ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 239

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
9 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 239/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8928 — Francisco Partners/Verifone Systems) ( 1)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 239/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 239/03

Avviż dwar il-klassifikazzjoni ta’ żift, qatran tal-faħam, temp. għolja (Numru KE: 266-028-2) bħala Aquatic Acute 1 u Aquatic Chronic 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 239/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8905 — AXA Group/Roland) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

4

2018/C 239/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9001 — Kuehne + Nagel/Temasek/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

6

2018/C 239/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8938 — LG Electronics/ZKW Holding/Mommert Gewerbeimmobilien) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8928 — Francisco Partners/Verifone Systems)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 239/01)

Fit-22 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8928. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Lulju 2018

(2018/C 239/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1724

JPY

Yen Ġappuniż

129,65

DKK

Krona Daniża

7,4528

GBP

Lira Sterlina

0,88595

SEK

Krona Żvediża

10,2910

CHF

Frank Żvizzeru

1,1634

ISK

Krona Iżlandiża

125,20

NOK

Krona Norveġiża

9,4425

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,942

HUF

Forint Ungeriż

324,35

PLN

Zloty Pollakk

4,3675

RON

Leu Rumen

4,6608

TRY

Lira Turka

5,4038

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5809

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5397

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2013

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7186

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5948

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 310,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9388

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7937

HRK

Kuna Kroata

7,4065

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 847,39

MYR

Ringgit Malażjan

4,7424

PHP

Peso Filippin

62,519

RUB

Rouble Russu

74,0505

THB

Baht Tajlandiż

38,900

BRL

Real Brażiljan

4,6279

MXN

Peso Messikan

22,4660

INR

Rupi Indjan

80,7460


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


9.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/3


Avviż dwar il-klassifikazzjoni ta’ żift, qatran tal-faħam, temp. għolja (Numru KE: 266-028-2) bħala Aquatic Acute 1 u Aquatic Chronic 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2018/C 239/03)

Wara li ġiet ippreżentata applikazzjoni mill-Bilbaína de Alquitranes SA u oħrajn, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, bis-sentenza tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-689/13, annullat parzjalment ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 (1) sa fejn dan jikklassifika żift, qatran tal-faħam, temp. għolja (Numru KE: 266-028-2) bħala Aquatic Acute 1 u Aquatic Chronic 1. Il-Kummissjoni appellat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li ċaħdet l-appell bis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża C-691/15P. Bħala konsegwenza, l-annullament parzjali mill-Qorti Ġenerali ġie milqugħ u s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja (KE Nru 266-028-2) ma għadhiex tiġi kklassifikata bħala Aquatic Acute 1 u Aquatic Chronic 1. Il-klassifikazzjoni ta’ din is-sustanza bħala Karċinoġenika 1 A, Mutaġenika 1B u Tossika għar-riproduzzjoni 1B tibqa’ l-istess.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 5).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8905 — AXA Group/Roland)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 239/04)

1.   

Fid-29 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AXA Konzern AG (il-Ġermanja), li hija proprjetà tal-grupp AXA (“AXA”)

ROLAND Rechtsschutzversicherungs AG (“Roland”, il-Ġermanja)

AXA takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Roland.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   AXA: attiva fil-qasam tal-assigurazzjoni u l-ġestjoni tal-assi madwar id-dinja,

—   Roland: prinċipalment attiva fil-forniment ta’ assigurazzjonijiet tal-protezzjoni legali f’każ ta’ inċident, assigurazzjonijiet u servizzi ta’ assistenza f’każ ta’ ħsara fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8905 — AXA Group/Roland

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


9.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9001 — Kuehne + Nagel/Temasek/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 239/05)

1.   

Fid-29 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Kuehne + Nagel Management AG (l-Iżvizzera) (“K+N”),

Temasek Holdings (Private) Limited (Singapore) (“Temasek”),

Imrpiża konġuna maħluqa ġdida (“JV”).

K+N jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal K+N: kumpanija tal-loġistika attiva madwar id-dinja li twettaq l-attivitajiet prinċipali agħha fil-ġarr tal-merkanzija bil-baħar, bl-ajru u fuq l-art kif ukoll attiva fil loġistika tal-kuntratti.

—   għal Temasek: kumpanija ta’ investiment b’firxa wiesgħa ta’ investimenti ta’ portafoll inklużi s-servizzi finanzjarji, it-telekomunikazzjoni u l-midja, il-proprjetà immobbli, ix-xjenzi tal-ħajja, l-enerġija u t-trasport.

—   għall-JV: kumpanija li għadha kif ġiet stabbilita li se tidentifika u tinvesti f’kumpaniji tat-teknoloġija tal-loġistika li ma jkunux ilhom li ġew stabbiliti, li jiffokaw fuq l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tal-applikazzjoni tat-teknoloġija għall-loġistika u s-servizzi u l-prodotti tal-katina ta’ provvista.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9001 — Kuehne + Nagel/Temasek/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


9.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8938 — LG Electronics/ZKW Holding/Mommert Gewerbeimmobilien)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 239/06)

1.   

Fit-13 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

LG Electronics, Inc. (“LGE”) (il-Korea t’Isfel),

ZKW Holding GmbH (“ZKW Holding”) (l-Awstrija) u Mommert Gewerbeimmobilien Verwaltungs GmbH (“MGIV”) (l-Awstrija) (flimkien “ZKW”).

LGE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ ZKW.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

LGE hija produttur u fornitur ta’ apparat elettroniku, apparat tal-komunikazzjoni mobbli u tagħmir tad-dar fuq livell dinji. LGE hija parteċipant ġdid fis-suq għal sistemi tad-dawl tal-karozzi, b’bejgħ limitat fl-Asja u enfasi fuq id-dawl ta’ wara.

ZKW hija manifattur Awstrijak ta’ sistemi tad-dawl tal-karozzi, b’esportazzjonijiet madwar id-dinja. ZKW tiżviluppa u tipproduċi sistemi tad-dawl għal firxa sħiħa ta’ vetturi awtomotivi. ZKW tipproduċi prinċipalment sistemi tad-dawl ta’ quddiem għall-Manifatturi ta’ Apparat Oriġinali fl-Unjoni Ewropea. MGIV hija sempliċi kumpanija azzjonarja intermedjarja, li mhijiex direttament involuta f’xi attività ekonomika. Wara l-għeluq, MGIV indirettament se jkollha l-assi tal-proprjetà immobbli ta’ ZKW Holding f’Wieselburg.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fil-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8938 — LG Electronics/ZKW Holding/Mommert Gewerbeimmobilien

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.