ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 249

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
16 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 249/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 249/02

Kawża C-655/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2017 minn Berliner Stadtwerke GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-719/16 – Berliner Stadtwerke GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

2

2018/C 249/03

Kawża C-656/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2017 minn Berliner Stadtwerke GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-402/16 – Berliner Stadtwerke GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

2

2018/C 249/04

Kawża C-671/17 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 minn Anastasia-Soultana Gaki mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-27 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-366/16, Gaki vs Europol

3

2018/C 249/05

Kawża C-15/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Jannar 2018 – Finnair PLC vs Igor Turtschin et

3

2018/C 249/06

Kawża C-223/18: Appell ippreżentat fis-27 ta Marzu 2018 minn Deichmann SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-17 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-68/16 – Deichmann vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

3

2018/C 249/07

Kawża C-230/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Tirol (l-Awstrija) fit-30 ta’ Marzu 2018 – PI

4

2018/C 249/08

Kawża C-239/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Thüringer Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2018 – Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH vs Freistaat Thüringen

5

2018/C 249/09

Kawża C-240/18 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 minn Constantin Film Produktion GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-69/17, Constantin Film Produktion GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

6

2018/C 249/10

Kawża C-243/18 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ April 2018 mill-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-561/16, Galocha vs Empresa Común Fusión for Energy

7

2018/C 249/11

Kawża C-245/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Udine (l-Italja) fid-9 ta’ April 2018 – Fallimento Tecnoservice Int. Srl vs Poste Italiane SpA

8

2018/C 249/12

Kawża C-253/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-12 ta’ April 2018 – Stadt Euskirchen vs Rhenus Veniro GmbH & Co. KG

8

2018/C 249/13

Kawża C-255/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-11 ta’ April 2018 – State Street Bank International GmbH vs Banca d’Italia

9

2018/C 249/14

Kawża C-266/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fis-17 ta’ April 2018 – Aqua med sp. z o.o. vs Irena Skóra

10

2018/C 249/15

Kawża C-267/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-17 ta’ April 2018 – Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA vs Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

10

2018/C 249/16

Kawża C-268/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-18 ta’ April 2018 – SC Onlineshop SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor

11

2018/C 249/17

Kawża C-284/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2018 – Equitalia centro SpA vs Poste Italiane SpA

12

2018/C 249/18

Kawża C-286/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Agrenergy Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico

13

2018/C 249/19

Kawża C-287/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Fusignano Due Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico

13

2018/C 249/20

Kawża C-290/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

14

2018/C 249/21

Kawża C-311/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fid-9 ta’ Mejju 2018 – Data Protection Commissioner vs Facebook Ireland Limited, Maximillian Schrems

15

2018/C 249/22

Kawża C-316/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Mejju 2018 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge

17

2018/C 249/23

Kawża C-325/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fis-17 ta’ Mejju 2018 – Hampshire County Council vs C.E., N.E.

18

2018/C 249/24

Kawża C-327/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (Ireland) (l-Irlanda) fit-18 ta’ Mejju 2018 – Minister for Justice and Equality vs R O

19

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 249/25

Kawża T-111/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2018 – Prada vs EUIPO – The Rich Prada International (THE RICH PRADA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE RICH PRADA — Trade marks verbali u figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali PRADA — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Ħsara għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

21

2018/C 249/26

Kawża T-160/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Groningen Seaports et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil sitt portijiet marittimi pubbliċi Olandiżi — Deċiżjoni li tiddikjara s-sistema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

21

2018/C 249/27

Kawża T-210/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Lukash vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukration en Ukraine — Gel des fonds — Liste des personnes, entités et organismes auxquels s’applique le gel des fonds et des ressources économiques — Maintien du nom de la requérante sur la liste — Obligation de motivation — Non-respect des critères d’inscription sur la liste — Erreur de fait — Erreur d’appréciation — Droits de la défense — Droit à un recours effectif — Droit de propriété)

22

2018/C 249/28

Kawża T-340/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Flatworld Solutions vs EUIPO – Outsource Professional Services (Outsource 2 India) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Outsource 2 India — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

23

2018/C 249/29

Kawża T-461/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Kaddour vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Użu ħażin ta’ poter — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata — Ksur tal-Artikolu 266 TFUE — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet fundamentali — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

24

2018/C 249/30

Kawża T-770/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Regolament intern tal-Parlament — Aġir li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment korrett tax-xogħolijiet parlamentari — Sanzjonijiet dixxiplinari ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament — Libertà tal-espressjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ liġi)

25

2018/C 249/31

Kawża T-803/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SALMEX — Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti — Kompetenza tal-Bord tal-Appell sabiex jeżamina ex officio l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 71(1) u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

25

2018/C 249/32

Kawża T-900/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2018 – Casual Dreams vs EUIPO – López Fernández (Dayaday) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dayaday — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti DAYADAY u dayaday — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Reputazzjoni — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti)

26

2018/C 249/33

Kawża T-163/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kampanji promozzjonali simultanji taż-żejt taż-żebbuġa f’pajjiżi terzi, waħda, iffinanzjata mill-FEAG u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mill-Ewropa, l-oħra, iffinanzjata mill-FAEŻR u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej minn Spanja — Nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni taż-żewġ programmi — Dannu materjali — Telf tal-kuntratt u lucrum cessans — Dannu morali — Ħsara għall-immaġni kummerċjali)

27

2018/C 249/34

Kawża T-258/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Arbuzov vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

28

2018/C 249/35

Kawża T-264/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Uponor Innovation vs EUIPO (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SMATRIX — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti AsyMatrix — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b)) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001) — Estensjoni tal-eżami li għandu jsir mill-mill-Bord tal-Appell — Assenza ta’ evalwazzjoni ta’ prova prodotta quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni)

28

2018/C 249/36

Kawża T-302/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (6000) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali 6000 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni)

29

2018/C 249/37

Kawża T-303/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (4000) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali 4000 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni)

30

2018/C 249/38

Kawża T-304/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (5000) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali 5000 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni)

31

2018/C 249/39

Kawża T-314/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 31 ta’ Mejju 2018 – Nosio vs EUIPO (MEZZA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MEZZA — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ kartattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] — Limitazzjoni tal-prodotti — Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 49(1) tar-Regolament 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal smigħ — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)]

31

2018/C 249/40

Kawża T-352/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Regolament intern tal-Parlament — Aġir li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment korrett tax-xogħolijiet parlamentari — Sanzjonijiet dixxiplinari ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament — Libertà tal-espressjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ liġi)

32

2018/C 249/41

Kawża T-393/10 INTP: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni (“Proċedura — Interpretazzjoni ta’ sentenza — Rettifika — Nuqqas li tingħata deċiżjoni)

33

2018/C 249/42

Kawża T-65/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2018 – Westbrae Natural vs EUIPO – Kaufland Warenhandel (COCONUT DREAM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali COCONUT DREAM — Irtirar tal-oppożizzjoni — Tmiem tal-iskop tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2018/C 249/43

Kawża T-465/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2018 – VKR Holding vs EUIPO (VELUX) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VELUX — Rivendikazzjoni tal-anzjanità tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti VELUX — Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell — Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Tmiem tas-suġġett tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2018/C 249/44

Kawża T-228/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Transtec vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Kuntratt qafas ta’ provvista ta’ servizzi lill-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Unjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

35

2018/C 249/45

Kawża T-274/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Klymenko vs Il-Kunsill

35

2018/C 249/46

Kawża T-284/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Arbuzov vs Il-Kunsill

36

2018/C 249/47

Kawża T-285/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill

37

2018/C 249/48

Kawża T-289/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill

38

2018/C 249/49

Kawża T-292/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Il-Portugall vs Il-Kumimssjoni

39

2018/C 249/50

Kawża T-295/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

40

2018/C 249/51

Kawża T-298/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Banco Comercial Português et vs Il-Kummissjoni

41

2018/C 249/52

Kawża T-326/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Herrero Torres vs EUIPO – DZ Licores (CARAJILLO LICOR 43 CUARENTA Y TRES)

42

2018/C 249/53

Kawża T-334/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Bodegas Altun vs EUIPO – Codorníu (ANA DE ALTUN)

43

2018/C 249/54

Kawża T-340/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Gibson Brands vs EUIPO – Wilfer (Forma ta’ kitarra)

44

2018/C 249/55

Kawża T-474/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sowaer vs Il-Kummissjoni

45

2018/C 249/56

Kawża T-787/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – QD vs EUIPO

45

2018/C 249/57

Kawża T-199/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – QD vs EUIPO

45

2018/C 249/58

Kawża T-443/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2018 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni

45

2018/C 249/59

Kawża T-23/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Nova Brands vs EUIPO – Natamil (Natamil)

45


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 249/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 240, 9.7.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 231, 2.7.2018

ĠU C 221, 25.6.2018

ĠU C 211, 18.6.2018

ĠU C 200, 11.6.2018

ĠU C 190, 4.6.2018

ĠU C 182, 28.5.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/2


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2017 minn Berliner Stadtwerke GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-719/16 – Berliner Stadtwerke GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-655/17 P)

(2018/C 249/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Berliner Stadtwerke GmbH (rappreżentanti: O. Spieker u A. Schönfleisch, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tal-31 ta’ Mejju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/2


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2017 minn Berliner Stadtwerke GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-402/16 – Berliner Stadtwerke GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-656/17 P)

(2018/C 249/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Berliner Stadtwerke GmbH (rappreżentanti: O. Spieker u A. Schönfleisch, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tal-31 ta’ Mejju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/3


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 minn Anastasia-Soultana Gaki mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-27 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-366/16, Gaki vs Europol

(Kawża C-671/17 P)

(2018/C 249/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Anastasia-Soultana Gaki (rappreżentant: G. Keisers, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

B’digriet tas-7 ta’ Ġunju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Jannar 2018 – Finnair PLC vs Igor Turtschin et

(Kawża C-15/18)

(2018/C 249/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenuta u rikorrenti fi proċedura ta’ reviżjoni: Finnair PLC

Rikorrenti u konvenuti fi proċedura ta’ reviżjoni: Igor Turtschin, Evgeniya Turtschina, Leon Turtschin

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ġunju 2018.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/3


Appell ippreżentat fis-27 ta Marzu 2018 minn Deichmann SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-17 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-68/16 – Deichmann vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-223/18)

(2018/C 249/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Deichmann SE (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea; Munich, SL

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-17 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-68/17;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO fl-4 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 2345/2014-4;

jew, alternattivament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel ustanza kif ukoll għal dawk tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li s-sentenza appellata tikser minn diversi lati l-Artikolu 5[0](1)(a), u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (li saru l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma ddeterminatx b’mod korrett is-sens tat-terminu “trade mark” imsemmi fl-Artikolu 5[0](1)(a) u fl-Arikolu 15(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

1)

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-importanza u l-konsegwenzi legali tad-determinazzjoni tat-tip ta’ trade mark ikkonċernata. Hija assumiet b’mod żbaljat li l-kwistjoni dwar jekk it-trade mark kinitx waħda ta’ pożizzjoni jew inkella trade mark figurattiva ma kinitx rilevanti. Issa, fil-verità, id-distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ trade marks għandha effett importanti fuq l-iskop tagħhom u l-mod kif dawn jintużaw. L-użu tat-trade mark ikkontestata bħala trade mark figurattiva ikun differenti ħafna mill-użu bħala trade mark ta’ pożizzjoni.

2)

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ma ddeterminatx b’mod korrett l-iskop tat-trade mark ikkontestata, iżda, għall-kuntrarju, tqis li din kienet trade mark ta’ pożizzjoni. It-trade mark ikkontestata hija trade mark figurattiva, peress li din saret applikazzjoni għaliha u sussegwentement ġiet irreġistrata bħala trade mark figurattiva u magħha ma ġiex mehmuża l-ebda deskrizzjoni jew dikjarazzjoni ta’ rinunzja li tissuġġerixxi l-kuntrarju. Is-sempliċi użu ta’ linji mhux kompluti ma jistax jittrasforma trade mark figurattiva fi trade mark ta’ pożizzjoni.

3)

Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li Munich S.L kienet stabbilixxiet użu ġenwin mit-trade mark tagħha billi tat prova tal-bejgħ ta’ żraben miksija b’żewġ strixxi msallba fuq il-ġenb tagħhom. Dan it-tip ta’ użu huma sinonimu ma’ trade mark ta’ pożizzjoni u mhux ma’ trade mark figurattiva bħal dik ikkontestata.


(1)  ĠU 2017 L 154, p. 1.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Tirol (l-Awstrija) fit-30 ta’ Marzu 2018 – PI

(Kawża C-230/18)

(2018/C 249/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Tirol

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PI

Konvenut: Landespolizeidirektion Tirol

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li kull ċittadin tal-Unjoni għandu l-libertà li jfittex xogħol, li jaħdem, li jistabbilixxi ruħu jew li jipprovdi servizzi f’kull Stat Membru, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bħall-Artikolu 19(3) tat-Tiroler Landespolizeigesetz (il-Liġi tal-Pulizija tal-Land ta’ Tirol), ippubblikata fil-LGB1 Nru 60/1976, emendata l-aħħar bil-liġi ppubblikata fil-LGB1 Nru 56/2017, tippermetti lill-organi ta’ awtorità, anki fl-assenza ta’ proċedura amministrattiva preċedenti, jieħdu miżuri ta’ poter dirett u ta’ poter koerċittiv, b’mod partikolari, l-għeluq ta’ stabbiliment fuq il-post, mingħajr ma tali miżuri jkunu sempliċement provviżorji?

2)

Mill-perspettiva ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u ta’ rimedju effettiv, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, possibbilment flimkien mal-Artikoli 41 u 52 tal-istess Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, kif previst fl-Artikolu 19(3) u (4) tal-Liġi tal-Pulizija tal-Land ta’ Tirol, tipprovdi miżuri de facto ta’ poter dirett u ta’ poter koerċittiv, b’mod partikolari l-għeluq ta’ stabbiliment mingħajr dokumentazzjoni u mingħajr konferma lill-persuni kkonċernati?

3)

Mill-perspettiva ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, possibbilment flimkien mal-Artikoli 41 u 52 tal-istess Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, kif previst fl-Artikolu 19(3) u (4) tal-Liġi tal-Pulizija tal-Land ta’ Tirol, għall-finijiet tal-annullament ta’ miżuri de facto ta’ poter dirett u ta’ poter koerċittiv, bħal pereżempju, l-għeluq ta’ stabbilimenti ta’ negozju, teżiġi li l-persuna affettwata minn dawn il-miżuri tressaq talba motivata sabiex tannulla dan l-għeluq?

4)

Mill-perspettiva ta’ rimedju effettiv, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, possibbilment flimkien mal-Artikoli 52 tal-istess Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, kif previst fl-Artikolu 19(4) tal-Liġi tal-Pulizija tal-Land ta’ Tirol, fil-każ ta’ miżura de facto ta’ poter koerċittiv fil-forma tal-għeluq ta’ stabbiliment, tillimita d-dritt li titressaq talba għal annullament għal ċerti kundizzjonijiet?


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Thüringer Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2018 – Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH vs Freistaat Thüringen

(Kawża C-239/18)

(2018/C 249/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Thüringer Oberlandesgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Konvenut: Freistaat Thüringen

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1768/95 (1) jagħti fil-konfront ta’ l-korpi uffiċjali dritt għal informazzjoni li huwa limitat għal informazzjoni dwar speċijiet ta’ pjanti meta t-talba għal informazzjoni ma tkunx titlob ukoll informazzjoni dwar varjetà protetta?

2)

Fil-każ li mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li dritt għal informazzjoni ta’ din in-natura jista’ jiġi eżerċitat:

a)

Ikun hemm korp inkarigat mill-monitoraġġ tal-produzzjoni agrikola fis-sens tal-Artikolu 11(2) (l-ewwel inċiż) tar-Regolament Nru 1768/95 meta l-awtorità tkun inkarigata mill-monitoraġġ tas-sussidji għall-bdiewa permezz ta’ riżorsi tal-Unjoni Ewropea u żżomm, f’dan ir-rigward, data li tirrigwarda hija wkoll speċijiet (tal-pjanti) miksuba mill-bdiewa li jkunu ressqu talba?

b)

Korp uffiċjali għandu dritt jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni mitluba meta l-għoti ta’ din l-informazzjoni jkun jeżiġi li d-data li tinsab għandu tiġi pproċessata u speċifikata minn terz u dan ikun jeħtieġ spiża finanzjarja ta’ madwar EUR 6 000? Huwa rilevanti li l-applikant ikun lest li jieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż inkorsi?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 tal-24 ta’ Lulju li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/6


Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 minn Constantin Film Produktion GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-69/17, Constantin Film Produktion GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-240/18 P)

(2018/C 249/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Constantin Film Produktion GmbH (rappreżentant: E. Saarmann u P. Baronikians, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2018;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.   Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (RTM)

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea żbaljat meta ċaħdet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata, billi bbażat ruħha fuq ir-raġuni assoluta għal rifjut li tinsab fl-Artikolu 7(1)(f) tar-RTM (1). It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma tiksirx il-prinċipji ta’ moralità.

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea wettqet l-iżbalji li ġejjin fl-evalwazzjoni tagħha tal-motivazzjoni tal-qorti tal-istanza inferjuri:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea eżaminat it-trade mark “Fuck you, Goethe” minflok it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni konkreta “Fack Ju Göhte”.

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea assumiet bi żball li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni kien ikkaratterizzat minn vulgarità inerenti, u injorat il-fatt li s-sinjal kompost mid-diversi termini “Fack Ju Göhte” huwa kunċett artistiku oriġinali u distintiv li, minħabba ortografija żbaljata, jinftiehem bħala ċajta u huwa inoffensiv.

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat il-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti li jitkellem bil-Ġermaniż kif stabbilit mill-qorti tal-istanza preċedenti. L-appellanti tat prova tas-suċċess ġenerali tal-film “Fack Ju Göhte” fil-parti tal-Unjoni Ewropea li titkellem bil-Ġermaniż, kif ukoll il-fatt li l-pubbliku rilevanti jassoċja s-sinjal li għalih saret applikazzjoni bħala sors ta’ ferħ u divertiment. Anki l-(ftit) membri tal-pubbliku li qatt ma kienu semgħu bil-film, ma jistgħux iħossuhom urtati mis-sinjal fir-rigward tal-prodotti u servizzi li għalihom jirreferi s-sinjal, għaliex il-kitba fonetika hija biżżejjed sabiex iċċaħħad is-sinjal mill-karattru serju tiegħu. Is-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni ma jeħtieġx li l-pubbliku jaġixxi, ma jirreferix direttament għalih u lanqas ma jinsultah.

2.   Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali

Billi ma applikatx għall-każ partikolari l-evalwazzjonijiet tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea dwar is-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni “DIE WANDERHURE” (Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Mejju 2015 – Każ R 2889/2014-4 – Die Wanderhure) il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea b’mod arbitrarju ttrattat b’mod differenti sitwazzjonijiet ferm simili.

3.   Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba

Billi eżaminat is-sinjal “Fuck you, Goethe”, minflok “Fack Ju Göhte” u billi ma applikatx l-evalwazzjonijiet derivanti mid-deċiżjoni WANDERHUREN, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea adottat deċiżjoni li la kienet prevedibbli u lanqas verifikabbli.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU 2009, L 78, p. 1., kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, ĠU 2017, L 154, p. 1.)


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/7


Appell ippreżentat fit-3 ta’ April 2018 mill-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-561/16, Galocha vs Empresa Común Fusión for Energy

(Kawża C-243/18 P)

(2018/C 249/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: G. Poszler u R. Hanak, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Yosu Galocha

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-561/16 sa fejn din tannulla l-listi ta’ riżerva tal-proċedura ta’ selezzjoni F4E/CA/ST/FGIV/2015/001 u d-deċiżjonijiet tal-Fusion for Energy li tirrekluta lill-kandidati;

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż ta’ dan l-ilment u għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, sa fejn is-sentenza finali tal-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell.

Aggravju u argumenti prinċipali

Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, konsegwentement, ħolqien ta’ żvantaġġ eċċessiv fuq terzi persuni benefiċjarji minn deċiżjoni li rriżultat li kienet illegali.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Udine (l-Italja) fid-9 ta’ April 2018 – Fallimento Tecnoservice Int. Srl vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-245/18)

(2018/C 249/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Udine

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fallimento Tecnoservice Int. Srl

Konvenuta: Poste Italiane SpA

Domanda preliminari

L-Artikoli 74 u 75 tad-Direttiva 2007/64/KE (1), fit-test fis-seħħ fit-3 ta’ Awwissu 2015, dwar l-obbligi u l-limiti tar-responsabilità tal-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas, kif trasposti fid-dritt Taljan mill-Artikoli 24 u 25 tad-Decreto Legislativo n. 11/2010 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 11/2010) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw biss għall-fornitur tas-servizz ta’ ħlas tal-persuna li tordna t-twettiq ta’ tali servizz, jew li japplikaw wkoll għall-fornitur tas-servizz ta’ ħlas tal-benefiċjarju?


(1)  Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-12 ta’ April 2018 – Stadt Euskirchen vs Rhenus Veniro GmbH & Co. KG

(Kawża C-253/18)

(2018/C 249/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadt Euskirchen

Konvenuta: Rhenus Veniro GmbH & Co. KG

Partijiet oħra fil-proċedura: SVE Stadtverkehr Euskirchen GmbH, RVK Regionalverkehr Köln GmbH

Domanda preliminari

Il-punt (e) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1), billi jimponi fuq l-operatur intern l-obbligu li jipprovdi huwa nnifsu l-parti l-kbira tas-servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri, jeskludi li l-operatur intern jordna t-twettiq tal-parti l-kbira ta’ dan is-servizz minn kumpannija li huwa għandu 2,5 % tal-ishma tagħha u li l-ishma l-oħra tagħha huma miżmuma direttament jew indirettament minn awtoritajiet kompetenti oħrajn?


(1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70, ĠU 2007, L 315, p. 1.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-11 ta’ April 2018 – State Street Bank International GmbH vs Banca d’Italia

(Kawża C-255/18)

(2018/C 249/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: State Street Bank International GmbH

Konvenuta: Banca d’Italia

Domandi preliminari

1)

Għandha tiġi inkluża fost il-“bidliet fl-istatus” li ma għandhomx effett, konformement mal-Artikolu 12 tar-Regolament 2015/63 (1), fuq l-obbligu ta’ kontribuzzjoni l-amalgamazzjoni ta’ istituzzjoni, preċedentement suġġetta għas-superviżjoni ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, assorbita mill-kumpannija omm li tappartjeni lil Stat Membru ieħor, amalgamazzjoni li sseħħ matul il-perijodu kontributorju? Din ir-regola għandha tapplika wkoll f’sitwazzjoni fejn l-amalgamazzjoni u l-estinzjoni konsegwenti tal-istituzzjoni seħħew matul is-sena 2015, meta la l-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali u lanqas il-fond nazzjonali ma kienu għadhom formalment istitwiti mill-Istat Membru u meta l-kontribuzzjonijiet kienu għadhom ma ġewx ikkalkolati?

2)

L-Artikolu 12 tar-Regolament 2015/63, moqri flimkien mal-Artikolu 14 tal-istess regolament u mal-Artikoli 103 u 104 tad-Direttiva 2014/59 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki fil-każ ta’ amalgamazzjoni b’assorbiment ta’ kumpannija fi ħdan il-kumpannija omm tagħha li tinsab fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu kontributorju, l-istituzzjoni hija marbuta għall-pagament sħiħ tal-kontribuzzjoni għal din is-sena u mhux għal pagament prorata skont in-numru ta’ xhur li matulhom l-istituzzjoni inkwistjoni kienet suġġetta għas-superviżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-ewwel Stat Membru, b’analoġija ma’ dak previst għall-“istituzzjonijiet taħt superviżjoni ġodda” fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament 2015/63?

3)

Konformement mad-Direttiva 2014/59, mar-Regolament 2015/63 u mal-prinċipji li jirregolaw is-sistema tal-istrumenti ta’ riżoluzzjoni tal-kriżijiet bankarji, ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjoni ordinarja, u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tar-Regolament 2015/63 dwar il-mument ta’ identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet marbuta li jħallsu l-kontribuzzjoni u l-ammont tagħha, huma applikabbli għall-kontribuzzjoni straordinarja, fid-dawl tan-natura tagħha u tal-kundizzjonijiet previsti għall-impożizzjoni tagħha?


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44).

(2)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fis-17 ta’ April 2018 – Aqua med sp. z o.o. vs Irena Skóra

(Kawża C-266/18)

(2018/C 249/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aqua med sp. z o.o. li s-sede tagħha tinsab f’Opalenica

Konvenuta: Irena Skóra

Domandi preliminari

1)

Il-verifika ex officio, mill-qorti nazzjonali, tal-klawżoli kuntrattwali konklużi mal-konsumatur għad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-tilwima, bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kawża Pannon GSM, C-243/08, EU:C:2009:350), għandha tinkludi wkoll il-verifika ta’ klawżoli kuntrattwali li, filwaqt li ċertament jirregolaw il-kwistjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tilwim bejn partijiet, jagħmlu dan biss fis-sens li jirreferu għal-leġiżlazzjoni tad-dritt nazzjonali?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-verifika magħmula mill-qorti għandha tagħti lok għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni fis-sens li tiggarantixxi lill-konsumatur protezzjoni li tirriżulta mill-kontenut tad-Direttiva, jiġifieri l-possibbiltà ta’ teħid ta’ konjizzjoni tat-tilwima mill-qorti li tinsab l-eqreb lejn il-post ta’ domiċilju/residenza abitwali tal-konsumatur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-17 ta’ April 2018 – Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA vs Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

(Kawża C-267/18)

(2018/C 249/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA

Konvenuta: Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 57(4)(g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li x-xoljiment ta’ kuntratt għal xogħlijiet pubbliċi għar-raġuni li parti mix-xogħlijiet ngħatat bħala subappalt mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtorità kontraenti tikkostitwixxi nuqqas sinjifikattiv jew persistenti fit-twettiq ta’ rekwiżit sostantiv taħt kuntratt pubbliku preċedenti li jwassal biex operatur ekonomiku jiġi eskluż milli jipparteċipa fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-18 ta’ April 2018 – SC Onlineshop SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor

(Kawża C-268/18)

(2018/C 249/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Onlineshop SRL

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor

Domandi preliminari

1)

In-Nomenklatura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat bħas-sistemi ta’ navigazzjoni GPS PNI S 506 inkwistjoni f’din il-kawża jaqgħu taħt is-subintestatura tariffarja 852691, subintestatura 852691 20, jew taħt l-intestatura 8528, subintestatura 8528 59 00, ta’ din in-nomenklatura?

2)

Il-verżjonijiet tan-Nomenklatura Magħquda li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 698/2012 (3) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2014 (4) huma rilevanti għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni tariffarja korretta tal-apparat bħas-sistemi ta’ navigazzjoni inkwistjoni f’dan il-każ, fis-sens li jistgħu jiġu applikati b’analoġija għal prodotti li għandhom similaritajiet mas-sistema ta’ navigazzjoni kkonċernata, b’mod partikolari jekk l-applikazzjoni b’analoġija ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tiffavorixxi l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda magħmula mill-amministrazzjoni doganali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU 2016, L 294, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 698/2012 tal-25 ta’ Lulju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2012, L 203, p. 34).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2014 tad- 29 ta’ April 2014 li jemenda ċerti regolamenti dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2014, L 133, p. 43).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2018 – Equitalia centro SpA vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-284/18)

(2018/C 249/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti (u konvenuta inċidentali): Equitalia centro SpA

Konvenuta (u rikorrenti inċidentali): Poste Italiane SpA

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 14 TFUE (ex Artikolu 7D tat-Trattat, li sussegwentement sar l-Artikolu 6 TKE) u 106(2) TFUE (ex Artikolu 90 tat-Trattat, li sussegwentement sar l-Artikolu 86(2) TKE), kif ukoll il-kunċett ta’ “servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali” jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992 u tal-Artikolu 2(18) sa (20) tal-Liġi Nru 662/1996, li tistabbilixxi u żżomm fis-seħħ, inkluż wara l-privatizzazzjoni tas-servizzi bankarji postali (“bancoposta”) offruti minn Poste Italiane SpA, restrizzjoni ta’ attività (sistema ta’ monopolju) favur Poste Italiane SpA li għandha bħala għan il-ġestjoni tas-servizz relatat mal-kont kurrenti postali ddedikat għall-ġbir ta’ taxxa lokali msejħa ICI (taxxa komunali fuq l-immobbli), b’teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ġbir tat-taxxi li, sa minn tal-inqas l-1997, tippermetti lill-persuni taxxabbli u lill-awtoritajiet lokali li jimponu t-taxxi sabiex jagħmlu użu mill-modalitajiet ta’ ħlas u ta’ ġbir permezz tas-sistema bankarja?

2)

Li kieku, b’risposta għall-ewwel domanda, kellu jiġi kkonstatat li l-monopolju legali stabbilit f’din il-kawża jissodisfa l-karatteristiċi tas-servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, l-Artikoli 106(2) TFUE (ex Artikolu 90 tat-Trattat, li sussegwentement sar l-Artikolu 86(2) TKE) u 107(1) TFUE (ex Artikolu 92 tat-Trattat, li sussegwentement sar l-Artikolu 87 TKE), kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna l-kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni bejn miżura legali, meħuda bħala kumpens għat-teħid ta’ responsabbiltà tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, u għajnuna mill-Istat illegali (sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415), jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992, tal-Artikolu 2(18) sa (20) tal-Liġi Nru 662/1996, kif ukoll tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Nru 144/2001 tal-President tar-Repubblika, li jagħtu lil Poste Italiane Spa s-setgħa li b’mod unilaterali tistabbilixxi l-ammont tal-“kummissjoni” dovuta mill-konċessjonarju (l-aġent) tas-servizz ta’ ġbir tal-ICI u li hija applikata għal kull operazzjoni ta’ ġestjoni mwettqa fuq il-kont kurrenti postali stabbilit f’isem il-konċessjonarju, b’teħid kont tal-fatt li, permezz tad-deċiżjoni Nru 57/1996 tal-bord ta’ amministrazzjoni tagħha, Poste Italiane SpA stabbilixxiet l-imsemmija kummissjoni għal 100 lira għall-perijodu mill-1 ta’ April 1997 sal-31 ta’ Mejju 2001 u għal Eur 0,23 għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2001?

3)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE (ex Artikolu 86 tat-Trattat, li sussegwentement sar l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 82 TKE), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenzi tat-13 ta’ Diċembru 1991, GB-Inno-BM, C-18/88, EU:C:1991:474; tal-25 ta’ Ġunju 1998, Dusseldorp et, C-203/96, EU:C:1998:316, u tas-17 ta’ Mejju 2001, TNT Traco, C-340/99, EU:C:2001:281), jipprekludi sett ta’ dispożizzjonijiet bħal dak li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(18) sa (20) tal-Liġi Nru 662/1996, tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Nru 144/2001 tal-President tar-Repubblika u tal-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992, sa fejn il-konċessjonarju (l-aġent) għandu l-obbligu li jħallas il-“kummissjoni”, kif ġiet stabbilita u/jew emendata b’mod unilaterali minn Poste Italiane Spa u sa fejn ma jistax ixolji l-kuntratt ta’ kont kurrenti postali mingħajr ma jikser l-obbligu previst fl-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992, kif ukoll, konsegwentement, l-obbligu ta’ ġbir tal-ICI li għandu jħallas fir-rigward tal-awtorità lokali li timponi t-taxxi?


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Agrenergy Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawża C-286/18)

(2018/C 249/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrenergy Srl

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28/KE (1) għandu jiġi interpretat – anki fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-korp kumplessiv ta’ regoli stabbiliti mid-Direttiva sabiex tinċentiva l-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli – fis-sens li dan jeskludi l-kompatibbiltà, mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-Gvern Taljan li, permezz ta’ digrieti ta’ implimentazzjoni suċċessivi, jipprevedi t-tnaqqis jew saħansitra t-tneħħija tat-tariffi ta’ inċentiva stabbiliti preċedentement?


(1)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Fusignano Due Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawża C-287/18)

(2018/C 249/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fusignano Due Srl

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28/KE (1) għandu jiġi interpretat – anki fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-korp kumplessiv ta’ regoli stabbiliti mid-Direttiva sabiex tinċentiva l-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli – fis-sens li dan jeskludi l-kompatibbiltà, mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-Gvern Taljan li, permezz ta’ digrieti ta’ implimentazzjoni suċċessivi, jipprevedi t-tnaqqis jew saħansitra t-tneħħija tat-tariffi ta’ inċentiva stabbiliti preċedentement?


(1)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/14


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-290/18)

(2018/C 249/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi ma indikatx 7 siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Atlantiku rrikonoxxuti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813/KE (1) tas-7 ta’ Diċembru 2004 u 54 sit ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju rrikonoxxuti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE (2) tad-19 ta’ Lulju 2006, bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni, malajr kemm jista’ jkun u sa mhux iktar tard minn sitt snin, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE (3) dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa;

tiddikjara li, billi ma adottatx il-miżuri ta’ konservazzjoni neċessarji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitat naturali tal-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u tal-ispeċi tal-Anness II preżenti fis-7 siti tar-reġjun bioġeografiku Atlantiku rrikonoxxuti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813/KE tas-7 ta’ Diċembru 2004, u fl-54 sit ta’ importanza Komunitarja tar-reġjun bioġeografiku Mediterranju rrikonoxxuti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2006, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ir-Repubblika Portugiża kellha tindika bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni, 7 siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Atlantiku, irrikonoxxuti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813/KE tas-7 ta’ Diċembru 2004 u 54 sit ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju, irrikonoxxuti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2006, sa mhux iktar tard minn sitt snin mid-data ta’ adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet. Dan it-terminu ddekorra fis-7 ta’ Diċembru 2010 u fid-19 ta’ Lulju 2012 rispettivament. Issa, ir-Repubblika Portugiża ma pproċedietx sabiex tindika s-siti ta’ importanza Komunitarja bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni.

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE jirrikjedi li l-Istati Membri jiffissaw, fir-rigward taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, il-miżuri ta’ konservazzjoni neċessarji, li jkunu jistgħu eventwalment jinvolvu pjanijiet ta’ ġestjoni adegwati, speċifiċi jew integrati fi pjanijiet oħra ta’ ġestjoni, u l-miżuri ta’ regolamentazzjoni, amministrattivi u kuntrattwali adegwati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitat naturali tal-Anness I u tal-ispeċi tal-Anness II preżenti fis-siti.

Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri adottati mir-Repubblika Portugiża, b’mod speċifiku, il-Pjan Settorjali tan-Netwerk Natura 2000, kif ukoll miżuri oħra li għalihom isir riferiment mill-awtoritajiet Portugiżi, ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ekoloġiċi speċifiċi tat-tipi ta’ habitat naturali tal-Anness I u tal-ispeċi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva u, konsegwentement, ma jistgħux jitqiesu bħala “miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2004 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Atlantiku (ĠU 2005, L 269M, p. 150).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju (ĠU 2007, L 142M, p. 64).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fid-9 ta’ Mejju 2018 – Data Protection Commissioner vs Facebook Ireland Limited, Maximillian Schrems

(Kawża C-311/18)

(2018/C 249/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Data Protection Commissioner

Konvenuti: Facebook Ireland Limited, Maximillian Schrems

Domandi preliminari

1)

F’ċirkustanzi li fihom data personali hija ttrasferita minn kumpannija privata ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) lil kumpannija privata f’pajjiż terz għal skop kummerċjali skont id-Deċiżjoni 2010/87/UE (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/2297 (2) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni KKS) u tista’ tiġi pproċessata sussegwentement fil-pajjiż terz mill-awtoritajiet tiegħu għal skopijiet ta’ sigurtà nazzjonali iżda wkoll għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi u tat-twettiq tal-affarijiet barranin tal-pajjiż terz, id-dritt tal-Unjoni Ewropea (inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”)) japplika għat-trasferiment tad-data minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) TUE fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali u d-dispożizzjonijiet tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46/KE (3) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”) fir-rigward tas-sigurtà pubblika, tad-difiża u tas-sigurtà tal-Istat?

2)

(1)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx ksur tad-drittijiet ta’ individwu permezz tat-trasferiment ta’ data mill-Unjoni lejn pajjiż terz skont id-Deċiżjoni KKS fejn din tista’ tiġi pproċessata sussegwentement għal skopijiet ta’ sigurtà nazzjonali, l-istrument ta’ paragun rilevanti għall-finijiet tad-Direttiva huwa:

(a)

il-Karta, it-TUE, it-TFUE, id-Direttiva, il-KEDB (jew xi dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni); jew

(b)

il-liġijiet nazzjonali ta’ Stat Membru wieħed jew iktar?

(2)

Jekk l-istrument ta’ paragun rilevanti huwa l-(b), il-prattiki fil-kuntest tas-sigurtà nazzjonali fi Stat Membru wieħed jew iktar għandhom ukoll jiġu inklużi fl-istrument ta’ paragun?

3)

Sabiex jiġi evalwat jekk pajjiż terz jiżgurax il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ data personali ttrasferita lejn dak il-pajjiż għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva, il-livell ta’ protezzjoni fil-pajjiż terz għandu jiġi evalwat b’riferiment:

(a)

għar-regoli applikabbli fil-pajjiż terz li jirriżultaw mil-liġi nazzjonali jew mill-impenji internazzjonali tiegħu, u għall-prattika maħsuba sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ dawn ir-regoli, li għandhom jinkludu r-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà osservati fil-pajjiż terz;

jew

(b)

għar-regoli msemmija f’(a) flimkien mal-prattiki amministrattivi, regolamentari u ta’ konformità u l-garanziji ta’ politika, il-proċeduri, il-protokolli, il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza u r-rimedji extra-ġudizzjarji kif jinsabu fil-pajjiż terz?

4)

Fid-dawl tal-fatti kkonstatati mill-High Court (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja, l-Irlanda) fir-rigward tad-dritt tal-Istati Uniti, it-trasferiment ta’ data personali mill-Unjoni lejn l-Istati Uniti skont id-Deċiżjoni KKS jikser id-drittijiet tal-individwi taħt l-Artikoli 7 u/jew 8 tal-Karta?

5)

Fid-dawl tal-fatti kkonstatati mill-High Court (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja) fir-rigward tad-dritt tal-Istati Uniti, jekk data personali hija ttrasferita mill-Unjoni lejn l-Istati Uniti skont id-Deċiżjoni KKS:

(a)

il-livell ta’ protezzjoni mogħti mill-Istati Uniti josserva l-kontenut essenzjali tad-dritt ta’ individwu għal azzjoni ġudizzjarja għal ksur tad-drittijiet tiegħu għall-kunfidenzjalità tad-data ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal (a):

(b)

il-limitazzjonijiet imposti mid-dritt tal-Istati Uniti fuq id-dritt ta’ individwu għal azzjoni ġudizzjarja fil-kuntest tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Uniti huma proporzjonati fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 52 tal-Karta u ma jeċċedux dak li huwa neċessarju f’soċjetà demokratika għal skopijiet ta’ sigurtà nazzjonali?

6)

(1)

Liema huwa l-livell ta’ protezzjoni meħtieġ li jingħata lil data personali ttrasferita lejn pajjiż terz skont klawżoli kuntrattwali standard adottati skont deċiżjoni tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 26(4) fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u b’mod partikolari tal-Artikoli 25 u 26 moqrija fid-dawl tal-Karta?

(2)

Liema huma l-aspetti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni dwar jekk il-livell ta’ protezzjoni mogħti lil data ttrasferita lejn pajjiż terz skont id-Deċiżjoni KKS jissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva u tal-Karta?

7)

Il-fatt li l-klawżoli kuntrattwali standard japplikaw bejn l-esportatur tad-data u l-importatur tad-data u ma jorbtux lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż terz li jistgħu jeħtieġu lill-importatur tad-data jipprovdi lis-servizzi ta’ sigurtà tiegħu, għal ipproċessar sussegwenti, id-data personali ttrasferita skont il-klawżoli stipulati fid-Deċiżjoni KKS, jipprekludi l-klawżoli milli joffru garanziji adegwati kif previsti fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva?

8)

Jekk importatur tad-data ta’ pajjiż terz huwa suġġett għal liġijiet ta’ sorveljanza li, fl-opinjoni ta’ awtorità tal-protezzjoni tad-data jiksru l-klawżoli tal-Anness mad-Deċiżjoni KKS jew l-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva u/jew il-Karta, awtorità tal-protezzjoni tad-data hija meħtieġa tuża s-setgħat ta’ infurzar tagħha skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva sabiex tissospendi t-tixrid ta’ data, jew l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat huwa limitat għal każijiet eċċezzjonali biss, fid-dawl tal-premessa 11 tad-Direttiva, jew ukoll awtorità tal-protezzjoni tad-data tista’ tuża d-diskrezzjoni tagħha sabiex ma tissospendix it-tixrid ta’ data?

9)

(1)

Għall-finijiet tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva, id-Deċiżjoni (UE) 2016/1250 (4) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni dwar il-Ħarsien tal-Privatezza”) tikkostitwixxi konstatazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali li torbot lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data u lill-qrati tal-Istati Membri, li skontha l-Istati Uniti tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni fi ħdan it-tifsria tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva minħabba d-dritt nazzjonali tagħha jew minħabba l-impenji internazzjonali li hija daħlet għalihom?

(2)

Jekk dan ma huwiex il-każ, x’rilevanza, jekk ikun il-każ, għandha d-Deċiżjoni dwar il-Ħarsien tal-Privatezza għall-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-garanziji pprovduti lil data ttrasferita lejn l-Istati Uniti li hija ttrasferita skont id-Deċiżjoni KKS?

10)

Fid-dawl tal-konstatazzjonijiet tal-High Court (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja) fir-rigward tad-dritt tal-Istati Uniti, il-ħolqien tal-Ombudsman għall-Ħarsien tal-Privatezza skont l-Anness A għall-Anness III tad-Deċiżjoni dwar il-Ħarsien tal-Privatezza, meta meħud flimkien mas-sistema eżistenti fl-Istati Uniti, jiżgura li l-Istati Uniti tipprovdi azzjoni kompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta lill-persuni li d-data personali tagħhom hija ttrasferita lejn l-Istati Uniti skont id-Deċiżjoni KKS?

11)

Id-Deċiżjoni KKS tikser l-Artikoli 7, 8 u/jew 47 tal-Karta?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2010 dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ dejta personali għall-proċessuri stabbiliti f’pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (ĠU 2010, L 39, p. 5).

(2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2297 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/497/KE u 2010/87/UE dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u lil proċessuri stabbiliti fit-tali pajjiżi, skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2016, L 344, p. 100).

(3)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).

(4)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1250 tat-12 ta’ Lulju 2016 skont id-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-Ħarsien tal-Privatezza UE-U.S. (ĠU 2016, L 207, p. 1).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Mejju 2018 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge

(Kawża C-316/18)

(2018/C 249/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Konvenuti: The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge

Domandi preliminari

1)

Għandha ssir kwalunkwe distinzjoni bejn tranżazzjonijiet eżenti u mhux taxxabbli bl-iskop li jiġi deċiż jekk il-VAT imħallsa għall-iskopijiet ta’ dawn it-tranżazzjonijiet tagħti dritt għal tnaqqis?

2)

Meta jiġġarrbu spejjeż ta’ ġestjoni biss fir-rigward ta’ attività ta’ investiment mhux taxxabbli, huwa madankollu possibbli li ssir ir-rabta neċessarja bejn dawk l-ispejjeż u l-attivitajiet ekonomiċi li huma ssussidjati bid-dħul mill-investiment li jiġi prodott bħala riżultat tal-investimenti, sabiex jiġi permess dritt għal tnaqqis tal-VAT b’riferiment għan-natura u għall-firxa tal-attività ekonomika tal-output li tagħti dritt għal tnaqqis tal-VAT? Sa liema punt huwa rilevanti li jiġi kkunsidrat l-għan li fir-rigward tiegħu ser jiġi użat id-dħul iġġenerat?

3)

Għandha ssir distinzjoni bejn il-VAT imħallsa għall-iskop li jiġi pprovdut il-kapital għal negozju u l-VAT li tipproduċi hija stess fluss tad-dħul, distinta minn kwalunkwe fluss ta’ dħul derivat mill-attività ekonomika tal-output?


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fis-17 ta’ Mejju 2018 – Hampshire County Council vs C.E., N.E.

(Kawża C-325/18)

(2018/C 249/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hampshire County Council

Konvenuti: C.E., N.E.

Domandi preliminari

1)

Meta jkun hemm allegazzjoni li tfal ikunu ttieħdu illegalment mill-pajjiż ta’ residenza abitwali tagħhom b’inizjattiva tal-ġenituri tagħhom u/jew membri oħra tal-familja bi ksur ta’ deċiżjoni ġudizzjarja miksuba minn awtorità pubblika tal-Istat ikkonċernat, din l-awtorità pubblika tista’ titlob li kull deċiżjoni ġudizzjarja li tirrikjedi r-ritorn tat-tfal lejn il-pajjiż inizjali tiġi infurzata mill-qrati ta’ Stat Membru ieħor konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1) jew dan ikun jikkostitwixxi evitar illegali tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament u tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 jew ukoll ikun jikkostitwixxi abbuż ta’ dritt jew ta’ liġi min-naħa tal-awtorità kkonċernata?

2)

F’kawża li tirrigwarda l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, il-qorti adita għandha ġurisdizzjoni testendi t-terminu għall-preżentata ta’ appell previst fl-Artikolu 33(5) fejn id-dewmien essenzjalment ikunu minimi u fejn estensjoni tat-terminu setgħet madankollu tingħata skont id-dritt nazzjonali proċedurali?

3)

Mingħajr ħsara għad-domanda 2), meta awtorità pubblika ta’ Stat terz tneħħi tfal, bħal fil-każ tal-kawża prinċipali, mit-territorju ta’ Stat Membru bis-saħħa ta’ deċiżjoni ta’ infurzar magħmula ex parte konformement mal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 iżda qabel in-notifika ta’ tali deċiżjoni lill-ġenituri, fejn għaldaqstant jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jitolbu sospensjoni mill-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni sakemm jinstema’ l-appell, tali aġir jippreġudika t-tifsira essenzjali tad-dritt li l-ġenituri jisiltu mill-Artikolu 6 KEDB jew l-Artikolu 47 tal-Karta b’tali mod li estensjoni tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors (għall-iskopijiet tal-Artikolu 33(5) ta’ dan ir-regolament) għandha tingħata?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (Ireland) (l-Irlanda) fit-18 ta’ Mejju 2018 – Minister for Justice and Equality vs R O

(Kawża C-327/18)

(2018/C 249/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (Ireland)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: R O

Domandi preliminari

Fid-dawl:

(a)

tal-fatt li r-Renju Unit ta notifika taħt l-Artikolu 50 TUE;

(b)

tal-inċertezzi rigward l-arranġamenti li ser isiru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit sabiex jiġu rregolati r-relazzjonijiet tagħhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit; u

(c)

tal-inċertezzi li jirriżultaw minn dan dwar sa liema punt il-konvenut jista’, fil-prattika, igawdi mid-drittijiet mogħtija mit-Trattati, mill-Karta jew minn kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti fil-każ li huwa jiġi kkonsenjat lill-awtoritajiet tar-Renju Unit u jinżamm il-ħabs wara l-ħruġ tar-Renju Unit;

1.

Stat mitlub huwa meħtieġ li jirrifjuta, skont id-dritt tal-Unjoni, il-konsenja lir-Renju Unit ta’ persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li l-konsenja tagħha huwa, madankollu, obbligatorja skont id-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru:

(i)

f’kull każ?

(ii)

f’ċerti każijiet, skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?

(iii)

f’ebda każ?

2.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija dik imsemmija fil-punt (ii), liema huma l-kriterji u l-elementi li għandhom jiġu evalwati minn qorti fl-Istat mitlub sabiex tiddeċiedi jekk il-konsenja hijiex projbita?

3.

Fil-kuntest tat-tieni domanda, il-qorti tal-Istat mitlub hija meħtieġa tiddifferixxi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew sabiex tistenna iktar preċiżjonijiet dwar is-sistema ġuridika rilevanti li għandha tiġi implementata wara li l-Istat rikjedenti joħroġ mill-Unjoni:

(i)

f’kull każ?

(ii)

f’ċerti każijiet, skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?

(iii)

f’ebda każ?

4.

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija dik imsemmija fil-punt (ii), liema huma l-kriterji jew l-elementi li għandhom jiġu evalwati minn qorti fl-Istat mitlub sabiex tiddeċiedi jekk huwiex obbligatorju li tiddifferixxi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?


Il-Qorti Ġenerali

16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2018 – Prada vs EUIPO – The Rich Prada International (THE RICH PRADA)

(Kawża T-111/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE RICH PRADA - Trade marks verbali u figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali PRADA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Ħsara għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))

(2018/C 249/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Prada SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Rich Prada International PT (Surabaya, l-Indoneżja) (rappreżentant: Y. Zhou, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Jannar 2016 (Każijiet magħquda R 3076/2014-2 u R 3186/2014-2), kif irrettifikata fl-14 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Prada u The Rich Prada International.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Prada SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Groningen Seaports et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-160/16) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil sitt portijiet marittimi pubbliċi Olandiżi - Deċiżjoni li tiddikjara s-sistema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2018/C 249/26)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Groningen Seaports NV (Delfzijl, il-Pajjiżi l-Baxxi) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment E. Pijnacker Hordijk u I. Kieft, sussegwentement A. Kleinhout u C. Zois, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë, B. Stromsky u J. -F. Brakeland, sussegwentement S. Noë u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: J. Langer u M. Bulterman, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/634 tal-21 ta’ Jannar 2016 dwar il-miżura ta’ għajnuna Nru SA.25338 (2014/C) (ex E 3/2008 u ex CP 115/2004) implimentata min-Netherlands – Eżenzjoni mit-taxxa korporattiva għall-intrapriżi pubbliċi (ĠU 2016, L 113, p. 148).

Dispożittiv

1)

Havenbedrijf Moerdijk NV hija ammessa tieħu post Havenschap Moerdijk bħala rikorrenti.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Groningen Seaports NV u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Lukash vs Il-Kunsill

(Kawża T-210/16) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukration en Ukraine - Gel des fonds - Liste des personnes, entités et organismes auxquels s’applique le gel des fonds et des ressources économiques - Maintien du nom de la requérante sur la liste - Obligation de motivation - Non-respect des critères d’inscription sur la liste - Erreur de fait - Erreur d’appréciation - Droits de la défense - Droit à un recours effectif - Droit de propriété”))

(2018/C 249/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Lukash (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u J. P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikol 263 TFUE u intiża għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal- 5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), fit-tieni lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 62, p. 1), fit-tielet lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876 tal-5 ta’ Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 142, p. 30), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/869 tal-5 ta’ Ġunju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 142, p. 1), fir-raba’ lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2016, L 60, p. 1), u, fil-ħames lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2017, L 58, p. 34), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2017, L 58, p. 1), safejn l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż u nżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalhom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Olena Lukash hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Flatworld Solutions vs EUIPO – Outsource Professional Services (Outsource 2 India)

(Kawża T-340/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Outsource 2 India - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 249/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flatworld Solutions Pvt Ltd (Bangalore, l-Indja) (rappreżentanti: S. O. Gillert, K Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes u J. Schumacher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Intervenjenti: Outsource Professional Services Ltd (Friedrichshafen, il-Ġermanja), ammessa sabiex tissostitwixxi l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell (rappreżentant: A. Kempter, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ April 2016 (Każ R 611/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Flatworld Solutions u Outsource2India.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ April 2016 (Każ R 611/2015-4), hija annullata.

(2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Flatworld Solutions Pvt Ltd.

(3)

Outsource Professional Services Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Kaddour vs Il-Kunsill

(Kawża T-461/16) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Użu ħażin ta’ poter - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata - Ksur tal-Artikolu 266 TFUE - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet fundamentali - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”))

(2018/C 249/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Khaled Kaddour (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: V. Davies u V. Wilkinson, solicitors, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bauerschmidt u G. Étienne, sussegwentement J. Bauerschmidt u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 ta’ Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 30), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Khaled Kaddour huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament

(Kawża T-770/16) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Regolament intern tal-Parlament - Aġir li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment korrett tax-xogħolijiet parlamentari - Sanzjonijiet dixxiplinari ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament - Libertà tal-espressjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi”))

(2018/C 249/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Janusz Korwin-Mikke (Józefów, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Cherchi u A. Daoût, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alonso de León u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2016 u tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tal-1 ta’ Awwissu 2016, li jimponu fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza għal perijodu ta’ ta’ għaxart’ijiem u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet kollha tal-Parlament għal perijodu ta’ ħamest’ijiem konsekuttivi u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba l-imsemmija deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tal-1 ta’ Awwissu 2016 hija annullata.

2)

It-talba għal kumpens hija miċħuda.

3)

Janusz Korwin-Mikke u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX)

(Kawża T-803/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SALMEX - Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti - Kompetenza tal-Bord tal-Appell sabiex jeżamina ex officio l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 71(1) u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 249/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Baran, T. St Quintin, S. Wickenden, barristers, E. Morris u R. Jacob, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Celon Pharma S.A. (Łomianki, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krasiński, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2108/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Glaxo Group u Celon Pharma.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2108/2015-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk imġarrba minn Glaxo Group Ltd matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Celon Pharma S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2018 – Casual Dreams vs EUIPO – López Fernández (Dayaday)

(Kawża T-900/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dayaday - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti DAYADAY u dayaday - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Reputazzjoni - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”))

(2018/C 249/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Casual Dreams, SLU (Manrèse, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Ángel López Fernández (Fuensalida, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 375/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Casual Dreams u M.A. López Fernández.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 375/2016-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Casual Dreams, SLU, inklużi dawk sostnuti minnha fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-163/17) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kampanji promozzjonali simultanji taż-żejt taż-żebbuġa f’pajjiżi terzi, waħda, iffinanzjata mill-FEAG u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mill-Ewropa, l-oħra, iffinanzjata mill-FAEŻR u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej minn Spanja - Nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni taż-żewġ programmi - Dannu materjali - Telf tal-kuntratt u lucrum cessans - Dannu morali - Ħsara għall-immaġni kummerċjali”))

(2018/C 249/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Fratini u G. Pandolfi, sussegwentement A. Fratini avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, D. Bianchi u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab essenzjalment minħabba n-nuqqas ta’ koordinazzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni tal-kampanji promozzjonali taż-żejt taż-żebbuġa Ewropew u taż-żejt taż-żebbuġa Spanjol f’pajjiżi terzi (l-Indja, ir-Russja u ċ-Ċina), ikkofinanzjati minn fondi Ewropej, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ eliminazzjoni tad-distorzjonijiet tal-kompetizzjoni u effetti dannużi li rriżultaw minn dan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Arbuzov vs Il-Kunsill

(Kawża T-258/17) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 249/34)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pekař u J. P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34), sa fejn isem ir-rikorrent inżamm fil-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, hija annullata, sa fejn isem Sergej Arbuzov inżamm fil-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Uponor Innovation vs EUIPO

(Kawża T-264/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SMATRIX - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti AsyMatrix - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b)) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001) - Estensjoni tal-eżami li għandu jsir mill-mill-Bord tal-Appell - Assenza ta’ evalwazzjoni ta’ prova prodotta quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni”))

(2018/C 249/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Uponor Innovation AB (Borås, l-Iżvezja) (rappreżentant: A. Kylhammar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Swep International AB (Landskrona, l-Iżvezja) (rappreżentanti: J. Norderyd u C. Sundén, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2017 (Każ R 236/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Swep International u Uponor Innovation.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Marzu 2017 (Każ R 236/2016-2) hija annullata.

2)

Il-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Uponor Innovation fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Swep International AB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Uponor Innovation fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (6000)

(Kawża T-302/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali 6000 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 249/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina) (rappreżentanti: S. Fröhlich u M. Hartmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 (Każ R 656/2016-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Zhejiang Rongpeng Air Tools u Sata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sata GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (4000)

(Kawża T-303/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali 4000 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 249/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina) (rappreżentanti: S. Fröhlich u M. Hartmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 (Każ R 656/2016-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Zhejiang Rongpeng Air Tools u Sata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sata GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (5000)

(Kawża T-304/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali 5000 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 249/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina) (rappreżentanti: S. Fröhlich u M. Hartmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 (Każ R 656/2016-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Zhejiang Rongpeng Air Tools u Sata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sata GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 31 ta’ Mejju 2018 – Nosio vs EUIPO (MEZZA)

(Kawża T-314/17) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MEZZA - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ kartattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] - Limitazzjoni tal-prodotti - Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 49(1) tar-Regolament 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”])

(2018/C 249/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Capostagno u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1518/2016-5) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MEZZA bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nosio SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament

(Kawża T-352/17) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Regolament intern tal-Parlament - Aġir li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment korrett tax-xogħolijiet parlamentari - Sanzjonijiet dixxiplinari ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament - Libertà tal-espressjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi”))

(2018/C 249/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Janusz Korwin-Mikke (Józefów, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Cherchi, A. Daoût u M. Dekleermaker,)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Seyr u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament tal-14 ta’ Marzu 2017 u tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tat-3 ta’ April 2017, li jimponu fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza għal perijodu ta’ 30 jum, ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet kollha tal-Parlament għal perijodu ta’ għaxart’ijiet konsekuttivi u ta’ projbizzjoni ta’ rappreżentazzjoni tal-Parlament għal perijodu ta’ sena u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba l-imsemmija deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tat-3 ta’ April 2017 hija annullata.

2)

It-talba għal kumpens hija miċħuda.

3)

Janusz Korwin-Mikke u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/10 INTP) (1)

((“Proċedura - Interpretazzjoni ta’ sentenza - Rettifika - Nuqqas li tingħata deċiżjoni))

(2018/C 249/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH (Hamm, il-Ġermanja), Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm), Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Stadler, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: V. Bottka, H. Leupold u G. Meessen, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni (T-393/10, EU:T:2015:515) u, sussidjarjament, talba għal rettifika u għal rimedju għal nuqqas li tingħata deċiżjoni li tikkonċerna din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Westfälische Drahtindustrie GmbH, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2018 – Westbrae Natural vs EUIPO – Kaufland Warenhandel (COCONUT DREAM)

(Kawża T-65/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali COCONUT DREAM - Irtirar tal-oppożizzjoni - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 249/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Westbrae Natural, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. McFarland, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kaufland Warenhandel GmbH & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2016 (Każ R 182/2016-2), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kaufland Warenhandel u Westbrae Natural.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Westbrae Natural, Inc., hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2018 – VKR Holding vs EUIPO (VELUX)

(Kawża T-465/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VELUX - Rivendikazzjoni tal-anzjanità tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti VELUX - Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 249/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VKR Holding A/S (Søborg, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Heebøll, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1927/2016-2), dwar talba intiża għar-rivendikazzjoni tal-anzjanità tat-trade mark nazzjonali (Estonjana) identika għat-trade mark verbali “VELUX”, irreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 309, 18.09.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Transtec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-228/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Kuntratt qafas ta’ provvista ta’ servizzi lill-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Unjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 249/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Transtec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2018 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti lil għaxar offerenti l-kuntratt marbut mal-lott Nru 3 tal-kuntratt “kuntratt qafas dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna esterna 2018 (FWC SIEA 2018) 2017/S 128-260026”, bir-referenza EuropeAid/138778/DH/SER/Multi u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tinkludi lir-rikorrenti, b’mod provviżorju, fost l-offerenti magħżula.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/35


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-274/18)

(2018/C 249/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: M. Phelippeau, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors ta’ Oleksandr Viktorovych Klymenko huwa ammissibbli;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-atti kkontestati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju effettiv iggarantiti permezz tal-prinċipji fundamentali tad-dritt Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali sa fejn l-Artikolu 29 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea ma jistax ikun il-bażi legali tal-miżura restrittiva meħuda kontra O. V. Klymenko.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żball ta’ liġi, sa fejn O. V. Klymenko jġib provi li juru l-assenza ta’ bażi fattwali suffiċjenti sabiex jitressqu kwalunkwe proċeduri kriminali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-proprjetà, prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni protett permezz tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u permezz tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/36


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Arbuzov vs Il-Kunsill

(Kawża T-284/18)

(2018/C 249/46)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn tikkonċerna lil Sergej Arbuzov.

tiddikjara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u tikkundannah għall-ispejjeż sostnuti minn Sergej Arbuzov.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni, inter alia, li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma kienx diliġenti biżżejjed u ma tax attenzjoni biżżejjed fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018, u dan peress li qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma indirizzax l-argumenti tar-rikorrent u l-provi li kien ressaq li jimmilitaw favur dan tal-aħħar, u huwa bbaża dik id-deċiżjoni primarjament fuq is-sunt qasir tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina u ma talab ebda informazzjoni addizzjonali dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjonijiet fl-Ukraina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-miżuri restrittivi li ttieħdu kontrih huma sproporzjonati, imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju u jammontaw għal ksur tal-garanziji tad-dritt internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-285/18)

(2018/C 249/47)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Viktor Pavlovič Pšonka (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018, sa fejn dik id-deċiżjoni u dak ir-regolament jikkonċernaw lir-rikorrent.

tiddikjara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u tikkundannah għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

Insostenn tar-rikors tiegħħu, ir-rikorrent isostni, inter alia, li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma kienx diliġenti biżżejjed u ma tax attenzjoni biżżejjed fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018, u dan peress li qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma indirizzax l-argumenti tar-rikorrent u l-provi li kien ressaq li jimmilitaw favur dan tal-aħħar, u huwa bbaża ruħu primarjament fuq is-sunt qasir tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina u ma talab ebda informazzjoni addizzjonali dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjonijiet fl-Ukraina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-miżuri restrittivi li ttieħdu kontrih huma sproporzjonati, imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju u jammontaw għal ksur tal-garanziji tad-dritt internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li fl-adozzjoni tal-miżuri restrittivi d-drittijiet tiegħu għal smigħ xieraq u għall-preżunzjoni ta’ innoċenza nkisru, bħalma nkiser id-dritt tiegħu għall-protezzjoni tal-proprjetà privata.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/38


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-289/18)

(2018/C 249/48)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Artem Viktorovič Pšonka (Kramatorsk, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018, sa fejn dik id-deċiżjoni u dak ir-regolament jikkonċernaw lir-rikorrent.

tiddikjara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u tikkundannah għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

Insostenn tar-rikors tiegħħu, ir-rikorrent isostni, inter alia, li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma kienx diliġenti biżżejjed u ma tax attenzjoni biżżejjed fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018, u dan peress li qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma indirizzax l-argumenti tar-rikorrent u l-provi li kien ressaq li jimmilitaw favur dan tal-aħħar, u huwa bbaża ruħu primarjament fuq is-sunt qasir tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina u ma talab ebda informazzjoni addizzjonali dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjonijiet fl-Ukraina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-miżuri restrittivi li ttieħdu kontrih huma sproporzjonati, imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju u jammontaw għal ksur tal-garanziji tad-dritt internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li fl-adozzjoni tal-miżuri restrittivi d-drittijiet tiegħu għal smigħ xieraq u għall-preżunzjoni ta’ innoċenza nkisru, bħalma nkiser id-dritt tiegħu għall-protezzjoni tal-proprjetà privata.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/39


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Il-Portugall vs Il-Kumimssjoni

(Kawża T-292/18)

(2018/C 249/49)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estevão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 955, tas-27 ta’ Frar 2018, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR), fil-parti li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ċertu nfiq iddikjarat mill-Portugall, li jammonta għal EUR 1 052 101,05, bil-motivazzjoni “Dejn irrappurtat ħażin fit-tabelli tal-Anness III wara li ma ġietx applikata r-regola tal-50/50”;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1) u tal-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1306/2013 (2).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/40


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/18)

(2018/C 249/50)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, I. Pachi, A.-Ev. Vasilopoulou u Eug. Chroni)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ċerti spejjeż tar-Repubblika Ellenika f’ammont totali (gross) ta’ EUR 17 869 131,75 (implikazzjoni għall-baġit ta’ EUR 14 857 076,98) sostnuti u ddikjarati fil-kuntest tal-FAEŻR fir-rigward tal-miżuri 125A, 321 u 322 (ammont gross ta’ EUR 15 631 043,52 u implikazzjoni għall-baġit ta’ EUR 12 618 988,75) u l-miżura 123A (ammont ta’ EUR 2 238 088,23) kif ukoll f’ammont ta’ EUR 588 103,59 [għal spejjeż] sostnuti fil-kuntest tal-FAEG wara l-miżura ta’ kontroll tat-tranżazzjonijiet għas-snin finanzjarji 2011-2014, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi. L-ewwel sitt motivi jirrigwardaw il-korrezzjoni imposta fil-kuntest tal-FAEŻR għall-miżuri 125Α, 321, 322 u 123Α, filwaqt li l-aħħar żewġ motivi jirrigwardaw il-korrezzjoni imposta għal nuqqasijiet fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet skont il-Kapitolu III tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1).

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 52(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-qbiż tal-kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni fir-rigward tal-impożizzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji kontenzjużi u żball ta’ fatt mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-bażi ta’ kalkolu tal-korrezzjoni kontenzjuża.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni, b’mod sussidjarju, ta’ ksur tal-prinċipji ta’ ne bis in idem, ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ aspettattivi leġittimi tal-Istat Membru u ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 71(2) u tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (2), tal-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (3), tad-dispożizzjonijiet tal-programm nazzjonali tal-iżvilupp rurali, adottat mill-Kummissjoni (PŻR 2007-2013), kif ukoll tal-Artikolu 24(2)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 (4), fuq nuqqas ta’ bażi legali u ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball ta’ fatt għal dak li jirrigwarda l-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % li ġiet imposta, fid-dawl tal-fatt li l-awtorità ta’ ġestjoni eżerċitat legalment u b’mod sħiħ il-kompetenzi tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv, b’mod sussidjarju għat-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi tal-Istat Membru u tal-linji gwida msemmija fid-dokumenti VI/5339/1997 u C(2015) 3675 tat-8 ta’ Ġunju 2015 kif ukoll fuq motivazzjoni insuffiċjenti dwar ir-rata ta’ 10 % tal-korrezzjoni b’rata fissa li ġiet imposta.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, fuq żball ta’ fatt u motivazzjoni insuffiċjenti dwar l-allegati nuqqasijiet fl-evalwazzjoni tat-talbiet għal għajnuna mill-awtorità ta’ ġestjoni u l-allegata assenza ta’ kontroll tal-attività ta’ evalwazzjoni, iżda ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fuq żball ta’ fatt u motivazzjoni insuffiċjenti dwar l-allegat nuqqas fl-evalwazzjoni tan-natura raġonevoli tal-ispejjeż.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-korrezzjoni finanzjarja imposta għas-snin finanzjarji mill-2011 sal-2013 għandha tiġi annullata sa fejn hija nieqsa minn bażi legali u minn motivazzjoni, b’mod partikolari għall-2013 sa fejn hija tmur kontra il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

8.

It-tmien motiv, li jinqasam f’ħames partijiet distinti, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-korrezzjoni kontenzjuża ġiet imposta minħabba żball ta’ fatt mill-Kummissjoni b’assenza ta’ motivazzjoni u bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Ellenika.


(1)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2005, L 277, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2006, L 368, p. 15).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU 2011, L 25, p. 8).


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/41


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Banco Comercial Português et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-298/18)

(2018/C 249/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Banco Comercial Português (Porto, il-Portugall), Banco ActivoBank S.A. (Lisbona) u Banco de Investimento Imobiliário S.A. (Lisbona) (rappreżentanti: C. Botelho Moniz, L. do Nascimento Ferreira, F.-C. Laprévote, A. Champsaur u D. Oda, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017/N) tal-11 ta’ Ottubru 2017 (Għajnuna mill-Istat SA.49275) sa fejn din qieset il-Ftehim dwar il-Kapital Kontinġenti (iktar ’il quddiem il-“FKK”) miftiehem u konkluż bejn il-Portuguese Resolution Fund (iktar ’il quddiem ir-“Resolution Fund”) u l-Lone Star group (iktar ’il quddiem “Lone Star”) fil-kuntest tal-bejgħ ta’ Novo Banco, S.A. (iktar ’il quddiem “Novo Banco”) minn dak tal-ewwel lil dak tal-aħħar, bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern, u

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura, inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset li r-riżoluzzjoni 2014 ta’ Banco Espírito Santo, S.A. (iktar ’il quddiem “BES”) ittieħdet biss skont id-dritt Portugiż u qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190) (iktar ’il quddiem il-“BRRD”);

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-BRRD kienet tapplika biss mill-1 ta’ Jannar 2015;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset li, sabiex tinżamm l-unità u l-implimentazzjoni tal-proċess ta’ riżoluzzjoni inizjali ta’ BES, il-bejgħ ta’ Novo Banco kellu jkun irregolat mid-dritt nazzjonali fis-seħħ qabel l-implimentazzjoni tal-BRRD;

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset b’mod żbaljat li ma hemmx dispożizzjonijiet indissoċjabbli tal-BRRD rilevanti għall-evalwazzjoni tal-FKK;

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 101 u 44 tal-BRRD; u

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Proċedurali”, ĠU 2015, L 248, p. 9), billi naqset milli tiftaħ il-proċedura formali minkejja d-dubji serji mqajjma fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-mekkaniżmu tal-FKK mad-dritt tal-Unjoni Ewropea u b’hekk ċaħdet lir-rikorrenti mid-drittijiet proċedurali tagħhom.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Herrero Torres vs EUIPO – DZ Licores (CARAJILLO LICOR 43 CUARENTA Y TRES)

(Kawża T-326/18)

(2018/C 249/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José-Ramón Herrero Torres (Castellón de la Plana, Spanja) (rappreżentant: J. V. Gil Martí, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DZ Licores, SLU. (Cartagena, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CARAJILLO LICOR 43 CUARENTA Y TIRES – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 444 855

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 2104/2017-5

Talba

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata peress li hija kontra d-dritt bl-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b), u (5) u tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/43


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Bodegas Altun vs EUIPO – Codorníu (ANA DE ALTUN)

(Kawża T-334/18)

(2018/C 249/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas Altun, SL (Baños de Ebro, Spanja) (rappreżentant: J. Oria Sousa-Montes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Codorníu, SA (Esplugues de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni figurattiva ANA DE ALTUN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 860 913

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 173/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/44


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Gibson Brands vs EUIPO – Wilfer

(Forma ta’ kitarra)

(Kawża T-340/18)

(2018/C 249/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gibson Brands, Inc. (Nashville, Tennessee, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Hughes, Solicitor, A. Renck u C. Stöber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hans-Peter Wilfer (Markeneukirchen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ kitarra) –Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 179 953

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedura ta’ annullament

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 415/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jekk tintervjeni fil-kawża, għall-ispejjeż

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(2) flimkien mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sowaer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/16) (1)

(2018/C 249/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – QD vs EUIPO

(Kawża T-787/16) (1)

(2018/C 249/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – QD vs EUIPO

(Kawża T-199/17) (1)

(2018/C 249/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2018 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/17) (1)

(2018/C 249/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 293, 4.9.2017.


16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Nova Brands vs EUIPO – Natamil (Natamil)

(Kawża T-23/18) (1)

(2018/C 249/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.