ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 244

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
12 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 244/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8937 — Advent International/Zentiva) ( 1)

1

2018/C 244/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8904 — PIMCO/Echo/JV) ( 1)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 244/03

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2018/C 244/04

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

3

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 244/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8999 — CACF/Bankia/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

4

2018/C 244/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8970 — Sumitomo/Parkwind/Northwester2) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

5


 

Rettifika

2018/C 244/07

Rettifika tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) — Lista ta’ Stati Membri li jkunu ddeċidew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR għal titjiriet fl-UE kif hemm imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (passenger name record, PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (Jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika din id-Direttiva għal titjiriet fl-UE, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika fi kwalunkwe mument. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik in-notifika u kwalunkwe revoka tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea) ( ĠU C 196, 8.6.2018 )

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8937 — Advent International/Zentiva)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 244/01)

Fil-5 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8937. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8904 — PIMCO/Echo/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 244/02)

Fis-6 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8904. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Lulju 2018

(2018/C 244/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1735

JPY

Yen Ġappuniż

130,53

DKK

Krona Daniża

7,4541

GBP

Lira Sterlina

0,88482

SEK

Krona Żvediża

10,2745

CHF

Frank Żvizzeru

1,1653

ISK

Krona Iżlandiża

125,40

NOK

Krona Norveġiża

9,4458

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,929

HUF

Forint Ungeriż

324,66

PLN

Zloty Pollakk

4,3214

RON

Leu Rumen

4,6602

TRY

Lira Turka

5,6103

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5869

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5421

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2111

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7266

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5968

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 318,67

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8210

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8359

HRK

Kuna Kroata

7,3960

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 857,33

MYR

Ringgit Malażjan

4,7374

PHP

Peso Filippin

62,893

RUB

Rouble Russu

72,7507

THB

Baht Tajlandiż

39,042

BRL

Real Brażiljan

4,4923

MXN

Peso Messikan

22,3622

INR

Rupi Indjan

80,7045


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

12.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/3


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

(2018/C 244/04)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

 

EPSO/AD/361/18 — TRADUTTURI (AD 5) TAL-LINGWA IRLANDIŻA (GA)

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 244A tat-12 ta’ Lulju 2018.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8999 — CACF/Bankia/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 244/05)

1.   

Fil-5 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha CA Consumer Finance SA (“CACF”, Franza) u Bankia S.A. (“Bankia”, Spanja) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta stabbilita ġdida (“l-impriża fil-mira”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Bankia: servizzi finanzjarji u l-provvista ta’ finanzjament, assigurazzjoni, ġestjoni tal-assi u ġestjoni ta’ assi ta’ proprjetà immobbli fi Spanja;

—   għal CACF: l-għoti ta’ kreditu tal-konsumatur f’varjetà ta’ oqsma ta’ kreditu tal-konsumatur bħal bejgħ dirett, il-finanzjament fil-punt tal-bejgħ, il-kummerċ elettroniku, is-sħubijiet u s-senserija f’19-il pajjiż;

—   għall-kumpanija fil-mira: il-forniment ta’ prodotti finanzjarji tal-konsumatur lill-individwi, persuni li jaħdmu għal rashom, kif ukoll attivitajiet oħra relatati esklussivament fi Spanja u permezz ta’ kanali mhux bankarji bħal, fost affarijiet oħra, negozji ta’ bejgħ ta’ karozzi, ħwienet, kuntatt dirett permezz tat-telefown jew siti web.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8999 — CACF/Bankia/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8970 — Sumitomo/Parkwind/Northwester2)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 244/06)

1.   

Fil-5 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Summit Tailwind Belgium NV(“Summit”, il-Belġju), ikkontrollata minn Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun),

Parkwind NV (“Parkwind”, il-Belġju), ikkontrollata b’mod konġunt minn Korys/Colruyt Group (“Korys/Colruyt”, il-Belġju) u minn PMV NV (“PMV”, il-Belġju),

Northwester2 NV (“Northwester2”, il-Belġju).

Sumitomo u Parkwind jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Northwester2.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Summit hija entità bi skop speċjali li hi miżmuma minn Sumitomo. Sumitomo hi kumpanija ta’ kummerċ integrata li tipprovdi firxa komprensiva ta’ prodotti u servizzi fil-Ġappun u madwar id-dinja, inkluża l-parteċipazzjonijiet f’parks eoliċi lil hinn mill-kosta fil-Belġju.

Parkwind hija attiva fis-suq tal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju. Parkwind hija entità ta’ investiment u żvilupp ta’ Korys/Colruyt u PMV. L-attivitajiet ewlenin ta’ Korys/Colruyt huma fis-suq bl-imnut ta’ prodotti tal-konsum ta’ kuljum u attivitajiet oħra. PMV hija kumpanija indipendenti ta’ investiment ikkontrollata mir-Reġjun Fjamming.

Northwester2 iżżomm konċessjoni ta’ dominju biex tibni u topera park eoliku lil hinn mill-kosta fiż-Żona Ekonomika Esklussiva Belġjana fil-Baħar tat-Tramuntana.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8970 — Sumitomo/Parkwind/Northwester2

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 229-64301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

12.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/6


Rettifika tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR)

Lista ta’ Stati Membri li jkunu ddeċidew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR għal titjiriet fl-UE kif hemm imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (passenger name record, PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja

(Jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika din id-Direttiva għal titjiriet fl-UE, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika fi kwalunkwe mument. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik in-notifika u kwalunkwe revoka tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 196 tat-8 ta’ Ġunju 2018 )

(2018/C 244/07)

Fil-paġna 29,

Jiżdied l-Istat Membru li ġej li jkun innotifika lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR f’titjiriet fl-UE:

l-Iżvezja