ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 233

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
4 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 233/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assikurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu tal-assikurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

1

2018/C 233/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8416 — The Priceline Group/Momondo Group Holdings) ( 1)

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 233/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

2018/C 233/04

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u/jew l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tagħhom (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1)

5

2018/C 233/05

Irtirar ta’ proposti tal-Kummissjoni

6

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2018/C 233/06

Sommarju tal-Opinjoni tal-KEPD dwar il-manipulazzjoni onlajn u d-data personali

8

2018/C 233/07

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposti għal żewġ Regolamenti li jistabbilixxu qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira tal-UE

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 233/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1)

18


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 233/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8891 — Puig/BSH/Noustique) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

19

2018/C 233/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8939 — Liberty House Group/Aluminium Dunkerque) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

21

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 233/11

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Tmiem is-sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni

22


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

L-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assikurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu tal-assikurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(2018/C 233/01)

Din il-Komunikazzjoni tikkonċerna l-adattament skont l-inflazzjoni, għal ċerti Stati Membri, tal-ammonti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu tal-assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1). L-Istati Membri kkonċernati huma t-13-il Stati Membru li jibbenefikaw minn perjodu ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE.

Skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/103/KE, l-ammonti stabbiliti f’euro fl-Artikolu 9(1) ġew rieżaminati biex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Eurostat, li jinkludu l-Istati Membri kollha.

L-Istati Membri li jibbenefikaw minn perjodu ta’ tranżizzjoni huma fi tliet gruppi, bi tliet perjodi ta’ tranżizzjoni differenti, u għalhekk il-kalkolu sar b’mod separat għal kull grupp.

Għall-ewwel grupp ta’ Stati Membri (is-Slovakkja u s-Slovenja) il-perjodu ta’ reviżjoni kien minn Diċembru 2011 sa Diċembru 2016.

Għat-tieni grupp ta’ Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja u l-Latvja) il-perjodu ta’ reviżjoni kien minn Mejju 2012 sa Mejju 2017.

Għat-tielet grupp ta’ Stati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, l-Italja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija) il-perjodu ta’ reviżjoni kien minn Ġunju 2012 sa Ġunju 2017.

B’riżultat tar-rieżami, l-ammonti stabbiliti f’euro huma kif ġej:

Għall-Istati Membri li għalihom il-perjodu ta’ tranżizzjoni spiċċa f’Diċembru 2011 (is-Slovakkja u s-Slovenja):

fil-każ ta’ korriment personali, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 050 000 għal kull vittma jew EUR 5 240 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun l-għadd tal-vittmi.

fil-każ ta’ dannu materjali, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 050 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun l-għadd tal-vittmi.

Għall-Istati Membri li għalihom il-perjodu ta’ tranżizzjoni spiċċa f’Mejju 2012 (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja u l-Latvja), u dawk li għalihom il-perjodu ta’ tranżizzjoni spiċċa f’Ġunju 2012 (il-Bulgarija, l-Estonja, l-Italja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija):

fil-każ ta’ korriment personali, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 050 000 għal kull vittma jew EUR 5 210 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun l-għadd tal-vittmi.

fil-każ ta’ dannu materjali, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 050 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun l-għadd tal-vittmi.

Għal Stati Membri oħra, li għalihom daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2009/103/KE mingħajr perjodu ta’ tranżizzjoni, l-ammonti minimi kienu diġà ġew riveduti fl-2016 (2).


(1)  ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

(2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016) 246 tal-10 ta’ Mejju 2016.


4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8416 — The Priceline Group/Momondo Group Holdings)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 233/02)

Fis-17 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8416. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta’ Lulju 2018

(2018/C 233/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1665

JPY

Yen Ġappuniż

129,09

DKK

Krona Daniża

7,4506

GBP

Lira Sterlina

0,88350

SEK

Krona Żvediża

10,3123

CHF

Frank Żvizzeru

1,1573

ISK

Krona Iżlandiża

124,60

NOK

Krona Norveġiża

9,4655

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,073

HUF

Forint Ungeriż

327,35

PLN

Zloty Pollakk

4,3915

RON

Leu Rumen

4,6615

TRY

Lira Turka

5,4444

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5761

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5344

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1506

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7281

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5921

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 298,07

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9718

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7481

HRK

Kuna Kroata

7,3845

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 766,10

MYR

Ringgit Malażjan

4,7208

PHP

Peso Filippin

62,249

RUB

Rouble Russu

73,6468

THB

Baht Tajlandiż

38,681

BRL

Real Brażiljan

4,5429

MXN

Peso Messikan

22,9451

INR

Rupi Indjan

79,9310


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/5


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u/jew l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tagħhom

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 233/04)

Id-Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni

Ir-referenza tad-Deċiżjoni (2)

Id-data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

In-numri tal-awtorizzazzjoni

L-użu awtorizzat

Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2018) 3702

is-27 ta’ Ġunju 2018

Bis(2-metossietil) eteru

(diglim)

Nru tal-KE: 203-924-4

Nru CAS: 111-96-6

Merck KGaA, Frankfurter Strasse 250, D-64293 Darmstadt, il-Ġermanja.

REACH/18/11/0

L-użu industrijali tad-diglim bħala solvent fil-proċess tal-manifattura tal-intermedji tal-kriptand għall-konverżjoni ulterjuri fil-kriptand 221 u l-kriptand 222.

is-27 ta’ Ġunju 2030

Ir-riskju huwa kkontrollat tajjeb bi qbil mal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Ma jeżistux alternattivi xierqa qabel id-data tat-terminazzjoni.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Kummissjoni fl-indirizz: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt


4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/6


Irtirar ta’ proposti tal-Kummissjoni

(2018/C 233/05)

Lista ta’ proposti rtirati

Dokument

Proċedura interistituzzjonali

Titolu

L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

COM/2017/0150

2017/068/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2017

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Tassazzjoni u Dwana

COM/2011/737

2011/333/CNS

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid tad-dispożizzjoni tar-riżorsa proprja bbażata fuq taxxa fuq il-valur miżjud

COM/2014/43

2014/0020/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE

Politika dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà

COM/2003/695

CNS 2003/0268

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, ir-Repubbliki tal-Bolivja, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Perù u r-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, min-naħa l-oħra

COM/2014/360

2014/0182/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni Unjoni Ewropea – Ġeorġja bejn Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja

COM/2014/359

2014/0181/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova

JOIN/2013/014

2013/0149/NLE

Proposta konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tat-tieni Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV bejn l-UE u l-Libanu

Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

COM/2012/164

2012/82/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u ta-Kunsill li jissimplifika t-trasferiment tal-vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stat Membru ieħor fi ħdan is-Suq Uniku

Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp

COM/2011/0861

2011/0420/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-UE fil-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (ICAC)

Ġustizzja, Konsumaturi u Ugwaljanza bejn is-Sessi

COM/2014/0212

2014/0120/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata b’membru uniku

Affarijiet Marittimi u Sajd

COM/2011/0760

2011/0345/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokk ta’ aringi li jinsabu fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

COM/2013/09

2013/0007/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd

Migrazzjoni, Affarijiet Interni u Ċittadinanza

COM/2014/163

2014/0095/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi viża itineranti u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 562/2006 u (KE) Nru 767/2008

COM/2014/164

2014/0094/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Kodiċi tal-Unjoni dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)

Transport

COM/2013/409

2013/0187/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/8


Sommarju tal-Opinjoni tal-KEPD dwar il-manipulazzjoni onlajn u d-data personali

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2018/C 233/06)

Id-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà u l-ekonomija qed ikollha impatt imħallat fuq l-involviment ċiviku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fuq l-ostakli għall-involviment tal-pubbliku fil-proċessi demokratiċi.

Sistemi kbar ta’ analiżi tad-data u ta’ intelliġenza artifiċjali ppermettew il-ġbir, il-kombinazzjoni, l-analiżi u l-ħżin b’mod indefinit ta’ volumi kbar ħafna ta’ data. Matul dawn l-aħħar żewġ deċennji, ħareġ mudell ta’ negozju dominanti għall-biċċa l-kbira tas-servizzi bbażati fuq il-web li jiddependi fuq l-intraċċar tan-nies onlajn u l-ġbir tad-data dwar il-karattru, is-saħħa, ir-relazzjonijiet u l-ħsibijiet u l-opinjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jiġi ġġenerat dħul mir-reklamar diġitali. Dawn is-swieq diġitali saru kkonċentrati madwar ftit kumpaniji li jaġixxu bħala kustodji effettivi għall-Internet u jimmaniġġjaw valuri ogħla ta’ kapitalizzazzjoni tas-suq aġġustati skont l-inflazzjoni minn kwalunkwe kumpanija fl-istorja rreġistrata.

Din l-ekosistema diġitali għaqdet nies madwar id-dinja b’aktar minn 50 % tal-popolazzjoni fuq l-Internet, għalkemm b’mod mhux ugwali f’termini ta’ ġeografija, ġid u sess. L-ottimiżmu inizjali dwar il-potenzjal tal-għodda tal-Internet u l-midja soċjali għall-involviment ċiviku wassal għat-tħassib li n-nies qed jiġu mmanipulati, l-ewwel nett permezz tal-ġbir kostanti ta’ informazzjoni ta’ spiss intima dwarhom, it-tieni permezz tal-kontroll fuq l-informazzjoni li jaraw onlajn skont il-kategorija li jitqiegħdu fihom. Stmerrija virali għal ħafna servizzi mmexxija mill-algoritmi hija fattur ewlieni tal-valur, bi prodotti u applikazzjonijiet li huma mfassla biex jimmassimizzaw l-attenzjoni u l-vizzju. Il-konnessjoni, tal-inqas taħt il-mudell attwali, wasslet għal qasma.

Id-dibattitu li rriżulta kien idur mal-informazzjoni qarrieqa, falza jew indiċenti (“kontenut”) servuta lin-nies bl-intenzjoni li tinfluwenza d-diskors politiku u l-elezzjonijiet, fenomenu li ġie ttikkettat bħala “aħbarijiet foloz” jew “diżinformazzjoni onlajn”. Is-soluzzjonijiet iffokaw fuq miżuri ta’ trasparenza, li esponew is-sors ta’ informazzjoni filwaqt li ttraskuraw l-akkontabilità tal-atturi fl-ekosistema li japprofittaw minn imġiba dannuża. Sadanittant, il-konċentrazzjoni tas-suq u ż-żieda fid-dominanza tal-pjattaforma jippreżentaw theddida ġdida għall-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni. Għall-KEPD, din il-kriżi ta’ fiduċja fl-ekosistema diġitali turi d-dipendenza reċiproka tal-privatezza u l-libertà tal-espressjoni. It-tnaqqis tal-ispazju intimu disponibbli għan-nies, bħala riżultat ta’ sorveljanza inevitabbli minn kumpaniji u gvernijiet, għandu effett ta’ tkexkix fuq il-kapaċità u r-rieda tan-nies li jesprimu lilhom infushom u jifformaw relazzjonijiet liberi, inkluż fl-isfera ċivika tant essenzjali għas-saħħa tad-demokrazija. Din l-Opinjoni hija għalhekk ikkonċernata bil-mod kif tintuża l-informazzjoni personali sabiex l-individwi u l-gruppi jiġu mmirati fuq livell mikro b’kontenut speċifiku, id-drittijiet u l-valuri fundamentali kkonċernati, u l-liġijiet rilevanti għall-mitigazzjoni tat-theddid.

Il-KEPD għal diversi snin argumenta għal kollaborazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data u regolaturi oħra biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-interessi tal-individwi fis-soċjetà diġitali, ir-raġuni għaliex fl-2017 nedejna d-Digital Clearinghouse. Minħabba t-tħassib li l-kampanji politiċi jistgħu qegħdin jisfruttaw l-ispazju diġitali sabiex jaħarbu l-liġijiet eżistenti, (1) aħna nemmnu li issa huwa ż-żmien li din il-kollaborazzjoni tiġi estiża għar-regolaturi elettorali u awdjoviżivi.

1.   GĦALIEX QED NIPPUBBLIKAW DIN L-OPINJONI

i.   Dibattitu pubbliku intensiv li għadu għaddej

Bħalissa hemm dibattitu pubbliku intensiv dwar l-impatt tal-ekosistema vasta u kumplessa tal-lum ta’ informazzjoni diġitali fuq mhux biss l-ekonomija tas-suq iżda wkoll fuq l-ekonomija politika, kif l-ambjent politiku jinteraġixxi mal-ekonomija. Il-pjattaformi l-kbar qegħdin fiċ-ċentru ta’ din l-ekosistema, u jiksbu b’mod sproporzjonat mit-tkabbir fir-reklamar diġitali, u qed iżidu s-saħħa relattiva tagħhom hekk kif tevolvi. Id-data personali hija meħtieġa biex tissepara, timmira u tippersonalizza l-messaġġi mwassla lill-individwi, iżda l-biċċa l-kbira ta’ min jirreklama mhuwiex konxju dwar kif jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawn u l-biċċa l-kbira tal-individwi ma jafux kif qed jintużaw. Is-sistema tippremja kontenut sensazzjonali u virali u b’mod ġenerali ma tiddistingwix bejn min jirreklama, kemm jekk fuq bażi kummerċjali kif ukoll politika. Rivelazzjonijiet dwar kif id-diżinformazzjoni intenzjonata (“aħbarijiet foloz”) ġiet imxerrda permezz ta’ din is-sistema wasslu għal biżgħat li l-integrità tad-demokraziji tista’ tkun mhedda. Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali - li s-suq tagħhom huwa wkoll ikkaratterizzat minn konċentrazzjoni - huma stess imħaddma minn data u se - jekk mhux ivverifikati - iżidu l-bogħod u n-nuqqas ta’ akkontabilità tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’dan l-ambjent.

ii.   Rilevanza tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data u kampanji politiċi

Id-drittijiet fundamentali għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data huma evidentement fattur kruċjali biex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni, li jagħmel din il-kwistjoni prijorità strateġika għall-awtoritajiet indipendenti kollha tal-protezzjoni tad-data. Fir-Riżoluzzjoni tagħhom tal-2005 dwar l-Użu ta’ Data Personali għall-Komunikazzjoni Politika, ir-regolaturi tal-protezzjoni tad-data artikolaw tħassib ewlieni fuq livell dinji dwar il-protezzjoni tad-data marbuta maż-żieda fl-ipproċessar tad-data personali minn atturi mhux kummerċjali. Hija rreferiet speċifikament għall-ipproċessar ta’ ‘“data sensittiva relatata ma’ konvinzjonijiet jew attivitajiet morali u politiċi reali jew preżunti, jew għal attivitajiet ta’ votazzjoni” u “profili invażivi ta’ diversi persuni li bħalissa huma kklassifikati - xi drabi b’mod mhux preċiż jew fuq bażi ta’ kuntatt superfiċjali - bħala simpatizzanti, partitarji, aderenti jew partit” (2). Ir-Riżoluzzjoni internazzjonali sejħet biex ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data rigward il-minimizzazzjoni tad-data, l-ipproċessar legali, il-kunsens, it-trasparenza, id-drittijiet tas-suġġetti tad-data, il-limitazzjoni tal-iskop u s-sigurtà tad-data jiġu infurzati b’mod aktar rigoruż. Issa jista’ jkun il-waqt li din is-sejħa tiġi mġedda.

Id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi japplika għall-ġbir tad-data, it-tfassil tal-profili u l-immirar fuq livell mikro, u jekk jiġi infurzat b’mod korrett jenħtieġ li jgħin biex titnaqqas il-ħsara minn attentati biex jiġu mmanipulati individwi u gruppi. Il-partiti politiċi li jipproċessaw id-data tal-votanti fl-UE jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR). Il-GDPR jiddefinixxi data personali li tiżvela opinjonijiet politiċi bħala kategorija speċjali ta’ data. L-ipproċessar ta’ din id-data ġeneralment huwa pprojbit sakemm ma tapplikax waħda mill-eżenzjonijiet elenkati. Fil-kuntest tal-kampanji politiċi, iż-żewġ eżenzjonijiet li ġejjin huma partikolarment rilevanti u jistħoqqilhom ċitazzjoni sħiħa:

“(d)

l-ipproċessar isir fil-kors tal-attivitajiet leġittimi tiegħu b’garanziji xierqa minn fondazzjoni, għaqda jew xi korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew trejdjunjonistiku u bil-kondizzjoni li l-ipproċessar ikun relatat biss mal-membri jew eks-membri tal-korp jew persuni li jkollhom kuntatt regulari miegħu b’rabta mal-għanijiet tiegħu, u li d-data personali ma tkunx żvelata barra mill-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data;

(e)

l-ipproċessar huwa relatat mad-data personali li hija manifestament ippubblikata mis-suġġett tad-data; […].

(g)

l-ipproċessar huwa meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li għandu jkun proporzjonat mal-għan mixtieq, jirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u jipprovdi miżuri xierqa u speċifiċi biex jissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data.”

Il-Premessa 56 tiċċara l-punt 9(2)(g): “[f]ejn fil-kors ta’ attivitajiet elettorali, it-tħaddim tas-sistema demokratika fi Stat Membru jeħtieġ li l-partiti politiċi jiġbru data personali dwar opinjonijiet politiċi tan-nies, l-ipproċessar ta’ din id-data jista’ jkun permess għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, bil-kondiżżjoni li jkunu stabbiliti salvagwardji xierqa”.

Bosta awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data żviluppaw regoli jew linji gwida dwar l-ipproċessar tad-data għal skopijiet politiċi:

F’Marzu 2014, l-Awtorità Taljana għall-Protezzjoni tad-Data adottat regoli dwar l-ipproċessar tad-data personali mill-partiti politiċi. Ir-regoli enfasizzaw il-projbizzjoni ġenerali li tintuża data personali li saret pubblika fuq l-Internet, bħal fuq netwerks soċjali jew forums, għall-finijiet ta’ komunikazzjoni politika, jekk din id-data nġabret għal skopijiet oħra (3).

F’Novembru 2016, il-Kummissjoni Nazzjonali Franċiża dwar il-Protezzjoni tad-Data (CNIL) ipprovdiet linji gwida addizzjonali għar-rakkomandazzjonijiet tagħha tal-2012 dwar il-komunikazzjoni politika, li jispeċifikaw ir-regoli għall-ipproċessar ta’ data personali fuq netwerks soċjali. B’mod partikolari, is-CNIL enfasizzat li l-aggregazzjoni ta’ data personali tal-votanti sabiex jitfasslu profili u jiġu mmirati fuq in-netwerks soċjali tista’ tkun legali biss jekk tkun ibbażata fuq il-kunsens bħala raġuni għall-ipproċessar tad-data (4).

F’April 2017, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni (ICO) tar-Renju Unit ħareġ Gwida dwar il-kampanji politiċi aġġornata, li inkludiet ukoll linji gwida dwar l-użu ta’ analitika ta’ data fil-kampanji politiċi. L-ICO spjega li meta organizzazzjoni politika tikkummissjona kumpanija terza biex twettaq analitika, dik il-kumpanija x’aktarx tkun proċessur tad-data, filwaqt li l-organizzazzjoni - tkun kontrollur. Għandhom jiġu kkunsidrati dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data li jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-kontrollur u l-proċessur, sabiex l-ipproċessar ikun legali. (5)

Il-linji gwida tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data għandhom il-potenzjal li jipprovdu interpretazzjoni awtorevoli addizzjonali tal-protezzjoni tad-data u dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-privatezza, li huma responsabbli għad-differenzi fl-organizzazzjoni tas-sistemi politiċi nazzjonali (6).

iii.   L-għan ta’ din l-Opinjoni tal-KEPD

Il-viżjoni tal-KEPD hija li tgħin lill-UE tmexxi bl-eżempju fid-djalogu globali dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza fl-era diġitali billi tidentifika soluzzjonijiet ta’ politika transdixxiplinari għall-isfidi tal-Big Data u tiżviluppa dimensjoni etika għall-ipproċessar tal-informazzjoni personali. (7) Sejjaħna biex is-suġġett tad-data jiġi ttrattat “bħala individwu mhux sempliċement bħala konsumatur jew utent” u enfasizzajna kwistjonijiet etiċi marbuta mal-effetti ta’ tfassil ta’ profili indikattivi u personalizzazzjoni ddeterminata mill-algoritmi. (8) Sejjaħna għal żvilupp responsabbli u sostenibbli tas-soċjetà diġitali bbażat fuq il-kontroll individwali tad-data personali li tikkonċernahom, l-inġinerija u l-akkontabilità konxja mill-privatezza u l-infurzar koerenti. (9) Il-Grupp Konsultattiv tal-Etika tal-KEPD fir-rapport tiegħu ta’ Jannar 2018 innota li “l-immirar fuq livell mikro tal-ikkanvassjar elettorali jbiddel ir-regoli ta’ diskors pubbliku, inaqqas l-ispazju għal dibattitu u l-iskambju ta’ ideat”, li “jeħtieġ b’mod urġenti dibattitu demokratiku dwar l-użu u l-l-isfruttament tad-data għall-kampanji politiċi u t-teħid ta’ deċiżjonijiet”. (10)

Din il-kwistjoni tal-użu tal-informazzjoni u d-data personali biex jiġu mmanipulati n-nies u l-politika naturalment tmur ferm lil hinn mid-dritt għall-protezzjoni tad-data. Ambjent onlajn ippersonalizzat u mmirat fuq livell mikro joħloq “filter-bubbles” fejn in-nies huma esposti għal “aktar mill-istess” informazzjoni u jiltaqgħu ma’ inqas opinjonijiet, li jirriżultaw f’polarizzazzjoni politika u ideoloġika ikbar (11). Dan iżid il-pervażività u l-persważività ta’ stejjer foloz u konspirazzjonijiet (12). Ir-riċerka tissuġġerixxi li l-manipulazzjoni tan-newsfeed jew tar-riżultati tat-tiftix tan-nies tista’ tinfluwenza l-imġiba tal-vot tagħhom (13).

It-tħassib tal-KEPD huwa li jgħin jiżgura l-ipproċessar tad-data personali, fi kliem il-GDPR, iservi lill-umanità, u mhux bil-maqlub (14). Il-progress teknoloġiku jenħtieġ li ma jiġix imfixkel iżda minflok jitmexxa skont il-valuri tagħna. Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data, huwa kruċjali biex tiġi żgurata l-ġustizzja tal-elezzjonijiet, b’mod partikolari hekk kif qed nersqu lejn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019 (15). Din l-Opinjoni hija l-aħħar waħda minn serje ta’ impenji wiesgħa mill-KEPD rigward il-kwistjoni dwar kif il-protezzjoni tad-data jenħtieġ li tiġi applikata biex tindirizza l-aktar tħassib urġenti dwar il-politika pubblika. Hija tibni fuq il-ħidma preċedenti tal-KEPD dwar il-Big Data u l-etika diġitali u l-ħtieġa li tiġi kkoordinata r-regolamentazzjoni ta’ swieq kompetittivi u ġusti (16). L-Opinjoni l-ewwel tagħti sommarju tal-proċess li bih id-data personali tforni u tiddetermina ċ-ċiklu prevalenti tal-intraċċar diġitali, l-immirar fuq livell mikro u l-manipulazzjoni. Imbagħad se tikkunsidra r-rwoli tad-diversi atturi fl-ekosistema tal-informazzjoni diġitali. Se tikkunsidra d-drittijiet fundamentali involuti, il-prinċipji rilevanti tal-protezzjoni tad-data u obbligi legali rilevanti oħra. Se tikkonkludi billi tirrakkomanda li l-problema tal-manipulazzjoni onlajn x’aktarx se tmur għall-agħar, li l-ebda approċċ regolatorju waħdieni ma jkun biżżejjed waħdu, u li għalhekk ir-regolaturi għandhom jikkollaboraw b’mod urġenti biex jindirizzaw mhux biss abbużi lokalizzati iżda wkoll id-distorsjonijiet strutturali kkawżati minn konċentrazzjoni eċċessiva tas-suq.

7.   KONKLUŻJONI

Il-manipulazzjoni onlajn toħloq theddida għas-soċjetà minħabba li l-filter bubbles u l-komunitajiet ikkontrollati jagħmluha aktar diffiċli għan-nies biex jifhmu lil xulxin u jikkondividu l-esperjenzi. Id-dgħjufija ta’ din il-“kolla soċjali” tista’ ddgħajjef id-demokrazija kif ukoll bosta drittijiet u libertajiet fundamentali oħra. Il-manipulazzjoni onlajn hija wkoll sintomu tal-opaċità u n-nuqqas ta’ akkontabilità fl-ekosistema diġitali. Il-problema hija reali u urġenti, u x’aktarx se tmur għall-agħar hekk kif aktar nies u affarijiet jingħaqdu mal-Internet u r-rwol tas-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali jiżdied. Fl-għeruq tal-problema hemm parzjalment l-użu irresponsabbli, illegali jew mhux etiku tal-informazzjoni personali. Hija meħtieġa trasparenza, iżda din mhijiex biżżejjed. Il-ġestjoni tal-kontenut tista’ tkun meħtieġa iżda ma tistax titħalla tikkomprometti d-drittijiet fundamentali. Għalhekk, parti mis-soluzzjoni, hija li jiġu infurzati r-regoli eżistenti speċjalment il-GDPR b’rigorożità u flimkien ma’ normi oħra għall-elezzjonijiet u l-pluraliżmu tal-midja.

Bħala kontribut biex jitmexxa ’l quddiem id-dibattitu, fir-rebbiegħa 2019, il-KEPD se jorganizza workshop fejn ir-regolaturi nazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, il-liġi elettorali u awdjoviżiva jkunu jistgħu jesploraw aktar dawn l-interazzjonijiet, jiddiskutu l-l-isfidi li qed jiffaċċjaw u jikkunsidraw opportunitajiet għal azzjonijiet konġunti, filwaqt li jitqiesu wkoll l-elezzjonijiet li ġejjin tal-Parlament Ewropew.

Din l-Opinjoni argumentat li t-teknoloġija u l-imġiba fis-suq qed jikkawżaw ħsara minħabba żbilanċi strutturali u distorsjonijiet. Sejjaħna għall-aġġustament tal-inċentivi għall-innovazzjoni. Il-ġganti u l-pijunieri teknoloġiċi bbenefikaw sa issa milli joperaw f’ambjent relattivament mhux irregolat. L-industriji tradizzjonali u l-kunċetti bażiċi tal-ġurisdizzjoni territorjali, is-sovranità kif ukoll in-normi soċjali inkluża d-demokrazija huma affettwati. Dawn il-valuri jiddependu fuq pluralità ta’ vuċijiet, u ekwilibriju bejn il-partijiet. Ebda attur jew settur waħdieni ma jista’ jindirizza dan waħdu. Il-protezzjoni tad-data hija parti mis-soluzzjoni u forsi parti akbar milli mistenni. Mhuwiex biżżejjed li wieħed joqgħod fuq ir-rieda tajba tal-atturi kummerċjali li finalment ma jkunux responsabbli. Għandna bżonn li nintervjenu issa fl-interess tat-tixrid aktar ġust tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2018.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Ara pereżempju http://www.independent.co.uk/news/uk/politics/election-2017-facebook-ads-marginal-seats-tories-labour-outdated-election-spending-rules-a7733131.htm [aċċessata 18.3.2018].

(2)  Ir-Riżoluzzjoni hija disponibbli hawn https://icdppc.org/wp-content/uploads/2015/02/Resolution-on-Use-of-Personal-Data-for-Polictical-Communication.pdf [aċċessata 18.3.2018].

(3)  http://www.garanteprivacy.it/web/guest/home/docweb/-/docweb-display/docweb/3013267 “Provvedimento in materia di trattamento di dati presso i partiti politici e di esonero dall’informativa per fini di propaganda elettorale” ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Awtorità Taljana għall-Protezzjoni tad-Data numru 71 fis-26.3.2014 [dok. web n. 3013267].

(4)  https://www.cnil.fr/fr/communication-politique-quelles-sont-les-regles-pour-lutilisation-des-donnees-issues-des-reseaux “Communication politique: quelles sont les règles pour l’utilisation des données issues des réseaux sociaux?” ippubblikat mill-Commission Nationale de l’informatique et des libertés (Kummissjoni Nazzjonali Franċiża tal-Informatika u l-Libertà) 8.11.2016.

(5)  Https://ico.org.uk/media/for-organisations/documents/1589/promotion_of_a_political_party.pdf Uffiċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni “Gwida dwar il-kampanji politiċi” [20170426].

(6)  Skont l-Artikolu 57(1)(d) tal-GDPR, kull awtorità superviżorja għandha […] tippromwovi l-għarfien tal-kontrolluri u l-proċessuri tal-obbligi tagħhom fit-territorju tagħha skont dan ir-Regolament.

(7)  Ara t-Tmexxija bl-Eżempju: L-Istrateġija tal-KEPD 2015-2019, p. 17. “Big data,” fil-fehma tagħna “tirreferi għall-prattika ta’ kif jingħaqdu volumi kbar ta’ informazzjoni miksuba minn sorsi differenti u kif dawn jiġu analizzati, ħafna drabi permezz ta’ algorittmi li jitgħallmu b’mod awtonomu biex jinfurmaw id-deċiżjonijiet. Wieħed mill-ikbar valuri tal-big data għan-negozji u l-gvernijiet huwa derivat mill-monitoraġġ tal-imġiba tal-bniedem, kollettivament u individwalment, u jirrisjedi fil-potenzjal ta’ previżjoni tagħha; Opinjoni tal-KEPD 4/2015, Lejn etika diġitali ġdida: Data, dinjità u teknoloġija, 11.9.2015, p. 6.

(8)  Profili użati biex ibassru jekk l-imġiba tan-nies tinsabx f’riskju ta’ stigmatizzazzjoni, biex issaħħu sterjotipi eżistenti, segregazzjoni u esklużjoni soċjali u kulturali, bit-tali “intelliġenza kollettiva” li taqleb ta’ taħt fuq l-għażla tal-individwu u l-opportunitajiet ugwali. “Filter bubbles” jew “echo-chambers personali” bħal dawn jistgħu jispiċċaw joħonqu proprju l-kreattività, l-innovazzjoni u l-libertajiet tal-espressjoni u l-assoċjazzjoni stess li ppermettew lit-teknoloġiji diġitali jiffjorixxu; Opinjoni tal-KEPD 4/2015, p. 13 (ir-referenzi tħallew barra).

(9)  Opinjoni tal-KEPD 7/2015 Nilħqu l-isfidi tal-big data, p. 9.

(10)  Rapport tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Etika tal-KEPD, Jannar 2018, p. 28.

(11)  Ara pereżempju The Economist, How the World Was Trolled (Novembru 4-10, 2017), Vol. 425, Nru 9065, pp. 21-24.

(12)  Allcott H. u Gentzkow M., Social Media and Fake News in the 2016 Election (Spring 2017). Università ta’ Stanford, Journal of Economic Perspectives, Vol. 31, Nru. 2, p. 211-236. https://web.stanford.edu/~gentzkow/research/fakenews.pdf, p. 219.

(13)  F’wieħed mill-esperimenti, l-utenti tal-pjattaforma soċjali ġew infurmati dwar kif ħbiebhom qalu li vvotaw, li wassal għal żieda statistikament sinifikanti ta’ segment tal-popolazzjoni (0,14 % tal-popolazzjoni fl-età tal-vot jew madwar 340 000 votant) biex jivvota fl-elezzjonijiet tal-kungress ta’ nofs it-terminu fl-2010; Allcott H. and Gentzkow M., Social Media and Fake News in the 2016 Election (Spring 2017), Stanford University, Journal of Economic Perspectives, Vol. 31, Nru 2, pp. 211-236., p. 219). Fi studju ieħor, ir-riċerkaturi ddikjaraw li d-differenzi fir-riżultati tat-tfittxija ta’ Google setgħu jbiddlu l-preferenzi tal-vot ta’ votanti mhux deċiżi b’20 %; Zuiderveen Borgesius, F. & Trilling, D. & Möller, J. & Bodó, B. & de Vreese, C. & Helberger, N. (2016). Should we worry about filter bubbles?. Internet Policy Review, 5(1). DOI: 10.14763/2016.1.401, p. 9.

(14)  Premessa 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE, minn hawn ’il quddiem “GDPR”.

(15)  Kif iddikjarat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawża ta’ Orlovskaya Iskra vs Ir-Russja, “Elezzjonijiet ħielsa u libertà tal-espressjoni, b’mod partikolari l-libertà ta’ dibattitu politiku, flimkien jiffurmaw is-sisien ta’ kwalunkwe sistema demokratika. Iż-żewġ drittijiet huma relatati ma’ xulxin u joperaw biex isaħħu lil xulxin: pereżempju, il-libertà tal-espressjoni hija waħda mill-‘kundizzjonijiet’ meħtieġa biex ‘tiġi żgurata l-espressjoni ħielsa tal-opinjoni tal-poplu fl-għażla tal-leġiżlatura’. Għal din ir-raġuni, huwa partikolarment importanti li fil-perjodu ta’ qabel l-elezzjoni tkun permessa ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ opinjonijiet u informazzjoni ta’ kull tip. Fil-kuntest tad-dibattiti elettorali, l-eżerċizzju mingħajr tfixkil tal-libertà tal-kelma mill-kandidati għandu sinifikat partikolari” (ir-referenzi tħallew barra t-test), para 110. http://hudoc.echr.coe.int/eng?i=001-171525

(16)  2014 - Opinjoni Preliminari dwar “Il-Privatezza u l-Kompetittività fl-Era tal-Big Data”; 2015 - Opinjoni 4/2015 Lejn etika diġitali ġdida. Data, dinjità u teknoloġija; 2015 - Opinjoni 7/2015 Nilqgħu l-isfidi tal-big data. Sejħa għat-trasparenza, il-kontroll tal-utent, il-protezzjoni tad-data permezz tad-disinn u l-akkontabilità; 2016 - Opinjoni 8/2016 Opinjoni tal-KEPD dwar l-infurzar koerenti tad-drittijiet fundamentali fiż-żmien tal-big data.


4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/12


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposti għal żewġ Regolamenti li jistabbilixxu qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira tal-UE

(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni jista' jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2018/C 233/07)

L-isfidi urġenti tal-lum relatati mas-sigurtà u l-ġestjoni tal-fruntieri jeħtieġu użu aktar intelliġenti tal-informazzjoni li diġà tinsab disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Dan ħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tniedi proċess lejn l-interoperabbiltà ta' sistemi tal-informazzjoni fuq skala kbira tal-UE (eżistenti u futuri) fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-asil u s-sigurtà. F'Diċembru 2017, il-Kummissjoni ħarġet żewġ Proposti għal Regolamenti li jistabbilixxu l-qafas ġuridiku għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira tal-UE.

L-interoperabbiltà, diment li tiġi implimentata b'mod maħsub sew u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data, tista' tkun għodda utli sabiex tindirizza l-ħtiġijiet leġittimi tal-awtoritajiet kompetenti permezz ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira u sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni effettiva u effiċjenti. L-interoperabbiltà mhijiex primarjament għażla teknika jew għażla teknika biss, iżda għażla politika li jista' jkollha konsegwenzi legali u soċjetali qawwijin li ma jistgħux jinħbew wara bidliet allegatament tekniċi. Id-deċiżjoni tal-leġiżlatur tal-UE li s-sistemi tal-IT fuq skala kbira jsiru interoperabbli mhux biss taffettwa b'mod permanenti u profond l-istruttura tagħhom u l-mod tagħhom ta' kif joperaw, iżda tbiddel ukoll il-mod ta' kif il-prinċipji legali jiġu interpretati s'issa f'dan il-qasam u, għaldaqstant, timmarka “punt mingħajr ritorn”.

Filwaqt li l-interoperabbiltà fil-bidu setgħet ġiet prevista bħala għodda biex tiffaċilita l-użu tas-sistemi biss, il-Proposti jintroduċu possibbiltajiet ġodda kif tiġi aċċessata u kif tintuża d-data maħżuna fid-diversi sistemi sabiex tiġi miġġielda l-frodi tal-identità, jiġu ffaċilitati l-verifiki tal-identità, kif ukoll jiġi ssimplifikat l-aċċess għal sistemi ta' informazzjoni mhux tal-liġi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

B'mod partikolari, il-Proposti joħolqu bażi tad-data ċentralizzata ġdida li jkun fiha informazzjoni dwar miljuni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluża d-data bijometrika tagħhom. Minħabba l-iskala u n-natura tad-data li se tinħażen f'din il-bażi tad-data, il-konsegwenzi ta' kwalunkwe ksur tad-data jista' jagħmel ħsara serja lil potenzjalment għadd kbir ħafna ta' individwi. Jekk din l-informazzjoni xi darba taqa' fl-idejn il-ħżiena, il-bażi tad-data tista' ssir għodda perikoluża kontra d-drittijiet fundamentali. Għalhekk, huwa essenzjali li jinbnew salvagwardji legali, tekniċi u organizzattivi b'saħħithom. Hija meħtieġa wkoll viġilanza speċjali kemm fir-rigward tal-iskopijiet tal-bażi tad-data kif ukoll fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-użu tagħha.

F'dan il-kuntest, il-KEPD jenfasizza l-importanza li jkompli jiġi ċċarat il-kobor tal-problema tal-frodi tal-identità fost iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, sabiex jiġi żgurat li l-miżura proposta tkun xierqa u proporzjonata. Il-possibbiltà li tiġi kkonsultata l-bażi tad-data ċentralizzata sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki tal-identità fit-territorju tal-Istati Membri għandha titfassal b'mod aktar ristrett.

Il-KEPD jifhem il-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jibbenefikaw mill-aħjar għodod possibbli sabiex jidentifikaw malajr l-awturi ta' atti terroristiċi u reati serji oħra. Madankollu, minn perspettiva tad-drittijiet fundamentali, l-iffaċilitar tal-aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal sistemi ta' infurzar mhux tal-liġi (jiġifieri għal informazzjoni miksuba minn awtoritajiet għal skopijiet differenti mill-infurzar tal-liġi), anki jekk sa punt limitat, huwa ferm 'il bogħod milli jkun insinifikanti. L-aċċess ta' rutina fil-fatt jirrappreżenta ksur serju tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop. Għaldaqstant, il-KEPD jitlob li jinżammu salvagwardji ġenwini sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet fundamentali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Finalment, il-KEPD jixtieq jenfasizza li kemm f'termini legali kif ukoll f'termini tekniċi, il-Proposti jżidu saff ieħor ta' kumplessità mas-sistemi eżistenti, kif ukoll ma' dawk li għadhom qed jitħejjew, b'implikazzjonijiet preċiżi li f'dan l-istadju huwa diffiċli li jiġu vvalutati. Din il-kumplessità se jkollha implikazzjonijiet mhux biss għall-protezzjoni tad-data, iżda anki għall-governanza u għas-superviżjoni tas-sistemi. L-implikazzjonijiet preċiżi għad-drittijiet u għal-libertajiet li jinsabu fil-qalba tal-proġett tal-UE huwa diffiċli li jiġu vvalutati b'mod sħiħ f'dan l-istadju. Għal dawn ir-raġunijiet, il-KEPD jistieden dibattitu usa' dwar il-futur tal-iskambju tal-informazzjoni tal-UE, il-governanza tagħhom u l-modi kif jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet fundamentali f'dan il-kuntest.

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Sfond

1.

F'April 2016, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni Sistemi ta' Informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà (1) li tiftaħ diskussjoni dwar kif is-sistemi ta' informazzjoni fl-Unjoni Ewropea jistgħu jtejbu aktar il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà interna.

2.

F'Ġunju 2016, bħala segwitu tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar is-sistemi ta' informazzjoni u l-interoperabbiltà (“HLEG”). L-HLEG ingħata l-kompitu li jindirizza l-isfidi legali, tekniċi u operattivi biex tinkiseb l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ċentrali tal-UE għall-fruntieri u s-sigurtà (2).

3.

L-HLEG l-ewwel ippreżenta rakkomandazzjonijiet fir-rapport interim tiegħu ta' Diċembru 2016 (3), u wara fir-rapport finali tiegħu ta' Mejju 2017 (4). Il-KEPD ġie mistieden jieħu sehem fil-ħidma tal-HLEG u ħareġ dikjarazzjoni dwar il-kunċett ta' interoperabbiltà fil-qasam tal-migrazzjoni, tal-asil u tas-sigurtà li hija inkluża fir-rapport finali tal-HLEG.

4.

Biex tibni fuq il-Komunikazzjoni tal-2016 u fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-HLEG, il-Kummissjoni pproponiet approċċ ġdid fejn is-sistemi ta' informazzjoni ċentralizzati kollha tal-UE għas-sigurtà, il-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni jkunu interoperabbli (5). Il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li taħdem biex toħloq portal Ewropew tat-tfittxija, servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku u repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità.

5.

Fit-8 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill laqa' l-opinjoni tal-Kummissjoni u it-triq 'il quddiem proposta biex l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni tinkiseb sal-2020 (6). Fis-27 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE għall-fruntieri u s-sigurtà (7). Il-konsultazzjoni ġiet akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt tal-bidu.

6.

Fis-17 ta' Novembru 2017, bħala kontribut addizzjonali, il-KEPD ħareġ dokument ta' riflessjoni dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni fl-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (8). F'dan id-dokument, huwa rrikonoxxa li meta l-interoperabbiltà tiġi implimentata b'mod maħsub sew u f'konformità mar-rekwiżiti ewlenin tan-neċessità u tal-proporzjonalità, din tista' tkun għodda utli sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet leġittimi tal-awtoritajiet kompetenti li jużaw sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira, inkluż biex tittejjeb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

7.

Fit-12 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ppubblikat żewġ proposti leġiżlattivi (“il-Proposti”) għal:

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża) u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ir-Regolament (UE) 2016/399 u r-Regolament (UE) 2017/2226, minn hawn 'il quddiem “Proposta dwar il-fruntieri u l-viża”.

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni), minn hawn 'il quddiem “Proposta dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni”.

1.2.   Objettivi tal-Proposti

8.

Il-Proposti għandhom l-għan ġenerali li jtejbu l-ġestjoni tal-fruntieri esterni ta' Schengen u li jikkontribwixxu għas-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, huma jistabbilixxu qafas sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira tal-UE eżistenti u futuri fl-oqsma tal-verifiki fil-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni, il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali.

9.

Il-komponenti tal-interoperabbiltà stabbiliti mill-Proposti jkopru:

Tliet sistemi eżistenti: Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), is-sistema Eurodac u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS);

Tliet sistemi proposti li għadhom qed jitħejjew li għadhom qed jiġu żviluppati:

waħda li reċentement intlaħaq qbil dwarha mil-leġiżlaturi tal-UE u jeħtieġ li tiġi żviluppata: is-Sistema tad-Dħul/Ħruġ (EES) (9) u,

tnejn li għadhom taħt negozjati: is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) proposta (10), u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ECRIS-TCN) proposta (11);

il-Bażi ta' Data ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLT) tal-Interpol u

id-data tal-Europol (12).

10.

L-interoperabbiltà bejn dawn is-sistemi tikkonsisti minn erba' komponenti:

Portal Ewropew tat-Tfittxija (“ESP”),

Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (“BMS kondiviż”)

Repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (“CIR”) u,

Detettur ta' identitajiet multipli (“MID”).

11.

L-ESP jaħdem bħala sensar tal-messaġġi. L-għan tiegħu huwa li jipprovdi interfaċċa sempliċi li tipprovdi riżultati tat-tiftix rapidi b'mod trasparenti. Dan jippermetti t-tiftix simultanju tas-sistemi differenti permezz ta' data dwar l-identità (kemm bijografika kif ukoll bijometrika). Fi kliem ieħor, l-utent aħħari jkun jista' jwettaq tfittxija waħda u jirċievi riżultati mis-sistemi kollha li huwa għandu l-awtorità li jaċċessa minflok ma jfittex kull sistema individwalment.

12.

Il-BMS kondiviż ikun għodda teknika sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' individwu li jista' jkun irreġistrat f'bażijiet ta' data differenti. Dan jaħżen mudelli tad-data bijometrika (marki tas-swaba' u immaġnijiet tal-wiċċ) li jinsabu fis-sistemi ta' informazzjoni ċentralizzati tal-UE (jiġifieri, is-SIS, is-sistema Eurodac, l-EES, il-VIS u l-ECRIS-TCN). Min-naħa waħda, dan jippermetti t-tiftix simultanju tad-data bijometrika maħżuna fis-sistemi differenti, u min-naħa l-oħra, jippermetti li din id-data tiġi mqabbla.

13.

Is-CIR jiffaċilita l-identifikazzjoni tal-persuni, inkluż fit-territorju tal-Istati Membri, u jgħin ukoll jissimplifika l-aċċess tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal sistemi ta' informazzjoni mhux tal-liġi. Is-CIR jaħżen data bijografika u bijometrika rreġistrata fil-VIS, fl-ECRIS-TCN, fl-EES, fis-sistema Eurodac u fl-ETIAS). Dan jaħżen id-data - li tiġi sseparata loġikament - skont is-sistema li minnha tkun oriġinat id-data.

14.

L-MID jkun għodda li jippermetti r-rabta ta' identitajiet fi ħdan is-CIR u s-SIS u jaħżen links bejn ir-rekords. Dan jaħżen links li jipprovdu informazzjoni meta tinstab tqabbila definita jew possibbli waħda jew aktar u/jew meta tintuża identità falza. Dan jiċċekkja jekk teżistix data mfittxija jew ta' input f'aktar minn waħda mis-sistemi sabiex jiġu identifikati diversi identitajiet (eż. l-istess data bijometrika marbuta ma' data bijografika differenti jew l-istess data bijografika, jew data bijografika simili, marbuta ma' data bijometrika differenti). L-MID juri r-rekords tal-identità bijografika li għandhom link fis-sistemi differenti.

15.

Permezz tal-erba' komponenti tal-interoperabbiltà, il-Proposti għandhom l-għan li:

jipprovdu lill-utenti awtorizzati aċċess rapidu, uniformi, sistematiku u kkontrollat għal sistemi ta' informazzjoni rilevanti,

jiffaċilitaw il-verifiki tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri,

jidentifikaw diversi identitajiet marbutin mal-istess sett ta' data u,

jissimplifikaw l-aċċess tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal sistemi ta' informazzjoni mhux tal-infurzar tal-liġi.

16.

Barra minn hekk, il-Proposti jistabbilixxu repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (“CRRS”), il-Format Universali ta' Messaġġ (“UMF”) u jintroduċu mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità tad-data awtomatizzati.

17.

Il-pubblikazzjoni ta' żewġ proposti leġiżlattivi minflok waħda tirriżulta mill-ħtieġa li tiġi rispettata d-distinzjoni bejn is-sistemi li jikkonċernaw:

l-acquis ta' Schengen li jirrigwarda l-fruntieri u l-viżas (jiġifieri l-VIS, l-EES, l-ETIAS u s-SIS, kif irregolat mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006),

l-acquis ta' Schengen dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija jew li mhumiex relatati mal-acquis ta' Schengen (is-sistema Eurodac, l-ECRIS-TCN u s-SIS, kif irregolat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI).

18.

Iż-żewġ proposti huma “proposti paralleli” li għandhom jinqraw flimkien. Kemm in-numerazzjoni kif ukoll il-kontenut tal-Artikoli primarjament huma simili fiż-żewġ proposti. Għaldaqstant, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, meta aħna nsemmu Artikolu speċifiku, dan l-Artikolu qed jirreferi għal dak taż-żewġ proposti.

5.   KONKLUŻJONIJIET

142.

Il-KEPD jirrikonoxxi li meta l-interoperabbiltà tiġi implimentata b'mod maħsub sew u f'konformità mar-rekwiżiti ewlenin tan-neċessità u tal-proporzjonalità, din tista' tkun għodda utli sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet leġittimi tal-awtoritajiet kompetenti li jużaw sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira, inkluż biex tittejjeb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

143.

Huwa jenfasizza li l-interoperabbiltà primarjament mhijiex għażla teknika, l-ewwel u qabel kollox hija għażla politika li għandha ssir, b'implikazzjonijiet legali u soċjetali sinifikanti fis-snin li ġejjin. Fl-isfond tat-tendenza ċara li jitħalltu objettivi distinti tal-liġi tal-UE u tal-politika (jiġifieri il-verifiki fil-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni, il-kooperazzjoni tal-pulizija u issa anki l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali), kif ukoll l-għoti ta' aċċess ta' rutina lill-infurzar tal-liġi għal bażijiet tad-data mhux tal-infurzar tal-liġi, id-deċiżjoni tal-leġiżlatur tal-UE li s-sistemi tal-IT fuq skala kbira jsiru interoperabbli mhux biss taffettwa b'mod permanenti u profond l-istruttura tagħhom u l-mod tagħhom ta' kif joperaw, iżda tbiddel ukoll il-mod ta' kif il-prinċipji legali ġew interpretati s'issa f'dan il-qasam u, għaldaqstant, timmarka “punt ta' ebda ritorn”. Għal dawn ir-raġunijiet, il-KEPD jistieden dibattitu usa' dwar il-futur tal-iskambju tal-informazzjoni tal-UE, il-governanza tagħhom u l-modi kif jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet fundamentali f'dan il-kuntest.

144.

Minkejja li l-Proposti kif ġew ippreżentati jistgħu jagħtu l-impressjoni li l-interoperabbiltà hija l-komponent finali ta' sistemi ta' informazzjoni li jaħdmu b'mod sħiħ (jew mill-inqas sistemi li l-atti li jistabbilixxuhom jkunu diġà “stabbli” u li jinsabu fl-istadji finali tal-proċess leġiżlattiv), il-KEPD jixtieq ifakkar li dan mhuwiex il-każ. Fil-verità, tlieta mis-sitt sistemi ta' informazzjoni tal-UE li l-Proposti jfittxu l-interkonnessjoni bħalissa ma jeżistux (l-ETIAS, l-ECRIS-TCN u l-EES), tnejn bħalissa jinsabu taħt reviżjoni (SIS u Eurodac) u waħda għandha tiġi riveduta aktar tard din is-sena (VIS). Il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet preċiżi għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data ta' sistema kumplessa ħafna b'ammont kbir ta' “partijiet li jiċċaqilqu” mhijiex impossibbli. Il-KEPD jfakkar l-importanza li tiġi żgurata konsistenza bejn it-testi legali li diġà jinsabu taħt negozjati (jew li jkunu ġejjin) u l-Proposti sabiex jiġi żgurat ambjent legali, organizzattiv u tekniku unifikat għall-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tad-data fi ħdan l-Unjoni. F'dan il-kuntest, huwa jixtieq jenfasizza li din l-Opinjoni hija mingħajr preġudizzju għal interventi ulterjuri li jistgħu jirriżultaw hekk kif id-diversi strumenti legali interkonnessi jimxu fil-proċess leġiżlattiv.

145.

Il-KEPD jinnota li filwaqt li l-interoperabbiltà fil-bidu setgħet ġiet prevista bħala għodda biex tiffaċilita l-użu tas-sistemi biss, il-Proposti jintroduċu possibbiltajiet ġodda kif tiġi aċċessata u tintuża d-data maħżuna fid-diversi sistemi sabiex tiġi miġġielda l-frodi tal-identità, jiġu ffaċilitati l-verifiki tal-identità u jiġi ssimplifikat l-aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal sistemi ta' informazzjoni mhux tal-liġi.

146.

Kif diġà ġie enfasizzat fid-dokument ta' riflessjoni tiegħu, il-KEPD jenfasizza l-importanza li l-ewwel ikompli jiġi ċċarat il-kobor tal-problema tal-frodi tal-identità fost iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jiġi żgurat li l-miżura proposta tkun xierqa u proporzjonata.

147.

Fir-rigward tal-użu tad-data maħżuna fid-diversi sistemi sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki tal-identità fit-territorji tal-Istati Membri, il-KEPD jenfasizza li l-għanijiet ta' dan l-użu, jiġifieri l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kontribut għal livell għoli ta' sigurtà huma fformulati b'mod ġenerali wisq u għandhom jiġu “ristretti ħafna” u “ddefiniti b'mod preċiż” fil-Proposti sabiex jikkonformaw mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Huwa jikkunsidra b'mod partikolari li l-aċċess għas-CIR sabiex tiġi stabbilita l-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz bl-għan li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà għandu jkun permess biss fejn l-aċċess għal bażijiet tad-data nazzjonali simili bl-istess għanijiet (eż. reġistru ta' ċittadini/residenti eċċ.) jeżisti u jeżisti taħt l-istess kundizzjonijiet. Huwa jirrakkomanda li dan jintwera ċar fil-Proposti. Inkella, il-Proposti jkunu jidhru li jistabbilixxu suppożizzjoni li ċ-ċittadini ta' pajjiż terz awtomatikament jikkostitiwixxu theddida għas-sigurtà. Huwa jirrakkomanda wkoll li jiġi żgurat li l-aċċess għad-data sabiex tiġi identifikata persuna matul verifika tal-identità jiġi permess:

fil-prinċipju, fil-preżenza tal-persuna u,

meta huwa jew hija ma jkunx/tkunx jista'/tista' jikkoopera/tikkoopera u ma jkollux/jkollhiex dokument li jistabbilixxi l-identità tiegħu/tagħha jew.

jirrifjuta/tirrifjuta li jikkoopera/tikkoopera jew,

meta jkun hemm raġunijiet iġġustifikati jew bażi soda biex ikun hemm it-twemmin li d-dokumenti ppreżentati jkunu foloz jew li l-persuna ma tkunx qed tgħid il-verità dwar l-identità tiegħu/tagħha.

148.

Il-KEPD jifhem il-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jibbenefikaw mill-aħjar għodod possibbli sabiex jidentifikaw malajr l-awturi ta' atti terroristiċi bħal reati serji oħra. Madankollu, it-tneħħija ta' salvagwardji ġenwini introdotti sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet fundamentali primarjament bl-għan li titħaffef proċedura ma tkunx aċċettabbli. Għaldaqstant, huwa jirrakkomanda li fl-Artikolu 22(1) tal-Proposti jiżdiedu l-kundizzjonijiet relatati mal-eżistenza ta' raġunijiet validi, it-twettiq ta' tfittxija minn qabel fil-bażijiet tad-data nazzjonali u t-tnedija ta' talba fis-sistema tal-identifikazzjoni awtomatizzata tal-marki tas-swaba' tal-Istati Membri l-oħra taħt id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, qabel kwalunkwe tfittxija fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità. Barra minn hekk, huwa jikkunsidra li l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-aċċess anki għal informazzjoni limitata bħal hit/no-hit dejjem għandha tiġi vverifikata, indipendentement mill-aċċess ulterjuri għad-data maħżuna fis-sistema li skattat il-hit.

149.

Il-KEPD jikkunsidra li n-neċessità u l-proporzjonalità tal-użu tad-data maħżuna fl-ECRIS-TCN sabiex jiġu identifikati diversi identitajiet u sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki tal-identità għandhom jintwerew b'mod aktar ċar, u jeħtieġu kjarifika anki fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop. Għaldaqstant, huwa jirrkkomanda li fil-Proposti jiġi żgurat li d-data maħżuna fl-ECRIS-TCN tkun tista' tiġi aċċessata u tintuża biss għall-għanijiet tal-ECRIS-TCN kif iddefinit fl-istrument legali tiegħu.

150.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-Proposti għandhom l-għan li joħolqu ambjent tekniku armonizzat ta' sistemi li se jaħdmu flimkien sabiex jipprovdu aċċess rapidu, uniformi, ikkontrollat u sistematiku għall-informazzjoni li d-diversi partijiet ikkonċernati għandhom bżonn biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Huwa jfakkar li l-prinċipji fundamentali tal-protezzjoni tad-data għandhom jiġu kkunsidrati matul l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-Proposti u, konsegwentement, jirrakkomanda li fil-Proposti jiġi inkluż l-obbligu biex l-eu-LISA u l-Istati Membri jsegwu l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data b'intenzjoni u b'mod awtomatiku.

151.

Minbarra l-kummenti ġenerali u l-kwistjonijiet ewlenin identifikati hawn fuq, il-KEPD għandu rakkomandazzjonijiet addizzjonali relatati mal-aspetti li ġejjin tal-Proposti:

il-funzjonalità tal-ESP, il-BMS kondiviż, is-CIR u l-MID,

il-perjodi taż-żamma tad-data fis-CIR u fl-MID,

il-verifika manwali tal-links,

ir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika,

id-diviżjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltà bejn l-eu-LISA u l-Istati Membri,

is-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà,

id-drittijiet tas-suġġetti tad-data,

l-aċċess mill-persunal tal-eu-LISA,

il-perjodu ta' tranżizzjoni,

ir-reġistri u

ir-rwol tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-KEPD.

152.

Il-KEPD jibqa' disponibbli sabiex jipprovdi aktar pariri dwar il-Proposti, anki b'rabta ma' kwalunkwe att delegat jew ta' implimentazzjoni adottati skont ir-Regolamenti proposti, li jistgħu jħallu impatt fuq l-ipproċessar ta' data personali.

Brussell, id-19 ta' Marzu 2018.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Sistemi ta' Informazzjoni aktar b'Saħħithom u aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà, 6.4.2017, COM (2016) 205 finali.

(2)  Idem, p. 15.

(3)  Ir-rapport interim mill-president tal-grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar is-sistemi ta' informazzjoni u l-interoperabbiltà stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea, Rapport interim mill-president tal-grupp ta' esperti ta' livell għoli, Diċembru 2016, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3435

(4)  Rapport finali tal-grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar is-sistemi ta' informazzjoni u l-interoperabbiltà stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea, 11 ta' Mejju 2017; disponibbli fuq http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3435.

(5)  Komunikazzjoni tas-16.5.2017 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill, is-Seba' rapport ta' progress lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina, COM(2017) 261 finali.

(6)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-triq 'il quddiem biex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni u tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, 8 ta' Ġunju 2017: http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10151-2017-INIT/mt/pdf.

(7)  Il-konsultazzjoni pubblika u l-valutazzjoni tal-impatt huma disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/home-affairs/content/consultation-interoperability-eu-information-systems-borders-and-security_en.

(8)  https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/17-11-16_opinion_interoperability_en.pdf.

(9)  ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(10)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/794 u (UE) 2016/1624, COM(2016) 731 finali, 16.11.2016.

(11)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri li għandhom informazzjoni ta' konvinzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (TCN) biex jissupplimentaw u jappoġġaw is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011, COM(2017) 344 finali, 29.6.2017.

(12)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/18


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 233/08)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Agen – Pariġi (Orly)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mis-7 ta’ Jannar 2019 sas-6 ta’ Jannar 2023

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

10 ta’ Settembru 2018 (12:00, ħin lokali)

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Syndicat Mixte Pour L’aerodrome Departemental (SMAD)

Aéroport d’Agen La Garenne

47520 Le Passage

FRANZA

Tel. +33 553770083

Indirizz elettroniku: m.bertaud@aeroport-agen.fr

Jew fuq il-pjattaforma tal-profil tax-xerrej ta’ SMAD: https://www.e-marchespublics.fr


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8891 — Puig/BSH/Noustique)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 233/09)

1.   

Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Puig International, S.A. (“Puig International”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Puig, S.L.,

BSH Hausgeräte GmbH (“BSH”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Robert Bosch GmbH (“Bosch”),

Noustique Perfumes, S.L. (“Noustique”, Spanja).

Puig International u BSH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Noustique.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Puig International: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ fwejjaħ u kosmetiċi inklużi ditti propjetà, bħal Carolina Herrera jew Nina Ricci; liċenzji u fwejjaħ ta’ ċelebrità;

—   BSH: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ apparati domestiċi permezz tiegħu tal-marki tad-ditta dinjija tagħha Bosch, Siemens, Gaggenau u Neff u marki lokali differenti. Bosch tissupplixxi teknoloġija u servizzi għall-karozzi, it-teknoloġija industrijali, prodotti għall-konsumatur (pereż. apparati domestiċi) u l-industriji tal-enerġija u tat-teknoloġija tal-bini fuq bażi dinjija;

—   Noustique: impriża konġunta (joint venture, JV) għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ prodott ġdid fil-qasam tal-fwejjaħ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8891 — Puig/BSH/Noustique

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8939 — Liberty House Group/Aluminium Dunkerque)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 233/10)

1.   

Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Liberty Industries France (Franza), ikkontrollata minn Liberty House Group (ir-Renju Unit),

Aluminium Dunkerque (Franza).

Liberty Industries France takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Aluminium Dunkerque kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Liberty House Group: il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u r-riċiklaġġ tal-azzar u tal-aluminju u l-manifattura tal-prodotti tal-inġinerija b’valur miżjud madwar id-dinja,

—   Aluminium Dunkerque: il-manifattura ta’ aluminju primarju fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8939 — Liberty House Group/Aluminium Dunkerque

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

4.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/22


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Tmiem is-sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni

(2018/C 233/11)

Fit-2 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba tar-Repubblika Ċeka għandha x’taqsam ma’ ċerti attivitajiet fis-suq bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fir-Repubblika Ċeka. L-avviżi rilevanti ġew ippubblikati fil-ĠU C 23, 24.1.2017, p. 10 fil-ĠU C 167, 25.5.2017, p. 10, fil-ĠU C 276, 19.8.2017, p. 4, fil-ĠU C 396, 23.11.2017, p. 18 u fil-ĠU C 439, 20.12.2017, p. 12.

Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni talbet lill-Applikant biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Jannar 2018. Kif tħabbar fl-avviż ippubblikat fil-ĠU C 114, 28.3.2018, p. 20, l-iskadenza finali ttawlet b’55 jum tax-xogħol wara l-wasla ta’ informazzjoni sħiħa u korretta. L-informazzjoni sħiħa u korretta waslet fit-12 ta’ April 2018.

Għaldaqstant l-iskadenza finali hi fil-5 ta’ Lulju 2018.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).