ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 231

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
2 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 231/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 231/02

Kawża C-574/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Varese – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Mauro Scialdone (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Artikolu 4(3) TUE — Artikolu 325(1) TFUE — Direttiva 2006/112/KE — Konvenzjoni PIF — Sanzjonijiet — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Ommissjoni ta’ ħlas, fit-termini stabbiliti mil-liġi, tal-VAT li tirriżulta mid-denunzja annwali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi priġunerija biss meta l-ammont ta’ VAT mhux imħallas jaqbeż ċertu limitu ta’ kriminalizzazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi limitu ta’ kriminalizzazzjoni iktar baxx għall-ommissjoni ta’ ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn relatata mat-taxxa fuq id-dħul)

2

2018/C 231/03

Kawża C-82/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – il-Belġju) – K.A. et vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kontrolli fil-fruntieri, ażil, immigrazzjoni — Artikolu 20 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 7 u 24 — Direttiva 2008/115/KE — Artikoli 5 u 11 — Ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa suġġett għal projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju — Applikazzjoni għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja ma’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea li qatt ma eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu — Rifjut li tiġi eżaminata l-applikazzjoni)

3

2018/C 231/04

Kawżi Magħquda C-331/16 u C-366/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Middelburg, Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju) – K. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (C-331/16), H. F.vs Belgische Staat (C-366/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38/KE — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) — Limitazzjoni tad-dritt ta’ residenza għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika — Tkeċċija mit-territorju minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika — Aġir li jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà — Persuna li l-applikazzjoni tagħha għall-ażil ġiet irrifjutata għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1(F)(a) tal-Konvezjoni ta’ Genève jew tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2011/95/UE — Artikolu 28(1) — Artikolu 28(3)(a) — Protezzjoni minn tkeċċija — Residenza fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti — Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika — Kunċett)

4

2018/C 231/05

Kawża C-376/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Mejju 2018 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Appell — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-ġestjoni ta’ programmi u ta’ proġetti kif ukoll ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika — Proċedura ta’ kaskata — Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 76 u Artikolu 84(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Projbizzjoni li tingħata deċiżjoni ultra petita — Evalwazzjoni ta’ subkriterji fi ħdan kriterji ta’ għoti — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 – Artikolu 100(2) — Deċiżjoni li tiċħad l-offerta — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Telf ta’ opportunità — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea — Talba għal kumpens)

6

2018/C 231/06

Kawża C-684/17 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2017 minn Banca Monte dei Paschi di Siena SpA, Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-83/16 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

6

2018/C 231/07

Kawża C-685/17 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2017 minn Banca Monte dei Paschi di Siena SpA, Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-84/16 – Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Banca Widiba SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

7

2018/C 231/08

Kawża C-168/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2018 – Pensions-Sicherungs-Verein VVaG vs Günther Bauer

7

2018/C 231/09

Kawża C-175/18 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2018 minn PTC Therapeutics International Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-718/15, PTC Therapeutics International Ltd vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

8

2018/C 231/10

Kawża C-178/18 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 minn MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-729/15, MSD Animal Health Innovation GmbH and Intervet international BV vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

9

2018/C 231/11

Kawża C-203/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2018 – Deutsche Post AG, Klaus Leymann vs Land Nordrhein-Westfalen

10

2018/C 231/12

Kawża C-210/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schienen-Control Kommission (l-Awstrija) fit-23 ta’ Marzu 2018 – WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG

10

2018/C 231/13

Kawża C-224/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Budimex S.A.

11

2018/C 231/14

Kawża C-225/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Grupa Lotos S.A. vs Minister Finansów

11

2018/C 231/15

Kawża C-227/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ April 2018 – VE vs WD

12

2018/C 231/16

Kawża C-228/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ April 2018 – Gazdasági Versenyhivatal vs Budapest Bank Nyrt et

13

2018/C 231/17

Kawża C-235/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH

14

2018/C 231/18

Kawża C-262/18 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-216/15, Dôvera zdravotná poist'ovňa, a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2018/C 231/19

Kawża C-280/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-24 ta’ April 2018 – Alain Flausch, Andrea Bosco, Estienne Roger Jean Pierre Albrespy, Somateio Syndesmos Iiton, Somateio Elliniko Diktyo – Filoi tis Fisys, Somateio Syllogos Prostasias kai Perithalpsis Agias Zonis – SPPAZ vs Ypourgos Perivallontos kai Energeias, Ypourgos Oikonomikon, Ypourgos Tourismou, Ypourgos Naftilias kai Nisiotikis Politikis

16

2018/C 231/20

Kawża C-312/18 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2018 minn Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-361/17, Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux vs Il-Kummissjoni Ewropea

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 231/21

Kawża T-429/13 u T-451/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Bayer CropScience et vs Il-Kummissjoni (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva klotijanidin, tijametossam u imidakloprid — Reviżjoni tal-approvazzjoni — Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 — Projbizzjoni tal-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi inkwistjoni — Artikolu 49(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Proporzjonalità — Dritt għal smigħ — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

18

2018/C 231/22

Kawża T-584/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – BASF Agro et vs Il-Kummissjoni (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva fipronil — Reviżjoni tal-approvazzjoni — Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 — Projbizzjoni tal-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva inkwistjoni — Artikolu 49(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Analiżi tal-impatt)

19

2018/C 231/23

Kawża T-283/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2018 – Esso Raffinage vs ECHA (REACH — Valutazzjoni tal-fajls — Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet — Verifika tal-informazzjoni ppreżentata u segwitu tal-valutazzjoni tal-fajls — Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Inċidenza diretta u individwali — Ammissibbiltà — Bażi legali — Artikoli 41, 42 u 126 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)

20

2018/C 231/24

Kawża T-205/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni (Fondi ta’ Koeżjoni — Infiq eskluż mill-finanzjament — Assistenza teknika għall-ġestjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni fil-Litwanja — VAT — Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 16/2003 — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja)

21

2018/C 231/25

Kawża T-626/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Troszczynski vs Il-Parlament (Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament Ewropew — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament — Kompetenza tas-segretarju ġenerali — Electa una via — Drittijiet tad-difiża — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet politiċi — Ugwaljanza fit-trattament — Użu ħażin ta’ poter — Indipendenza tal-membri tal-Parlament Ewropew — Żball fattwali — Proporzjonalità)

21

2018/C 231/26

Kawża T-675/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali mycard2go — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1) (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001))

22

2018/C 231/27

Kawża T-676/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva mycard2go — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1 (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

23

2018/C 231/28

Kawża T-712/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq tat-trasport bl-ajru — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti impenji — Talba għall-eżenzjoni ta’ parti mill-obbligi li huma s-suġġett tal-impenji — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Użu ħażin ta’ poter)

23

2018/C 231/29

Kawża T-818/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Netflix International u Netflix vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna prevista mill-Ġermanja insostenn tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-films — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Nuqqas ta’ inċidenza individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

24

2018/C 231/30

Kawża T-860/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva mycard2go — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

25

2018/C 231/31

Kawża T-23/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Barnett vs KESE (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjoni tal-irtirar — Irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni — Miżura li kienet prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Interess tas-servizz — Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament mogħtija mit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku — Responsabbiltà)

25

2018/C 231/32

Kawża T-387/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Triggerball vs EUIPO (Forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali — Forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

26

2018/C 231/33

Kawża T-199/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – SCF Terminal (Cyprus) u S H B vs Il-Kunsill et

26

2018/C 231/34

Kawża T-230/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament

27

2018/C 231/35

Kawża T-238/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2018 – Netflix International u Netflix vs Il-Kummissjoni

28

2018/C 231/36

Kawża T-239/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2018 – SKS Import Export vs Il-Kummissjoni

29

2018/C 231/37

Kawża T-241/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 – Bruno vs Il-Kummissjoni

29

2018/C 231/38

Kawża T-242/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 – VV vs Il-Kummissjoni

30

2018/C 231/39

Kawża T-243/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – VW vs Il-Kummissjoni

31

2018/C 231/40

Kawża T-244/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

31

2018/C 231/41

Kawża T-250/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – RATP vs Il-Kummissjoni

32

2018/C 231/42

Kawża T-255/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – US vs BĊE

33

2018/C 231/43

Kawża T-256/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 – Arezzo Indústria e Comércio vs EUIPO (SCHUTZ)

34

2018/C 231/44

Kawża T-261/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Roxtec vs EUIPO – Wallmax (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru iswed li jinkludi seba’ ċrieki konċentriċi)

35

2018/C 231/45

Kawża T-263/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Meblo Trade vs EUIPO – Meblo Int (MEBLO)

35

2018/C 231/46

Kawża T-265/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata)

36

2018/C 231/47

Kawża T-267/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Iceland Foods vs EUIPO – Íslandsstofa (INSPIRED BY ICELAND)

37

2018/C 231/48

Kawża T-268/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Sandrone vs EUIPO – J. Garcia Carrion (Luciano Sandrone)

38

2018/C 231/49

Kawża T-269/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2018 – Inditex vs EUIPO – Ffauf (ZARA)

38

2018/C 231/50

Kawża T-271/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Mauritsch vs INEA

39

2018/C 231/51

Kawża T-276/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Julius-K9 vs EUIPO – El Corte Inglés (K9 UNIT)

40

2018/C 231/52

Kawża T-277/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Zitro IP vs EUIPO (PICK & WIN MULTISLOT)

40

2018/C 231/53

Kawża T-279/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Alliance Pharmaceuticals vs EUIPO – AxiCorp (AXICORP ALLIANCE)

41

2018/C 231/54

Kawża T-287/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (Nature’s Variety Instinct)

42

2018/C 231/55

Kawża T-288/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (NATURE’S VARIETY INSTINCT)

43

2018/C 231/56

Kawża T-290/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Agmin Italy vs Il-Kummissjoni

43

2018/C 231/57

Kawża T-291/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Biedermann Technologies vs EUIPO (Compliant Constructs)

45

2018/C 231/58

Kawża T-296/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Polskie Linie Lotnicze LOT vs Il-Kummissjoni

45

2018/C 231/59

Kawża T-300/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2018 – Yanukovych vs Il-Kunsill

46

2018/C 231/60

Kawża T-301/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2018 – Yanukovych vs Il-Kunsill

48


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 231/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 221, 25.6.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 211, 18.6.2018

ĠU C 200, 11.6.2018

ĠU C 190, 4.6.2018

ĠU C 182, 28.5.2018

ĠU C 166, 14.5.2018

ĠU C 161, 7.5.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Varese – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Mauro Scialdone

(Kawża C-574/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Artikolu 4(3) TUE - Artikolu 325(1) TFUE - Direttiva 2006/112/KE - Konvenzjoni PIF - Sanzjonijiet - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Ommissjoni ta’ ħlas, fit-termini stabbiliti mil-liġi, tal-VAT li tirriżulta mid-denunzja annwali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi priġunerija biss meta l-ammont ta’ VAT mhux imħallas jaqbeż ċertu limitu ta’ kriminalizzazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi limitu ta’ kriminalizzazzjoni iktar baxx għall-ommissjoni ta’ ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn relatata mat-taxxa fuq id-dħul))

(2018/C 231/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Varese

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Mauro Scialdone

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE u mal-Artikolu 325(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-ommissjoni ta’ ħlas, fit-termini stabbiliti mil-liġi, tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li tirriżulta mid-denunzja annwali għal sena finanzjarja partikolari tikkostitwixxi reat punibbli b’piena ta’ priġunerija biss meta l-ammont ta’ VAT mhux imħallas jaqbeż limitu ta’ kriminalizzazzjoni ta’ EUR 250 000, filwaqt li tipprevedi limitu ta’ kriminalizzazzjoni ta’ EUR 150 000 għar-reat ta’ ommissjoni ta’ ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn relatata mat-taxxa fuq id-dħul.


(1)  ĠU C 48, 8.2.2016


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – il-Belġju) – K.A. et vs Belgische Staat

(Kawża C-82/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli fil-fruntieri, ażil, immigrazzjoni - Artikolu 20 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 24 - Direttiva 2008/115/KE - Artikoli 5 u 11 - Ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa suġġett għal projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju - Applikazzjoni għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja ma’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea li qatt ma eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu - Rifjut li tiġi eżaminata l-applikazzjoni))

(2018/C 231/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad voor Vreemdelingenbetwistingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K.A., M.Z., M.J., N.N.N., O.I.O., R.I., B.A.

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 11 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix prassi ta’ Stat Membru li ma tiħux inkunsiderazzjoni applikazzjoni għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja, ippreżentata fit-territorju tiegħu minn ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkollu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru u li qatt ma jkun eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu, unikament għar-raġuni li dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun is-suġġett ta’ projbizzjoni ta’ dħul fl-imsemmi territorju.

2)

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens:

li jipprekludi prassi ta’ Stat Membru li ma tiħux inkunsiderazzjoni tali applikazzjoni unikament għal din ir-raġuni, mingħajr ma jkun ġie evalwat jekk teżistix relazzjoni ta’ dipendenza bejn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni u dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ta’ tali natura li, fil-każ ta’ rifjut ta’ għoti ta’ dritt ta’ residenza dderivat lil dan tal-aħħar, l-imsemmi ċittadin tal-Unjoni jkun, fil-fatt, imġiegħel jitlaq mit-territorju tal-Unjoni kollu kemm hu u jkun b’hekk imċaħħad mit-tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet mogħtija mill-istatus tiegħu;

li meta ċittadin tal-Unjoni jkun maġġorenni, relazzjoni ta’ dipendenza ta’ natura li tiġġustifika l-għoti, liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, ta’ dritt ta’ residenza dderivat taħt dan l-artikolu, ma hijiex prevista ħlief f’każijiet eċċezzjonali, li fihom, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’, bl-ebda mod, tiġi sseparata mill-membru tal-familja tagħha li minnha tiddependi;

li meta ċ-ċittadin tal-Unjoni jkun minorenni, l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali relazzjoni ta’ dipendenza għandha tkun ibbażata fuq it-teħid inkunsiderazzjoni, fl-aħjar interess tal-wild, taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, b’mod partikolari, l-età tiegħu, l-iżvilupp fiżiku u emotiv tiegħu, il-livell tar-relazzjoni affettiva ma’ kull wieħed mill-ġenituri tiegħu, kif ukoll ir-riskju li s-separazzjoni mill-ġenitur ċittadin ta’ pajjiż terz tippreġudika l-bilanċ tiegħu; l-eżistenza ta’ relazzjoni familjari ma’ dan iċ-ċittadin, kemm jekk tkun ta’ natura bioloġika jew ġuridika, ma hijiex suffiċjenti u koabitazzjoni ma’ dan tal-aħħar ma hijiex neċessarja għall-finijiet li tiġi stabbilita din ir-relazzjoni ta’ dipendenza;

li huwa irrilevanti li r-relazzjoni ta’ dipendenza invokata miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz insostenn tal-applikazzjoni tiegħu ta’ residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja, tkun bdiet isseħħ wara l-adozzjoni, fil-konfront tiegħu, ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju;

li huwa irrilevanti li d-deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju li għaliha jkun suġġett iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun saret definittiva fil-mument li fih huwa jkun ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja, u

li huwa irrilevanti li d-deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju, li għaliha jkun suġġett iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ippreżenta applikazzjoni għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja, tkun iġġustifikata minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu ta’ ritorn; meta raġunijiet ta’ ordni pubbliku jkunu ġġustifikaw tali deċiżjoni, dawn tal-aħħar jistgħu jwasslu għar-rifjut ta’ għoti lil dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ta’ dritt ta’ residenza dderivat taħt dan l-artikolu biss jekk minn evalwazzjoni konkreta taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-aħjar interess tal-ulied ikkonċernati jew eventwali, u tad-drittijiet fundamentali, jirriżulta li l-persuna kkonċernata tirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement serja għall-ordni pubbliku.

3)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi nazzjonali li bis-saħħa tagħha deċiżjoni ta’ ritorn tkun adottata fil-konfront ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li diġà kien is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju, li tkun għadha fis-seħħ, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi tal-ħajja tal-familja tiegħu, u b’mod partikolari l-interessi tal-wild minorenni tiegħu, imsemmija f’applikazzjoni għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja ppreżentata wara l-adozzjoni ta’ tali projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju, ħlief meta tali elementi setgħu ġew invokati preċedentement mill-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 145, 25.04.2016.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Middelburg, Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju) – K. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (C-331/16), H. F.vs Belgische Staat (C-366/16)

(Kawżi Magħquda C-331/16 u C-366/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Direttiva 2004/38/KE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) - Limitazzjoni tad-dritt ta’ residenza għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika - Tkeċċija mit-territorju minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika - Aġir li jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà - Persuna li l-applikazzjoni tagħha għall-ażil ġiet irrifjutata għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1(F)(a) tal-Konvezjoni ta’ Genève jew tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2011/95/UE - Artikolu 28(1) - Artikolu 28(3)(a) - Protezzjoni minn tkeċċija - Residenza fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti - Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika - Kunċett))

(2018/C 231/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qrati tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Middelburg, Raad voor Vreemdelingenbetwistingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K. (C-331/16), H.F. (C-366/16)

Konvenuti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (C-331/16,), Belgische Staat (C-366/16)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li ċittadin tal-Unjoni Ewropea jew ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ tali ċittadin, li jitlob l-għoti ta’ dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru, kien, fil-passat, is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 1(F) tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Genève fit-28 ta’ Lulju 1951 u kkompletata mill-Protokoll dwar l-Istatus tar-Refuġjati, konkluż fi New York, fil-31 ta’ Jannar 1967, jew l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ma jippermettix lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru li jikkunsidraw awtomatikament li s-sempliċi preżenza tiegħu f’dan it-territorju tikkostitwixxi, irrispettivament mill-eżistenza jew le ta’ riskju ta’ reċidiva, theddida reali, attwali u serja biżżejjed għal interess fundamentali tas-soċjetà, li tista’ tiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika.

Il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ tali theddida għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, ta’ aġir personali tal-individwu kkonċernat, li tieħu inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat u l-elementi li fuqhom din hija bbażata, b’mod partikolari n-natura u l-gravità tad-delitti jew l-aġir li huwa akkużat bihom, il-livell tal-implikazzjoni individwali tiegħu fihom, l-eżistenza possibbli ta’ raġunijiet ta’ eżenzjoni tar-responsabbiltà kriminali tiegħu kif ukoll l-eżistenza jew le ta’ kundanna kriminali. Din l-evalwazzjoni globali għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni t-tul li għadda mit-twettiq preżunt ta’ dawn id-delitti jew aġir kif ukoll l-aġir ulterjuri tal-imsemmi individwu, b’mod partikolari dwar jekk dan l-aġir jurix persistenza, fih, ta’ attitudini ta’ preġudizzju ħsara għall-valuri fundamentali msemmija fl-Artikoli 2 u 3 TUE, b’mod li jista’ jipperturba t-trankwillità u s-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni. Is-sempliċi fatt li l-aġir passat ta’ dan l-indivdwu jinserixxi ruħu fil-kuntest storiku u soċjali speċifiku tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, li ma jistax jirrepeti ruħu fl-Istat Membru ospitanti, ma huwiex ta’ ostakolu għal tali konstatazzjoni.

Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom, barra minn hekk, jibbilanċaw, minn naħa, il-protezzjoni tal-interess fundamentali tas-soċjetà inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, l-interessi tal-persuna kkonċernata, dwar l-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħha bħala ċittadin tal-Unjoni kif ukoll għad-dritt tagħha ta’ rispett tal-ħajja privata u tal-familja.

2)

L-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-miżuri previsti jimplikaw it-tkeċċija tal-individwu kkonċernat tal-Istat Membru ospitanti, dan tal-aħħar għandu jieħu inkunsiderazzjoni n-natura u l-gravità tal-aġir ta’ dan l-individwu, it-tul u, skont il-każ, in-natura legali tar-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru, il-perijodu li għadda mill-aġir li ġie akkużat bih, il-kondotta tiegħu matul dan il-perijodu, il-grad tal-perikolu attwali tiegħu għas-soċjetà, kif ukoll is-solidità tar-rabtiet soċjali, kulturali u tal-familja mal-imsemmi Stat Membru.

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal ċittadin tal-Unjoni Ewropea li ma għandux dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti, fis-sens tal-Artikolu 16 u tal-Artikolu 28(2) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016.

ĠU C 343, 19.9.2016.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Mejju 2018 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE

(Kawża C-376/16 P) (1)

((Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-ġestjoni ta’ programmi u ta’ proġetti kif ukoll ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika - Proċedura ta’ kaskata - Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 76 u Artikolu 84(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Projbizzjoni li tingħata deċiżjoni ultra petita - Evalwazzjoni ta’ subkriterji fi ħdan kriterji ta’ għoti - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 – Artikolu 100(2) - Deċiżjoni li tiċħad l-offerta - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Telf ta’ opportunità - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Talba għal kumpens))

(2018/C 231/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: N. Bambara, aġent, assistit minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: M. Sfyri, C.-N. Dede u V. Alevizopoulou, dikigoroi)

Dispożittiv

1)

Il-punti 2 sa 5 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016, European Dynamics Luxembourg et vs EUIPO (T-556/11, EU:T:2016:248) huma annullati.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

It-talba għad-danni ppreżentata minn European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-Kawża T-556/11 hija miċħuda.

4)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) kif ukoll European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta kemm mal-proċedura tal-appell kif ukoll mal-proċedura tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/6


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2017 minn Banca Monte dei Paschi di Siena SpA, Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-83/16 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-684/17 P)

(2018/C 231/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA, Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (rappreżentant: L. Trevisan, D. Contini, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Mejju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/7


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2017 minn Banca Monte dei Paschi di Siena SpA, Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-84/16 – Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Banca Widiba SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-685/17 P)

(2018/C 231/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA, Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (rappreżentant: L. Trevisan, D. Contini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Mejju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2018 – Pensions-Sicherungs-Verein VVaG vs Günther Bauer

(Kawża C-168/18)

(2018/C 231/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pensions-Sicherungs-Verein VVaG

Konvenut: Günther Bauer

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1) huwa applikabbli jekk jingħataw benefiċċji tal-pensjoni okkupazzjonali permezz ta’ skema interokkupazzjonali ta’ previdenza, li hija suġġetta għal sorveljanza Statali tas-servizzi finanzjarji u, minħabba raġunijiet finanzjarji din l-iskema b’mod leġittimu tnaqqas il-benefiċċji tagħha bil-kunsens tal-awtorità ta’ sorveljanza, u skont id-dritt nazzjonali, il-persuna li timpjega għandha tassumi responsabbiltà fil-konfront tal-ex impjegati tagħha għat-tnaqqis tal-benefiċċji, iżda li madankollu l-insolvenza tagħha tipprekludiha milli tissodisfa l-obbligu tagħha li tpaċi t-tnaqqis tal-benefiċċji?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda?

Taħt liema ċirkustanzi t-telf subit minn ex impjegat minħabba l-insolvenza tal-persuna li timpjega fir-rigward tal-benefiċċji tal-iskema tal-pensjoni okkupazzjonali jista’ jitqies bħala manifestament sproporzjonat u għalhekk iwassal għall-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw protezzjoni minima f’dan ir-rigward, minkejja li l-ex impjegat jirċievi minn tal-inqas nofs il-benefiċċji li jirriżultaw mid-drittijiet miksuba tiegħu għal pensjoni?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE għandu effett dirett u, meta Stat Membru ikun naqas milli jittrasponi jew sempliċement ittraspona b’mod insuffiċjenti din id-direttiva, din id-dispożizzjoni tagħti drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw kontra dan l-Istat Membru quddiem qorti nazzjonali?

4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda:

Entità rregolata mid-dritt pubbliku li l-Istat Membru stabbilixxa – b’mod vinkolanti għall-persuna li timpjega – bħala instituzzjoni għal protezzjoni minn insolvenza tal-iskemi tal-pensjoni okkupazzjonali, li hija suġġetta għal sorveljanza Statali tas-servizzi finanzjarji u tiġbor il-kontribuzzjonijiet meħtieġa għal protezzjoni minn insolvenza mingħand persuni li jimpjegaw skont id-dritt pubbliku, u li tista’ tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal eżekuzzjoni permezz ta’ att amministrattiv, hija awtorita pubblika tal-Istat Membru?


(1)  ĠU 2008, L 283, p. 36.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/8


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2018 minn PTC Therapeutics International Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-718/15, PTC Therapeutics International Ltd vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

(Kawża C-175/18 P)

(2018/C 231/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: PTC Therapeutics International Ltd (rappreżentanti: G. Castle, Solicitor, B. Kelly, Solicitor, K. Ewert, Rechtsanwalt, M. Demetriou QC, C. Thomas, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Il-Konfederazzjoni Ewropea ta’ Imprendituri fis-Settur Farmaċewtiku (Eucope)

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell ta’ PTC u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni tal-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni skont ir-regolament dwar it-trasparenza (1), ikkomunikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini lil-PTC fil-25 ta’ Novembru 2015; u

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż legali u oħrajn sostnuti mir-rikorrenti fil-kawża odjerna.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata għandha tiġi annullata għas-segwenti raġunijiet:

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li d-dokumenti kontenzjużi huma protetti minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità;

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li d-dokumenti kontenzjużi huma kkostitwiti integralment minn informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali protetta mill-Artikolu 4(2) tar-regolament dwar it-trasparenza;

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li d-dokumenti kontenzjużi għandhom ikunu protetti mill-Artikolu 4(3) tar-regolament dwar it-trasparenza; u

l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ ibbilanċjar kif rikjest mil-liġi.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 3, p. 331).


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/9


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 minn MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-729/15, MSD Animal Health Innovation GmbH and Intervet international BV vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

(Kawża C-178/18 P)

(2018/C 231/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV (rappreżentanti: P. Bogaert, avukat, B. Kelly, Solicitor, J. Stratford QC, C. Thomas, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell tar-rikorrenti u tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni skont ir-regolament dwar it-trasparenza (1), ikkomunikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini lir-rikorrenti fit-3 ta’ Diċembru 2015; u

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż legali u oħrajn sostnuti mir-rikorrenti fil-kawża odjerna.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata għandha tiġi annullata għas-segwenti raġunijiet:

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li d-dokumenti kontenzjużi huma protetti minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità;

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li d-dokumenti kontenzjużi huma kkostitwiti integralment minn informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali protetta mill-Artikolu 4(2) tar-regolament dwar it-trasparenza;

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li d-dokumenti kontenzjużi għandhom ikunu protetti mill-Artikolu 4(3) tar-regolament dwar it-trasparenza; u

l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ ibbilanċjar kif rikjest mil-liġi.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 3, p. 331).


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2018 – Deutsche Post AG, Klaus Leymann vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-203/18)

(2018/C 231/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Post AG, Klaus Leymann

Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni derogatorja prevista fl-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, fil-verżjoni tal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri biss vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi użati esklużivament għal skopijiet ta’ kunsinna ta’ pakketti fil-kuntest ta’ servizz universali, jew inkella tapplika wkoll jekk il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi jintużaw, prinċipalment jew f’proporzjon iddeterminat mod ieħor, anki għal skopijiet ta’ kunsinna ta’ pakketti fil-kuntest ta’ servizz universali?

2)

Fil-kuntest tad-dispożizzjoni derogatorja li hemm riferiment għaliha fl-ewwel domanda, għall-finijiet tal-evalwazzjoni dwar jekk vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi jintużawx esklużivament, jew skont il-każ, priniċipalment jew f’proporzjon iddeterminat mod ieħor, anki għal skopijiet ta’ kunsinna ta’ pakketti fil-kuntest ta’ servizz universali, hemm lok li jittieħed bħala bażi l-użu ġenerali ta’ vettura jew ta’ kombinazzjoni ta’ vetturi jew inkella l-użu konkret ta’ vettura jew ta’ kombinazzjoni ta’ vetturi matul vjaġġ wieħed?


(1)  Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006 L 102, p. 1)

(2)  Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU 2014 L 60, p. 1)


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schienen-Control Kommission (l-Awstrija) fit-23 ta’ Marzu 2018 – WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG

(Kawża C-210/18)

(2018/C 231/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schienen-Control Kommission

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WESTbahn Management GmbH

Konvenuta: ÖBB-Infrastruktur AG

Domandi preliminari

1.

Il-punt 2(a) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorija “stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħrajn” imsemmija fih tinkludi l-element tal-infrastruttura ferrovjarja “pjattaformi għall-passiġġieri” skont it-tieni inċiż tal-Anness I ta’ din id-direttiva?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

2.

Il-punt 1(c) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorija “l-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja” msemmija fih tinkludi l-użu tal-pjattaformi għall-passiġġieri skont it-tieni inċiż tal-Anness I ta’ din id-direttiva?


(1)  ĠU 2012, L 343, p. 32.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Budimex S.A.

(Kawża C-224/18)

(2018/C 231/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Budimex S.A.

Konvenut: Minister Finansów

Domanda preliminari

Meta l-partijiet fi tranżazzjoni jkunu qablu li l-ħlas tar-remunerazzjoni dovuta għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni huwa suġġett għall-aċċettazzjoni tal-eżekuzzjoni tagħhom mill-persuna li tordna dawn ix-xogħlijiet, espressa fil-kitba formali ta’ aċċettazzjoni, għandu jitqies, fil-kuntest ta’ tali tranżazzjoni, li l-provvista ta’ servizzi twettqet, fis-sens tal-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), fil-mument tal-eżekuzzjoni effettiva tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni, jew inkella fil-mument tal-aċċettazzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet mill-persuna li tordna dawn ix-xogħlijiet espressa fil-kitba formali ta’ aċċettazzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Grupa Lotos S.A. vs Minister Finansów

(Kawża C-225/18)

(2018/C 231/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupa Lotos S.A.

Konvenut: Minister Finansów

Domanda preliminari

L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità jmorru kontra regolamentazzjoni bħal dik stabbilita fil-punt 4 tal-Artikolu 88(1) tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Dz.U. 2011, Nru 177, intestatura 1054, kif emendata; attwalment Dz.U. 2017, intestatura 1221, kif emendata), li skontha s-servizzi ta’ akkomodazzjoni u ta’ ristorazzjoni mixtrija mill-persuna taxxabbli ma jagħtux lok għal tnaqqis tal-ammont jew għal restituzzjoni tad-differenza fit-taxxa dovuta, bl-eċċezzjoni tax-xiri ta’ ikliet lesti għal passiġġieri mill-persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi ta’ trasport ta’ persuni, inkluż f’sitwazzjoni fejn din ir-regolamentazzjoni ġiet introdotta fil-liġi fuq il-bażi tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill [77/388/KE] tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (2)?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ April 2018 – VE vs WD

(Kawża C-227/18)

(2018/C 231/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budai Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VE

Konvenuta: WD

Domandi preliminari

1)

B’kont meħud tal-konsegwenzi ekonomiċi tagħha, tista’ ma tiġix ikklassifikata bħala inġusta, jiġifieri li hija ċara u li tinftiehem, klawżola kuntrattwali li tattribwixxi lill-konsumatur ir-riskju tar-rata tal-kambju (bħala kundizzjoni ġenerali użata fil-kuntratt mill-bejjiegħ jew fornitur kontraenti u li ma rriżultax minn trattattivi individwali) u li hija redatta abbażi tal-obbligu previst mil-liġi sabiex tingħata informazzjoni, neċessarjament ta’ natura ġenerali, liema klawżola madankollu ma tkunx tindika espressament li l-ammont tal-ħlasijiet lura bin-nifs li għandhom jitħallsu skont il-kuntratt ta’ self jista’ jkun ogħla mill-ammont tad-dħul tal-konsumatur ikkonstatat fl-eżami ta’ solvibbiltà imwettaq mill-bejjiegħ jew fornitur konraenti jew li, tali ammont jista’ jilħaq proporzjon minn tali dħul ħafna ogħla [minn dak previst], meta jitqies ukoll li l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti teżiġi l-istabbiliment tar-riskju bil-miktub u mhux is-sempliċi dikjarazzjoni dwar l-eżistenza ta’ riskju u l-attribuzzjoni tiegħu u barra minn hekk, li skont il-punt 74 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija fil-Kawża C-26/13, il-bejjiegħ jew fornitur kontraenti huwa obbligat mhux biss li jġib ir-riskju għall-konjizzjoni tal-konsumatur iżda huwa daqshekk ieħor neċessarju li, abbażi ta’ din l-informazzjoni l-konsumatur ikun jista’ jevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi potenzjalment sinjifikattivi għalih, naxxenti mir-riskju tal-kambju attribwit lilu u għaldaqstant, l-ispiża totali tas-self tiegħu?

2)

B’kont meħud tal-konsegwenzi ekonomiċi tagħha, tista’ ma tiġix ikklassifikata bħala inġusta, jiġifieri li hija ċara u li tinftiehem, klawżola kuntrattwali li tattribwixxi lill-konsumatur ir-riskju tar-rata tal-kambju (bħala kundizzjoni ġenerali użata mill-bejjiegħ jew fornitur kontraenti u li ma rriżultax minn trattattivi individwali) u li hija redatta abbażi tal-obbligu previst mil-liġi sabiex tingħata informazzjoni, neċessarjament ta’ natura ġenerali, liema klawżola madankollu ma tkunx tindika espressament li l-kuntratt ta’ self ma jistabbilixxi ebda limitu massimu għall-varjazzjonijiet fil-kambju, meta jitqies ukoll li skont il-punt 74 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija fil-Kawża C-26/13, il-bejjiegħ jew fornitur kontraenti huwa obbligat mhux biss li jġib ir-riskju għall-konjizzjoni tal-konsumatur iżda huwa daqshekk ieħor neċessarju li, abbażi ta’ din l-informazzjoni l-konsumatur ikun jista’ jevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi potenzjalment sinifikattivi għalih, naxxenti mir-riskju tal-kambju attribwit lilu u għaldaqstant, l-ispiża totali tas-self tiegħu?

3)

Id-Direttiva 93/13 (1), b’mod partikolari l-aħħar premessa tal-punt 1(o) tal-anness tagħha kif ukoll l-Artikoli 3(3) u 6(1) tal-istess, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, b’kont meħud b’mod partikolari tar-rekwiżit stabbilit, inter alia, fis-sentenza C-42/15, li huwa neċessarju li jiġu previsti sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi għall-protezzjoni tal-konsumaturi, jkunu jilledu d-dritt tal-Unjoni ġurisprudenza, interpretazzjoni legali jew kull dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru li skontha l-konsegwenza legali (l-invalidità totali għal ksur ta’ dispożizzjoni legali, jew anki r-riżarċiment tad-danni jew konsegwenza legali oħra bbażata fuq kwalunkwe titolu legali ieħor) naxxenti f’tali Stat Membru minn evalwazzjoni tal-kreditu li ma tkunx iddettaljata u eżawrjenti, ma tipproteġix lid-debitur jew tkun negliġenti (pereżempju, billi ma tkunx teżamina l-effett tar-riskju tal-kambju li jikkonsisti f’żieda kunsiderevoli tal-ħlasijiet lura bin-nifs u tal-ammont prinċipali misluf) tirriżulta iktar sfavorevoli għall-konsumatur meta mqabbla mar-restituzzjoni tas-sitwazzjoni inizjali (restitutio in integrum), li permezz tagħha, il-konsumatur debitur jillibera ruħu mir-riskju tal-kambju, jiġifieri miż-żieda tal-ħlasijiet lura bin-nifs minħabba l-varjazzjonijiet fil-kambju u jekk ikun il-każ jitħalla jħallas lura bin-nifs l-ammont misluf rimanenti?

4)

Fir-rigward tal-interpetazzjoni tal-possibbiltà li jittieħed kont tal-klawżoli kollha li jsir riferiment għalihom fl-għoxrin premessa tad-Direttiva 93/13 u tar-rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ intelleġġibbiltà stabbilit fl-Artikoli 4(2) u 5 tal-imsemmija direttiva, ma għandhomx jiġi kklassifikati bħala inġusti l-klawżoli kuntrattwali korrispondenti fil-każ li l-kuntratt ta’ self jkun jikkomunika xi elementi essenzjali (pereżempju, l-għan tal-kuntratt, jiġifieri l-ammont tas-self, il-ħlasijiet lura bin-nifs u l-interessi ta’ din it-tranżazzjoni) ta’ natura sempliċiment informattiva, mingħajr ma jkun jispeċifika jekk il-parti kkomunikata bħala informazzjoni hijiex jew le legalment vinkolanti fil-konfront tal-partijiet kontraenti?


(1)  Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ April 2018 – Gazdasági Versenyhivatal vs Budapest Bank Nyrt et

(Kawża C-228/18)

(2018/C 231/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gazdasági Versenyhivatal

Konvenuti: Budapest Bank Nyrt., ING Bank NV Magyarországi Fióktelepe, OTP Bank Nyrt., Kereskedelmi és Hitelbank Zrt., Magyar Külkereskedelmi Bank Zrt., ERSTE Bank Hungary Nyrt., Visa Europe Ltd, MasterCard Europe SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 81(1) KE (li sar l-Artikolu 101(1) TFUE) jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-istess aġir jista’ jiġi kklassifikat bħala ksur ta’ din id-dispożizzjoni kemm minħabba l-għan antikompetittiv tiegħu kif ukoll minħabba l-effetti antikompetittivi tiegħu, għalkemm fuq bażijiet ġuridiċi differenti?

2)

L-Artikolu 81(1) KE (li sar l-Artikolu 101(1) TFUE) jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-ftehim konkluż bejn banek membri Ungeriżi, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan tiegħu, sa fejn dan jistabbilixxi f’ammont uniformi għaż-żewġ impriżi ta’ karti ta’ kreditu Visa u MasterCard it-tariffa ta’ skambju li titħallas lill-banek ta’ ħruġ inkambju għall-użu tal-karti ta’ kreditu tal-imsemmija impriżi?

3)

L-Artikolu 81(1) KE (li sar l-Artikolu 101(1) TFUE) jista’ jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jitqiesu wkoll bħala partijiet għall-ftehim interbankarju l-impriżi tal-karti ta’ kreditu, li ma pparteċipawx direttament fid-determinazzjoni tal-kontenut tal-ftehim iżda ppermettew li dan jiġi konkluż, u aċċettawh u implimentawh ukoll, jew għandu jiġi konkluż li hemm prattika miftiehma bejn dawn l-impriżi u l-banek li kkonkludew il-ftehim?

4)

L-Artikolu 81(1) KE (li sar l-Artikolu 101(1) TFUE) jista’ jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi stabbilit ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, ma huwiex meħtieġ li ssir distinzjoni bejn jekk il-kawża, fid-dawl tas-suġġett tagħha, tirrigwardax parteċipazzjoni bħala parti għall-ftehim interbankarju jew prattika miftiehma mal-banek li huma partijiet għall-ftehim?


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH

(Kawża C-235/18)

(2018/C 231/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH

Parti oħra fil-proċedura: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie (attwalment id-Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie)

Domanda preliminari

Il-kunċett imsemmi fl-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jinkludi l-attivitajiet ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant kif ukoll dawk ta’ negozjar, ta’ finanzjament u ta’ ħlas għall-akkwist tal-karburant permezz ta’ dawn il-kards, jew inkella dawn l-attivitajiet kumplessi jistgħu jitqiesu bħala tranżazzjonijiet f’katina li bħala għan prinċipali għandhom il-kunsinna ta’ karburant?


(1)  ĠU 2006, L 347,p. 1.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/14


Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-216/15, Dôvera zdravotná poist'ovňa, a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-262/18 P)

(2018/C 231/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.J. Loewenthal, F. Tomat, aġenti)

Partijiet oħra fil-kawża: Dôvera zdravotná poist'ovňa a.s., ir-Repubblika tas-Slovakkja, Union zdravotná poist'ovňa a.s.

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-216/15, Dôvera vs Il-Kummissjoni;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-eżami tagħha;

sussidjarjament, tuża s-setgħa tagħha skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi definittivament il-kawża; u

tirriżerva l-ispejjeż tal-kawża, fil-każ li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, jew tordna lil Dôvera zdravotná poist'ovňa a.s. u lil Union zdravotná poist'ovňa a.s. ibatu l-ispejjeż tal-kawża, fil-każ li tiddeċiedi definittivament il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex2013/NN) mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Spoločná zdravotná poist'ovňa a.s. (iktar ’il quddiem “SZP”) u Všeobecná zdravotná poist'ovňa a.s. (iktar ’il quddiem “VZP”) (ĠU 2015, L 41, p. 25).

Il-Kummissjoni tressaq tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha mis-sentenza appellata.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont l-Artikoli 36 u 53(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kkontestata billi laqgħet it-tieni motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, jiġifieri li l-Kummissjoni żbaljat meta kkonkludiet li l-iskema tal-assigurazzjoni għas-saħħa obbligatorja Slovakka hija prinċipalment ibbażata fuq is-solidarjetà. Madankollu, l-istandard legali li hija fil-fatt applikat sabiex tannulla dik id-deċiżjoni huwa dak li r-rikorrenti pproponiet taħt l-ewwel motiv tagħha fl-ewwel istanza, jiġifieri li s-sempliċi preżenza ta’ kwalunkwe karatteristiċi ekonomiċi tittrasforma l-provvista ta’ assigurazzjoni għas-saħħa għal attività ekonomika. Peress li l-istandards legali taħt l-ewwel u t-tieni motivi tar-rikorrent kienu jeskludu b’mod reċiproku lil xulxin, il-Kummissjoni ma hijiex f’pożizzjoni li tifhem fuq liema bażi d-deċiżjoni kkontestata ġiet annullata.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat ħażin il-kunċett ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qablet mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-iskema tal-assigurazzjoni għas-saħħa obbligatorja Slovakka kienet prinċipalment ibbażata fuq is-solidarjetà, kif ukoll mal-ispjegazzjoni tagħha li l-karatteristiċi ekonomiċi tagħha ġew introdotti sabiex jintlaħqu l-għanijiet soċjali u ta’ solidarjetà tagħha. Madankollu, hija kkonstatat li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-attività mwettqa mill-assiguraturi għas-saħħa taħt l-iskema tal-assigurazzjoni għas-saħħa obbligatorja Slovakka ma hijiex ekonomika fin-natura tagħha. Hija waslet għal din il-konklużjoni billi nnotat il-kapaċità tal-assiguraturi li jagħmlu, jużaw u jiddistribwixxu parti mill-profitti tagħhom u l-kompetizzjoni bejn l-assiguraturi għal klijenti u l-kwalità tas-servizzi. Imbagħad, hija kkonstatat li s-sempliċi preżenza ta’ assiguraturi għal profitt fis-Slovakka tittrasforma lil SZP u lil VZP b’kontaġju f’impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Permezz ta’ din il-konklużjoni, il-Qorti Ġenerali injorat il-ġurisprudenza li tipprovdi li skema tal-assigurazzjoni għas-saħħa li hija prinċipalment ibbażata fuq is-solidarjetà u li l-karatteristiċi ekonomiċi tagħha ġew introdotti sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-iskema u sabiex jintlaħqu l-għanijiet soċjali u ta’ solidarjetà taħtha ma hijiex ekonomika fin-natura tagħha, b’mod li l-fornituri tal-assigurazzjoni għas-saħħa li joperaw taħt tali skema ma humiex impriżi.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali għamlet distorsjoni tal-provi prodotti quddiemha fl-ewwel istanza meta kkonkludiet li kien hemm “kompetizzjoni intensa u kumplessa” bejn il-fornituri tal-assigurazzjoni għas-saħħa fis-Slovakkja, meta l-proċess tal-kawża juri biss ammont limitat ta’ kompetizzjoni għall-provvista ta’ benefiċċji mhux obbligatorji mingħajr ħlas.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-24 ta’ April 2018 – Alain Flausch, Andrea Bosco, Estienne Roger Jean Pierre Albrespy, Somateio “Syndesmos Iiton”, Somateio “Elliniko Diktyo – Filoi tis Fisys”, Somateio “Syllogos Prostasias kai Perithalpsis Agias Zonis – SPPAZ” vs Ypourgos Perivallontos kai Energeias, Ypourgos Oikonomikon, Ypourgos Tourismou, Ypourgos Naftilias kai Nisiotikis Politikis

(Kawża C-280/18)

(2018/C 231/19)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alain Flausch, Andrea Bosco, Estienne Roger Jean Pierre Albrespy, Somateio “Syndesmos Iiton”, Somateio “Elliniko Diktyo – Filoi tis Fisys”, Somateio “Syllogos Prostasias kai Perithalpsis Agias Zonis – SPPAZ”

Konvenuti: Ypourgos Perivallontos kai Energeias, Ypourgos Oikonomikon, Ypourgos Tourismou, Ypourgos Naftilias kai Nisiotikis Politikis

fil-preżenza ta’: 105 Anonymi Touristiki kai Techniki Etaireia Ekmetallefsis Akiniton

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 6 u 11 tad-Direttiva 2011/92/UE (1), ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, bħal dawk imsemmija fil-premessi 8, 9 u 10 [tad-deċiżjoni tar-rinviju], li jipprevedu li l-proċeduri ta’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali applikabbli għal xogħlijiet u proġetti li jkollhom effett sinjifikattiv fuq l-ambjent (jiġifieri, il-pubblikazzjoni tal-evalwazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent, l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku u l-parteċipazzjoni ta’ dan tal-aħħar fil-konsultazzjoni) jiġu eżegwiti u vverifikati prinċipalment mill-ikbar entità amministrattiva, jiġifieri r-reġjun, u mhux mill-muniċipalità kkonċernata?

2)

L-Artikoli 6 u 11 tad-Direttiva 2011/92/UE, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw sistema ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, kif esposta fl-istess premessi, li tipprevedi fl-aħħar mill-aħħar li l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali applikabbli għal xogħlijiet u proġetti li jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom fuq sit tal-internet speċifiku tikkostitwixxi preżunzjoni ta’ għarfien sħiħ fil-konfront ta’ kull persuna kkonċernata, għall-finijiet tal-eżerċizzju minn din tal-aħħar tar-rimedju ġuridiku previst mil-liġi fis-seħħ (rikors għal annullament quddiem is-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat)) f’terminu ta’ sittin (60) jum, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet legali – dwar il-pubblikazzjoni tal-evalwazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent, dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku u dwar il-parteċipazzjoni ta’ dan tal-aħħar fil-proċedura ta’ approvazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali applikabbli għal tali xogħlijiet u proġetti – li jqiegħdu l-entità amministrattiva, jiġifieri r-reġjun, u mhux il-muniċipalità kkonċernata, fiċ-ċentru ta’ dawn il-proċeduri?


(1)  Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (GU 2012, L 26, p. 1).


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/17


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2018 minn Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-361/17, Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-312/18 P)

(2018/C 231/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux (rappreżentanti: M. Brealey QC, I. Vandenborre, avukat, S. Dionnet, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-361/17, Eco-Bat Technologies et vs Il-Kummissjoni;

tiddikjara r-rikors tal-appellanti rreġistrat bħala Kawża T-361/17 bħala ammissibbli;

tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-penalità imposta mill-Kummissjoni bid-deċiżjoni inizjali kif emendata bid-deċiżjoni ta’ rettifika;

tikkunnna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeterminat id-data ta’ referenza billi kkunsidrat id-deċiżjoni inizjali, mhux kompleta, minflok id-deċiżjoni sħiħa u finali, korretta u kompleta f’kull aspett (b’mod partikolari f’dawk l-aspetti li huma s-suġġett tal-appell). Billi għamlet dan, il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet fundamantali tal-appellanti (b’mod partikolari d-dritt tad-difiża tagħha). Persuna għandha dritt li jkollha t-terminu ta’ preskrizzjoni disponibbli b’mod sħiħ mid-data tad-deċiżjoni li temenda sostantiva. Il-Qorti Ġenerali wkoll interpretat b’mod żbaljat l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba meta assumiet li l-appellanti jmissha bbażat ruħha fuq preżunzjonijiet sabiex tifhem b’mod sħiħ kif il-Kummissjoni waslet għall-ammont tal-multa.


Il-Qorti Ġenerali

2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Bayer CropScience et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/13 u T-451/13) (1)

((“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva klotijanidin, tijametossam u imidakloprid - Reviżjoni tal-approvazzjoni - Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Projbizzjoni tal-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi inkwistjoni - Artikolu 49(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Proporzjonalità - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 231/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-429/13: Bayer CropScience AG (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, u P. Harrison, solicitor)

Rikorrenti fil-Kawża T-451/13: Syngenta Crop Protection AG (Bâle, l-Isvizzera), u l-15 ir-rikorrent l-ieħor li isimhom jidher anness mas-sentenza (rappreżentatni: inizjalment D. Waelbroek, I. Antypas, avukati, u D. Slater, solicitor, sussegwentement D. Waelbroek u I. Antypas)

Konvenuta fil-Kawżi T-429/13 u T-451/13: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti)

Intervenjeni insostenn tar-rikorrenti fil-Kawżi T-429/13 u T-451/13: Association générale des producteurs de maïs et autres céréales cultivées de la sous-famille des panicoïdées (AGPM) (Montardon, Franza) (rappreżentanti: L. Verdier u B. Trouvé, avukati), The National Farmers’ Union (NFU) (Stoneleigh, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Mercer, QC, u N. Winter, solicitor), Association européenne pour la protection des cultures (ECPA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abrahams, barrister, I. de Seze u É. Mullier, avukati), Rapool-Ring GmbH Qualitätsraps deutscher Züchter (Isernhagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Stallberg u U. Reese, sussegwentement U. Reese u J. Szemjonneck, avukati), European Seed Association (ESA) (Brussell) (rappreżentanti: inizjalment P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, sussegwentement P. de Jong, K. Claeyé u E. Bertolotto, avukati), Agricultural Industries Confederation Ltd (Peterborough, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, sussegwentement P. de Jong, K. Claeyé u E. Bertolotto, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta fil-Kawżi T-429/13 u T-451/13: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg u C. Hagerman, aġenti), Union nationale de l’apiculture française (UNAF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti fil-Kawża T-429/13: B. Fau u J.-F. Funke, avukati, u fil-Kawża T-451/13: B. Fau), Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV (Soltau, il-Ġermanja), Österreichischer Erwerbsimkerbund (Großebersdorf, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Willand u B. Tschida, avukati), Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life) (Louvain-la-Neuve, il-Belġju), Buglife – The Invertebrate Conservation Trust (Peterborough) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat), Stichting Greenpeace Council (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013 tal-24 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (ĠU 2013, L 139, p. 12), u, min-naħa l-oħra, fil-Kawża T-451/13, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-429/13 u T-451/13 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza li ttemm l-istanza.

2)

Ir-rikors huma miċħuda.

3)

Bayer CropScience AG, Syngenta Crop Protection AG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Union nationale de l’apiculture française (UNAF), mid-Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV u mill-Österreichischer Erwerbsimkerbund.

4)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

5)

L-Association générale des producteurs de maïs et autres céréales cultivées de la sous-famille des panicoïdées (AGPM), The National Farmers’ Union (NFU), l-Association européenne pour la protection des cultures (ECPA), Rapool-Ring GmbH Qualitätsraps deutscher Züchter, il-European Seed Association (ESA), l-Agricultural Industries Confederation Ltd, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life), Buglife – The Invertebrate Conservation Trust u Stichting Greenpeace Council għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – BASF Agro et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-584/13) (1)

((“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva fipronil - Reviżjoni tal-approvazzjoni - Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Projbizzjoni tal-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva inkwistjoni - Artikolu 49(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Analiżi tal-impatt”))

(2018/C 231/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF Agro BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi) u s-sitt rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab anness mas-sentenza (rappreżentanti: J.-P. Montfort u M. Peristeraki, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Association européenne pour la protection des cultures (ECPA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. de Seze, É. Mullier, avukati u D. Abrahams, barrister), European Seed Association (ESA) (Brussell) (rappreżentanti: inizjalment P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, sussegwentement P. de Jong, K. Claeyé u E. Bertolotto, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV (Soltau, il-Ġermanja), Österreichischer Erwerbsimkerbund (Großebersdorf, l-Awstrija), Österreichischer Imkerbund (ÖIB) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Willand u B. Tschida, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2013, tal-14 ta’ Awwissu 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva fipronil u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (ĠU 2013, L 219, p. 22).

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1, 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2013, tal-14 ta’ Awwissu 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva fipronil u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ ta’ żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva, huma annullati.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ BASF Agro BV u tar-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher anness, kif ukoll dawk tal-Association européenne pour la protection des cultures (ECPA) u tal-European Seed Association (ESA).

4)

Id-Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV, l-Österreichischer Erwerbsimkerbund u l-Österreichischer Imkerbund (ÖIB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2014.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2018 – Esso Raffinage vs ECHA

(Kawża T-283/15) (1)

((“REACH - Valutazzjoni tal-fajls - Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet - Verifika tal-informazzjoni ppreżentata u segwitu tal-valutazzjoni tal-fajls - Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Inċidenza diretta u individwali - Ammissibbiltà - Bażi legali - Artikoli 41, 42 u 126 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006”))

(2018/C 231/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Esso Raffinage (Courbevoie, Franza) (rappreżentant: M. Navin-Jones, solicitor)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: C. Jacquet, C. Schultheiss, W. Broere u M. Heikkilä, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Traband, aġenti) u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. de Ree, M. Bulterman u M. Noort, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-ECHA tal-1 ta’ April 2015 indirizzata lill-ministère de l’Écologie, du Développement durable, des Transports et du Logement français (il-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli, tat-Trasport u tad-Djar Franċiż) u intitolata “Dikjarazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Konformità Sussegwentement għal Deċiżjoni ta’ Valutazzjoni tal-Fajls skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006”.

Dispożittiv

1)

L-ittra tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) tal-1 ta’ April 2015, indirizzata lill-ministère de l’Écologie, du Développement durable, des Transports et du Logement français (il-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli, tat-Trasport u tad-Djar Franċiż) u intitolata “Dikjarazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Konformità Sussegwentement għal Deċiżjoni ta’ Valutazzjoni tal-Fajls skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006”, inkluż l-anness tagħha, hija annullata.

2)

Esso Raffinage u l-ECHA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-205/16) (1)

((“Fondi ta’ Koeżjoni - Infiq eskluż mill-finanzjament - Assistenza teknika għall-ġestjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni fil-Litwanja - VAT - Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 16/2003 - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja”))

(2018/C 231/24)

Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė u D. Stepanienė, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u J. Jokubauskaitė,)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 969 final, tat-23 ta’ Frar 2016, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna fil-kuntest tal-Fondi ta’ Koeżjoni favur il-proġett “Assistenza teknika għall-ġesjoni tal-Fondi ta’ Koeżjoni fir-Repubblika tal-Litwanja”, sa fejn tipprevedi t-tnaqqis tal-għajnuna b’ammont ta’ EUR 137 864,61, li jikkorrispondi għall-ispejjeż tal-VAT.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 969 final, tat-23 ta’ Frar 2016, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna fil-kuntest tal-Fondi ta’ Koeżjoni favur il-proġett “Assistenza teknika għall-ġesjoni tal-Fondi ta’ Koeżjoni fir-Repubblika tal-Litwanja”, hija annullata sa fejn tipprevedi t-tnaqqis tal-għajnuna b’ammont ta’ EUR 137 864,61, li jikkorrispondi għall-ispejjeż tal-VAT.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-Repubblika tal-Litwanja.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Troszczynski vs Il-Parlament

(Kawża T-626/16) (1)

((“Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament - Kompetenza tas-segretarju ġenerali - Electa una via - Drittijiet tad-difiża - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet politiċi - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter - Indipendenza tal-membri tal-Parlament Ewropew - Żball fattwali - Proporzjonalità”))

(2018/C 231/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mylène Troszczynski (Noyon, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Ceccaldi, sussegwentement minn F. Wagner, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament tat-23 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ ammont ta’ EUR 56 554 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu marbuta magħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mylène Troszczynski għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dak sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go)

(Kawża T-675/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali mycard2go - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1) (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 231/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 282/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali mycard2go bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 282/2016-4) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ appell quddiemu.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go)

(Kawża T-676/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva mycard2go - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1 (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 231/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 280/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv mycard2go bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wirecard AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-712/16) (1)

((“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tat-trasport bl-ajru - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti impenji - Talba għall-eżenzjoni ta’ parti mill-obbligi li huma s-suġġett tal-impenji - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Użu ħażin ta’ poter”))

(2018/C 231/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völcker, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, H. Leupold u I. Zaloguin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4964 finali, tal-25 ta’ Lulju 2016, li tiċħad talba mressqa mir-rikorrenti dwar l-eżenzjoni ta’ ċerti impenji li saru vinkolanti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2005, li tapprova l-konċentrazzjoni, fil-Każ COMP/M.3770 – Lufthansa/Swiss.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4964 finali, tal-25 ta’ Lulju 2016, li tiċħad talba mressqa mir-rikorrenti dwar l-eżenzjoni ta’ ċerti impenji li saru vinkolanti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2005, li tapprova l-konċentrazzjoni, fil-Każ COMP/M.3770 – Lufthansa/Swiss hija annullata sa fejn tirrigwarda r-rotta Zurich-Stokkolma.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Netflix International u Netflix vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-818/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna prevista mill-Ġermanja insostenn tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-films - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))

(2018/C 231/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Netflix International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Netflix, Inc. (Los Gatos, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Alberdingk Thijm, S. van Schaik, S. van Velze u E. H. Janssen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnadda, G. Braun u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2042 tal-1 ta’ Settembru 2016 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38418 – 2014/C (ex 2014/N) li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films (ĠU 2016, L 314, p. 63).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ippreżentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Franċiża, mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Filmförderungsanstalt.

3)

Netflix International BV u Netflix, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

Netflix International, Netflix, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Filmförderungsanstalt għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go)

(Kawża T-860/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva mycard2go - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 231/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 281/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv mycard2go bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wirecard AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Barnett vs KESE

(Kawża T-23/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni tal-irtirar - Irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni - Miżura li kienet prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Interess tas-servizz - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament mogħtija mit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku - Responsabbiltà”))

(2018/C 231/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Inge Barnett (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino, X. Chamodraka, A. Carvajal u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, b’mod prinċipali, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KESE tal-21 ta’ Marzu 2016, meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2015, Barnett vs KESE (F-20/14, EU:F:2015:107), li tirrifjuta milli tagħti lir-rikorrenti l-benefiċċju tal-irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni u, sussidjarjament, sabiex tikseb kumpens għad-dannu li hija allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Inge Barnett hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Triggerball vs EUIPO (Forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa)

(Kawża T-387/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 231/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Triggerball GmbH (Baiern-Piusheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Emrich, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2017 (Każ R 376/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Triggerball GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/26


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – SCF Terminal (Cyprus) u S H B vs Il-Kunsill et

(Kawża T-199/18)

(2018/C 231/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SCF Terminal (Cyprus) LTD (Limassol, Ċipru) u S H B, Inc. (Monrovja, il-Liberja) (rappreżentanti: P. Tridimas, Barrister, K. Kakoulli, P. Panayides u C. Pericleous, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; Il-Kummissjoni Ewropea; Il-Bank Ċentrali Ewropew; Eurogroup; L-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti indikati fit-tabella annessa ma’ dan ir-rikors, flimkien mal-interessi akkumulati mis-26 ta’ Marzu 2013 sad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Alternattivament, bħala talba sussidjarja, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li l-Unjoni Ewropea u/jew l-istituzzjonijiet konvenuti għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali;

tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tat-telf li jista’ jiġu rkuprat imġarrab mir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi għal jew jixbhu lil dawk invokati fil-Kawża T-197/18, JV Voscf et vs Il-Kunsill et.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/27


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament

(Kawża T-230/18)

(2018/C 231/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ryszard Czarnecki (Varsarvja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Frar 2018;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tad-dritt għall-preżunzjoni ta’ innoċenza, tad-dritt għad-difiża u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq “fumus persecutionis” u fuq abbuż ta’ poter.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2018 – Netflix International u Netflix vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/18)

(2018/C 231/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Netflix International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Netflix, Inc. (Los Gatos, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Batchelor, Solicitor, N. Niejahr, B. Hoorelbeke u A. Patsa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.48950 (2017/N) rigward l-estensjoni tal-iskema ta’ għajnuna għad-diġitalizzazzjoni ta’ xogħlijiet tal-patrimonju ċinematografiku nnotifikata minn Franza;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.48907 (2017/N) rigward l-estensjoni tal-iskema ta’ għajuna awtomatika għal xogħlijiet awdjoviżivi (xogħlijiet ta’ finzjoni u dokumentarji kreattivi) innotifikata minn Franza;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.48699 (2017/N) rigward l-estensjoni tal-iskema ta’ għajuna awtomatika għall-produzzjoni u għat-tħejjija ta’ xogħlijiet ċinematografiċi nnotifikata minn Franza; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti minn Netflix fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(3) TFUE billi ma fetħitx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE meta eżaminat l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat innotifikati minn Franza li huma s-suġġett tad-deċiżjonijiet ikkontestati. Il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għal kull waħda mill-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat minħabba d-diffikultajiet serji li kellha meta evalwat kull waħda minnhom għal dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà mas-suq intern. Billi naqset milli tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 108(2) TFUE.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji hija sostnuta minn:

iċ-ċirkustanzi u t-tul tal-proċeduri ta’ eżami preliminari li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati; u

il-kontenut tad-deċiżjonijiet ikkontestati, b’mod partikolari peress li dan jirrigwarda l-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat u tal-kompatibbiltà tal-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat mad-dritt tal-Unjoni bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/29


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2018 – SKS Import Export vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/18)

(2018/C 231/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société Kammama Saber (S.K.S) Import Export (Sousse Jawhara, it-Tunisija) (rappreżentant: H. Chelly, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara t-talba ammissibbli u fondata;

u tilqa’ t-talba tagħha

tannulla parzjalment ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 fir-rigward taż-żieda tat-Tuneżija fit-tabella ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw fir-reġim tagħhom AML/CFT wara d-dikjarazzjoni tagħha nuqqasijiet strateġiċi;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka 3 motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inkompetenza tal-Kummissjoni u l-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, sa fejn il-Kummissjoni qabżet l-attribuzzjonijiet tagħha fid-dawl tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea, li bis-saħħa tagħhom missha ssottomettiet id-domanda lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni sabiex dan tal-aħħar jilħaq isolvi t-tilwima jew, sussidjarjament, jippermetti lill-partijiet biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu l-interessi tagħhom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fir-rigward, minn naħa, l-evalwazzjoni tat-Tuneżija miżmuma mill-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, l-evalwazzjoni tat-Tuneżija miżmuma mit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni ma ħaditx l-miżuri xierqa biex tmexxi l-aggravazzjoni tar-riskju li jinvolvi r-Regolament Delegat ikkontestat fuq il-proċess ta’ żvilupp ekonomiku fit-Tuneżija.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jgħid li l-Ftehimiet Internazzjonali jorbtu lill-Istituzzjonijiet.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/29


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 – Bruno vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/18)

(2018/C 231/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi Bruno (Woluwé-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrentjitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratti tal-4 ta’ Lulju 2017 hija annullata;

tiddikjara, sa fejn meħtieġ, li d-deċiżjoni espliċità ta’ ċaħda tal-ilment tat-18 ta’ Jannar 2018 hija annullata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-Artikoli 11(1), u 12(1) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn, permezz tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrent li tagħtih il-benefiċċju tal-allowance għall-firda prevista fl-Artikolu 12(2) tal-imsemmi anness, billi imponietlu, min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li ma huwiex applikabbli għall-każ tiegħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità sa fejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija iktar ’il fuq jiksru l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-eżistenza ta’ lakuna leġiżlattiva.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/30


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 – VV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-242/18)

(2018/C 231/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VV (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2017 u, sa fejn ikun meħtieġ, l-att ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tat-18 ta’ Jannar 2018;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/322/16 – Amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5/AD 7) (ĠU 2016, C 171A, p. 1), li tirrfjuta l-ammissjoni tar-rikorrent għal dik il-kompetizzjoni, sakemm ma jiġġustifikax diploma universitarju li jikkorrispondi għal studji universitarji lesti ta’ mill-inqas tliet snin fl-oqsma indikati fl-avviż ta’ dik il-kompetizzjoni.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Għażla fl-evalwazzjoni tal-informazzjoni li tinsab fl-ewwel applikazzjoni tar-rikorrent. Il-Bord kien kiser l-avviż tal-kompetizzjoni meta qis li r-rikorrent ma kellux livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji lesti ta’ mill-inqas tliet snin iċċertifikati b’diploma, li kien neċessarju sabiex jiġi ammess għall-kompetizzjoni.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – VW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/18)

(2018/C 231/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VW (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta’ Ġunju 2017;

sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment datata 19 ta’ Jannar 2018;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, imqajjem b’mod prinċipali, ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal peress li dan jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll fl-Artikolu 52 tal-imsemmija Karta.

2.

It-tieni motiv, imqajjem b’mod sussidjarju, fil-każ li r-rikorrent ma għandux ikun jista’ jibbenefika mill-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-istituzzjoni konvenuta fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u, b’mod iktar sussidjarju, jekk wieħed jassumi li ma hemm l-ebda żball ta’ liġi, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 52 tal-imsemmija Karta.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/18)

(2018/C 231/40)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ bħala ammissibbli r-rikors;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 1115 final tad-19 ta’ Frar 2018 dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 76 282,08, flimkien mal-interessi, minn “d.d.Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis”, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2345/2002 (1):

huwa kuntrarju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu r-rifjut tal-Kummissjoni li tilqa’ t-talba leġittima għal proroga tat-terminu ta’ ħlas, anki jekk 73 % tal-kapital kien ġà ġie rrimborsat, bl-interessi kollha, u saret ukoll il-garanzija mitluba mill-Kummissjoni għall-ammont kollu inizjalment dovut flimkien mal-interessi;

hija infodata l-motivazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-legalità sostantzjali tal-att ikkontestat;

il-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni kkontestata.

2

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur u/jew fuq l-abbuż tas-setgħa diskrezzjonali u fuq ksur tal-prinċipju ta’ “amministrazzjoni tajba”.

il-Kummissjoni qabżet il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha meta adottat id-deċiżjoni kkontestata u injorat id-data essenzjali li ppreżentatilha r-rikorrenti u adottat soluzzjonijiet li jistgħu jwasslu sabiex din tal-aħħar tispiċċa.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex miżura neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, peress li r-rikorrenti tibqa’ tħallas, timponi piż sproporzjonat fuq din tal-aħħar u thedded l-eżistenza tagħha stess.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – RATP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/18)

(2018/C 231/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Régie autonome des transports parisiens (RATP) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery, P. Delelis u C. Lavin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2018 intiża li tawtorizza l-aċċess parzjali għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll l-Artikolu 339 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/33


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – US vs BĊE

(Kawża T-255/18)

(2018/C 231/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: US (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni tal-kuntratt tar-rikorrent, tat-13 ta’ Ġunju 2017;

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-11 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid amministrattiv (“administrative review”) tar-rikorrent tal-11 ta’ Awwissu 2017;

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-13 ta’ Frar 2018, innotifikata lir-rikorrent fl-istemm jum, li tiċħad l-ilment tiegħu (“grievance procedure”) imressaq fis-7 ta’ Diċembru 2017;

tordna l-għoti ta’ kumpens għad-danni subiti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-Politika ta’ konverżjoni, sa fejn din tikser l-Artikolu 10(c) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u l-Artikolu 2.0 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal u ttieħdet bi ksur tal-ġerarkija tar-regoli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, sa fejn l-Artikolu 10(c) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u l-Artikolu 2.0 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal jiksru d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP u l-premessa 6 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tal-linji gwida tal-Annual Salary and Bonus Review (ASBR), sa fejn dawn tal-aħħar jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, fir-rigward, l-ewwel nett, tal-iskali ta’ salarju mogħtija lir-rikorrent, it-tieni nett, tal-“iżvilupp kontinwu” tiegħu u, it-tielet nett, taż-żamma tal-bżonnijiet tal-impriża (“business needs”) għall-konoxxenzi, kompetenzi u kompetenzi speċifiċi tar-rikorrent.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/34


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 – Arezzo Indústria e Comércio vs EUIPO (SCHUTZ)

(Kawża T-256/18)

(2018/C 231/43)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Arezzo Indústria e Comércio SA (Belo Horizonte, il-Brażil) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali “SCHUTZ” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 723 265

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 661/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(a) u (b), u (2) tar-Regolament 2017/1001.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/35


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Roxtec vs EUIPO – Wallmax (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru iswed li jinkludi seba’ ċrieki konċentriċi)

(Kawża T-261/18)

(2018/C 231/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Roxtec AB (Karlskrona, l-Iżvezja) (rappreżentanti: J. Olsson u J. Adamsson, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wallmax Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kwadru iswed li jinkludi seba’ ċrieki konċentriċi – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 338 735

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 940/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċeduri odjerni kif ukoll fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(e)(ii) tar-Regolament Nru 2017/1001;


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/35


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Meblo Trade vs EUIPO – Meblo Int (MEBLO)

(Kawża T-263/18)

(2018/C 231/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meblo Trade d.o.o. (Zagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meblo Int, proizvodnja izdelkov za spanje d.o.o. (Nova Gorica, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni figurattiva bl-iswed u bl-aħmar li tinkludi l-elementi verbali “MEBLO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 431 731

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 883/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/36


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata)

(Kawża T-265/18)

(2018/C 231/46)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ilona Biernacka-Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Formata Bogusław Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Formata” – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 529 427

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-14 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 2032/2017-4.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “Formata” Nru 011529427;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “Formata” Nru 011529427;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna l-ispejjeż;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Konklużjoni żbaljata fl-assenza ta’ provi suffiċjenti tal-eżistenza ta’ dritt preċedenti


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/37


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Iceland Foods vs EUIPO – Íslandsstofa (INSPIRED BY ICELAND)

(Kawża T-267/18)

(2018/C 231/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iceland Foods Ltd (Deeside, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, J. Hertzog, C. Hill u J. Warner, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Íslandsstofa (Reykjavik, l-Islanda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva INSPIRED BY ICELAND – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 350 094

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni għal miżuri provviżorji tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 340/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 2017/1001 billi rrifjuta li jiddeċiedi l-appell;

Ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali skont l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 2017/1001 sa fejn il-Bord aġixxa bi ksur tal-prinċipji ta’ ekonomija tal-ġudizzju u ta’ ekwità meta ddeċieda li jibgħat lura l-kawża għal eżami mill-ġdid tat-trade mark kontenzjuża abbażi ta’ raġunijiet assoluti, filwaqt li ddeċieda minn qabel dwar l-applikabbilità ta’ raġunijiet assoluti mingħajr ma kkonsulta lill-applikant għall-annullament, u għaldaqstant aġixxa bi ksur tal-prinċipju audi alteram partem.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/38


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Sandrone vs EUIPO – J. Garcia Carrion (Luciano Sandrone)

(Kawża T-268/18)

(2018/C 231/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Luciano Sandrone (Barolo, l-Italja) (rappreżentant: A. Borra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: J. Garcia Carrion, SA (Jumilla, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Luciano Sandrone” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 416 598

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 1207/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Assenza ta’ prova ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti konformement mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/38


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2018 – Inditex vs EUIPO – Ffauf (ZARA)

(Kawża T-269/18)

(2018/C 231/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ffauf SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ZARA” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 929 952

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Frar 2018 fil-Każijiet magħquda R 359/2015-5 u R 409/2015-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, billi ċaħdet l-appell tar-rikorrenti u laqgħet parzjalment dak tal-intervenjenti, din ċaħdet l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZARA Nru 8 929 952 għall-prodotti u servizzi sussegwenti: Klassi 29 – frott u ħaxix, ippreżervat, iffriżat, imnixxef u msajjar, ġeli, ġammijiet, compotes, prodotti tal-ħalib, żjut u xaħmijiet għall-ikel; Klassi 30 – ross, tapjoka, sagu, dqiq u preparazzjonijiet magħmulin minn ċereali, ħobż, għaġina tal-kejk u ħelu, ħmira, trab tal-ħami, melħ, mustarda, ħall, zlazi (kondimenti), ħwawar, ikliet ħfief ibbażati fuq ir-ross; Klassi 31 – ħaxix frisk; Klassi 32 – meraq frisk; Klassi 35 – servizzi ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa fil-ħwienet, permezz ta’ netwerks informatiċi globali, permezz ta’ katalgi, permezz tal-posta, permezz tat-telefon, permezz tar-radju u tat-televiżjoni, u permezz ta’ mezzi elettroniċi oħra ta’ ħaxix, ippreżervat, iffriżat, imnixxef u msajjar, żjut għall-ikel, ross, dqiq u preparazzjonijiet magħmulin minn ċereali, ħobż, ħall, zlazi (kondimenti); Klassi 43 – Provvista ta’ ikel u xorb, ristoranti fejn wieħed jinqeda waħdu, kafetteriji;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti (Ffauf SA) għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-opponenti, FFAUF, S.A. għall-ispejjeż tal-appelli R 359/2015-5 u R 409/2015-5 quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 15(1) u 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22(2) u (3) tar-Regolament Nru 2868/95.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/39


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Mauritsch vs INEA

(Kawża T-271/18)

(2018/C 231/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Walter Mauritsch (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: L- Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni tal-konvenuta tal-24 ta’ Jannar 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-4 ta’ Ottubru 2017, u, it-tieni nett, id-deċiżjoni tagħha tat-2 ta’ Awwissu 2017, li tiċħad it-talba għal kumpens tar-rikorrent, magħmula fl-10 ta’ April 2017;

tordna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu materjali li huwa allegatament ġarrab b’riżultat tal-ħtija tal-konvenuta, li jammonta għat-telf għad-dritt tiegħu għall-allowances tal-qagħad għal perijodu massimu ta’ tliet snin, miżjud bir-rata rilevanti ta’ interessi; u

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tipprovdih b’informazzjoni tajba u ċara dwar id-drittijiet tiegħu tas-sigurtà soċjali fil-każ li huwa jirrifjuta li jiffirma t-tiġdid tal-kuntratt. Ir-rikorrent isostni li huwa ma kienx f’pożizzjoni li jkun jaf li r-rifjut tiegħu li jiffirma l-kuntratt kien ser jiġi ttrattat bħala riżenja. Għaldaqstant, ir-rikorrent ġie mċaħħad minn informazzjoni u l-konvenuta kisret id-dmir tagħha ta’ diliġenza u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/40


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Julius-K9 vs EUIPO – El Corte Inglés (K9 UNIT)

(Kawża T-276/18)

(2018/C 231/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Julius-K9 Zrt (Szigetszentmiklós, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Jambrik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “K9 UNIT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 590 831

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 1432/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Zitro IP vs EUIPO (PICK & WIN MULTISLOT)

(Kawża T-277/18)

(2018/C 231/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PICK & WIN MULTISLOT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 017 946

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 978/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/41


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Alliance Pharmaceuticals vs EUIPO – AxiCorp (AXICORP ALLIANCE)

(Kawża T-279/18)

(2018/C 231/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance Pharmaceuticals Ltd (Wiltshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AxiCorp GmbH (Friedrichsdorf/Ts, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark AXICORP ALLIANCE li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 072 913 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 1473/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO sabiex tiddikjara li l-oppożizzjoni għandha tintbagħat lura lid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni sabiex hija terġa’ tikkunsidra l-oppożizzjoni skont l-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) minbarra li terġa’ tikkunsidra l-oppożizzjoni skont l-Artikolu 8(4);

tordna lill-EUIPO tħallas lir-rikorrenti, l-ispejjeż tar-rikorrenti fir-rigward ta’ dan ir-rikors u b’riżultat ta’ dan ir-rikors, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell. Sussidjarjament, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, tordna lill-konvenut u lill-intervenjenti in solidum iħallsu lir-rikorrenti, l-ispejjeż tar-rikorrenti fir-rigward ta’ dan ir-rikors u b’riżultat ta’ dan ir-rikors, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Il-Bord tal-Appell wasal b’mod żbaljat għall-ispeċifikazzjonijiet tat-trade marks irreġistrati qabel u, bħala konsegwenza, iddeċieda li l-prova tal-użu li kienet ġiet prodotta ma werietx użu ġenwin għall-prodotti inklużi f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/42


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (Nature’s Variety Instinct)

(Kawża T-287/18)

(2018/C 231/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M. I. Industries, Inc. (Lincoln, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Montañá Mora, S. Sebe Marin, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nature’s Variety Instinct – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 290 647

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1659/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-opponent, għall-ħlas in solidum tal-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/43


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (NATURE’S VARIETY INSTINCT)

(Kawża T-288/18)

(2018/C 231/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M. I. Industries, Inc. (Lincoln, Nebraska, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Montañá Mora u S. Sebe Marin, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NATURE’S VARIETY INSTINCT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 290 589

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 1658/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-opponent, għall-ħlas in solidum tal-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/43


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Agmin Italy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-290/18)

(2018/C 231/56)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Agmin Italy SpA (Verona, l-Italja) (rappreżentant: F. Guardascione, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

preliminarjament, tikkonstata u tiddikjara n-nullità, l-invalidità, l-assenza ta’ effetti jew l-ineżistenza tad-deċiżjoni kkontestata minħabba illegalità, ksur tal-prinċipju ta’ separazzjoni bejn il-funzjoni istruttorja u dik deċiżorja, ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, eċċess ta’ poter fil-forma ta’ żnaturament u tal-iżball ta’ evalwazzjoni tal-fatti, nuqqas ta’ loġika u kontradizzjoni manifesti kif ukoll nuqqas ta’ istruttorja u differenza fit-trattament, kif ukoll, għal dawn il-motivi kollha, ta’ kull att preċedenti jew sussegwenti u, fi kwalunkwe każ, ikkoordinat jew konness mal-att imsemmi iktar ’il fuq, bil-konsegwenzi legali kollha;

fi kwalunkwe każ, tannulla d-Deċiżjoni DG NEAR tas-7 ta’ Marzu 2018 (ARES-2018-1288022), innotifikata fid-9 ta’ Marzu 2018 fil-parti koperta minn dan ir-rikors u, konsegwentement, tannulla s-sanzjonijiet marbuta magħha;

sussidjarjament, tneħħi jew tnaqqas is-sanzjoni imposta fuq Agmin sa fejn din hija eċċessiva jew sproporzjonata għall-aġir effettivament adottat minn Agmin;

dejjem sussidjarjament, tikkonstata li l-fatti deskritti jippermettu r-riabilitazzjoni ta’ Agmin fis-sens tal-Artikolu 106(9) tar-Regolament Nru 966/2012;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Marzu 2018 (ARES-2018-1288022), li eskludiet lir-rikorrenti mill-possibbiltà li tipparteċipa fil-proceduri għall-għoti ta’ kuntratti pubblici għall-għoti ta’ kontribuzzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, għall-perijodu massimu ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 106(14)(c) tar-Regolament Nru 966/2012 (1) u tordna l-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni, għal nuqqas ta’ kunsinna tal-oġġetti ordnati (lottijiet 9 u 11) fiż-żmien miftiehem fil-kuntratt għal provvista ENPI/2014/351-804 u nuqqas ta’ sostituzzjoni tal-garanzija (garanzija ta’ prefinanzjament ta’ EUR 89 430,71) ippreżentata minn Agmin lill-awtorità kontraenti fid-19 ta’ Novembru 2014. Fil-fatt, din il-garanzija kienet inħarġet minn stabbiliment li, skont l-informazzjoni rċevuta mill-Banca d’Italia, kien awtorizzat joħroġ garanziji biss lil banek u istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati li jagħtu kreditu, iżda mhux lil persuni jew entitajiet oħrajn, bħall-awtorità kontraenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ eċċess ta’ poter, b’mod partikolari fil-forma ta’ ksur tal-prinċipju ta’ separazzjoni bejn il-funzjoni istruttorja u dik deċiżorja, ta’ kontradittorju, ta’ nuqqas manifest ta’ loġika u ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur jew l-applikazzjoni żbaljata tal-“prinċipji tad-dritt Ewropew dwar il-kuntratt 2002”, applikabbli fis-sens tal-Artikolu 41 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tas-sanzjoni fis-sens tal-Artikolu 5 TUE, sa fejn il-Kummissjoni Ewropea imponiet fuq Agmin is-sanzjoni massima applikabbli, ta’ perijodu ta’ tliet snin.

Ir-rikorrenti tqis b’mod partikolari li d-deċiżjoni kkontestata tippreġudika d-drittijiet tagħha sa fejn il-Kummissjoni adottatha mingħajr ma ħadet debitament inkunsiderazzjoni l-fatt li n-nuqqas ta’ kunsinna ġie kkawżat mir-responsabbiltà determinanti jew, sussidjarjament, konkorrenti, tal-awtorità kontraenti, li, b’mod arbitrarju u mhux iġġustifikat, irrifjutat is-sostituzzjoni tal-fornitur tal-oġġetti bi produttur ieħor li ddikjara li seta’ jipprovdi l-oġġetti ta’ kwalità ekwivalenti għal jew ogħla minn dik li kienet prevista fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-avviż ta’ kuntratt.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/45


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Biedermann Technologies vs EUIPO (Compliant Constructs)

(Kawża T-291/18)

(2018/C 231/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biedermann Technologies GmbH & Co. KG (Donaueschingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Jacob, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Compliant Constructs” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 125 461

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1626/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna r-reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/45


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Polskie Linie Lotnicze “LOT” vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/18)

(2018/C 231/58)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polskie Linie Lotnicze “LOT” S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, sa fejn il-kundizzjonijiet għal kunsens jikkonċernaw konċentrazzjoni bejn l-impriżi u jirregolaw, direttament jew indirettament, l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat, u d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom, li jinkludu, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1)(b), l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 139/2004, billi naqset milli twettaq evawazzjoni sħiħa tal-effetti negattivi tal-konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni, inkluż evalwazzjoni tal-effetti tal-konċentrazzjoni fuq is-swieq rilevanti stabbiliti abbażi tal-mudell O & D. Evalwazzjoni tal-konċentrazzjoni abbażi tal-mudell O & D madankollu turi sensiela ta’ distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni kkawżati minħabba din il-konċentrazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat l-effetti tal-konċentrazzjoni fuq il-kapaċità li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport bl-ajru ta’ passiġġieri u għalhekk wettqet żball gravi u manifest fl-evalwazzjoni tal-konċentrazzjoni. Eżami analitiku tal-konċentrazzjoni mwettaq korrettament kellu jwassal għall-konklużjoni li l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni jkollha ċertu numru ta’ effetti antikompetittivi, fost l-oħrajn il-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti ta’ Lufthansa f’ċerti ajruporti.

3.

Il-Kummissjoni kisret ir-Regolament Nru 95/93, peress li kisret il-prinċipji ta’ newtralità, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ slottijiet f’ajruporti partikolari.

4.

Il-Kummissjoni kisret il-linji gwida dwar l-evalwazzjoni tal-konċentrazzjonijiet orizzontali billi naqset milli teżamina jekk l-allegati vantaġġi fl-effiċjenza dovuti għat-tranżazzjoni jpaċux l-effetti negattivi tagħhom fuq il-kompetizzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom, peress li imponiet obbligi fuq Lufthansa li ma jpaċux id-distorsjoni tal-kompetizzjoni sinjifikattiva kkawżata minħabba t-tranżazzjoni.

6.

Il-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, fosthom l-Artikolu 107(1) TFUE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom, billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern ikkawżata mit-tranżazzjoni fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Air Berlin.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 296 TFUE billi naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni tagħha.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/46


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2018 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-300/18)

(2018/C 231/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Feodorovych Yanukovych (Rostov on Don, ir-Russja) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 (2), sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ma jissodisfax il-kriterji msemmija biex persuna tiġi elenkata fiż-żmien rilevanti. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea naqas milli jqis u jikkunsidra l-materjal kollu pprovdut lilu filwaqt li jkun selettiv ferm fil-materjal li ħa inkunsiderazzjoni. L-argumenti insostenn ta’ dan il-motiv jinkludu li: ir-rikorrent huwa biss is-suġġett ta’ investigazzjonijiet ta’ qabel il-proċess li staġnaw u li ċarament ma humiex biżżejjed biex jissodisfaw il-kriterju rilevanti; u l-materjali li fuqhom il-Kunsill ibbaża d-deċiżjoni tiegħu biex iżomm l-isem tar-rikorrent fuq il-lista huma totalment inadegwati, inkonsistenti, foloz u ma humiex sostnuti minn xi evidenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta inkluda lir-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Meta semma’ mill-ġdid ir-rikorrent, minkejja l-iskonnessjoni ċara bejn id-“dikjarazzjoni tar-raġunijiet” u l-kriterji rilevanti ta’ nomina, il-Kunsill wettaq żball manifest. Barra minn hekk, ir-raġunijiet mogħtija fir-rigward tal-ewwel motiv japplikaw ukoll għat-tieni motiv.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jagħti r-raġunijiet. Il-Kunsill naqas milli jidentifika r-raġunijiet attwali u speċifiċi għan-nomina tar-rikorrent. Id-“dikjarazzjoni tar-raġunijiet” adottati fis-Sitt Deċiżjoni li temenda u fis-Sitt Regolament li jemenda biex jinkludu r-rikorrent (minbarra li huma żbaljati) huma sterjotipati, mhux xierqa u mhux adegwatament speċifikati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrent inkisru u/jew li huwa ġie nnegat protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fost ħwejjeġ oħra, il-Kunsill naqas b’mod adegwat li jikkonsulta mar-rikorrent qabel in-nomina mill-ġdid, u r-rikorrent ma ngħatax opportunità xierqa jew ġusta jew li jikkorreġi l-iżbalji jew li jipproduċi informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi personali tiegħu. F’ebda stadju l-Kunsill/ir-rikorrent ma ġie pprovdut b’evidenza serja, kredibbli jew konkreta biex tiġi ġġustifikata l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma kellux bażi legali xierqa għas-Sitt Strumenti li jemendaw. L-argumenti insostenn tal-motiv jinkludu dan li ġej: (a) Il-kundizzjonijiet għall-Kunsill biex jibbaża fuq l-Artikolu 29 TUE ma kinux sodisfatti mis-Sitt Deċiżjoni li temenda. Fost oħrajn: (i) Il-miri invokati espressament mill-Kunsill huma biss affermazzjonijiet vagi; (ii) Il-bażi li l-Kunsill qiegħed jipprova jinvoka ma fiha l-ebda konnessjoni suffiċjenti mal-livell xieraq ta’ stħarriġ ġudizzjarju meħtieġ miċ-ċirkustanzi preżenti; u (iii) l-impożizzjoni ta’ miżuri ristrettivi tappoġġja u tilleġittimizza l-kondotta tar-reġim il-ġdid fl-Ukrajna li huwa stess qiegħed jimmina ċ-ċertezza legali u l-istat tad-dritt, u qiegħed jikser id-drittijiet tal-bniedem b’mod sistematiku; (b) Il-kundizzjonijiet sabiex wieħed jibbaża fuq l-Artikolu 215 TFUE ma kinux issodisfatti għaliex ma kien hemm ebda deċiżjoni valida taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE; (ċ) Ma kienx hemm rabta suffiċjenti sabiex wieħed jibbaża fuq l-Artikolu 215 TFUE kontra r-rikorrent.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill uża b’mod ħażin is-setgħat tiegħu. L-iskop attwali tal-Kunsill li implimenta s-Sitt Strumenti li jemendaw kien jikkonsisti essenzjalment f’tentattiv li jintgħoġob mar-reġim Ukren attwali (sabiex l-Ukrajna tkun tista’ tidħol f’rabtiet iktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea), u ma humiex l-għanijiet/raġunijiet indikati fuq il-wiċċ tas-Sitt Strumenti li jemendaw. Il-kriterji ta’ nomina jirrappreżentaw delega straordinarja u sħiħa tal-poter li huwa konsistenti mal-iskop tal-Kunsill.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà taħt l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkisru sa fejn, fost oħrajn, il-miżuri ristrettivi huma restrizzjoni mhux iġġustifikata u żproporzjonata fuq dawk id-drittijiet, għaliex inter alia: (i) ma hemm ebda suġġeriment li xi fondi allegatament approprjati indebitament mir-rikorrent jitqiesu li ġew ittrasferiti barra mill-Ukrajna; u (ii) ma huwa la neċessarju u lanqas xieraq li l-assi kollha tar-rikorrent jiġu ffriżati billi l-awtoritajiet tal-Ukrajna issa kkwantifikaw il-valur tat-telf li allegatament qed jiġi segwit f’kawżi kriminali sottostanti kontra r-rikorrent.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 48).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 5).


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/48


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2018 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-301/18)

(2018/C 231/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Saint Petersburg, ir-Russja) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 (2), sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ma jissodisfax il-kriterji msemmija biex persuna tiġi elenkata fiż-żmien rilevanti. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea naqas milli jqis u jikkunsidra l-materjal kollu pprovdut lilu filwaqt li jkun selettiv ferm fil-materjal li ħa inkunsiderazzjoni. L-argumenti insostenn ta’ dan il-motiv jinkludu li: ir-rikorrent huwa biss is-suġġett ta’ investigazzjonijiet ta’ qabel il-proċess li staġnaw u li ċarament ma humiex biżżejjed biex jissodisfaw il-kriterju rilevanti; u l-materjali li fuqhom il-Kunsill ibbaża d-deċiżjoni tiegħu biex iżomm l-isem tar-rikorrent fuq il-lista huma totalment inadegwati, inkonsistenti, foloz u ma humiex sostnuti minn xi evidenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta inkluda lir-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Meta semma’ mill-ġdid ir-rikorrent, minkejja l-iskonnessjoni ċara bejn id-“dikjarazzjoni tar-raġunijiet” u l-kriterji rilevanti ta’ nomina, il-Kunsill wettaq żball manifest. Barra minn hekk, ir-raġunijiet mogħtija fir-rigward tal-ewwel motiv japplikaw ukoll għat-tieni motiv.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jagħti r-raġunijiet. Il-Kunsill naqas milli jidentifika r-raġunijiet attwali u speċifiċi għan-nomina tar-rikorrent. Id-“dikjarazzjoni tar-raġunijiet” adottati fis-Sitt Deċiżjoni li temenda u fis-Sitt Regolament li jemenda biex jinkludu r-rikorrent (minbarra li huma żbaljati) huma sterjotipati, mhux xierqa u mhux adegwatament speċifikati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrent inkisru u/jew li huwa ġie nnegat protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fost ħwejjeġ oħra, il-Kunsill naqas b’mod adegwat li jikkonsulta mar-rikorrent qabel in-nomina mill-ġdid, u r-rikorrent ma ngħatax opportunità xierqa jew ġusta jew li jikkorreġi l-iżbalji jew li jipproduċi informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi personali tiegħu. F’ebda stadju l-Kunsill/ir-rikorrent ma ġie pprovdut b’evidenza serja, kredibbli jew konkreta biex tiġi ġġustifikata l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma kellux bażi legali xierqa għas-Sitt Strumenti li jemendaw. L-argumenti insostenn tal-motiv jinkludu dan li ġej: (a) Il-kundizzjonijiet għall-Kunsill biex jibbaża fuq l-Artikolu 29 TUE ma kinux sodisfatti mis-Sitt Deċiżjoni li temenda. Fost oħrajn: (i) Il-miri invokati espressament mill-Kunsill huma biss affermazzjonijiet vagi; (ii) Il-bażi li l-Kunsill qiegħed jipprova jinvoka ma fiha l-ebda konnessjoni suffiċjenti mal-livell xieraq ta’ stħarriġ ġudizzjarju meħtieġ miċ-ċirkustanzi preżenti; u (iii) l-impożizzjoni ta’ miżuri ristrettivi tappoġġja u tilleġittimizza l-kondotta tar-reġim il-ġdid fl-Ukrajna li huwa stess qiegħed jimmina ċ-ċertezza legali u l-istat tad-dritt, u qiegħed jikser id-drittijiet tal-bniedem b’mod sistematiku; (b) Il-kundizzjonijiet sabiex wieħed jibbaża fuq l-Artikolu 215 TFUE ma kinux issodisfatti għaliex ma kien hemm ebda deċiżjoni valida taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE; (ċ) Ma kienx hemm rabta suffiċjenti sabiex wieħed jibbaża fuq l-Artikolu 215 TFUE kontra r-rikorrent.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill uża b’mod ħażin is-setgħat tiegħu. L-iskop attwali tal-Kunsill li implimenta s-Sitt Strumenti li jemendaw kien jikkonsisti essenzjalment f’tentattiv li jintgħoġob mar-reġim Ukren attwali (sabiex l-Ukrajna tkun tista’ tidħol f’rabtiet iktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea), u ma humiex l-għanijiet/raġunijiet indikati fuq il-wiċċ tas-Sitt Strumenti li jemendaw. Il-kriterji ta’ nomina jirrappreżentaw delega straordinarja u sħiħa tal-poter li huwa konsistenti mal-iskop tal-Kunsill.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà taħt l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkisru sa fejn, fost oħrajn, il-miżuri ristrettivi huma restrizzjoni mhux iġġustifikata u żproporzjonata fuq dawk id-drittijiet, għaliex inter alia: (i) ma hemm ebda suġġeriment li xi fondi allegatament approprjati indebitament mir-rikorrent jitqiesu li ġew ittrasferiti barra mill-Ukrajna; u (ii) ma huwa la neċessarju u lanqas xieraq li l-assi kollha tar-rikorrent jiġu ffriżati billi l-awtoritajiet tal-Ukrajna issa kkwantifikaw il-valur tat-telf li allegatament qed jiġi segwit f’kawżi kriminali sottostanti kontra r-rikorrent.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 48).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 5).