’ applikazzjoni li ġej, inkluż id-deskrizzjoni tas-soluzzjoni teknika prevista u l-evidenza dokumentarja tal-konformità tas-soluzzjoni teknika prevista mat-TSI tal-kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni rilevanti, kif elenkat fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2016/797:

(a)

L-abbozz tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jew id-deskrizzjoni tas-soluzzjoni teknika prevista

Deskrizzjoni tal-proġett, inklużi d-dettalji tal-linja, il-grupp ta’ linji, jew in-netwerk li huma koperti mill-proġett jew minn kombinazzjoni ta’ proġetti: il-pożizzjoni ġeografika, in-numru ta’ kilometri f’binarju wieħed jew doppju, il-livell tal-ERTMS, il-linja bażi u l-verżjoni, il-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-istazzjonijiet;

Evidenza li l-offerta jew il-kuntratt, jew it-tnejn li huma, jinkludu t-TSI tal-kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni, il-linja bażi u l-verżjoni;

Pjan tal-proġett li jindika r-riżultati, l-istadji importanti u l-iskadenzi;

Lista tal-funzjonijiet tal-ERTMS li jeħtieġ li jiġu implimentati;

Regoli tal-inġinerija u xenarji tat-testijiet operattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/919 u l-punt 6.1.2.3 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament;

Strateġija tal-ittestjar u pjanijiet tal-ittestjar;

(b)

Evidenza dokumentarja tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompatibilità teknika u operazzjonali tas-subsistema mal-vetturi maħsuba biex joperaw fin-netwerk rilevanti

(c)

Evidenza dokumentarja għall-konformità tas-soluzzjoni teknika prevista mat-TSI tal-kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni rilevanti, u kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, bħall-opinjonijiet tal-awtorità tas-sikurezza nazzjonali, id-dikjarazzjonijiet ta’ verifika jew iċ-ċertifikati ta’ konformità

Jekk disponibbli, awtorizzazzjoni preċedenti ta’ maġenb il-binarji tal-ERTMS minn NSA rilevanti għas-soluzzjonijiet tekniċi previsti sottomessi mill-applikant;

Jekk disponibbli, Ċertifikati tal-KE ta’ konformità tal-kostitwenti ta’ interoperabbiltà u dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità tal-kostitwenti ta’ interoperabbiltà, inklużi l-mudell ta’ ċertifikazzjoni tal-Aġenzija u d-devjazzjonijiet definiti fil-gwida tal-Aġenzija;

Jekk disponibbli, iċ-Ċertifikati ta’ verifika tas-subsistema u, jekk applikabbli, dikjarazzjonijiet intermedji ta’ verifika tad-disinn u dikjarazzjoni ta’ verifika tal-KE tas-subsistema, inklużi l-mudell taċ-ċertifikazzjoni u d-devjazzjonijiet imsemmija fil-gwida tal-Aġenzija rilevanti;

Dimostrazzjoni ta’ kif ġew indirizzati r-riskji li qed ikollhom impatt fuq l-interoperabbiltà ta’ kull kwistjoni fir-reġistru tal-kwistjonijiet;

Regoli nazzjonali relatati mal-ERTMS li huma applikabbli għall-proġett;

Dokument ipprovdut mill-Istat Membru li jagħti d-deroga, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797, f’każ li l-applikant huwa eżentat mill-applikazzjoni ta’ TSI waħda jew iktar, jew partijiet minnhom;

7.

Li kull kwistjoni elenkata fir-reġistru tal-kwistjonijiet, tiġi klassifikata f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

domanda;

(b)

kwistjoni magħluqa;

(c)

kwistjoni magħluqa bil-kundizzjonijiet;

(d)

kwistjoni magħluqa iżda mhijiex aċċettabbli.

8.

Li permezz ta’ punt uniku ta’ kuntatt, l-Aġenzija tissuġġerixxi lista ta’ kwistjonijiet bl-istatus ta’ “domanda”, fir-reġistru tal-kwistjonijiet.

9.

Li l-applikant jipprovdi evidenza skont l-iskeda miftiehma msemmija fil-punt 17(b) u qabel l-istadju tad-deċiżjoni, li turi li ġiet indirizzata kull kwistjoni identifikata fir-reġistru tal-kwistjonijiet;

10.

Li l-Aġenzija taġġorna l-istatus tal-kwistjonijiet fir-reġistru tal-kwistjonijiet li għalihom l-applikant issottometta l-evidenza, għal “Kwistjoni magħluqa”, “Kwistjoni magħluqa bil-kundizzjonijiet” jew “Kwistjoni magħluqa iżda mhijiex aċċettabbli”;

11.

Li l-applikant u l-NSA jenħtieġ li jkunu jistgħu jissuġġerixxu kwistjonijiet addizzjonali biex jiġu inklużi fir-reġistru tal-kwistjonijiet;

12.

Li l-Aġenzija tipprovdi lill-applikant bi gwida dwar kif tiġi kkonfermata l-evidenza li l-kwistjonijiet ġew indirizzati sabiex jitħaffef il-proċess u jiġi evitat xogħol amministrattiv bla bżonn;

13.

Li l-Aġenzija tippubblika lista anonima tal-kwistjonijiet bħala għodda biex taqsam l-esperjenza miksuba u tiġi faċilitata l-implimentazzjoni armonizzata tal-proġetti maġenb il-binarji tal-ERTMS.

Taqsima B: stadju 1 — Involviment Inizjali

14.

Li qabel is-sottomissjoni formali tal-applikazzjoni, l-applikant ikun involut fi djalogu mal-Aġenzija biex jiġi faċilitat il-proċess ta’ approvazzjoni;

15.

Li l-istadju ta’ involviment inizjali jibda qabel kwalunkwe sejħa għall-offerti relatata mat-tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS u meta l-applikant jinforma lill-Aġenzija bl-intenzjoni tiegħu li jissottometti talba għall-approvazzjoni;

16.

Li l-involviment inizjali jkun limitat għal għadd limitat ta’ diskussjonijiet fejn l-applikant jippreżenta l-proġett maħsub u d-dettalji tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti, inkluż, jekk disponibbli, id-dokumenti elenkati fil-punt 6;

17.

Li l-istadju ta’ involviment inizjali jintemm b’firma ta’ arranġament bejn l-Aġenzija u l-applikant li jinkludi:

(a)

il-kamp tal-applikazzjoni;

(b)

l-iskeda, inklużi d-dati:

(i)

tas-sottomissjoni ta’ kull dokument elenkat fil-punt 6;

(ii)

tal-aġġornamenti tar-reġistru tal-kwistjonijiet;

(iii)

tal-iskadenza għad-deċiżjoni;

(c)

tar-reġistru tal-kwistjonijiet;

18.

Li l-NSA tipparteċipa fl-istadju ta’ involviment inizjali u tagħti opinjoni dwar il-proposta għall-arranġamenti msemmija fil-punt 17.

19.

Li l-applikant juża l-punt uniku ta’ kuntatt sabiex jirreġistra d-dokumenti elenkati fil-punt 6.

Taqsima C: stadju 2 — Sottomissjoni u verifika tal-kompletezza

20.

Li l-istadju ta’ sottomissjoni u verifika ta’ kompletezza jiġi wara l-istadju ta’ involviment inizjali meta, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt, l-applikant jissottometti t-talba għal deċiżjoni dwar l-approvazzjoni;

21.

Li l-applikant jissottometti d-dokumenti kollha elenkati fil-punt 6. Jekk xi wieħed minn dawn id-dokumenti ġie ppreżentat preċedentement permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt, l-applikant jista’ jidentifika dawn id-dokumenti u jikkonferma li dawk id-dokumenti jibqgħu applikabbli għall-proġett mingħajr l-ebda modifika jew żieda. F’każ li jkun hemm xi modifiki jew żidiet ma’ dawk id-dokumenti, l-applikant irid jissottometti d-dokumenti aġġornati;

22.

Li l-Aġenzija tivvaluta l-kompletezza tal-fajl sottomess u tivverifika li l-fajl sottomess ġie mtella’ fil-punt uniku ta’ kuntatt, li jinkludi d-dokumenti kollha elenkati fil-punt 6 u li l-ebda mill-kwistjonijiet imniżżla fir-reġistru tal-kwistjonijiet ma għandha l-istatus ta “domanda”;

23.

Li l-Aġenzija tivvaluta r-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl ippreżentat fir-rigward tad-dokumenti elenkati fil-punt 6 u l-arranġamenti maqbula fl-involviment inizjali u msemmija fil-punt 17;

24.

Li fi żmien xahar wara li tirċievi s-sottomissjoni formali, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt, l-Aġenzija tinforma lill-applikant f’każ li l-informazzjoni pprovduta ma tkunx kompluta, tipprovdi l-evidenza rilevanti u tispeċifika d-dokumenti addizzjonali rilevanti li jridu jiġu sottomessi fi żmien l-iskadenza maqbula fl-iskeda waqt l-involviment inizjali;

25.

Li meta l-Aġenzija tqis li l-fajl huwa komplet, rilevanti u konsistenti, tinforma lill-applikant b’dan permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt.

Taqsima D: stadju 3 — Valutazzjoni u deċiżjoni

26.

Li l-istadju ta’valutazzjoni u deċiżjoni jiġi wara l-konklużjoni tal-istadju ta’ sottomissjoni u verifika tal-kompletezza;

27.

Li fi żmien xahrejn mill-bidu tal-istadju ta’ valutazzjoni u deċiżjoni, l-Aġenzija toħroġ deċiżjoni pożittiva jew negattiva dwar dik il-parti tas-soluzzjonijiet tekniċi li ma ġewx koperti preċedentement b’deċiżjoni pożittiva għall-approvazzjoni mill-Aġenzija;

28.

Li l-Aġenzija tqis kwalunkwe opinjoni mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza dwar it-talba għall-approvazzjoni;

29.

Li l-Aġenzija toħroġ deċiżjoni pożittiva jekk l-istadju 2 jitlesta b’suċċess u l-kwistjonijiet kollha elenkati fir-reġistru tal-kwistjonijiet ikollhom l-istatus “kwistjoni magħluqa”;

30.

Li l-Aġenzija toħroġ deċiżjoni negattiva jekk kwistjoni jew iktar minn dawk elenkati fir-Reġistru tal-Kwistjonijiet ikollhom l-istatus ta’ “kwistjoni magħluqa iżda mhijiex aċċettabbli” jew jekk il-valutazzjoni tal-istadju 2 titlesta iżda l-fajl jitqies bħala mhux komplet, rilevanti u/jew konsistenti;

31.

Li l-Aġenzija toħroġ deċiżjoni pożittiva bil-kundizzjonijiet fil-każijiet li ġejjin:

(a)

kwistjoni waħda jew iktar elenkati fir-reġistru tal-kwistjonijiet ikollhom l-istatus “magħluqa bil-kundizzjonijiet”; u

(b)

l-ebda kwistjoni ma jkollha l-istatus “magħluqa iżda mhijiex aċċettabbli”;

32.

Li l-Aġenzija tipprovdi spjegazzjoni tal-kundizzjonijiet li jeħtieġu jiġu ssodisfati mill-applikant fi stadju iktar ’il quddiem u meqjusa mill-NSA u taqsira tal-kwistjonijiet finali kif irreġistrati fil-kwistjoni;

33.

Li, fil-każ li l-kundizzjoni stipulata fid-deċiżjoni pożittiva tal-Aġenzija ma tistax tiġi ssodisfata mill-applikant, l-NSA tirrakkomanda lill-applikant:

(a)

biex jerġa’ jissottometti t-talba għall-approvazzjoni tal-Aġenzija. F’dan il-każ, l-applikant jidentifika d-dokumenti li għadhom validi minn talba preċedenti għall-approvazzjoni tal-Aġenzija u l-Aġenzija ma terġax tirrepeti l-valutazzjoni ta’ dawk id-dokumenti;

(b)

biex jiġi applikat l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2016/796. F’dan il-każ, l-Aġenzija toffri li taġġorna r-reġistru tal-kwistjonijiet fil-punt uniku ta’ kuntatt.

34.

Li meta l-Aġenzija toħroġ deċiżjoni negattiva, l-applikant huwa intitolat li jirrettifika d-disinn tal-proġett, jissottometti applikazzjoni ġdida, jindika l-partijiet tal-proġett li ma nbidlux u d-dokumenti u l-evidenza li għadhom japplikaw.

35.

Li meta l-applikant jissottometti talba motivata biex l-Aġenzija teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 19(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797, dik it-talba ssir permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt u tkun akkumpanjata b’ġustifikazzjoni dettaljata tal-kwistjonijiet li l-applikant iqis li ma ġewx ivvalutati kif xieraq mill-Aġenzija. L-Aġenzija jenħtieġ li tikkonferma jew teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha billi tiffoka fuq il-kwistjonijiet enfasizzati f’dik il-ġustifikazzjoni. Is-sejbiet tar-rieżami jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-applikant permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt, fi żmien xahrejn mid-data tat-talba tal-applikant.

36.

Li l-Aġenzija tipprovdi lill-applikant b’ġustifikazzjoni xierqa jekk tikkonferma d-deċiżjoni negattiva inizjali tagħha.

37.

Li meta l-Aġenzija tikkonferma d-deċiżjoni negattiva inizjali tagħha, l-Applikant ikun intitolat għal appell quddiem il-Bord tal-Appell stabbilit skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764 tat-2 ta’ Mejju 2018 dwar it-tariffi u l-imposti li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tagħhom (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 68)

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/867 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord(ijiet) tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ĠU L 149, 14.6.2018, p. 3)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Lulju 2018

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2018/C 253/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li l-Kunsill għandu jaħtar rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2015 (2), il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

(3)

Il-Gvern Malti informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Malti fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li jenħtieġ li jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Ingrid BORG, Maltija, li twieldet fit-8 ta’ April 1981, hija b’dan maħtura membru tal-Bord ta’ Tmexxija minflok is-Sinjur Edward XUEREB għall-perijodu mis-16 ta’ Lulju 2018 sal-31 ta’ Mejju 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2015 li taħtar ħmistax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 161, 14.5.2015, p. 2).


19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Lulju 2018

li ġġedded il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

(2018/C 253/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi tal-persuni nnominati mibgħuta lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri rigward ir-rappreżentanti tagħhom, u mill-Kummissjoni rigward ir-rappreżentanti tal-impjegati u ta’ min iħaddem,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (iċ-“Ċentru”) għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018.

(2)

Il-membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru jenħtieġ li jinħatru għal perijodu ta’ tliet snin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2018 sas-17 ta’ Settembru 2021:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:

Belġju (sistema ta’ rotazzjoni)

Komunità Fjamminga: Is-Sinjura Nathalie VERSTRAETE

Komunità Franċiża: Is-Sur Guibert DEBROUX

Repubblika Ċeka

Is-Sinjura Marta STARÁ

Danimarka

Is-Sinjura Lise Lotte TOFT

Ġermanja

Is-Sur Peter THIELE

Estonja

Is-Sinjura Rita SIILIVASK

Irlanda

Is-Sinjura Selen GUERIN

Greċja

Is-Sur Pafsanias-Andreas PAPAGEORGIOU

Franza

Is-Sinjura Nadine NERGUISIAN

Kroazja

Is-Sinjura Vesna HRVOJ-ŠIC

Ċipru

Is-Sur George PANAYIDES

Latvja

Is-Sinjura Rūta GINTAUTE-MARIHINA

Litwanja

Is-Sur Saulius ZYBARTAS

Ungerija

Is-Sinjura Krisztina TOMORNÉ VUJKOV

Malta

Is-Sur Vince MAIONE

Netherlands

Is-Sur Peter van IJSSELMUIDEN

Awstrija

Is-Sur Eduard STAUDECKER

Polonja

Is-Sur Piotr BARTOSIAK

Rumanija

Is-Sinjura Felicia Ioana SĂNDULESCU

Slovenja

Is-Sinjura Slavica ČERNOŠA

Finlandja

Is-Sur Kari NYYSSÖLÄ

Żvezja

Is-Sinjura Carina LINDÉN

Renju Unit

Is-Sinjura Ann MILLER


II.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI:

Belġju

Is-Sinjura Françoise WIBRIN

Bulgarija

Is-Sinjura Yuliya SIMEONOVA

Repubblika Ċeka

Is-Sur Petr PEČENKA

Danimarka

Is-Sur Erik SCHMIDT

Ġermanja

Is-Sur Mario PATUZZI

Estonja

Is-Sinjura Kaja TOOMSALU

Irlanda

Is-Sur Frank VAUGHAN

Greċja

Is-Sur Georgios CHRISTOPOULOS

Spanja

Is-Sur Juan-Carlos MORALES

Franza

Is-Sinjura Christine SAVANTRE

Kroazja

Is-Sinjura Katarina RUMORA

Italja

Is-Sinjura Milena MICHELETTI

Is-Sur Fabrizio DACREMA (minn Novembru 2018)

Latvja

Is-Sinjura Linda ROMELE

Lussemburgu

Is-Sur Jean-Claude REDING

Malta

Is-Sinjura Elaine GERMANI

Netherlands

Is-Sinjura Isabel COENEN

Awstrija

Is-Sinjura Isabelle OURNY

Polonja

Is-Sinjura Dagmara IWANCIW

Portugall

Is-Sur José CORDEIRO

Slovenja

Is-Sinjura Sanja LEBAN TROJAR

Slovakkja

Is-Sinjura Petronela KURAJOVÁ

Finlandja

Is-Sinjura Kirsi RASINAHO

Żvezja

Is-Sinjura Ann-Sofi SJÖBERG

Renju Unit

Is-Sinjura Kirsi-Marja KEKKI


III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM:

Belġju

Is-Sinjura Anneleen BETTENS

Repubblika Ċeka

Is-Sur Miloš RATHOUSKÝ

Danimarka

Is-Sur Alex HOOSHIAR

Ġermanja

Is-Sinjura Barbara DORN

Estonja

Is-Sinjura Anneli ENTSON

Irlanda

Is-Sur Tony DONOHOE

Greċja

Is-Sur Christos IOANNOU

Franza

Is-Sinjura Siham SAIDI

Ċipru

Is-Sinjura Maria STYLIANOU THEODORU

Latvja

Is-Sinjura Ilona KIUKUCANE

Ungerija

Is-Sinjura Adrien BÁLINT

Malta

Is-Sur Joe FARRUGIA

Awstrija

Is-Sur Gerhard RIEMER

Polonja

Is-Sur Andrzej STĘPNIKOWSKI

Portugall

Is-Sinjura Ana Maria SANTOS GOUVEIA LOPES

Rumanija

Is-Sur Julian GROPOSILA

Slovenja

Is-Sur Simon OGRIZEK

Slovakkja

Is-Sur Martin HOŠTÁK

Finlandja

Is-Sinjura Mirja HANNULA

Żvezja

Is-Sur Pär LUNDSTRÖM

Renju Unit

Is-Sur Graham LANE

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar f’data aktar tard lill-membri li għadhom ma ġewx innominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2015 li ġġedded il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2015 li ġġedded il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2).


Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Lulju 2018

(2018/C 253/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1611

JPY

Yen Ġappuniż

130,92

DKK

Krona Daniża

7,4544

GBP

Lira Sterlina

0,89118

SEK

Krona Żvediża

10,3120

CHF

Frank Żvizzeru

1,1611

ISK

Krona Iżlandiża

124,40

NOK

Krona Norveġiża

9,5023

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,853

HUF

Forint Ungeriż

323,94

PLN

Zloty Pollakk

4,3103

RON

Leu Rumen

4,6560

TRY

Lira Turka

5,6121

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5794

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5389

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1141

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7175

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5883

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 316,94

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,5060

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8042

HRK

Kuna Kroata

7,3928

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 725,65

MYR

Ringgit Malażjan

4,7071

PHP

Peso Filippin

62,163

RUB

Rouble Russu

73,3067

THB

Baht Tajlandiż

38,734

BRL

Real Brażiljan

4,4804

MXN

Peso Messikan

22,0778

INR

Rupi Indjan

79,6840


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/14


Kodiċi tal-Aħjar Prattiki għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat

(2018/C 253/05)

Werrej

1.

Ambitu u għan tal-Kodiċi 15

2.

Ir-relazzjoni mad-dritt tal-Unjon 16

3.

Notifika minn qabel 16

3.1.

Objettivi 16

3.2.

Ambitu 17

3.3.

Tempestività 17

3.4.

Kontenut 17

4.

Approċċ abbażi ta’ portafoll tal-każ u Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament 18

4.1.

Approċċ abbażi ta’ portafoll tal-każ 18

4.2.

Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament 18

4.2.1.

Objettiv u kontenut 18

4.2.2.

Ambitu u tempestività 18

5.

Eżami preliminari tal-miżuri nnotifikati 19

5.1.

Talbiet għal informazzjoni 19

5.2.

Sospensjoni miftiehma tal-investigazzjoni preliminari 19

5.3.

Kuntatti tal-“qagħda attwali” u kuntatti mal-benefiċjarju tal-għajnuna 19

6.

Proċeduri ssimplifikati f’każijiet sempliċi 19

6.1.

Każijiet li jistgħu jiġu suġġetti għal proċeduri ssimplifikati 19

6.2.

Kuntatti ta’ qabel in-notifika għad-determinazzjoni tal-użu tal-proċedura ssimplifikata 20

6.3.

In-notifika u l-pubblikazzjoni tas-sommarju qasir 20

6.4.

Deċiżjoni f’forma qasira 20

7.

Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali 21

7.1.

Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u s-sommarji sinifikanti 21

7.2.

Kummenti tal-partijiet interessati 21

7.3.

Kummenti minn Stati Membri: 21

7.4.

Talbiet għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru kkonċernat 22

7.5.

Talbiet għal informazzjoni lil sorsi oħra 22

7.6.

Sospensjoni ġġustifikata ta’ investigazzjoni formali 22

7.7.

Adozzjoni tad-deċiżjoni finali u estensjoni ġustifikata tal-investigazzjoni formali 22

8.

Investigazzjonijiet f’setturi tal-ekonomija u fi strumenti ta’ għajnuna 23

9.

Ilmenti formali 23

9.1.

Il-formola tal-ilment u l-obbligu biex jintwera interess affettwat 23

9.2.

Perjodu ta’ żmien indikattiv u eżitu tal-investigazzjoni ta’ lment formali 23

10.

Pjani ta’ evalwazzjoni 24

11.

Monitoraġġ 24

12.

Koordinazzjoni aħjar u sħubija mal-Istati Membri 25

13.

Rieżami futur 25

1.   AMBITU U GĦAN TAL-KODIĊI

1.

Matul dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni implimentat l-aġenda ta’ Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (State Aid Modernisation, “SAM”) biex tiffoka l-kontroll tagħha tal-għajnuna mill-Istat fuq il-miżuri li ġenwinament għandhom impatt fuq il-kompetizzjoni fis-Suq Intern, filwaqt li fl-istess ħin tissimplifika u tirazzjonalizza r-regoli u l-proċeduri. Dan ippermetta li jsiru investimenti pubbliċi, billi awtorizza lill-Istati Membri li jagħtu sostenn pubbliku mingħajr skrutinju minn qabel mill-Kummissjoni u billi tħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet fi proċeduri ta’ għajnuna tal-Istat.

2.

Il-Kummissjoni, b’mod partikolari, adottat:

Avviż dwar il-Kunċett tal-Għajnuna mill-Istat (“NoA”) (1) li jiċċara t-tipi ta’ sostenn pubbliku li ma jinvolvux għajnuna mill-Istat. Dan huwa l-każ, pereżempju, għall-finanzjament ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-kuntest tas-suq, investimenti fl-infrastruttura bħal ferroviji, toroq, passaġġi tal-ilma interni u sistemi ta’ distribuzzjoni tal-ilma li ma jikkompetux ma’ infrastrutturi simili, investimenti f’infrastrutturi fuq skala żgħira u l-finanzjament ta’ servizzi essenzjalment lokali.

Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (“GBER”) (2) li ppermetta li l-Istati Membri jimplimentaw firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni minn-qabel li x’aktarx ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni. Aktar minn 97 % tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li għadhom kif ġew implimentati jaqgħu taħt il-GBER u, għalhekk, huma implimentati mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni (3).

Regolament Proċedurali dwar l-Għajnuna mill-Istat rivedut, inklużi r-regoli dwar it-trattament tal-ilmenti u l-għodod ta’ informazzjoni dwar is-suq biex jiffukaw fuq il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat f’każijiet fejn l-aktar hemm il-probabbiltà li tinħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-Suq Intern (4).

Sensiela ta’ deċiżjonijiet f’każijiet speċifiċi li jikkonfermaw li l-Istati Membri jistgħu jappoġġjaw bosta proġetti fuq skala żgħira mingħajr il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, minħabba n-natura lokali tagħhom u l-impatt limitat ħafna fuq is-Suq Intern (5).

3.

L-isforz biex ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat isiru ffukati u ssimplifikati għadha għaddejja. Fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tar-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-UE biex tagħmilha iktar faċli (i) li l-finanzjament tal-UE li jitħallas fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jiġi kkombinat mal-finanzjament tal-Istati Membri u (ii) jiġu ssimplifikati l-kundizzjonijiet għall-Istati Membri biex jappoġġaw ċerti proġetti taħt il-fondi strutturali u ta’ investiment tal-UE (6).

4.

Sabiex isir l-aħjar użu minn dawn ir-r-regoli modernizzati dwar l-għajnuna mill-Istat, din il-Komunikazzjoni (“il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki”) tipprovdi gwida lill-Istati Membri, lill-benefiċjarji tal-għajnuna u lil partijiet ikkonċernati oħra, dwar kif jaħdmu fil-prattika l-proċeduri tal-għajnuna mill-Istat (7). Hija għandha l-għan li tagħmel il-proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat kemm jista’ jkun trasparenti, sempliċi, ċari, prevedibbli u f’waqthom. Hija tissostitwixxi l-Avviż dwar il-Kodiċi tal-Aħjar Prattika adottat fl-2009 (8) u tintegra l-Avviż ta’ Proċedura Simplifikata tal-2009 (9).

5.

Biex jinkisbu l-għanijiet li ssegwi din il-Komunikazzjoni u biex tiġi żgurata applikazzjoni korretta u effiċjenti tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġ li jikkooperaw mill-qrib bħala sħab. F’dan il-kuntest, is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu joffru kuntatti ta’ qabel in-notifika dwar miżuri potenzjali ta’ għajnuna mill-Istat li l-Istati Membri qed jikkunsidraw li jimplimentaw. Dawn se jaħdmu mal-Istati Membri biex jiddefinixxu l-prijoritajiet fir-rigward tat-trattament proċedurali tal-każijiet. Barra minn hekk, se jistabbilixxu netwerk ta’ koordinaturi nazzjonali, u se joffru appoġġ lill-Istati Membri fil-forma ta’ gwida u taħriġ dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Bħala parti mill-intensifikar tal-isforz tagħha biex issaħħaħ il-kooperazzjoni u s-sħubija mal-Istati Membri, il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom magħha u ma’ xulxin dwar l-aħjar prattiki u l-isfidi li ltaqgħu magħhom fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

6.

Dan il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki għandu wkoll l-għan li jtejjeb il-proċedura biex jiġu ttrattati lmenti dwar l-għajnuna mill-Istat. Huwa jiċċara l-kundizzjonijiet li fihom is-servizzi tal-Kummissjoni se jikkonsidraw li każ ikun ilment formali u jipprovdi skadenzi indikattivi għat-trattar ta’ lmenti formali.

7.

Il-fatturi speċifiċi ta’ każ individwali jistgħu madanakollu jirrikjedu adattament ta’ dan il-kodiċi jew devjazzjoni minnu. L-ispeċifiċitajiet tas-setturi tas-sajd u tal-akwakultura u tal-attivitajiet fil-produzzjoni primarja, il-kummerċjalizzazzjoni jew l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli jistgħu wkoll jiġġustifikaw devjazzjoni minn dan il-kodiċi.

2.   IR-RELAZZJONI MAD-DRITT TAL-UNJON

8.

Dan il-kodiċi jiddeskrivi u jiċċara l-proċeduri segwiti mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta’ każijiet ta’ għajnuna mill-Istat. Ma jipprovdix ħarsa ġenerali eżawrjenti tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda għandu jinqara flimkien mad-dokumenti l-oħra kollha li jinkludu dawn ir-regoli. Il-kodiċi ma joħloqx xi drittijiet ġodda apparti dawk stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”), fir-Regolament tal-Proċedura (10) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (11) u fl-interpretazzjoni tagħhom mill-Qrati tal-UE. Lanqas b’xi mod ma jbiddel dawn id-drittijiet.

3.   NOTIFIKA MINN QABEL

3.1.   Objettivi

9.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jistiednu lill-Istati Membri biex jagħmlu kuntatt magħhom qabel ma jinnotifikaw formalment miżuri ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni (“kuntatti ta’ qabel in-notifika”). Dawn il-“kuntatti ta’ qabel in-notifika” għandhom diversi objettivi.

10.

L-ewwel nett, matul dawn il-kuntatti ta’ qabel in-notifika, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru jistgħu jiddiskutu liema informazzjoni hija meħtieġa sabiex in-notifika ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat inkwistjoni titqies bħala kompleta. B’hekk, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika ġeneralment iwasslu għal riżultati aħjar u notifiki aktar kompleti. Dan imbagħad iħaffef it-trattar ta’ dawn in-notifiki, ġeneralment billi jippermetti li l-Kummissjoni tadotta deċiżjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika (12).

11.

It-tieni, matul il-kuntatti ta’ qabel in-notifika, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru jistgħu jiddiskutu l-aspetti legali u ekonomiċi ta’ miżura proposta b’mod informali u kunfidenzjali (13) qabel ma din tiġi nnotifikata formalment. B’mod partikolari, il-fażi ta’ qabel in-notifika tista’ tipprovdi opportunità biex jiġu indirizzati dawk l-aspetti ta’ miżura proposta li tista’ ma tkunx kompletament konformi mar-regoli tal-għajnuna tal-Istat, inkluż f’każijiet fejn huma meħtieġa tibdiliet sinifikanti għall-miżura.

12.

It-tielet, matul il-fażi ta’ qabel in-notifika, is-servizzi tal-Kummissjoni se jagħmlu l-ewwel valutazzjoni ta’ jekk każ jikkwalifikax għal applikazzjoni ta’ proċedura mħaffa (ara t-Taqsima 6).

3.2.   Ambitu

13.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jidħlu f’kuntatti ta’ qabel in-notifika kull meta jitlob Stat Membru. Is-servizzi tal-Kummissjoni jirrakkomandaw bil-qawwa li l-Istati Membri jidħlu f’tali kuntatti f’każijiet li jkollhom aspetti jew karatteristiċi ġodda jew kumplessità li jiġġustifikaw diskussjonijiet informali minn qabel mas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-kuntatti ta’ qabel in-notifika jistgħu jkunu utili wkoll għall-proġetti ta’ interess komuni b’relevanza għolja tal-UE bħall-proġetti tan-netwerks ewlenin fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), sal-punt li l-finanzjament tagħhom x’aktarx ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

3.3.   Tempestività

14.

Sabiex jiġi ggarantit li l-kuntatti ta’ qabel in-notifika ikunu effiċjenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lis-servizzi tal-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni ta’ proposta ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ abbozz ta’ notifika. Imbagħad isiru l-kuntatti ta’ qabel in-notifika, tipikament permezz ta’ email, bit-telefon jew b’konferenza telefonika biex jitħaffef il-proċess. Fejn meħtieġ, jew tal-inqas fuq talba ta’ Stat Membru, jistgħu jsiru wkoll laqgħat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru.

15.

F’każi partikolarment kumplessi (bħal każijiet dwar l-għajnuna għar-ristrutturar jew miżuri ta’ għajnuna individwali kbar jew kumplessi), is-servizzi tal-Kummissjoni jirrakkomandaw li l-Istati Membri jibdew il-kuntatti ta’ qabel in-notifika kemm jista’ jkun kmieni sabiex tkun tista’ ssir diskussjoni siewja. Tali kuntatti jistgħu jkunu utli wkoll f’xi każijiet li jidhru inqas problematiċi, sabiex tiġi vvalidata l-valutazzjoni inizjali proprja tal-Istati Membri u tiġi stabbilita l-informazzjoni li jkollhom bżonn is-servizzi tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni tal-każ.

16.

It-tempestività u l-format tal-kuntatti ta’ qabel in-notifika jiddependu fuq il-kumplessità tal-każ. Għalkemm tali kuntatti jistgħu jdumu bosta xhur, dawn jenħtieġ li, bħala regola ġenerali, ma jdumux aktar minn sitt xhur.

17.

Mal-konklużjoni tal-kuntatti ta’ qabel in-notifika, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw notifika kompleta. F’każijiet fejn is-servizzi tal-Kummissjoni jikkunsidraw li l-kuntatti ta’ qabel in-notifika ma jagħtux riżultati sodisfaċenti, jistgħu jagħlqu l-fażi ta’ qabel in-notifika. Dan ma jżommx lill-Istat Membru milli jerġa’ jipprenotifika jew jinnotifika miżura simili.

3.4.   Kontenut

18.

Abbażi tal-esperjenza tagħha, speċjalment f’każijiet b’implikazzjonijiet kbar tekniċi, finanzjarji u relatati ma’ proġetti, il-Kummissjoni tirrakkomanda li fil-kuntatti ta’ qabel in-notifika jiġu involuti l-benefiċjarji ta’ miżuri individwali. Madankollu, id-deċiżjoni dwar jekk jiġix involut il-benefiċjarju hija f’idejn l-Istat Membru.

19.

Għal miżuri li jinvolvu diversi Stati Membri (pereżempju, proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni), l-Istati Membri parteċipanti ġeneralment huma mħeġġa jiddiskutu bejniethom qabel ma jibdew il-kuntatti ta’ qabel in-notifika, biex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-miżura u biex tiġi stabbilita skeda ta’ żmien realistika.

20.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jippruvaw jipprovdu lill-Istat Membru b’valutazzjoni preliminari informali tal-miżura fl-aħħar tal-fażi tan-notifika minn qabel. Din il-valutazzjoni preliminari tinkludi gwida mhux vinkolanti mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-kompletezza tal-abbozz tan-notifika u valutazzjoni informali u mhux vinkolanti (14) ta’ jekk il-miżura tikkostitwix għajnuna mill-Istat u jekk hijiex kompatibbli mas-suq intern jew le.

21.

F’każijiet partikolarment ġodda jew kumplessi, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu ma jipprovdux valutazzjoni preliminari informali fl-aħħar tal-fażi tan-notifika minn qabel. F’każijiet bħal dawn, fuq talba ta’ Stat Membru, huma jistgħu jindikaw liema informazzjoni għad trid tingħata biex ikunu jistgħu jwettqu valutazzjoni tal-miżura.

22.

Il-kuntatti ta’ qabel in-notifika huma volontarji u kunfidenzjali. Dawn ma jaffettwawx il-valutazzjoni tal-każ wara n-notifika formali tagħha. B’mod partikolari, il-fatt li saru kuntatti ta’ qabel in-notifika ma jfissirx li s-servizzi tal-Kummissjoni ma jistgħux jitolbu lill-Istat Membru biex jipprovdi aktar informazzjoni wara n-notifika formali.

4.   APPROĊĊ ABBAŻI TA’ PORTAFOLL TAL-KAŻ U PJANIFIKAZZJONI MIFTIEHMA REĊIPROKAMENT

4.1.   Approċċ abbażi ta’ portafoll tal-każ

23.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jittrattaw każijiet li huma jikkunsidraw bħala prijorità bi skeda ta’ żmien aktar prevedibbli. Għal dan il-għan, huma jistgħu jipparteċipaw fl-“eżerċizzju tal-portafoll” li joffru s-servizzi tal-Kummissjoni. Darbtejn fis-sena (15), is-servizzi tal-Kummissjoni se jitolbu lill-Istati Membri biex jinfurmawhom liema każijiet notifikati fil-portafoll tagħhom iqisu li huma ta’ prijorità għolja jew baxxa. Jekk ikunu jixtiequ jipparteċipaw f’dan l-eżerċizzju, l-Istati Membri għandhom iwieġbu għat-talba fl-iskeda ta’ żmien li tingħatalhom. Ladarba jkunu rċevew din l-informazzjoni, u bil-kunsiderazzjoni dovuta għar-riżorsi disponibbli u każijiet pendenti oħra li jinvolvu lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jipproponu Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament għal dawn il-każijiet, biex jiżguraw li jiġu trattati mingħajr dewmien u b’mod prevedibbli.

4.2.   Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament

4.2.1.   Objettiv u kontenut

24.

Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament hija għodda li tista’ tintuża biex jiżdiedu t-trasparenza u l-prevedibbiltà tat-tul ta’ żmien li x’aktarx tieħu investigazzjoni għall-għajnuna mill-Istat. Din l-għodda tippermetti li s-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru jaqblu fuq l-iskeda ta’ żmien mistennija ta’ investigazzjoni f’każ speċifiku, u f’xi każijiet ukoll fuq il-perkors li x’aktarx tieħu l-investigazzjoni. Dan jista’ jkun partikolarment utli f’każijiet li għandhom aspetti ġodda, li huma relatati mal-proġetti tan-netwerks ewlenin jew huma teknikament kumplessi, urġenti jew sensittivi.

25.

B’mod partikolari s-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru jistgħu jaqblu dwar dan li ġej:

It-trattament prijoritarju tal-każ bħala parti mill-eżerċizzju tal-portafoll. Fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ pjanifikazzjoni jew ta’ riżorsi (16), jista’ jingħata permess għal trattament ta’ prijorità jekk l-Istat Membru jaċċetta formalment li jiġu sospiżi u tingħata estensjoni għal-limitu ta’ żmien tal-eżami (17) ta’ każijiet oħra mill-portafoll tiegħu;

Liema informazzjoni (18) l-Istat Membru u/jew il-preżunt benefiċjarju tal-għajnuna għanhom jipprovdu lis-servizzi tal-Kummissjoni, u liema tip ta’ ġbir ta’ informazzjoni unilaterali bi ħsiebhom jużaw is-servizzi tal-Kummissjoni fil-każ;

Il-forma u t-tul taż-żmien probabbli tal-valutazzjoni tal-każ mis-servizzi tal-Kummissjoni wara n-notifika tiegħu.

26.

Jekk l-Istat Membru jipprovdi l-informazzjoni kollha miftiehma fil-pront, is-servizzi tal-Kummissjoni se jagħmlu ħilithom biex jikkonformaw maż-żmien li jkun ġie miftiehem reċiprokament għall-investigazzjoni tagħhom tal-każ. Madankollu, jista’ ma jkunx possibbli li wieħed jaħdem f’dan il-perjodu ta’ żmien f’każijiet fejn l-informazzjoni li jipprovdi l-Istat Membru jew il-partijiet terzi tkun tqajjem kwistjonijiet ulterjuri.

4.2.2.   Ambitu u tempestività

27.

Il-Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament, se tintuża, b’mod partikolari, f’każijiet li jinvolvu ħafna aspetti ġodda, jew huma teknikament diffiċli jew sensittivi. F’każijiet bħal dawn, il-Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament se sseħħ fl-aħħar tal-fażi ta’ qabel in-notifika, u tkun segwita min-notifika formali.

28.

Il-Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament tista’ ssir fil-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. F’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru għandu jitlob Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament għal trattament ulterjuri tal-każ.

5.   EŻAMI PRELIMINARI TAL-MIŻURI NNOTIFIKATI

5.1.   Talbiet għal informazzjoni

29.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jibdew l-eżami preliminari tagħhom tal-miżura nnotifikata meta jirċievu n-notifika tagħha. F’każ li jkunu jeħtieġu aktar informazzjoni wara li tkun ġiet notifikata miżura ta’ għajnuna, huma se jibagħtu talba għal informazzjoni lill-Istat Membru. Peress li s-servizzi tal-Kummissjoni jippruvaw jiġbru t-talbiet għall-informazzjoni u peress li l-kuntatti ta’ qabel in-notifika jenħtieġ li jiżguraw li l-Istati Membri jippreżentaw notifiki kompleti (19), talba waħda komprensiva għall-informazzjoni ġeneralment se tkun biżżejjed. It-talba tispjega liema informazzjoni hija meħtieġa u normalment se tintbagħat fi żmien erba’ ġimgħat wara n-notifika formali.

30.

Wara li jkunu rċevew ir-risposta tal-Istat Membru, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jqajmu mistoqsijiet addizzjonali skont il-kontenut tar-risposti u skont in-natura tal-każ. Dan ma jfissirx neċessarjament li l-Kummissjoni ssib diffikultajiet serji fil-valutazzjoni tal-każ.

31.

Jekk l-Istat Membru ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza, is-servizzi tal-Kummissjoni se jibagħtu tfakkira. Jekk, wara tfakkira waħda, l-Istat Membru xorta ma jibgħatx l-informazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinfurmaw lill-Istat Membru li n-notifika hi meqjusa rtirata (20), sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali. Jekk notifika tkun meqjusa li ġiet irtirata, l-Istat Membru jista’ sussegwentement jerġa’ jinnotifika l-miżura bl-informazzjoni nieqsa miżjuda.

32.

Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ġeneralment se tiftaħ din il-proċedura wara massimu ta’ żewġ ċikli ta’ mistoqsijiet. Madankollu, f’xi każijiet jistgħu joħorġu aktar talbiet għal informazzjoni qabel tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont in-natura tal-każ u l-kompletezza u l-kumplessità tal-informazzjoni li jipprovdi l-Istat Membru.

5.2.   Sospensjoni miftiehma tal-investigazzjoni preliminari

33.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jissospendu l-eżami preliminari, pereżempju meta Stat Membru jitlob sospensjoni sabiex tibdel il-miżura ta’ għajnuna biex jinġieb f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jew inkella permezz ta’ ftehim komuni.

34.

Il-perijodu ta’ sospensjoni se jiġi miftiehem minn qabel. Jekk l-Istat Membru ma jkunx issottometta notifika kompleta li tikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fi tmiem dan il-perjodu, is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu l-proċedura mill-punt li fih tkun ġiet sospiża. Is-servizzi tal-Kummissjoni normalment imbagħad jinformaw lill-Istat Membru li n-notifika hi meqjusa li ġiet irtirata, jew immedjatament jiftħu l-proċedura ta’ investigazzjoni formali minħabba li hemm dubji serji dwar jekk il-miżura ta’ għajnuna hix konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u b’hekk hix kompatibbli mas-suq intern.

5.3.   Kuntatti tal-“qagħda attwali” u kuntatti mal-benefiċjarju tal-għajnuna

35.

Fuq talba, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinfurmaw lill-Istat Membru bil-qagħda attwali tal-eżami preliminari ta’ notifika.

36.

L-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li jinvolvi lill-benefiċjarju ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat potenzjali (individwali) fil-kuntatti tal-“qagħda attwali” mal-Kummissjoni, speċjalment f’każijiet importanti b’implikazzjonijiet tekniċi, finanzjarji u relatati ma’ proġett. Is-servizzi tal-Kummissjoni jirrakkomandaw li l-benefiċjarju jiġi involuti f’dawn il-kuntatti. Madankollu, id-deċiżjoni dwar jekk jiġix involut il-benefiċjarju hija f’idejn l-Istat Membru.

6.   PROĊEDURI SSIMPLIFIKATI F’KAŻIJIET SEMPLIĊI

6.1.   Każijiet li jistgħu jiġu suġġetti għal proċeduri ssimplifikati

37.

Jekk każ ikun sempliċi u ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni tista’ taqbel li tittrattah skont proċedura ssimplifikata. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex fi żmien 25 jum mid-data tan-notifika tadotta deċiżjoni f’forma mqassra li tikkonstata li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwix għajnuna jew deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet (21).

38.

Jekk Stat Membru jitlob li tiġi applikata l-proċedura ssimplifikata, is-servizzi tal-Kummissjoni se jiddeċiedu jekk il-każ huwiex adatt għal dan it-trattament proċedurali. Dan jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, meta miżura tkun simili biżżejjed għal miżuri oħra li jkunu ġew approvati f’minn tal-inqas tliet deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati fl-10 snin preċedenti għad-data tan-notifika minn qabel (“id-deċiżjonijiet preċedenti”). Biex jiddeċiedu jekk il-miżura hijiex simili biżżejjed għal dawk ivvalutati f’deċiżjonijiet preċedenti, is-servizzi tal-Kummissjoni se jħarsu lejn il-kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali applikabbli kollha, u b’mod partikolari lejn l-għanijiet u l-istruttura ġenerali tal-miżura, it-tipi ta’ benefiċjarji, l-ispejjeż eliġibbli, il-limiti ta’ kull notifika, l-intensitajiet tal-għajnuna u l-bonusijiet applikabbli (jekk ikun hemm), id-dispożizzjonijiet tal-kumulazzjoni, l-effett tal-inċentiv, u r-rekwiżiti tat-trasparenza.

39.

Ġeneralment, fejn mill-inqas tliet deċiżjonijiet preċedenti huma disponibbli, ikun ċar li l-miżura ma tikkostitwix għajnuna jew li l-miżura ta’ għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern. Madankollu, dan jista’ ma jkunx il-każ f’ċerti ċirkostanzi, pereżempju jekk il-Kummissjoni tkun qed terġa’ tevalwa d-deċiżjonijiet preċedenti fid-dawl tal-każistika reċenti. Peress li tali każijiet jeħtieġ li jiġu eżaminati mill-qrib, is-servizzi tal-Kummissjoni normalment se jirrifjutaw li japplikaw il-proċedura ssimplifikata.

40.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu wkoll jirrifjutaw li japplikaw proċedura ssimplifikata f’każijiet fejn miżura ta’ għajnuna tista’ tibbenefika minnha kumpanija li għandha l-obbligu li tħallas lura l-għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni kkunsidrat bħala illegali u inkompatibbli mas-suq intern (22).

6.2.   Kuntatti ta’ qabel in-notifika għad-determinazzjoni tal-użu tal-proċedura ssimplifikata

41.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jaqblu li japplikaw proċedura simplifikata biss jekk ikunu saru l-kuntatti ta’ qabel in-notifika dwar il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni. F’dan il-kuntest, l-Istat Membru għandu jissottometti formola tal-abbozz tan-notifika li tkun tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi referenzi għal deċiżjonijiet preċedenti, u abbozz ta’ sommarju tan-notifika (23), li hu maħsub għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni.

42.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se japplikaw il-proċedura ssimplifikata biss jekk iqisu li l-formola ta’ notifika tkun, fil-prinċipju, kompleta. Dan ifisser li s-servizzi tal-Kummissjoni fil-prinċipju jkollhom biżżejjed informazzjoni biex japprovaw il-miżura, jekk l-Istat Membru jibbaża n-notifika tiegħu fuq il-formola tal-abbozz tan-notifika inklużi r-riżultati tal-kuntatti ta’ qabel in-notifika.

6.3.   In-notifika u l-pubblikazzjoni tas-sommarju qasir

43.

Il-limitu ta’ żmien ta’ 25 jum għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni f’forma qasira (ara l-Punt 38) jibda jiddekorri meta l-Istat Membru jippreżenta n-notifika. Jintużaw formoli standard ta’ notifika (24) li jintuzaw fil-proċedura ssimplifikata.

44.

Wara li jkunu rċevew in-notifika, is-servizzi tal-Kummissjoni se jippubblikaw sommarju tan-notifika (25) fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni u se jiddikjaraw li l-miżura ta’ għajnuna tista’ tikkwalifika biex tiġi applikata l-proċedura ssimplifikata. Il-partijiet interessati mbagħad se jkollhom 10 ijiem xogħol biex jikkummentaw, b’mod partikolari fuq ċirkostanzi li jistgħu jkunu jeħtieġu eżami aktar bir-reqqa. Jekk parti interessata tqajjem tħassib li prima facie jidher fondat, is-servizzi tal-Kummissjoni se japplikaw il-proċedura normali. Huma se jinformaw lill-Istat Membru u l-partijiet interessati tiegħu.

6.4.   Deċiżjoni f’forma qasira

45.

F’każijiet fejn tiġi applikata proċedura ssimplifikata, il-Kummissjoni normalment se toħrog deċiżjoni f’forma qasira. Il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tadotta deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwix għajnuna jew deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet (26) fi żmien 25 jum ta’ xogħol min-notifika.

46.

Id-Deċiżjoni f’forma qasira jkun fiha sommarju ppubblikat fiż-żmien tan-notifika u valutazzjoni qasira tal-miżura skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, fejn applikabbli, issemmi li hija konformi mal-prattika preċedenti tal-Kummissjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-verżjoni pubblika tad-deċiżjoni se tiġi ppubblikata fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni.

7.   IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

47.

Il-Kummissjoni għandha l-għan li ttejjeb it-trasparenza, il-prevedibbiltà u l-effiċjenza tat-trattament tal-każijiet kumplessi li huma ttrattati taħt il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Għal dan il-għan, se tuża b’mod effiċjenti l-mezzi proċedurali kollha li għandha abbażi tar-Regolament Proċedurali.

7.1.   Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u s-sommarji sinifikanti

48.

Il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tippubblika d-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (“id-deċiżjoni ta’ ftuħ”), flimkien ma’ sommarju (27) fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħha f’każijiet fejn l-Istat Membru ma jitlobx li informazzjoni kunfidenzjali titneħħa mid-deċiżjoni.

49.

Fejn ikun hemm nuqqas ta’ ftehim bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru dwar it-tneħħija ta’ informazzjoni kunfidenzjali mid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji tal-Komunikazzjoni dwar is-segretezza professjonali (28) u se tippubblika d-deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni tagħha (29). L-istess prattika tapplika għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet finali kollha (30).

7.2.   Kummenti tal-partijiet interessati

50.

Il-partijiet interessati, inkluż il-benefiċjarju tal-għajnuna, jistgħu jikkummentaw fuq id-deċiżjoni ta’ ftuħ fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tagħha (31). Is-servizzi tal-Kummissjoni, fil-prinċipju, mhux se jestendu din l-iskadenza jew jaċċettaw sottomissjonijiet wara li tkun għaddiet (32). Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jagħtu estensjoni biss f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, pereżempju jekk il-parti interessata jkollha l-intenzjoni li tippreżenta informazzjoni fattwali partikolarment voluminuża jew jekk ikun sar xi kuntatt mal-parti interessata qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien.

51.

F’ħafna każijiet kumplessi, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jibagħtu kopja tad-deċiżjoni ta’ ftuħ lil partijiet terzi, inklużi assoċjazzjonijiet kummerċjali jew imprenditorjali u jitolbuhom jikkummentaw fuq aspetti speċifiċi tal-każ (33). Il-kooperazzjoni ta’ partijiet interessati hija fuq bażi volontarja. Fl-ittra tagħhom, is-servizzi tal-Kummissjoni se jistiednu lil partijiet interessati sabiex iwieġbu fi żmien xahar sabiex jiżguraw li l-proċedura hija effiċjenti. Il-Kummissjoni se tibgħat l-istess invit għal kummenti lill-benefiċjarju tal-għajnuna.

52.

Sabiex ikunu rispettati d-drittijiet ta’ difiża (34), is-servizzi tal-Kummissjoni se jibagħtu verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ kull kumment li jirċievu mingħand partijiet interessati lill-Istat Membru kkonċernat u se jistiednu lill-Istat Membru sabiex iwieġeb fi żmien xahar. Jekk ma jkunx hemm kummenti min-naħa tal-partijiet interessati, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinformaw lill-Istat Membru f’dan is-sens.

53.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jistiednu lill-Istati Membri biex jaċċettaw il-kummenti tal-partijiet interessati fil-lingwa oriġinali tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jintbagħtu malajr kemm jista’ jkun. Madankollu, is-servizzi tal-Kummissjoni se jipprovdu traduzzjoni jekk Stat Membru jitlobha. Dan jista’ jwassal biex il-proċedura tieħu aktar żmien.

7.3.   Kummenti minn Stati Membri:

54.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jagħmlu ħilithom biex ilestu l-proċedura ta’ investigazzjoni formali malajr kemm jista’ jkun. Għalhekk huma japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament Proċedurali b’mod strett. Jekk Stat Membru ma jippreżentax il-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ jew kummenti li tkun għamlet parti terza fi żmien xahar (35), is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jestendu l-iskadenza b’xahar ieħor, jekk it-talba tal-Istat Membru tkun ġustifikata, u jiddikjaraw li, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, mhux se tingħata estensjoni oħra. Jekk l-Istat Membru ma jibgħatx tweġiba suffiċjenti u sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha (36).

55.

Jekk l-informazzjoni li hi essenzjali biex il-Kummissjoni tasal għal deċiżjoni finali tkun nieqsa fil-każ ta’ għajnuna illegali (jiġifieri jekk għajnuna ġdida li tiddaħħal fis-seħħ hijiex bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat), il-Kummissjoni tista’ toħroġ inġunzjoni (37) li teżiġi li l-Istat Membru jipprovdi l-informazzjoni. Jekk l-Istat Membru ma jirrispondix għal din l-inġunzjoni fiż-żmien preskritt, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni abbażi tal-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha.

7.4.   Talbiet għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru kkonċernat

56.

F’każijiet kumplessi ħafna, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jkollhom bżonn jibagħtu talba għal aktar informazzjoni wara li jkunu rċevew il-kummenti tal-Istat Membru dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ. Il-perjodu għall-Istat Membru biex jirrispondi normalment ikun ta’ xahar.

57.

Jekk Stat Membru ma jweġibx sal-iskadenza, is-servizzi tal-Kummissjoni se jibagħtu tfakkira, filwaqt li jistabbilixxu skadenza finali, li normalment tkun ta’ 20 jum ta’ xogħol. Huma se jinformaw ukoll lill-Istat Membru li, fin-nuqqas ta’ tweġiba xierqa sad-data tal-iskadenza, il-Kummissjoni għandha bosta opzjonijiet skont il-karatteristiċi tal-każ. Din tista’ tosserva li n-notifika hija rtirata (38). Hija tista’ tibgħat talba għal informazzjoni lil sorsi oħra (39). Għal każijiet ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni tista’ toħroġ inġunzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni. Tista’ wkoll tieħu deċiżjoni abbażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha (40).

7.5.   Talbiet għal informazzjoni lil sorsi oħra

58.

Wara li tkun fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali f’każijiet fejn ikun ġie formalment konkluż li l-Istat Membru ma pprovdiex biżżejjed informazzjoni matul l-eżami preliminari, il-Kummissjoni tista’ toħroġ talba għal informazzjoni lil sorsi oħra apparti mill-Istat Membru (41).

59.

Jekk is-servizzi tal-Kummissjoni jixtiequ jitolbu informazzjoni mingħand il-benefiċjarju tal-għajnuna, jeħtieġ li jiksbu l-kunsens espliċitu tal-Istat Membru. L-Istat Membru se jkollu tipikament skadenza qasira biex iwieġeb għal tali talba għal kunsens.

60.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jirrispettaw l-prinċipju tal-proporzjonalità (42) u jitolbu biss informazzjoni minn sorsi oħra, jekk dik l-informazzjoni tkun għad-dispożizzjoni ta’ dawk il-partijiet. Il-partijiet interessati se jkollhom perjodu ta’ żmien raġonevoli, normalment mhux aktar minn xahar, biex jipprovdu l-informazzjoni.

61.

Minbarra t-talbiet għal informazzjoni minn sorsi oħra, il-Kummissjoni għandha wkoll il-kompetenza biex tinvestiga u tiġbor informazzjoni bbażata fuq il-ġurisprudenza tal-qrati tal-UE (43). Din il-kompetenza mhix affettwata mir-regoli speċifiċi li jirregolaw talbiet għal informazzjoni lil sorsi oħra.

7.6.   Sospensjoni ġġustifikata ta’ investigazzjoni formali

62.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jissospendu investigazzjoni formali biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali u bi ftehim mal-Istat Membru. Dan jista’ jkun il-każ jekk Stat Membru jitlob għal sospensjoni sabiex iġib il-proġett tiegħu konformi mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, jew fejn sentenza f’kawża pendenti quddiem il-qrati tal-UE x’aktarx li jkun se jkollha impatt fuq il-valutazzjoni tal-każ.

63.

Sospensjoni formali normalment tingħata darba biss, u għal perjodu miftiehem minn qabel bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru.

7.7.   Adozzjoni tad-deċiżjoni finali u estensjoni ġustifikata tal-investigazzjoni formali

64.

Il-Kummissjoni dejjem tagħmel ħilitha biex tadotta deċiżjoni finali malajr u, safejn possibbli, fi żmien 18-il xahar mill-ftuħ tal-proċedura (44). Din l-iskadenza tista’ tiġi estiża bi ftehim bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru. Estensjoni tista’ tkun xierqa jekk il-każ ikun jikkonċerna għajnuna ġdida jew jekk ikun iqajjem kwistjonijiet legali ġodda.

65.

Sabiex tiżgura l-konformità ma’ din l-iskadenza ta’ 18-il xahar, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tadotta d-deċiżjoni finali mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Istat Membru jippreżenta l-aħħar informazzjoni, jew wara li tgħaddi l-aħħar skadenza.

8.   INVESTIGAZZJONIJIET F’SETTURI TAL-EKONOMIJA U FI STRUMENTI TA’ GĦAJNUNA

66.

Il-Kummissjoni għandha l-kompetenza li twettaq inkjesti settorjali, li fihom se tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità (45). Fi tmiem tali inkjesta, il-Kummissjoni se tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni tagħha fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Istati Membri u tistieden lilhom kif ukoll partijiet ikkonċernati oħrajn biex jikkummentaw fuq ir-rapport fi żmien perjodu ta’ mhux aktar minn xahar.

67.

L-informazzjoni miksuba permezz tal-inkjesta settorjali tista’ tintuża fi proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat, u tista’ twassal biex il-Kummissjoni tniedi investigazzjonijiet dwar miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fuq inizjattiva tagħha stess.

9.   ILMENTI FORMALI

68.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jagħmlu ħilithom biex jittrattaw ilmenti minn partijiet interessati b’mod kemm jista’ jkun effiċjenti u trasparenti, permezz tal-aħjar prattiki deskritti hawn taħt.

9.1.   Il-formola tal-ilment u l-obbligu biex jintwera interess affettwat

69.

L-Artikolu 1(h) tar-Regolament Proċedurali jiddefinixxi partijiet interessati bħala kull Stat Membru u kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu affettwati bl-għoti ta’ għajnuna, b’mod partikolari l-benefiċjarju tal-għajnuna, impriżi li jikkompetu bejniethom u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ. Il-partijiet interessati li jixtiequ jippreżentaw ilment formali lill-Kummissjoni jeħtieġ li jimlew formola ta’ lment (46) u jipprovdu l-informazzjoni kollha mitluba, flimkien ma’ verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment (47). Jekk il-formola tal-ilmenti tkun kompleta u l-parti li tinnotifikaha turi li l-interessi tagħha jistgħu jiġu affettwati bl-għoti tal-għajnuna skont l-Artikolu 1(h) tar-Regolament Proċedurali (48), is-servizzi tal-Kummissjoni se jirreġistraw il-każ bħala lment formali.

70.

Jekk il-parti li tinnotifika ma tipprovdix l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-formola tal-ilmenti jew ma turix li hija għandha interess li taġixxi, is-servizzi tal-Kummissjoni se jikkunsidraw il-preżentazzjoni bħala informazzjoni tas-suq (49). Is-servizzi tal-Kummissjoni se jinfurmaw lill-parti li tinnotifika skont dan. L-informazzjoni dwar is-suq tista’ twassal għal investigazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni.

9.2.   Perjodu ta’ żmien indikattiv u eżitu tal-investigazzjoni ta’ lment formali

71.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jagħmlu ħilithom biex jinvestigaw ilment formali fi żmien mhux vinkolanti ta’ 12-il xahar minn meta jiġi rreġistrat. L-investigazzjoni tista’ tkun itwal abbażi taċ-ċirkustanzi tal-każ, pereżempju jekk is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jeħtieġu li jitolbu lill-ilmentatur, lil Stat Membru jew lil partijiet terzi għal informazzjoni ulterjuri.

72.

Jekk ilment ma jkunx sostanzjat, is-servizzi tal-Kummissjoni se jippruvaw jinformaw lill-ilmentatur fi żmien xahrejn minn meta tirreġistra li ma hemmx raġunijiet suffiċjenti sabiex jiddeċiedu dwar il-każ. Huma se jistiednu lill-ilmentatur biex jippreżenta aktar kummenti sostantivi fi żmien xahar. Jekk l-ilmentatur ma jipprovdix aktar kummenti sal-iskadenza, l-ilment se jiġi meqjus irtirat.

73.

Fir-rigward tal-ilmenti dwar għajnuna approvata u/jew miżuri ta’ għajnuna li ma’ għandhomx għalfejn ikunu notifikati, is-servizzi tal-Kummissjoni se jippruvaw ukoll iwieġbu lill-ilmentatur fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-ilment.

74.

Skont il-volum ta’ xogħol li jkollhom u billi japplikaw id-dritt tagħhom li jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-investigazzjonijiet (50), is-servizzi tal-Kummissjoni se jippruvaw iwettqu waħda minn dawn li ġejjin fi żmien 12-il xahar wara li jiġi rreġistrat l-ilment:

jadottaw deċiżjoni (51), u jibgħatu kopja lill-ilmentatur;

jibagħtu ittra lill-ilmentatur li tistipula l-fehmiet preliminari tagħhom dwar il-miżura abbażi tal-informazzjoni disponibbli (“ittra ta’ valutazzjoni preliminari”); din l-ittra mhix il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni.

75.

Jekk l-ittra ta’ valutazzjoni preliminari tikkonkludi b’mod proviżorju li ma hemm l-ebda għajnuna inkompatibbli, l-ilmentatur jista’ jikkummenta dwar dan fi żmien xahar. Jekk l-ilmentatur ma jikkummentax fiż-żmien stipulat, l-ilment se jiġi meqjus irtirat.

76.

Jekk ilment ikun jikkonċerna għajnuna illegali, is-servizzi tal-Kummissjoni se jfakkru lill-ilmentatur li huwa possibbli li jinbdew proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali, li jistgħu jordnaw li tali għajnuna tiġi sospiża jew irkuprata (52). Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jittrattaw ilmenti formali dwar miżuri ta’ għajnuna li qed jiġu kkontestati quddiem il-qrati nazzjonali bħala prijorità baxxa għal kemm idumu l-proċeduri.

77.

Is-servizzi tal-Kummissjoni normalment, iżda mhux neċessarjament, se jibagħtu l-verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ lmenti ssostanzjati lill-Istat Membru għall-kummenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jistiednu lill-Istati Membri kkonċernati biex jirrispettaw il-limiti ta’ żmien sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom u jipprovdu informazzjoni dwar l-ilmenti. L-ilmenti normalment se jintbagħtu lill-Istat Membru fil-lingwa oriġinali tagħhom. Madankollu, is-servizzi tal-Kummissjoni se jipprovdu traduzzjoni jekk l-Istat Membru jitlob dan. Dan jista’ jwassal biex il-proċedura tieħu aktar żmien.

78.

Is-servizzi tal-Kummissjoni, b’mod sistematiku se jżommu lill-Istati Membri u lill-ilmentaturi infurmati dwar l-ipproċessar jew l-għeluq tal-ilmenti.

10.   PJANI TA’ EVALWAZZJONI

79.

L-effetti pożittivi tal-għajnuna mill-Istat għandhom jissuperaw l-effetti negattivi potenzjali tagħhom fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Biex tiżgura li dan ikun il-każ, il-Kummissjoni tħeġġeġ li ssir evalwazzjoni ex post effettiva ta’ skemi ta’ għajnuna li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet sostanzjali tal-kompetizzjoni. Dan jinkludi skemi ta’ għajnuna b’baġits kbar jew karatteristiċi ġodda, u skemi fi swieq fejn huwa mistenni tibdil sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew regolatorju. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jiddeċiedu matul il-fażi ta’ qabel in-notifika jekk evalwazzjoni hijiex neċessarja. Huma se jinformaw lill-Istat Membru malajr kemm jista’ jkun, sabiex ikollu biżżejjed żmien iħejji pjan ta’ evalwazzjoni.

80.

Għal skemi li jridu jiġu evalwati abbażi tal-GBER (53), l-Istat Membru jrid jinnotifika l-pjan ta’ evalwazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-pjan ta’ evalwazzjoni u, jekk dan jissodisfa l-kundizzjonijiet, tapprovah mill-aktar fis possibbli. Imbagħad se testendi wkoll il-perjodu meta l-iskema tista’ tiġi implimentata skont il-GBER.

81.

Għal skemi notifikati li għandhom jiġu evalwati, l-Istat Membru jrid jippreżenta pjan ta’ evalwazzjoni lill-Kummissjoni fl-istess żmien tan-notifika. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-pjan ta’ evalwazzjoni flimkien mal-iskema nnifisha, u d-deċiżjoni tagħha se tkopri kemm il-pjan kif ukoll l-iskema. Ir-rekwiżiti proċedurali kollha mir-Regolament Proċedurali japplikaw b’mod sħiħ.

11.   MONITORAĠĠ

82.

Il-Kummissjoni żżomm is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżistu fl-Istati Membri taħt rieżami kontinwu (54). Ir-rieżami jsir f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, li jridu jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni (55).

83.

Mis-SAM ’l hawn, l-Istati Membri kellhom possibbiltajiet akbar biex jagħtu għajnuna mingħajr ma jinnotifikawha lill-Kummissjoni, l-aktar minħabba li l-GBER issa japplika għal aktar miżuri. Biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu konformi mar-regoli b’mod konsistenti madwar l-UE, huwa dejjem aktar importanti li l-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ ta’ kif l-Istati Membri japplikaw l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti jew li huma eżentati. Għalhekk, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilixxew proċess annwali ta’ monitoraġġ li matulu jagħżlu kampjun ta’ każijiet ta’ għajnuna mill-Istat għal aktar skrutinju.

84.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jivverifikaw kemm il-konformità tal-iskemi magħżula mal-bażi legali tagħhom kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom (56).

85.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għall-proċess ta’ monitoraġġ permezz ta’ talbiet għal informazzjoni lill-Istati Membri. Normalment l-Istati Membri jkollhom 20 jum ta’ xogħol biex iwieġbu għal dawn it-talbiet. F’każijiet ġustifikati, pereżempju fejn ikun meħtieġ li jingħata ammont eċċezzjonalment kbir ta’ informazzjoni, dan il-perjodu jista’ jkun itwal.

86.

Jekk l-informazzjoni pprovduta ma tkunx biżżejjed biex jiġi konkluż jekk il-miżura hijiex imfassla u implimentata tajjeb, is-servizzi tal-Kummissjoni se jibagħtu aktar t-talbiet għal informazzjoni lill-Istat Membru.

87.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jippruvaw ilestu l-monitoraġġ tal-miżura ta’ għajnuna mill-Istat fi żmien 12-il xahar mill-ewwel talba għal informazzjoni u jinfurmaw lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-eżitu.

12.   KOORDINAZZJONI AĦJAR U SĦUBIJA MAL-ISTATI MEMBRI

88.

Mis-SAM ’l hawn, l-Istati Membri kellhom responsabbiltà akbar fil-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u aktar possibbiltajiet biex jagħtu għajnuna mingħajr ma jinnotifikawha lill-Kummissjoni. Għalhekk, il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat saret aktar importanti.

89.

Sabiex irawmu relazzjonijiet ta’ ħidma aktar mill-qrib mal-Istati Membri, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilew ħafna gruppi ta’ ħidma li jlaqqgħu flimkien rappreżentanti kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni. Dawn il-gruppi ta’ ħidma jiltaqgħu fuq bażi regolari u huma maħsuba biex jiskambjaw informazzjoni dwar l-aspetti prattiċi u t-tagħlimiet meħuda fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Is-servizzi tal-Kummissjoni jipprovdu s-segretarjat għall-gruppi ta’ ħidma.

90.

Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni huma lesti wkoll li jagħtu appoġġ lill-Istati Membri, pereżempju billi jipprovdu gwida informali dwar l-interpretazzjoni tar-regoli l-ġodda. Is-servizzi tal-Kummissjoni jippruvaw ukoll jipprovdu sessjonijiet ta’ taħriġ għall-Istati Membri dwar temi ta’ għajnuna mill-Istat meta mitlub mill-Istati Membri.

91.

Is-servizzi tal-Kummissjoni waqqfu wkoll netwerk ta’ koordinaturi tal-pajjiżi, biex jiffaċilitaw il-kuntatti ta’ kuljum mal-Istati Membri. Il-koordinatur tal-pajjiż huwa punt ta’ kuntatt għall-Istati Membri li jixtiequ jikkomunikaw mas-servizzi tal-Kummissjoni dwar it-trattament tal-każijiet u aspetti oħra tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-koordinaturi tal-pajjiż għandhom ikunu kkupjati fil-komunikazzjoni elettronika dwar kwistjonijiet trażversal, speċjalment dwar l-approċċ għall-portafoll tal-każ.

13.   RIEŻAMI FUTUR

92.

Il-Kummissjoni se tapplika dan il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki lil miżuri nnotifikati u lil miżuri li altrimenti nġiebu għall-attenzjoni tagħha 30 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

93.

Dan il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki, jista’ jiġi rivedut biex jirrifletti:

bidliet fil-miżuri leġiżlattivi, interpretattivi u amministrattivi;

il-każistika rilevanti tal-Qrati tal-UE; jew

l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tiegħu.

94.

Il-Kummissjoni se tinvolvi ruħha, fuq bażi regolari, fi djalogu mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati l-oħra dwar l-applikazzjoni tar-Regolament Proċedurali b’mod ġenerali, u dwar dan il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki b’mod partikolari.

(1)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta' notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli (ĠU L 156, 20.6.2017, p. 1).

(3)  It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat 2017, “Results, trends and observations regarding EU28 State Aid expenditure reports for 2016”, 29.11.17, p. 14.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(5)  Ara l-Istqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni, State aid: Commission gives guidance on local public support measures that do not constitute State aid, IP/16/3141, 21 ta’ Settembru 2016; L-istqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni, Għajnuna mill-Istat: Commission gives guidance on local public support measures that can be granted without prior Commission approval, IP/15/4889, 29 ta’ April 2015.

(6)  Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali, COM/2018/398 final - 2018/0222, 6.6.2018.

(7)  Peress li parti sinifikanti minn dawn il-miżuri koperti mill-Avviż ta’ Proċedura Simplifikata issa huma eżentati minn notifika tal-għajnuna mill-Istat u l-użu ta’ din il-proċedura huwa għaldaqstant limitat ħafna, l-Avviż ta’ Proċedura Simplifikata ġiet integrata f’dan il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki.

(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 136, 16.6.2009, p. 13).

(9)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura Simplifikata għat-trattament ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat (ĠU C 136, 16.6.2009, p. 3).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2282 tas-27 ta’ Novembru 2015 (ĠU L 325, 10.12.2015, p. 1).

(12)  Ara l-Artikolu 4(5) li jirreferi għal deċiżjonijiet skont l-Artikoli 4(2), 4(3) u 4(4) tar-Regolament Proċedurali. Dan il-limitu taż-żmien ma jistax jiġi rispettat meta s-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jridu joħorġu diversi rikjesti għal informazzjoni minħabba notifiki mhux kompleti.

(13)  Fuq il-bażi tal-Artikolu 30 tar-Regolament Proċedurali, il-Kummissjoni hija marbuta bis-segretezza professjonali f’kull proċedura ta’ għajnuna mill-Istat. Dan huwa appoġġat mill-obbligu ġenerali tas-segretezza professjonali stabbilit fl-Artikolu 339 tat-Trattat.

(14)  Għaldaqstant, hija la tikkostitwixxi u lanqas tippreġudika l-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni.

(15)  Attwalment fl-aħħar ta’ Jannar u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena.

(16)  Pereżempju, f’każijiet fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom r-rwol ta’ fond ta’ investiment.

(17)  Ara l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Proċedurali.

(18)  Pereżempju studji jew għarfien espert estern.

(19)  Sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor fil-Pjanifikazzjoni Miftiehma Reċiprokament.

(20)  Abbażi tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Proċedurali.

(21)  Skont l-Artikolu 4(2) jew 4(3) tar-Regolament Proċedurali.

(22)  Fuq il-bażi ta’ ordni ta’ rkupru pendenti tal-Istati Membri, ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 1994, il-Kawża C-188/92, TWD Textilwerke Deggendorf, ECLI:EU:C:1994:90.

(23)  L-Anness ta’ dan il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki.

(24)  L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(25)  Dan is-sommarju huwa bbażat fuq il-formola standard ipprovduta fl-Anness ta’ dan il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki.

(26)  Abbażi tal-Artikolu 4(2) jew 4(3) tar-Regolament Proċedurali.

(27)  Is-“sommarju sinifikanti” huwa maħsub li jkun sommarju qasir tar-raġunijiet li fuqhom il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura. Is-sommarju sinifikanti jiġi tradott fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u ppubblikat flimkien mat-test sħiħ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ fil-Ġurnal Uffiċjali.

(28)  Commission communication on professional secrecy in State aid decisions (Dan id-dokument ma jeżistix bil-Malti.) (ĠU C 297, 9.12.2003, p. 6).

(29)  B’konformità mal-paragrafu 33 tal-Komunikazzjoni dwar is-segretezza professjonali.

(30)  B’konformità mal-paragrafu 34 tal-Komunikazzjoni dwar is-segretezza professjonali.

(31)  L-Artikolu 7(6) tar-Regolament Proċedurali.

(32)  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1) tar-Regolament Proċedurali.

(33)  Skont ġurisprudenza stabbilità, il-Kummissjoni hi ntitolata li tibgħat id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni formali lil partijiet interessati identifikati; ara, pereżempju, il-Kawża T-198/01, Technische Glaswerke Ilmenau vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2004:222, il-paragrafu 195; Il-Kawżi Magħquda C-74/00 P u C-75/00 P, Falck Spa et al vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2002:524, paragrafu 83.

(34)  Kif ukoll b’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Proċedurali.

(35)  L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Proċedurali.

(36)  B’konformità mal-Artikoli 9(7) u 15(1) tar-Regolament Proċedurali.

(37)  L-Artikolu 12 tar-Regolament Proċedurali.

(38)  L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Proċedurali.

(39)  L-Artikolu 7 tar-Regolament Proċedurali.

(40)  L-Artikoli 9(7) u 15(1) tar-Regolament Proċedurali.

(41)  L-Artikolu 7 tar-Regolament Proċedurali.

(42)  L-Artikolu 7 tar-Regolament Proċedurali.

(43)  Pereżempju, fil-Kawża T-198/01, Technische Glaswerke Ilmenau vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2004:222, il-Qorti tal-Prim’ Istanza rrikonoxxiet impliċitament li l-Kummissjoni kellha d-dritt li tagħmel mistoqsijiet lil waħda mill-impriżi li għamlu kummenti wara d-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Bl-istess mod, fil-Kawża T-296/97 Alitalia vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2000:289, il-Qorti tal-Prim’ Istanza wkoll impliċitament aċċettat li l-Kummissjoni setgħet permezz tal-konsulenti esperti maħturin tagħha, tagħmel kuntatt ma’ investituri istituzzjonali sabiex tivvaluta l-kundizzjonijiet tal-investiment tal-Istat Taljan, f’Alitalia.

(44)  L-Artikolu 9(6) tar-Regolament Proċedurali. Skont l-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni mhijiex marbuta bi skadenza f’każ ta’ għajnuna illegali.

(45)  L-Artikolu 25 tar-Regolament Proċedurali.

(46)  L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(47)  Ara l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Proċedurali.

(48)  “Parti interessata” tfisser kull Stat Membru u kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu affettwati bl-għoti ta’ għajnuna, b’mod partikolari l-benefiċjarju tal-għajnuna, impriżi li jikkompetu bejniethom u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ.

(49)  Kif spjegat fil-Premessa 32 fil-preambolu tar-Regolament Proċedurali, “[b]iex jiġu assigurati l-kwalità tal-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni, u fl-istess ħin it-trasparenza u ċ- ċertezza legali, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li lment għandu jissodisfa biex il-Kummissjoni tkun fil-pussess ta’ informazzjoni rigward għajnuna allegatament kontra l-liġi u tniedi l-eżami preliminari. Ilmenti ppreżentati, li ma jissodisfawx dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala informazzjoni ġenerali dwar is-suq, u m’għandhomx bilfors iwasslu għal investigazzjonijiet ex officio”.

(50)  Il-Kawża T-475/04, Bouygues SA vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2007:196, il-paragrafi 158 u 159.

(51)  L-Artikolu 4 tar-Regolament Proċedurali.

(52)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi dwar l-Għajnuna mill-Istat mill-Qrati Nazzjonali (ĠU C 85, 9.4.2009, p. 1).

(53)  L-Artikolu 1(2)(a) tal-GBER jeskludi mill-ambitu tal-iskemi ta’ għajnuna għall-eżenzjoni ta’ kategorija b’baġits annwali ta’ aktar minn EUR 150 miljun, minn sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tagħhom, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx estendiet dan il-perjodu wara l-approvazzjoni ta’ pjan ta’ evalwazzjoni.

(54)  Abbażi tal-Artikolu 108(1) tat-Trattat.

(55)  B’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Proċedurali.

(56)  Jekk l-iskema ġietx fil-fatt implimentata.


ANNESS

Sommarju tan-Notifika: Stedina lil terzi biex jibagħtu l-kummenti tagħhom

Notifika ta’ miżura ta’ Għajnuna mill-Istat

Fid-data … il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ miżura ta’ għajnuna skont l-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tikkonstata li l-miżura nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tal-Proċedura Ssimplifikata skont it-Taqsima 6 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Kodiċi tal-Aħjar Prattiki għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll għall-għajnuna mill-Istat (ĠU C … xx.xx.2018, p. …).

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati biex jibgħatu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-miżura proposta.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-miżura ta’ għajnuna huma dawn li ġejjin:

Numru ta’ referenza tal-għajnuna: SA …

Stat Membru:

Numru ta’ referenza tal-Istat Membru:

Reġjun:

Awtorità awtorizzanti:

Titlu tal-miżura ta’ għajnuna:

Bażi ġuridika nazzjonali:

Bażi proposta tal-Unjoni għall-valutazzjoni: …linji gwida jew prattika stabbilita tal-Kummissjoni kif enfasizzata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (1, 2 u 3).

Tip ta’ miżura: Skema ta’ għajnuna/Għajnuna ad hoc

Emenda ta’ miżura ta’ għajnuna eżistenti:

Tul ta’ żmien (skema):

Data tal-għotja:

Settur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i):

Tip ta’ benefiċjarju (SMEs/impriżi kbar):

Baġit:

Strument tal-għajnuna (għotja, sussidju tar-rata tal-imgħax, …):

Il-kummenti dwar kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni relatati mal-miżura nnotifikata jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem ta’ xogħol wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni u għandhom jinkludu verżjoni mhux konfidenzjali ta’ dawn il-kummenti biex jingħataw lill-Istat Membru kkonċernat u/jew lil partijiet interessati oħra. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks, bil-posta jew bil-posta elettronika taħt n-numru tar-riferenza SA … fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

State Aid Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË

Telefaks +32 22961242

Posta elettronika: stateaidgreffe@ec.europa.eu


19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/28


Avviż ta’ informazzjoni dwar it-terminazzjoni tad-démarches ma’ pajjiżi terzi nnotifikati fit-12 ta’ Diċembru 2014 dwar il-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

(2018/C 253/06)

Il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) temmet id-démarches ma’ Tuvalu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU mibdija fit-12 ta’ Diċembru 2014 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/C 447/11 (1) dwar in-notifika lil Tuvalu li l-Kummissjoni qed tqis il-possibbiltà li Tuvalu jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (2) li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ir-Regolament IUU).

1.   Qafas ġuridiku

Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnotifika lill-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiż li ma jikkooperax. Din in-notifika hija ta’ natura preliminari. In-notifika tal-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiż li ma jikkooperax hija bbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament IUU.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-démarches kollha stipulati fl-Artikolu 32 fir-rigward ta’ dawk il-pajjiżi. B’mod partikolari, fin-notifika l-Kummissjoni għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali ta’ din l-identifikazzjoni, l-opportunità lil dawk il-pajjiżi biex jirrispondu u jipprovdu evidenza li tikkontradixxi l-identifikazzjoni jew, fejn xieraq, pjan ta’ azzjoni għat-titjib u l-miżuri meħuda biex tiġi rrettifikata s-sitwazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħti żmien xieraq lill-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex jirrispondu għan-notifika u żmien xieraq biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.

2.   Proċedura

Fit-12 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni Ewropea nnotifikat lil Tuvalu bil-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

Il-Kummissjoni saħqet li sabiex ma jiġix identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax, Tuvalu kien mistieden jikkoopera mal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ proposta ta’ pjan ta’ azzjoni biex jiġu rrettifikati n-nuqqasijiet identifikati.

Il-Kummissjoni fetħet proċess ta’ djalogu ma’ Tuvalu. Dan il-pajjiż ippreżenta kummenti bil-miktub li tqiesu u ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa.

Tuvalu introduċa l-miżuri meħtieġa għall-waqfien tal-attivitajiet tas-sajd IUU msemmija u l-prevenzjoni ta’ kull attività futura bħal din, u rrettifika kull att jew ommissjoni li wasslu għan-notifika tal-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

3.   Konklużjoni

Għaldaqstant, fiċ-ċirkostanzi partikolari u wara li ġew eżaminati l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-démarches fil-konfront ta’ Tuvalu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dmirijiet imposti fuqu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, u l-azzjonijiet tiegħu biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU, huma b’dan itterminati. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti ġew uffiċjalment informati mill-Kummissjoni.

It-terminazzjoni tad-démarches msemmija hawn fuq ma tipprekludix lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill milli jieħdu passi sussegwenti fil-futur, f’każ li l-elementi fattwali juru li l-pajjiż jonqos milli jaqdi d-dmirijiet imposti fuqu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, u milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.


(1)  ĠU C 447, 13.12.2014, p. 23.

(2)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/29


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 253/07)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Limoges — Lyon (Saint-Exupéry)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Frar 2019 sal-31 ta’ Jannar 2023

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

Il-15 ta’ Ottubru 2018 (12:00, ħin lokali)

Indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Syndicat mixte de l’aeroport de Limoges-Bellegarde

Monsieur Fabrice CREON

Directeur

Tel. +33 555433014/642171178

Posta elettronika: direction@smalb-aeroport.fr

Jew fuq il-pjattaforma tal-profil tax-xerrej ta’ SMALB: https://www.e-marchespublics.com


19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/29


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 253/08)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Limoges — Pariġi (Orly)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Frar 2019 sal-31 ta’ Jannar 2023

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

Il-15 ta’ Ottubru 2018 (12.00, ħin lokali)

Indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

SYNDICAT MIXTE DE L’AEROPORT DE LIMOGES BELLEGARDE

Monsieur Fabrice CREON

Directeur

Tel. +33 555433014/642171178

Posta elettronika: direction@smalb-aeroport.fr

Jew fuq il-pjattaforma tal-profil tax-xerrej ta’ SMALB: https://www.e-marchespublics.com


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/30


Avviż ta’ tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri antidumping li japplikaw għall-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2018/C 253/09)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba saret fl-20 ta’ April 2018 minn tliet produtturi tal-UE (Colombo New Scal S.p.A, Rörets Polska Sp. z.o.o. u Vale Mill (Rochdale) Ltd), magħrufin konġuntament bħala (‘l-applikanti’) li jirrapreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ twavel għall-mogħdija.

Il-verżjoni miftuħa tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ appoġġ għal talba minn produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ dan l-Avviż tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huma twavel għall-mogħdija, kemm jekk bis-saqajn jew mingħajrhom, b’wiċċ jew le minn fejn joħroġ il-fwar u/jew is-sħana u/jew l-arja, inklużi twavel għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u u fejn tisserraħ il-ħadida (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 3924 90 00, ex 4421 99 99, ex 7323 93 00, ex 7323 99 00, ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (kodiċijiet TARIC 3924900010, 4421999910, 7323930010, 7323990010, 8516797010 u 8516900051), u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 695/2013 (3).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu (4) għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping

L-applikanti sostnew li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż konċernat minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Biex jissostanzjaw l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikanti msemmija fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017“Report on Significant Distortions in the Economy of the PRC for the purposes of the trade defence investigations” (Rapport dwar distorsjonijet sinifikanti fl-ekonomija tar-RPĊ għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ) (5), li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi fil-pajjiż ikkonċernat. B’mod partikolari, l-applikanti sostnew li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt reviżjoni huwa potenzjalment affettwat mill-fatturi msemmija, fost l-oħrajn, fil-kapitoli “materja prima u inputs materjali oħra”, u “is-settur tal-azzar” tar-rapport.

Għaldaqstant, fid-dawl tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li jeżistu biżżejjed provi, skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li jissuġġerixxu li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-ispejjeż, l-użu ta’ prezzijiet u spejjeż domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat mhuwiex xieraq, u dan jirrikjedi li jingħata bidu għal investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku.

4.2.    Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara

L-applikanti pprovdew biżżejjed evidenza li l-industrija tal-Unjoni għadha f’sitwazzjoni vulnerabbli. Fost l-oħrajn, il-marġni ta’ profitt tagħhom mar għall-agħar u issa huwa taħt il-profitt fil-mira kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali (6).

L-applikanti jallegaw il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ danni. F’dan ir-rigward, l-applikanti pprovdew evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat u l-potenzjal ta’ faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li jaqilbu faċilment bejn id-diversi prodotti tal-metall, minn prodotti oħra għal twavel għall-mogħdija.

Barra minn hekk, l-applikanti jallegaw li jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu kwalunkwe żieda sostanzjali ulterjuri tal-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li twassal għal aktar dannu għall-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talba (7) fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8).

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabilità ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping

Waqt reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li jkunu saru lejn l-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tikkunsidra jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li t-tkomplija jew ir-rikorrenza tal-esportazzjonijiet bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx tkompli jew terġa’ sseħħ jekk il-miżuri jiskadu.

Għalhekk, il-produtturi kollha tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, irrispettivament jekk ikunux esportaw jew le (9) l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami jew le, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba biex jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness I ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi, se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet it-tagħrif meħtieġ biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se żżid nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li jirriflettu l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jiġi riċevut fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-kampjun.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ (http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2359).

Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ produtturi magħrufa, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”).

5.3.2.   Proċedura addizzjonali fir-rigward tal-pajjiż ikkonċernat soġġett għal distorsjonijiet sinifikanti

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota għall-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti, inkluża l-għażla ta’ pajjiż terz xieraq rappreżentattiv, fejn ikun xieraq, li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw 10 ijiem sabiex jagħtu l-kummenti tagħhom mid-data li fiha dik in-nota tiddaħħal fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiż terz potenzjalment rappreżentattiv huwa t-Turkija. Bl-għan li finalment tagħżel il-pajjiż terz rappreżentant xieraq il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur, jekk hemmx bejgħ u produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u jekk hix disponibbli data rilevanti. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, se tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi li għandhom livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni titlob lill-produtturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat sabiex jipprovdulha l-informazzjoni mitluba f’Anness III ta’ din in-Notifika fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Barra minn hekk, kwalunkwe sottomissjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament Bażiku trid tkun ippreżentata fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Tali informazzjoni fattwali għandha tittieħed esklussivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fi ħdan it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tibgħat ukoll kwestjonarju lill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat.

5.3.3.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (10) (11)

Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wassal għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li jirriflettu l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jiġi riċevut fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-kampjun.

Sabiex tikseb tagħrif li tqis bħala meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ (http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2359).

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabilità ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott rieżaminat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.7 iktar ’l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 7 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li jkunu finalment ntgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ (http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2359).

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

Il-produtturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur tal-Unjoni huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħalma huma l-produtturi esportaturi, l-produtturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti, it-trejdjunjins u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur tal-Unjoni l-ewwel għandhom juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-produtturi esportaturi, il-produtturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-Unjoni li ppreżentaw informazzjoni disponibbli skont il-proċeduri deskritti fis-sezzjonijiet 5.2, 5.3 u 5.4 se jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-partijiet l-oħra jistgħu biss jipparteċipaw fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta huma jagħmlu lilhom infushom magħrufa, u sakemm ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna biex ikollok aċċess.

5.7.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tkun tixtieq tiddiskuti matul is-smigħ. Is-smigħ se jkun limitat għall-kwistjonijiet stabbiliti mill-partijiet interessati bil-miktub minn qabel.

Fil-prinċipju, is-smigħ mhux se jintuża biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u biex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem mal-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara smigħ.

5.9.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża’ l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limited (12) (ristretti)”. Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Limited” (ristretta) huma mitluba li jagħtu sommarji mhux kunfidenzjali skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni ġusta għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista’ tinjora din l-informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni permezz ta’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika

:

TRADE-R693-IRONING-BOARDS-DUMPING@ec.europa.eu

TRADE-R693-IRONING-BOARDS-INJURY@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u f’kull każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

7.   Tressiq tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu biss l-informazzjoni f’perjodi speċifikati fit-taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex tlesti l-investigazzjoni fi żmien l-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhux se taċċetta aktar sottomissjonijiet mingħand partijiet interessati wara t-terminu perentorju għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali jew, jekk applikabbli, wara l-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni addizzjonali finali.

8.   Il-possibbiltà għall-kummenti dwar is-sottomissjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex ikunu garantiti d-drittijiet tad-difiża, il-partijiet interessati għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw fuq l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet oħra interessati. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fis-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati l-oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra, b’reazzjoni għad-divulgazzjoni tas-sejbiet definittivi, jitressqu fi żmien tliet (3) ijiem mill-iskadenza għall-kummenti fuq is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm divulgazzjoni addizzjonali finali, jenħtieġ li l-kummenti ppreżentati minn partijiet interessati oħra bħala reazzjoni għal din id-divulgazzjoni jsiru fi żmien jum wieħed (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar din id-divulgazzjoni ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-perjodu ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni ta’ perjodi ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Kwalunkwe estensjoni tal-perjodi ta’ żmien previsti f’din in-Notifika tista’ tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u se tingħata biss jekk tkun iġġustifikata.

L-estensjonijiet tal-iskadenza biex jitwieġbu l-kwestjonarji jistgħu jkunu mogħtija, jekk debitament iġġustifikati, u se jkunu normalment limitati sa tlett (3) ijiem addizzjonali. Bħala regola, dawn l-estensjonijiet ma għandhomx ikunu aktar minn sebat (7) ijiem. Rigward il-perjodi ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata f’din in-Notifika, l-estensjonijiet se jkunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja l-Kummissjoni minnufih.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-difiża tal-partijiet interessati u terzi persuni li jistgħu jinqalgħu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta issir bil-miktub u li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta għandu jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Fil-prinċipju, dan is-smigħ għandu jsir biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tkun sottomessa fi żmien raġonevoli u b’ħeffa sabiex ma tippreġudikax l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi żmien kmieni possibbli wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet jinstemgħu tard, l-Uffiċjal tas-Smigħ se jeżamina wkoll ir-raġunijiet għat-tali talbiet tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis b’mod xieraq l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jitnieda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

13.   Proċessar ta’ data personali

Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (13)


(1)  ĠU C 362, 26.10.2017, p. 30.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 695/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jħassar l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-Ukraina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 198, 23.7.2013, p. 1).

(4)  It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għat-theddida ta’ dannu materjali jew dewmien materjali tal-istabbiliment ta’ industrija kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku.

(5)  Rapport dwar Distorsjonijet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-RPĊ għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ, 20.12.2017, SWD (2017) 483 final/2 disponibbli fuq: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf.

(6)  L-investigazzjoni oriġinali tfisser l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara li kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005, kif indikat fil-premessa (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007.

(7)  Informazzjoni dwar il-kodiċijiet HS tingħata wkoll fis-sommarju eżekuttiv tat-talba għal rieżami, li huwa disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2359).

(8)  Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu r-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(9)  Produttur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(10)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produttur esportatur. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) parti terza tippossjedi, tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew iktar tal-azzjonijiet bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tkun tikkontrolla lill-persuna l-oħra direttament jew indirettament; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien ikunu jikkontrollaw terza persuna direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(11)  Id-data mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(12)  Dokument “Limited” (ristrett) huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

☐ Verżjoni “Ristretta” (1)

☐ Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

PROĊEDIMENTI ANTI-DUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ TWAVEL TAL-MOGĦDIJA LI JORIĠINAW FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TAL-PRODUTTURI FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni mitluba għall-kampjunar skont il-punt 5.3.1. tan-Notifika ta’ bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Ristretta” (Limited) u l-verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati” (For inspection by interested parties) jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ bidu.

1. IDENTITÀ U DETTALJI TA’ KUNTATT

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem il-kumpanija

Indirizz

Persuna ta’ kuntatt

Indirizz tal-posta elettronika

Telefown

Faks

2. FATTURAT, VOLUM TAL-BEJGĦ, PRODUZZJONI U KAPAĊITÀ TA’ PRODUZZJONI

Għall-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kif definit fit-taqsima 5.1. tan-Notifika ta’ bidu, indika l-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-fatturat fil-munita tal-kontabbiltà tal-kumpanija (il-bejgħ f’esportazzjonijiet lejn l-Unjoni għal kull wieħed mit-28 Stat Membru (2) separatament u kollha f’daqqa, il-bejgħ f’esportazzjonijiet lejn il-bqija tad-dinja (total u l-ikbar 5 pajjiżi importaturi), u l-bejgħ domestiku) u l-volum korrispondenti tal-prodott li qed jiġi rieżaminat kif definit fin-Notifika ta’ bidu u li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat. Indika liema munita qed tintuża.

Tabella I

Fatturat u volum tal-bejgħ

Volum (biċċiet)

Volum (tunnellati)

Valur fil-munita tal-kontabbiltà

(Indika liema munita qed tintuża)

Bejgħ f’esportazzjonijiet lejn l-Unjoni għal kull wieħed mit-28 Stat Membru (*) separatament u kollha f’daqqa, tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, manifatturat mill-kumpanija tiegħek

Total:

Semmi kull Stat Membru:

Bejgħ f’esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, manifatturat mill-kumpanija tiegħek lejn il-bqija tad-dinja

Total:

Semmi l-ħames pajjiżi li l-aktar jimportaw u agħti l-volumi u l-valuri rispettivi

(1) Dan id-dokument huwa għall-użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping).

(2) It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.

Image

Test ta 'immaġni

Volum (biċċiet)

Volum (tunnellati)

Valur fil-munita tal-kontabbiltà

(Indika liema munita qed tintuża)

Il-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami, manifatturat mill-kumpanija tiegħek

(*) żid aktar ringieli jekk dan ikun meħtieġ

Tabella II

Produzzjoni u kapaċità tal-produzzjoni

Volum (biċċiet)

Volum (tunnellati)

Il-produzzjoni kumplessiva tal-kumpanija tiegħek tal-prodott taħt rieżami

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-kumpanija tiegħek tal-prodott taħt rieżami

3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u l-kumpaniji relatati kollha (jekk jogħġbok elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti sottokuntrattwali, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott taħt rieżami, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Relazzjoni

4. INFORMAZZJONI OĦRA

Jekk jogħġbok agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5. ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:

(1) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni jitqiesu li jkunu relatati jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew iktar tal-azzjonijiet bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom ikun jikkontrolla lill-ieħor direttament jew indirettament; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien ikunu jikkontrollaw terza persuna direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. (ĠU L 143, 29.12.2015, p. 558). Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

☐ Verżjoni “Ristretta” (1)

☐ Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

PROĊEDIMENTI ANTI-DUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ TWAVEL TAL-MOGĦDIJA LI JORIĠINAW FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni marbuta mal-kampjunar li saret fil-punt 5.3.3. tan-Notifika ta’ bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni Ristretta (Limited) u l-verżjoni Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (For inspection by interested parties) jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ bidu.

1. IDENTITÀ U DETTALJI TA’ KUNTATT

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem il-kumpanija

Indirizz

Persuna ta’ kuntatt

Indirizz tal-posta elettronika

Telefown

Faks

2. FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Għall-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kif definit fit-Taqsima 5.1. tan-Notifika ta’ bidu, indika l-fatturat totali f’euro (EUR) tal-kumpanija, u l-fatturat u l-volum għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (2) u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat u l-volum korrispondenti tal-prodott taħt rieżami kif definit fin-Notifika ta’ bidu u li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat. Iddikjara l-volum (biċċiet u tunnellati).

Volum (biċċiet)

Volum (tunnellati)

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

Importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami

Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-prodott taħt rieżami

(1) Dan id-dokument huwa għall-użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping).

(2) It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Kroazja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.

Image

Test ta 'immaġni

3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u l-kumpaniji relatati kollha (jekk jogħġbok elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti sottokuntrattwali, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott taħt rieżami, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Relazzjoni

4. INFORMAZZJONI OĦRA

Jekk jogħġbok agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5. ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:

(1) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni jitqiesu li jkunu relatati jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew iktar tal-azzjonijiet bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom ikun jikkontrolla lill-ieħor direttament jew indirettament; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien ikunu jikkontrollaw terza persuna direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. (ĠU L 143, 29.12.2015, p. 558). Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

☐ Verżjoni “Ristretta” (1)

☐ Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

PROĊEDIMENTI ANTI-DUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ TWAVEL TAL-MOGĦDIJA LI JORIĠINAW FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR L-INPUTS UŻATI MILL-MANIFATTURI FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni mitluba għall-kampjunar skont il-punt 5.3.2. tan-Notifika ta’ bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni Ristretta (Limited) u l-verżjoni Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (For inspection by interested parties) jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fis-sezzjoni 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu.

It-talba għal informazzjoni mitluba jenħtieġ li tintbagħat lura lill-Kummissjoni fl-indirizz speċifikat fin-Notifika tal-bidu fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1. IDENTITÀ U DETTALJI TA’ KUNTATT

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem il-kumpanija

Indirizz

Persuna ta’ kuntatt

Indirizz tal-posta elettronika

Telefown

Faks

2. INFORMAZZJONI DWAR L-INPUTS UŻATI MILL-KUMPANIJA TIEGĦEK U KUMPANIJI RELATATI

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-proċess(i) ta’ produzzjoni tal-prodott taħt rieżami.

Jekk jogħġbok elenka l-materjali kollha (mhux maħdumin u pproċessati) u l-enerġija użata fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami kif ukoll il-prodotti sekondarji kollha u l-iskart li huma mibjugħa jew imdaħħla (mill-ġdid) fil-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Fejn xieraq, ipprovdi l-kodiċi (2) korrispondenti tas-Sistema Armonizzata (SA) għal kull wieħed mill-oġġetti mdaħħla fiż-żewġ tabelli. Jekk jogħġbok imla l-Anness separat għal kull kumpanija relatata li tipproduċi l-prodott taħt rieżami fil-każ li l-proċess tal-produzzjoni huwa differenti.

Materja Prima/enerġija

Kodiċi SA

(Żid ringieli addizzjonali jekk meħtieġ)

(1) Dan id-dokument huwa għall-użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping).

(2) Is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, ġeneralment imsejħa s-“Sistema Armonizzata” jew sempliċement “SA” hija nomenklatura tal-prodotti bi skopijiet internazzjonali multipli żviluppati mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO - World Customs Organization).

Image

Test ta 'immaġni

Prodotti sekondarji u skart

Kodiċi SA

(Żid ringieli addizzjonali jekk meħtieġ)

Il-kumpanija b’dan tiddikjara li l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hi korretta sa fejn taf hi.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/44


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9033 — Clearlake Capital Group/Vista/Eagleview Technology Corporation)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 253/10)

1.   

Fil-11 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Clearlake Capital Group (“Clearlake”, l-Istati Uniti)

Vista Equity Partners Management LLC (“Vista”, l-Istati Uniti)

Eagleview Technology Corporation (“Eagleview”, l-Istati Uniti)

Clearlake takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tat-totalità ta’ Eagleview, permezz tax-xiri ta’ ishma. Fid-data tan-notifika, Eagleview hija taħt il-kontroll uniku ta’ Vista. Wara t-tranżazzjoni Eagleview tkun ikkontrollata b’mod konġunt minn Clearlake u Vista.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Clearlake: fond ta’ investiment privat li jiffoka fuq investimenti f’servizzi bbażati fuq is-softwer u t-teknoloġija, industrijali u tal-enerġija, u tal-konsumatur.

—   għal Vista: kumpanija ta’ ekwità privata li tiffoka fuq investimenti f’negozji tas-softwer, tad-data u bbażati fuq it-teknoloġija.

—   għal Eagleview: fornitur ta’ xbihat mill-ajru, software ta’ kejl 3-D, analitika tad-data, u soluzzjonijiet ta’ sistema ta’ informazzjoni ġeografika (“GIS”) għal firxa wiesgħa ta’ utenti inkluż il-gvern, l-assigurazzjoni tal-proprjetà u għad-diżgrazzji u kuntratturi residenzjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9033 — Clearlake Capital Group/Vista/Eagleview Technology Corporation

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/46


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9041 — Hutchison/Wind Tre)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 253/11)

1.   

Fit-12 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CK Hutchison Holdings Limited (“Hutchison”, Ħong Kong),

Wind Tre S.p.A. (“Wind Tre”, l-Italja).

Hutchison takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Wind Tre.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għall-impriża Hutchison: portijiet u servizzi relatati, l-infrastruttura, il-bejgħ lil konsumaturi, l-enerġija, u t-telekomunikazzjoni.

—   għall-impriża Wind Tre: telekomunikazzjoni mobbli u fissi fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9041 — Hutchison/Wind Tre

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Rettifika

19.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/47


Rettifika tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR)

Lista ta’ Stati Membri li jkunu ddeċidew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR għal titjiriet fl-UE

Kif hemm imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (passenger name record, PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja

(Jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika din id-Direttiva għal titjiriet fl-UE, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika fi kwalunkwe mument. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik in-notifika u kwalunkwe revoka tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 196 tat-8 ta’ Ġunju 2018 )

(2018/C 253/12)

F’paġna 29:

Qed jiżdied l-Istat Membru li ġej li kien innotifika lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR f’titjiriet fl-UE:

il-Latvja