ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 243

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
11 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 243/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8919 — Permira/Exclusive Group) ( 1)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 243/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 243/03

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Côtes de Montravel (DOP))

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 243/04

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 243/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9000 — Bain Capital/Reifen Krieg Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

9

2018/C 243/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8949 — Tenneco/Federal-Mogul) ( 1)

11

2018/C 243/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8959 — Sonatrach/Augusta Refinery Assets) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

12

2018/C 243/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8996 — GIC Group/FPL/JustGroup/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

13


 

Rettifika

2018/C 243/09

Rettifika tal-Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ( ĠU C 235, 6.7.2018 )

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8919 — Permira/Exclusive Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 243/01)

Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8919. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Lulju 2018

(2018/C 243/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1713

JPY

Yen Ġappuniż

130,30

DKK

Krona Daniża

7,4536

GBP

Lira Sterlina

0,88338

SEK

Krona Żvediża

10,2438

CHF

Frank Żvizzeru

1,1649

ISK

Krona Iżlandiża

125,40

NOK

Krona Norveġiża

9,4145

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,898

HUF

Forint Ungeriż

324,84

PLN

Zloty Pollakk

4,3208

RON

Leu Rumen

4,6585

TRY

Lira Turka

5,5065

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5739

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5382

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1926

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7188

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5893

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 308,63

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,7331

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7767

HRK

Kuna Kroata

7,3980

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 799,96

MYR

Ringgit Malażjan

4,7099

PHP

Peso Filippin

62,647

RUB

Rouble Russu

73,2605

THB

Baht Tajlandiż

38,875

BRL

Real Brażiljan

4,5513

MXN

Peso Messikan

22,4121

INR

Rupi Indjan

80,6170


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Lulju 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Côtes de Montravel (DOP))

(2018/C 243/03)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Franza ressqet applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni “Côtes de Montravel”, skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat din l-applikazzjoni u sabet li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1), kif ukoll fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huma ssodisfati.

(3)

Sabiex id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni jkunu jistgħu jsiru skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni “Côtes de Montravel” tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni “Côtes de Montravel” (DOP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-artikolu jingħata għal xahrejn li jibdew jiskorru mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

“CÔTES DE MONTRAVEL”

AOP-FR-A0188-AM01

Data tat-tressiq tal-applikazzjoni 10-09-2014

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-emenda

2.1.   Żona ġeografika ta' produzzjoni

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni deskritta fil-punt IV tal-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija estiża għat-territorju ta' 4 muniċipalitajiet, Fougueyrolles, Nastringues, Saint-Antoine-de-Breuilh, u Vélines kif ukoll dak tal-muniċipalità antika ta' Port-Sainte-Foy, qabel l-għaqda tiegħu mal-muniċipalità ta' Ponchapt. Dawn il-muniċipalitajiet li jinsabu wkoll fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP “Haut-Montravel” għandhom karatteristiċi pedoklimatiċi identiċi għal dawk taż-żona tal-produzzjoni inizjalment ddefinita għad-DOP “Côtes de Montravel”, u varjetajiet tad-dwieli simili. Din l-emenda tmur id f'id ma' tibdil fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni sabiex turi l-karattru ħelu mezzan tal-inbejjed bojod tad-DOP “Côtes de Montravel”.

Billi l-muniċipalitajiet miżjuda maż-żona ġeografika qabel kienu fiż-żona ta' viċinanza immedjata, u għalhekk din iż-żona ġeografika hija emendata biex jitneħħew minnha.

Il-punt 6 tad-Dokument Uniku huwa emendat f'dan ir-rigward:

Id-denominazzjonijiet “Côtes de Montravel” u “Haut-Montravel” għalhekk jaqsmu bejniethom territorju komuni, b'fatturi naturali komuni.

Huma l-fatturi umani li jagħmlu d-differenza bejn dawn id-denominazzjonijiet. Fil-fatt, l-għażliet tal-produtturi tal-inbid fil-mod kif iħarrġu d-dwieli u kif jaħsduhom, l-għarfien espert fil-qasam tal-produzzjoni tal-inbid iwasslu għal prodotti differenti li għal ħafna żmien ġew identifikati b'ismijiet differenti.

L-għarfien tal-produtturi tal-inbid jirriżulta minn tradizzjoni antika ta' produzzjoni tal-inbejjed bojod miz-zokkor li jifdal, u ta' preservazzjoni ta' dawn l-inbejjed li kienu jiġu kkunsmati 'l bogħod ħafna mill-post tal-oriġini tagħhom (b'mod partikolari fl-Ewropa tat-Tramuntana).

Il-produtturi tal-inbid juru maż-żmien li jafu perfettament kif iħarrġu d-dwieli u t-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid tagħhom sabiex jiksbu, minkejja l-perikli tal-klima, inbejjed bojod ħelwin mezzan jew ħelwin ta' kwalità għolja magħrufa bl-ismijiet “Côtes de Montravel” u “Haut-Montravel”.

Fil-punt IV(2) tal-Kapitolu 1 inżdiedet id-data tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-emenda taż-żona tar-raba' ddemarkata fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni li ġiet iddefinita mill-ġdid.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.2.   Bidla editorjali

Fil-punt VI(1)(b) tal-Kapitolu 1, il-kelma “francs” (għajnejn ġodda) hija sostitwita bil-kelma “fructifères” (għajnejn li se jagħtu l-frott): dan huwa titjib editorjali u ma jbiddilx is-sens tat-test oriġinali.

Id-Dokument Uniku huwa emendat f'dan ir-rigward fil-punt 6-a): l-espressjoni “10 yeux francs” (10 għajnejn ġodda) hija sostitwita bi “10 yeux fructifères” (10 għajnejn li se jagħtu l-frott).

2.3.   Parametri analitiċi

Fin-numru 2 tal-punt VII tal-Kapitolu 1 dwar il-maturità tal-għenba, il-qawwa alkoħolika volumetrika naturali u l-qawwa alkoħolika effettiva minima huma aġġustati mill-ġdid għal 12 % minflok 12,5 % u għal 11 % minflok 10,5 %.

Fin-numru 1 b) tal-punt IX dwar standards analitiċi, il-kontenut ta' zokkor fermentabbli nbidel minn 51 gramma għal kull litru għal 54 gramma għal kull litru. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Dawn l-emendi jirrigwardaw il-karatterizzazzjoni tal-inbejjed DOP “Haut-Montravel” u l-affermazzjoni tal-karattru ħelu mezzan ta' din il-produzzjoni.

2.4.   Varjetajiet tad-dwieli u taħlita

In-numru 2 tal-punt V tal-Kapitolu 1 dwar ir-regoli ta' proporzjon fl-użu tal-varjetajiet differenti tal-għeneb huwa ċċarat: “la proportion du cépage Sémillon B doit être supérieure ou égale à 30 %” (il-proporzjon tal-varjetà Sémillon B għandu jkun daqs jew ogħla minn 30 %). Din il-varjetà, li hija predominanti fiż-żona ta' produzzjoni, għandha kapaċità kbira għall-maturazzjoni żejda f'din iż-żona ta' produzzjoni bi klima oċeanika.

Fin-numru 1 a) tat-Taqsima IX tal-Kapitolu 1 dwar it-taħlita tad-dwieli, il-proporzjon minimu tal-varjetajiet tal-għeneb prinċipali fit-taħlita żdied minn 50 għal 80 %. Huwa ppreċiżat ukoll, fil-qafas tad-dispożizzjoni dwar il-varjetajiet tad-dwieli għall-produzzjoni, li l-proporzjon tal-varjetà Semillon B għandu jkun daqs jew ogħla minn 30 % fit-taħlita.

Dawn l-emendi jirrigwardaw il-karatterizzazzjoni tal-inbejjed DOP “Haut-Montravel” u l-affermazzjoni tal-karattru ħelu mezzan ta' din il-produzzjoni.

2.5.   Rabta mal-oriġini

Il-punt X tal-Kapitolu 1 dwar ir-rabta maż-żona ġeografika ġie riprodott b'mod korrelattiv mal-estensjoni taż-żona ġeografika ta' produzzjoni.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Côtes de Montravel

2.   Tip ta' indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta' oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

L-inbid huwa nbid abjad mhux frizzanti, ħelu mezzan, eleganti u fin, suave, u z-zokkor fermentabbli li hemm fih ma jaffettwa qatt il-konsistenza sabiħa tiegħu. Il-ħsad tal-għeneb isir meta dawn ikunu kemmxejn immaturati ż-żejjed. Biex jinkiseb dan it-tip ta' nbid kemm frisk u b'togħma ta' frott, l-inbejjed li joriġinaw minn taħlita li fiha l-varjetajiet tal-għeneb prinċipali jinsabu fil-maġġoranza. Wara l-fermentazzjoni dawn ikollhom kontenut ta' zokkor ferementabbli ta' bejn 25 g/l u 54 g/l. Wara l-arrikkiment l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu qawwa alkoħolika volumetrika totali ta' 14,5 %. L-inbejjed ikollhom qawwa alkoħolika volumetrika naturali minima ta' 12,5 %.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f'% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f'% tal-volum)

11

Aċidità minima totali

 

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

 

Kontenut massimu totali ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru):

 

L-istandards stipulati fir-regolamentazzjoni ġenerali għandhom japplikaw fir-rigward tal-qawwa alkoħolika massima totali, tal-aċidità minima totali, tal-aċidità volatili massima, tal-kontenut massimu totali ta' diossidu tal-kubrit.

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.    Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

Kull trattament termiku tal-ħsad tal-għeneb li jinvolvi temperatura inqas minn -5 °C u kull użu ta' mini jew ta' kompartimenti tat-tnixxif tal-għeneb (“passerillage”) huma pprojbiti. L-użu ta' biċċiet ta' injam u ż-żieda ta' tannini huma pprojbiti. Wara l-arrikkiment l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu qawwa alkoħolika volumetrika totali ta' 14,5 %. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq, l-inbejjed, f'dak li għandu x'qasam mal-prattiki enoloġiċi użati, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta' 5 000 pjanta għal kull ettaru. L-ispazju bejn ir-ringieli ma jistax jaqbeż iż-żewġ metri u l-ispazju bejn dielja u oħra fl-istess ringiela ma jistax ikun inqas minn 0,80 metru.

Id-dwieli jinżabru skont it-tekniki li ġejjin: żabra skont il-metodu Guyot, il-metodu cordon de Royat jew bl-użu ta' żabra qasira.

Kull dielja jkollha massimu ta' 10 għajnejn li jagħtu l-frott.

L-irrigazzjoni hija pprojbita.

b.    Rendimenti massimi

60 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona delimitata

Il-ħsad tal-għeneb u l-inbejjed isiru u jiġu pproċessati fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-Département tad-Dordogne: Bonneville-et-Saint-Avit-de-Fumadières, Fougueyrolles, Lamothe-Montravel, Montcaret, Montazeau, Montpeyroux, Nastringues, Port-Sainte-Foy-et-Ponchapt, Saint-Antoine-de-Breuilh, Saint-Méard-de-Gurçon, Saint-Michel-de-Montaigne, Saint-Vivien u Vélines.

7.   Varjetajiet prinċipali

Sauvignon B, Muscadelle B, Sauvignon G, Semillon B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona demarkata tar-raba' bid-dwieli tibbenefika lir-raba tal-ġir tafli skulati b'mod tajjeb li jinsabu fuq il-pjanura kif ukoll il-partijiet inklinati li jħarsu lejn in-nofs-nhar Barra minn hekk, dawn ir-raba' bid-dwieli għandhom ħamrija fqira u li tgħaddi l-ilma minnhom iżda għandhom kontenut ta' tafal biżżejjed biex ma jiġux affettwati mill-effetti tan-nixfa fis-sajf. Huma jintgħażlu wkoll bir-reqqa sabiex tinkiseb kwalità ottimali tal-għeneb għall-produzzjoni tad-denominazzjoni “Côtes de Montravel”.

Ir-regoli ta' produzzjoni tad-denominazzjoni huma kkaratterizzati minn densità minima ta' tħawwil ta' 5 000 pjanti għal kull ettaru, u piż ta' ħsad baxx għal kull pjanta. Din il-ġestjoni stretta tiżgura maturità biżżejjed u bikrija tal-għeneb sabiex dan ikollu konċentrazzjoni tajba u b'mod partikolari għall-varjetajiet lokali tar-reġjun bħal pereżempju l-Muscadelle B, is-Sauvignon B, is-Sauvignon Gris G, u anki l-Ondenc B, iżda l-aktar il-varjetà Sémillon B, li ta' spiss tinsab bil-ħafna u għandha kapaċità kbira għall-maturazzjoni żejda fil-klima oċeanika. Sabiex ikun jista' jibbenefika mid-DOP l-għeneb tal-“Côtes de Montravel”, jinħasdu meta jkunu mmaturaw sew, b'kontenut ta' zokkor ta' aktar minn 198 gramma kull litru ta' most. It-tekniki ta' konċentrazzjoni permezz tat-tkessiħ jew tal-kompartimenti tat-tnixxif huma pprojbiti. Bl-istess mod, sabiex jiġi ppreservat l-għeneb qabel jingħasar, l-użu tal-magni tal-pressa kontinwi u tal-kontenituri li jitbattlu waħedhom bil-pompa rotarja bil-qala' huma pprojbiti.

F'din iż-żona l-għarfien espert tal-produtturi tal-inbid ġej minn tradizzjoni antika tal-produzzjoni tal-inbejjed miz-zokkor li jkun jifdal u li jikkontrollaw perfettament biex jiksbu nbejjed abjad ħelwin mezzan jew ħelwin ta' kwalità għolja magħrufa bl-ismijiet “Côtes de Montravel” u “Haut-Montravel”.

L-inbejjed bid-denominazzjoni “Côtes de Montravel” huma nbejjed bojod ġeneralment ħelwin mezzan, kultant ħelwin, eleganti u fini, suave, li fihom it-toniċità sabiħa bla ebda mod ma hi affettwata mill-preżenza taz-zokkor fermentabbli Biex jinkiseb dan it-tip ta' nbid kemm frisk u b'togħma tal-frott, l-inbejjed tad-denominazzjoni “Côtes de Montravel” iridu jkunu ġejjin minn taħlita li fiha l-maġġor parti tkun tikkonsisit mill-varjetajiet tad-dwieli prinċipali. Il-kontenut ta' zokkor fermentabbli huwa ta' bejn 25 g/l u 54 g/l li jsostni l-ħlewwa ta' dawn l-inbejjed li fl-istess ħin jippreżentaw konsistenza mmerqa u kremuża. Għalhekk dawn ivarjaw mill-inbejjed bojod tad-denominazzjoni “Haut-Montravel” riżervata għall-inbejjed li għandhom livell aktar għoli ta' zokkor fermentabbli (aktar minn 85 g/l) u li huma prodotti mill-għeneb mmaturati ż-żejjed bl-azzjoni tal-moffa nobbli (botrytis cynerea) jew mingħajrha.

Qabel ma daħal l-insett Phylloxera, l-istorja tal-inbejjed “Côtes de Montravel” mhijiex magħrufa ħafna u tagħmel biss referenza għall-inbejjed ta' “Montravel” b'mod ġenerali, mingħajr ma tispeċifika jekk dawn humiex inbejjed sekki jew inbejjed b'zokkor fermentabbli. Fl-1903, Edouard FERET ħoloq inventarju komprensiv tal-vitikultura fil-Bergeracois fil-ktieb “Bergerac et ses vins”. Jinnota li: “Fil-canton ta' Vélines, l-inbejjed bojod għandhom vitalità u aroma partikolari li minħabba fihom kienu kklassifikati bl-isem ‘Côtes de Montravel’. Dawn l-inbejjed huma ta' kulur abjad ħafna, fini ħafna u ħelwin mezzan, ħelwin u ta' spiss b'aroma pjaċevoli”. Edouard Feret jinnota wkoll li l-inbejjed bojod ta' Montcaret huma l-aqwa nbejjed bojod tal-“Côtes de Montravel” u li huma karatterizzati b'finezza kbira vitali u pjaċevoli.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Unità ġeografika usa'

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni Nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni supplementari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta' oriġini kontrollata “Côtes de Montravel” jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa' ta' “Sud-Ouest”. Din l-unità ġeografika usa' tista' tidher ukoll fuq kwalunkwe fuljett jew reċipjent. Id-daqs tal-ittri għall-unità ġeografika usa' ma għandux ikun akbar, fl-għoli jew fil-wisa', mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta.

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni Nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni supplementari:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita bid-deroga għall-produzzjoni tal-inbid, għall-ipproċessar tal-inbid, hija rrappreżentata mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Id-Département tad-Dordogne: Bergerac, Le Fleix, Monfaucon, Saint-Laurent-des-Vignes.

Id-Département tal-Gironde: Gardegan-et-Tourtirac, Gensac, Landerrouat, Les Lèves-et-Thoumeyragues, Pineuilh, Saint-Avit-Saint-Nazaire u Saint-Emilion.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/historique/annee-2014/semaine-26


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/8


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2018/C 243/04)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Data tal-għeluq

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: il-Kummissjoni Ewropea, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049, Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Ferrosiliċju

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ir-Russja

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2014 li jimponi dazju ta’ antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 107, 10.4.2014, p. 13)

11.4.2019


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9000 — Bain Capital/Reifen Krieg Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 243/05)

1.   

Fl-4 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bain Capital Investors LLC (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Reifen Krieg GmbH, Secura Reifenservice GmbH, Reifen24 AG, Moti Reifen GmbH, SW Reifenhandel GmbH, Komplettradlager.de GmbH, Duro Reifenservice GmbH, u MUTAVI-Solutions GmbH (flimkien “Reifen Krieg Group”, il-Ġermanja).

Bain Capital takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Reifen Krieg Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Bain Capital hija ditta privata tal-investimenti ta’ ekwità rreġistrata fl-Istati Uniti li tinvesti, f’kumpaniji fuq bażi dinjija f’ħafna industriji;

Reifen Krieg Group hija distributur bl-ingrossa u bl-imnut ta’ tajers ta’ sostituzzjoni, attiva l-aktar fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9000 — Bain Capital/Reifen Krieg Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8949 — Tenneco/Federal-Mogul)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 243/06)

1.   

Fit-3 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Tenneco Inc. (“Tenneco”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Federal-Mogul LLC (“Federal-Mogul”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

Tenneco takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Federal-Mogul.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Tenneco timmanifattura u tqassam komponenti għal vetturi bil-mutur, b’mod partikolari prodotti għal arja nadifa u tal-prestazzjoni tar-rikba, kemm għal manifatturi ta’ tagħmir oriġinali kif ukoll għat-tiswija u s-sostituzzjoni ta’ wara l-bejgħ indipendenti madwar id-dinja;

Federal-Mogul timmanifattura u tforni l-komponenti għal vetturi bil-mutur, ferroviji u applikazzjonijiet oħra, b’mod partikolari komponenti tal-magna, it-trażmissjoni u tad-driveline kif ukoll materjal ta’ frizzjoni tal-brejk, komponenti tax-xażi, komponenti tal-issiġillar u prodotti tal-wajpers madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8949 — Tenneco/Federal-Mogul

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


11.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8959 — Sonatrach/Augusta Refinery Assets)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 243/07)

1.   

Fit-3 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Société Nationale pour la recherche, la production, le transport, la transformation et la commercialisation des hydrocarbures SPA (“Sonatrach”, l-Alġerija),

Augusta Refinery Assets, attwalment proprjetà ta’ u kkontrollata minn Esso Italiana S.r.l., affiljata ta’ ExxonMobil Corporation.

Sonatrach takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tat-totalità ta’ Augusta Refinery Assets.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Sonatrach: Sonatrach hija kumpanija proprjetà tal-gvern Alġerin li topera fis-settur taż-żejt u tal-gass. Sonatrach għandha attivitajiet integrati fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, ir-raffinar, it-trasport u t-tqegħid fis-suq tal-idrokarbonji,

—   għal Augusta Refinery Assets: Augusta Refinery Assets tikkonsisti f’raffinerija li tinsab f’Augusta, l-Italja u għadd ta’ assi anċillari. L-impriża hija attiva fis-swieq tar-raffinar taż-żejt mhux raffinat għal prodotti tal-fjuwil u mhux tal-fjuwil u l-bejgħ ta’ fjuwil raffinat u prodotti mhux tal-fjuwil.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8959 — Sonatrach/Augusta Refinery Assets

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8996 — GIC Group/FPL/JustGroup/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 243/08)

1.   

Fl-4 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Reco Jedi Private Limited (“Reco”, Singapor), ikkontrollata minn GIC (Realty) Private Limited (“GIC”, Singapor),

Frasers Property Ventures II Pte. Ltd. (“FPV”, Singapore), ikkontrollata minn Frasers Property Limited (“FPL”, Singapor),

JustGroup Holdings Pte. Ltd. (“JustGroup”, Singapore),

JustCo Holdings Pte. Ltd. (“JustCo”, Singapore).

Reco, FPL u JustGroup jakkwistaw, fi ħdan it-tifsita tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JustCo.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal GIC: GIC hija l-kumpanija holding għal investimenti immobiljari magħmula għan-nom tal-Gvern ta’ Singapor,

—   għal FPL: FPL tippossjedi, tiżviluppa u tiġġestixxi portafoll diversifikat u integrat ta’ proprjetajiet,

—   għal JustGroup u JustCo: l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ spazji ta’ ħidma konġunta.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8996 — GIC Group/FPL/JustGroup/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

IL-BELĠJU


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

11.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/14


Rettifika tal-Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 235 tas-6 ta’ Lulju 2018 )

(2018/C 243/09)

 

Il-pubblikazzjoni (2018/C 235/07) f’paġna 6 għandha tkun ikkunsidrata nulla u bla effett.