ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 251/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8906 — Goodyear/Bridgestone/TireHub) ( 1) |
|
2018/C 251/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8910 — Bouygues/Alpiq InTec and Kraftanlagen München) ( 1) |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2018/C 251/03 CON/2018/26 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2018/C 251/04 |
||
2018/C 251/05 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 251/06 |
||
2018/C 251/07 |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2018 li twaqqaf il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni ta’ Mard Mhux Komunikabbli u li tħassar id-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-mard rari u d-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer ( 1) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8906 — Goodyear/Bridgestone/TireHub)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 251/01)
Fl-4 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8906. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8910 — Bouygues/Alpiq InTec and Kraftanlagen München)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 251/02)
Fil-11 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8910. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/2 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta’ Mejju 2018
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq) u atti legali relatati; u dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)
(CON/2018/26)
(2018/C 251/03)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-23 ta’ Novembru 2017 u l-4 ta’ Diċembru 2017, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq); Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju; Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej; Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; Regolament (UE) Nru 2015/760 dwar il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil; Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u Regolament (UE) Nru 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (1) (aktar ’il quddiem ir-“regolament propost”).
Fl-20 ta’ Novembru 2017 il-BĊE irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (2) (aktar ’il quddiem id-“direttiva proposta”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament u d-direttiva proposti fihom dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti bażiċi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja u l-promozzjoni tal-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas skont l-ewwel u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, u l-kompiti speċifiċi mogħtija lill-BĊE li jikonċernaw is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif imsemmi f’Artikolu 127(6) tat-Trattat. F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Ir-regolament u d-direttiva proposti huma parti minn pakkett komprensiv ta’ proposti biex tissaħħaħ is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) introdotta f’Settembru 2017, li tikkonsisti mit-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej (ASE) u l-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (3). Billi l-pakkett jirrigwarda kompiti differenti mwettqa mis-SEBĊ u mill-BĊE, il-BĊE ser jadotta tliet opinjonijiet separati. Din l-opinjoni għandha. għalhekk, tinqara flimkien ma’ Opinjoni CON/2018/12 tat-2 ta’ Marzu 2018 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regulation (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4) u Opinjoni CON/2018/19 tal-11 ta’ April 2018 dwar proposta għal regolament li jemenda li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati (5).
Osservazzjonijiet ġenerali
Il-BĊE ser jillimita il-kummenti tiegħu għal dawk il-partijiet tal-proposta tal-Kummissjoni li huma relevanti għall-implimentazzjoni tal-poliika monetarja skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, il-promozzjoni tal-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ pagament skont r-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, u għall-kompiti speċifiċi allokati lill-BĊE fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif imsemmi fl-Artikolu 127(6) tat-Trattat.
Il-BĊE jixtieq ifakkar illi infrastrutturi tas-suq finanzjarju li huma siguri u effiċjenti, b’mod partikolari sistemi ta’ kklerjar għal strumenti finanzjarji, huma essenzjali għat-twettiq tal-kompiti bażiċi tas-SEBĊ taħt l-Artikolu 127(2) tat-Trattat, u l-eżerċitar tal-objettiv primarju tiegħu illi tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet taħt l-Artikolu 127(1) tat-Trattat (6).
Għandha tingħata wkoll kunsiderazzjoni lir-rwol tal-BĊE bħala superviżur ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 127(6) TFUE, flimkien mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (7). F’dan ir-rigward, qed jiġi mfakkar illi l-BĊE laqa’ bis-sħiħ il-fatt illi l-proposta EMIR II torbot żewġ voti separati fil-kulleġġi superviżorji mal-BĊE għall-funzjonijiet tiegħu bħala bank ċentrali emittent u bħala s-superviżur prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma membri tal-ikklerjar CCP sinifikanti rispettivament (8).
Il-BĊE ġeneralment jappoġġja l-objettiv tar-regolament propost li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tisħiħ ulterjuri tal Unjoni tas-Swieq tal-Kapital (CMU) (9). Bex jinkiseb l-għan fuq żmien twil tat-tisħiħ u l-integrazzjoni tas-swieq tal-kapital tal-UE, il-BĊE jqis illi jrid ikun hemm ħsieb għal superviżjoni singola ta’, mill-anqas, setturi speċifiċi tas-suq. Dan huwa partikolarment importanti għall-entitajiet u attivitajiet pan-Ewropej sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-infurzar ugwali fl-UE, biex b’hekk jiġi żgurat li ma jkunx hemm tixrid billi jiċċaqilqu attivitajiet min-naħa tal-fruntiera għal oħra (10). Kif propost mill-Kummissjoni, is-superviżjoni singola tista’ tkun meħtieġa wkoll għal fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta kif ukoll għal amministraturi ta’ parametri referenzjarji kritiċi taħt CMU avvjata (11).
Osservazzjonijiet speċifiċi
1. Ir-rwol tal-bank ċentrali tal-ħruġ fi kwistjonijiet CCP
1.1. |
Il-BĊE jappoġġja l-ħtieġa li tiġi rreveduta l-istruttura tal-governanza tal-ESMA. Huwa jqis illi huwa wkoll kruċjali li jiġi inkluż rappreżentant wieħed tal-BĊE, taħt il-mandat ta’ politika monetarja, bħala membru mingħajr vot permanenti tal-Bord tas-Superviżuri. Dan għandu jizgura kooperazzjoni, koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni effettiva bejn awtoritajiet superviżorji u l-BĊE bħala bank ċentrali ta’ ħruġ risponsabbli għall-euro, li hija ta’ importanza ewlenija meta jitqies it-tisħiħ propost għar-rwol tal-bank ċentrali tal-ħruġ fil-proposta EMIR II (12). Il-BĊE jilqa’ l-emendi proposti stipulati fil-proposta EMIR II, li jċċaraw il-kompiti allokati lis-Sessjoni Ezekuttiva CCP, li tagħha il-bank ċentrali tal-ħruġ relevanti huwa membru permanenti mingħajr vot (13). |
1.2. |
Dawn il-bidliet huma neċessarji sabiex jiġu distinti b’mod ċar is-setgħat tat-teħid tad-deċizjonijiet esklussivi tas-Sessjoni Ezekuttiva CCP fi kwistjonijiet CCP minn setgħat assenjati lill-Bord Ezekuttiv tal-AETS fi kwistjonijiet mhux CCP. Minħabba r-rapprezentanza tal-BĊE fis-Sessjoni Ezekuttiva CCP bħala l-bank ċentrali tal-ħruġ, il-BĊE jikkunsidra illi din il-kjarifika ser tippermetti lill-membri tas-SEBĊ biex ikollhom involviment sinifikanti u effettiv fit-teħid tad-deċizjonijiet u l-kondivizjoni ta’ informazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ relevanza diretta għat-twettiq tal-kompiti baziċi tas-SEBĊ, u l-kisba tal-għan ewlieni taz-zamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet (14). |
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Mejju 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2017) 536 final.
(2) COM(2017) 537 final.
(3) COM(2017) 542 finali.
(4) L-Opinjoni CON/2018/12 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU C 120, 6.4.2018, p. 2) L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu
(5) L-Opinjoni CON/2018/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ April 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati, għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Ara l-paragrafu 4.1 tal-Opinjoniu CON/2017/39 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi (ĠU C 385, 15.11.2017, p. 3).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(8) Ara l-paragrafu 1.1 tal-Opinjoni CON/2017/39.
(9) Ara l-paġni 1 u 18 tal-kontrubut tal-Eurosistema għall-Green Paper tal-Kummissjoni “Building a Capital Markets Union”, Frar 2015 (minn hawn ’il quddiem il-“kontribut tal-Eurosistema għall-Green Paper dwar CMU”), disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.
(10) Ara l-paġna 18 tal-kontribut tal-Eurosistema għall-Green Paper dwar CMU.
(11) Ara l-paġna 18 tal-kontribut tal-Eurosistema għall-Green Paper dwar CMU.
(12) Ara l-paragrafu 7 tal-Opinjoni CON/2017/39. Ara wkoll il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill i jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, COM(2017) 208 finali.
(13) Ara l-Emenda għall-proposta gpendenti għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi (proposta tal-Kummissjoni EMIR II), COM(2017) 539/F1, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni fuq www.ec.europa.eu.
(14) Ara l-paragrafu 2.1 tal-Opinjoni CON/2017/39.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2018
li taħtar membru supplenti wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-Greċja
(2018/C 251/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2016 (2), il-Kunsill ħatar 18-il membru u 17-il membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2016 sal-31 ta’ Mejju 2019. |
(2) |
Il-gvern tal-Greċja ppreżenta nomina waħda għal kariga ta’ membru supplenti li trid timtela, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-Greċja għall-perijodu li fadal tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2019:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
Pajjiż |
Membri |
Membri Supplenti |
Il-Greċja |
|
Is-Sur Dimitrios PLATIS |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar, f’data iktar tard, il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LÖGER
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (ĠU C 199, 4.6.2016, p. 5).
18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/7 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ persuna u entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1016, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/1009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2018/C 251/05)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ Ri Hong-sop u d-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet, il-persuna u l-entità li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1016 (2), u fl-Anness XIII għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1009 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Fid-9 ta’ Lulju 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jaġġorna l-informazzjoni relatata mal-persuna u l-entità msemmijin hawn fuq soġġetti għall-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006).
Il-persuna u l-entità kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jkunu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Dik it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
United Nations — Focal point for delisting |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room S-3055 E |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni ara: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1718
B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-informazzjoni aġġornata relatata mal-persuna u l-entità msemmijin hawn fuq għandha tiġi riflessa wkoll fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-persuna u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG RELEX.1.C — Horizontal Issues |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) ĠU L 181, 18.7.2018, p. 86.
(3) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.
(4) ĠU L 181, 18.7.2018, p. 1.
Il-Kummissjoni Ewropea
18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-17 ta’ Lulju 2018
(2018/C 251/06)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1707 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,81 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4540 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88725 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,3003 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1648 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
124,60 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,4875 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,875 |
HUF |
Forint Ungeriż |
323,35 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3007 |
RON |
Leu Rumen |
4,6617 |
TRY |
Lira Turka |
5,6613 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5810 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5403 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1888 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7191 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5941 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 319,73 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,5376 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8324 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3915 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 822,96 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7267 |
PHP |
Peso Filippin |
62,495 |
RUB |
Rouble Russu |
73,1793 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,949 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,5281 |
MXN |
Peso Messikan |
22,1732 |
INR |
Rupi Indjan |
80,1405 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Lulju 2018
li twaqqaf il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni “Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni ta’ Mard Mhux Komunikabbli” u li tħassar id-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-mard rari u d-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 251/07)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 168(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri huma meħtieġa, b’kuntatt mal-Kummissjoni, jikkoordinaw bejniethom il-politiki u l-programmi tagħhom fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista’, b’kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu kull inizjattiva siewja sabiex tinkoraġġixxi dan il-koordinament, b’mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju tal-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perjodiċi. |
(2) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2010 il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa” (1) li jistiednu lill-Istati Membri jidentifikaw u jaqsmu prattiki tajba fil-kura tal-mard kroniku. |
(3) |
Fl-4 ta’ April 2014, il-Kummissjoni adottat “Komunikazzjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti” (2) li stipulat li l-inizjattivi li permezz tagħhom l-Unjoni tkun tista’ tappoġġa lil dawk li jfasslu l-politiki fl-Istati Membri, se jkunu jiffukaw fuq metodi u għodod li jgħinu lill-Istati Membri jiksbu aktar effikaċja, aċċessibbiltà u reżiljenza fis-sistemi tas-saħħa tagħhom. |
(4) |
Fit-22 ta’ Novembru 2016 il-Kummissjoni adottat “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli: Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà” (3) fejn ġie ddikjarat li l-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ li tkun minn ta’ quddiem biex timplimenta l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli li ġiet adottata fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti. B’mod partikolari meta tikkontribwixxi għall-azzjonijiet tal-Għan 3 tal-Iżvilupp Sostenibbli “Jiġu żgurati ħajjiet f’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età” l-Unjoni tkun qed tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri permezz tal-leġiżlazzjoni u inizjattivi oħra dwar is-saħħa pubblika, is-sistemi tas-saħħa u problemi tas-saħħa b’rabta mal-ambjent. Il-Kummissjoni se tgħin lill-Istati Membri jaslu għall-miri ta’ dan l-Għan, b’mod partikolari biex inaqqsu l-mortalità mill-mard kroniku. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jwaqqaf it-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) jistipula li waħda mill-prijoritajiet tematiċi tal-Programm hija l-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard, u t-trawwim ta’ ambjenti li jappoġġaw stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa. L-azzjonijiet f’din il-prijorità jinkludu l-appoġġ għall-kooperazzjoni u għan-netwerking fl-Unjoni b’rabta mal-prevenzjoni u t-titjib tar-reazzjoni għall-mard kroniku inkluż il-kanċer, il-mard relatat max-xjuħija u l-mard newrodeġenerattiv, permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien u ta’ prattiki tajba u permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet konġunti dwar il-prevenzjoni, is-sejba bikrija u l-ġestjoni tal-mard mhux komunikabbli. |
(6) |
Għalhekk, fid-dawl ta’ dawk l-impenji u l-obbligi fil-qasam tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fl-oqsma tal-promozzjoni tas-saħħa, tal-prevenzjoni tal-mard u tal-ġestjoni tal-mard mhux komunikabbli, u li jiġu ddefiniti l-kompiti u l-istruttura tiegħu. |
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301 (5) tistabbilixxi għadd ta’ regoli riveduti għall-gruppi kollha ta’ esperti tal-Kummissjoni. Ir-regoli l-ġodda huma maħsuba biex jinkisbu aktar ċarezza u trasparenza fejn għandu x’jaqsam mal-kompożizzjoni tal-gruppi ta’ esperti. Għaldaqstant, il-kompiti u l-istruttura tal-grupp ta’ esperti dwar il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-ġestjoni tal-mard mhux komunikabbli jenħtieġ li jiġu ddefiniti bi qbil ma’ dik id-Deċiżjoni. |
(8) |
Jenħtieġ li l-grupp ta’ esperti jagħti l-pariri u l-għarfien espert lill-Kummissjoni meta din tkun qed tfassal u timplimenta l-attivitajiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-promozzjoni tas-saħħa, tal-prevenzjoni tal-mard u tal-ġestjoni tal-mard mhux komunikabbli, u jrid jinkoraġġixxi l-iskambju ta’ esperjenzi, politiki u prattiki rilevanti bejn l-Istati Membri u l-partijiet diversi involuti. |
(9) |
Jenħtieġ li l-grupp ta’ esperti jagħti l-pariri lill-Kummissjoni għall-għażla ta’ prattiki tajbin u tal-aħjar prattiki biex din tappoġġa t-trasferiment u t-tisħiħ tagħhom fl-Istati Membri billi tuża l-Programm tas-Saħħa tal-UE jew strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni. |
(10) |
Jenħtieġ li l-grupp ta’ esperti jgħin lill-Istati Membri jilħqu l-Għan 3 tal-Iżvilupp Sostenibbli, u b’mod partikolari jnaqqsu l-mortalità prematura mill-mard mhux komunikabbli. |
(11) |
Jenħtieġ li l-grupp ta’ esperti jagħti l-pariri lill-Kummissjoni meta tkun qed tfittex li tikkoordina l-attivitajiet li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-mortalità prematura mill-mard mhux komunikabbli. |
(12) |
Jenħtieġ li l-grupp ta’ esperti jagħti l-pariri lill-Kummissjoni dwar kif tħeġġeġ l-użu tar-riżultati tar-riċerka fl-oqsma tal-promozzjoni tas-saħħa, tal-prevenzjoni tal-mard u tal-ġestjoni tal-mard mhux komunikabbli. |
(13) |
Jenħtieġ li l-grupp ta’ esperti jikkoordina l-attivitajiet tiegħu ma’ dawk tal-grupp ta’ esperti dwar l-informazzjoni dwar is-saħħa (EGHI) li jagħti l-pariri lill-Kummissjoni dwar il-ħtiġiet ta’ informazzjoni dwar is-saħħa, soluzzjonijiet tekniċi u prijoritajiet għat-tfassil ta’ politiki dwar is-saħħa bbażati fuq l-evidenza. B’mod partikolari, il-grupp ta’ esperti jenħtieġ li juża l-għarfien tal-EGHI meta jkun qed jivvaluta l-proċessi u r-riżultati tat-trasferiment u tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki. |
(14) |
Biex jiġu żgurati t-trasferiment u l-implimentazzjoni effikaċi tal-aħjar prattiki u tal-interventi ta’ politika fost il-pajjiżi, il-grupp ta’ esperti jenħtieġ li jkun magħmul minn awtoritajiet tal-Istati Membri. |
(15) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-grupp ta’ esperti. |
(16) |
Id-data personali jenħtieġ li tiġi pproċessata mill-grupp ta’ esperti skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(17) |
Billi l-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni “Il-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-ġestjoni ta’ mard mhux komunikabbli” se jittratta kwistjonijiet li fil-preżent huma fil-mandat tal-grupp ta’ esperti dwar il-mard rari, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2013 li tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar Mard Rari u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/872/KE (“id-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar mard rari”) (7) u tal-grupp ta’ esperti dwar il-kontroll tal-kanċer stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2014 li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer u li tħassar id-Deċiżjoni 96/469/KE (“id-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer”) (8), jenħtieġ li dawk id-Deċiżjonijiet jitħassru. |
(18) |
Jixraq li jiġi ffissat perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Fi żmien propizju, il-Kummissjoni se tikkunsidra kemm hu xieraq li tingħata estensjoni. |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
Twaqqaf il-grupp ta’ esperti “Il-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-ġestjoni ta’ mard mhux komunikabbli” (“il-grupp”).
Artikolu 2
Kompiti
Il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:
(a) |
li jgħin u jagħti l-pariri lill-Kummissjoni biex tieħu inizjattivi li jippromwovu l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi li jġib miegħu il-mard mhux komunikabbli fl-Unjoni; |
(b) |
li jgħin lill-Kummissjoni biex tagħżel l-aħjar prattiki u tgħin lill-Istati Membri biex jittrasferixxuhom u jkomplu jimplimentawhom fl-oqsma tal-promozzjoni tas-saħħa, tal-prevenzjoni tal-mard u tal-ġestjoni tal-mard mhux komunikabbli billi jużaw il-Programm tas-Saħħa tal-UE jew strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni; |
(c) |
li jappoġġa lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-progress biex jintlaħaq l-Għan 3 tal-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli “Jiġu żgurati ħajjiet f’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età”, u b’mod partikolari l-progress biex titnaqqas il-mortalità mill-mard mhux komunikabbli; |
(d) |
li jagħti l-pariri lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tikkoordina l-attivitajiet li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-mortalità prematura mill-mard mhux komunikabbli; |
(e) |
li jagħti l-pariri lill-Kummissjoni dwar kif tħeġġeġ żieda fl-użu tar-riżultati tar-riċerka fl-oqsma tal-promozzjoni tas-saħħa, tal-prevenzjoni tal-mard u tal-ġestjoni tal-mard mhux komunikabbli; |
(f) |
li jivvaluta r-riżultati tat-trasferiment u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki b’kooperazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Informazzjoni dwar is-Saħħa li se jagħti pariri dwar id-data rilevanti tas-saħħa fl-oqsma tal-promozzjoni tas-saħħa, tal-prevenzjoni tal-mard u tal-ġestjoni tal-mard mhux komunikabbli. |
Artikolu 3
Konsultazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Grupp dwar kull suġġett imsemmi fl-Artikolu 2.
Artikolu 4
Sħubija
1. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn membru wieħed kull Stat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar liema awtorità jkun għażel biex tkun il-membru tal-grupp ta’ esperti.
2. Kull membru għandu jaħtar ir-rappreżentant permanenti tiegħu u rappreżentant alternattiv wieħed, u dawn għandhom ikunu impjegati taċ-ċivil jew uffiċjali pubbliċi. Il-membri għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ għarfien espert.
3. Il-membri jistgħu wkoll jaħtru r-rappreżentanti fuq bażi ad hoc, skont l-aġenda tal-laqgħa tal-grupp.
Artikolu 5
Presidenza
Il-President tal-grupp għandu jkun rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni.
Artikolu 6
Ħidma
1. Il-grupp għandu jaġixxi meta jintalab jagħmel dan mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, jew minn xi dipartiment ieħor tal-Kummissjoni, jekk dan jiġi miftieħem mad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, bi qbil mar-regoli orizzontali.
2. Fil-prinċipju, il-laqgħat tal-Grupp għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni.
3. Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari għandu jipprovdi s-servizzi segretarjali. Jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu uffiċjali tal-Kummissjoni minn dipartimenti oħrajn li jkollhom interess fil-proċedimenti.
4. Bi qbil mad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, il-grupp jista’, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, jiddeċiedi li d-deliberazzjonijiet għandhom ikunu pubbliċi.
5. Il-minuti tad-diskussjoni ta’ kull punt fuq l-aġenda u tal-opinjonijiet mogħtija mill-grupp għandhom ikunu siewja u sħaħ. Il-minuti għandhom jitħejjew mis-Segretarjat taħt ir-responsabbilità tal-President.
6. Il-grupp għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti tiegħu b’kunsens. Meta ssir votazzjoni, ir-riżultat tal-votazzjoni għandu jiġi deċiż b’maġġoranza sempliċi tal-membri. Il-membri li jkunu vvutaw kontra għandhom id-dritt li jkollhom dokument li jiġbor fil-qosor ir-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom mehmuż mal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti.
Artikolu 7
Sottogruppi
1. Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni jista’ jistabbilixxi s-sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta’ termini ta’ referenza ddefiniti mill-Kummissjoni. Is-sottogruppi għandhom jaħdmu skont ir-regoli orizzontali u jirrapportaw lura lill-grupp. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti malli jintlaħaq l-għan tal-mandat tagħhom.
2. Il-membri jistgħu jaħtru impjegati taċ-ċivil jew uffiċjali pubbliċi li mhumiex ir-rappreżentanti permanenti tagħhom fil-grupp ta’ esperti biex jirrappreżentawhom fis-sottogruppi.
Artikolu 8
Esperti mistiedna
Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari jista’ jistieden esperti b’kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogruppi fuq bażi ad hoc.
Artikolu 9
Osservaturi
1. Ir-rappreżentanti tal-istati tal-EFTA li huma partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-grupp.
2. Il-President jista’ jagħti l-istatus ta’ osservaturi lill-pajjiżi kandidati u lil pajjiżi terzi oħrajn meta jkun fl-interess tal-Unjoni li ċerti pajjiżi jkunu involuti fil-ħidma tal-grupp ta’ esperti, b’mod partikolari abbażi ta’ ftehim internazzjonali, ftehim amministrattiv jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-entitajiet pubbliċi maħtura bħala osservaturi għandhom jinnominaw lir-rappreżentanti tagħhom.
3. L-osservaturi u r-rappreżentanti tagħhom jistgħu jkunu awtorizzati mill-President biex jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-grupp u jipprovdu għarfien espert. Madankollu, ma għandhomx ikollhom id-dritt tal-vot u ma għandhomx jieħdu sehem fit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet jew ta’ pariri tal-grupp.
Artikolu 10
Regoli ta’ proċedura
Fuq proposta mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari u bi qbil miegħu, il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri, abbażi tar-regoli ta’ proċedura standard għall-gruppi ta’ esperti, bi qbil mar-regoli orizzontali.
Artikolu 11
Segretezza professjonali u trattament ta’ informazzjoni kklassifikata
Il-membri tal-grupp u tas-sottogruppi, kif ukoll l-esperti mistiedna, huma soġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali, li bis-saħħa tat-Trattati u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, japplika għall-membri kollha tal-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom, u għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-Unjoni, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (9) u (UE, Euratom) 2015/444 (10). Fil-każ li dawn l-obbligi ma jiġux rispettati, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.
Artikolu 12
Trasparenza
1. Il-grupp u s-sottogruppi għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti.
2. Id-data li ġejja dwar il-kompożizzjoni tal-grupp (il-grupp ta’ esperti u s-sottogruppi tiegħu) għandha tiġi ppubblikata fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti:
(a) |
l-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri; |
(b) |
l-ismijiet tal-entitajiet pubbliċi li jkunu osservaturi. |
3. Id-dokumenti rilevanti kollha, bħalma huma l-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti, għandhom ikunu disponibbli fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti inkella permezz ta’ link bejn ir-Reġistru u sit web apposta, fejn tkun tista’ tinstab din l-informazzjoni. L-aċċess għas-siti web apposta ma għandux ikun soġġett għar-reġistrazzjoni tal-utent jew għal xi restrizzjoni oħra. B’mod partikolari, l-aġenda u dokumenti ta’ sfond rilevanti oħra għandhom jiġu ppubblikati fi żmien xieraq qabel il-laqgħa, segwiti minn pubblikazzjoni f’waqtha tal-minuti. Għandha tiġi prevista eċċezzjoni għall-pubblikazzjoni biss meta jitqies li d-divulgazzjoni ta’ dokument iddgħajjef il-protezzjoni ta’ xi interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).
Artikolu 13
Spejjeż tal-laqgħat
1. Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-grupp u tas-sottogruppi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp u tas-sottogruppi għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni. Ir-rimborż għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati lid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Artikolu 14
Tħassir
Id-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar mard rari u d-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer tħassru.
Artikolu 15
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(2) COM(2014) 215 final, 4.4.2014.
(3) COM(2016) 739 final, 22.11.2016.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301 final tat-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2013 li tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar Mard Rari u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/872/KE (ĠU C 219, 31.7.2013, p. 4).
(8) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2014 li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer u li tħassar id-Deċiżjoni 96/469/KE (ĠU C 167, 4.6.2014, p. 4).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).