ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
5 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 234/01

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.8674 — BASF/Solvay’s EP and P&I Business) ( 1)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 234/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 234/03

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2018/C 234/04

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2018/C 234/05

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 234/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8946 — Lindsay Goldberg/Coveris Rigid) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

6

2018/C 234/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8925 — RWA/ZG/HGD JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/1


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.8674 — BASF/Solvay’s EP and P&I Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 234/01)

Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8674 — BASF/Solvay’s EP and P&I Business, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Lulju 2018

(2018/C 234/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1642

JPY

Yen Ġappuniż

128,64

DKK

Krona Daniża

7,4507

GBP

Lira Sterlina

0,88108

SEK

Krona Żvediża

10,2510

CHF

Frank Żvizzeru

1,1557

ISK

Krona Iżlandiża

125,25

NOK

Krona Norveġiża

9,4433

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,028

HUF

Forint Ungeriż

325,65

PLN

Zloty Pollakk

4,3790

RON

Leu Rumen

4,6656

TRY

Lira Turka

5,4692

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5763

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5306

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1307

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7217

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5891

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 301,20

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9628

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7207

HRK

Kuna Kroata

7,3940

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 709,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,7104

PHP

Peso Filippin

62,158

RUB

Rouble Russu

73,6646

THB

Baht Tajlandiż

38,622

BRL

Real Brażiljan

4,5346

MXN

Peso Messikan

22,6786

INR

Rupi Indjan

80,0270


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/3


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 234/03)

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Latvja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Latvja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Zemgale

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-istemma araldika tar-reġjun ta’ Zemgale. Fin-naħa ta’ fuq, l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “LATVIJA” u fin-naħa ta’ isfel l-iskrizzjoni “ZEMGALE”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2018”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Fit-tieni nofs tal-2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


5.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/4


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 234/04)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Portugall

Suġġett tal-kommemorazzjoni : 250 snin tal-Ġnien Botaniku ta’ Ajuda (“Jardim Botânico da Ajuda”)

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri siġra tad-Dracaena antika ħafna li tinsab fil-Ġnien Botaniku ta’ Ajuda u li hija simbolu tal-ġnien. Il-Ġnien Botaniku ta’ Ajuda huwa l-Unità ta’ Appoġġ Teknoloġiku tal-Università tal-Agronomija. Huwa għandu r-rwol ta’ infrastruttura għall-edukazzjoni u r-riċerka iżda huwa wkoll miftuħ għall-pubbliku. Huwa kien l-ewwel ġnien botaniku fil-Portugall ipproġettat biex jippriserva, jistudja u jiġbor l-aktar speċi numerużi possibbli mid-dinja tal-pjanti. Fuq in-naħa ta’ fuq tad-disinn, mix-xellug lejn il-lemin, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “250 ANOS JARDIM BOTÂNICO DA AJUDA”. Fil-qiegħ, mix-xellug lejn il-lemin, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “PORTUGAL 2018”. Eżatt taħt l-immaġni tas-siġar, fuq in-naħa tax-xellug, hemm l-inizjali tal-artist “J. FAZENDA” u fuq in-naħa tal-lemin il-marka taz-zekka “INCM”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : It-tieni nofs tal-2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


5.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/5


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 234/05)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Portugall

Suġġett tal-kommemorazzjoni : 250 sena tal-Istamperija Uffiċjali (“Imprensa Nacional”)

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-iskrizzjoni “1768-2018 IMPRENSA NACIONAL DUZENTOS E CINQUENTA 250 ANOS PORTUGAL MMXVIII” bħallikieku l-ittri u n-numri kienu kotba murija f’librerija. Fuq in-naħa ta’ isfel taċ-ċirku intern hemm l-isem tal-artist “Eduardo Aires” fuq ix-xellug u l-marka taz-zekka “INCM” fuq in-naħa tal-lemin. L-Istamperija Uffiċjali hija responsabbli mill-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali Portugiż li fih ikun hemm l-attività leġiżlattiva kollha tal-pajjiż, kotba tal-ogħla rilevanza kulturali, u attivitajiet kulturali oħra.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : It-tieni nofs tal-2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8946 — Lindsay Goldberg/Coveris Rigid)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 234/06)

1.   

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Goldberg, Lindsay & Co., LLC (“Lindsay Goldberg”, l-Istati Uniti tal-Amerka); kif ukoll

in-negozju tal-imballaġġ tal-plastik riġidu ta’ Coveris Group (“Coveris Rigid”, il-Ġermanja/il-Lussemburgu), li jikkonsisti f’Coveris International Holdings S.À.R.L., Coveris Rigid Deutschland GmbH u Coveris Rigid (Ravensburg) Deutschland GmbH (u s-sussidjarji rispettivi tagħhom).

Lindsay Goldberg takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Coveris Rigid kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Lindsay Goldberg: ditta tal-investimenti tal-ekwità privata b’16-il kumpanija ta’ portafoll, li l-ebda waħda minnhom ma hija attiva fil-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti ta’ imballaġġ tal-plastik riġidu fiż-ŻEE.

—   Coveris Rigid: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ soluzzjonijiet ta’ mballaġġ tal-plastik riġidu bħall-qsari u kontenituri, trays, closures, għotjien, u folji, ibbażati fuq materjali differenti li jintużaw f’diversi setturi industrijali downstream.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8946 — Lindsay Goldberg/Coveris Rigid

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


5.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8925 — RWA/ZG/HGD JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 234/07)

1.   

Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

RWA Raiffeisen Ware Austria AG (“RWA”, l-Awstrija), ikkontrollata minn Baywa AG (“BayWa”, il-Ġermanja),

ZG Raiffeisen eG (“ZG”, il-Ġermanja),

Haus und Garten Deutschland Handelskooperation GmbH (“HGD”, il-Ġermanja).

RWA u ZG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ HGD.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Baywa: il-kummerċ, il-loġistika u s-servizzi supplimentari fi tliet segmenti tal-operat tal-Agrikoltura, l-Enerġija u l-Materjali tal-Bini u fis-segment tal-iżvilupp tal-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni madwar id-dinja. Fis-Segment tal-Agrikoltura; Il-forniment ta’ kummerċ u servizzi oħra għall-industrija agrikola u tal-ikel, il-kummerċ u l-loġistika ta’ komoditajiet agrikoli, u l-bejgħ u l-manutenzjoni ta’ tagħmir agrikolu.

—   RWA: bejgħ bl-ingrossa ta’ prodotti agrikoli, inputs kif ukoll makkinarju agrikolu u spare parts, l-enerġija, materjali tal-bini u prodotti għall-użu domestiku u tal-ġnien. Franchising fl-Awstrija għall-bini u ċentri tal-ġardinaġġ u materjali tal-bini tal-marka Lagerhaus.

—   ZG: forniment bl-ingrossa u ta’ servizzi organizzat b’mod kooperattiv f’oġġetti agrikoli, l-gћalf, makkinarju agrikolu, materjali tal-bini u l-enerġija għall-membri attivi fl-agrikoltura u l-forestrija fost oħrajn.

—   il-JV HGD: servizzi ta’ akkwist u disinn ta’ varjetà ta’ prodotti għall-bini u ċentri tal-ġardinaġġ madwar il-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8925 — RWA/ZG/HGD JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.