ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Werrej |
Paġna |
|
|
||
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
It-Tlieta 22 ta’ Novembru 2016 |
|
2018/C 224/01 |
||
2018/C 224/02 |
||
2018/C 224/03 |
||
2018/C 224/04 |
||
2018/C 224/05 |
||
|
L-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2016 |
|
2018/C 224/06 |
||
2018/C 224/07 |
||
2018/C 224/08 |
||
2018/C 224/09 |
||
2018/C 224/10 |
||
|
Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2016 |
|
2018/C 224/11 |
||
2018/C 224/12 |
||
2018/C 224/13 |
||
2018/C 224/14 |
||
2018/C 224/15 |
||
2018/C 224/16 |
||
2018/C 224/17 |
||
2018/C 224/18 |
||
2018/C 224/19 |
||
2018/C 224/20 |
||
2018/C 224/21 |
||
|
Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2016 |
|
2018/C 224/22 |
||
2018/C 224/23 |
||
2018/C 224/24 |
||
2018/C 224/25 |
||
2018/C 224/26 |
||
2018/C 224/27 |
||
2018/C 224/28 |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
It-Tlieta 22 ta’ Novembru 2016 |
|
2018/C 224/29 |
||
2018/C 224/30 |
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
It-Tlieta 22 ta’ Novembru 2016 |
|
2018/C 224/31 |
||
2018/C 224/32 |
||
2018/C 224/33 |
||
|
L-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2016 |
|
2018/C 224/34 |
||
|
Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2016 |
|
2018/C 224/35 |
||
2018/C 224/36 |
||
|
Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2016 |
|
2018/C 224/37 |
||
2018/C 224/38 |
||
2018/C 224/39 |
||
2018/C 224/40 |
||
2018/C 224/41 |
||
2018/C 224/42 |
||
2018/C 224/43 |
||
2018/C 224/44 |
||
2018/C 224/45 |
||
2018/C 224/46 |
||
2018/C 224/47 |
||
2018/C 224/48 |
||
2018/C 224/49 |
||
2018/C 224/50 |
||
2018/C 224/51 |
||
2018/C 224/52 |
||
2018/C 224/53 |
||
2018/C 224/54 |
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
MT |
|
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2016–2017
Dati tas-seduti: 21-24 ta’ Novembru 2016
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 352, 19.10.2017 .
TESTI ADOTTATI
Dati tas-seduti: it-30 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2016
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 363, 26.10.2017 .
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 22 ta’ Novembru 2016
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/2 |
P8_TA(2016)0433
Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2015
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2015 (2016/2063(INI))
(2018/C 224/01)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(1) tat-TFUE, |
— |
wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 15 tagħhom, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0302/2016), |
A. |
billi dwar il-possibilità li r-Renju Unit jirtira mill-UE, il-President Draghi korrettement iddikkjara li “l-punt li fih il-perspettiva ekonomika se tkun affettwata jiddependi miż-żmien, l-iżvilupp u l-eżitu finali tan-negozjati li se jsiru. S'issa, iż-żona tal-euro baqgħet reżiljenti, imma minħabba din l-inċertezza, ix-xenarju ta' referenza jibqa' suġġett għal riskji ta' ċaqliq 'l isfel”; u li “indipendentement mit-tip ta' relazzjoni li tiżvolġi bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, hu ferm importanti li l-integrità tas-Suq Uniku tiġi rispettata. Kwalunkwe eżitu jeħtieġ jiżgura li l-parteċipanti kollha jkunu suġġett għall-istess regoli”; |
B. |
billi, skont l-aħħar tbassir tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni, it-tkabbir reali taż-żona tal-euro huwa mistenni li jkun modest u mingħajr uniformità ġeografika – 1,6 % fl-2016 u 1,8 % fl-2017, li jsegwu l-1,7 % fl-2015; |
C. |
billi, skont l-istess tbassir, il-qgħad fiż-żona tal-euro mistenni jirreġistra tnaqqis, minn 10,9 % fi tmiem l-2015 għal 9,9 % fi tmiem l-2017; billi d-disparitajiet bejn ir-rati tal-qgħad tal-Istati Membri komplew jiżdiedu fl-2015, b'ċifri li jvarjaw minn 4,6 % fil-Ġermanja sa 24,9 % fil-Greċja; |
D. |
billi, għal darb' oħra skont l-istess tbassir, id-defiċit tal-gvern fiż-żona tal-euro hu mistenni li jonqos gradwalment minn 2,1 % fl-2015 għal 1,9 % fl-2016 u għal 1,6 % fl-2017, u l-proporzjon tad-dejn mal-PDG huwa mbassar li jonqos għall-ewwel darba sa mill-bidu tal-kriżi, għalkemm għad hemm erba' pajjiżi taż-żoni tal-euro involuti fil-proċedura ta' defiċit eċċessiv tal-Kummissjoni: Franza, Spanja, il-Greċja u l-Portugall; billi Ċipru, l-Irlanda u s-Slovenja implimentaw programmi makroekonomiċi li ppermettewlhom inaqqsu d-defiċits rispettivi tagħhom għal inqas mil-livell limitu ta' 3 % tal-PDG; |
E. |
billi, skont l-istess tbassir, iż-żona tal-euro mistennija li jkollha bilanċ pożittiv estern, ta' madwar 3 % tal-PDG kemm fl-2016 kif ukoll fl-2017; billi Brexit totali (“hard Brexit”) jista' jkollu impatt negattiv fuq il-bilanċ tal-kummerċ kemm tal-UE kif ukoll tar-Renju Unit, meta jitqies li r-Renju Unit hu wieħed mis-sħab ewlenin tal-kummerċ taż-żoni tal-euro; |
F. |
billi l-Artikolu 127(5) tat-TFUE jitlob lis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali biex tikkontribwixxi għall-manutenzjoni tal-istabilità finanzjarja; |
G. |
billi l-Artikolu 127(2) tat-TFUE jitlob lis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali biex “tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' pagament”; |
H. |
billi, skont il-projezzjoni tal-BĊE ta' Settembru 2016, ir-rata medja tal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro, wara li kienet ta' żero fl-2015, se tibqa' qrib dan il-livell fl-2016 (0,2 %) u tilħaq il-1,2 % fl-2017 u l-1,6 % fl-2018; billi r-rati baxxi ta' inflazzjoni fis-snin reċenti jistgħu fost oħrajn ikunu attribwiti primarjament għall-prezzijiet baxxi tal-enerġija; |
I. |
billi l-mira tal-inflazzjoni qed isir iktar diffiċli li tintlaħaq minħabba l-konsolidament tax-xejriet demografiċi, prezzijiet tal-enerġija li qed jibqgħu baxxi u l-impatt sħiħ tal-globalizzazzjoni finanzjarja u tal-kummerċ fuq soċjetà Ewropea li qed ikollha rati għolja ta' qgħad; billi dawn il-pressjonijiet deflazzjonarji qed jikkontribwixxu għal nuqqas ta' investiment u għad-dgħufija tad-domanda aggregata; |
J. |
billi f'Marzu 2015 il-BĊE vara programm estiż ta' xiri ta' assi (APP) li jammonta għal EUR 1,1 triljun u li inizjalment kien ippjanat li jibqa' għaddej sa Settembru 2016; |
K. |
billi dan il-programm ġie aġġornat, bix-xiri tal-assi skedat li jibqa' għaddej sa Marzu 2017 għal ammont totali li għandu jkun madwar EUR 1,7 triljun, u l-lista ta' assi eliġibbli twessgħet biex tinkludi bonds korporattivi mhux finanzjarji u bonds tal-gvern reġjonali u lokali; billi qed ikun hemm tħassib li fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE il-livelli ta' riskju qed jikbru; |
L. |
billi l-BĊE xtara EUR 19 094 miljun f'titoli garantiti b'assi (ABS) sa mill-bidu tal-programm ta' xiri tiegħu; |
M. |
billi l-BĊE ffaċilita aktar il-pożizzjoni monetarja tiegħu billi naqqas ir-rati ta' intervent ewlenin tiegħu għal livelli bla preċedent, bl-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin (MRO) u l-faċilità ta' depożitu jinżlu għal 0 % u – 0,40 % rispettivament f'Marzu 2016; billi l-BĊE qed joffri lill-banek inċentivi biex jagħtu self u, b'dan l-għan quddiemhom, qed iwettqu serje oħra ta' operazzjonijiet ta' refinanzjament immirati fuq terminu itwal (TLTRO-II); |
N. |
billi, skont il-BĊE, it-twaqqif ta' Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) iffukat fuq applikazzjoni konsistenti ta' superviżjoni mikroprudenzjali u ta' infurzar fiż-żona tal-euro kollha sabiex jiżgura kundizzjonijiet indaqs għall-operazzjonijiet bankarji u jimponi metodoloġija ta' valutazzjoni komuni (SREP); |
O. |
billi l-President tal-BĊE kompla jinsisti dwar l-urġenza ta' riformi strutturali ferm meħtieġa fiż-żona tal-euro; |
P. |
billi l-BĊE qed jappoġġja l-qafas ta' Titolizzazzjoni Sempliċi, Trasparenti u Standardizzata u rekwiżiti kapitali ridotti riżultanti li se jerġgħu jagħtu l-ħajja kemm lis-swieq tat-titoli kif ukoll lill-finanzjament tas-settur tal-ekonomija reali; |
Q. |
billi l-Artikolu 123 tat-TFUE u l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jipprojbixxu l-iffinanzjar monetarju tal-gvernijiet; |
1. |
Jenfasizza li ż-żona tal-euro għadha qed tbati minn livell għoli ta' qgħad, ta' inflazzjoni baxxa wisq u ta' żbilanċi makroekonomiċi kbar, inkluż żbilanċi tal-kontijiet kurrenti, u li, barra minn hekk, iż-żona tal-euro qed tiffaċċja livell baxx ħafna ta' tkabbir tal-produttività, li hu riżultat ta' nuqqas ta' investiment – 10 punti perċentwali aktar 'l isfel mil-livell ta' qabel il-kriżi – , nuqqas ta' twettiq ta' riformi strutturali u dgħufija tad-domanda interna; jinnota li l-livell għoli ta' dejn pubbliku partikolarment in-numru kbir ta' self mhux produttiv u settur bankarju b'kapitalizzazzjoni insuffiċjenti f'uħud mill-Istati Membri, għadhom joħolqu frammentazzjoni tas-suq finanzjarju taż-żona tal-euro, u b'hekk inaqqsu l-ispazju għall-manuvrar biex jiġu appoġġjati l-iktar ekonomiji fraġli; jenfasizza li politiki fiskali sodi u riformi strutturali soċjalment bilanċjati orjentati lejn żieda fil-produttività huma l-unika mod li bih isir titjib ekonomiku sostenibbli f'dawn l-Istati Membri; |
2. |
Jenfasizza n-natura federali tal-Bank Ċentrali Ewropew, fejn m'hemm l-ebda veto nazzjonali, li ppermettietlu jaġixxi b'mod deċiżiv biex jindirizza l-kriżi; |
3. |
Jirrikonoxxi li, quddiem dan l-ambjent ferm kumpless u r-riskji ta' perjodu mtawwal ta' inflazzjoni baxxa, il-miżuri straordinarji adottati mill-BĊE biex jerġa' jġib l-inflazzjoni lura għall-objettiv ta' terminu medju ta' 2 % kienu konsistenti mat-termini tal-mandat tiegħu, kif imniżżel fl-Artikolu 127 tat-TFUE, u għalhekk mhux illegali (1); jinnota li, sa mit-tnedija tal-APP f'Marzu 2015, u minħabba operazzjoni ta' programmi ta' rifinanzjament immirat fuq terminu twil (Targeted Longer-Term Refinancing Operations, TLTRO) lejn l-ekonomija reali, il-kundizzjonijiet finanzjarji tjiebu kemmxejn, u dan ta spinta lis-self għall-azjendi u l-familji fiż-żona tal-euro; jinnota li dawn il-miżuri ikkontribwew ukoll biex tidjiq il-firxa ta' wħud mill-bonds ta' gvernijiet taż-żona tal-euro; jinnota li t-titjib ma affettwax Stati Membri b'mod ugwali u li d-domanda għall-kreditu f' xi Stati Membri baqgħet dgħajfa; |
4. |
Jenfasizza li f'Ġunju 2016 il-BĊE beda sensiela ta' erba' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament fuq terminu itwal (TLTRO II); jirrimarka li l-inċentiv tal-istruttura tal-programm inbidlet meta mqabbla mat-TLTRO oriġinali, minħabba li wħud mill-banek se jkunu jistgħu jisselfu b'rati negattivi anke jekk ma jżidux is-self nett tagħhom lill-ekonomija reali; |
5. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li meta qed joffri likwidità b'rati negattivi, imma qed jelimina r-rekwiżiti għall-banek li jirritornaw il-fondi jekk ma jilħqux il-punt ta' riferiment ta' self tagħhom, il-BĊE qed idgħajjef ir-rabta bejn il-provvista ta' likwidità tal-bank ċentrali u s-self lill-ekonomija reali li kienet fiċ-ċentru tal-kunċett tat-TLTRO; |
6. |
Jilqa' l-wegħda kategorika tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' Lulju 2012 li jagħmel dak kollu meħtieġ biex jiddefendi l-euro, li kien strumentali fl-iżgurar tal-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro; |
7. |
Jemmen li l-APP ikollha impatt aktar fuq l-ekonomija Ewropea kieku kienet akkumpanjata minn riformi strutturali effettivi u soċjalment bilanċjati mfassla biex iżidu l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u kieku kellha sehem akbar mix-xiri tal-bonds tal-BEI, partikolarment relatati mat-TEN-T u t-TEN-E (proġetti bi prova li għandhom valur miżjud Ewropew f'termini soċjali u ekonomiċi), fost oħrajn, u self titolizzat tal-SMEs; jistieden lill-BĊE jfassal studju li janalizza x'ikun l-impatt tal-APP jekk din ikollha tixtri dejn pubbliku tal-Istati Membri direttament marbuta mal-investiment u b'nefqa tar-riċerka fis-swieq sekondarji; jinsab imħasseb li x-xiri dirett ta' bonds maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji fi ħdan il-Programm ta' Xiri ta' Assi tas-Settur Pubbliku (CSPP), li tista' tkun ġustifikata fiċ-ċirkustanzi attwali, jista' jkollha effetti ta' distorsjoni; |
8. |
Jaqbel mal-President tal-BĊE, Mario Draghi li l-politika monetarja unika waħedha ma tistax tistimula d-domanda aggregata sakemm ma tkunx akkumpanjata minn politiki fiskali sodi u ambizzjużi u soċjalment bilanċjati fil-programmi ta' riforma strutturali fil-livell tal-Istati Membri; ifakkar li, bi qbil mal-mandat tiegħu stabbilit fil-liġi primarja fit-Trattati tal-UE, l-għan ewlieni tal-BĊE hu li jissalvagwardja l-istabilità tal-prezzijiet sabiex jiggarantixxi ambjent stabbli li jwassal għall-investiment; iqis li l-politika monetarja waħedha mhijiex l-għodda xierqa biex issolvi l-problemi strutturali tal-ekonomija Ewropea; jenfasizza li l-irkupru ekonomiku mistenni mhuwiex sostitut għal riformi strutturali essenzjali; jiġbed l-attenzjoni għal studji u diskussjonijiet reċenti dwar waqgħa possibbli fir-rati newtrali tal-imgħax osservati fid-dinja kollha dawn l-aħħar għaxar snin; jirrimarka li din is-sitwazzjoni tista' twassal biex il-politika monetarja tkun aktar ristretta u inqas effettiva, minħabba li spiss ikun hemm riskju li tqarreb lejn iż-żero; |
9. |
Jaqbel li suq kapitali li jiffunzjona sew, diversifikat u integrat jista' jappoġġja l-mezzi ta' trażmissjoni tal-politika monetarja unika; jitlob, f'dan il-kuntest, l-ikkompletar u l-implimentazzjoni sħiħa gradwali tal-unjoni bankarja u ta' konformità sħiħa tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni relatata tagħha, kif ukoll il-bini ta' unjoni tas-swieq kapitali, peress li dan jista' jkun pass deċiżiv biex titjieb l-effikaċja tal-politika monetarja unika u jkunu mitigati r-riskji li jirriżultaw minn xokk fis-settur finanzjarju; iqis bħala ferm importanti li tinstab soluzzjoni għal self improduttiv għas-setturi bankarji nazzjonali l-aktar affettwati sabiex jerġa' jkun hemm tranżmissjoni bla xkiel tal-politika monetarja għaż-żona kollha; |
10. |
Jenfasizza li r-riformi strutturali u soċjalment bilanċjati fl-ekonomija u fis-suq tax-xogħol għandhom ukoll jikkunsidraw bis-sħiħ id-defiċit demografiku fl-Ewropa, sabiex jiġu indirizzati l-pressjonijiet deflazzjonarji u jinħolqu inċentivi għal struttura demografika aktar bilanċjata li tagħmilha aktar faċli biex tinżamm il-mira ta' inflazzjoni għal madwar 2 %; jirrimarka r-riskju ta' stennija ta' investiment negattiv fejn ix-xejriet demografiċi jkunu sfavorevoli; |
11. |
Jinnota, madankollu, li minkejja li l-impatt tar-riskji u tal-effetti konsegwenzjali tal-miżuri mhux konvenzjonali kienu sinifikanti, partikolarment fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' finanzjament għal banek fil-periferija, l-inflazzjoni mhijiex mistennija li tikkonverġi lejn l-objettiv ta' terminu medju ta' 2 % sal-2017; jinnota li l-irkupru attwali f'self mill-bank u tas-suq mhuwiex distribwit b'mod ġeografikament ugwali fost l-Istati Membri u sa issa ma pproduċiex kompletament l-effett mistenni fuq id-diskrepanza eżistenti fl-investiment fiż-żona tal-euro; jenfasizza li n-nuqqas ta' investiment hu kkawżat mhux biss min-nuqqas ta' aċċess għall-fondi, imma wkoll minn domanda baxxa għall-kreditu, u li hu meħtieġ li jkunu promossi riformi strutturali li direttament jiffaċilitaw l-investiment u l-impjiegi; jiġbed l-attenzjoni għat-tnaqqis fid-disponibilità ta' assi ta' kwalità għolja li jkunu aċċettati b'mod internazzjonali mill-investituri istituzzjonali; |
12. |
Jinnota li, waqt li l-effetti fuq l-ekonomija reali kienu limitati ħafna, il-banek setgħu jaċċedu għal finanzjament virtwalment mingħajr l-ebda spiża jew bi spiża baxxa ħafna u dan ikkostitwixxa sussidju dirett għall-karti tal-bilanċ tagħhom; jiddeplora l-fatt li d-daqs ta' dan is-sussidju, minkejja li jirrappreżenta effett ċar ta' riperkussjonijiet fiskali fuq il-politika monetarja, mhuwiex sorveljat u ppubblikat, jiddeplora wkoll il-fatt li hu ħieles minn kundizzjonalità stretta f'termini ta' jekk u kif jiġi investit; jinsisti li kwalunkwe miżura straordinarja ta' dan it-tip għandha tkun akkumpanjata b'miżuri biex jitnaqqsu d-distorsjonijiet tas-suq u tal-ekonomija; |
13. |
Jiddeplora d-distakki eżistenti, għalkemm qed jonqsu gradwalment, bejn ir-rati ta' finanzjament mogħtija lill-SMEs u dawk mogħtija lill-kumpaniji ikbar, bejn ir-rati ta' self fuq ammont ta' self żgħir u kbir, u bejn il-kundizzjonijiet ta' kreditu għall-SMEs li jinsabu f'pajjiżi differenti taż-żona tal-euro, iżda jirrikonoxxi l-limiti ta' dak li l-politika monetarja tista' tikseb f'dan ir-rigward; jenfasizza li l-ħtieġa persistenti ta' aġġustament għall-karta tal-bilanċ tal-banek qed taffettwa, fost oħrajn, id-disponibilità tal-kreditu għall-SMEs f'uħud mill-Istati Membri; jirrimarka r-riskju, barra minn hekk, ta' distorsjonijiet ulterjuri possibbli tal-kompetizzjoni bħala riżultat tax-xiri ta' bonds korporattivi mill-BĊE fis-suq kapitali, li fih il-kriterji eliġibbli sottostanti m'għandhomx joħolqu aktar distorsjonijiet, b'mod partikolari meta jitqies il-qafas tar-riskju, u li minnhom l-SMEs m'għandhomx ikunu esklużi; |
14. |
Jissottolinja l-fatt li perjodu mtawwal ta' kurva ċatta tar-rendiment jista' jnaqqas il-profittabilità tal-banek, speċjalment jekk dawn ma jaġġustawx il-mudelli tan-negozju tagħhom, u jista' joħloq riskji potenzjali, partikolarment għal fondi privati ta' tfaddil u tal-pensjonijiet u tal-assigurazzjoni; iwissi li tnaqqis fil-profittabilità tal-banek jista' jnaqqas ir-rieda tagħhom li jiżviluppaw attività ta' self; jindika b'mod partikolari l-effett negattiv ta' tali politika ta' rata ta' imgħax fuq il-banek lokali u reġjonali u l-banek ta' tfaddil bi ftit finanzjament mis-swieq finanzjarji, u ta' riskji fis-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet; jitlob, għalhekk, sorveljanza speċifika u kontinwa tal-għodda ta' rata tal-imgħax negattiva, l-implimentazzjoni tagħha u l-effetti tagħha; jenfasizza l-ħtieġa ta' ġestjoni xierqa, prudenti u fil-ħin tax-xoljiment ta' din il-politika dwar ir-rata tal-imgħax ultra baxxa (negattiva); |
15. |
Jifhem ir-raġuni għalfejn il-BĊE implimenta rati negattivi, iżda jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar il-konsegwenzi negattivi potenzjali ta' politika ta' rati baxxi tal-imgħax għal individwi li għandhom kontijiet ta' tfaddil u l-ekwilibriju finanzjarju tal-iskemi tal-pensjoni u f'termini tal-iżvilupp ta' bżieżaq spekulattivi tal-assi; jinsab imħasseb dwar il-fatt li f'xi Stati Membri r-rati tal-imgħax ta' tfaddil fuq terminu twil huma aktar baxxi mir-rati tal-inflazzjoni; huwa tal-fehma li, minħabba t-tendenzi demografiċi u preferenzi kulturali għal tfaddil, dawn l-effetti negattivi fuq id-dħul jistgħu jwasslu għal żieda fir-rata tat-tfaddil domestiku, ħaġa li tista' tkun ta' detriment għad-domanda domestika fiż-żona tal-euro; iwissi li, minħabba r-riġidità 'l isfel tar-rati ta' depożiti, il-benefiċċji li jimbuttaw ir-rati ta' depożiti fil-BĊE ulterjorment lejn ambitu negattiv jistgħu jkunu limitati; |
16. |
Jibqa' mħasseb bil-livelli li għadhom sinifikanti ta' assi li ma jistgħux jinbiegħu u titoli ta' sigurtà sostnuti mill-assi mressqa bħala kollateral għall-Eurosistema fil-qafas tal-operazzjonijiet ta' rifinanzjament tagħha; itenni t-talba tiegħu lill-BĊE biex jipprovdi informazzjoni li fuqha l-banek ċentrali aċċettaw dawn it-titoli ta' sigurtà u biex jiżvela metodi ta' evalwazzjoni dwar dawn l-assi; jenfasizza li dan l-iżvelar jista' jkun ta' benefiċċju għall-għan tal-iskrutinju parlamentari tal-kompiti superviżorji mogħtija lill-BĊE; |
17. |
Jitlob lill-BĊE jistudja kif it-trażmissjoni tal-politika monetarja tvarja f'dawk l-Istati Membri b'setturi bankarji ċentralizzati u kkonċentrati u dawk b'netwerk aktar divers ta' banek lokali u reġjonali kif ukoll bejn pajjiżi li jserrħu aktar fuq banek jew swieq tal-kapital għall-finanzjament tal-ekonomija; |
18. |
Jistieden lill-BĊE jivvaluta bir-reqqa r-riskji li fil-ġejjieni jerġgħu jitfaċċjaw bżieżaq spekulattivi tal-assi u fis-settur tad-djar minħabba politika b'rata tal-imgħax baxxa ħafna (negattiva) tiegħu, speċjalment fid-dawl ta' volumi ta' self li żdiedu sew u ta' prezzijiet sproporzjonatament għoljin fis-settur tal-proprjetà, partikolarment fi bliet kbar, u jemmen li, flimkien mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), għandu jressaq proposti biex jitfasslu rakkomandazzjonijiet makroprudenzjali speċifiċi f'dan ir-rigward; |
19. |
Jappoġġja l-valutazzjoni tal-BĊE li l-pakkett CRR/CRD IV attwali nieqes minn ċerti miżuri li jistgħu wkoll jindirizzaw b'mod effettiv tipi speċifiċi ta' riskju sistemiku, bħal (i) miżuri varji min-naħa tal-assi, li jinkludu l-applikazzjoni ta' limiti għall-proporzjonijiet bejn self u valur, self u dħul jew servizz ta' dejn u dħul, u (ii) l-introduzzjoni ta' limiti varji ta' espożizzjoni li jaqgħu lil hinn mid-definizzjoni attwali ta' espożizzjonijiet kbar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-ħtieġa ta' proposti leġiżlattivi f'dan ir-rigward; jinnota li wħud minn dawn il-miżuri jistgħu diġà jkunu integrati fil-kuntest tal-ħidma leġiżlattiva li għaddejja madwar il-proposta EDIS; |
20. |
Jinnota li, kif indikat mir-rwol tal-BĊE rigward l-għoti ta' likwidità lill-Greċja f'Ġunju 2015 u d-diskussjonijiet li ġew żvelati tal-Kunsill tal-Gvernaturi tal-BĊE dwar is-solvenza tal-banek Ċiprijotti, il-kunċett ta' “insolvenza” li jsejjes l-għoti ta' likwidità tal-bank ċentrali lill-istituzzjonijiet fiż-żona tal-euro huwa nieqes minn livell suffiċjenti ta' ċarezza u ta' ċertezza ġuridika, kif il-BĊE fis-snin li għaddew irrefera alternattivament għal kunċett statiku ta' solvenza (abbażi ta' jekk bank jikkonformax mar-rekwiżiti minimi kapitali f'punt partikolari ta' żmien) jew għal kunċett dinamiku (abbażi ta' xenarji ta' testijiet ta' stress li jħarsu 'l quddiem) biex jiġġustifika l-kontinwazzjoni jew il-limitazzjoni ta' dispożizzjoni ta' assistenza ta' likwidità f'emerġenza (ELA); jissottolinja li dan in-nuqqas ta' ċarezza jeħtieġ li jiġi indirizzat sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza ġuridika u titrawwem l-istabilità finanzjarja; |
21. |
Jinnota r-rikonoxximent tal-Presidenza tal-BĊE tal-eżistenza ta' konsegwenzi distribuzzjonali tal-politiki tal-BĊE b'impatt fuq l-inugwaljanzi, u jieħu nota tal-valutazzjoni tal-BĊE li t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-kreditu għaċ-ċittadini u l-SMEs, filwaqt li jsaħħu l-impjiegi fiż-żona tal-euro, jistgħu parzjalment jikkumpensaw għal dawn l-impatti distribuzzjonali; |
22. |
Jinnota li l-APP tal-BĊE naqqas ir-rendiment mill-bonds fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għal livelli mingħajr preċedent; iwissi kontra r-riskju ta' valutazzjonijiet eċċessivament għolja fis-swieq tal-bonds, li jkun diffiċli li jiġu ġestiti jekk ir-rati tal-imgħax jerġgħu jibdew jogħlew fin-nuqqas ta' rkupru suffiċjentement robust, b'mod partikolari rigward pajjiżi involuti fil-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv jew b'livelli għolja ta' dejn; jirrimarka li bidla f'daqqa tar-rati ta' imgħax minn livelli attwalment baxxi matul il-kurva ta' rendiment fihom riskji tas-suq importanti għall-istituzzjonijiet finanzjarji bi proporzjon sinifikanti ta' strumenti finanzjarji ta' valwazzjoni skont is-suq; |
23. |
Jenfasizza l-prerekwiżiti definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja li jridu jintlaħqu minn kwalunkwe xiri ta' bonds tal-gvern tal-Istati Membri taż-żona tal-euro fis-suq sekondarju mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ):
|
24. |
Jikkunsidra l-fatt li xi Stati Membri jistgħu qegħdin jużaw politika ta' rati tal-imgħax baxxi ħafna (negattiva) biex jipposponu riformi strutturali meħtieġa u l-konsolidament tad-defiċits pubbliċi primarji tagħhom, partikolarment fil-livell tal-gvern ċentrali, u jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-impenji tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; jirrikonoxxi li wieħed mir-raġunijiet li kkontribwixxa għal eċċessi baġitarji f'xi Stati Membri kienu r-rati ta' imgħax negattivi tad-dejn pubbliku tagħhom; jenfasizza li l-politiki ekonomiċi nazzjonali għandhom ikunu koordinati, partikolarment fi ħdan iż-żona tal-euro; jissottolinja li l-proċess inevitabbli ta' ħruġ mill-politika monetarja mhux konvenzjonali se jkun ferm kumpless u jrid ikun ippjanat sew biex jevita xokkijiet negattivi fuq is-swieq kapitali; |
25. |
Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill kif ukoll id-deċiżjoni li jiġu żvelati l-ftehimiet dwar l-assi finanzjarji netti (ANFA) bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali; iħeġġeġ lill-BĊE sabiex ikompli fl-isforzi tiegħu ta' trasparenza; ifakkar lill-BĊE li l-politika ta' reklutaġġ tal-ħaddiema trid tikkonforma mal-aħjar prattika; |
26. |
Ifakkar li l-indipendenza tal-BĊE għat-twettiq tal-politika monetarja tiegħu, kif minquxa fl-Artikolu 130 tat-TFUE, hija kruċjali biex tinżamm l-istabilità fil-prezzijiet; jitlob lill-gvernijiet kollha biex jevitaw dikjarazzjonijiet li jixħtu dubju fuq ir-rwol li għandha l-istituzzjoni fil-mandat tagħha; |
27. |
Jistieden lill-BĊE jagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju tal-proporzjonalità f'konnessjoni mal-kompiti superviżorji bankarji mogħtija lilu; |
28. |
Jinnota t-tqassim tar-responsabilitajiet bejn il-BĊE u l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE); jenfasizza li l-BĊE m'għandux isir entità de facto li tfassal l-istandards għall-Banek li mhumiex SMU; |
29. |
Jinnota li fit-18 ta' Mejju 2016 il-Kunsill Governattiv tal-BĊE adotta r-Regolament dwar il-ġbir ta' kreditu granulari u ta' data dwar ir-riskju tal-kreditu (AnaCredit); jitlob lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali jħallu kemm jistgħu flessibilità meta jimplimentaw l-AnaCredit; |
30. |
Jistieden lill-BĊE biex ma jibdix ħidma fuq stadji ulterjuri oħra f'konnessjoni mal-AnaCredit sakemm ma sseħħx konsultazzjoni pubblika, b'involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew u jitqies b'mod partikolari l-prinċipju ta' proporzjonalità; |
31. |
Jinnota bi tħassib li l-iżbilanċi ta' Target 2 qed jerġgħu jidhru fiż-żona tal-euro minkejja tnaqqis fl-iżbilanċi kummerċjali li jindikaw ħruġ ta' flussi ta' kapital mill-periferija taż-żona tal-euro; |
32. |
Ifakkar li d-djalogu monetarju huwa importanti sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-politika monetarja quddiem il-Parlament Ewropew u l-pubbliku ġenerali; |
33. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew. |
(1) Kif reċentement sottolineat mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u mis-sentenza tal-Qorti Federali Kostituzzjonali tal-Ġermanja tal-21 ta' Ġunju 2016.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/8 |
P8_TA(2016)0434
Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar il-Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur (2016/2056(INI))
(2018/C 224/02)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 1999 intitolata “Implementing the framework for financial markets: action plan” (the Financial Services Action Plan) (L-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: pjan ta' azzjoni (il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji)) (COM(1999)0232), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2007 intitolata “Sector Inquiry under Article 17 of Regulation (EC) No 1/2003 on retail banking (Final Report)” (Inkjesta Settorjali skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar l-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur (Rapport Finali)) (COM(2007)0033), |
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2007 dwar “Is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur fis-Suq Waħdieni” (COM(2007)0226), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 intitolata “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl” (COM(2011)0941), |
— |
wara li kkunsidra r-“Report on Good Practices on Comparison Websites” (Rapport dwar Prattiki Tajbin fuq Siti Web ta' Tqabbil – 2014) tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, |
— |
wara li kkunsidra l-“Opinion to EU Institutions on a Common Framework for Risk Assessment and Transparency for IORPs” (Opinjoni għall-Istituzzjonijiet tal-UE dwar Qafas Komuni għall-Valutazzjoni tar-Riskju u Trasparenza għall-IORPs) tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ta' April 2016, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/65/KE, kif emendata riċentement mid-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014, li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-rimunerazzjoni u s-sanzjonijiet (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (8), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Awwissu 2014 dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u s-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) (COM(2014)0509), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard (9), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (10), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2016 dwar il-muniti virtwali (12), |
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar “is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur: Prodotti aħjar, aktar għażla u opportunitajiet akbar għall-konsumaturi u għan-negozji” (COM(2015)0630), |
— |
wara li kkunsidra t-tweġiba tal-EBA għall-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur tal-21 ta' Marzu 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0294/2016), |
A. |
billi s-suq tal-UE fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur għadu pjuttost mhux żviluppat u huwa ferm frammentat, pereżempju fir-rigward tan-numru baxx ta' tranżazzjonijiet transkonfinali, b'mod li jeħtieġ li tittieħed azzjoni effiċjenti sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku u tkun iffaċilitata l-innovazzjoni ta' benefiċċju għall-utenti aħħarin; |
B. |
billi d-dinamika tas-swieq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, ikkaratterizzata minn kombinazzjoni ta' konċentrazzjoni relattivament għolja u kompetizzjoni insuffiċjenti, tista' tirriżulta f'għażla limitata u valur baxx għall-flus, kif ukoll f'diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri; billi l-kumpaniji multinazzjonali b'fergħat f'diversi Stati Membri jistgħu jevitaw dawn l-ostakoli b'mod aktar faċli mill-kumpaniji żgħar; |
C. |
billi s-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur ikun biss vijabbli jekk ikun jirrappreżenta valur miżjud reali għall-konsumaturi billi jiżgura kompetizzjoni, aċċess u protezzjoni tal-konsumatur effettivi, l-aktar fir-rigward ta' prodotti attwalment meħtieġa għall-parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika; |
D. |
billi l-iżvilupp ulterjuri tas-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur fil-livell tal-UE, bil-qafas leġiżlattiv xieraq li jimponi l-protezzjoni tal-konsumatur li hija meħtieġa, mhux biss jiffaċilita attività transkonfinali importanti u produttiva, iżda jista' joffri wkoll skop akbar għal kompetizzjoni miżjuda fil-livell nazzjonali; billi suq intern Ewropew ġenwin għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur għandu potenzjal sinifikanti biex jipprovdi lill-konsumaturi b'servizzi u prodotti finanzjarji aħjar, aktar għażla u aċċess imtejjeb għal servizzi u prodotti finanzjarji u prezzijiet aktar baxxi; billi l-impatt tal-kompetizzjoni fuq il-prezzijiet se jvarja skont is-settur u l-prodott; |
E. |
billi l-Green Paper tiffoka prinċipalment fuq servizzi finanzjarji għaċ-ċittadini li qegħdin ifittxu servizzi transkonfinali; billi huwa importanti li jekk jiġu ppreżentati proposti ġodda dawn ikunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi kollha tal-UE biex jiġi żgurat li s-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi jiffunzjona għal kulħadd; |
F. |
billi għandna nibqgħu ambizzjużi fit-tneħħija tal-ostakoli u t-trażżin ta' tendenzi protezzjonisti eżistenti li jwaqqfu l-innovazzjoni fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; billi suq uniku reali se jagħmel lill-UE attraenti bħala ċ-ċentru għal servizzi finanzjarji innovattivi; |
G. |
billi t-trasformazzjoni rapida kkawżata mid-diġitalizzazzjoni u mill-innovazzjoni tat-teknoloġija finanzjarja mhux biss għandha l-potenzjal, jekk tiġi mmaniġġjata bi prudenza, li toħloq prodotti finanzjarji ġodda u sikwit aħjar għall-konsumaturi u li tikkontribwixxi għall-inklużjoni finanzjarja, anke billi jitbaxxew l-ispejjeż tat-tranżazzjoni u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament, iżda tinvolvi wkoll sfidi ewlenin f'termini ta' sigurtà, protezzjoni tad-dejta, protezzjoni tal-konsumaturi, tassazzjoni, kompetizzjoni ġusta u stabbiltà finanzjarja, li għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib sabiex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji għaċ-ċittadini; |
H. |
billi ħafna servizzi qegħdin isiru onlajn, huwa importanti li jiġi żgurat li ħadd ma jibqa' lura u li l-aċċess jiġi pprovdut ukoll permezz ta' kanali mhux diġitali, fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi evitata l-esklużjoni finanzjarja; |
I. |
billi kwalunkwe sforz biex jissaħħaħ is-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur tal-UE għandu jiġi kkoordinat mal-aġendi tad-DSM (Suq Uniku Diġitali), tas-CMU (Unjoni tas-Swieq Kapitali) u l-SMS (Strateġija għal Suq Uniku) u l-mira ġenerali tiegħu għandu jkun it-tisħiħ tal-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir sostenibbli, l-istabbiltà finanzjarja u r-rwol tal-konsumatur fl-ekonomija Ewropea; |
J. |
billi suq Ewropew tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur għandu jkun ta' benefiċċju għall-SMEs f'termini kemm tal-provvista kif ukoll tad-domanda; f'termini tal-provvista, dan ifisser l-iżgurar ta' titjib fl-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs; f'termini tad-domanda, dan ifisser li l-SMEs jistgħu jaċċessaw swieq transkonfinali b'mod aktar faċli; |
K. |
billi t-tlestija tas-suq intern hija importanti għall-konsumaturi, u hija essenzjali wkoll sabiex tagħti lill-kumpaniji Ewropej tat-teknoloġija finanzjarja l-possibilità li jisfruttaw il-benefiċċji tas-suq intern biex jikkompetu ma' atturi tradizzjonali sabiex joffru soluzzjonijiet innovattivi, faċli għall-konsumaturi u biex joħolqu l-impjiegi fl-UE kollha; |
L. |
billi l-mikrointrapriżi, l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u l-ixpruni tal-impjiegi u t-tkabbir; billi kull liġi u inizjattiva Ewropea għandha tiġi adattata għall-karatteristiċi ta' dawn il-kumpaniji; |
M. |
billi t-tlestija tas-suq intern Ewropew hija ferm importanti għall-konsumaturi u n-negozji u billi atturi ġodda innovattivi qegħdin jibdew joffru alternattivi għas-servizzi eżistenti; |
1. |
Jilqa' l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur (definiti bħala li jinkludu l-assigurazzjoni) u d-dibattitu vivaċi u produttiv li din iġġenerat sa issa; jilqa' wkoll il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper, li tat lil dawk li huma involuti l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom abbażi tas-sitwazzjonijiet u/jew setturi speċifiċi tagħhom; jenfasizza li approċċ uniku dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur ikun kontroproduttiv, minħabba d-diversità tal-atturi u l-prodotti kkonċernati; |
2. |
Iqis li d-diġitalizzazzjoni se tkompli toħloq opportunitajiet ġodda għall-konsumaturi, l-investituri, l-SMEs u kumpaniji oħra f'termini ta' kompetizzjoni, attivitajiet transkonfinali u innovazzjoni; jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni waħedha mhijiex suffiċjenti biex toħloq suq vijabbli Ewropew tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jinnota li l-bosta ostakoli bħad-diversi reġimi ta' tassazzjoni, soċjali, ġudizzjarji, tas-saħħa, kuntrattwali u tal-protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll il-lingwi u l-kulturi differenti, ma jistgħux jiġu megħluba permezz tad-diġitalizzazzjoni biss; |
3. |
Iqis li l-inizjattiva tal-Green Paper hija f'waqtha, minħabba l-ħtieġa ta' ħidma proattiva fl-istadji kollha tal-proċess ta' tfassil tal-politika sabiex ikun hemm rispons effiċjenti adegwat għall-iżviluppi f'suq daqstant innovattiv u li qed jinbidel malajr; |
4. |
Jikkunsidra s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, li hija ffaċilitata billi jiġu skuraġġuti l-prodotti u s-servizzi kumplessi wisq, bħala kruċjali fl-isforzi biex il-prodotti jsiru aktar faċilment komparabbli fost is-swieq tal-Istati Membri, b'mod partikolari fis-settur tal-assigurazzjoni; |
5. |
Jirrimarka li firxa wiesgħa ta' drittijiet tal-UE rilevanti għas-suq uniku fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur diġà ġew adottati, bħall-PSD2, ir-regolament tal-MIFs, il-PAD, l-AMLD, id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju u l-IDD; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, u tevita d-duplikazzjoni u t-trikkib; |
6. |
Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' żviluppi pożittivi fis-swieq tal-finanzjament għall-konsumatur billi jinħoloq ambjent kompetittiv u jinżammu kundizzjonijiet ekwi bejn il-partijiet interessati kollha, inklużi l-operaturi diġà stabbiliti u l-operaturi ġodda, b'regoli li kemm jista' jkun ikunu teknoloġikament u kummerċjalment newtrali; jirrimarka li tali approċċ huwa meħtieġ, mhux l-anqas sabiex jgħin lin-negozji ġodda jikbru u jappoġġja lil SMEs ġodda u innovattivi; |
7. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-istess regoli japplikaw għal kwalunkwe servizz partikolari biex jiġi evitat il-ħolqien ta' distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, b'mod partikolari bil-ħolqien ta' fornituri ġodda tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jenfasizza li dawn ir-regoli ma għandhomx jaġixxu bħala ostakolu għall-innovazzjoni; jenfasizza li l-ħolqien ta' “punti ta' kuntatt” li jippermettu lill-partijiet ikkonċernati jirrappurtaw l-applikazzjoni illegali tal-provvisti tal-passaport tal-UE, jista' jrawwem l-integrazzjoni tas-suq; |
8. |
Jinnota li għall-ewwel trimestru tal-2016, il-finanzjament tat-teknoloġija finanzjarja fl-Ewropa ammonta għal USD 348 miljun biss meta mqabbel mal-USD 1,8 biljun fl-Amerika ta' Fuq u mat-USD 2,6 biljun fiċ-Ċina, li juri l-ħtieġa urġenti għal bidla rapida fil-mentalità u rispons regolatorju adegwat għall-iżviluppi teknoloġiċi sabiex l-Ewropa ssir suq ewlieni għall-innovazzjoni; jenfasizza li suq uniku ġenwin għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur fejn jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ġodda fis-suq se jagħmel l-UE attraenti bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji innovattivi u se jipprovdi lill-konsumaturi għażla akbar u aħjar, b'rati aktar baxxi; jenfasizza li minkejja li t-teknoloġiji li jfixklu jippreżentaw sfidi regolatorji, huma joffru wkoll opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni li minnhom jibbenefikaw l-utenti aħħarin u stimolu għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi; |
9. |
Jenfasizza, b'mod partikolari sabiex tingħata spinta lill-fiduċja u s-sodisfazzjon tal-konsumaturi, li l-inizjattiva tal-Green Paper tista' tirnexxi biss jekk titfa' enfasi qawwija fuq il-ħolqien ta' suq tal-UE fejn il-konsumaturi protetti sewwa jkollhom opportunitajiet indaqs u aċċess għal prodotti trasparenti, sempliċi u b'valur tajjeb għall-flus; jirrikonoxxi l-valur pożittiv li l-konsumaturi jiġu pprovduti bi prodotti sempliċi, sikuri u standardizzati; jistieden lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej biex jivvalutaw b'mod regolari l-impatt ta' bejgħ abbinat skont il-prezzijiet u l-kompetizzjoni fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi qafas sempliċi, portabbli u sikur tal-prodotti finanzjarji; Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tħares lejn il-possibilità li toħloq qafas legali armonizzat għall-għażliet predefiniti standardizzati għall-prodotti finanzjarji komunement l-aktar użati fl-UE fuq il-mudell tal-Kont Bankarju Bażiku u l-PEPP; |
10. |
Jenfasizza li l-proposti li jirriżultaw mill-Green Paper jeħtieġ li jkunu konsistenti mal-prinċipju ta' proporzjonalità; |
11. |
Ifakkar li l-inizjattivi kollha bbażati fuq il-Green Paper għandhom ikunu kompatibbli mal-intensifikazzjoni tal-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi, l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, fosthom aktar sforzi biex jiġi elaborat Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa Komuni; |
12. |
Jieħu nota tal-kumplessità dejjem tikber tal-prodotti finanzjarji għall-konsumatur; jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġu żviluppati inizjattivi u strumenti li jtejbu l-kompetizzjoni u jippermettu lill-konsumaturi jidentifikaw u jqabblu prodotti sikuri, sostenibbli u sempliċi fil-firxa ta' prodotti disponibbli għalihom; jappoġġja inizjattivi bħad-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni għall-Prodotti ta' Investiment għall-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u d-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni għall-prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs); jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-mekkaniżmi ta' informazzjoni jiġu adattati għar-realtà diġitali; jemmen li s-sommarju tal-prospett għandu jkun allinjat mad-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs), sabiex jippermetti lill-investituri fil-livell tal-konsumatur jivvalutaw kif xieraq ir-riskji assoċjati mat-titoli ta' sigurtà offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar; |
13. |
Ifakkar fl-iżviluppi riċenti fil-qafas leġiżlattiv għas-settur bankarju, b'mod partikolari d-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek u d-Direttiva dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti; ifakkar li r-reġim il-ġdid ta' riżoluzzjoni introdott wassal biex ċerti strumenti offruti lill-investituri fil-livell tal-konsumatur jinvolvu riskju akbar ta' telf; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-konsumaturi jiġu infurmati b'mod sħiħ dwar l-impatt tar-regoli l-ġodda, b'mod partikolari jekk id-depożiti jew l-investimenti tagħhom jinsabu f'riskju ta' rikapitalizzazzjoni interna; jitlob lill-Kummissjoni tivverifika jekk l-Istati Membri humiex qegħdin japplikaw b'mod korrett id-Direttiva dwar l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti; jirrimarka li l-bejgħ ta' ċerti strumenti li tista' ssirilhom rikapitalizzazzjoni interna lill-investituri fil-livell tal-konsumatur huwa problematiku ħafna fir-rigward tal-ħarsien adegwat tal-konsumatur, kif ukoll l-iżgurar ta' flessibbiltà prattika ta' rikapitalizzazzjoni interna u jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-għażliet biex tirrestrinġi tali prattika; |
14. |
Jinnota li suq Ewropew tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur se jkun fattibbli biss jekk il-konsumaturi jibbenefikaw mill-istess protezzjoni legali madwar l-UE kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi aġġornat u promoss in-netwerk għar-riżoluzzjoni ta' tilwim finanzjarju “FIN-NET”; |
15. |
Jinnota li n-nuqqas ta' Skema ta' Garanzija tal-Assigurazzjoni f'ċerti Stati Membri għandu l-potenzjal li jdgħajjef il-fiduċja tal-konsumaturi u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra leġiżlazzjoni li tagħmel il-Kopertura tal-Iskema ta' Garanzija tal-Assigurazzjoni obbligatorja; |
16. |
Jenfasizza li l-perspettiva tal-inklużjoni finanzjarja għandha dejjem tiġi kkunsidrata u li għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess ugwali għal tal-anqas l-aktar servizzi finanzjarji essenzjali, anke permezz ta' kanali mhux diġitali, sabiex tiġi evitata l-esklużjoni finanzjarja; |
17. |
Iqis li l-bidliet strutturali li qegħdin iseħħu fis-settur finanzjarju – mill-ħolqien ta' kumpaniji teknoloġiċi finanzjarji (fintechs) għal fużjonijiet u takeovers – li jistgħu jirriżultaw fi tnaqqis tal-persunal u l-għeluq tal-fergħat, għandhom jiġu affettwati mingħajr ebda tnaqqis fil-kwalità tas-servizzi sal-persuni l-aktar vulnerabbli, b'mod partikolari għall-anzjani u l-persuni li jgħixu f'żoni rurali jew b'popolazzjoni baxxa; |
18. |
Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni finanzjarja bħala għodda biex jiġu protetti l-konsumaturi u biex tingħatalhom is-setgħa; jappella sabiex l-aċċess għall-edukazzjoni finanzjarja indipendenti jitwessa' u jiġi ffaċilitat u jenfasizza l-bżonn li titqajjem il-kuxjenza tal-konsumaturi tal-għażliet ta' investiment; |
19. |
Josserva li d-diġitalizzazzjoni tista' ġġib benefiċċji għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, pereżempju komparabbiltà tal-prodotti aktar faċli, aċċess aħjar u aktar faċli għall-investiment transkonfinali u l-iżgurar ta' kompetizzjoni aktar ġusta bejn il-fornituri, kif ukoll reġistrazzjoni u proċessi ta' ħlas aktar rapidi u faċli u kostijiet ta' tranżazzjoni li jirriżultaw aktar baxxi, iżda tista' toħloq ukoll sfidi li ma jistgħux jiġu injorati, bħall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti kun af il-klijent tiegħek (Know Your Customer – KYC), kontra l-ħasil tal-flus (AMLD) u tal-protezzjoni tad-dejta, kif ukoll riskji bħal vulnerabbiltà ta' sistemi ċentralizzati għal ċiberattakki; jitlob li jiġu identifikati u ssorveljati x-xejriet emerġenti u attwali fis-swieq finanzjarji u l-benefiċċji u r-riskji li jirriżultaw, billi jintuża l-impatt probabbli tagħhom fuq l-investituri fil-livell tal-konsumatur bħala punt ta' riferiment; |
20. |
Jinnota li d-dejta finanzjarja u mhux finanzjarja tal-konsumaturi miġbura minn sorsi differenti qiegħda tintuża dejjem aktar minn fornituri ta' servizzi finanzjarji għal diversi raġunijiet, b'mod partikolari fis-setturi tal-kreditu u tal-assigurazzjoni; jenfasizza li l-użu tad-dejta personali u l-big data mill-fornituri ta' servizzi finanzjarji għandu jkun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-UE, ikun strettament limitat għal dak li huwa meħtieġ biex jiġi pprovdut is-servizz u jġib benefiċċji lill-konsumaturi; f'dan l-isfond, id-demutwalizzazzjoni tar-riskju fl-assigurazzjoni li rriżultat mill-big data għandha tkun taħt skrutinju mill-qrib; |
21. |
Jenfasizza li l-aċċess għall-flus kontanti permezz tal-ATMs huwa servizz pubbliku essenzjali li għandu jiġi pprovdut mingħajr ebda prattika diskriminatorja jew inġusta u li m'għandux, għalhekk, iġarrab spejjeż eċċessivi; |
22. |
Jenfasizza li tinħtieġ fiduċja akbar tal-konsumaturi fis-servizzi finanzjarji, peress li din għadha baxxa, speċjalment fir-rigward tal-prodotti finanzjarji b'livell għoli ta' riskji ta' kambju tal-munita, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri eżistenti bil-għan li jtejbu l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni finanzjarja jkunu implimentati bis-sħiħ u li jiġu introdotti miżuri ulterjuri fejn meħtieġ sabiex tingħata s-setgħa lill-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet infurmati, tiżdied it-trasparenza ta' dawn il-prodotti u jitneħħew l-ostakoli għall-konsumatur meta jibdlu l-fornitur u kwalunkwe spejjeż mhux ġustifikati relatati ma' dan, jew jekk ma jkunux iridu jibqgħu jużaw prodott; jenfasizza li l-Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzat (FEIS) u l-formola ta' Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur għandha tingħata b'mod sistematiku lill-konsumatur qabel ma jsir ftehim bħala parti minn stima ta' kreditu, self jew self ipotekarju; |
23. |
Jinnota li l-impjegati prominenti fl-istituzzjonijiet finanzjarji u l-fornituri ta' servizzi finanzjarji għandhom rwol kruċjali fil-ftuħ ta' servizzi għall-konsumatur għall-oqsma kollha tas-soċjetà u għall-konsumaturi madwar fl-UE; jirrimarka li, fil-prinċipju, dawn l-impjegati għandhom jingħataw it-taħriġ u l-ħin meħtieġa biex ikunu jistgħu jservu lill-klijenti tagħhom b'mod preċiż, u m'għandhomx jiġu soġġetti għal miri jew inċentivi ta' bejgħ li jistgħu joħolqu preġudizzju meta jagħtu parir jew jgħawġu l-parir tagħhom u għandhom jaġixxu dejjem fl-interessi tal-konsumaturi skont id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur MiFID II; |
24. |
Jenfasizza l-fatt li l-aċċess għal parir affordabbli u indipendenti huwa essenzjali għal deċiżjonijiet ta' investiment tajbin; jenfasizza li biex ikun hemm titjib fil-pariri mogħtija tinħtieġ, b'mod partikolari, offerta usa' ta' prodotti standardizzati ta' investiment fil-livell tal-konsumatur u dokumenti effettivi bit-tagħrif dwar l-investitur għal prodotti kumplessi u sempliċi; |
25. |
Josserva li l-għoti ta' parir finanzjarju affordabbli u mmirat, li jkollu kamp ta' applikazzjoni iżgħar minn parir ta' investiment xieraq irregolat mill-MiFID huwa attwalment nieqes, minkejja d-domanda eżistenti; jinnota r-riflessjonijiet imwettqa u l-inizjattivi meħuda f'ċerti Stati Membri dwar il-ħolqien ta' tali servizz intermedjarju; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-atturi tas-suq jidentifikaw, jistudjaw u jsegwu prattiki u inizjattivi tajbin f'dan ir-rigward; |
26. |
Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni nazzjonali tad-Direttiva MiFID II, li wasslet f'ħafna każijiet għal rekwiżiti ta' rappurtar li jeħtieġu ħafna xogħol għal intermedjarji, li ma jtejbux b'mod effettiv il-protezzjoni tal-konsumatur u jmorru lil hinn mill-MiFID II innifisha; jitlob li jittieħdu lezzjonijiet minn din l-esperjenza; |
27. |
Jenfasizza li l-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur għandhom rwol deċiżiv fit-trażmissjoni xierqa tal-kundizzjonijiet tal-politika monetarja lis-suq, b'mod partikolari lill-konsumaturi; jenfasizza l-importanza ta' ambjent xieraq ta' politika monetarja bil-ħsieb li jiġi promoss it-tfaddil fit-tul tal-konsumaturi; |
28. |
Jenfasizza li, sabiex is-suq waħdieni fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur ikun effikaċi u dinamiku, jeħtieġ li ma jkunx hemm differenzi bla bżonn jew inġusti bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro; |
29. |
Jemmen li l-adozzjoni tal-munita unika mill-Istati Membri kollha mingħajr eċċezzjoni tagħmel is-suq uniku tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur aktar effiċjenti u koerenti; |
30. |
Josserva li l-kapaċità fil-livell tal-UE għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta f'dan il-qasam probabbilment ser ikollha tissaħħaħ; jinnota li se jkun meħtieġ li wħud mill-aktar ideat promettenti fil-Green Paper jingħataw irfid empiriku wiesa' u adegwat qabel ikun possibbli li wieħed jgħaddi għal proċessi leġiżlattivi; jenfasizza li l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet ta' tali xogħol empiriku għandhom jiġu divulgati b'mod xieraq u għandhom jagħmlu użu sħiħ mir-riżultat tal-ħidma ta' monitoraġġ tal-ASE li l-mandat għalih jinsab fir-Regolament tal-EBA, sabiex tidentifika l-benefiċċji u r-riskji ta' innovazzjonijiet differenti u kwalunkwe azzjoni leġiżlattiva meħtieġa biex jinstab il-bilanċ ġust bejniethom; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni ta' bejgħ inadatt ta' prodotti u servizzi finanzjarji; jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' regoli ġodda skont il-MiFID II, li tipprojbixxi l-kummissjoni għall-konsulenti finanzjarji indipendenti u tillimita l-użu tagħha għal konsulenti mhux indipendenti, u abbażi ta' dak il-monitoraġġ tikkunsidra jekk dawk ir-restrizzjonijiet għandhomx isiru aktar stretti; |
Prijoritajiet fuq terminu qasir
32. |
Jenfasizza li jeħtieġ li jissaħħaħ l-infurzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar l-affarijiet finanzjarji u l-konsumaturi u li suq uniku fis-servizzi finanzjarji fil-livell tal-konsumatur jeħtieġ livelli għolja ta' leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u infurzar konsistenti u rigoruż ta' dan madwar l-Istati Membri; jinnota, fl-istess ħin, li l-volum tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur żdied fis-snin riċenti bil-għan li jtejjeb l-istabbiltà prudenzjali, isaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u jreġġa' lura l-fiduċja fis-settur; jenfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jintensifikaw l-attivitajiet tagħhom fuq kwistjonijiet tal-konsumaturi u tal-investituri fil-livell tal-konsumatur u li l-aġenziji responsabbli f'għadd ta' Stati Membri għandhom jibdew jaħdmu b'mod aktar attiv u kompetenti f'dan il-qasam; jistieden lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri jwettqu skambji ta' prattika tajba sabiex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur tiġi applikata b'tali mod li tissalvagwardja l-kompetizzjoni ġusta filwaqt li tinforza l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; |
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fil-proċedura marbuta mal-White Paper ippjanata dwar il-finanzjament u l-governanza tal-ASE, biex tagħmel enfasi partikolari fuq li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ikollhom il-mudelli ta' finanzjament u l-mandati meħtieġa biex jieħdu rwol aktar attiv u orjentat lejn il-konsumatur fis-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, filwaqt li tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja; |
34. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tinkuraġġixxi l-finanzjament għall-investimenti sostenibbli u ħodor, u jħeġġiġha sabiex, filwaqt li tibni fuq konsultazzjonijiet tal-passat u filwaqt li tinvolvi mill-qrib lill-Parlament Ewropew, ikollha rwol aktar proattiv fl-użu tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, biex tappoġġja s-suq tal-Investiment Sostenibbli u Responsabbli (SRI) li qiegħed jikber billi tippromwovi l-investimenti sostenibbli, billi tipprovdi informazzjoni ambjentali, soċjali u ta' governanza effikaċi u standardizzata bl-użu ta' kriterji applikabbli għall-intermedjarji finanzjarji u l-kumpaniji elenkati fil-Borża, u billi dawn il-kriterji tapplikahom b'mod adegwat fis-sistemi ta' ġestjoni tal-investiment u l-istandards tal-iżvelar, abbażi ta' dispożizzjonijiet simili li ġew promossi b'suċċess min-naħa tal-Parlament fir-reviżjoni li saret dan l-aħħar tad-Direttiva dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali; iħeġġeġ ulterjorment lill-Kummissjoni biex tippromwovi “servizzi ta' klassifikazzjoni” ambjentali, soċjali u ta' governanza, kif ukoll qafas konsistenti għas-suq tal-bonds ekoloġiċi, abbażi ta' studju tal-Kummissjoni u l-ħidma tal-grupp ta' studju tal-G20 dwar il-finanzi ekoloġiċi; |
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-ħidma tagħha kontra d-diskriminazzjoni abbażi tar-residenza fis-suq Ewropew dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur u, jekk ikun meħtieġ, tikkumplimenta l-proposti ġenerali ppjanati sabiex ittemm l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat b'inizjattivi leġiżlattivi ulterjuri mmirati speċifikament għas-settur finanzjarju, filwaqt li jibqa' jitqies li l-prezz ta' xi prodotti u xi servizzi huwa marbut ma' sensiela ta' fatturi (regolatorji jew ġeografiċi) li jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; |
36. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fost l-oħrajn abbażi tal-istruttura tad-Direttiva dwar il-Kontijiet tal-Pagamenti (PAD) u tal-analiżi tas-settur tal-assigurazzjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, sabiex twaqqaf portal ta' tqabbil tal-UE li jkun organizzat sewwa u faċli biex jintuża u li jkun ikopri ħafna mill-partijiet jew il-partijiet kollha tas-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jenfasizza li l-għodod ta' tqabbil għandhom ikunu preċiżi u rilevanti għall-konsumaturi u ma għandhomx jiffukaw biss fuq il-prezzijiet tal-prodotti, iżda anki fuq il-kwalità tagħhom, filwaqt li jitqies li prodotti li huma simili biss jistgħu jitqabblu; |
37. |
Jisteiden lill-Kummissjoni, fost l-oħrajn b'referenza għall-PAD, sabiex tfassal ir-regoli, il-prattiki u n-nonprattiki li japplikaw għall-bdil domestiku u transkonfinali fil-partijiet relevanti tas-suq Ewropew tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur u sabiex tippreżenta strateġija koerenti u komprensiva li tagħmel il-bdil transkonfinali madwar l-UE aktar faċli għall-konsumatur; |
38. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-istrutturi ta' Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) konnessi mas-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur billi jiżguraw li l-korpi tal-ADR ikunu verament indipendenti, jiżguraw li dawn il-korpi jkopru lill-atturi kollha fis-suq u billi jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-FIN-NET isir aktar effiċjenti u magħruf sew mal-konsumaturi; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni, wara l-evalwazzjoni ppjanata tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni dwar ir-rimedju kollettiv, tanalizza l-possibbiltà li tintroduċi sistema Ewropea ta' rimedju kollettiv; |
39. |
Jitlob lill-Kummissjoni tkompli tinvestiga l-prattiki konfużi u xi drabi qarrieqa li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom il-konsumaturi meta jagħmlu pagamenti bil-kard u ġbid ta' flus mill-ATM li jinvolvu l-konverżjoni tal-munita, kif ukoll sabiex tippreżenta soluzzjoni koerenti li tagħmilha possibbli, inkluż fil-prattika, għall-konsumatur li jifhem u jikkontrolla s-sitwazzjoni kompletament, anke għal ħlasijiet li jirreletaw mas-suq diġitali; |
40. |
Ifakkar lill-Kummissjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji għadhom qed jikkanċellaw il-karti ta' pagament jekk id-detentur jiċċaqlaq fi Stat Membru ieħor u jitlob li għandha tittieħed azzjoni f'dan ir-rigward, anke billi jiġu mwissija l-awtoritajiet nazzjonali; |
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi r-rikonoxximent reċiproku u l-interoperabbiltà tat-tekniki ta' identifikazzjoni diġitali, mingħajr ma jiġi affettwat il-livell ta' sigurtà tas-sistemi eżistenti jew il-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-qafas tal-UE kontra l-ħasil tal-flus; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, billi jaħdmu bir-reqqa fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-eIDAS u l-leġiżlazzjoni ġdida kontra l-ħasil tal-flus, fost l-oħrajn, sabiex joħolqu – kif għandu jkun għalkollox fattibbli – ambjent ġenerali li fih rekwiżiti tas-sigurtà robusti jiġu kkombinati ma' proċeduri ġusti u sempliċi sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw lilhom infushom skont il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta personali; jitlob ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jidentifikaw u jneħħu l-ostakoli regolatorji għall-użu ta' sistemi ta' firem elettroniċi għall-abbonament ta' servizzi finanzjarji, u jiffaċilitaw l-onboarding diġitali transkonfinali madwar l-UE; |
42. |
Jirrimarka li l-impatt potenzjalment trasformattiv tat-teknoloġija ta' reġistri distribwiti jeħtieġ l-iżvilupp bikri ta' kapaċità regolatorja biex jiġu identifikati fi stadju bikri r-riskji u l-isfidi sistemiċi potenzjali għall-protezzjoni tal-konsumatur; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni toħloq task force orizzontali biex timmonitorja mill-qrib ir-riskji u tgħin biex dawn jiġu indirizzati fil-ħin; |
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, sabiex tfassal pjan għall-istabbiliment ta' netwerk ikkoordinat ta' “punti uniċi ta' servizz” nazzjonali, f'konformità mal-Punti ta' Kuntatt Uniku, li jgħinu lill-impriżi finanzjarji għall-konsumatur li jixtiequ jagħmlu użu aħjar mill-opportunitajiet ta' negozju transkonfinali; |
44. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-fornituri tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur jiġu mħeġġa jiffinanzjaw proġetti assoċjati mal-innovazzjoni u l-ambjent; jirrimarka li jista' jiġi kkunsidrat approċċ simili għal dak tal-fattur ta' sostenn lill-SMEs; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu għall-proposta tal-EIOPA għal Qafas Komuni għal Valutazzjoni tar-Riskju u Trasparenza għall-IORPs, sabiex tiġi promossa sistema soda tal-pilastru 2 fl-Unjoni kollha u komparabbiltà tal-iskemi, u biex tikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-benefiċċji u r-riskji lill-konsumaturi permezz ta' regolaturi, superviżuri u l-konsumaturi nfushom; |
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina approċċi ġodda bil-potenzjal li tagħti lill-kumpaniji flessibbiltà regolatorja ikbar biex jesperimentaw u jkunu jistgħu jinnovaw, filwaqt li jżommu livelli għolja ta' protezzjoni u sigurtà tal-konsumatur; |
47. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar il-ħolqien ta' “kont ta' tfaddil tal-UE”, sabiex jinfetaħ il-finanzjament fit-tul u tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni ekoloġika fl-Ewropa; |
48. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara l-użu tad-dispożizzjonijiet ġenerali tajba, li attwalment jistgħu jintużaw b'mod indirett mill-Istati Membri biex jimblukkaw prodotti ġodda milli jidħlu fis-suq tagħhom, u tagħti s-setgħa lill-ASE jkunu medjaturi attivi bejn l-Istati Membri meta jkunu hemm interpretazzjonijiet kunfliġġenti dwar l-użu tagħhom; |
Kunsiderazzjonijiet fuq terminu twil
49. |
Jitlob lill-Kummissjoni tistudja aktar il-fattibbiltà, ir-relevanza, il-benefiċċji u l-ispejjeż tat-tneħħija tal-ostakoli eżistenti għall-forniment transkonfinali ta' servizzi finanzjarji, biex b'hekk tiġi ggarantita l-portabbiltà domestika u transkonfinali f'diversi partijiet tas-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, pereżempju, fir-rigward tal-prodotti ta' pensjoni personali u ta' assigurazzjoni; |
50. |
Jenfasizza li d-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju qiegħda attwalment tiġi trasposta, jew hija fil-proċess li tiġi implimentata, fl-Istati Membri; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tissorvelja t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tagħha b'attenzjoni u biex tanalizza l-impatt ta' din il-leġiżlazzjoni fuq is-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jinnota li xorta waħda għad hemm ostakoli sinifikanti fil-ħolqien ta' suq uniku aktar b'saħħtu għall-ipoteki u l-kreditu għall-konsumaturi; għaldaqstant, jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem filwaqt li tiżgura l-istabbiltà finanzjarja, billi tibbilanċja t-tħassib dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta b'aċċess transkonfinali mtejjeb għal bażijiet ta' dejta ta' kreditu kkoordinati aħjar u billi tiżgura li ma jiġux imtennija l-inċidenti relatati mal-kreditu li permezz tagħhom il-konsumaturi kienu esposti mingħajr ebda raġuni għal riskji ta' kambju tal-munita; |
51. |
Jitlob lill-Kummissjoni twettaq mal-Istati Membri analiżi konġunta tal-implimentazzjoni u l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw fid-dettall l-ostakoli legali u ostakoli oħra li jifdal għal operazzjonijiet transkonfinali u għall-ikkompletar tas-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur tal-UE; jenfasizza li l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs għandhom jiġu kkunsidrati f'tali analiżi; |
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza liema dejta hija meħtieġa biex il-mutwanti jkunu jistgħu jivvalutaw l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumaturi tagħhom u, abbażi ta' din l-analiżi, tintroduċi proposti għar-regolamentazzjoni ta' dan il-proċess ta' valutazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvestiga l-prattiki attwali tal-uffiċċji tal-kreditu fir-rigward tal-ġbir, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tad-dejta tal-konsumatur bil-ħsieb li tiżgura li jkunu adegwati u ma jkunux ta' ħsara għad-drittijiet tal-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni, jekk meħtieġ, tqis it-teħid ta' azzjoni f'dan il-qasam; |
53. |
Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-komunikazzjonijiet diġitali u l-bejgħ relatat ma' servizzi finanzjarji għall-konsumatur ikunu disponibbli f'forom aċċessibbli għal persuni b'diżabilitajiet, anke permezz ta' siti tal-internet u formati ta' fajls li jistgħu jitniżżlu; jappoġġja l-integrazzjoni sħiħa tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi (l-“Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà”); |
54. |
Jilqa' l-ħidma lejn trasparenza akbar fl-ipprezzar ta' servizzi tal-karozzi tal-kiri, inkluż il-bejgħ ta' assigurazzjonijiet anċillari u tariffi oħra; jenfasizza li t-tariffi jew il-miżati kollha, kemm jekk obbligatorji jew fakultattivi, marbuta mal-kiri ta' vetturi għandhom ikunu viżibbli għall-konsumatur fuq is-sit tal-internet tal-kumpanija tal-kiri jew tas-sit ta' tqabbil b'mod ċar u enfasizzat; ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tinforza d-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali u jilqa' l-adozzjoni reċenti ta' linji gwida ta' implimentazzjoni ġodda fid-dawl tat-tibdil teknoloġiku; |
55. |
Ifakkar fil-ħidma li saret fir-rigward tar-Regolament dwar l-Aġenziji ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu; jitlob lill-Kummissjoni tirrieżamina l-impatt ta' tali leġiżlazzjoni fir-rigward ta' prodotti mibjugħa lill-klijenti fil-livell tal-konsumaturi; |
o
o o
56. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.
(2) ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11.
(3) ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34.
(4) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(5) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.
(6) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186.
(7) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214.
(8) ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1.
(9) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1.
(10) ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35.
(11) ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19.
(12) Testi adottati, P8_TA(2016)0228.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/18 |
P8_TA(2016)0435
Unjoni Ewropea tad-Difiża
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża (2016/2052(INI))
(2018/C 224/03)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat ta' Lisbona, |
— |
wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea (TUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 42(6) tat-TUE dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 42(7) tat-TUE dwar l-alleanza ta' difiża; |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2013 u tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2013 u tat-18 ta' Novembru 2014 dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel – dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-klawsoli ta' difiża reċiproka u ta' solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea 2004-2008 (3), li tistabbilixxi fil-paragrafu 89 tagħha “li d-drittijiet fundamentali ma jiqfux sal-bibien tal-għassa”, u “li japplikaw ukoll bis-sħiħ għaċ-ċittadini bl-uniformi, u jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet fundamentali jiġu osservati wkoll fil-forzi armati”, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet finali tal-Konferenzi Interparlamentari dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tal-Aja tat-8 ta' April 2016, ta' Lussemburgu tas-6 ta' Settembru 2015, ta' Riga tas-6 ta' Marzu 2015, ta' Ruma tas-7 ta' Novembru 2014, ta' Ateni tal-4 ta' April 2014, ta' Vilnius tas-6 ta' Settembru 2013, ta' Dublin tal-25 ta' Marzu 2013 u ta' Paphos tal-10 ta' Settembru 2012, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) fil-laqgħa informali “Gymnich” tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE tat-2 ta' Settembru 2016, li għal darb'oħra għamlet referenza għal “tieqa ta' opportunità” biex isir progress solidu fost l-Istati Membri fil-qasam tad-difiża, |
— |
wara li kkunsidrat id-dokument bit-titolu “Shared Vision, Common Action: A Stronger Europe – A Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy” (Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea), ippreżentat mill-VP/RGħ fis-28 ta' Ġunju 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tas-7 ta' Lulju 2014 mill-VP/RGħ u l-Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 bl-isem 'Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti' (COM(2013)0542), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ġunju 2014 bit-titolu “Arranġament ġdid għad-Difiża Ewropea”, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tagħha dwar id-difiża, |
— |
wara li kkunsidra l-evalwazzjonijiet tad-Direttiva 2009/81/KE tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u tad-Direttiva 2009/43/KE dwar trasferimenti intra-UE ta' prodotti relatati mad-difiża, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-8 ta' Lulju 2016 tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-11 ta' Diċembru 2013 tal-VP/RGħ u l-Kummissjoni bit-titolu “L-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-konflitti u l-kriżijiet esterni” (JOIN(2013)0030), u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2014, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Ministru tad-Difiża u tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Italja tal-10 ta' Awwissu 2016 li tagħmel appell għal Schengen tad-Difiża, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż u dak Franċiż tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar "Ewropa b'saħħitha f'dinja inċerta, |
— |
wara li kkunsidra l-possibilità ta' seċessjoni tar-Renju Unit mill-UE, |
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-Ewrobarometru 85.1 ta' Ġunju 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0316/2016), |
A. |
billi f'dawn l-aħħar snin is-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa u madwarha ħżienet b'mod sinifikanti u din ħolqot sfidi diffiċli u mingħajr preċedent li l-ebda pajjiż jew organizzazzjoni ma jistgħu jiffaċċjaw waħedhom; billi l-Ewropa, aktar minn qatt qabel, qed tiffaċċja t-theddida tat-terroriżmu fit-territorju tagħha, filwaqt li qed tkompli l-firxa tat-terroriżmu u l-pjaga tal-vjolenza kontinwa fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani; billi s-solidarjetà u r-reżiljenza jirrikjedu li l-UE tirreaġixxi u taġixxi flimkien u b'mod sistematiku, u li dan isir flimkien mal-alleati u s-sħab tagħna u ma' pajjiżi terzi; billi l-prevenzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà, it-tmiem tal-kunflitt armat, il-qerda tal-abbużi mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem, it-tifrix tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra t-terroriżmu huma prijoritajiet għall-UE u ċ-ċittadini tagħha u jenħtieġ li dan ikun is-suġġett ta' impenn kemm ġewwa kif ukoll barra l-fruntieri tal-UE, inkluż permezz ta' korpi ta' inġiniera militari maħluqa biex jiġu indirizzati ċerti sfidi prattiċi ħafna dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali fil-pajjiżi terzi; billi jentħieġ li l-Ewropa tkun aktar b'saħħitha u aktar rapida f'sitwazzjonijiet ta' theddid reali; |
B. |
billi t-terroriżmu, it-theddid ibridu, il-volatilità ekonomika, l-insigurtà ċibernetika u enerġetika, il-kriminalità organizzata u t-tibdil fil-klima jikkostitwixxu theddid li ġej minn dinja ta' kuljum aktar kumplessa u interkonnessa, fejn l-UE għandha tagħmel l-almu tagħha u tfittex il-mezzi sabiex tagħti garanzija ta' sigurtà u twassal il-prosperità u d-demokrazija; billi s-sitwazzjoni finanzjarja u ta' sigurtà attwali tirrikjedi li l-forzi armati Ewropej jikkollaboraw aktar mill-qrib u li l-persunal militari jitħarreġ u jaħdem aktar flimkien u aħjar; billi skont l-Ewrobarometru 85.1 ta' Ġunju 2016, madwar żewġ terzi taċ-ċittadini tal-UE jixtiequ li jkun hemm aktar parteċipazzjoni tal-UE fi kwistjonijiet ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża; billi d-distinzjoni bejn is-sigurtà interna u esterna qed issir dejjem aktar imċajpra; billi għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-prevenzjoni tal-konflitt, l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-instabilità u l-iżġurar s-sigurtà tal-bniedem; billi t-tibdil fil-klima hi theddida ewlenija għas-sigurtà globali, għall-paċi u l-istabilità li tamplifika t-theddid għas-sigurtà tradizzjonali, inter alia billi tnaqqas l-aċċess għall-ilma ħelu u għall-prodotti tal-ikel għal popolazzjonijiet f'pajjiżi fraġli u li qed jiżviluppaw u b'hekk iwasslu għal tensjonijiet ekonomiċi u soċjali, li jġiegħlu lin-nies jemigraw, jew joħolqu tensjonijiet politiċi u riskji għas-sigurtà; |
C. |
billi l-VP/RGħ inkludiet is-sigurtà tal-Unjoni bħala waħda mill-ħames prijoritajiet ewlenin tagħha għal “Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy” (Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea); |
D. |
billi t-Trattat ta' Lisbona jitlob li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli kapaċitajiet ċivili u militari adatti għal missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK; billi l-kapaċità tal-bini tas-sigurtà u d-difiża stabbilita fit-Trattati bl-ebda mod mhi ottimali; billi l-istituzzjonijiet Ewropej jista' wkoll jkollhom rwol sinifikanti ħafna x'jaqdu fit-tnedija ta' inizjattivi politiċi; billi s'issa l-Istati Membri wrew nuqqas ta' rieda biex jibnu Unjoni Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża, għax beżgħu li din se jkun ta' theddida għas-sovranità nazzjonali tagħhom; |
E. |
billi l-kost tan-non-Ewropa fid-difiża u s-sigurtà huwa stmat għal EUR 26,4 biljun fis-sena (4), b'riżultat tad-duplikazzjoni, il-kapaċità żejda u l-ostakoli għall-akkwist tad-difiża; |
F. |
billi l-Artikolu 42 tat-TUE jirrikjedi d-definizzjoni progressiva ta' politika ta' difiża komuni f'livell tal-Unjoni fil-qafas tal-PSDK, li għandha twassal għal difiża komuni fil-livell tal-UE meta l-Kunsill Ewropew jiddeċiedi dan b'unanimità; billi l-Artikolu 42(2) tat-TUE jirrakkomanda wkoll lill-Istati Membri li jadottaw tali deċiżjoni skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom; |
G. |
billi l-Artikolu 42 tat-TUE jipprevedi wkoll il-ħolqien ta' istituzzjonijiet ta' difiża, kif ukoll definizzjoni ta' politika Ewropea dwar il-kapaċitajiet u armamenti; billi dan l-Artikolu jeħtieġ ukoll li l-isforzi tal-UE għandhom ikunu kompatibbli u komplementari man-NATO u ta' tisħiħ reċiproku; billi politika ta' difiża komuni f'livell tal-Unjoni għandha ssaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li tippromwovi s-sigurtà fi ħdan u lil hinn mill-fruntieri tagħha, kif ukoll it-tisħiħ tas-sħubija man-NATO u r-relazzjonijiet transatlantiċi, u għaldaqstant tippermetti NATO aktar b'saħħitha, konsegwentement billi ssir promozzjoni territorjali, reġjonali u globali fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża, aktar effikaċi; billi l-aktar Dikjarazzjoni Konġunta reċenti tas-Summit ta' Varsavja tan-NATO tal-2016 dwar sħubija strateġika bejn in-NATO u l-UE rrikonoxxiet ir-rwol tan-NATO u l-appoġġ li l-UE tista' tagħti biex jintlaħqu l-għanijiet komuni; billi l-Unjoni Ewropea ta' Difiża (EDU) għandha tiżgura ż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tan-NU; |
H. |
billi l-gruppi tattiċi tal-UE, li laħqu l-kapaċità operattiva sħiħa fl-2007 u li huma maħsuba biex jintużaw għal kompiti militari ta' natura umanitarja, ta' żamma ta' paċi u ta' ħolqien ta' paċi, s'issa għadhom qatt ma ntużaw, minkejja l-opportunità u l-ħtieġa li tirriżulta, minħabba ostakoli proċedurali, finanzjarji u politiċi; jenfasizza li dan jirrappreżenta opportunità mitlufa f'termini ta' tisħiħ tar-rwol tal-UE bħala attur globali importanti għall-istabilità u l-paċi; |
I. |
billi ħlief għall-ħolqien tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), ma kien stabbilit, deċiż jew implimentat l-ebda wieħed mill-elementi neqsin tal-politika ta' sigurtà u difiża komuni tal-UE; billi l-EDA għad teħtieġ bidla radikali tal-organizzazzjoni tagħha biex tkun tista' tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha u biex tixhed li tiġġenera valur miżjud, din tagħmel il-PSDK aktar effikaċi u tista' twassal għal armonizzazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar tad-difiża nazzjonali f'dawk l-oqsma li huma rilevanti għall-operazzjonijiet militari tal-PSDK bi qbil il-kompiti ta' Petersberg kif deskritt fl-Artikolu 43 tat-TUE; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jipparteċipaw u jimpenjaw ruħhom fl-EDA sabiex ikun jista' jinkiseb dan l-għan; |
J. |
billi Strateġija Globali tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà teħtieġ li l-UE sistematikament tħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża, tul il-firxa sħiħa ta' kapaċitajiet, sabiex tkun tista' tirreaġixxi għall-kriżijiet esterni, tgħin fil-bini tal-kapaċitajiet ta' sħabna, biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-Ewropa, u toħloq industrija tad-difiża Ewropea b'saħħitha, li hi kruċjali għall-awtonomija strateġika ta' deċiżjoni u azzjoni tal-Unjoni; billi għandu jintlaħaq qbil mill-membri kollha tal-Kunsill dwar kwalunkwe miżura, qabel l-implimentazzjoni tagħha; |
K. |
billi l-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2015, li ffoka parzjalment fuq id-difiża, appella għal trawwim ta' kooperazzjoni ta' difiża Ewropea akbar u aktar sistematika bil-għan li jiġu pprovduti kapaċitajiet ewlenin, inkluż permezz tal-użu ta' fondi tal-UE fejn xieraq, filwaqt li jinnota li l-kapaċitajiet militari huma proprjetà ta' u mħaddma mill-Istati Membri; |
L. |
billi fis-17 ta' Novembru 2015, Franza invokat l-Artikolu 42(7) tat-TUE u sussegwentement talbet u immaniġġjat l-kontributi ta' għajnuna u assistenza tal-Istati Membri l-oħra fuq bażi purament bilaterali; |
M. |
billi l-Ktieb Abjad tal-UE dwar is-sigurtà u d-difiża għandu jkompli jsaħħaħ il-PSDK u jtejjeb il-kapaċità tal-UE li taġixxi bħala fornitur tas-sigurtà f'konformità mat-Trattat ta' Lisbona, u jista' jkun riflessjoni utli dwar il-PSDK tal-ġejjieni u PSDK aktar effettiva; billi l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, fil-biċċa l-kbira tagħhom huma lokalizzati f'reġjuni bħal fil-Qarn tal-Afrika u fis-Saħel, li huma milquta ħafna mill-konsegwenzi negattivi tat-tibdil fil-klima, bħan-nixfa u d-degrad tal-art; |
N. |
billi l-Presidenza Netherlandiża tal-Kunsill ppromwoviet l-idea ta' Ktieb Abjad tal-UE; billi l-pajjiżi Visegrád laqgħu l-idea ta' integrazzjoni Ewropea tad-difiża aktar b'saħħitha; u billi l-Ġermanja appellat għal Unjoni Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża fil-White Paper tal-2016 dwar “German Security Policy and the Future of the Bundeswehr (Il-Politika ta' Sigurtà Ġermaniża l-Futur tal-Bundeswehr)”; |
O. |
billi l-integrazzjoni gradwali tad-difiża hi l-aqwa possibilità biex nagħmlu aktar b'inqas flus, u billi l-White Paper tista' toffri opportunità unika biex jiġu proposti passi addizzjonali; |
Unjoni Ewropea tad-Difiża
1. |
Ifakkar li biex l-Ewropa tiżgura s-sigurtà fit-tul tagħha, teħtieġ rieda politika u determinazzjoni li jkunu sostnuti minn ġabra estiża ta' strumenti ta' politika rilevanti, inklużi kapaċitajiet militari b'saħħithom u moderni; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew imexxi t-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni tal-Unjoni u biex jingħataw riżorsi finanzjarji addizzjonali li jiżguraw l-implimentazzjoni tagħha, bil-għan li din tiġi stabbilita fil-Qafas Politiku u Finanzjarju Pluriennali tal-UE (QFP); ifakkar li l-ħolqien ta' politika tad-difiża komuni tal-Unjoni ġejja mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni skont it-Trattat ta' Lisbona, li hija marbuta bid-dritt internazzjonali u fil-fatt hi indispensabbli biex l-UE tippromwovi l-istat tad-dritt, il-paċi u s-sigurtà internazzjonali; jilqa' f'dan ir-rigward l-attivitajiet kollha tal-Istati Membri li għadhom għaddejjin bil-għan li jiġu integrati aktar l-isforzi tagħna ta' difiża komuni, b'kont meħud ukoll tal-kontributi importanti ħafna li jista' jagħti l-Ktieb Abjad dwar is-sigurtà u d-difiża; |
2. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jużaw il-potenzjal sħiħ tat-Trattat ta' Lisbona, partikolarment fir-rigward tal-PSDK, b'referenza speċjali għall-kooperazzjoni strutturata permanenti tal-Artikolu 42(6) tat-TUE jew tal-fond ta' tnedija tal-Artikolu 41(3) tat-TUE; ifakkar li l-kompiti ta' Petersberg tal-Artikolu 43 tat-TUE jikkonsistu f'lista twila ta' kompiti militari ambizzjużi, bħal operazzjonijiet konġunti ta' diżarm, kompiti umanitarji u ta' salvataġġ, kompiti ta' għoti ta' pariri u assistenza militari, missjonijiet ta' prevenzjoni ta' konflitti u taż-żamma tal-paċi, u kompiti ta' forzi ta' kumbattiment fl-imaniġġar ta' kriżijiet, inkluż l-istabbiliment tal-paċi u ta' stabbilizzazzjoni wara l-kunflitti; ifakkar li l-istess Artikolu jiddikjara wkoll li dawn il-kompiti kollha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż bl-appoġġ għal pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fit-territorji tagħhom; jenfasizza li l-istat attwali tal-PSDK ma jippermettix lill-UE tissodisfa l-kompiti kollha elenkati; jemmen li fl-ordni tal-ġurnata għandha tkun il-ħidma sistematikadwar modi kif l-UE tkun tista' tissodisfa l-objettivi tat-Trattat ta' Lisbona; |
3. |
Huwa tal-fehma li EDU tassew b'saħħitha għandha toffri garanziji u kapaċitajiet lill-Istati Membri lil hinn minn dawk individwali tagħhom; |
4. |
Jemmen li t-triq lejn l-EDU għandha tibda minn PSDK riveduta bir-reqqa, ibbażata fuq il-prinċipju ta' difiża, finanzjament effikaċi u koordinament man-NATO; iqis li, bħala pass meħtieġ, biż-żieda tal-integrazzjoni tas-sigurtà interna u esterna, il-PSDK jeħtieġ li jimxi lil hinn mill-immaniġġar ta' kriżijiet esterni sabiex verament tkun żgurata politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u li tippermetti l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-fażijiet kollha ta' kriżijiet u kunflitti, bl-użu tal-firxa sħiħa ta' strumenti għad-dispożizzjoni tagħha; |
5. |
Jenfasizza l-bżonn tal-ħolqien ta' konfigurazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tad-Difiża li jipprovdi tmexxija politika sostnuta u li jikkoordina l-ħolqien ta' qafas tal-Unjoni Ewropea tad-Difiża; jappella lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi, bħala l-ewwel pass, format ta' laqgħa permanenti li jlaqqa' flimkien lill-ministri tad-difiża tal-Istati Membri li huma impenjati favur kooperazzjoni tad-difiża aktar profonda bħala forum għall-konsultazzjoni u għat-teħid tad-deċiżjonijiet; |
6. |
Jappella lill-President tal-Kummissjoni jistabbilixxi Grupp ta' Ħidma Permanenti ta' Membri tal-Kummissjoni taħt il-presidenza tal-VP/RGħ dwar “materji ta' difiża”; jitlob li l-Parlament Ewropew ikun assoċjat ma' rappreżentanti permanenti f'dan il-grupp; jappoġġa l-involviment ulterjuri tal-Kummissjoni fid-difiża, permezz tar-riċerka, l-ippjanar u l-implimentazzjoni iffokati sew; jistieden lill-VP/RGħ tallinja t-tibdil fil-klima fl-azzjoni esterna kollha tal-UE u partikolarment fil-PSDK; |
7. |
Iqis li d-deterjorament tal-perċezzjoni ta' riskji u theddid fl-Ewropa jagħmlu mill-istabbiliment ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża kwistjoni ta' urġenza, b'mod partikolari minħabba ż-żieda fit-taħsir tal-ambjent tas-sigurtà fil-fruntieri tal-UE, b'mod partikolari fil-viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar; jinnota li dan hu rifless ukoll fl-istrateġiji ta' sigurtà tal-Istati Membri; jenfasizza li s-sitwazzjoni marret gradwalment għall-agħar b'mod partikolari fl-2014, bil-ħolqien u bl-espansjon tal-awtodikjarat Stat Iżlamiku u sussegwentement bl-użu tal-forza min-naħa tar-Russja; |
8. |
Huwa tal-opinjoni li l-EDU għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni perjodika konġunta tat-theddid għas-sigurtà tal-Istati Membri, iżda għandha tkun ukoll flessibbli biżżejjed biex tissodisfa l-isfidi u l-ħtiġijiet ta' sigurtà individwali tal-Istati Membri; |
9. |
Huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tiddedika riżorsi proprji biex trawwem kooperazzjoni Ewropea dwar id-difiża akbar u aktar sistematika fost l-Istati Membri tagħha, inkluża l-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO); jinsab konvint li l-użu tal-fondi tal-UE jkun espressjoni ċara tal-koeżjoni u s-solidarjetà, u li dan ikun jippermetti lill-Istati Membri kollha jtejbu l-kapaċitajiet militari tagħhom bi sforz aktar komuni; |
10. |
Jemmen li t-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea għad-difiża tista' twassal għal effikaċja, unità, u effiċjenza akbar, kif ukoll biex tingħata spinta lill-mezzi u l-kapaċitajiet tal-UE u biex tħalli effetti potenzjalment pożittivi fuq ir-riċerka fil-qasam tad-difiża u fuq il-kwistjonijiet industrijali; jenfasizza li huwa biss permezz ta' tali kooperazzjoni aktar profonda, li jmissha tiżviluppa gradwalment f'EDU reali, li l-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jkunu kapaċi jiksbu l-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali meħtieġa biex jaġixxu aktar malajr kif ukoll b'mod awtonomu u effikaċi, billi jindirizzaw it-theddid attwali b'mod reattiv u effikaċi; |
11. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jassumu impenji aktar vinkolanti fil-konfront ta' xulxin billi jistabbilixxu kooperazzjoni strutturata permanenti fil-qafas tal-Unjoni. iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu forzi multinazzjonali fi ħdan il-qafas tal-PESCO, u jagħmlu dawn il-forzi disponibbli għall-PSDK; jissottolinja l-importanza u l-bżonn ta' implikazzjoni tal-Istati Membri kollha f'kooperazzjoni strutturata permanenti u effikaċi; jemmen li l-Kunsill għandu normalment jafda t-twettiq tal-kompitu taż-żamma tal-paċi, tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali lil dawn il-forzi multinazzjonali; jissuġġerixxi li kemm fil-proċessi tat-tfassil ta' politiki fil-livell tal-UE u l-proċessi nazzjonali għandhom ikunu mfassla b'mod li jippermettu rispons rapidu għall-kriżijiet; jinsab konvint li s-sistema ta' gruppi tattiċi tal-UE għandha tingħata isem ieħor u tintuża u tkun żviluppata aktar fuq livell politiku għal dak l-għan, f'modularità u b'finanzjamenti effikaċi; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' Kwartieri Ġenerali Operattivi tal-UE bħala prekundizzjoni għall-ippjanar, il-kmand u l-kontroll effikaċi ta' operazzjonijiet komuni; jenfasizza li l-PESCO hija disponibbli għall-Istati Membri kollha; |
12. |
Jappella lill-Istati Membri jirrikonoxxu b'mod partikolari d-dritt tal-persunal militari li jifformaw parti u jissieħbu fi assoċjazzjonijiet professjonali u fi trade unions u jkunu involuti fi djalogu soċjali regolari flimkien mal-awtoritajiet; jistieden lill-Kunsill Ewropew jieħu passi konkreti lejn l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-forzi armati Ewropej, sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-persunal tal-forzi armati taħt il-kappa ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża ġdida; |
13. |
Jinnota li l-Istati Membri kollha għandhom diffikultajiet biex iżommu firxa wiesgħa ħafna ta' kapaċitajiet ta' difiża, l-aktar minħabba limitazzjonijiet finanzjarji; jitlob, għalhekk, aktar koordinament u għażliet aktar ċari dwar liema kapaċitajiet għandhom jinżammu, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċjalizzaw f'ċerti kapaċitajiet; |
14. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jfittxu aktar modi għal xiri, manutenzjoni u żamma konġunta ta' forzi u ta' materjal; jissuġġerixxi li jista' jkun utli li wieħed l-ewwel iħares lejn l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta' materjal mhux letali, bħall-vetturi u l-ajruplani għat-trasport, għal vetturi u ajruplani ta' riforniment u tagħmir ta' sostenn ieħor; |
15. |
Jemmen li l-interoperabilità hija kruċjali jekk il-forzi tal-Istati Membri għandhom isiru aktar kompatibbli u integrati; jenfasizza, għalhekk, li l-Istati Membri għandhom jistudjaw il-possibilità ta' akkwist konġunt tar-riżorsi tad-difiża; jinnota li n-natura magħluqa u protezzjonista tas-swieq tad-difiża tal-UE tagħmel dan aktar diffiċli; |
16. |
Jenfasizza li r-reviżjoni u t-twessigħ tal-mekkaniżmu Athena huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-missjonijiet tal-UE jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati minn fondi kollettivi minflok li l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż li jkunu a karigu tal-Istati Membri parteċipanti individwali, u b'hekk jitneħħa xkiel potenzjali għall-Istati Membri biex jimpenjaw il-forzi tagħhom; |
17. |
Jappella lill-Parlament Ewropew jistabbilixxi Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża veru u proprju li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strutturata permanenti; |
18. |
Jemmen li r-rwol b'saħħtu u dejjem akbar tal-EDA huwa indispensabbli għal finijiet ta' EDU effiċjenti fil-koordinament tal-programmi u tal-proġetti mmexxija mill-kapaċitajiet u fid-definizzjoni ta' politika Ewropea komuni tal-kapaċitajiet u tal-armamenti, bil-għan li jkun hemm aktar effiċjenza, eliminazzjoni ta' duplikazzjoni u tnaqqis tal-ispejjeż u abbażi ta' katalogu ta' rekwiżiti preċiż ħafna f'termini ta' kapaċitajiet għall-operazzonijiet tal-PSDK kif ukoll ta' ppjanar u ta' proċeduri ta' akkwist għad-difiża nazzjonali armonizzati meta mqabbla ma' dawn il-kapaċitajiet speċifiċi; jemmen li dan l-approċċ għandu jkun is-segwitu ta' rieżami tad-difiża tal-forzi tal-Istati Membri u rieżami tal-attivitajiet u tal-proċeduri tal-passat tal-EDA; jistieden lill-EDA turi liema mid-diskrepanzi f'termini ta' kapaċitajiet identifikati fl-objettivi primarji u fil-pjan ta' żvilupp tal-kapaċitajiet imtlew fi ħdan il-qafas tal-Aġenzija; huwa konvint li l-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-inizjattivi u tal-proġetti huma l-ewwel passi eċċellenti lejn kooperazzjoni Ewropea msaħħa; |
19. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem f'kooperazzjoni mal-EDA biex issaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża, li huwa ta' importanza fundamentali għall-awtonomija strateġika Ewropea; jemmen li s-soluzzjoni għas-sostenn tal-industrija hija ż-żieda fin-nefqa fuq id-difiża mill-Istati Membri, kif ukoll biex tiżgura li l-industrija tibqa' kompetittiva globalment; jinnota li l-frammentazzjoni attwali tas-suq tirrappreżenta dgħufija għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża; jemmen li r-riċerka kollaborattiva tista' tgħin biex tnaqqas tali frammentazzjoni u biex tittejjeb il-kompetittività; |
20. |
Jemmen bil-qawwa li huwa biss approċċ konġunt fir-rigward tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet, inkluż permezz tal-konsolidament ta' clusters funzjonali bħall-Kmand Ewropew tat-Trasport bl-Ajru, li jista' jiġġenera ekonomiji ta' skala li huma meħtieġa sabiex iservu ta' bażi għal Unjoni Ewropea għad-Difiża; barra minn hekk jemmen li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE permezz ta' akkwist konġunt u forom oħrajn ta' akkomunament u kondiviżjoni jistgħu jagħtu spinta tant meħtieġa lill-industrija tad-difiża Ewropea, inklużi l-SMEs,; jappoġġa l-miżuri intiżi li jinċentivaw proġetti bħal dawn, sabiex jintlaħaq il-punt ta' riferiment tal-EDA ta' 35 % tan-nefqa totali tal-akkwist ta' kollaborazzjoni, kif mitlub mill-Istrateġija Globali tal-UE; jemmen li l-introduzzjoni tas-Semestru Ewropew tad-Difiża, li bih l-Istati Membri jikkonsultaw lil xulxin dwar ċikli ta' ppjanar u dwar il-pjani tal-akkwist, tista' tgħin biex jingħeleb l-istat attwali ta' frammentazzjoni tas-suq tad-difiża; |
21. |
Jenfasizza li ċ-ċibersigurtà hija, min-natura tagħha, politika li fiha l-kooperazzjoni u l-integrazzjoni huma kruċjali, mhux biss bejn l-Istati Membri tal-UE, is-sħab ewlenin u n-NATO, iżda wkoll bejn l-atturi differenti fis-soċjetà, peress li din mhijiex biss responsabilità militari; jitlob linji gwida aktar ċari dwar kif il-kapaċitajiet difensivi u offensivi tal-UE għandhom jintużaw u f'liema kuntest; Ifakkar li l-Parlament talab ripetutament reviżjoni mill-qiegħ tar-Regolament tal-UE dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju sabiex jiġi evitat softwer u sistemi oħrajn li jistgħu jintużaw kontra l-infrastruttura diġitali tal-UE jew biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem milli jaqgħu f'idejn ħżiena; |
22. |
Jinnota l-pubblikazzjoni reċenti tal-Istrateġija Globali mir-Rappreżentant Għoli, li tikkostitwixxi qafas koeżiv għal prijoritajiet għal azzjoni fil-qasam tal-politika barranija u għad-definizzjoni tal-iżviluppi futuri fil-politika tad-difiża Ewropea; |
23. |
Ifakkar l-erba' punti ta' riferiment kollettivi ta' investiment approvati mill-Bord Ministerjali ta' Tmexxija tal-EDA f'Novembru 2007, u jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' kollaborazzjoni, kif muri fir-Rapport dwar id-Data tad-Difiża ippubblikat fl-2013; |
24. |
Jitlob lill-VP/RGħ tieħu inizjattiva biex jinġiebu flimkien kumpaniji ewlenin u l-partijiet interessati tal-industrija tad-difiża Ewropea bil-għan li tkun żviluppata industrija tad-droni Ewropea; |
25. |
Jitlob lill-VP/RGħ tieħu inizjattiva biex jinġiebu flimkien kumpaniji ewlenin u l-partijiet interessati tal-industrija tad-difiża Ewropea biex jiżviluppaw strateġiji u pjattaforma għall-iżvilupp konġunt ta' tagħmir tad-difiża; |
26. |
Jappella lill-VP/RGħ biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-istrateġiji nazzjonali dwar iċ-ċibersigurtà, il-kapaċitajiet u ċentri ta' kmand u lill-EDA, bħala parti minn kooperazzjoni strutturata permanenti li tgħin fil-protezzjoni kontra u fil-ġlieda kontra l-attakki ċibernetiċi; |
27. |
Jitlob iktar żvilupp tal-Qafas ta' Politika tal-UE dwar iċ-Ċiberdifiża sabiex isaħħu kapaċitajiet ta' Difiża Ċibernertika sabiex tingħata spinta lill-kapaċitajiet ta' difiża ċibernetika, ta' kooperazzjoni operattiva u ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni; |
28. |
Jinnota l-ħidma li għaddejja dwar l-istabbiliment ta' azzjoni preparatorja għall-programm ta' riċerka tad-difiża tal-UE fil-ġejjieni, u jħeġġeġ l-implimentazzjoni effikaċi tiegħu kemm jista' jkun malajr, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew fl-2013 u l-2015 u b'segwitu ta' proġett pilota mibdi mill-PE; jenfasizza li l-Azzjoni Preparatorja għandha tiġi pprovduta b'baġit suffiċjenti, ta' mill-inqas EUR 90 miljun għat-tliet snin li ġejjin (2017-2020); huwa tal-fehma l-azzjoni preparatorja għandha tiġi segwita minn programm ta' riċerka ewlieni ddedikat u ffinanzjat mill-UE bħala parti mill-QFP li jmiss li jibda fl-2021; jinnota li l-Programm ta' Riċerka Ewropea tad-Difiża se jeħtieġ baġit totali ta' mill-inqas EUR 500 miljun fis-sena f'dan il-perjodu, sabiex ikun kredibbli u biex jagħmel differenza sostanzjali; jappella lill-Istati Membri jiddefinixxu l-programmi futuri ta' kooperazzjoni li fihom ir-riċerka dwar id-difiża ffinanzjata mill-UE tista' tibni punti tat-tluq, u jappella għall-ħolqien ta' fond ta' tnedija għall-attivitajiet preparatorji fil-perjodu li jwassal għal operazzjonijiet militari, kif previst fit-Trattat ta' Lisbona; jinnota li l-inizjattivi tal-Kummissjoni relatati mad-difiża, bħall-Pjan ta' Azzjoni għad-Difiża, il-Politika Industrijali għad-Difiża u l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea; |
29. |
Jenfasizza li t-tnedija ta' missjonijiet tal-PSDK, bħal EUNAVFOR MED, jikkontribwixxu għall-kisba ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża; jistieden lill-Unjoni tkompli u tintensifika dawn it-tip ta' operazzjonijiet; |
30. |
Iqis li huwa importanti li l-proċedura tas-Semestru Ewropew tintuża għall-introduzzjoni ta' kooperazzjoni eqreb fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; |
31. |
Jenfasizza l-importanza li jidħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa li jħeġġu suq Ewropew tad-difiża funzjonanti, ġust, aċċessibbli u trasparenti li huwa miftuħ għal oħrajn, jippromwovu l-innovazzjoni teknoloġika tal-ġejjieni, jappoġġaw l-SMEs u jistimolaw it-tkabbir u l-impjiegi, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu użu massimu ħafna iktar effiċjenti u effettivi tagħhom tal-baġits ta' difiża u tas-sigurtà; jinnota li bażi industrijali u teknoloġika soda tad-difiża Ewropea teħtieġ suq intern ġust, li jiffunzjona u trasparenti, sigurtà tal-provvista, u djalogu strutturat mal-industriji rilevanti għad-difiża; jinsab imħasseb dwar ir-ritmu batut tal-progress lejn il-kompetittività mtejba, il-miżuri kontra l-korruzzjoni, u t-trasparenza akbar fis-settur tad-difiża, u li l-politika industrijali ta' difiża Ewropea soda u r-rispett tar-regoli tas-suq intern għadhom neqsin; hu tal-fehma li suq Ewropew tal-armi ta' difiża integrat u kompetittiv għandu bżonn jinċentivjippremja l-Istati Membri kollha u jforni lix-xerrejja kollha b'mezzi adegwati u aċċessibbli li jikkorrispondu għall-bżonniiet ta' sigurtà individwali tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li d-Direttiva dwar l-Akkwist tad-Difiża u d-Direttiva dwar it-Trasferimenti Intrakomunitarji jiġu applikati b'mod korrett madwar l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu l-implimentazzjoni sħiħa taż-żewġ direttivi relatati mad-difiża tal-hekk imsejjaħ “Pakkett ta' Difiża”; |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni taqdi r-rwol tagħha permezz ta' Pjan ta' Azzjoni għad-Difiża, biex tappoġġa bażi industrijali b'saħħtu li kapaċi tagħti riżultati f'termini ta' ħtiġijiet ta' kapaċità strateġika tal-Ewropa, u tidentifika fejn l-UE tista' tipprovdi valur miżjud; |
33. |
Huwa konvint li fit-tfassil progressiv ta' politika tad-difiża komuni tal-Unjoni, l-UE għandha tara li bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, għal parteċipazzjoni fi programmi ta' kapaċità li jwettqu, inkluż il-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għall-eżekuzzjoni ta' dawk il-programmi, fi ħdan il-qafas tal-Unjoni; |
34. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mal-EDA, taġixxi b'tali mod li tiffaċilita u tippermetti l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża permezz tal-mobilizzazzjoni ta' fondi u strumenti tal-UE u li huma mmirati għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża mill-Istati Membri; ifakkar li Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża għandu jkun strument strateġiku biex titrawwem il-kooperazzjoni fid-difiża fuq livell Ewropew, b'mod partikolari permezz ta' Programm ta' Riċerka dwar id-Difiża ffinanzjata mill-UE u permezz ta' miżuri li jsaħħu l-kooperazzjoni industrijali fil-katina tal-valur kollha; |
35. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-kunċett tal-awtonomija strateġika żviluppat mill-VP/RGħ bħala parti mill-istrateġija globali tal-UE; jemmen li dan il-kunċett għandu jiġi applikat kemm fil-prijoritajiet strateġiċi tagħna kif ukoll fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħna u tal-industrija tagħna; |
36. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni u tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO tat-8 ta' Lulju 2016, li tenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jinsab konvint li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO jenħtieġ li tinvolvi kooperazzjoni fil-Lvant u fin-Nofsinhar, il-ġlieda kontra t-theddid ibridu u ċibernetiku, kif ukoll l-armonizzazzjoni u l-koordinament tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża; iqis li l-kooperazzjoni dwar il-kapaċitajiet militari teknoloġiċi, industrijali u militari toffri l-prospettiva tal-kompatibilità u s-sinerġija aħjar bejn iż-żewġ oqfsa, biex b'hekk tiġi żgurata aktar effiċjenza tar-riżorsi; ifakkar li implimentazzjoni rapida tad-dikjarazzjoni ta' hawn fuq hija essenzjali, u f'dan ir-rigward jistieden lis-SEAE, flimkien mal-kontropartijiet rilevanti, jiżviluppa għażliet konkreti għall-implimentazzjoni sa Diċembru 2016; iqis li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżviluppaw kapaċitajiet li jistgħu jiġu skjerati taħt il-PSDK sabiex jagħmlu possibbli azzjoni awtonoma f'każijiet fejn in-NATO ma tkunx disposta li taġixxi jew fejn l-azzjoni tal-UE hija aktar xierqa; huwa konvint li dan għandu jsaħħaħ ukoll ir-rwol tan-NATO fil-politika ta' sigurtà u ta' difiża u fid-difiża kollettiva; jissottolinja li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO għall-iffaċilitar ta' industrija tad-difiża aktar b'saħħitha u effiċjenti u r-riċerka marbuta mad-difiża jirrappreżentaw prijorità strateġika u l-implimentazzjoni rapida tagħha hi kruċjali; huwa konvint li l-ħidma konġunta fuq il-prevenzjoni, l-analiżi u l-identifikazzjoni bikrija permezz ta' informazzjoni effiċjenti u l-qsim tal-għarfien se jżid il-kapaċità tal-UE kontra t-theddid, inkluż it-theddid ibridu; jibqa' konvint li n-NATO hija l-fornitur ewlieni ta' sigurtà u ta' difiża fl-Ewropa; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni bejn l-istrumenti tan-NATO u tal-UE; jemmen li l-UE għandha potenzjal wkoll f'aspetti ċivili biex tagħmel differenza importanti f'reġjuni instabbli; jinsisti, madankollu, li filwaqt li r-rwol tan-NATO huwa li tipproteġi prinċipalment l-membri Ewropej minn kull attakk estern, l-UE għandha taspira li tkun tassew kapaċi li tiddefendi lilha nnifisha u taġixxi b'mod awtonomu jekk ikun meħtieġ, u tassumi r-responsabilità akbar f'dan l-aspett billi jitjiebu t-tagħmir, it-taħriġ u l-organizzazzjoni; |
37. |
Jinnota li filwaqt li n-NATO jetħtiġilha tibqa' l-pedament tad-difiża kollettiva fl-Ewropa, il-prijoritajiet politiċi bejn in-NATO u l-UE jistgħu ma jkunux dejjem l-istess, mhux l-anqas fil-kuntest tax-xaqliba tal-Istati Uniti lejn l-Asja; jinnota wkoll li l-UE għandha sett uniku ta' strumenti relatati mas-sigurtà li mhumiex disponibbli għan-NATO, u viċi versa; huwa tal-fehma li l-UE għandha tassumi responsabilità akbar għal kriżijiet ta' sigurtà fil-viċinat immedjat tagħha, u b'hekk tikkontribwixxi għal kompiti tan-NATO, speċjalment fil-kuntest ta' gwerra ibrida u tas-sigurtà marittima; jemmen li, fuq medda ta' żmien twila, ir-riforma tal-arranġamenti Berlin Plus jistgħu jkunu neċessarji, anke sabiex in-NATO tagħmel użu tal-kapaċitajiet u tal-istrumenti UE; jissottolinja li l-ambizzjoni tal-UE għal awtonomija strateġika u ta' Unjoni Ewropea għad-Difiża għandha titwettaq b'sinerġija sħiħa man-NATO, u għandha twassal għal kooperazzjoni aktar effikaċi, qsim ta' responsabilità ekwu u diviżjoni tax-xogħol produttiva bejn in-NATO u l-UE; |
38. |
Huwa konvint li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO jentħtieġ li tinvolvi l-bini ta' reżiljenza flimkien fil-Lvant u n-Nofsinhar kif ukoll investiment fid-difiża; iqis li l-kooperazzjoni dwar il-kapaċitajiet toffri l-prospettiva ta' kompatibilità u sinerġija mtejba bejn iż-żewġ oqfsa; huwa konvint li dan għandu jsaħħaħ ukoll ir-rwol tan-NATO fil-politika ta' sigurtà u ta' difiża u fid-difiża kollettiva; |
39. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti li l-proċeduri amministrattivi qegħdin jnaqqsu mingħajr bżonn il-ħeffa li biha jiġu ġġenerati l-forzi għall-missjonijiet tal-PSDK u ċ-ċaqliq transfruntier ta' forzi ta' rispons rapidu ġewwa l-UE; jappella lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema pan-Ewropea għall-koordinament tal-moviment rapidu ta' persunal, tagħmir u provvisti tal-forzi ta' difiża, għall-finijiet tal-PSDK, meta tiġi invokata l-klawsola ta' solidarjetà, u meta jkun hemm l-obbligu li tingħata għajnuna u assistenza bil-mezzi kollha disponibbli għalihom, skont l-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU; |
40. |
Jitlob l-istabbiliment ta' arranġamenti prattiċi u ta' linji gwida għall-attivazzjoni futura tal-Artikolu 42(7) tat-TUE; jappella lill-Istati Membri jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak l-Artikolu, sabiex l-Istati Membri individwali jitħallew jimmaniġġjaw b'mod effikaċi l-kontributi ta' għajnuna u assistenza tal-Istati Membri l-oħra, jew li dawn jiġu immaniġġjati b'mod effikaċi fi ħdan il-qafas tal-Unjoni; jappella lill-Istati Membri jimmiraw għall-objettiv ta' 2 % tal-PDG fuq infiq għad-difiża, u biex jonfqu 20 % tal-baġit tagħhom għad-difiża f'tagħmir identifikat bħala meħtieġ permezz tal-EDA, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp relatati, u b'hekk jiġi eliminat id-distakk b'erba' punti ta' riferiment għal investiment kollettiv tal-EDA; |
41. |
Huwa tal-fehma li l-isfidi li ġejjin mil-limitazzjonijiet finanzjarji fuq il-baġits nazzjonali, fl-istess ħin huma akkumpanjati minn opportunitajiet għal progress li ġejjin minn ħtieġa ċara ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri fi kwistjonijiet ta' difiża; jilqa' d-deċiżjoni ta' xi Stati Membri li jwaqqfu jew ireġġgħu lura t-tendenza ta' tnaqqis fl-infiq għad-difiża; |
42. |
Jemmen li l-Parlament għandu jkollu rwol prominenti fl-Unjoni Ewropea tad-difiża tal-ġejjieni, u għalhekk iqis li s-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża għandu jsir kumitat parlamentari veru u proprju; |
43. |
Jistieden lill-VP/RGħ tniedi Ktieb Abjad tal-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża li ser ikun ibbażat fuq l-istrateġija globali tal-UE kif approvat mill-Kunsill Ewropew; jitlob lill-Kunsill jassenja l-kompitu tal-abbozzar ta' dan id-dokument mingħajr dewmien; jiddispjaċih bis-suġġeriment li tat ir-RGħ/VP lill-ministri tad-difiża tal-UE skont liema għandu jkun hemm biss pjan ta' implimentazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża minflok il-proċess ta' Ktieb Abjad; hu tal-fehma li tali pjan ta' implimentazzjoni għandu jkun prekursur għall-proċess ta' Ktieb Abjad regolari dwar is-sigurtà u d-difiża, li jenħtieġ li jipprovdi bażi utli għall-kwantifikazzjoni tal-kontributi possibbli tal-UE fil-politika ta' sigurtà u ta' difiża għal kull terminu leġiżlattiv b'mod speċifiku u realistiku; |
44. |
Huwa konvint li Ktieb Abjad tal-UE dwar is-sigurtà u d-difiża jenħtieġ li jkun ir-riżultat ta' proċessi u kontributi koerenti, intergovernattivi u interparlamentari, li għandu jkun sostnut minn koordinament internazzjonali mas-sħab u mal-alleati tagħna, inkluża n-NATO u b'appoġġ interistituzzjonali komprensiv; jappella lill-VP/RGħ tirrevedi l-kalendarju inizjali tagħha sabiex tibda konsultazzjoni mmirata mal-Istati Membri u mal-parlamenti; |
45. |
Iqis li, abbażi tal-istrateġija globali tal-UE, il-Ktieb Abjad jenħtieġ li jinkludi l-istrateġija ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE, il-kapaċitajiet meqjusa bħala meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija, u l-miżuri u l-programmi kemm fil-livell tal-Istat Membru kif ukoll tal-UE għall-ksib ta' dawn il-kapaċitajiet, li għandu jkun ibbażat fuq qafas ta' politika kollaborattiva Ewropea dwar il-kapaċitajiet u l-armamenti, filwaqt li jitqies li d-difiża u s-sigurtà jibqgħu ta' kompetenza nazzjonali; |
46. |
Huwa tal-fehma li l-ktieb abjad għandu jieħu l-forma ta' ftehim interistituzzjonali ta' natura vinkolanti li jistabbilixxi l-inizjattivi, l-investimenti, il-miżuri u l-programmi kollha tal-Unjoni, fuq qafas politiku u finanzjarju pluriennali rispettivi tal-UE; jinsab konvint li l-Istati Membri, is-sħab u l-alleati għandhom jikkunsidraw dan il-Ftehim Interistituzzjonali fl-ippjanar tas-sigurtà u tad-difiża tagħhom, bil-għan li tiġi żgurata konsistenza u komplementarjetà reċiproka; |
Inizjattivi ta' Tnedija
47. |
Iqis li l-inizjattivi li ġejjin għandhom jiġu mnedija immedjatament:
|
48. |
Jipproponi li l-Unjoni Ewropea għad-Difiża titnieda b'urġenza, f'żewġ stadji u abbażi ta' sistema ta' integrazzjoni differenzjata:
|
o
o o
49. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, l-aġenziji tal-UE fl-oqsma tal-ispazju, tas-sigurtà u tad-difiża, u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0120.
(2) ĠU C 419, 16.12.2015, p. 138.
(3) ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 48.
(4) “The Cost of Non-Europe in Common Security and Defence Policy” (Il-Kost tan-Non-Ewropa fil-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni), Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (2013), p. 78.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/29 |
P8_TA(2016)0436
Nisfruttaw il-Potenzjal tat-Trasport tal-Passiġġieri fuq l-Ilma
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-isfruttament tal-potenzjal tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma (2015/2350(INI))
(2018/C 224/04)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) tal-1974, kif emendata, |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali tal-1978 dwar il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tal-1973, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2006, |
— |
wara li kkunsidra l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) tal-UNFCCC u l-11-il Konferenza tal-Partijiet li se sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP11) li saru f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2011 bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (COM(2011)0144), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Jannar 2009 bit-titolu “L-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018” (COM(2009)0008), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-objettivi strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tal-UE tat-trasport marittimu sal-2018 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-Implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (5), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Mejju 2016 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (COM(2016)0274), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2013 bit-titlu “Lejn il-kwalità fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni NAIADES II” (COM(2013)0623), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (7), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1090/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jemenda d-Direttiva 2009/42/KE dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (8), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (9), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-bastimenti tal-passiġġieri roll-on/roll-off (il-bastimenti ro-ro) (10), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu (11), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “REFIT Aġġustament tar-Rotta: Verifika tal-Idoneità tal-Leġiżlazzjoni dwar is-Sikurezza tal-Vapuri tal-Passiġġieri fl-UE” (COM(2015)0508), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2016 bit-titolu “Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva 2000/59/KE dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija” (COM(2016)0168), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0306/2016), |
A. |
billi l-ġeografija tal-Ewropa, bil-kosti twal u d-diversi gżejjer u xmajjar tagħha, toffri opportunitajiet straordinarji għal trasport sostenibbli tal-passiġġieri fuq l-ilma; |
B. |
billi t-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma fl-oqsma tat-tbaħħir kostali (fuq distanzi qosra), il-laneċ interni u marittimi, il-mobbiltà urbana u periferika, il-kruċieri u t-turiżmu joffri potenzjal kbir għall-użu ta' kapaċità eċċessiva disponibbli f'termini tal-infrastruttura kif ukoll tal-bastimenti, u għandu rwol kruċjali fir-rabta bejn ir-reġjuni differenti tal-Unjoni Ewropea, li jagħmlu fattur importanti fit-tisħiħ tal-koeżjoni; billi barra minn hekk, l-attività tal-kruċieri u l-laneċ tistimola t-turiżmu kostali, li jikkostitwixxi waħda mill-attivitajiet marittimi ewlenin fl-Ewropa; |
C. |
billi f'dawn l-aħħar snin kien hemm tendenza lejn l-iżvilupp intensiv tal-bastimenti għal żoni differenti ta' navigazzjoni, pereżempju l-bastimenti li jinnavigaw mix-xmajjar għall-ibħra, li jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-bastimenti tal-baħar u li jistgħu wkoll jinnavigaw ilmijiet baxxi; |
D. |
billi, għal darb'oħra, bis-saħħa tal-iżviluppi teknoloġiċi, it-trasport fuq l-ilma kkostitwixxa alternattiva għat-toroq ta' aċċess għaċ-ċentri tal-bliet ikkonġestjonati; |
E. |
billi t-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma u t-trasport tal-merkanzija fuq l-ilma qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi differenti u għandhom ħtiġijiet differenti f'dak li jikkonċerna l-infrastruttura, l-isfidi ambjentali, il-kwistjonijiet operazzjonali, is-sigurtà u r-relazzjonijiet bejn il-portijiet u l-bliet, filwaqt li ż-żewġ segmenti tas-suq huma trattati minn awtorità tal-port waħda; |
F. |
billi l-integrazzjoni ta' ċentri ta' passiġġieri fuq l-ilma fil-politika Ewropea dwar l-infrastruttura interkonnessa, kif diġà implimentata permezz tar-Regolamenti (UE) Nru 1315/2013 u (UE) Nru 1316/2013 dwar in-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), rispettivament, se tipprovdi aktar valur miżjud Ewropew; |
G. |
billi l-possibbiltajiet għal self u garanziji għal proġetti tat-trasport fuq l-ilma huma disponibbli wkoll fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) bħala strument komplementari għall-għotjiet tradizzjonali; |
H. |
billi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni ġie rrikonoxxut bħala mezz tat-trasport li jirrispetta l-ambjent, li jeħtieġ attenzjoni u appoġġ speċjali, u billi l-White Paper tirrakkomanda l-promozzjoni tat-trasport marittimu u t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni, biex b'hekk ikun hemm proporzjon akbar ta' tbaħħir mal-kosta u f'passaġġi tal-ilma interni u tittejjeb is-sikurezza tat-trasport; |
I. |
billi l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-NU u l-proposta għall-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà jipprovdu gwida soda mhux biss għall-implimentazzjoni, u jekk jitlob il-każ, għar-reviżjoni futura tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010, iżda wkoll għall-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri f'kuntest intermodali, peress li tali leġiżlazzjoni għandha tinkludi aċċessibbiltà mingħajr ostakli għall-passiġġieri b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa; |
J. |
billi, filwaqt li t-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma huwa meqjus bħala mezz ta' trasport sikur, fil-passat kien hemm diversi aċċidenti traġiċi fis-settur tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma, inkluż dawk li involvew l-Estonia, il-Herald of Free Enterprise, il-Costa Concordia, in-Norman Atlantic u l-UND Adryatik; |
K. |
billi fl-istrateġija tagħha dwar il-politika tat-trasport marittimu għall-2018 l-UE tistabbilixxi l-mira tagħha li ssir il-mexxej dinji fir-riċerka u l-innovazzjoni marittima, kif ukoll il-bini tal-bastimenti, bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza fl-enerġija u l-intelligence fil-vapuri, tnaqqas l-impatt ambjentali tagħhom, tnaqqas ir-riskju ta' aċċidenti u tipprovdi kwalità aħjar tal-ħajja fuq il-baħar; |
L. |
billi t-turiżmu tal-kruċieri fuq ix-xmajjar u t-trasport tal-passiġġieri fuq ix-xmajjar, il-kanali u passaġġi tal-ilma interni oħrajn qed jikber f'ħafna sezzjonijiet ta' xmajjar Ewropej u n-nodi urbani tul dawn ix-xmajjar; |
M. |
billi l-UE adottat għadd ta' makrostrateġiji bbażati fuq l-użu tal-passaġġi fuq l-ilma, inklużi l-istrateġiji għad-Danubju, r-reġjun Adrijatiku-Joniku u l-Baltiku; |
1. |
Huwa tal-fehma li t-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma (WPT) għandu jingħata aktar prijorità fl-aġenda dwar il-politika tat-trasport tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; iqis, għalhekk, li huma għandhom jaħdmu lejn “żona unika għat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma”, pereżempju billi jissimplifikaw il-piż amministrattiv li jirriżulta mit-tbaħħir transkonfinali tal-passiġġieri; |
Kompetittività
2. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lill-Kummissjoni biex iqisu d-WPT, u speċjalment biex itejbu l-infrastruttura assoċjata, kemm fin-netwerks ewlenin kif ukoll komprensivi, fit-TEN-T u s-CEF billi jsaħħu l-interkonnessjoni tagħha ma', fost oħrajn, l-infrastruttura interna tal-ferroviji, inkluża l-provvista tal-infrastruttura u l-informazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-vjaġġaturi kollha; |
3. |
Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' awtostradi tal-baħar anki f'pajjiżi terzi, li jippromwovu trasport multimodali effiċjenti, jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta' dan il-mezz ma' netwerks u mezzi ta' trasport oħra, jeliminaw l-konġestjonijiet fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin u jiżguraw il-kontinwità u l-integrazzjoni territorjali; |
4. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu eliminati l-punti ta' konġestjoni fil-konnessjonijiet bejn is-sistema ta' passaġġi tal-ilma interni fl-Ewropa tal-Punent u s-sistema eżistenti fl-Ewropa tal-Lvant, li ġarrbet degradazzjoni konsiderevoli u, f'xi nħawi, degradazzjoni totali; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika sinteżi annwali tal-proġetti tad-WPT kofinanzjati mill-UE fil-qafas tal-fondi ta' koeżjoni, strutturali, reġjonali, Interreg, Orizzont 2020, CEF u TEN-T u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport ta' sinteżi dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji tal-UE fil-qasam tad-WPT; |
7. |
Jenfasizza r-rilevanza ewlenija tad-data statistika Ewropea għat-tfassil ta' pjanijiet u politiki għas-settur tat-trasport fuq l-ilma, b'mod partikolari fir-rigward tal-għadd ta' servizzi marittimi transkonfinali u tal-passaġġi fuq l-ilma interni pprovduti mil-laneċ kif ukoll mill-vapuri tal-kruċieri, fid-dawl tal-fatt li jeżistu żoni fejn it-trasport bejn lokalitajiet differenti jista' jsir biss fuq l-ilma; jitlob lill-Eurostat biex fid-data statistika tagħhom dwar il-passiġġieri tal-kruċieri marittimi jinkludu “ż-żjarat tal-passiġġieri fil-port ta' waqfa”, b'mod partikolari l-għadd ta' passiġġieri li jimbarkaw u jiżbarkaw f'kull port ta' tranżitu, u mhux biss il-passiġġieri tal-kruċiera li jimbarkaw għal btala kull sena (“turnover”); l-inklużjoni ta' dawn in-numri jagħtu stampa aktar realistika tal-valur miżjud fis-settur tal-kruċieri u tad-WPT b'mod ġenerali; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' ġbir ta' statistika armonizzata dwar l-aċċidenti u l-inċidenti għall-bastimenti li jgħaddu minn passaġġi fuq l-ilma interni, inkluż it-traffiku transkonfinali; |
9. |
Jemmen li l-integrazzjoni tad-WPT fin-netwerks tat-trasport pubbliku urban u reġjonali tista' ttejjeb b'mod konsiderevoli l-effiċjenza fil-mobbiltà, il-prestazzjoni ambjentali, il-kwalità tal-ħajja, l-affordabbiltà, it-taffija mill-konġestjoni tan-netwerks tat-trasport fuq l-art, u l-kumdità fl-ibliet; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja b'mod sħiħ l-investiment f'infrastruttura interna ta' kwalità, li tista' tikkontribwixxi fit-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku lokali u tiżgura li n-nies lokali ma jiġux affettwati b'mod negattiv; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi listi ta' eżempji tal-aħjar prattika f'dan il-qasam; |
10. |
Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu u jappoġġjaw inizjattivi lokali mmirati biex jattivaw it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni bħala mezz biex jitwasslu l-fornimenti għall-agglomerazzjonijiet, fosthom billi jiġu żviluppati ċentri ta' distribuzzjoni f'portijiet tax-xmajjar u billi jiġi żviluppat trasport għall-passiġġieri, primarjament biex iż-żoni kkonċernati jiġbdu aktar lit-turisti; |
11. |
Jenfasizza li d-WPT għandu jkun integrat b'mod aħjar fis-sistemi ta' informazzjoni, tal-ibbukkjar u tal-biljetti sabiex itejjeb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u jkompli jiżviluppa s-settur tat-turiżmu, b'mod partikolari f'żoni remoti u iżolati; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-operaturi tad-WPT jitqiesu fil-ħidma fuq is-sistema integrata Ewropea ta' bejgħ tal-biljetti; |
12. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffinanzja proġetti organizzati aħjar u aktar effiċjenti għal servizzi ta' trasport integrati, li jwasslu għal: tnaqqis progressiv fil-konsum tal-enerġija; riorganizzazzjoni tal-iskedi ta' diversi operaturi pubbliċi u privati ta' trasport bl-ajru, bil-baħar u fuq l-art bil-għan li jkun hemm ġestjoni intermodali u effiċjenti tat-trasport tal-passiġġieri; konsolidazzjoni tal-biljetti maħruġa minn operaturi pubbliċi u privati disponibbli permezz ta' applikazzjoni diġitali; |
13. |
Jinnota li, fejn possibbli, il-prattiki li permezz tagħhom il-bastimenti għall-ġarr joffru wkoll servizzi lill-passiġġieri u viċi versa, pereżempju fil-każ tal-laneċ, għandhom jiġu promossi, peress li joffru potenzjal għall-vapuri biex jiksbu rati ta' okkupanza aħjar u effiċjenza finanzjarja ikbar, u barra minn hekk għandha titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq; |
14. |
Jilqa' l-isforzi tas-settur tad-WPT biex jaqleb għal vapuri aktar nodfa, aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija b'emissjonijiet aktar baxxi, żviluppati bħala parti minn qafas Ewropew bil-għan li t-trasport fuq l-ilma jsir aktar ekoloġiku; jemmen li dan se jwassal għal soluzzjonijiet irħas li huma sostenibbli, aktar attraenti u b'hekk ekonomikament aktar kompetittivi, li jagħmlu s-settur “irħis, aktar nadif, u aktar ekoloġiku” b'mod ġenerali; |
15. |
Jinnota li l-isfidi differenti taż-żoni kostali ewlenin fl-UE jeħtieġu azzjonijiet differenti (aktar servizzi tal-laneċ fil-Baħar tat-Tramuntana, it-titjib u l-użu tekniku tal-laneċ fil-Mediterran, eċċ.); |
16. |
Huwa konvint li l-industrija tal-bini tal-bastimenti għall-passiġġieri tal-UE għandha tibqa' attur kompetittiv ewlieni, li jeħtieġ tiġi mħeġġa b'mod aktar attiv filwaqt li titnaqqas il-marka ambjentali tagħha billi tingħata spinta lill-attività ta' riċerka u innovazzjoni fi ħdan l-industrija; |
Sostenibbiltà ambjentali
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra d-WPT fl-istrateġija tagħha u biex tieħu passi sabiex tnaqqas l-emissjonijiet CO2 f'konformità mal-ftehimiet COP 21 u b'hekk tnaqqas l-ispejjeż esterni; |
18. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-istandards ambjentali bil-għan li jitnaqqas it-tniġġis tal-arja, skont l-istandards tal-Baħar Baltiku għal-limiti tal-emissjonijiet tal-kubrit, il-kwalità tal-fjuwil u magni li jaħdmu bil-fjuwil aktar effiċjenti; |
19. |
Jenfasizza li d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport qed teħtieġ sforzi u progress sinifikanti fejn jidħlu r-riċerka u l-innovazzjoni; jappoġġja lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tagħha ta' sistemi LNG, ibridi, elettriċi u ta' fjuwils alternattivi mhux fossili bbażati fuq sorsi rinnovabbli, u l-enerġija solari u mir-riħ għall-bastimenti marittimi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tadatta r-riċerka u l-innovazzjoni b'fokus partikolari fuq il-prattikabbiltà għas-settur tad-WPT; |
20. |
Ifakkar li, minbarra d-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi, jeħtieġ li l-portijiet marittimi tan-netwerk ewlieni TEN-T jipprovdu faċilitajiet ta' riforniment tal-LNG għal bastimenti u vapuri li jbaħħru qabel l-2025 u għall-portijiet interni jeħtieġ li jagħmlu dan qabel l-2030; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-awtosuffiċjenza tal-enerġija bl-użu ta' pannelli solari fuq il-bini tat-terminals tal-portijiet u permezz tal-ħażna tal-enerġija prodotta matul il-jum biex tintuża aktar tard billejl; |
22. |
Jissottolinja li s-settur tal-laneċ huwa komponent importanti għas-suq tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra (SSS) u għaldaqstant huwa kruċjali li jinżamm id-dinamiżmu u l-kompetittività tiegħu, u fl-istess ħin tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali u l-effiċjenza tiegħu fl-użu tal-enerġija; |
23. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni REFIT għall-faċilitajiet tal-akkoljenza tal-portijiet bħala opportunità biex id-direttiva attwali tiġi allinjata mal-iżviluppi internazzjonali, u l-għajnuniet internazzjonali, u jħeġġeġ il-pjanijiet tagħha għal leġiżlazzjoni ġdida skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jindika li dan m'għandux iżomm lill-Istati Membri milli jagħtu bidu għal inizjattivi aktar sostenibbli, inklużi sistema ta' informazzjoni u monitoraġġ tajba dwar l-iskart, kemm fuq il-vapuri kif ukoll fil-portijiet; |
Sikurezza u sigurtà
24. |
Jenfasizza li l-prevenzjoni tat-tniġġis u l-aċċidenti hija kruċjali għar-rwol tal-Aġenzija tas-Sikurezza Marittima Ewropea fit-titjib tas-sikurezza tal-laneċ u l-kruċieri marittimi transkonfinali, kif ukoll fl-iżgurar tal-protezzjoni tal-konsumatur; |
25. |
Ifakkar li l-persunal tal-laneċ u l-bastimenti tal-kruċieri jeħtieġ li jkun imħarreġ sabiex jassisti lill-passiġġieri b'mod effikaċi f'każ ta' emerġenza; |
26. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna li tistabbilixxi standards armonizzati għall-kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ u l-kaptani sabiex tittejjeb il-mobbiltà tal-ħaddiema fin-navigazzjoni interna; |
27. |
Jenfasizza li, fir-rigward tal-iżvilupp ulterjuri ta' sistemi ta' informazzjoni bħal radar konvenzjonali, SafeSeaNet, Galielo u s-Servizzi ta' Informazzjoni dwar ix-Xmajjar (RIS), il-fokus għandu jkun fuq it-titjib tas-sikurezza, is-sigurtà u l-interoperabbiltà, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex l-użu mis-Servizz ta' Informazzjoni dwar ix-Xmajjar ikun obbligatorju; |
28. |
Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jipproponu qafas ċar li jalloka r-responsabbiltajiet u l-ispejjeż, bil-ħsieb li tittejjeb is-sigurtà, u li jiġu indirizzati iktar taħriġ, istruzzjoni u gwida għall-persunal, speċjalment il-kwistjoni tal-aċċettazzjoni ta' taħriġ li juża simulaturi approvati bħala parti mill-programm ta' taħriġ fil-qafas tar-regoli tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); iqis li l-kwalità u s-sikurezza tas-servizzi jistgħu jittejbu bl-aqwa mod b'persunal kwalifikat; |
29. |
Jilqa' l-proposti leġiżlattivi l-ġodda tal-Kummissjoni biex jiġu ssimplifikati u mtejba r-regoli komuni dwar is-sikurezza tal-bastimenti li jġorru passiġġieri fl-ilmijiet tal-UE, bil-ħsieb li jittejbu s-sikurezza u l-kompetizzjoni, billi r-regoli jsiru aktar ċari, u sempliċi u jiġu konformi mal-iżviluppi legali u teknoloġiċi; |
30. |
Jirrikonoxxi li peress li s-sigurtà hija raġuni ta' tħassib li dejjem qiegħda tiżdied, jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri addizzjonali, li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tat-traffiku tal-bastimenti u l-operazzjonijiet fil-port sabiex jiġi żgurat l-operat bla xkiel tal-konnessjonijiet bil-laneċ li jsiru ta' kuljum; |
31. |
Jinnota li numru sinifikanti ta' xmajjar jikkostitwixxu fruntieri u jħeġġeġ lill-awtoritajiet responsabbli biex jiżguraw kooperazzjoni u sikurezza integrata sew u effiċjenti, sistemi ta' sigurtà u ta' emerġenza li joperaw miż-żewġ naħat tal-fruntiera; |
32. |
Jirrimarka li hemm numru ta' ibħra magħluqa, pereżempju l-Baltiku u l-Atlantiku, li huma mdawra minn diversi Stati Membri kif ukoll minn pajjiżi li mhumiex parti mill-UE, u għaldaqstant jitlob lill-awtoritajiet responsabbli biex jipprevedu sistema effikaċi ta' sikurezza, sigurtà u, b'mod partikolari, sistema ta' emerġenza; |
33. |
Jenfasizza li, meta l-laneċ marittimi internazzjonali jkunu qegħdin joperaw fl-ilmijiet territorjali tal-UE għandha tapplika l-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri; |
Il-kwalità u l-aċċessibbiltà tas-servizz
34. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra l-prinċipji tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 fil-proposta tagħha dwar id-drittijiet tal-passiġġieri intermodali, inklużi l-aspetti tal-aċċessibbiltà mingħajr ostakli għal nies b'diżabilità jew b'mobbiltà mnaqqsa, u jħeġġiġha wkoll biex fil-proposta tagħha tqis ukoll il-ħtiġijiet speċjali tal-anzjani u l-familji li jivvjaġġaw bit-tfal; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta data statistika annwali dwar l-evoluzzjoni tal-għadd ta' passiġġieri b'diżabbiltajiet jew b'mobbiltà mnaqqsa; |
35. |
Jenfasizza l-importanza tas-settur tad-WPT fl-iżvilupp ta' turiżmu sostenibbli u biex tingħeleb l-istaġonalità, b'mod partikolari fir-reġjuni remoti u periferiċi tal-Unjoni bħar-reġjuni kostali, il-ġżejjer, ix-xmajjar u r-reġjuni rurali; iqis, barra minn hekk, li l-SMEs għandhom ikunu l-punt fokali għall-promozzjoni tas-servizzi tat-turiżmu; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta' finanzjament tal-UE għall-SMEs, inklużi sussidji għall-komunitaijet lokali fir-reġjuni mbiegħda msemmija qabel; |
36. |
Jinnota l-potenzjal kbir li jeżisti fil-ħolqien ta' konnessjonijiet konvenjenti bejn il-passaġġi fuq l-ilma interni u n-netwerk Ewropew tar-rotot ċiklistiċi biex tiżdied l-attraenza ta' bosta reġjuni tal-UE għat-turisti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittieħed kont tal-ħtiġijiet tal-persuni li jivvjaġġaw bir-roti u li jużaw it-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma; |
37. |
Iqis li t-turiżmu fir-reġjuni kostali u l-gżejjer mhuwiex żviluppat biżżejjed minħabba n-nuqqas ta' interkonnettività; iqis li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li f'dawn iż-żoni teżisti domanda akbar għal servizzi ta' trasport ta' kwalità; |
38. |
Hu tal-fehma li s-settur tad-WPT huwa importanti anki f'żoni fejn attwalment dan mhuwiex ekonomikament vijabbli, bħal gżejjer remoti fejn il-popolazzjoni hija aktar skarsa; |
39. |
Ifakkar li xi konnessjonijiet bil-laneċ huma għajnuna kruċjali għall-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika fil-veru sens tal-kelma li tikkollega r-reġjuni ultraperiferiċi mal-kontinent u żoni ta' tkabbir ekonomiku u industrijali, u b'hekk jikkontribwixxu għall-koeżjoni u l-integrazzjoni Ewropea; |
40. |
Jissottolinja li l-qafas għall-provvista tal-konnessjonijiet mal-gżejjer, ir-reġjuni tal-gżejjer u ż-żoni remoti għandu jiġi promoss, b'miżuri li jiffaċilitaw laneċ ta' kwalità aħjar u terminals adegwati; |
41. |
Jenfasizza l-potenzjal u x-xewqa li d-WPT jiġi integrat f'qafas ta' mobbiltà multimodali, filwaqt li jitqies it-trasport pubbliku f'agglomerazzjonijiet kbar, kemm għall-vjaġġaturi kif ukoll għat-turisti; iqis f'dan il-kuntest li hemm bżonn ta' aktar titjib sabiex tiġi żviluppata skema ta' mobilità bħala servizz billi jiġu faċilitati sistemi ta' biljetti integrati sabiex titjieb l-affidabbiltà, il-kumdità, il-puntwalità u l-frekwenza, biex tittaffa l-pressjoni minn fuq il-ktajjen tal-loġistika u sabiex jinkisbu ħinijiet tat-tlugħ abbord aktar mgħaġġlin sabiex jiġu attirati l-passiġġieri; |
42. |
Jenfasizza li, sabiex jinżamm livell għoli tal-kwalità tas-servizzi, kif ukoll fl-interess tas-sikurezza marittima, huwa essenzjali li jiġu żviluppati l-għarfien u l-kapaċità fis-settur marittimu fl-UE; |
o
o o
43. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.
(2) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.
(3) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 10.
(4) Testi adottati, P8_TA(2015)0310.
(5) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1.
(6) ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.
(7) ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.
(8) ĠU L 325, 9.12.2010, p. 1.
(9) ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35.
(10) ĠU L 320, 30.12.1995, p. 14.
(11) ĠU L 327, 27.11.2012, p. 1.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/36 |
P8_TA(2016)0437
It-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar it-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2016/2139(INI))
(2018/C 224/05)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra s-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u d-dokument ta' eżitu adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”, u b'mod partikolari l-Għan nru 17 tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem, l-“SDGs”) stabbiliti fih, li jimpenja lill-istati membri tan-NU favur it-tisħiħ tal-mezzi ta' implimentazzjoni tal-aġenda u l-għoti ta' ħajja ġdida lis-sħubija globali għall-iżvilupp sostenibbli (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa, kif ukoll id-dokument ta' eżitu adottat waqt it-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (Addis Ababa, l-Etjopja, 13-16 ta' Lulju 2015) u approvat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-riżoluzzjoni 69/313 tagħha tas-27 ta' Lulju 2015 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar “It-tendenzi u l-progress fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp internazzjonali”, imressaq fis-Sessjoni tal-2016 tal-Forum ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (E/2016/65) (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li ġiet adottata waqt it-Tieni Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna fl-2005, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Akkra li ġiet adottata waqt it-Tielet Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li sar fl-2008 f'Akkra (il-Ghana) (4), u l-eżitu tar-Raba' Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li sar f'Busan (ir-Repubblika tal-Korea) f'Diċembru 2011 li nieda s-Sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem, is-“Sħubija Globali”) (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Dili tal-10 ta' April 2010, li tikkonċerna l-bini tal-paċi u l-bini tal-istati, kif ukoll “Il-Patt il-Ġdid favur l-Involviment fi Stati Fraġli” li tnieda nhar it-30 ta' Novembru 2011 waqt ir-Raba' Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikat tal-Ewwel Laqgħa ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali, li ġiet organizzata fil-Belt tal-Messiku f'April 2014 (6), |
— |
wara li kkunsidra t-Tieni Laqgħa ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali li se ssir f'Nairobi mit-28 ta' Novembru sal-1 ta' Diċembru 2016 (7), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tal-2014 tal-OECD/UNDP “Lejn Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Aktar Effikaċi” (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens tal-OSĊ li ntlaħaq f'Siem Reap rigward il-qafas internazzjonali għall-effikaċja tal-kontribuzzjoni tal-OSĊ għall-iżvilupp tal-2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-TFUE, li jiddefinixxi t-tnaqqis u l-qerda tal-faqar bħala l-objettiv prinċipali tal-politika tal-UE dwar l-iżvilupp u jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jonoraw l-impenji li jkunu qablu magħhom fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra kompetenti, kif ukoll iqisu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li jimplimentaw li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-2005 (9) u l-pjanijiet biex jintlaħaq qbil dwar Kunsens ġdid fl-2017, |
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar il-Komplementarjetà u t-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika dwar l-Iżvilupp (10), |
— |
wara li kkunsidra t-test konsolidat tal-Qafas Operattiv dwar l-Effettività tal-Għajnuna (11), li huwa bbażat fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2009 dwar Qafas Operattiv dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2010 dwar id-Diviżjoni tax-Xogħol fost diversi pajjiżi u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2010 dwar Responsabilità u Trasparenza Reċiproċi, |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-26 ta' Marzu 2015 dwar it-‘Tnedija tal-Qafas tar-Riżultati tal-UE fl-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (SWD(2015)0080), u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2015 dwar il-qafas tar-riżultati (12), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Marzu 2014 dwar il-pożizzjoni komuni tal-UE għall-Ewwel Laqgħa ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp (13), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2015 dwar Sħubija Globali Ġdida għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015 (14), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2016 dwar it-Tisħiħ tal-Ipprogrammar Konġunt (15), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2016 dwar ir-Rapport Annwali tal-2016 għall-Kunsill Ewropew dwar il-Miri tal-UE ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (16), |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ġunju 2015 bir-rapport tal-2015 dwar ir-responsabbiltà tal-UE rigward il-finanzjament għall-iżvilupp – eżami tal-progress mill-UE u l-Istati Membri tagħha (SWD(2015)0128), |
— |
wara li kkunsidra l-“Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea – Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha” li ġiet ippreżentata f'Ġunju 2016 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (17), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2008 dwar is-segwitu tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 dwar l-Effettività tal-Għajnuna (18), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-futur tal-appoġġ baġitarju tal-UE lil pajjiżi li qed jiżviluppaw (19), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-4 Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna (20), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni tad-donaturi tal-UE dwar l-għajnuna għall-iżvilupp (21), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (22), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' April 2016 dwar is-settur privat u l-iżvilupp (23), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016 dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030 (24), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar ir-Rapport 2015 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (25), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0322/2016), |
A. |
billi l-prinċipji stabbiliti mid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi u l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Akkra jibqgħu kompletament validi u wrew il-valur tagħhom fit-tisħiħ tal-kwalità tal-għajnuna għall-iżvilupp, kif ukoll l-appoġġ pubbliku għaliha fil-pajjiżi donaturi; |
B. |
billi l-impenji politiċi ta' livell għoli tal-Kunsens ta' Monterrey (2002), id-Dikjarazzjoni ta' Ruma (2003), id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi (2005), l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Akkra u r-Raba' Forum dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna f'Busan (2011) kollha huma intenzjonati biex jinkiseb l-istess għan li tittejjeb il-kwalità tal-implimentazzjoni, tal-ġestjoni u tal-użu tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp b'mod li l-impatt tagħha jiġi mmassimizzat; |
C. |
billi l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna kkontribwixxew b'mod ċar għall-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju f'ħafna pajjiżi, iżda l-progress għadu mhux uniformi u mhux il-prinċipji kollha ġew implimentati kompletament fil-pajjiżi kollha u mill-atturi kollha fil-qasam tal-iżvilupp f'kull ħin; |
D. |
billi s-Sħubija Globali tista' tiżvolġi rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u fil-ksib tal-SDGs, billi l-konċentrazzjoni ma tibqax iffokata fuq il-kunċett tal-“effikaċja tal-għajnuna”, b'riferiment għall-għajnuna pubblika għall-iżvilupp tradizzjonali, imma minflok tiġi ffokata fuq dak tal-“effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp”; |
E. |
billi l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem, l-“ODA”) tista' tiżvolġi rwol kruċjali biex l-Aġenda 2030 trendi riżultati, b'mod partikolari fil-pajjiżi b'introjtu baxx u fil-ġlieda kontra l-faqar estrem u l-inugwaljanzi, jekk tiġi mmirata aħjar u jekk tosserva l-prinċipji ta' kooperazzjoni effikaċi għall-iżvilupp, speċifikament is-sjieda demokratika min-naħa tal-pajjiżi, l-allinjament, it-tisħiħ tal-kapaċità lokali, it-trasparenza u r-responsabilità demokratika, konċentrazzjoni fuq ir-riżultati u l-inklużività; jisħaq li l-kundizzjonalitajiet tal-għajnuna għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sjieda demokratika; |
F. |
billi, apparti l-għajnuna u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, hemm bżonn ta' għodda oħra fil-qasam tal-politika dwar l-iżvilupp biex b'mod effikaċi jinqered il-faqar u jiġu promossi l-SDGs; |
G. |
billi l-appoġġ baġitarju għandu ħafna vantaġġi, bħar-responsabilità tal-istat, analiżi aktar preċiża tal-eżiti, aktar koerenza politika, tbassir aktar effikaċi fil-qasam tal-għajnuna, u użu ottimali tal-fondi disponibbli direttament għall-benefiċċju tal-popolazzjoni; |
H. |
billi s-settur privat, flimkien mal-organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi tradizzjonali l-oħrajn fil-qasam tal-iżvilupp, qed isir sieħeb reali fl-istrateġiji tagħna dwar l-iżvilupp, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ksib ta' żvilupp inklużiv u sostenibbli; |
I. |
billi huwa essenzjali għall-effikaċja tal-għajnuna li l-pajjiżi benefiċjarji japplikaw b'mod parallel politiki ekonomiċi li jippromwovu t-tkabbir bl-introduzzjoni ta' mekkaniżmi tal-ekonomija tas-suq, il-mobilizzazzjoni tal-kapital privat u r-riformi agrarji, kif ukoll il-ftuħ progressiv tas-swieq tagħhom għall-kompetizzjoni globali; |
J. |
billi, skont studju tal-Kummissjoni, il-frammentazzjoni tal-għajnuna mogħtija tfisser spiża addizzjonali ta' bejn EUR 2 u 3 biljun fis-sena għall-UE; |
K. |
billi s-Sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem, is-“Sħubija Globali”) tipprovdi forum inklużiv li jiġbor flimkien lill-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet bilaterali u multilaterali, is-soċjetà ċivili, il-parlamenti, it-trade unions u s-settur privat bl-istess mod minn kull pajjiż; |
L. |
billi s-Sħubija Globali tiffoka fuq l-imġiba tal-atturi fil-qasam tal-iżvilupp u r-relazzjoni bejniethom, fuq l-implimentazzjoni effikaċi tal-politiki u l-programmi fil-qasam tal-iżvilupp, u fuq il-monitoraġġ tal-progress fl-osservazzjoni tal-prinċipji kruċjali ddefiniti f'dan l-aħħar deċennju, b'mod li tittejjeb l-effikaċja tal-isforzi tal-atturi kollha favur l-iżvilupp; billi jkun tajjeb li tiġi ċċarata l-artikolazzjoni tagħha mal-arkitettura tal-iżvilupp globali li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030; |
M. |
billi pajjiżi bħaċ-Ċina, il-Brażil, it-Turkija, ir-Russja u l-Indja qed jiżvolġu rwol dejjem iktar importanti bħala donaturi emerġenti u għat-trasferiment tal-għarfien espert u t-teknoloġija fil-qasam tal-iżvilupp, grazzi wkoll għall-esperjenza ta' żvilupp riċenti u attwali tagħhom stess; billi l-involviment tagħhom mad-donaturi aktar tradizzjonali fil-promozzjoni tal-beni pubbliċi globali u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-Sħubija Globali jistgħu jitqawwew; |
N. |
billi l-Kummissjoni tiżvolġi rwol attiv fi ħdan il-Kumitat ta' Tmexxija tas-Sħubija Globali, u wieħed mill-kopresidenti tagħha oriġina minn Stat Membru tal-UE, in-Netherlands; billi l-Ġermanja issa qed tassumi dan ir-rwol ta' kopresidenza; |
O. |
billi s-sjieda min-naħa tal-pajjiżi fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tirrikjedi allinjament tad-donaturi mal-pjanijiet ta' żvilupp nazzjonali u l-SDGs u l-objettivi li ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell internazzjonali, kif ukoll parteċipazzjoni interna fir-rigward tad-disinn u r-responsabilità fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet u l-programmi ta' żvilupp; |
P. |
billi l-għajnuna trendi qligħ doppju meta ma tkunx qed tiffinanzja biss proġetti fil-qasam tal-iżvilupp imma tkun qed tintefaq ukoll fil-livell lokali, fuq prodotti u servizzi lokali; billi, għaldaqstant, it-tisħiħ tas-sistemi tal-pajjiżi u s-sistemi ta' akkwist nazzjonali huwa element essenzjali għall-effikaċja tal-għajnuna bi qbil mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u għat-tqawwija tal-governanza tajba u r-responsabilità demokratika fil-pajjiżi sħab; |
Q. |
billi, jekk l-aġendi fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp jiġu xprunati mill-fornitur u l-għajnuna tintrabat, inkluż fil-qasam tal-akkwist, dawn jistgħu jkunu espressjoni ta' interessi politiċi varjati li ġieli jidħlu f'kunflitt mal-politiki dwar l-iżvilupp u jista' jkun hemm ir-riskju li jdgħajfu s-sjieda u s-sostenibilità tal-assistenza għall-iżvilupp u l-progress li jkun sar fl-imgħoddi fir-rigward tal-allinjament, b'mod li jwassal għal ineffikaċja u żieda fid-dipendenza; billi s-sjieda lokali għandha rwol importanti x'tiżvolġi biex tiżgura żvilupp effikaċi għaċ-ċittadini; |
R. |
billi issa l-oqfsa tar-riżultati qed jintużaw dejjem iżjed biex jitkejlu l-kisbiet tal-programmi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, iżda s-sjieda u l-użu sħaħ ta' dawk l-oqfsa mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jibqgħu sfida persistenti; |
S. |
billi s-sessjoni ta' monitoraġġ tas-Sħubija Globali tal-2016 uriet li l-progress fl-użu tas-sistemi tal-pajjiżi għadu baxx u li ma nkisibx progress ulterjuri biex jinħall l-irbit mal-għajnuna, li għadu fil-livell massimu ta' 80 % li laħaq fl-2010; |
T. |
billi d-deputati parlamentari mill-pajjiżi sħab, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili għadhom qed jesprimu nuqqas ta' sodisfazzjon bil-grad ta' kemm huma involuti fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u ta' kemm huma informati dwarhom; |
U. |
billi l-effikaċja tal-iżvilupp, li hija mifhuma bħala l-użu effikaċi tal-mezzi u r-riżorsi kollha orjentati lejn l-iżvilupp, inkluż it-tnaqqis tal-faqar, tiddependi kemm mill-pajjiżi li jipprovdu l-għajnuna u l-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll mill-eżistenza ta' istituzzjonijiet effikaċi u reattivi, politiki tajba, l-involviment tal-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili lokali, l-istat tad-dritt, governanza demokratika inklużiva, il-preżenza ta' mekkaniżmi ta' segwitu effikaċi u trasparenti, u salvagwardji kontra l-korruzzjoni fi ħdan il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-flussi finanzjarji illeċiti fil-livell internazzjonali; billi jkun tajjeb li s-Sħubija Globali tiżvolġi rwol akbar fil-faċilitazzjoni u l-promozzjoni tal-progress rigward l-elementi ta' hawn fuq li huma determinanti għall-iżvilupp; |
V. |
billi l-frammentazzjoni tal-għajnuna tibqa' sfida persistenti li tirriżulta mill-proliferazzjoni tad-donaturi u l-aġenziji ta' għajnuna u min-nuqqas ta' koordinament tal-attivitajiet u l-proġetti tagħhom; |
W. |
billi l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar kompliet tikber, minkejja tnaqqis fil-veloċità tal-ekonomiji emerġenti u waqgħa fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi; |
X. |
billi l-panorama fil-qasam tal-iżvilupp qed isir dejjem iżjed eteroġenju, b'aktar foqra jgħixu fil-pajjiżi b'introjtu medju milli f'dawk b'introjtu baxx; billi, fl-istess ħin, inbidlet in-natura nnifisha tal-isfidi fil-qasam tal-iżvilupp, bil-feġġa ta' sfidi globali ġodda bħall-migrazzjoni, is-sigurtà alimentari, il-paċi u l-istabilità, u t-tibdil fil-klima; |
1. |
Jappella lill-atturi kollha fil-qasam tal-iżvilupp biex jikkonsolidaw l-impenji li ħadu minn Pariġi sa Busan, kif ukoll iġeddu u jqawwu l-isforzi tagħhom biex il-kooperazzjoni għall-iżvilupp jagħmluha kemm jista' jkun effikaċi bl-intenzjoni li jilħqu l-għanijiet u l-objettivi ambizzjużi stabbiliti fl-Aġenda 2030 u li jisfruttaw bl-aħjar mod possibbli r-riżorsi pubbliċi u privati għall-iżvilupp; |
2. |
Jappella biex tintuża l-għodda kollha fil-qasam tal-politika dwar l-iżvilupp sabiex jinqered il-faqar u jiġu promossi l-SDGs; huwa tal-opinjoni li l-effikaċja tal-finanzjament għall-iżvilupp għandha tiġi vvalutata abbażi ta' riżultati konkreti u l-kontribut tagħha għall-politika dwar l-iżvilupp kollha kemm hi; |
3. |
Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali li tiżvolġi l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem, l-“ODA”) fit-twettiq tal-aġenda dwar l-effikaċja tal-iżvilupp, kif ukoll għall-qerda tal-faqar, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, il-forniment ta' servizzi pubbliċi essenzjali u l-appoġġ għal governanza tajba; jissottolinja l-fatt li l-ODA hija aktar flessibbli, prevedibbli u responsabbli mill-flussi l-oħra li potenzjalment jikkontribwixxu għall-iżvilupp; |
4. |
Ifakkar li l-finanzjament suffiċjenti huwa prerekwiżit għal kooperazzjoni għall-iżvilupp effikaċi; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-fornituri ta' ODA ma rrispettawx l-impenn tagħhom li jallokaw 0,7 % tal-ING għall-assistenza għall-iżvilupp sal-2015 u, b'riżultat ta' dan, aktar minn USD 2 triljun ma tqegħdux għad-dispożizzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiksbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jirrispettaw l-impenn li ilhom li ħadu li jiddedikaw 0,7 % tal-ING għall-għajnuna, li jintensifikaw l-assistenza għall-iżvilupp tagħhom, anke permezz tal-baġit tal-UE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jadottaw pjan direzzjonali effikaċi sabiex jilħqu l-objettiv tal-impenn li ħadu b'mod trasparenti, prevedibbli u responsabbli; iwissi li l-kriterji għall-ODA m'għandhomx jiġu dilwiti bil-għan li jiġu koperti spejjeż apparti dawk marbuta direttament mal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
6. |
Jinnota bi tħassib li, sa nofs l-2015, kienu biss ħamsa l-Istati Membri tal-UE li ppubblikaw pjanijiet ta' implimentazzjoni skont kif stabbilit f'Busan; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippubblikaw il-pjanijiet ta' implimentazzjoni u jirrapportaw rigward l-isforzi tagħhom qabel it-Tieni Laqgħa ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali li se ssir f'Nairobi bejn it-28 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 2016; |
7. |
Jappella biex id-dokument ta' eżitu ta' din it-Tieni Laqgħa ta' Livell Għoli jindirizza ċarament u jassenja r-rwoli u r-responsabilitajiet differenzjati tal-atturi u l-istituzzjonijiet fil-qasam tal-iżvilupp għall-implimentazzjoni tal-aġenda u l-applikazzjoni tal-prinċipji, sabiex jissaħħaħ il-progress u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fil-ġejjieni; |
8. |
Jinnota l-proposta Messikana għall-inklużjoni tal-ħames prinċipju tal-effikaċja tal-iżvilupp, speċifikament li “Ħadd ma jitħalla l-art”; jirrikonoxxi l-importanza li jkun hemm konċentrazzjoni qawwija fuq il-gruppi foqra, vulnerabbli u emarġinati, waqt li jitqiesu kif dovut l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u s-sitwazzjonijiet ta' fraġilità u ta' kunflitt, fil-kuntest tal-aġenda rigward l-effikaċja tal-iżvilupp; huwa tal-fehma li, waqt li dan il-prinċipju kieku jikkorrispondi għall-filosofija ġenerali u l-impenn predominanti tal-Aġenda 2030, ikun tajjeb li l-inklużjoni possibbli tiegħu tiġi akkumpanjata b'diskussjoni u riflessjoni serji dwar il-mod kif se jopera, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' integrazzjoni u l-indikaturi; |
9. |
Jirrileva l-ħtieġa li s-Sħubija Globali titqiegħed f'qagħda ta' saħħa fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa; jikkunsidra li s-Sħubija Globali tista' tipprovdi valur miżjud jekk ħidmietha tinqasam f'fażijiet u titfassal strateġikament fil-prospettiva tal-ħidma u l-kalendarju tal-Forum dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-Kunsill ECOSOC tan-NU, il-Forum dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp u l-Forum Politiku ta' Livell Għoli; |
10. |
Jisħaq li jkun tajjeb li s-Sħubija Globali tiżvolġi rwol qawwi fl-aspetti bbażati fuq l-evidenza tal-monitoraġġ u r-responsabilità fir-rigward tal-prinċipji tal-effikaċja biex jinkisbu l-SDGs u fl-appoġġ għal implimentazzjoni aktar sħiħa tagħhom mill-atturi kollha fil-livell nazzjonali; jissottolinja l-ħtieġa li s-Sħubija Globali tipprovdi kanali għall-kooperazzjoni ddefiniti b'mod ċar għal atturi speċifiċi fil-qasam tal-iżvilupp apparti d-donaturi OECD, inklużi d-donaturi emerġenti, il-gvernijiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, filantropi privati, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji mis-settur privat u t-trade unions; jemmen li jkun tajjeb li l-arranġamenti għall-presidenza tas-Sħubija Globali jirriflettu d-diversità tal-partijiet interessati; |
11. |
Ifakkar li t-tkabbir ta' 1 % fl-Afrika jirrappreżenta aktar mid-doppju tal-ammont ta' ODA; |
12. |
Jemmen li s-Sħubija Globali jmissha tiżvolġi rwol ta' tmexxija fl-iżgurar ta' progress biex jinkiseb l-SDG 17, speċifikament rigward il-monitoraġġ u r-responsabilità, żieda fl-effikaċja tal-għajnuna, l-aspetti ta' kwalità u kapaċità tal-finanzjament għall-iżvilupp, is-sostenibilità tat-taxxa u tad-dejn, il-mobilizzazzjoni tas-settur privat u r-responsabilità tiegħu għall-iżvilupp sostenibbli, it-trasparenza, il-koerenza politika, is-sħubijiet b'diversi partijiet interessati, kif ukoll il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u dik trijangolari; |
13. |
Jissottolinja r-rwol important li s-Sħubija Globali għandha x'tiżvolġi fir-rigward tal-indikatur 17.16.1 tal-SDGs, b'mod partikolari biex jinkisbu sħubijiet b'diversi partijiet interessati aktar effikaċi u inklużivi għall-appoġġ u s-sostenn tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, billi tkejjel il-kwalità tal-isforzi tagħhom fil-qasam tal-iżvilupp; jilqa' s-Sessjoni ta' Monitoraġġ tal-2016, filwaqt li jinnota li n-numru ta' sħab fil-qasam tal-iżvilupp involuti f'dan l-eżerċizzju żdied, u jistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni tar-Rapport ta' Progress; |
14. |
Jinkoraġġixxi lill-partijiet għas-Sħubija Globali jikkunsidraw il-ħolqien ta' segretarjat permanenti għaliha li jkun aktar indipendenti u mogħni b'riżorsi aktar adegwati, li jkun jibni fuq il-ħidma tat-Tim ta' Appoġġ Konġunt, u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab jaħtru punti fokali nazzjonali; |
15. |
Jindika li jkun tajjeb li l-Parlament Ewropew jitħalla jiżvolġi kompletament ir-rwol vitali tiegħu ta' skrutinju demokratiku għall-politiki kollha tal-UE, inklużi l-politiki dwar l-iżvilupp, u jeżiġi li jiġi informat b'mod regolari u puntwali rigward il-pożizzjonijiet li tieħu l-Kummissjoni fil-Kumitat ta' Tmexxija tas-Sħubija Globali; |
16. |
Jilqa' l-progress li sar, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħmel sforzi ulterjuri biex tiżgura li l-atturi kollha kkonċernati jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar it-trasparenza tal-programmazzjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-mekkaniżmi ta' finanzjament, il-proġetti u l-flussi tal-għajnuna, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna u l-ħolqien tas-sit “EU Aid Explorer” fuq l-internet; jindika madankollu li għad fadal passi importanti x'jittieħdu f'dan ir-rigward, u jeżiġi li jsiru b'mod urġenti sforzi sinifikanti ulterjuri mid-donaturi kollha sabiex l-informazzjoni u d-data jagħmluhom aktar aċċessibbli, puntwali u paragunabbli; jappella lil dawk l-Istati Membri li għadhom mhux qed jikkontribwixxu għall-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna biex dan jibdew jagħmluh; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jisfruttaw id-data disponibbli, u anke biex jappoġġaw lill-pajjiżi sħab billi jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward; |
17. |
Jikkunsidra li l-monitoraġġ, ir-rieżami u l-kondiviżjoni tal-għarfien dwar il-progress fl-iżvilupp għandhom importanza fundamentali fit-tisħiħ tar-responsabilità u l-impatt tal-kooperazzjoni, b'mod partikolari fil-livell tal-pajjiżi; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tressaq rapporti, tal-anqas kull 24 xahar, dwar l-isforzi u l-pjanijiet ta' azzjoni kemm tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri bil-ħsieb li l-prinċipji ta' Busan jiġu implimentati b'mod komprensiv; jappella lill-UE tagħti appoġġ ulterjuri lill-pajjiżi sħab fit-titjib tal-kapaċità amministrattiva u loġistika tagħhom, u b'mod partikolari tas-sistemi statistiċi tagħhom; |
18. |
Jilqa' l-inizjattivi tal-OECD li potenzjalment jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-flussi finanzjarji illeċiti, u jappella lill-komunità internazzjonali biex issaħħaħ il-kooperazzjoni b'mod li tiżdied it-trasparenza tar-reġimi fiskali u tal-flussi finanzjarji b'mod aktar ġenerali; jinsisti fuq ir-rwol kruċjali u r-responsabilitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji f'dan ir-rigward; |
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lid-delegazzjonijiet tal-UE u lill-aġenziji tal-Istati Membri jinformaw lill-parlamenti nazzjonali u, sal-livell li jkun possibbli, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-partijiet interessati privati u s-soċjetà ċivili, dwar l-impenji ta' programmazzjoni u finanzjarji relatati mal-assistenza għall-iżvilupp, billi jippubblikaw analiżijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għal kull pajjiż speċifiku, li huwa mistenni li jipprovdu ħarsa ġenerali lejn id-dokumenti strateġiċi, il-koordinament tad-donaturi, il-Pjanijiet ta' Azzjoni Annwali u l-programmi attwali u dawk ippjanati, kif ukoll is-sejħiet għal proġetti u akkwisti jew il-mekkaniżmi ta' finanzjament oħra li jintużaw; |
20. |
Jinkoraġġixxi lill-parlamenti tal-pajjiżi benefiċjarji jadottaw politiki nazzjonali dwar l-għajnuna għall-iżvilupp sabiex itejbu r-responsabilità tad-donaturi u tal-gvernijiet benefiċjarji, inkluża dik tal-awtoritajiet lokali, isaħħu l-ġestjoni finanzjarja pubblika u l-kapaċità ta' assorbiment, jeqirdu l-korruzzjoni u kull forma ta' ħela ta' għajnuna, iġibu s-sistemi fiskali effikaċi, u jtejbu l-kundizzjonijiet biex jirċievu appoġġ baġitarju, kif ukoll, fuq żmien twil, inaqqsu d-dipendenza mill-għajnuna; |
21. |
Jikkunsidra li huwa importanti li l-parteċipazzjoni min-naħa tal-Istati Membri kollha fl-Inizjattiva Fiskali ta' Addis Ababa tiġi promossa, b'mod li l-assistenza teknika tirdoppja sal-2020 u tissaħħaħ il-kapaċità fiskali tal-pajjiżi sħab; |
22. |
Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom mal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi sħab bil-ħsieb li jagħtu appoġġ kostruttiv għall-iżvilupp ta' tali politiki, waqt li jikkomplementawhom b'arranġamenti ta' responsabilità reċiproka; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb r-responsabilità interna fil-kuntest tal-appoġġ baġitarju billi ssaħħaħ il-kapaċitajiet istituzzjonali tal-parlamenti nazzjonali u l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar; |
23. |
Jissottolinja r-rwol li għandhom iċ-ċittadini, il-komunitajiet lokali, ir-rappreżentanti eletti, l-organizzazzjonijiet reliġjużi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (minn hawn 'il quddiem, l-“OSĊ”), is-settur akkademiku, it-trade unions u s-settur privat fl-iżvilupp, u jisħaq li hemm bżonn li dawk l-atturi kollha jiġu involuti fl-approfondiment u l-implimentazzjoni tal-aġenda dwar l-effikaċja f'diversi livelli; jemmen li l-kontribut effikaċi tagħhom jirrikjedi minnhom involviment parteċipattiv fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni, responsabilità reċiproka u trasparenza, monitoraġġ u evalwazzjoni, u li d-donaturi għandhom itejbu l-prevedibilità u l-ħeffa meta jkun qed jaħdmu ma' dawn l-atturi bħala sħab implimentattivi u sħab għall-forniment ta' servizzi bażiċi, b'mod li ġenwinament jilħqu lill-aktar setturi vulnerabbli tal-popolazzjoni; |
24. |
Jisħaq li l-assistenza tista' tiġi sostnuta biss meta l-benefiċjarji jkunu impenjaw ruħhom b'mod qawwi u jkunu ngħataw ir-responsabilità għaliha; jinsisti fuq l-importanza li r-responsabilità għar-riżultati fil-qasam tal-iżvilupp tiġi kondiviża, inkluż għall-implimentazzjoni tal-Prinċipji ta' Istanbul, u jfakkar li s-sjieda demokratika tirrikjedi istituzzjonijiet b'saħħithom li jkunu jistgħu jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa min-naħa tal-atturi lokali fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta' żvilupp; |
25. |
Jissottolinja kemm huwa importanti li l-OSĊ jitħallew jeżerċitaw ir-rwol tagħhom bħala atturi indipendenti fil-qasam tal-iżvilupp, waqt li tingħata attenzjoni partikolari biex jinħoloq ambjent favorevoli li jkun konsistenti mad-drittijiet li jkunu ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell internazzjonali u li jimmassimizza l-kontribuzzjonijiet tal-OSĊ għall-iżvilupp; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-ispazju dejjem jiċkien għall-OSĊ f'ħafna mill-pajjiżi sħab; jappella lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-aċċessibilità tal-finanzjament għall-OSĊ; |
26. |
Jilqa' l-progress li kisbet l-UE fir-rigward tal-Ipprogrammar Konġunt u l-impenn li ħadet favurih; jinnota li l-Ipprogrammar Konġunt għandu jnaqqas il-frammentazzjoni tal-għajnuna u l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, iżid il-komplementarjetà permezz ta' tqassim aħjar tax-xogħol, u jsaħħaħ ir-responsabilità interna u reċiproka, kif ukoll il-prevedibilità tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, biex b'hekk joffri vantaġġi ċari kemm għall-UE u kemm għall-pajjiżi sħab; josserva li l-Ipprogrammar Konġunt ġie esplorat f'59 pajjiż minn 110 pajjiżi sħab li jirċievu assistenza għall-iżvilupp mill-UE; jappella lill-Istati Membri u lill-pajjiżi sħab biex jintensifikaw l-involviment tagħhom fl-Ipprogrammar Konġunt b'mod li jisfruttaw kompletament il-vantaġġi tiegħu fil-pajjiżi kollha possibbli; |
27. |
Ifakkar fit-talba tiegħu (26) għall-kodifikazzjoni u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi u l-prattiki biex jiġu żgurati komplementarjetà aħjar u koordinament effikaċi tal-għajnuna għall-iżvilupp fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, waqt li jiġu pprovduti regoli ċari u inforzabbli għall-iżgurar ta' sjieda interna demokratika, armonizzazzjoni, allinjament mal-istrateġiji u s-sistemi tal-pajjiżi speċifiċi, prevedibilità tal-fondi, trasparenza u responsabilità reċiproka; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar in-nuqqas ta' segwitu għal din it-talba u tiddikjara liema miżuri alternattivi tkun ħadet jew tkun bi ħsiebha tieħu f'dan ir-rigward; |
28. |
Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom biex iħollu l-irbit mal-għajnuna tagħhom, u jirrikonoxxi l-progress li sar f'dan il-qasam; jappella biex isiru sforzi ulterjuri biex l-irbit tal-għajnuna jinħall iktar malajr fil-livell globali mill-fornituri kollha tal-għajnuna għall-iżvilupp, inklużi l-ekonomiji emerġenti; jappella lill-fornituri tal-għajnuna biex, qabel jipprovaw alternattivi oħra, jużaw is-sistemi ta' akkwist tal-pajjiżi sħab; |
29. |
Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw inizjattivi ġodda biex jissaħħu l-proġetti emblematiċi ta' kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u ta' kooperazzjoni trijangolari, bl-involviment ta' donaturi emerġenti ġodda u pajjiżi oħra b'introjtu medju, u abbażi tal-indirizzar tal-isfidi globali ta' interess reċiproku, mingħajr ma jitilfu l-prospettiva tal-qerda tal-faqar; jirrileva l-ħtieġa li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-kooperazzjoni deċentralizzata b'mod li tiġi approfondita l-aġenda dwar l-effikaċja tal-iżvilupp, filwaqt li jiġu rispettati s-salvagwardji kollha fir-rigward tat-trasparenza, l-effikaċja u l-koerenza, u tiġi evitata frammentazzjoni ulterjuri tal-arkitettura tal-għajnuna internazzjonali; |
30. |
Jisħaq li l-assistenza għall-iżvilupp tista' tiżvolġi rwol importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u kontra l-inugwaljanzi, u fil-promozzjoni tal-iżvilupp, b'mod partikolari dak tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif ukoll fit-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi pubbliċi ta' kwalità għall-gruppi l-aktar fil-bżonn u vulnerabbli, u fil-katalizzazzjoni ta' fatturi sistemiċi kritiċi oħra li jiffaċilitaw l-iżvilupp, bħall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri (hekk kif inhi artikolata fis-Sħubija ta' Busan), l-edukazzjoni, u t-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, inkluża l-ġlieda kontra l-mard relatat mal-faqar, jekk jintużaw f'kuntest ta' governanza inklużiva leġittima abbażi tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; |
31. |
Jissottolinja s-sinifikat tal-SDG 16 għall-effikaċja tal-iżvilupp kumplessiva, u jwissi li l-għajnuna għall-iżvilupp ma tistax tissodisfa l-iskop tagħha b'mod effikaċi fin-nuqqas ta' paċi, ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, ta' sistema ġudizzjarja imparzjali, effiċjenti u indipendenti, ta' standards u salvagwardji lavorattivi u ambjentali rikonoxxuti fuq livell internazzjonali għall-integrità tal-istituzzjonijiet pubbliċi u ta' dawk li jokkupaw kariga uffiċjali, ta' proċess deċiżjonali inklużiv, parteċipattiv u rappreżentattiv fil-livelli kollha, u ta' trasparenza u responsabilità; |
32. |
Ifakkar li l-korruzzjoni fil-pajjiżi benefiċjarji, kemm jekk tkun marbuta direttament mal-assistenza għall-iżvilupp jew le, tikkostitwixxi ksur serju tal-leġittimità demokratika u tagħmel ħsara lill-appoġġ pubbliku għall-assistenza għall-iżvilupp fil-pajjiżi donaturi; jilqa' għalhekk il-miżuri kollha li ttieħdu għall-promozzjoni ta' ġestjoni finanzjarja tajba u għall-qerda tal-korruzzjoni darba għal dejjem, waqt li jinnota li, f'ħafna pajjiżi sħab, is-sitwazzjoni minnha nnifisha timplika ċertu grad ta' riskju; |
33. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lid-donaturi l-oħra jamplifikaw l-isforzi u r-riżorsi umani tagħhom għal kunċettwalizzazzjoni aħjar tal-effikaċja u l-analiżi fil-fond fil-kuntesti ta' fraġilità, ta' wara kunflitt u ta' prevenzjoni tal-kunflitti, fejn l-eżiti mixtieqa mhux dejjem jistgħu jiġu interpretati fil-forma ta' data u fi ħdan l-oqfsa tar-riżultati; |
34. |
Jemmen bis-sħiħ li s-settur privat huwa sieħeb importanti fil-ksib tal-SDGs u fil-mobilizzazzjoni ta' riżorsi ulterjuri għall-iżvilupp; jisħaq li, minħabba r-rwol dejjem jikber tagħhom fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, jeħtieġ li l-atturi fis-settur privat jallinjaw rwieħhom mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp u jikkonformaw mal-prinċipji tar-responsabilità korporattiva tul iċ-ċiklu sħiħ ta' ħajjet il-proġetti; jirrikonoxxi l-isforzi ta' xi atturi mis-settur privat biex jassumu impenji favur id-drittijiet tal-bniedem, l-inklużjoni soċjali u s-sostenibilità bħala element ċentrali tal-mudelli kummerċjali tagħhom, u jappella biex dan l-approċċ jiġi ġġeneralizzat; jindika l-ħtieġa li s-settur privat jirrispetta l-prinċipji tad-dritt internazzjonali u l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll il-Patt Globali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-istandards fundamentali tal-ILO fil-qasam tax-xogħol u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kumpaniji li joperaw minn rifuġji fiskali ma jiħdux sehem fil-proġetti ffinanzjati bl-ODA; jissottolinja b'mod parallel il-ħtieġa li l-pajjiżi sħab irawmu ambjenti favorevoli għall-impriżi, inklużi sistemi ġuridiċi u regolatorji trasparenti; |
35. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lill-Parlament u l-Gvern tal-Kenja li se jospitaw it-Tieni Laqgħa ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali, lill-Kopresidenti tas-Sħubija Globali, lill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-OECD u lill-Unjoni Interparlamentari. |
(1) http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E
(2) http://www.un.org/esa/ffd/wp-content/uploads/2015/08/AAAA_Outcome.pdf
(3) https://documents-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N16/132/05/PDF/N1613205.pdf?OpenElement
(4) http://www.oecd.org/dac/effectiveness/34428351.pdf
(5) http://www.oecd.org/dac/effectiveness/49650173.pdf
(6) http://effectivecooperation.org/2014/03/draft-communique-for-the-first-high-level-meeting-of-the-global-partnership/
(7) http://effectivecooperation.org/events/2016-high-level-meeting/
(8) http://effectivecooperation.org/wp-content/uploads/2016/05/4314021e.pdf
(10) Konklużjonijiet tal-Kunsill 9558/07, 15.5.2007.
(11) Dokument tal-Kunsill 18239/10.
(12) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9145-2015-INIT/mt/pdf
(13) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7805-2014-INIT/mt/pdf
(14) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9241-2015-INIT/mt/pdf
(15) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-8831-2016-INIT/mt/pdf
(16) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-8822-2016-INIT/mt/pdf
(17) Dokument tal-Kunsill 10715/16
(18) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 100.
(19) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 38.
(20) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 80.
(21) Testi adottati, P7_TA(2013)0558.
(22) ĠU C 353, 27.9.2016, p. 2.
(23) Testi adottati, P8_TA(2016)0137.
(24) Testi adottati, P8_TA(2016)0224.
(25) Testi adottati, P8_TA(2016)0246.
(26) Testi adottati tal-11 ta’ Diċembru 2013, P7_TA(2013)0558.
L-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2016
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/45 |
P8_TA(2016)0439
Il-finalizzazzjoni ta' Basel III
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2016 dwar il-finalizzazzjoni ta' Basel III (2016/2959(RSP))
(2018/C 224/06)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet ta' wara l-kriżi tas-summits tal-G20, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 tas-27 ta' Frar 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 tal-14 u l-15 ta' April 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 tat-23 u l-24 ta' Lulju 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tal-mexxejja tal-G20 tal-4 u l-5 ta' Settembru 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) lill-mexxejja tal-G20 li fihom aġġornahom dwar l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' riforma miftiehma, u b'mod partikolari r-rapport tal-BCBS ta' Novembru 2015 lill-mexxejja tal-G20 bit-titolu “Finalising post-crisis reforms: an update” (Il-finalizzazzjoni tar-riformi ta' wara l-kriżi: aġġornament) (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dokumenti konsultattivi tal-BCBS “Revisions to the Basel III leverage ratio framework” (Reviżjoni tal-qafas tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' Basel III) tas-6 ta' April 2016, “Reducing variation in credit risk-weighted assets – constraints on the use of internal model approaches” (It-tnaqqis tal-varjazzjoni fl-assi mwieżna għar-riskju – restrizzjonijiet fuq l-użu ta' approċċi bbażati fuq mudelli interni) tal-24 ta' Marzu 2016, u “Revisions to the Standardised Approach for credit risk” (Reviżjoni tal-approċċ standardizzat għar-riskju tal-kreditu) tal-10 ta' Diċembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' diskussjoni u konsultazzjoni tal-BCBS bit-titolu “Regulatory treatment of accounting provisions” (It-trattament regolatorju tad-dispożizzjonijiet kontabilistiċi) ta' Ottubru 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-istandard tal-BCBS dwar “TLAC holdings – Amendments to the Basel III standard on the definition of capital” (Holdings TLAC – Emendi fl-istandard ta' Basel III dwar id-definizzjoni ta' kapital) ta' Ottubru 2016 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-EU Shadow Banking Monitor (eżerċizzju ta' monitoraġġ tal-ibbankjar parallel fl-UE) tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) ta' Lulju 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tat-testijiet tal-istress imwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u ppubblikati fid-29 ta' Lulju 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2016 dwar il-finalizzazzjoni tar-riformi ta' Basel wara l-kriżi (3), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport 2016 tal-Fond Monetarju Internazzjonali dwar l-istabbiltà finanzjarja fid-dinja, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2015 (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: l-impatt u t-triq 'il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji (6), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju magħmul għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji bit-titolu “The European Union's role in International Economic Fora, Paper 5: The BCBS”; |
— |
wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet mas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), is-Sur Bill Coen, il-President tal-Bord Superviżorju tal-MSU, is-Sinjura Danièle Nouy, il-President tal-EBA, is-Sur Andrea Enria u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, is-Sur Valdis Dombrovskis, dwar il-finalizzazzjoni ta' Basel III / “Basel IV”; |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-approċċ standardizzat għar-riskju tal-kreditu min-naħa tal-Kumitat ta' Basel u l-iskambju ta' fehmiet sussegwenti mal-Viċi President Katainen fis-6 ta' Lulju 2016; |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-finalizzazzjoni ta' Basel III (O-000136/2016 – B8-1810/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi sistema bankarja reżiljenti u kapitalizzata tajjeb hija kundizzjoni essenzjali għall-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja, għal garanzija ta' self adegwat lill-ekonomija reali tul iċ-ċiklu kollu u għas-sostenn tat-tkabbir ekonomiku; |
B. |
billi wara l-kriżi finanzjarja l-mexxejja tal-G20 qablu dwar aġenda ta' riforma komprensiva li tipprevedi t-tisħiħ tal-istandards regolatorji tal-banek internazzjonali, inklużi r-rekwiżiti prudenzjali; |
C. |
billi l-BCBS qed jiżviluppa standards minimi maqbula internazzjonalment fir-rigward tar-rekwiżiti prudenzjali għal banek kbar u attivi fil-livell internazzjonali; billi l-BCBS jissorvelja u janalizza l-implimentazzjoni ta' dawn l-istandards globali u jirrapporta lill-G20; billi l-gwida tiegħu hija għodda importanti biex tiġi evitata l-frammentazzjoni regolatorja madwar id-dinja; |
D. |
billi l-Unjoni Ewropea implimentat l-istandards miftiehma internazzjonalment fil-qafas tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRR) u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRD IV), għalkemm adattathom għar-realtà tal-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-UE, pereżempju fir-rigward tal-fattur ta' sostenn lill-SMEs, u ħalliet ċertu ġrad ta' flessibbiltà; billi fl-UE ġie deċiż li dawn l-istandards japplikaw għall-banek kollha, u mhux biss għall-banek il-kbar attivi internazzjonalment, filwaqt li ċerti ġurisdizzjonijiet mhux Ewropej japplikaw xi wħud minnhom għall-banek il-kbar biss; billi l-progress lejn kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali huwa importanti; billi l-Kummissjoni mistennija tressaq proposta leġiżlattiva għar-rieżami tas-CRR/CRD IV biex jiġu implimentati r-reviżjonijiet ulterjuri tal-qafas ta' Basel li ntlaħaq qbil dwarhom; |
E. |
billi r-rekwiżiti prudenzjali għall-banek huma interkonnessi u komplementari għal rekwiżiti regolatorji oħrajn, bħall-kapaċità totali ta' assorbiment tat-telf (TLAC) u l-użu obbligatorju tal-ikklerjar ċentrali għall-istrumenti derivattivi; billi l-qafas regolatorju li jirregola s-settur bankarju tal-UE ttejjeb b'mod sinifikanti tul dawn l-aħħar snin, partikolarment bit-twaqqif tal-Unjoni Bankarja; |
F. |
billi qafas sod għall-istabbiltà u t-tkabbir finanzjarju għandu jkun komprensiv u bilanċjat b'tali mod li jkopri prattiki superviżorji dinamiċi u ma jiffukax biss fuq regolamentazzjoni statika li tirrigwarda, fil-biċċa l-kbira, aspetti kwantitattivi; |
G. |
billi d-data turi varjabbiltà eċċessiva fil-passat fir-rigward tal-ponderazzjoni tar-riskju u “l-immudellar tar-riskju strateġiku” biex jitnaqqsu r-rekwiżiti kapitali tal-banek u d-diffikultà li kienu jsibu s-superviżuri nazzjonali fil-valutazzjoni ta' mudelli interni, li kkontribwixxa għall-kriżi finanzjarja; |
H. |
billi l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti prudenzjali bankarji għal mudelli kummerċjali bankarji differenti jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli fl-ambitu u l-kumplessità, u għaldaqstant approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” ikun ineffikaċi u ta' piż sproporzjonat, b'mod partikolari għal ħafna banek iżgħar u ffukati fuq l-aspett domestiku, inqas kumplessi u interkonnessi, kif ukoll ir-regolaturi u s-superviżuri tagħhom; għaldaqstant hemm bżonn grad adegwat ta' proporzjonalità u flessibbiltà; |
I. |
billi bħalissa l-BCBS qed jiddiskuti bidliet addizzjonali, fil-qafas prudenzjali tal-banek, li jindirizzaw ir-riskju tal-kreditu u r-riskju operazzjonali; billi dawn ir-riformi jiffukaw fuq it-tisħiħ tas-sensittività għar-riskju u r-robustezza tal-approċċ standardizzat għar-riskju tal-kreditu, restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni u l-finalizzazzjoni tad-disinn tal-proporzjon ta' ingranaġġ, u ammont minimu ta' kapital potenzjali bbażat fuq l-approċċ standardizzat; |
J. |
billi l-maġġoranza tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Uniti jużaw l-approċċ standardizzat biex jevalwaw ir-riskju tal-kreditu, filwaqt li fl-UE ħafna banek kbar u medji jibbażaw ruħhom fuq mudelli interni; |
K. |
billi reviżjoni xierqa tal-approċċ standardizzat u r-rispett tal-prinċipju ta' proporzjonalità huma fatturi ewlenin biex l-istandard tal-BCBS jaħdem għall-banek iż-żgħar, li huma dawk li jużawh prinċipalment; |
L. |
billi l-G20 ta indikazzjoni li r-reviżjoni attwali m'għandhiex tiġġenera żieda sinifikanti fir-rekwiżiti kapitali globali, u din il-pożizzjoni ġiet ikkonfermata mill-Istati Membri waqt il-laqgħa tal-Kunsill ECOFIN f'Lulju 2016; |
M. |
billi l-banek Ewropej issa huma soġġetti għal testijiet tal-istress regolari sistemiċi min-naħa tar-regolaturi u r-riżultati ta' dawn it-testijiet jiġu ppubblikati; |
N. |
billi r-rappreżentanti ta' ġurisdizzjonijiet mhux tal-UE, pereżempju l-Ġappun, esprimew it-tħassib tagħhom rigward il-pressjoni dejjem akbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġenerazzjoni ta' kapital u l-indirizzar ta' spejjeż ta' konformità ogħla biex jikkonformaw mal-istandards il-ġodda li ġew stabbiliti; |
O. |
billi d-deċiżjonijiet tal-BCBS m'għandhomx saħħa legali u jeħtieġ jiġu trasposti permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja sabiex ikollhom effett fl-UE; billi mhux l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kollha għandhom rappreżentanza fil-BCBS, iżda l-BĊE u l-MSU huma rappreżentati bħala membri sħaħ filwaqt li l-Kummissjoni u l-EBA huma osservaturi; |
1. |
Jenfasizza l-importanza ta' standards u prinċipji globali sodi għar-regolamentazzjoni prudenzjali tal-banek, u jilqa' favorevolment il-ħidma ta' wara l-kriżi tal-BCBS f'dan il-qasam; |
2. |
Jafferma mill-ġdid li l-banek jeħtieġ ikunu kapitalizzati tajjeb sabiex jingħata appoġġ lill-ekonomija reali, jitnaqqas ir-riskju sistemiku u tiġi evitata kwalunkwe ripetizzjoni tas-salvataġġi enormi li saru matul il-kriżi; jenfasizza l-ħtieġa ta' regolamentazzjoni adegwata tas-sistema bankarja parallela sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u stabbiltà finanzjarja; |
3. |
Jenfasizza li, għall-kuntrarju ta' ġurisdizzjonijiet oħra, il-banek jaqdu rwol importanti fil-finanzjament tal-ekonomija Ewropea u x'aktarx jibqgħu s-sors ta' finanzjament ewlieni għall-familji u l-intrapriżi, b'mod speċjali l-SMEs; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tal-UE dejjem ippruvat tirrifletti dan (pereżempju bl-użu tal-fattur ta' sostenn lill-SMEs) u għandha tkompli tagħmel hekk (pereżempju billi ttawwal u testendi l-fattur ta' sostenn); jirrikonoxxi, madankollu, l-importanza li jiġu diversifikati s-sorsi ta' finanzjament tal-ekonomija Ewropea, u jilqa', f'dan ir-rigward, ix-xogħol li għaddej bħalissa fil-qafas tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali; |
4. |
Jinnota l-ħidma li għaddejja min-naħa tal-BCBS biex jiffinalizza l-qafas ta' Basel III bil-ħsieb li tiżdied is-sempliċità, il-komparabbiltà u l-konverġenza tal-qafas tal-kapital ponderat għar-riskji sabiex tiġi indirizzata l-varjabbiltà eċċessiva fl-assi mwieżna għar-riskju u jiġu applikati l-istess regoli għall-istess riskji; jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar trasparenza u responsabbiltà biex jissaħħu l-leġittimità u t-titolarità tad-deliberazzjonijiet tal-BCBS; jilqa' l-fatt li s-Segretarju Ġenerali tal-BCBS deher quddiem il-Kumitat ECON, u jħeġġeġ aktar djalogu; |
5. |
Jenfasizza li r-reviżjoni attwali għandha tirrispetta l-prinċipju stabbilit mill-Grupp tal-Gvernaturi u l-Kapijiet tas-Superviżjoni (GHOS) li ma jiżdidux b'mod sinifikanti r-rekwiżiti kapitali kumplessivi, filwaqt li fl-istess ħin tissaħħaħ il-qagħda finanzjarja ġenerali tal-banek Ewropej; |
6. |
Jenfasizza li prinċipju daqstant ieħor importanti li għandu jiġi rispettat mir-reviżjoni huwa l-promozzjoni ta' kundizzjonijiet ekwi fil-livell globali billi jitnaqqsu – u mhux jiżdiedu – id-differenzi bejn il-ġurisdizzjonijiet u l-mudelli bankarji, u billi ma jiġix penalizzat bla bżonn il-mudell bankarju tal-UE; |
7. |
Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-analiżi bikrija tal-abbozzi reċenti tal-BCBS tindika li l-pakkett ta' riformi fl-istadju attwali tiegħu jista' ma jkunx konformi maż-żewġ prinċipji msemmija hawn fuq; jistieden lill-BCBS jirrevedi l-proposti tiegħu f'dan is-sens u lill-BĊE u l-MSU jiżguraw li dawn jiġu rispettati fil-finalizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-istandard il-ġdid; |
8. |
Jenfasizza li dan l-approċċ ikun strumentali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tal-istandard il-ġdid min-naħa tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur; |
9. |
Ifakkar fl-importanza tal-prinċipju ta' proporzjonalità, li għandu jiġi vvalutat mhux biss fir-rigward tad-daqs tal-istituzzjonijiet li huma rregolati, iżda wkoll fis-sens ta' bilanċ ġust bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-regolamentazzjoni għal kull grupp ta' partijiet interessati; |
10. |
Jitlob li jkun hemm djalogu u skambju tal-aħjar prattiki fost ir-regolaturi dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità, li jrid jiġi stabbilit fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali; |
11. |
Jistieden lill-BCBS jivvaluta bir-reqqa u b'mod komprensiv l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-impatt tar-riformi l-ġodda, filwaqt li jqis l-impatt tagħhom fuq ġurisdizzjonijiet u mudelli bankarji differenti qabel l-adozzjoni tal-istandard min-naħa tal-Kumitat; iqis li din il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-riformi preċedenti suġġeriti mill-Kumitat; jistieden lill-BCBS iwettaq l-aġġustamenti meħtieġa jekk jimmaterjalizzaw ruħhom żbilanċi waqt din l-analiżi; |
12. |
Ifakkar fl-importanza ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju fir-rigward tar-regolamentazzjoni, bl-istess regoli applikati għall-istess riskji, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jiċċekken l-ambitu għall-arbitraġġ regolatorju u l-varjabbiltà eċċessiva fl-assi mwieżna għar-riskju; jistieden lill-BCBS iħares is-sensittività għar-riskju tar-regolamentazzjoni prudenzjali, inkluż billi jiżgura li r-reviżjoni tal-approċċ standardizzat u l-ambitu għall-applikazzjoni tal-IRBA jegħlbu r-riskji ta' arbitraġġ regolatorju u jirriflettu tajjeb l-ispeċifiċitajiet ta' forom differenti ta' finanzjament, bħas-self fuq il-proprjetà immobbli, il-finanzjament tal-infrastruttura u s-self speċjalizzat, u billi jiġu evitati effetti sproporzjonati għall-ekonomija reali; jesprimi tħassib, f'dan ir-rigward, dwar l-effetti potenzjali fuq l-ekonomija reali jekk jittieħed is-suġġeriment li jiġu introdotti ammonti minimi ta' produzzjoni; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa u b'mod komprensiv l-impatt kwalitattiv u kwantitattiv ta' riformi reċenti u ġodda, fosthom dawk dwar il-finanzjament tal-ekonomija reali fl-Ewropa u dwar il-proġetti leġiżlattivi Ewropej previsti bħalma hija l-Unjoni tas-Swieq Kapitali; jistieden lill-Kummissjoni tutilizza l-konklużjonijiet li jirriżultaw mis-sejħa għall-evidenza u l-fluss ta' ħidma dwar l-ewwel valutazzjoni tar-rendikont dwar ir-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji li għandha ssir sa tmiem l-2016; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti l-ġodda tal-BCBS jew l-implimentazzjoni tagħhom ma jfixklux dawk l-inizjattivi; jenfasizza li din il-valutazzjoni m'għandhiex timmina l-kisbiet leġiżlattivi magħmula s'issa u m'għandhiex titqies bħala appell favur id-deregolamentazzjoni; |
14. |
Jitlob li fid-definizzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ jitqiesu b'mod sħiħ ir-rekwiżiti għall-ikklerjar ċentrali obbligatorju tal-prodotti derivattivi sabiex titħeġġeġ il-prattika tal-ikklerjar ċentrali; |
15. |
Ifakkar li għandhom jitqiesu b'mod adegwat l-ispeċifiċitajiet tal-mudelli bankarji Ewropej, is-swieq li joperaw fihom, il-qisien differenti tal-istituzzjonijiet u l-profili tar-riskju differenti kemm fil-valutazzjonijiet tal-impatt u kemm fil-kalibrazzjoni tal-istandards, sabiex titħares id-diversità meħtieġa tas-settur bankarju Ewropew u tiġi rispettata l-proporzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn il-prinċipji kollha fid-definizzjoni tal-ambitu tal-implimentazzjoni u fit-traduzzjoni tal-proposti tal-BCBS fid-dritt tal-UE; |
16. |
Jenfasizza r-rwol ċentrali tas-superviżuri bankarji Ewropej u nazzjonali biex tiġi żgurata l-konverġenza superviżorja fl-UE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità u l-adegwatezza tar-regoli għal mudelli bankarji differenti; jenfasizza l-importanza ta' informazzjoni affidabbli u komparabbli dwar is-sitwazzjoni tal-istituzzjonijiet sorveljati sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jitwettaq b'mod effikaċi u affidabbli; jenfasizza li għandu jitħares id-dritt għall-użu ta' mudelli interni; jistieden lill-MSU u l-EBA jkomplu x-xogħol superviżorju tagħhom sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti ta' mudelli interni u l-kapaċità tagħhom li jirriflettu b'mod adegwat ir-riskji tal-mudelli kummerċjali tal-banek, itejbu l-konverġenza fil-mod kif jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tagħhom u jipproponu bidliet fejn meħtieġ; |
17. |
Ifakkar fl-interazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali għall-banek ma' standards bankarji ewlenin oħrajn, pereżempju l-introduzzjoni tal-istandard TLAC fl-UE u l-armonizzazzjoni tiegħu mar-rekwiżit MREL fil-qafas tal-BRRD, kif ukoll l-applikazzjoni tal-istandard tal-kontabbiltà IFRS 9 fil-futur qrib u l-qafas tal-Unjoni Bankarja; jenfasizza, għalhekk, li d-diskussjoni dwar ir-riformi tar-regolamentazzjoni prudenzjali għandha tqis dawn l-elementi differenti kollha u l-effetti rispettivi u kombinati tagħhom; |
18. |
Ifakkar li, f'dawn l-aħħar snin, diversi banek ewlenin fl-UE ħallsu dividendi lill-azzjonisti waqt li baqgħu sottokapitalizzati ferm u mingħajr ma naddfu l-karti bilanċjali tagħhom b'mod konsistenti; |
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-ħidma fuq “qafas għall-banek iż-żgħar” għall-inqas mudelli bankarji riskjużi, u testendi din il-ħidma għal valutazzjoni tal-fattibbiltà ta' qafas regolatorju prospettiv li jikkonsisti f'regoli prudenzjali inqas kumplessi u aktar xierqa u proporzjonali, adattati speċifikament għal tipi differenti ta' mudelli bankarji; |
20. |
Jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Awtorità Bankarja Ewropea fl-involviment tagħhom fil-ħidma tal-BCBS u l-għoti ta' aġġornamenti trasparenti u komprensivi dwar l-iżviluppi fid-diskussjonijiet tal-BCBS; jappella biex dan ir-rwol jingħata aktar viżibbiltà waqt il-laqgħat tal-ECOFIN u biex tiżdied ir-responsabbiltà fil-konfront tal-Kumitat ECON tal-PE, b'rapporti regolari min-naħa tar-rappreżentanti tal-UE preżenti għad-diskussjonijiet; |
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni. |
(1) http://www.bis.org/bcbs/publ/d344.pdf.
(2) https://www.bis.org/bcbs/publ/d387.htm.
(3) http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/07/12-conclusions-banking-reform/.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0093.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0006.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0108.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/50 |
P8_TA(2016)0440
L-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni) (2016/2067(INI))
(2018/C 224/07)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 42(6) u 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) dwar l-istabbiliment ta' kooperazzjoni strutturata permanenti, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni (RGħ/VP) lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) (13026/2016), b'mod partikolari l-partijiet dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 u t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 21, 36, 42(2), 42(3) u 42(7) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-25 ta' Novembru 2013, tat-18 ta' Novembru 2014, tat-18 ta' Mejju 2015, tas-27 ta' Ġunju 2016 u tas-17 ta' Ottubru 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013 u tas-26 ta' Ġunju 2015, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-21 ta' Mejju 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (1), u tal-21 ta' Mejju 2015 dwar l-impatt tal-iżviluppi fis-swieq Ewropej tad-difiża dwar is-Sigurtà u l-kapaċitajiet ta' difiża fl-Ewropa (2), tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni militari strateġika fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja (3), tat-13 ta' April 2016 dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel – f'dinja dejjem aktar konnessa, kontestata u kumplessa (4), u tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi – impenn tal-UE man-NU u mal-Unjoni Afrikana (5), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu “Shared Vision, Common Action: A Stronger Europe – A Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy” (Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea), ippreżentat mill-VP/RGħ Federica Mogherini fis-28 ta' Ġunju 2016, |
— |
wara li kkunsidra lil-pjan ta' implimentazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża ppreżentat mill-VP/RGħ Federica Mogherini fl-14 ta' Novembru 2016 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija globali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni tas-6 ta' April 2016 dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu (JOIN(2016)0018) u l-konklużjonijet relevanti tal-Kunsill tad-19 ta' April 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni tat-28 ta' April 2015 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp (JOIN(2015)0017) u l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2016 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (COM(2016)0447), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2016 dwar elementi għal qafas strateġiku għall-UE kollha biex tiġi appoġġata r-riforma tas-settur tas-sigurtà (JOIN(2016)0031), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjattaforma ta' Missjoni ta' Appoġġ tat-18 ta' April 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummisssjoni tat-28 ta' April 2015 bit-titolu “l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà” (COM(2015)0185), |
— |
wara li kkunsidra “l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna mġedda għall-Unjoni Ewropea” għall-perjodu 2015-2020 u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tal-15-16 ta' Ġunju 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2016 bit-titolu “Azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina” (COM(2016)0230), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-11 ta' Diċembru 2013 tal-VP/RGħ u tal-Kummissjoni dwar l-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-kunflitti u l-kriżijiet esterni (JOIN(2013)0030), u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża (6), wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2013 dwar “L-Istrateġija ta' Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea: Ċiberspazju Miftuħ, Sikur u Sigur” (JOIN(2013)0001); wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Qafas ta' Politika għaċ-Ċiberdifiża tal-UE tat-18 ta' Novembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2016 bit-titolu “Insaħħu r-Reżiljenza tal-UE għaċ-Ċibersigurtà u Nrawmu Industrija taċ-Ċibersigurtà Kompetittiva u Innovattiva” (COM(2016)0410), |
— |
wara li kkunsidra l-Arranġament Tekniku bejn il-Kapaċità ta' Rispons tan-NATO għal Inċidenti relatati mal-Kompjuters (il-NCIRC) u l-Iskwadra ta' Rispons tal-Unjonji Ewropea għal Emerġenza relatata mal-Kompjuters (CERT-EU), iffirmat fl-10 ta' Frar 2016, li jiffaċilita aktar kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar l-inċidenti ċibernetiċi, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-UE u tan-NATO ffirmata fit-8 ta' Lulju 2016 fil-kuntest tas-Summit ta' Varsavja 2016 tan-NATO (dikjarazzjoni konġunta mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikat tas-Summit ta' Varsavja maħruġ mill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana f'Varsavja fit-8-9 ta' Lulju 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-Ewrobarometru 85.1 ta' Ġunju 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0317/2016), |
Il-kuntest strateġiku
1. |
Jinnota li l-ambjent ta' sigurtà tal-UE mar għall-agħar b'mod konsiderevoli, qiegħed isir aktar fluwidu, aktar kumpless, aktar perikoluż u inqas prevedibbli; jinnota li t-theddidiet huma kemm konvenzjonali, kif ukoll ibridi, iġġenerati kemm minn atturi Statali, kif ukoll minn dawk mhux Statali, li ġejjin min-Nofsinhar u mil-Lvant, u li jaffettwaw lill-Istati Membri b'mod differenti; |
2. |
Ifakkar li s-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE hija profondament interkonnessa, u jinnota li dawn jirreaġixxu għat-theddid u r-riskji komuni b'mod frammentat u mhux ikkoordinat, u b'hekk jikkumplikaw, u spiss ixekklu, approċċ aktar komuni; jenfasizza li dan in-nuqqas ta' koordinazzjoni huwa wieħed mill-vulnerabbiltajiet tal-azzjoni tal-Unjoni; Jinnota li l-Ewropa m'għandhiex ir-reżiljenza meħtieġa biex tittratta b'mod effettiv it-theddid ibridu, li spiss għandu dimensjoni transfruntiera; |
3. |
Iqis li l-Ewropa issa trid tirreaġixxi għal serje ta' kriżijiet dejjem aktar kumplessi: fl-Afrika tal-Punent, fis-Saħel, fil-Qarn tal-Afrika u fil-Lvant Nofsani, fl-Ukraina tal-Lvant u fil-Kawkasu; iqis li l-UE għandha tintensifika d-djalogu u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fir-reġjun, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet reġjonali u sub-reġjonali; jenfasizza li l-UE għandha tkun lesta tindirizza bidliet strutturali fix-xena tas-sigurtà internazzjonali u sfidi li jinkludu kunflitti interstatali, kollass tal-istati u attakki ċibernetiċi, kif ukoll l-implikazzjonijiet tas-sigurtà tal-bidla fil-klima; |
4. |
Jinnota bi tħassib li t-terroriżmu li qed isir minn organizzazzjonijiet Iżlamiċi radikali u minn individwi qiegħed ipoġġi lill-Ewropa fil-mira fuq skala mingħajr preċedent, li jqiegħed l-istil ta' ħajja Ewropew taħt pressjoni; jenfasizza li, konsegwentement, is-sigurtà tal-individwu issa saret prijorità, li tnaqqas id-distinzjoni tradizzjonali bejn id-dimensjonijiet esterni u interni tagħha; |
5. |
Jistieden lill-UE tadatta għal dawn l-isfidi għas-sigurtà, b'mod partikolari bl-użu aktar effiċjenti tal-għodod eżistenti tal-PSDK, b'koerenza ma' strumenti esterni u interni oħra; jitlob għal koperazzjoni u koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri, speċjalment fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
6. |
Jitlob li jkun hemm politika komprensiva ta' prevenzjoni bbażata fuq programmi ta' deradikalizzazzjoni; jinnota l-ħtieġa fundamentali li nkunu aktar attivi fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-propaganda terroristika, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll fir-relazzjonijiet esterni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiġi indirizzata d-distribuzzjoni tal-kontenut online ta' natura estremista u tippromwovi kooperazzjoni ġudizzjarja aktar attiva bejn is-sistemi tal-ġustizzja kriminali, inkluż il-Eurojust, fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu fl-Istati Membri kollha; |
7. |
Jinnota li għall-ewwel darba mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn il-fruntieri fl-Ewropa ġew mibdula bil-forza; jenfasizza l-impatt detrimentali ta' okkupazzjoni militari fuq is-sigurtà tal-Ewropa kollha kemm hi; itenni li kwalunkwe bidla tal-fruntieri fl-Ukrajna li ssir bil-forza mhijiex konsistenti mal-prinċipji tal-Att Finali ta' Ħelsinki u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; |
8. |
Jenfasizza li skont l-Ewrobarometru 85.1, ippubblikat f'Ġunju 2016, madwar żewġ terzi taċ-ċittadini tal-UE jixtiequ li jkun hemm impenn akbar tal-UE fil-qasam tal-politika ta' sigurtà u difiża; |
9. |
Huwa tal-fehma li politika estera u ta' sigurtà Ewropea aktar unifikata u, għalhekk aktar effettiva, fil- tista' tagħti kontribut deċiżiv biex titnaqqas l-intensità tal-ġlied armat fl-Iraq u s-Sirja, u biex jiġi eliminat lil awtoproklamat l-Istat Iżlamiku; |
Verżjoni riveduta u aktar b'saħħitha tal-PSDK
10. |
Huwa konvint b'ċertezza li, b'riżultat ta' dan, reviżjoni bir-reqqa u sostanzjali tal-PSDK hija meħtieġa sabiex tippermetti lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkontribwixxu b'mod deċiżiv għas-sigurtà tal-Unjoni, għall-ġestjoni ta' kriżijiet internazzjonali, u sabiex tafferma l-awtonomija strateġika tal-UE; ifakkar li l-ebda pajjiż ma jista' jiffaċċja waħdu l-isfidi attwali tas-sigurtà; |
11. |
Jemmen li reviżjoni b'suċċess tal-PSDK ser ikollha tintegra bis-sħiħ lill-Istati Membri tal-UE fil-proċess mill-bidu nett sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' staġnar fil-futur; jenfasizza l-benefiċċji prattiċi u finanzjarji ta' aktar kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża Ewropej, u jinnota l-inizjattivi attwali, li għandhom jiġu segwiti bi proposti konkreti fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2016 dwar id-Difiża; jistieden ukoll lill-Istati Membri u lill-UE biex jinvestu b'mod xieraq fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; |
12. |
Jenfasizza li stabbiliment ta' struttura ta' kooperazzjoni permanenti (l-Artikolu 42(6) tat-TUE) se tagħmilha possibbli li tiġi żviluppata struttura għall-awtodifiża jew struttura permanenti għall-awtodifiża li tista' ssaħħaħ l-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet; |
13. |
Jenfasizza li, minħabba li l-Ewropa m'għadhiex f'kontroll sħiħ tas-sigurtà ambjentali tagħha, l-għażla taż-żmien u l-post ta' azzjoni, l-UE, permezz ta' missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK, kif ukoll strumenti rilevanti oħra, għandha tkun kapaċi tintervjeni tul l-ispettru sħiħ tal-ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż il-prevenzjoni tal-kriżijiet u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, u b'hekk tinkludi l-istadji kollha taċ-ċiklu ta' kunflitt, kif ukoll li tipparteċipa bi sħiħ biex l-Ewropa tinżamm sikura u tiġi żgurata s-sigurtà u tad-difiża komuni taż-żona kollha ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew biex tibda tiżviluppa politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni lejn difiża komuni kif stipulat fl-Artikolu 42(2) tat-TUE; huwa tal-fehma li waħda mill-għanijiet importanti tal-PSDK għandu jkun li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE; |
14. |
Jilqa' l-pjan direzzjonali dwar il-PSDK ippreżentat mill-VP/RGħ bi skeda ta' żmien konkreta u passi; jilqa' l-fatt li dan il-pjan direzzjonali jikkumplimenta il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża futur; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ il-komponent militari tal-PSDK; jappoġġa bil-qawwa li l-Istati Membri jikkoordinaw l-investiment fis-sigurtà u d-difiża, kif ukoll jiżdied l-appoġġ finanzjarju għar-riċerka dwar id-difiża fil-livell tal-UE; |
15. |
Jenfasizza, bl-istess mod, li l-PSDK għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' difiża kollettiva u l-finanzjament effiċjenti u li għandha tiġi implimentata f'koordinazzjoni ma' istituzzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, u b'komplementarjetà sħiħa man-NATO; iqis li l-UE għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri ta' kapaċità tan-NATO, li jirrikjedu livell minimu ta' nfiq għad-difiża ta' 2 % tal-PDG, kif affermat mill-ġdid fis-Summits ta' Wales u ta' Varsavja; |
16. |
Ifakkar li l-kunflitti u l-kriżijiet fl-Ewropa u fil-madwar qed iseħħu kemm fl-ispazju fiżiku kif ukoll dak ċibernetiku, u jenfasizza li ċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża għalhekk għandhom jiġu integrati bħala l-elementi ewlenin tal-PSDK u integrati b'mod sħiħ fil-politiki interni u esterni tal-UE; |
17. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni min-naħa tal-VP/RGħ ta' Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea (EUGS) bħala neċessarja u żvilupp pożittiv f'qafas istituzzjonali li fih se joperaw u jiżviluppaw il-PESK u s-PSDK; jiddispjaċih mill-involviment baxx tal-Istati Membri fit-tħejjija tal-EUGS; |
18. |
Jenfasizza li l-impenn qawwi, is-sjieda u l-appoġġ min-naħa tal-Istati Membri u tal-parlamenti nazzjonali, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi rilevanti kollha tal-UE, huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida u effettiva tal-politika tal-EUGS fil-livell ta' ambizzjoni, prijoritajiet u approċċ komprensiv fil-forma ta' Ktieb Abjad tal-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża ppreċedut mill-Pjan ta' Implimentazzjoni għas-Sigurtà u d-Difiża; jenfasizza r-rabta mill-qrib bejn il-Pjan ta' Implimentazzjoni u l-implimentazzjoni usa' tal-EUGS, bil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża futur tal-Kummissjoni u l-implimentazzjoni ta' Dikjarazzjoni Konġunta ffirmata f'Varsavja bejn l-UE u n-NATO; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma attwali tal-VP/RGħ u tal-Istati Membri fil-proċess ta' implimentazzjoni; jenfasizza l-fatt li jridu jiġu allokati riżorsi xierqa għall-implimentazzjoni tal-EUGS u għal PSDK aktar robusta u effettiva; |
19. |
Iqis l-iżvilupp ta' strateġija settorjali bħala segwitu għall-EUGS, li għandu jiġu miftiehem u ppreżentat mill-Kunsill Ewropew, li għandu jispeċifika ulterjorment il-livell ta' ambizzjoni ċivili u militari, il-kompiti, il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-kapaċità; itenni l-appelli preċedenti tiegħu għall-iżvilupp ta' Ktieb Abjad tal-UE dwar is-Sigurtà Ewropea u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jipprepara dan id-dokument mingħajr dewmien; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-pjan ta' implimentazzjoni propost dwar is-sigurtà u d-difiża ma laħqitx l-aspettattivi parlamentari u dawk tal-pubbliku; itenni l-indiviżibilità tas-sigurtà tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea; |
20. |
Jinnota l-Patt dwar is-Sigurtà Ewropea, propost mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja u ta' Franza, u jappoġġa inter alia l-idea ta' analiżi komuni tal-ambjent strateġiku Ewropew, li l-valutazzjoni tat-theddid issir attività komuni perjodika, u b'hekk jinkiseb rispett reċiproku għat-tħassib ta' xulxin u l-appoġġ għal kapaċitajiet u azzjoni komuni; jilqa' wkoll l-inizjattivi reċenti tal-Istati Membri l-oħra dwar l-iżvilupp tal-PSDK; jinnota b'dispjaċir, madankollu, in-nuqqas ta' awtovalutazzjoni tal-inattività tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-impenji Ewropej preċedenti fil-qasam tad-difiża; |
21. |
Josserva li, għal dan l-għan, il-kooperazzjoni ma' attivitajiet simili tan-NATO hija meħtieġa; jenfasizza li impenn serju, u skambji ulterjuri u aktar effiċjenti ta' intelligence u ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri huma indispensabbli; |
22. |
Jinnota li, peress li s-sigurtà interna u esterna qed isiru dejjem aktar integrati u li d-distinzjoni bejn spazji fiżiċi u dawk ċibernetiċi qed isiru dejjem aktar diffiċli biex tiddefinixxi, l-integrazzjoni tal-inventarji rispettivi tagħhom qed issir meħtieġ, li tagħti s-setgħa lill-UE li taġixxi tul l-ispettru sħiħ ta' strumenti, sal-livell tal-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; |
Il-PSDK u l-approċċ integrat għall-kriżijiet
23. |
Jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta' kwartieri ġenerali permanenti tal-UE għal missjonijiet u operazzjonijiet ċivili u militari tal-PSDK, minn fejn il-persunal operattiv integrat ikun jista' jappoġġa ċ-ċiklu kollu tal-ippjanar, mill-ewwel kunċett politiku sal-pjanijiet dettaljati; jenfasizza li dan mhux ser ikun replika ta' strutturi tan-NATO, iżda minflok jikkostitwixxi arranġament istituzzjonali meħtieġ biex jissaħħu l-kapaċitajiet għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-ippjanar u tat-twettiq tal-kapaċitajiet tal-PSDK; |
24. |
Jenfasizza l-kontribut tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, inklużi l-assistenza fil-fruntieri, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ militari tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet navali, għall-paċi u l-istabbiltà internazzjonali; |
25. |
Jiddispjaċih li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK komplew jitħarbtu minn nuqqasijiet strutturali, li jipperikolaw l-effiċjenza tagħhom; iqis li dawn għandhom ikunu għodod ġenwini u li jistgħu jiġu integrata aħjar fl-EUGS; |
26. |
Jinnota, f'dan ir-rigward, il-livell ta' ambizzjoni politika stabbilita mill-EUGS favur approċċ komprensiv għall-kunflitti u l-kriżijiet li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-istadji kollha taċ-ċiklu ta' kunflitt permezz tal-prevenzjoni, tar-riżoluzzjoni u tal-istabilizzazzjoni, kif ukoll tal-impenn biex jiġi evitat diżimpenn prematur; iqis li l-UE għandha tappoġġa b'mod koerenti l-Istati Membri involuti fil-koalizzjoni kontra dawk li jsejħu lilhom infushom l-Istat Iżlamiku permezz tat-twaqqif ta' operazzjoni tal-PSDK, b'fokus fuq taħriġ, fl-Iraq; |
27. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-idea ta' missjonijiet tal-PSDK “reġjonalizzati” preżenti fis-Saħel, b'mod partikolari minħabba li jikkorrispondu għar-rieda ta' pajjiżi fis-subreġjun li tiżdied il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà permezz pjattaforma? tal-G5 tas-Saħel; huwa konvint li dan jista' jirrappreżenta opportunità biex tissaħħaħ l-effiċjenza u r-rilevanza tal-missjonijiet tal-PSDK (EUCAP Sahel Mali u EUCAP Sahel Niger) preżenti fil-post; jemmen bil-qawwa li dan il-kunċett ta' “reġjonalizzazzjoni” għandu jiddependi fuq għarfien fil-post, objettivi definiti u l-mezzi biex dawn jintlaħqu, u m'għandhomx ikunu definiti biss mill-impetu ta' konsiderazzjonijiet politiċi; |
28. |
Jenfasizza li d-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-missjonijiet u l-operazzjonijiet futuri għandhom jipprijoritizzaw l-impenn tal-UE f'kunflitti li jaffettwaw direttament is-sigurtà tal-UE jew ta' sħab u reġjuni fejn l-UE għandha r-rwol li tipprovdi s-sigurtà; iqis li d-deċiżjoni biex isir impenn għandu jkun imsejjes fuq analiżi komuni u fehim tal-ambjent strateġiku u fuq l-interessi strateġiċi komuni tal-Istati Membri, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-azzjonijiet ta' alleati oħra u organizzazzjonijiet bħan-NU u n-NATO; iqis li missjonijiet għall-bini tal-kapaċità tal-PSDK għandhom jiġu kkoordinati max-xogħol li jsir mill-Kummissjoni fuq is-settur tas-sigurtà u l-istat tad-dritt; |
29. |
Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 230/2014 (li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi) sabiex l-assistenza tal-Unjoni tiġi estiża għal atturi militari f'pajjiżi sħab, u jqis li dan il-kontribut huwa indispensabbli għar-reżiljenza tagħhom, u b'hekk titnaqqas il-possibilità li, għal darb'oħra, isiru objettivi ta' kunflitt u żoni ta' kenn għal attivitajiet ostili kontra l-UE; jenfasizza li dan għandu jsir f'ċirkostanzi eċċezzjonali, kif deskritt fl-Artikolu 3a tal-proposta msemmija hawn fuq li temenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014, sabiex jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex iħaffu l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva CBSD biex jitjiebu l-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-missjonijiet tal-PSDK; |
30. |
Jenfasizza l-ħtieġa wkoll li jiġu identifikati strumenti finanzjarji oħra biex tissaħħaħ il-bini tal-kapaċità tal-isħab fil-qasam tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex jiżguraw koerenza u koordinazzjoni sħiħa sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati u tiġi evitata d-duplikazzjoni fil-post; |
31. |
Jinnota, f'dan ir-rigward, li l-kompiti ta' Petersberg għandhom jiġu riveduti u l-gruppi tattiċi militari għandhom isiru strument militari aktar impjegabbli permezz tal-modularità u ta' finanzjament aktar funzjonali; jinnota li n-nuqqas ta' attitudni kostruttiva fost l-Istati Membri tkompli sservi bħala xkiel politiku u operattiv għall-iskjerament ta' gruppi tattiċi; iħeġġeġ lill-Kunsill jibda t-twaqqif ta' fond ta' tnedija (previst mill-Artikolu 41(3) tat-TUE) bil-għan li jiġu ffinanzjati b'mod urġenti l-fażijiet inizjali tal-operazzjonijiet militari; |
32. |
Jappella għal aktar flessibbiltà fir-regoli finanzjarji tal-UE, biex jappoġġaw il-kapaċità tagħha biex tirreaġixxi għall-kriżijiet, u għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona eżistenti; jitlob li ssir reviżjoni tal-mekkaniżmu Athena sabiex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għall-ispejjeż kollha relatati, primarjament, mal-operazzjonijiet ta' reazzjoni rapida u l-użu tal-gruppi tattiċi tal-UE, u mbagħad l-operazzjonijiet militari kollha; |
Kollaborazzjoni man-NATO u sħab oħra
33. |
Ifakkar li n-NATO u l-UE jikkondividu l-istess interessi strateġiċi u jaffaċċaw l-istess sfidi fil-Lvant u fin-Nofsinhar; jinnota l-importanza tal-klawżola ta' difiża reċiproka, l-Artikolu 42(7), għall-Istati Membri tal-UE, kemm jekk huma membri tan-NATO jew le; jinnota li l-UE għandha tkun tista' tipproteġi l-membri tagħha stess, kemm jekk huma membri tan-NATO jew le, fl-istess livell permezz tal-mezzi tagħha stess; jinnota l-objettiv tal-EUSG li jkun hemm livell xieraq ta' awtonomija strateġika fl-UE u jenfasizza li ż-żewġ organizzazzjonijiet għandhom ikunu komplementari fil-mezzi tagħhom; iqis li l-“awtonomija strateġika” tal-UE għandha ssaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa għall-promozzjoni tas-sigurtà fi ħdan u lil hinn mill-fruntieri tagħha, kif ukoll issaħħaħ is-sħubija man-NATO u r-relazzjonijiet transatlantiċi; |
34. |
Iqis li s-sisien għall-kooperazzjoni qariba u effettiva bejn l-UE u n-NATO huma pprovduti mill-komplementarjetà tal-missjonijiet tagħhom u, konsegwentement, mill-inventarji tagħhom tal-istrumenti; jenfasizza li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet għandhom jibqgħu kooperattivi u mhux kompetittivi; iqis li l-UE għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jilħqu l-miri ta' kapaċità tan-NATO, li jirrikjedu livell minimu ta' nfiq għad-difiża ta' 2 % tal-PDG; |
35. |
Jenfasizza li n-NATO hija mgħammra bl-aħjar mod għal finijiet ta' dissważjoni u difiża, u hija lesta biex timplimenta d-difiża kollettiva (Artikolu V tat-Trattat ta' Washington) fil-każ ta' aggressjoni kontra wieħed mill-membri tagħha, filwaqt li l-PSDK għandha tiffoka, bħalma hi llum, fuq iż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali (Artikolu 42 tat-TUE) u li l-UE għandha mezzi addizzjonali biex jittrattaw l-isfidi għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, inkluż is-sovverżjoni, li mhumiex koperti mill-Artikolu V; itenni li l-“klawżola ta' solidarjetà” fl-Artikolu 222 tat-TFUE għandu l-għan li jiżgura protezzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-popolazzjoni ċivili f'każ ta' attakk terroristiku; |
36. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni konġunta ffirmata bejn l-UE u n-NATO f'Varsavja u jappoġġa bis-sħiħ kollaborazzjoni fl-oqsma msemmija fih; jinnota li d-dikjarazzjoni tiddeskrivi l-prattiki informali stabbiliti sew minflok il-koperazzjoni bejn l-UE u n-NATO tinġieb għal livell ġdid; jenfasizza l-ħtieġa partikolari li tiġi approfondita u kkumplentata ulterjorment il-kooperazzjoni fil-bini tal-kapaċità fir-rigward tat-theddid ibridu, dak ċibernetiku u r-riċerka; jilqa' l-għan iddikjarat tal-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava biex id-Dikjarazzjoni Konġunta tibda tiġi implimentata immedjatament; |
37. |
Jappoġġa bis-sħiħ aktar tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża ma' sħab istituzzjonali oħra, inkluż in-NU, l-Unjoni Afrikana u l-OSKE, kif ukoll is-sħab bilaterali strateġiċi, b'mod partikolari l-Istati Uniti, f'oqsma bħat-theddid ibridu, is-sigurtà marittima, ir-reazzjoni rapida, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sigurtà ċibernetika; |
Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tad-difiża
38. |
Iqis li l-iżvilupp ta' industrija tad-difiża aktar b'saħħitha ssaħħaħ l-indipendenza teknoloġika u l-awtonomija strateġika tal-UE; huwa konvint li t-titjib tal-istatus tal-UE bħala fornitur tas-sigurtà fil-viċinat tal-Ewropa jeħtieġ kapaċitajiet suffiċjenti u industrija tad-difiża kompetittiva, effiċjenti u trasparenti li tiżgura katina ta' provvista sostenibbli; jinnota li s-settur tad-difiża Ewropew huwa kkaratterizzat minn frammentazzjoni u duplikazzjoni, li jeħtieġ li jiġu eliminati gradwalment permezz ta' proċess ta' proviżjoni ta' inċentivi u premjijiet għall-komponenti nazzjonali kollha, filwaqt li titqies il-perspettiva fit-tul tas-suq tad-difiża integrata; |
39. |
Jiddispjaċih li l-Qafas ta' Politika għall-Kooperazzjoni Sistematika u fit-tul fil-Qasam tad-Difiża għadu ma ġiex implimentat mill-Istati Membri bl-impenn meħtieġ u li l-inizjattiva ta' akkomunament u kondiviżjoni għadha ma wasslitx għal riżultati tanġibbli; jitlob li l-Kunsill jintroduċi dibattiti regolari kull sentejn dwar id-difiża u jipprovdi gwida strateġika u impetu politiku għall-PSDK u għall-kooperazzjoni tad-difiża Ewropea; |
40. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ ulterjorment il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża ċibernetika u li tiġi żgurata ċ-ċiberreżiljenza tal-missjonijiet tal-PSDK; iħeġġeġ lill-Kunsill jinkorpora d-difiża ċibernetika bħala parti integrali tad-dibattiti tiegħu dwar id-difiża; jemmen li hemm bżonn ta' strateġiji nazzjonali fil-qasam taċ-ċiberdifiża; jitlob lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ċibernetiċi taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u biex jużaw iċ-Ċentru ta' Eċċellenza fil-qasam taċ-Ċiberdifiża Kooperattiva (CCDCOE) tan-NATO; |
41. |
Jinnota li l-Istati Membri kollha għandhom diffikultà biex iżommu firxa wiesgħa ħafna ta' kapaċitajiet difensivi kompletament operazzjonali, l-aktar minħabba diffikultajiet finanzjarji; jitlob, għaldaqstant, għal iżjed koordinazzjoni u għażliet aktar ċari dwar liema kapaċitajiet għandhom jinżammu, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċjalizzaw f'ċerti kapaċitajiet; |
42. |
Jemmen li l-interoperabbiltà hija kruċjali biex il-forzi tal-Istati Membri jkunu aktar kompatibbli u integrati; jenfasizza, għalhekk, li l-Istati Membri għandhom jesploraw il-possibilità ta' akkwist konġunt tar-riżorsi tad-difiża; jinnota li n-natura protezzjonista u magħluqa tas-swieq tad-difiża tal-UE tagħmilha aktar diffiċli biex dan isir; |
43. |
Ifakkar li bażi industrijali u teknoloġika b'saħħitha tad-difiża Ewropea, li tinkludi faċilitajiet għall-SMEs, hija sies fundamentali tal-PSDK u prerekwiżit għal suq komuni, li se tippermettu lill-UE tibni l-awtonomija strateġika tagħha; |
44. |
Jinnota b'dispjaċir li l-Istati Membri japplikaw id-Direttiva 2009/81/KE dwar l-akkwist fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, id-Direttiva 2009/43/KE dwar it-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża intra-Unjoni Ewropea f'livelli totalment differenti; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tapplika n-nota ta' gwida dwar l-Artikolu 346, u tassumi r-rwol tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati billi tibda timplimenta proċeduri ta' ksur meta jinkisru d-Direttivi; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-isforzi multinazzjonali fuq in-naħa tad-domanda tal-akkwist militari, u fuq l-industriji Ewropej fuq in-naħa tal-fornitur sabiex isaħħu l-pożizzjonijiet tas-swieq globali permezz ta' koordinazzjoni aħjar u l-konsolidazzjoni industrijali; |
45. |
Jitħasseb bid-deklin kostanti favur il-finanzjament ta' riċerka fl-Istati Membri kollha, li qed tpoġġi f'riskju l-bażi industrijali u teknoloġika u, konsegwentement, l-awtonomija strateġika tal-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu l-armati tagħhom b'tagħmir manifatturat mill-industrija Ewropea tad-difiża, minflok mill-kompetituri industrijali tagħhom; |
46. |
Huwa konvint li t-tisħiħ tar-rwol tal-EDA fil-koordinazzjoni bbażata fuq il-kapaċità ta' programmi, proġetti u attivitajiet, jibbenefika PSDK effiċjenti; iqis li l-EDA għandha tiġi sostnuta fit-twettiq tal-għanijiet tagħha bis-sħiħ, inkluż b'mod partikolari l-prijoritajiet li ġejjin u r-rwoli fil-kuntest ta' Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża (EDAP) u r-Riċerka tad-Difiża Ewropea (EDRP); jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri jirrevedu l-organizzazzjoni, il-proċeduri u l-attivitajiet tal-Aġenzija, u jiftħu aktar possibbiltajiet għal kooperazzjoni u integrazzjoni ulterjuri; jistieden lill-Istati Membri jagħtu gwida lill-EDA dwar il-koordinamentta' reviżjoni tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet, skont l-istrateġija tal-EUGS u dik settorjali; |
47. |
Jenfasizza li ċ-ċibersigurtà hija, min-natura tagħha, qasam ta' politika fejn il-kooperazzjoni u l-integrazzjoni huma kruċjali, mhux biss bejn l-Istati Membri tal-UE, mas-sħab ewlenin u n-NATO, iżda wkoll bejn l-atturi differenti fis-soċjetà, peress li din mhijiex esklussivament responsabbiltà militari; jitlob linji gwida aktar ċari dwar kif il-kapaċitajiet difensivi u offensivi tal-UE għandhom jintużaw u f'liema kuntest; ifakkar li l-Parlament Ewropew talab ripetutament għal reviżjoni mill-qiegħ tar-Regolament tal-UE dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju sabiex jiġi evitat softwer u sistemi oħrajn li jistgħu jintużaw kontra l-infrastruttura diġitali tal-UE jew biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem milli jaqgħu f'idejn ħżiena; jitlob lill-UE tiddefendi fil-fora internazzjonali, inklużi, iżda mhux limitati għal, il-forums tal-governanza tal-internet, il-prinċipju li l-infrastruttura ewlenija tal-internet għandha tkun żona newtrali fejn il-gvernijiet, li jsegwu l-interessi nazzjonali tagħhom, huma pprojbiti milli jindaħlu; |
48. |
Jappoġġa lill-Kummissjoni għall-inizjattivi relatati mad-difiża bħalma huma l-Pjan ta' Azzjoni għad-Difiża u l-Politika Industrijali tad-Difiża, li għandhom jibdew wara l-preżentazzjoni ta' Ktieb Abjad tal-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża; jappoġġa l-involviment ulterjuri tal-Kummissjoni għad-difiża, permezz tar-riċerka, l-ippjanar u l-implimentazzjoni ffokati sew u estensivi; jilqa' l-Azzjoni Preparatorja għar-riċerka relatata mal-PSDK u jitlob għal finanzjament adegwat għall-bqija tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali (QFP); jappoġġa l-iżvilupp ta' Programm ta' Riċerka tad-Difiża tal-UE fil-QFP li jmiss (2021-2027); |
49. |
Iqis li Programm ta' Riċerka tad-Difiża futur tal-UE għandu jiffinanzja proġetti ta' riċerka minn oqsma ta' prijorità li għandu jintlaħaq qbil fuqhom mill-Istati Membri u li l-Fond Ewropew tad-difiża jistgħu jappoġġaw il-finanzjament ta' kapaċitajiet miftehma b'mod konġunt bejn l-Istati Membri u b'valur miżjud tal-UE; |
50. |
Jitlob li l-liġi Ewropea tiġi riformata biex tippermetti lill-industriji Ewropej tad-difiża li jibbenefikaw mill-istess għajnuniet statali bħal dawk li jgawdu minnhom industriji tal-Istati Uniti; |
o
o o
51. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-President fil-kariga tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE. |
(1) ĠU C 353, 27.9.2016, p. 59.
(2) ĠU C 353, 27.9.2016, p. 74.
(3) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 74.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0120.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0249.
(6) ĠU C 419, 16.12.2015, p. 145.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/58 |
P8_TA(2016)0441
Komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2016 dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi (2016/2030(INI))
(2018/C 224/08)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-2 ta' April 2009 dwar il-kuxjenza Ewropea u t-totalitarjaniżmu (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit ta' Strasburgu/Kehl tal-4 ta' April 2009 adottata fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tan-NATO, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar strateġija dwar il-libertà diġitali fil-politika barranija tal-UE (2), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin kontra t-terroriżmu tad-9 ta' Frar 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Marzu 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija Reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Daesh, tas-16 ta' Marzu 2015, li ġew ikkonfermati mill-ġdid mill-Kunsill Affarijiet Barranin fit-23 ta' Mejju 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tat-18 ta' Mejju 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ): L-Unjoni Ewropea f'ambjent globali jinbidel – aktar konnessa, kontestata u kumplessa, u l-ħidma li għaddejja dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Globali l-ġdida tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-istat tar-relazzjonijiet UE-Russja (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Komunikazzjoni Strateġika (Ref. Ares(2015)2608242 – 22.6.2015), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO li sar f'Wales tal-5 ta' Settembru 2014, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tar-reklutaġġ ta' ċittadini Ewropej minn organizzazzjonijiet terroristiċi (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' April 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (COM(2015)0185), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-6 ta' April 2016 bit-titolu “Qafas konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu: reazzjoni tal-Unjoni Ewropea” (JOIN(2016)0018), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-20 ta' April 2016 dwar azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina (COM(2016)0230), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' fattibbiltà tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija dwar Inizjattivi tal-Midja bil-Lingwa Russa fis-Sħubija tal-Lvant u lil hinn, intitolat ''Bringing Plurality and Balance to the Russian Language Media Space'' (it-twassil tal-pluralità u tal-bilanċ fl-ispazju tal-midja bil-lingwa Russa), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali waqt il-ġlieda kontra t-terroriżmu (A/HRC/31/65), |
— |
wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 34 tal-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (CCPR/C/GC/34), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0290/2016), |
A. |
billi l-UE hija impenjata sabiex tiggwida l-azzjonijiet tagħha fix-xena internazzjonali b'konformità ma' prinċipji bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll il-libertà tal-midja, l-aċċess għall-informazzjoni, il-libertà ta' espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja, b'din tal-aħħar madankollu tista' sa ċertu punt tkun limitata kif stipulat fid-dritt internazzjonali, inklużi fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; billi l-atturi ta' partijiet terzi li għandhom l-għan li jiskreditaw l-Unjoni, ma jikkondividux l-istess valuri; |
B. |
billi l-UE, l-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħha qegħdin taħt pressjoni sistematika dejjem tikber biex jittrattaw kampanji ta' informazzjoni, diżinformazzjoni u miżinformazzjoni u propaganda minn pajjiżi u atturi mhux statali, bħal organizzazzjonijiet kriminali u terroristiċi transnazzjonali fil-viċinat tagħha, li għandhom l-għan li jdgħajfu l-kunċett innifsu ta' informazzjoni oġġettiva jew ġurnaliżmu etiku, filwaqt li jiġġudikaw l-informazzjoni kollha bħala ppreġudikata jew strument ta' poter politiku, u li jiffukaw ukoll fuq valuri u interessi demokratiċi; |
C. |
billi l-libertà tal-midja, l-aċċess għall-informazzjoni u l-libertà ta' espressjoni huma l-pilastri bażiċi ta' sistema demokratika, fejn it-trasparenza tas-sjieda tal-midja u s-sorsi ta' finanzjament tal-midja huma ta' importanza kbira; billi strateġiji biex jiżguraw il-ġurnaliżmu ta' kwalità, il-pluraliżmu tal-midja u l-iċċekjar tal-fatti jistgħu jkunu effettivi biss sakemm il-fornituri tal-informazzjoni jgawdu l-fiduċja u l-kredibbiltà; billi, fl-istess ħin, għandu jkun hemm valutazzjoni kritika ta' kif jiġu ttrattati s-sorsi tal-midja li għandhom rekord ippruvat li ripetutament kienu involuti fi strateġija ta' qerq deliberat u diżinformazzjoni, speċjalment fil-''midja l-ġdida'', in-netwerks soċjali u l-qasam diġitali; |
D. |
billi l-gwerra tal-informazzjoni hija fenomenu storiku antik daqs il-gwerra nnifisha; billi l-gwerra ta' informazzjoni mmirata kienet tintuża b'mod estensiv matul il-Gwerra Bierda, u minn dak iż-żmien 'l hawn kienet parti integrali mill-gwerra ibrida moderna, li hija taħlita ta' miżuri ta' natura militari u mhux militari ta' natura moħbija u evidenti, użata biex tiddestabbilizza s-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali tal-pajjiż taħt attakk, mingħajr dikjarazzjoni formali ta' gwerra, li timmira mhux biss lis-sħab tal-UE, iżda wkoll lill-UE nnifisha, l-istituzzjonijiet tagħha u l-Istati Membri kollha u ċ-ċittadini irrispettivament min-nazzjonalità u r-reliġjon tagħhom; |
E. |
billi permezz tal-annessjoni tal-Krimea min-naħa tar-Russja u l-gwerra ibrida mmexxija mir-Russja f'Donbass, il-Kremlin eskala l-konfrontazzjoni mal-UE; billi l-Kremlin żied ilpropoganda tiegħu, filwaqt li r-Russja qed taqdi rwol ikbar fl-ambjent tal-midja Ewropea bil-għan li toħloq appoġġ politiku fl-opinjoni pubblika Ewropea għall-azzjoni tar-Russja u ddgħajjef il-koerenza tal-politika estera tal-UE; |
F. |
billi l-propaganda għall-gwerra u kwalunkwe promozzjoni ta' mibegħda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża li tikkostitwixxi inċitament għad-diskriminazzjoni, l-ostilità jew il-vjolenza huma pprojbiti bil-liġi skont l-Artikolu 20 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; |
G. |
billi l-kriżi finanzjarja u l-avvanz ta' forom ġodda ta' midja diġitali ħolqu sfidi serji għal ġurnaliżmu ta' kwalità, u dan iwassal għal tnaqqis fil-ħsieb kritiku fost l-udjenzi, li b'hekk saru aktar suxxettibbli għad-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni; |
H. |
billi l-propoganda u l-intrużjoni tal-midja Russa huma partikolarment b'saħħithom u ħafna drabi m'hemmx min jikkompetilhom fil-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant; billi l-midja nazzjonali f'dawn il-pajjiżi ħafna drabi hija dgħajfa u mhijiex kapaċi tlaħħaq mas-saħħa u s-setgħa tal-midja Russa; |
I. |
billi t-teknoloġiji tal-gwerra tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni qed jitħaddmu sabiex jilleġittimizzaw azzjonijiet li jheddu s-sovranità tal-Istati Membri tal-UE, l-indipendenza politika, is-sigurtà taċ-ċittadini tagħhom u l-integrità territorjali tagħhom; |
J. |
billi l-UE ma tirrikonoxxix lill-ISIL/Daesh bħala stat jew organizzazzjoni simili għal stat; |
K. |
billi l-ISIL/Daesh, l-Al-Qaeda u gruppi terroristiċi ġiħadisti vjolenti jużaw b'mod sistematiku strateġiji ta' komunikazzjoni u propaganda diretta kemm offline kif ukoll online bħala parti mill-ġustifikazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom kontra l-UE u l-Istati Membri u kontra l-valuri Ewropej, kif ukoll bil-għan li jsaħħu r-reklutaġġ taż-żgħażagħ Ewropej; |
L. |
billi wara d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO fi Strasburgu/Kehl li enfasizzat l-importanza dejjem tikber li n-NATO tikkomunika b'mod xieraq, f'waqtu, preċiż u rapidu fuq ir-rwoli, l-objettivi u l-missjonijiet tagħha li qed jevolvu, ġie stabbilit iċ-Ċentru ta' Eċċellenza għall-Komunikazzjonijiet Strateġiċi tan-NATO (NATO StratCom CoE) fil-Latvja fl-2014, fatt li ntlaqa' mid-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO li sar f'Wales; |
Komunikazzjoni Strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi
1. |
Jenfasizza li l-propoganda ostili kontra l-UE tieħu ħafna suriet differenti u tuża diversi strumenti, spiss imfassla biex iqabblu l-profili tal-Istati Membri tal-UE, bl-għan li tfixkel il-veritajiet, toħloq dubju, tifred lill-Istati Membri, tfassal firda strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u s-sħab tagħha tal-Amerika ta' Fuq u tipparalizza l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tiskredita l-istituzzjonijiet tal-UE u s-sħubijiet transatlantiċi, li jaqdu rwol rikonoxxut fl-arkitettura Ewropea tas-sigurtà u dik ekonomika fl-għajnejn u l-imħuħ taċ-ċittadini tal-UE u taċ-ċittadini tal-pajjiżi ġirien, u xxekkel u tkisser in-narrattiva Ewropea bbażata fuq il-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; ifakkar li waħda mill-iktar għodod importanti użata hija l-inċitament ta' biża' u inċertezza fiċ-ċittadini tal-UE, kif ukoll li atturi ostili tal-istat u dawk mhux statali jiġu ppreżentati ħafna aktar b'saħħithom milli huma fir-realtà; |
2. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jirrikonoxxu li l-komunikazzjoni strateġika u l-gwerra tal-informazzjoni mhijiex biss kwistjoni esterna tal-UE iżda wkoll waħda interna, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd ta' multiplikaturi ta' propoganda ostili li jinsabu fl-Unjoni; jinsab imħasseb dwar l-għarfien limitat fost xi Stati Membri tagħha li huma l-udjenzi u l-areni ta' propaganda u diżinformazzjoni; jistieden f'dan ir-rigward lill-atturi tal-UE biex jindirizzaw in-nuqqas attwali ta' ċarezza u ftehim dwar x'għandu jitqies bħala propaganda u diżinformazzjoni, biex jiżviluppaw b'kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-midja u esperti mill-Istati Membri tal-UE sett komuni ta' definizzjonijiet u jiġbru data u informazzjoni dwar il-konsum ta' propaganda; |
3. |
Jinnota li d-diżinformazzjoni u l-propaganda jagħmlu parti mill-gwerra ibrida; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li titqajjem kuxjenza u tintwera assertività permezz tal-komunikazzjoni istituzzjonali/politika, ir-riċerka ta' gruppi ta' riflessjoni/ akkademiċi, kampanji tal-midja soċjali, inizjattivi tas-soċjetà ċivili, il-litteriżmu medjatiku u azzjonijiet utli oħra; |
4. |
Jenfasizza li l-istrateġija ta' propaganda u ta' diżinformazzjoni kontra l-UE minn pajjiżi terzi tista' tieħu diversi forom u tinvolvi, b'mod partikolari, il-midja tradizzjonali, in-netwerks soċjali, il-programmi skolastiċi u l-partiti politiċi, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha; |
5. |
Jinnota n-natura multidimensjonali tal-komunikazzjoni strateġika attwali tal-UE f'diversi livelli, inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, diversi korpi tan-NATO u tan-NU, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet ċiviċi, u jitlob li jkun hemm l-aħjar koordinazzjoni possibbli u skambju ta' informazzjoni bejn dawn il-partijiet; jappella għal aktar kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni bejn id-diversi partijiet li esprimew tħassib dwar dawn l-isforzi ta' propaganda u jixtiequ jfasslu strateġiji għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni; jemmen li, fil-kuntest tal-UE, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu fdati b'tali koordinazzjoni; |
6. |
Jirrikonoxxi li l-UE għandha tikkunsidra l-isforzi ta' komunikazzjoni strateġika tagħha bħala prijorità, li għandha tinvolvi riżorsi rilevanti; itenni li l-UE hija mudell ta' suċċess ta' integrazzjoni li għalkemm fi kriżi, għadha tattira l-pajjiżi li jixtiequ jirreplikaw dan il-mudell u jsiru parti minnha; jenfasizza, għaldaqstant, li l-UE jeħtiġilha tikkomunika l-messaġġ pożittiv tagħha dwar is-suċċessi, il-valuri u l-prinċipji tagħha b'determinazzjoni u kuraġġ, u għandha bżonn tkun offensiva fin-narrattiva tagħha, u mhux difensiva; |
Nirrikonoxxu u nesponu d-diżinformazzjoni Russa u l-gwerra ta' propaganda
7. |
Jinnota b'dispjaċir li r-Russja tuża kuntatti u laqgħat mal-kontropartijiet tal-UE għal skopijiet ta' propaganda u biex iddgħajjef pubblikament il-pożizzjoni komuni tal-UE, aktar milli biex tistabbilixxi djalogu reali; |
8. |
Jirrikonoxxi li l-gvern Russu qed juża firxa wiesgħa ta' għodod u strumenti, bħal gruppi ta' riflessjoni u fondazzjonijiet speċjali (pereżempju Russkiy Mir), awtoritajiet speċjali (Rossotrudnichestvo), stazzjonijiet tat-televiżjoni multilingwi (pereżempju RT), aġenziji taparsi tal-aħbarijiet u servizzi multimedjali (pereżempju Sputnik), gruppi transkonfinali soċjali u reliġjużi, hekk kif ir-reġim irid jippreżenta ruħu bħala l-uniku difensur tal-valuri Nsara tradizzjonali, li l-midja soċjali u t-trolls tal-internet jisfidaw il-valuri demokratiċi, li jifred l-Ewropa, jiġbor appoġġ intern u joħloq il-perċezzjoni ta' stati falluti fil-viċinat tal-Lvant tal-UE; jenfasizza li r-Russja tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha fuq strumenti ta' diżinformazzjoni u propaganda li jintużaw jew direttament mill-istat jew minn kumpaniji u organizzazzjonijiet ikkontrollati mill-Kremlin; jenfasizza li, minn naħa l-waħda, il-Kremlin qed jiffinanzja partiti politiċi u organizzazzjonijiet oħra fi ħdan l-UE bil-ħsieb li jimmina l-koeżjoni politika, u li, min-naħa l-oħra, il-propoganda tal-Kremlin timmira direttament lejn ġurnalisti, politiċi u individwi speċifiċi fl-UE; |
9. |
Ifakkar li s-servizzi tas-sigurtà u l-intelligence jikkonkludu li r-Russja għandha l-kapaċità u l-intenzjoni li twettaq operazzjonijiet maħsuba biex jiddestabilizzaw pajjiżi oħra; jirrimarka li dan sikwit jieħu l-għamla ta' appoġġ ta' politiċi estremisti u diżinformazzjoni u kampanji tal-midja tal-massa fuq skala kbira; jinnota, barra minn hekk, li tali kumpaniji tal-midja huma preżenti u attivi fl-UE; |
10. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istrateġija ta' informazzjoni tal-Kremlin tikkomplementa l-politika tiegħu li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali, il-kooperazzjoni ekonomika u proġetti konġunti ma' Stati Membri individwali tal-UE sabiex idgħajjef il-koerenza u jimmina l-politiki tal-UE; |
11. |
Jargumenta li l-komunikazzjoni strateġika Russa hija parti minn kampanja sovversiva akbar tal-UE biex tiddgħajjef il-kooperazzjoni u s-sovranità tal-UE, kif ukoll l-indipendenza politika u l-integrità territorjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri joqogħdu attenti għal operazzjonijiet ta' informazzjoni Russi fuq territorju Ewropew u jżidu l-kondiviżjoni tal-kapaċità u l-isforzi ta' kontrospjunaġġ immirati biex jiġġieldu tali operazzjonijiet; |
12. |
Jesprimi l-kritika qawwija tiegħu għall-isforzi tar-Russja biex tfixkel il-proċess ta' integrazzjoni tal-UE u jiddeplora, f'dan ir-rigward, l-appoġġ tar-Russja għal forzi kontra l-UE fi ħdan l-UE fir-rigward, b'mod partikolari, tal-partiti tal-lemin estrem, il-forzi populisti u l-movimenti li jopponu l-valuri bażiċi ta' demokraziji liberali; |
13. |
Jinsab serjament imħasseb dwar l-espansjoni rapida ta' attivitajiet ispirati mill-Kremlin fl-Ewropa, inklużi diżinformazzjoni u propaganda li jfittxu li jżommu jew iżidu l-influwenza tar-Russja biex iddgħajjef u taqsam l-UE; jenfasizza li parti kbira tal-propaganda tal-Kremlin għandha l-għan li tgħid li xi pajjiżi Ewropej jappartjenu għall-''isfera tradizzjonali tal-influwenza Russa''; jinnota li waħda mill-istrateġiji ewlenin tagħha hija li tiċċirkola u timponi narrativa alternattiva, spiss ibbażata fuq interpretazzjoni manipulata ta' avvenimenti storiċi u mmirata biex tiġġustifika l-azzjonijiet esterni tagħha, u l-interessi ġeopolitiċi; jinnota li l-falsifikazzjoni ta' ġrajjiet storiċi hi waħda mill-istrateġiji ewlenin tagħha; jinnota f'dan ir-rigward il-ħtieġa li titqajjem kuxjenza dwar ir-reati ta' reġimi komunisti permezz ta' kampanji pubbliċi u sistemi edukattivi, u li jiġu appoġġati attivitajiet ta' riċerka u dokumentazzjoni, speċjalment f'dawk li qabel kienu Membri tal-blokk Sovjetiku, biex jegħlbu n-narrativa tal-Kremlin; |
14. |
Jenfasizza li r-Russja qed tisfrutta n-nuqqas ta' qafas internazzjonali legali f'oqsma bħaċ-ċibersigurtà, u n-nuqqas ta' responsabbiltà fir-regolament dwar il-midja, u qed iddawwar favuriha kull ambigwità f'dawn il-kwistjonijiet; jenfasizza li attivitajiet aggressivi tar-Russja fil-qasam ċibernetiku jiffaċilitaw il-gwerra tal-informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex jagħtu attenzjoni lir-rwol tal-Punti ta' Skambju tal-Internet bħala infrastruttura kritika fl-istrateġija ta' sigurtà tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa kruċjali li tkun żgurata r-reżiljenza tas-sistemi ta' informazzjoni fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, speċjalment kontra ċaħdiet u tfixkil li jista' jkollhom rwol ċentrali f'kunflitt ibridu u l-ġlieda kontra l-propaganda, u biex jikkooperaw mill-qrib f'dan ir-rigward man-NATO, b'mod partikolari maċ-Ċentru ta' Eċċellenza fil-qasam taċ-Ċiberdifiża Kooperattiva tan-NATO; |
15. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw mekkaniżmi koordinati ta' komunikazzjoni strateġika biex jappoġġaw l-attribuzzjoni u jiġġieldu kontra d-diżinformazzjoni u l-propoganda sabiex jesponu t-theddid ibridu; |
Nifhmu u nindirizzaw il-gwerra tal-informazzjoni tal-ISIL/Daesh, il-metodi ta' diżinformazzjoni u ta' radikalizzazzjoni
16. |
Huwa konxju tal-firxa ta' strateġiji impjegati mill-ISIL/Daesh kemm fil-livell reġjonali u kemm dak globali biex jippromwovu n-narrativi politiċi, reliġjużi, soċjali, ta' mibegħda u vjolenti tagħhom; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw kontronarrativa għall-ISIL/Daesh li tinvolvi s-sistema tal-edukazzjoni u tinkludi l-għoti tas-setgħa u ż-żieda fil-viżibbiltà ta' studjużi Musulmani ewlenin li huma kredibbli biex jiddeleġittimizzaw il-propaganda tal-ISIL/Daesh; jilqa' l-isforzi tal-Koalizzjoni Globali biex tiġġieled kontra l-ISIL/Daesh u jappoġġja f'dan ir-rigward l-Istrateġija Reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jxerrdu kontronarrativa li tindirizza l-propaganda ġiħadista, b'enfasi partikolari fuq dimensjoni edukattiva li turi kif il-promozzjoni tal-Iżlam radikali hija teoloġikament korrotta; |
17. |
Jinnota li organizzazzjonijiet terroristiċi Iżlamiċi, speċjalment l-ISIL/Daesh u l-Al-Qaeda, huma involuti f'kampanji ta' informazzjoni attivi bl-għan li jimminaw u jżidu l-livell ta' mibegħda kontra l-valuri u l-interessi Ewropej; jinsab imħasseb dwar l-użu mifrux mill-ISIL/Daesh tal-għodod tal-midja soċjali u speċjalment Twitter u Facebook biex javvanzaw l-objettivi ta' propoganda u ta' reklutaġġ tagħhom, speċjalment fost iż-żgħażagħ; jenfasizza l-importanza li tiġi inkluża l-istrateġija ta' kontropropaganda kontra l-ISIL/Daesh fi ħdan strateġija reġjonali usa' u komprensiva li tgħaqqad għodod diplomatiċi, soċjoekonomiċi, tal-iżvilupp u tal-prevenzjoni tal-kunflitti; jilqa' l-ħolqien ta' Task Force StratCom iddedikata għan-Nofsinhar, li għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi b'mod effettiv biex tkisser u tiġġieled il-propoganda estremista u l-influwenza tal-ISIL/Daesh; |
18. |
Jenfasizza li l-UE u ċ-ċittadini Ewropej huma mira ewlenija għall-ISIL/Daesh u jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jaħdmu aktar mill-qrib sabiex iħarsu lis-soċjetà, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, mir-reklutaġġ, u b'hekk titjieb ir-reżiljenza tagħhom kontra r-radikalizzazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa għal enfasi aktar imsaħħa fuq it-titjib tal-għodod u l-metodi tal-UE, l-aktar fil-qasam ċibernetiku; iħeġġeġ lil kull Stat Membru, b'ħidma mill-qrib maċ-Ċentru ta' Eċċellenza tan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni stabbilit f'Ottubru 2015, jinvestiga u jindirizza b'mod effettiv ir-raġunijiet soċjodemografiċi sottostanti li huma l-kawża ewlenija tal-vulnerabbiltà għar-radikalizzazzjoni kif ukoll l-arranġamenti istituzzjonali multidimensjonali (li jgħaqqdu r-riċerka universitarja, l-amministrazzjonijiet tal-ħabsijiet, il-pulizija, il-qrati, is-servizzi soċjali u s-sistemi edukattivi) u jiġġilidhom; jenfasizza li l-Kunsill appella għall-promozzjoni ta' miżuri ta' reazzjoni tal-ġustizzja kriminali biex jiġġieled ir-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti; |
19. |
Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu biex iwaqqfu l-aċċess tal-ISIL/Daesh għall-finanzjament u għall-fondi u jippromwovu dan il-prinċipju fl-azzjoni esterna tal-UE, u jenfasizza l-bżonn li jesponu in-natura vera tal-ISIL/Daesh u jirrinunzjaw il-leġittimizzazzjoni ideoloġika tagħhom; |
20. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu azzjoni konsistenti mal-UE kollha kontra d-diskors ta' mibegħda li qed jiġi promoss b'mod sistematiku minn predikaturi intolleranti u radikali permezz ta' priedki, kotba, programmi televiżivi, l-internet u mezzi oħra ta' komunikazzjoni li joħolqu art għammiela biex jirnexxu organizzazzjonijiet terroristiċi bħall-ISIL/Daesh u l-Al-Qaeda; |
21. |
Jenfasizza l-importanza li l-UE u l-Istati Membri jikkooperaw ma' fornituri tas-servizzi tal-midja soċjali biex il-propaganda tal-ISIL/Daesh tinfirex permezz ta' mezzi tal-midja soċjali; |
22. |
Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet terroristiċi Iżlamiċi, speċjalment l-ISIL/Daesh u l-Al-Qaeda, huma involuti f'kampanji ta' diżinformazzjoni attivi bil-għan li jimminaw il-valuri u l-interessi Ewropej; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza ta' strateġija speċifika biex jiġu miġġielda l-propaganda u d-diżinformazzjoni Iżlamisti kontra l-UE; |
23. |
Jenfasizza li komunikazzjoni mhux ippreġudikata, affidabbli u oġġettiva u flussi ta' informazzjoni bbażati fuq il-fatti dwar l-iżviluppi fil-pajjiżi tal-UE jipprevjenu t-tixrid tal-propaganda mħeġġa minn partijiet terzi; |
L-istrateġija tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda
24. |
Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Komunikazzjoni Strateġika; jilqa' l-komunikazzjoni konġunta dwar il-Qafas Konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu u jappella li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jiġu approvati u implimentati mingħajr dewmien; jenfasizza li l-azzjonijiet proposti jirrikjedu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-UE u dak nazzjonali; huwa tal-opinjoni li approċċ komprensiv biss jista' jwassal għas-suċċess tal-isforzi tal-UE; jistieden lill-Istati Membri li jkollhom il-presidenza b'rotazzjoni tal-UE biex dejjem jinkludu l-komunikazzjonijiet strateġiċi bħala parti mill-programm tagħhom sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma dwar dan is-suġġett; jilqa' l-inizjattivi u l-kisbiet tal-Presidenza Latvjana f'dan ir-rigward; jistieden lill-VP/RGħ tiżgura komunikazzjoni frekwenti fil-livell politiku mal-Istati Membri sabiex l-azzjonijiet tal-UE jiġu koordinati aħjar; jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-qasam tal-komunikazzjoni strateġika għandha tissaħħaħ b'mod sostanzjali; jilqa' l-intenzjoni tal-Presidenza Slovakka li torganizza konferenza dwar it-totalitarjaniżmu fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew għat-tifkira tal-vittmi tar-reġimi totalitarji; |
25. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE u lill-awtoritajiet jimmonitorjaw mill-qrib s-sorsi ta' finanzjament ta' propaganda kontra l-Ewropa; |
26. |
Jenfasizza li huwa meħtieġ aktar finanzjament biex tiġi appoġġata l-libertà tal-midja fil-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) fil-kamp ta' applikazzjoni tal-istrumenti demokratiċi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward tiżgura l-isfruttament sħiħ tal-istrumenti eżistenti bħalma huma l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), il-PEV, l-Osservatorju tal-Libertà tal-Midja tas-Sħubija tal-Lvant u l-EED fir-rigward tal-ħarsien tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja; |
27. |
Jinnota r-riżorsi enormi ddedikati għal attivitajiet ta' propaganda mir-Russja u l-impatt possibbli ta' propaganda ostili dwar proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-UE u d-dgħufija tal-fiduċja pubblika, it-trasparenza u d-demokrazija; ifaħħar il-ħidma sinifikanti mwettqa mit-Task Force għall-Komunikazzjoni Strateġika tal-UE; jitlob għalhekk li t-Task Force għall-Komunikazzjoni Strateġika tal-UE għall-komunikazzjoni tissaħħaħ billi ssir unità kompluta fi ħdan is-SEAE, responsabbli għall-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar, b'persunal u b'riżorsi baġitarji adegwati, possibbilment permezz ta' linja tal-baġit speċifika addizzjonali; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa bejn is-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri, bil-għan li tiġi vvalutata l-influwenza eżerċitata minn pajjiżi terzi li qed ifittxu li jimminaw il-bażi demokratika u l-valuri tal-UE; jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Parlament u s-SEAE dwar il-komunikazzjoni strateġika, inkluż permezz tal-użu tal-kapaċitajiet analitiċi tal-Parlament u l-Uffiċċji ta' Informazzjoni fl-Istati Membri; |
28. |
Jenfasizza li huwa essenzjali li l-UE tkompli tippromwovi b'mod attiv ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali permezz tal-azzjonijiet esterni tagħha; iqis li l-appoġġ għal-libertà ta' espressjoni, il-libertà ta' għaqda, id-dritt tal-aċċess għall-informazzjoni u l-indipendenza tal-midja fil-pajjiżi ġirien għandhom jirfdu l-azzjonijiet tal-UE fil-ġlieda kontra l-propaganda; |
29. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-pluralità tal-midja u l-oġġettività, l-imparzjalità u l-indipendenza tal-midja fl-Unjoni Ewropea u fil-viċinat tagħha, inklużi l-atturi mhux statali, fost l-oħrajn permezz ta' appoġġ għall-ġurnalisti u l-iżvilupp ta' programmi ta' bini tal-kapaċità għall-atturi tal-midja, bit-trawwim ta' sħubiji u netwerks ta' skambju ta' informazzjoni, bħalma huma pjattaformi ta' kondiviżjoni tal-kontenut, riċerka relatata mal-midja, opportunitajiet ta' mobbiltà u ta' taħriġ għall-ġurnalisti u kollokamenti ma' entitajiet tal-midja bbażati fl-UE biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aqwa prattiki; |
30. |
Jenfasizza r-rwol importanti ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità fil-ġurnaliżmu ġewwa u barra l-UE bil-għan li jiġu prodotti analiżijiet ġurnalistiċi ta' kwalità u standards editorjali għoljin; jisħaq li l-promozzjoni tal-valuri tal-UE tal-libertà tal-istampa u ta' espressjoni u l-pluralità tal-midja tinkludi l-għoti ta' appoġġ lill-ġurnalisti ppersegwitati u li qed jinżammu l-ħabs u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi; |
31. |
Iħeġġeġ kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, il-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), il-Kunsill tal-Ewropa u l-Istati Membri sabiex tiġi evitata duplikazzjoni u tiġi żgurata sinerġija f'inizjattivi simili; |
32. |
Jesprimi d-dispjaċir tiegħu fir-rigward tal-problemi ewlenin relatati mal-indipendenza u l-libertà tal-midja f'ċerti Stati Membri, kif rappurtat minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħal Reporters mingħajr fruntieri; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jadottaw miżuri xierqa biex itejbu s-sitwazzjoni eżistenti fis-settur tal-midja, bil-ħsieb li tiġi żgurata li l-azzjoni esterna tal-UE favur il-libertà, l-imparzjalità u l-indipendenza tal-midja tkun kredibbli; |
33. |
Jitlob lit-Task Force għall-Komunikazzjoni Strateġika, imsaħħa kif propost u taħt l-isem tal-utent ta' Twitter @EUvsDisInfo, twaqqaf spazju fuq l-internet fejn il-pubbliku inġenerali jista' jsib firxa ta' għodod għall-identifikazzjoni ta' diżinformazzjoni, bi spjegazzjoni ta' kif jaħdmu, u li jistgħu jservu ta' mezz ta' trażmissjoni għall-bosta inizjattivi tas-soċjetà ċivili ffukati fuq din il-kwistjoni; |
34. |
Jafferma li strateġija ta' komunikazzjoni effiċjenti għandha tinkludi lill-komunitajiet lokali f'diskussjonijiet dwar l-azzjonijiet tal-UE, tipprovdi appoġġ għal kuntatt interpersonali, u tagħti kunsiderazzjoni adegwata lill-iskambji kulturali u soċjali bħala pjattaformi ewlenin fil-ġlieda kontra l-preġudizzji tal-popolazzjonijiet lokali; ifakkar f'dan ir-rigward, li d-delegazzjonijiet tal-UE għandhom iżommu kuntatt dirett mal-partijiet ikkonċernati fil-livell lokali u mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; |
35. |
Jenfasizza li l-inċitament għall-mibegħda, il-vjolenza jew il-gwerra ma jistax “jinħeba” wara l-libertà ta' espressjoni; jinkoraġġixxi li jittieħdu inizjattivi ġuridiċi f'dan ir-rigward biex ikun hemm aktar responsabbiltà fit-trattament tad-diżinformazzjoni; |
36. |
Jenfasizza l-importanza li l-politiki tal-UE jiġu kkomunikati b'mod koerenti u effettiv, kemm internament kif ukoll esternament, u li jiġu pprovduti komunikazzjonijiet imfassla apposta lil reġjuni speċifiċi, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni bil-lingwi lokali; jilqa' f'dan il-kuntest, il-varar tas-sit web tas-SEAE bir-Russu bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba, u jħeġġeġ li s-sit web tas-SEAE jiġi tradott għal aktar lingwi, bħalma huma l-Għarbi u t-Tork; |
37. |
Jenfasizza r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jkunu attivi, preventivi u kooperattivi fil-ġlieda kontra operazzjonijiet ta' informazzjoni ostili fit-territorji tagħhom jew immirati li jimminaw l-interessi tagħhom; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet ta' komunikazzjoni strateġiċi tagħhom; |
38. |
Jistieden lil kull Stat Membru biex iż-żewġ bullettini ta' kull ġimgħa, The Disinformation Digest u The Disinformation Review tat-Task Force għall-Komunikazzjoni Strateġika tal-UE, isiru disponibbli għaċ-ċittadini tagħhom sabiex tinħoloq sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku inġenerali dwar il-metodi ta' propoganda użati minn partijiet terzi; |
39. |
Jinsisti fuq id-differenza bejn propaganda u kritika; |
40. |
Jenfasizza li filwaqt li mhux neċessarjament il-kritika kollha tal-UE jew il-politiki tagħha tikkostitwixxi propaganda jew diżinformazzjoni, partikolarment meta din issir fil-kuntest tal-espressjoni politika, każijiet ta' manipulazzjoni jew appoġġ marbuta ma' pajjiżi terzi u intenzjonati biex jagħtu n-nar jew jaggravaw lil din il-kritika jagħtu lok biex wieħed jiddubita l-affidabbiltà ta' dawn il-messaġġi; |
41. |
Jenfasizza li filwaqt li wieħed għandu jieħu pożizzjoni rigward il-propaganda u d-diżinformazzjoni kontra l-UE minn pajjiżi terzi, dan ma għandux jixħet dubju fuq l-importanza li jinżammu relazzjonijiet kostruttivi mal-pajjiżi terzi u li dawn isiru sħab strateġiċi fl-indirizzar ta' sfidi komuni; |
42. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Komunikazzjoni Strateġika u l-istabbiliment tat-Tim StratCom tal-Lvant fi ħdan is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), bil-għan li jikkomunika l-politiki tal-UE u jiġġieled il-propaganda u d-diżinformazzjoni kontra l-UE; jitlob biex tiġi intensifikata aktar il-komunikazzjoni strateġika; jemmen li l-effiċjenza u t-trasparenza tal-ħidma tat-Tim StratCom tal-Lvant jeħtieġ li jittejbu aktar; jistieden lis-SEAE jiżviluppa kriterji biex ikejjel l-effiċjenza ta' ħidmietu; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati finanzjament suffiċjenti u persunal adegwat għat-Tim StratCom tal-Lvant; |
43. |
Jinnota li l-Analiżi tad-Diżinformazzjoni, ippubblikata mit-Task Force StratCom tal-Lvant trid tissodisfa l-istandards ipprovduti fid-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti (IFJ) dwar l-Imġiba tal-Ġurnalisti; jenfasizza li din l-analiżi għandha tiġi abbozzata b'mod xieraq, mingħajr l-użu ta' lingwaġġ offensiv jew ġudizzji ta' valur; jistieden lit-Task Force StratCom tal-Lvant teżamina mill-ġdid il-kriterji użati għall-abbozzar ta' din l-analiżi; |
44. |
Jemmen li strateġija effiċjenti biex wieħed jiġġieled il-propaganda kontra l-UE tista' tkun l-adozzjoni ta' miżuri biex tingħata informazzjoni adegwata u interessanti lill-udjenza fil-mira dwar l-attivitajiet tal-UE, il-valuri Ewropej u kwistjonijiet oħra ta' interess pubbliku, u jenfasizza li għal skopijiet bħal dawn jistgħu jintużaw teknoloġiji moderni u netwerks soċjali; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi b'ċerti inizjattivi legali sabiex tkun aktar effettiva u responsabbli meta tittratta d-diżinformazzjoni u l-propaganda u tuża r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat biex tippromwovi t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-midja bħala prijorità strateġika; jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami bir-reqqa tal-effiċjenza ta' strumenti finanzjarji eżistenti tal-UE u tippreżenta proposta għal soluzzjoni komprensiva u flessibbli li tista' tipprovdi appoġġ dirett għall-mezzi tax-xandir indipendenti, il-gruppi ta' riflessjoni u l-NGOs speċjalment fil-lingwa materna tal-grupp fil-mira, u tippermetti l-użu ta' riżorsi addizzjonali lill-organizzazzjonijiet li għandhom il-kapaċità jagħmlu dan, bħall-Fond Ewropew għad-Demokrazija, filwaqt li tnaqqas il-flussi finanzjarji mmirati lejn l-iffinanzjar ta' individwi u entitajiet involuti f'attivitajiet StratCom, l-inċitament għall-vjolenza u l-mibegħda; jistieden lill-Kummissjoni twettaq awditjar bir-reqqa tal-effiċjenza ta' proġetti tal-midja fuq skala kbira ffinanzjati mill-UE, bħal Euronews; |
46. |
Jenfasizza l-importanza li jkun hemm sensibilizzazzjoni, edukazzjoni, midja online u litteriżmu tal-informazzjoni fl-UE u fil-Viċinat, bil-għan li ċ-ċittadini jingħataw is-setgħa janalizzaw b'mod kritiku l-kontenut tal-midja sabiex jidentifikaw il-propaganda; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza li jissaħħaħ l-għarfien fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva; jenfasizza l-ħtieġa li n-nies jiġu mħeġġa favur ċittadinanza attiva u jiżviluppaw l-għarfien tagħhom bħala konsumaturi tal-midja; jenfasizza r-rwol ewlieni ta' għodod online, speċjalment il-midja soċjali fejn it-tixrid ta' informazzjoni ħażina u t-tnedija ta' kampanji ta' diżinformazzjoni huma aktar faċli u ħafna drabi ma jiffaċċjaw l-ebda ostaklu; ifakkar li l-ġlieda kontra l-propaganda permezz ta' propaganda hija kontroproduttiva, u għalhekk jifhem li l-UE, bħala entità sħiħa, u l-Istati Membri, fil-livell individwali, jistgħu jiġġieldu l-propaganda minn partijiet terzi biss billi jiskreditaw kampanji ta' diżinformazzjoni u jagħmlu użu minn messaġġi u informazzjoni pożittivi, u għandhom jiżviluppaw strateġija verament effettiva li tkun divrenzjata u adattata għan-natura tal-atturi li qed ixerrdu l-propaganda; jirrikonoxxi li l-kriżi finanzjarja u l-avvanz ta' forom ġodda ta' midja diġitali ħolqu sfidi serji għal ġurnaliżmu ta' kwalità; |
47. |
Jesprimi tħassib dwar l-użu tal-midja soċjali u l-pjattaformi online għal diskors ta' mibegħda kriminali u l-inċitament għall-vjolenza, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jadattaw u jaġġornaw il-leġiżlazzjoni sabiex jindirizzaw l-iżviluppi li għaddejjin, jew jimplimentaw u jinfurzaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar id-diskors ta' mibegħda, kemm offline kif ukoll online; jisħaq li tinħtieġ kollaborazzjoni akbar mal-pjattaformi online u mal-kumpaniji ewlenin tal-internet u tal-midja; |
48. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu u jiżguraw il-qafas meħtieġ għal ġurnaliżmu ta' kwalità u għal varjetà ta' informazzjoni billi jiġġieldu kontra l-konċentrazzjonijiet tal-midja, li għandhom impatt negattiv fuq il-pluraliżmu tal-midja; |
49. |
Jinnota li l-edukazzjoni fil-midja tipprovdi għarfien u ħiliet, u tagħti s-setgħa liċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' espressjoni, janalizzaw b'mod kritiku l-kontenut tal-midja u jirreaġixxu għad-diżinformazzjoni; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji tad-diżinformazzjoni permezz ta' azzjonijiet ta' litteriżmu medjatiku fil-livelli kollha, inkluż permezz ta' kampanja ta' informazzjoni Ewropea dwar l-etika medjatika, ġurnalistika u editorjali u billi titrawwem kooperazzjoni aħjar mal-pjattaformi soċjali u jiġu promossi inizjattivi konġunti biex jiġu indirizzati d-diskors ta' mibegħda, l-inċitament għall-vjolenza u d-diskriminazzjoni online; |
50. |
Jinnota li l-ebda strateġija ta' setgħa ta' persważjoni ma tista' tirnexxi mingħajr id-diplomazija kulturali u l-promozzjoni tad-djalogu interkulturali bejn u fi ħdan il-pajjiżi, fl-UE u lil hinn minnha; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, azzjonijiet u inizjattivi diplomatiċi pubbliċi u kulturali fit-tul, bħalma huma boroż ta' studju u programmi ta' skambju għall-istudenti u l-professjonisti żgħażagħ, inklużi inizjattivi biex jingħata appoġġ lid-djalogu interkulturali, jissaħħu r-rabtiet kulturali mal-UE u jiġu promossi r-rabtiet kulturali u l-wirt kulturali komuni, u l-għoti ta' taħriġ adatt għall-persunal tad-delegazzjonijiet tal-UE u tas-SEAE biex jgħammruhom b'ħiliet interkulturali adegwati; |
51. |
Jemmen li l-midja pubblika għandha tagħti eżempju ta' kif tingħata informazzjoni imparzjali u oġġettiva f'konformità mal-aħjar prattiki u l-etika tal-ġurnaliżmu; |
52. |
Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-teknoloġiji ġodda – inklużi x-xandir diġitali, il-komunikazzjonijiet mobbli, il-midja online u n-netwerks soċjali, inklużi dawk ta' natura reġjonali – li jiffaċilitaw it-tixrid ta' informazzjoni dwar il-valuri Ewropej imnaqqxa fit-Trattati u jiffaċilitaw ukoll l-għarfien akbar tagħhom; ifakkar li komunikazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu tal-ogħla standard, jinkludu l-aqwa prattiki konkreti u jenfasizzaw l-impatt tal-UE fuq pajjiżi terzi, inklużi l-assistenza umanitarja tal-UE kif ukoll l-opportunitajiet u l-benefiċċji li assoċjazzjoni u kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-UE jġibu għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, bħalma huma l-ivvjaġġar mingħajr viża jew il-bini tal-kapaċità, programmi ta' mobbiltà u ta' skambju fejn applikabbli; |
53. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-portal il-ġdid tal-PEV – li bħalissa qiegħed jiġi żviluppat fil-qafas tal-Programm tal-Viċinat OPEN – ma jakkumulax biss kontenut indirizzat lill-komunitajiet esperti, iżda jkun fih ukoll taqsima mfassla apposta għal udjenzi akbar; huwa tal-opinjoni li l-portal għandu jinkludi taqsima dwar is-Sħubija tal-Lvant, li tiġbor flimkien informazzjoni dwar inizjattivi li bħalissa hija frammentata bejn għadd ta' siti web; |
54. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn il-potenzjal tal-kultura popolari u tad-divertiment għall-edukazzjoni (EE) bħala mezz biex jiġu espressi l-valuri umani kondiviżi u kkomunikati l-politiki tal-UE; |
55. |
Jenfasizza l-appoġġ tiegħu għal inizjattivi bħalma huma ċ-Ċentru Baltiku ta' Eċċellenza fil-Midja, li jinsab f'Riga, iċ-Ċentru ta' Eċċellenza tan-NATO għall-Komunikazzjonijiet Strateġiċi (NATO StratCom COE) jew iċ-Ċentru ta' Eċċellenza tan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jintużaw is-sejbiet u l-analiżi tagħhom u li jissaħħu l-kapaċitajiet analitiċi tal-UE fil-livelli kollha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibdew proġetti simili, jieħdu sehem fit-taħriġ tal-ġurnalisti, jappoġġaw mezzi tax-xandir indipendenti u d-diversità tal-midja, jinkoraġġixxu n-netwerking u l-kooperazzjoni bejn il-midja u gruppi ta' riflessjoni u jaqsmu l-aħjar prattiki u l-informazzjoni f'dawn l-oqsma; |
56. |
Jikkundanna t-trażżin regolari fil-konfront tal-midja indipendenti, il-ġurnalisti u l-attivisti tas-soċjetà ċivili fir-Russja u fit-territorji okkupati, inkluż fil-Krimea minn meta saret l-annessjoni illegali tagħha; jenfasizza li mill-1999 'l hawn fir-Russja, għexieren ta' ġurnalisti nqatlu, għebu mingħajr ħjiel jew tqiegħdu l-ħabs; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-protezzjoni tal-ġurnalisti fir-Russja u fil-Viċinat tal-UE u jappoġġaw is-soċjetà ċivili Russa u jinvestu f'kuntatti interpersonali; jappella għall-ħelsien immedjat tal-ġurnalisti; jinnota li l-UE qiegħda ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mas-sħab tagħha tal-Lvant u pajjiżi ġirien oħra, u qed iżżomm miftuħa l-linji ta' komunikazzjoni mar-Russja; jirrikonoxxi li l-ikbar ostaklu għall-kampanji ta' diżinformazzjoni Russi jkun l-eżistenza ta' midja ħielsa u indipendenti fir-Russja nnifisha; iqis li dan għandu jkun l-għan tal-UE; jitlob li jingħataw attenzjoni speċjali u riżorsi suffiċjenti għall-pluraliżmu tal-midja, il-midja lokali, il-ġurnaliżmu investigattiv, u l-midja f'lingwi barranin, partikolarment bir-Russu, l-Għarbi, il-Farsi, it-Tork u l-Urdu, kif ukoll b'lingwi oħrajn mitkellma minn popolazzjonijiet vulnerabbli għall-propaganda; |
57. |
Jappoġġa l-kampanji ta' komunikazzjoni mwettqa minn atturi rilevanti fis-Sirja, l-Iraq u fir-reġjun (inklużi f'pajjiżi tal-oriġini tal-ġellieda barranin) biex tkun skreditata l-ideoloġija tal-ISIL/Daesh u jiġi ddenunzjat il-ksur tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem, u biex ikun miġġieled l-estremiżmu vjolenti u d-diskors ta' mibegħda marbut ma' gruppi oħrajn fir-reġjun; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex, fid-djalogu tagħhom mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, jenfasizzaw li l-governanza tajba, ir-responsabbiltà, it-trasparenza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma prerekwiżiti essenzjali biex jipproteġu lil dawn is-soċjetajiet mit-tixrid ta' ideoloġiji vjolenti u intolleranti li jispiraw organizzazzjonijiet terroristiċi bħall-ISIL/Daesh u l-Al-Qaeda; jenfasizza, fid-dawl taż-żieda fit-theddid terroristiku mill-ISIL/Daesh u organizzazzjonijiet terroristiċi internazzjonali oħra, il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' sigurtà ma' pajjiżi li għandhom esperjenza estensiva fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
58. |
Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill jikkonfermaw l-appoġġ sħiħ tal-UE għall-proċess ta' implimentazzjoni li għaddej u jikkontribwixxu finanzjarjament għat-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju ta' fattibbiltà dwar l-Inizjattivi tal-Midja bil-Lingwa Russa fis-Sħubija tal-Lvant u lil hinn, li sar mill-Fond Ewropew għad-Demokrazija fl-2015; |
o
o o
59. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-SEAE u lin-NATO. |
(1) ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 25.
(2) ĠU C 434, 23.12.2015, p. 24.
(3) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 35.
(4) Testi adottati, P8_TA(2015)0272.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0410.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/68 |
P8_TA(2016)0442
Il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2016 dwar il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali (2016/2952(RSP))
(2018/C 224/09)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 5, 9, 10, 19, 168 u 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 1988 dwar il-lingwi tas-sinjali għal persuni neqsin mis-smigħ (1), u tat-18 ta' Novembru 1998 dwar il-lingwi tas-sinjali (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (is-CRPD) tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 4 (2016) tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà dwar id-dritt għal edukazzjoni inklużiva (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (“id-Direttiva”) (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV – approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja (8), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' politika tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni (9), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-2 ta' Diċembru 2015, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku (COM(2012)0721), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (10), |
— |
wara li kkunsidra l-Eżiti tat-Tagħlim u l-Linji Gwida tal-Valutazzjoni tal-Forum Ewropew tal-Interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali (efsli) għall-opportunitajiet indaqs ta' taħriġ għal interpreti tal-lingwa tas-sinjali u servizzi ta' kwalità għal ċittadini neqsin mis-smigħ madwar l-Unjoni kollha (11), |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida efsli/EUD għall-interpreti tal-lingwa tas-sinjali għal laqgħat fuq livell internazzjonali/Ewropew (12), |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida AIIC għall-interpreti tal-lingwa mitkellma li jaħdmu f'timijiet imħallta (13), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-efsli dwar id-drittijiet għal servizzi ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali waqt studju jew xogħol f'pajjiż barrani (14), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi, bħala ċittadini sħaħ, il-persuni kollha b'diżabilità, b'mod partikulari n-nisa u t-tfal, inklużi l-persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ, inklużi dawk li jużaw il-lingwa tas-sinjali u dawk li ma jużawhiex, għandhom drittijiet ugwali u huma intitolati għal dinjità indiskutibbli, trattament ugwali, għajxien indipendenti, awtonomija u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà; |
B. |
billi t-TFUE jobbliga lill-Unjoni tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha (l-Artikolu 10) u jagħtiha s-setgħa li tadotta leġiżlazzjoni li tindirizza tali diskriminazzjoni (l-Artikolu 19); |
C. |
billi l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità u jipprevedu l-parteċipazzjoni ugwali tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà; |
D. |
billi hemm madwar miljun utent nieqes mis-smigħ tal-lingwa tas-sinjali fl-UE (15) u 51 miljun ċittadin b'diffikultajiet ta' smigħ (16), li ħafna minnhom huma wkoll persuni li jużaw il-lingwa tas-sinjali; |
E. |
billi l-lingwi tas-sinjali nazzjonali u reġjonali huma lingwi naturali kompluti bil-grammatika u s-sintassi tagħhom ugwali għal lingwi mitkellma (17); |
F. |
billi l-politika ta' multilingwiżmu tal-UE tippromwovi t-tagħlim ta' lingwi barranin u billi wieħed mill-għanijiet tagħha hu li kull Ewropew ikun jaf jitkellem b'żewġ lingwi oħra minbarra l-lingwa omm tiegħu; billi t-tagħlim u l-promozzjoni tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali u reġjonali jistgħu jappoġġjaw dan l-objettiv; |
G. |
billi l-aċċessibbiltà hija prerekwiżit sabiex il-persuni b'diżabilitajiet ikunu jistgħu jgħixu indipendentement u jipparteċipaw bis-sħiħ u b'mod ugwali fis-soċjetà (18); |
H. |
billi l-aċċessibbiltà mhijiex limitata biss għall-aċċessibilità fiżika tal-ambjent iżda testendi għall-aċċessibilità ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż fil-forma ta' forniment tal-kontenut fil-lingwa tas-sinjali (19); |
I. |
billi l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali huma ugwali għall-interpreti tal-lingwa mitkellma f'termini ta' kompiti u funzjonijiet; |
J. |
billi s-sitwazzjoni tal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali hija eteroġenja fost l-Istati Membri, u tvarja minn appoġġ informali għall-familja sa interpreti professjonisti b'formazzjoni universitarja u kompletament ikkwalifikati; |
K. |
billi hemm nuqqas ta' interpreti ikkwalifikati u professjonali tal-lingwa tas-sinjali fl-Istati Membri kollha u billi l-proporzjon ta' dawk li jużaw il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti tal-lingwa tas-sinjali jvarja bejn 8:1 u 2 500:1, b'medja ta' 160:1 (20); |
L. |
billi tressqet petizzjoni (21) quddiem il-Parlament li talbitu jippermetti li jiġu ppreżentati petizzjonijiet bil-lingwi tas-sinjali nazzjonali u reġjonali tal-UE; |
M. |
billi d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar il-Lingwi tas-Sinjali fl-Unjoni Ewropea (22) tippromwovi approċċ nondiskriminatorju għall-użu ta' lingwa tas-sinjali naturali, kif meħtieġ skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li ġiet ratifikata mill-UE u l-Istati Membri kollha tal-UE minbarra wieħed; |
N. |
billi l-livell u l-kwalità ta' sottotitoli fuq it-televiżjoni pubblika u privata tvarja b'mod konsiderevoli fost l-Istati Membri, li tvarja minn anqas minn 10 % sa kważi 100 %, u bi standards ta' kwalità li jvarjaw ħafna (23); billi hemm nuqqas ta' dejta fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fir-rigward tal-livell ta' interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali fuq it-televiżjoni; |
O. |
billi l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda tal-lingwa jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal dawk li jużaw il-lingwa tas-sinjali; |
P. |
billi, skont is-CRPD, iċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli tikkostitwixxi diskriminazzjoni u billi, skont id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, għandha tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli sabiex tiġi ggarantita l-konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali; |
Q. |
billi bħalissa ċ-ċittadini torox, torox-għomja jew neqsin mis-smigħ m'għandhom l-ebda aċċess għal komunikazzjoni diretta għall-Membri tal-Parlament Ewropew u għall-amministraturi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u, viċi versa, għal persuni neqsin mis-smigħ jew neqsin mis-smigħ fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE; |
Interpreti kwalifikati u professjonali tal-lingwa tas-sinjali
1. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' interpreti kwalifikati u professjonali tal-lingwa tas-sinjali, li tista' biss tiġi ssodisfata fuq il-bażi tal-approċċ li ġej:
|
2. |
Jirrikonoxxi li l-għoti ta' servizzi ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali ta' kwalità għolja:
|
3. |
Jirrikonoxxi li l-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali tikkostitwixxi servizz professjonali li jeħtieġ remunerazzjoni xierqa; |
Id-distinzjoni bejn l-aċċessibbiltà u l-akkomodazzjoni raġonevoli (25)
4. |
Japprezza li l-aċċessibbiltà hija ta' benefiċċju għal ċerti gruppi u hija bbażata fuq sett ta' standards li jiġu implimentati gradwalment; |
5. |
Huwa konxju li l-isproporzjonalità jew il-piż eċċessiv mhux dovut ma jistgħux jintużaw bħala argument biex wieħed jiddefendi n-nuqqas li jipprovdi aċċessibbiltà; |
6. |
Jirrikonoxxi li l-akkomodazzjoni raġonevoli tirrigwarda l-individwu u timxi id f'id mal-obbligu tal-aċċessibilità; |
7. |
Jinnota wkoll li individwu jista' jitlob miżuri ta' akkomodazzjoni raġonevoli anki jekk l-obbligu tal-aċċessibbiltà jkun ġie sodisfat; |
8. |
Jifhem li l-forniment ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali jista' jikkostitwixxi miżura ta' aċċessibbiltà jew miżuri raġonevoli ta' akkomodazzjoni, skont is-sitwazzjoni; |
L-aċċessibbiltà
9. |
Jenfasizza li ċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni u komunikazzjoni daqs il-pari tagħhom fil-forma ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, is-sottotitoli, il-konverżjoni tal-kliem mitkellem f'kitba (speech-to-text) u/jew forom alternattivi ta' komunikazzjoni, inklużi interpreti orali; |
10. |
Jenfasizza li jeħtieġ li s-servizzi pubbliċi u governattivi, inkluż il-kontenut online tagħhom, ikunu aċċessibbli b'mod dirett permezz ta' intermedjarji bħal interpreti tal-lingwa tas-sinjali fuq il-post, iżda wkoll permezz ta' servizzi remoti alternattivi bbażati fuq l-internet, fejn xieraq; |
11. |
Itenni l-impenn tiegħu li jagħmel il-proċess politiku kemm jista' jkun aċċessibbli, inkluż bil-forniment ta' interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali; jinnota li dan jinkludi elezzjonijiet, konsultazzjonijiet pubbliċi u avvenimenti oħrajn, kif xieraq; |
12. |
Jenfasizza r-rwol dejjem jikber tat-teknoloġiji lingwistiċi fl-għoti ta' aċċess ugwali għal kulħadd għall-ispazju diġitali; |
13. |
Jirrikonoxxi l-importanza ta' standards minimi biex jiżguraw l-aċċessibbiltà, speċjalment fid-dawl ta' teknoloġiji ġodda u emerġenti, bħalma huwa l-forniment ta' servizzi ta' interpretazzjoni u ta' sottotitoli bil-lingwa tas-sinjali bbażati fuq l-internet; |
14. |
Jinnota li, filwaqt li l-għoti tal-kura tas-saħħa hija kompetenza tal-Istati Membri, din għandha taqdi l-ħtiġijiet ta' pazjenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, pereżempju billi tipprovdi interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali u taħriġ ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal, b'attenzjoni partikolari għan-nisa u t-tfal; |
15. |
Jirrikonoxxi li l-aċċess ugwali għall-ġustizzja għaċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, tista' tiġi żgurata biss permezz tal-forniment ta' interpreti kwalifikati b'mod xieraq u professjonali tal-lingwa tas-sinjali; |
16. |
Jinsab konxju tal-importanza ta' servizzi ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni akkurati u preċiżi, b'mod partikolari fil-qorti u f'ambjenti legali oħra; itenni, għalhekk, l-importanza ta' interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali speċjalizzati u bi kwalifiki għolja, partikolarment f'dawk il-kuntesti; |
17. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ u d-dispożizzjonijiet speċifiċi, bħall-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali u l-informazzjoni bbażata fuq it-test aċċessibbli f'ħin reali fil-każ ta' diżastri, għall-persuni b'diżabilitajiet f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati, emerġenzi umanitarji u diżastri naturali (26); |
Impjiegi, edukazzjoni u taħriġ
18. |
Jinnota li, sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta' akkomodazzjoni raġonevoli, li jinkludu l-forniment ta' interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali; |
19. |
Jenfasizza li jeħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni bilanċata u olistika dwar il-lingwa tas-sinjali u xi jfisser li persuna tkun nieqsa mis-smigħ sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati fl-aħjar interess tat-tfal tagħhom; |
20. |
Jenfasizza li l-programmi ta' intervent bikri huma kruċjali għat-tfal fl-iżvilupp tal-ħiliet għall-ħajja, inklużi l-ħiliet lingwistiċi; jinnota, barra minn hekk, li dawk il-programmi għandhom idealment jinkludu persuni neqsin mis-smigħ bħala mudelli eżemplari; |
21. |
Jenfasizza li l-istudenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ u l-ġenituri tagħhom jeħtieġ li jingħataw l-opportunità li jitgħallmu l-lingwa tas-sinjali nazzjonali jew reġjonali tal-ambjent tagħhom permezz ta' servizzi ta' qabel l-iskola u fl-iskola (27); |
22. |
Jenfasizza li l-lingwa tas-sinjali għandha tiġi inkluża fil-kurrikuli edukattivi sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-lingwa tas-sinjali u jiżdied l-użu tagħha; |
23. |
Jenfasizza li jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiġi rikonoxxuta u promossa l-identità lingwistika tal-komunità nieqsa mis-smigħ (28); |
24. |
Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu t-tagħlim tal-lingwa tas-sinjali bl-istess mod bħal-lingwi barranin; |
25. |
Jenfasizza li l-interpreti kkwalifikati tal-lingwa tas-sinjali u l-għalliema b'kompetenza fil-lingwa tas-sinjali u mgħammra bil-ħiliet biex jaħdmu effettivament f'ambjenti ta' edukazzjoni inklużiva bilingwi jiffurmaw parti essenzjali tal-kisba akkademika tat-tfal u ż-żgħażagħ neqsin mis-smigħ, u jwasslu għal riżultati edukattivi ogħla u rati ta' qgħad aktar baxxi fuq medda twila ta' żmien; |
26. |
Jenfasizza n-nuqqas mifrux ta' kotba tal-iskola u materjal tat-tagħlim tas-sinjali bilingwi f'lingwi u formati aċċessibbli; |
27. |
Iħeġġeġ sabiex il-prinċipju tal-libertà tal-moviment għall-persuni torox, torox-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ fl-UE jkun iggarantit, speċjalment fil-kuntest tal-programm Erasmus + u ta' programmi ta' mobilità relatati, billi jiġi żgurat li fuq il-parteċipanti ma jaqax il-piż sproporzjonat li jkollhom jieħdu ħsieb tal-arranġamenti għall-interpretazzjoni tagħhom stess; |
28. |
Jilqa' l-proġett pilota Karta Ewropea tad-Diżabilità; jiddispjaċih għall-esklużjoni tal-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali fil-proġett peress li dan ifixkel b'mod sinifikanti l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema u studenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ fl-UE; |
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropeja
29. |
Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jirrappreżentaw eżempji tal-aħjar prattika għall-persunal, uffiċjali eletti u apprendisti tagħhom u vis-à-vis iċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tal-forniment ta' akkomodazzjoni raġonevoli u aċċessibbiltà, li tinkludi l-forniment ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali; |
30. |
Jilqa' l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-UE diġà, fuq bażi ad hoc, qed jipprovdu aċċessibbiltà għall-avvenimenti pubbliċi u laqgħat tal-kumitati; huwa tal-fehma li s-sottotitoli u il-konverżjoni tal-kliem mitkellem f'kitba għandhom jitqiesu bħala miżura alternattiva iżda ugwali u meħtieġa għall-persuni b'diffikultajiet ta' smigħ li ma jużawx il-lingwa tas-sinjali, u li dan huwa wkoll rilevanti għall-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-UE f'termini tal-forniment ta' akkomodazzjoni raġonevoli skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol; |
31. |
Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom sistema stabbilita li tipprovdi interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali permezz tad-dipartimenti tal-interpretazzjoni rispettivi tagħhom għall-finijiet ta' aċċessibilità; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jużaw dawn is-sistemi eżistenti anki meta jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli għall-persunal u/jew uffiċjali eletti, u b'hekk effettivament jimminimizzaw il-piż amministrattiv fuq l-individwu u l-istituzzjonijiet; |
32. |
Iħeġġeġ b'saħħa lill-istituzzjonijiet jagħtu formalment lill-interpreti tal-lingwa tas-sinjali l-istess status bħall-interpreti tal-lingwa mitkellma fir-rigward tas-servizzi ta' interpretazzjoni li huma jipprovdu lill-istituzzjonijiet u/jew lill-impjegati u l-uffiċjali maħturin tagħhom, inkluż l-aċċess għal appoġġ teknoloġiku u materjali u dokumenti preparatorji; |
33. |
Iħeġġeġ lill-Eurostat jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-UE jingħataw statistika dwar l-utenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu, jimplimentaw u janalizzaw aħjar il-politiki lingwistiċi u dwar id-diżabilità tagħhom; |
34. |
Iħeġġeġ lis-servizz tal-viżitaturi tal-Parlament jaqdi l-ħtiġijiet tal-viżitaturi neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, billi b'mod dirett jipprovdu aċċess b'lingwa tas-sinjali nazzjonali jew reġjonali u b'servizzi ta' konverżjoni tal-kliem mitkellem f'kitba; |
35. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet jimplimentaw bis-sħiħ il-proġett pilota INSIGN tal-UE, li huwa tweġiba għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar l-implimentazzjoni ta' applikazzjoni u servizz fil-ħin reali tal-lingwa tas-sinjali, u li għandu l-għan li jtejjeb il-komunikazzjoni bejn persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ u l-istituzzjonijiet tal-UE (29); |
o
o o
36. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 187, 18.7.1988, p. 236.
(2) ĠU C 379, 7.12.1998, p. 66.
(3) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0318.
(5) http://www.ohchr.org/Documents/HRBodies/CRPD/GC/RighttoEducation/CRPD-C-GC-4.doc
(6) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(7) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0107.
(9) http://www.youthforum.org/assets/2016/04/0099-16_Policy_Paper_Equality_Non-discrimination_FINAL2.pdf
(10) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1.
(11) http://efsli.org/publications
(12) http://efsli.org/efsliblu/wp-content/uploads/2012/09/SL-Interpreter-Guidelines.pdf
(13) http://aiic.net/page/6701/guidelines-for-spoken-language-interpreters-working-in-mixed-teams/lang/1
(14) http://efsli.org/efsliblu/wp-content/uploads/2012/09/R1101-The-right-to-sign-language-interpreting-services-when-working-or-studying-abroad.pdf
(15) http://europa.eu/rapid/press-release_IP-13-511_en.htm
(16) European Federation of Hard of Hearing People (Federazzjoni Ewropea tal-Persuni neqsin mis-smigħ) (EFHOH) http://www.efhoh.org/about_us
(17) Brentari, D., ed. (2010) Sign Languages. Cambridge University Press.
Pfau, R., Steinbach M. & Bencie W., eds. (2012) Sign Language: An International Handbook. De Gruyter.
(18) Kumment Ġenerali Nru 2 tal-Kumitat għad-drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, CRPD/C/GC/2.
(19) Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD), Artikolu 9.
(20) WIT, M. de (2016, għadu mhux ippubblikat). Sign Language Interpreting in Europe, edizzjoni tal-2016.
(21) Petizzjoni Nru 1056-16.
(22) Id-Dikjarazzjoni ta' Brussell (2010), l-Unjoni Ewropea tal-Persuni Torox (EUD) http://www.eud.eu/files/8514/5803/7674/brussels_declaration_FINAL.pdf
(23) EFHOH (2015). State of subtitling access in EU. Disponibbli fuq: http://media.wix.com/ugd/c2e099_0921564404524507bed2ff3648781a3c.pdf
(24) efsli (2013), Learning Outcomes for Graduates of a Three Year Interpreting Training Programme.
(25) CRPD/C/GC/4, paragrafu 28.
(26) Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD), Artikolu 11.
(27) http://www.univie.ac.at/designbilingual/downloads/De-Sign_Bilingual_Findings.pdf
(28) Kumment Ġenerali Nru 4 tal-Kumitat għad-drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, CRPD/C/GC/4, disponibbli fuq: http://www.ohchr.org/Documents/HRBodies/CRPD/GC/RighttoEducation/CRPD-C-GC-4.doc
(29) http://www.eud.eu/projects/past-projects/insign-project/
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/75 |
P8_TA(2016)0443
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bentażon
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2016 dwar l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bentażon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (D047341/00 – 2016/2978(RSP))
(2018/C 224/10)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bentażon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (D047341/00, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva bentażon (3), |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi s-sustanza attiva bentażon taġixxi bħala erbiċida selettiva post-emerġenti kontra ħaxix ħażin bil-weraq wiesa' f'firxa kbira ta' wċuħ tar-raba' u tintuża b'mod komuni fl-agrikoltura; |
B. |
billi s-sustanza attiva bentażon għandha potenzjal kbir li tnixxi direttament fl-ilma ta' taħt l-art minħabba l-karatteristiċi inerenti tagħha; |
C. |
billi data mill-Aġenzija Ambjentali tar-Renju Unit turi li s-sustanza attiva bentażon hija l-pestiċida approvata li l-aktar li tiġi identifikata fl-ilma ta' taħt l-art fir-Renju Unit, u tinsab ukoll fl-ilmijiet tal-wiċċ; billi teżisti sitwazzjoni simili madwar l-Ewropa; |
D. |
billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/549 tat-8 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva bentażon sat-30 ta' Ġunju 2017 għax il-valutazzjoni tas-sustanza ġiet posposta; |
E. |
billi l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bentażon skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (minn hawn 'il quddiem l- ''abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni'') jipprevedi, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni xjentifika mwettqa mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), l-awtorizzazzjoni ta' bentażon sal-31 ta' Jannar 2032, jiġifieri, għall-itwal żmien possibbli; |
F. |
billi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, ġew inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet fl-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari l-ħtieġa li tiġi pprovduta aktar informazzjoni ta' konferma; |
G. |
billi wara kunsiderazzjoni tal-kummenti riċevuti fuq ir-Rapport ta' Valutazzjoni tat-Tiġdid (RAR), ġie konkluż li għandha tintalab informazzjoni addizzjonali mill-applikanti; |
H. |
billi wara kunsiderazzjoni tal-kummenti riċevuti dwar l-RAR, ġie konkluż li l-EFSA għandha twettaq konsultazzjoni ta' esperti fl-oqsma tat-tossikoloġija tal-mammiferi, ir-residwi, id-destin u l-imġiba tal-ambjent u l-ekotossikoloġija u għandha tadotta konklużjoni dwar jekk is-sustanza attiva bentażon tistax tkun mistennija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; |
I. |
billi l-applikanti huma meħtieġa jissottomettu informazzjoni ta' konferma fir-rigward tat-testijiet ta' livell 2/3 attwalment indikati fil-Qafas Kunċettwali tal-OECD biex jiġi indirizzat il-potenzjal għal modalità ta' azzjoni b'medjazzjoni endokrinali fir-rigward tal-effetti b'rabta mal-iżvilupp osservati fi studju ta' tossiċità tal-iżvilupp fil-firien (żieda ta' telf wara l-impjantazzjoni, għadd imnaqqas ta' feti ħajjin u żvilupp fetali tard fin-nuqqas ta' tossiċità materna ċara li tissuġġerixxi li l-klassifikazzjoni bħala reprotossika fil-kategorija 2 tista' tkun adegwata); |
J. |
billi l-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur ma ġietx finalizzata għax id-definizzjonijiet proposti ta' residwu għall-valutazzjoni tar-riskju fil-pjanti u għall-infurzar fil-bhejjem kienu meqjusa bħala proviżorji minħabba li ġew identifikati lakuni fid-data; |
K. |
billi l-valutazzjoni tal-esponiment tal-ilma ta' taħt l-art għall-bentażon prinċipali u l-metabolit N-metil-bentażon ma ġietx iffinalizzata; billi m'hemmx informazzjoni dwar il-potenzjal għall-esponiment tal-ilma ta' taħt l-art meta r-rati ta' applikazzjoni annwali jkunu 'l fuq minn 960 g a.s./ha. (intalbu użi rappreżentattivi ta' massimu ta' 1 440 g a.s./ha); |
L. |
billi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova sustanza attiva filwaqt li fl-istess ħin titlob data li tikkonferma s-sigurtà tagħha (magħrufa bħala proċedura ta' data konfermatorja) tippermetti li s-sustanza attiva titqiegħed fis-suq qabel mal-Kummissjoni tkun kisbet id-data kollha meħtieġa biex tappoġġa dik id-deċiżjoni; |
M. |
billi d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-18 ta' Frar 2016 fil-kawża12/2013/MDC dwar il-prattiki tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (pestiċidi), appellat lill-Kummissjoni biex tuża l-proċedura ta' data konfermatorja b'mod restrittiv u strettament f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex, fi żmien sentejn mid-Deċiżjoni tal-Ombudsman, tibgħat rapport li juri li l-għadd ta' deċiżjonijiet b'informazzjoni konfermatorja naqas b'mod sostanzjali meta mqabbel mal-approċċ attwali;; |
N. |
billi l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jonqos milli jimplimenta l-proposti tal-Ombudsman Ewropew għal soluzzjoni biex titjieb is-sistema tal-approvazzjoni tal-pestiċidi tal-Kummissjoni; |
O. |
billi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, it-tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanzi attivi m'għandux ikun għal perjodu ta' aktar minn 15-il sena; billi l-perjodu ta' approvazzjoni għandu jkun proporzjonali mar-riskji inerenti possibbli fl-użu ta' tali sustanzi; billi l-prinċipju ta' prekawzjoni li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jiġi applikat, jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li ma tapprovax sustanzi attivi f'każijiet fejn is-saħħa pubblika jew l-ambjent jistgħu jkunu f'periklu; |
P. |
billi l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-EFSA jipproponi li s-sustanza attiva bentażon tiġi kklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni ta' kategorija 2 skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008; |
Q. |
billi kwistjoni tkun elenkata bħala qasam kritiku ta' tħassib meta jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex issir valutazzjoni għall-użi rappreżentattivi f'konformità mal-Prinċipji Uniformi skont l-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011, u fejn din il-valutazzjoni ma tippermettix li jiġi konkluż li għal mill-inqas wieħed mill-użi rappreżentattivi jista' jkun mistenni li prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva mhu se jkollu l-ebda effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ilma ta' taħt l-art jew xi influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent; |
R. |
billi skont il-konklużjonijiet tal-EFSA, ġew identifikati oqsma kritiċi ta' tħassib, b'mod partikolari l-fatt li l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku propost għaż-żewġ applikanti ma kinitx paragunabbli mal-materjali użati fl-ittestjar biex joħorġu l-valuri tossikoloġiċi ta' referenza u ma ntweriex li l-materjal tekniku użat fl-istudji dwar l-ekotossiċità jirrappreżenta kif xieraq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għaż-żewġ applikanti; |
1. |
Iqis li l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009; |
2. |
Iqis li l-valutazzjoni dwar l-użi rappreżentattivi tas-sustanza attiva bentażon mhijiex biżżejjed biex tikkonkludi li, għal mill-inqas wieħed mill-użi rappreżentattivi, prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva bentażon jista' jkun mistenni li mhux se jkollu xi effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ilma ta' taħt l-art jew xi influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffinanzjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward ta' soluzzjonijiet alternattivi sostenibbli u kosteffiċjenti għal prodotti għall-kontroll ta' organiżmi ta' ħsara, bil-ħsieb li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent; |
4. |
Iqis li, bl-applikazzjoni tal-proċedura ta' data konfermatorja għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva bentażon, il-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u kisret il-prinċipju ta' prekawzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni, titlob u tivvaluta kwalunkwe informazzjoni nieqsa rilevanti bħala kwistjoni ta' prijorità; |
6. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) EFSA Journal 2015; 13(4):4077.
Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2016
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/78 |
P8_TA(2016)0444
Il-każ ta' Gui Minhai, pubblikatur inkarċerat fiċ-Ċina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-każ ta' Gui Minhai, pubblikatur inkarċerat fiċ-Ċina (2016/2990(RSP))
(2018/C 224/11)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-każ tal-pubblikaturi tal-kotba neqsin f'Hong Kong (1), tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar ir-relazzjonijiet UE-Ċina (2) u tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-25 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta' Jannar 2016 tal-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar l-għajbien ta' individwi assoċjati mad-dar ta' pubblikazzjoni Mighty Current f'Hong Kong, |
— |
wara li kkunsidra t-18-il Rapport Annwali tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali (RAS) ta' Hong Kong ta' April 2016, |
— |
wara li kkunsidra d-djalogu UE-Ċina rigward id-drittijiet tal-bniedem, imniedi fl-1995, u l-34 sessjoni li ġiet organizzata f'Beijing fit-30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-16 ta' Frar 2016 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u tas-SEAE lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Elements for a new EU strategy on China” (Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina), tat-22 ta' Ġunju 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Liġi Bażika tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (minn hawn 'il quddiem “il-Liġi Bażika”), b'mod partikolari l-artikoli dwar il-libertajiet personali u l-libertà tal-istampa, kif ukoll l-Ordinanza dwar id-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet ta' Hong Kong (Hong Kong Bill of Rights Ordinance), |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-liġi ġdida dwar is-sigurtà nazzjonali mill-Kumitat Permanenti tal-Kungress Popolari Nazzjonali Ċiniż fl-1 ta' Lulju 2015, l-adozzjoni ta' liġi ġdida dwar il-ġestjoni tal-NGOs barranin mill-Kungress Popolari Nazzjonali fit-28 ta' April 2016 u l-adozzjoni tal-liġi ġdida dwar iċ-ċibersigurtà fis-7 ta' Novembru 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi Gui Minhai, pubblikatur tal-kotba u azzjonist tad-dar ta' pubblikazzjoni u ta' ħanut tal-kotba li jbigħ xogħlijiet letterarji li jikkritikaw lil Beijing, għeb f'Pattaya, it-Tajlandja, fis-17 ta' Ottubru 2015 mingħajr traċċa; |
B. |
billi bejn Ottubru u Diċembru 2015 erba' residenti oħra ta' Hong Kong (Lui Bo, Zhang Zhiping, Lam Wing-Kee u Lee Bo) li kienu jaħdmu fl-istess ħanut tal-kotba għebu wkoll; |
C. |
billi Gui Minhai huwa ċittadin Żvediż ta' oriġini Ċiniża u għalhekk ċittadin tal-UE; |
D. |
billi fis-17 ta' Jannar 2016 Gui Minhai deher f'xandira tat-televiżjoni Ċiniża u apparentement irrikonoxxa li kien irritorna volontarjament fiċ-Ċina kontinentali sabiex jiġi ġġudikat għal allegat reat li kien jinvolvi inċident bil-karozza fl-2003; billi hemm raġunijiet serji biex wieħed jemmen li l-apparizzjoni tiegħu fuq it-televiżjoni kienet orkestrata u li kien ingħata dokument li kellu jaqra minnu; |
E. |
billi Gui Minhai ilu taħt arrest għal aktar minn sena, f'iżolament, u billi mhux magħruf fejn jinsab; billi Gui Minhai huwa l-uniku bejjiegħ tal-kotba tal-grupp li għadu l-ħabs; |
F. |
billi l-awtoritajiet Żvediżi talbu l-appoġġ sħiħ tal-awtoritajiet Ċiniżi biex jitħarsu d-drittijiet taċ-ċittadin tagħhom, kif ukoll tal-individwi l-oħra li “għebu”; billi la l-familja ta' Gui Minhai u lanqas il-Gvern Żvediż ma ġew infurmati b'xi akkuża formali miġjuba kontrih, jew dwar il-post formali tad-detenzjoni tiegħu; |
G. |
billi Lui Bo u Zhang Zhiping tħallew jirritornaw Hong Kong, rispettivament fl-4 ta' Marzu u fit-8 ta' Marzu 2016, wara li kienu detenuti fiċ-Ċina kontinentali; billi huma talbu lill-pulizija jwaqqgħu l-kawżi rispettivi tagħhom u marru lura fiċ-Ċina kontinentali fl-istess jum li kienu waslu; billi Lee Bo mar lura Hong Kong fl-24 ta' Marzu 2016 u jiċħad li kien inħataf; billi Lam Wing-Kee rritorna Hong Kong fis-16 ta' Ġunju 2016; |
H. |
billi f'Ġunju 2016, Lam Wing-Kee, wieħed mill-pubblikaturi, mar lura Hong Kong biex jagħlaq l-inkjesta dwar l-għajbien tiegħu, iżda minflok ma rritorna lejn il-kontinent qal lill-midja li kien inħataf mis-servizzi ta' sigurtà Ċiniżi, inżamm iżolat u ġie mġiegħel jistqarr li wettaq reati li ma kienx ikkommetta quddiem il-kameras tat-televiżjoni; |
I. |
billi Hong Kong jiddefendi u jipproteġi l-libertajiet tal-kelma, ta' espressjoni u ta' pubblikazzjoni; billi l-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe materjal li jikkritika lill-mexxejja Ċiniżi hija legali f'Hong Kong, għalkemm hija pprojbita fiċ-Ċina kontinentali; billi l-prinċipju ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” jiggarantixxi l-awtonomija ta' Hong Kong minn Beijing fir-rigward ta' tali libertajiet li huma minquxa fl-Artikolu 27 tal-Liġi Bażika; |
J. |
billi fir-Rapport Annwali tal-2015 dwar ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong, is-SEAE u l-Kummissjoni jqisu l-każ tal-ħames pubblikaturi tal-kotba bħala l-aktar sfida serja għal-Liġi Bażika ta' Hong Kong u, l-prinċipju ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” minn meta Hong Kong reġgħet ingħaqdet mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) fl-1997; billi l-aġenziji tal-infurzar legali biss f'Hong Kong għandhom l-awtorità legali biex jinfurzaw il-liġi f'Hong Kong; |
K. |
billi l-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura rrapporta t-tħassib serju tiegħu dwar rapporti konsistenti minn diversi sorsi dwar il-kontinwazzjoni ta' prattika ta' detenzjoni illegali f'postijiet ta' detenzjoni li la huma rikonoxxuti u lanqas huma uffiċjali, l-hekk imsejħa “ħabsijiet suwed”; billi huwa esprima wkoll it-tħassib serju tiegħu dwar rapporti konsistenti li jindikaw li l-prattika tat-tortura u tat-trattament ħażin għada integrata sew fis-sistema tal-ġustizzja kriminali, li hija dipendenti żżejjed fuq il-konfessjonijiet bħala bażi għall-kundanni; |
L. |
billi ċ-Ċina ffirmat iżda għadha ma rratifikatx il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), billi ċ-Ċina la ffirmat u lanqas ma rratifikat il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat; |
M. |
billi s-17-il Summit UE-Ċina tad-29 ta' Ġunju 2015 tella' r-relazzjonijiet bilaterali fuq livell ġdid, u billi l-UE, fil-qafas strateġiku tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, wiegħdet li se tqiegħed id-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi tagħha; billi t-18-il Summit UE-Ċina tat-12-13 ta' Lulju 2016 ikkonkluda b'dikjarazzjoni li tgħid li se jkun hemm ċiklu ieħor ta' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina qabel tmiem l-2016; |
1. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqas ta' għarfien dwar fejn jinsab Gui Minhai; jappella għall-pubblikazzjoni immedjata ta' informazzjoni dettaljata dwar fejn jinsab Gui Minhai u jitlob li dan jinħeles minnufih b'mod sikur u li jingħata d-dritt li jikkomunika; |
2. |
Jinnota bi tħassib l-allegazzjonijiet li l-aġenziji tal-infurzar taċ-Ċina kontinentali qegħdin joperaw f'Hong Kong; ifakkar lill-awtoritajiet Ċiniżi li kwalunkwe operazzjoni tal-aġenziji tagħhom tal-infurzar tal-liġi f'Hong Kong tkun inkonsistenti mal-prinċipju ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi”; |
3. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti fit-Tajlandja, iċ-Ċina u Hong Kong biex jiċċaraw iċ-ċirkostanzi tal-għajbien f'konformità mal-istat tad-dritt; |
4. |
Jikkundanna bil-qawwa l-każijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-arresti arbitrarji, il-konsenji, il-konfessjonijiet sfurzati, id-detenzjoni sigrieta, id-detenzjoni f'iżolament u l-vjolazzjonijiet tal-libertà ta' pubblikazzjoni u ta' espressjoni; ifakkar li l-indipendenza tal-edituri tal-kotba, tal-ġurnalisti u tal-bloggers trid tiġi ssalvagwardata; jitlob it-tmiem immedjat tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-intimidazzjoni politika; |
5. |
Jikkundanna r-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' espressjoni u l-kriminalizzazzjoni tagħha, u jiddeplora r-restrizzjonijiet aktar stretti fuq il-libertà tal-espressjoni; jistieden lill-Gvern Ċiniż jieqaf joħnoq il-fluss liberu ta' informazzjoni, inkluż billi jirrestrinġi l-użu tal-internet; |
6. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-liġi ġdida dwar iċ-ċibersigurtà, adottata fis-7 ta' Novembru 2016, li tinforza u tistituzzjonalizza l-prattiki ta' ċensura u monitoraġġ taċ-ċiberspazju, u rigward il-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali li ġiet adottata u l-abbozz ta' liġi dwar l-antiterroriżmu; jinnota l-biżgħat tal-avukati riformisti u d-difensuri tad-drittijiet ċivili Ċiniżi li dawn il-liġijiet se jkomplu jirrestrinġu l-libertà ta' espressjoni u li l-awtoċensura se tikber; |
7. |
Jistieden liċ-Ċina biex teħles lil dawk kollha li jikkritikaw il-gvern b'mod paċifiku, lill-attivisti li jimmilitaw kontra l-korruzzjoni, kif ukoll lill-avukati u lill-ġurnalisti, u biex twaqqa' l-akkużi kollha kontrihom; |
8. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dħul fis-seħħ imminenti tal-Liġi ġdida dwar il-Ġestjoni tal-NGOs Barranin fl-1 ta' Jannar 2017, meta jitqies li din se xxekkel drastikament l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili Ċiniża u tirrestrinġi serjament il-libertajiet ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni fil-pajjiż, inkluż billi tipprojbixxi NGOs barranin li mhumiex reġistrati mal-Ministeru Ċiniż tas-Sigurtà Pubblika u billi timpedixxi li d-dipartimenti tas-sigurtà pubblika provinċjali jiffinanzjaw lil kwalunkwe individwu Ċiniż jew organizzazzjoni Ċiniża, u billi tipprojbixxi lil gruppi Ċiniżi milli jwettqu “attivitajiet” f'isem l-NGOs barranin li ma jkunux irreġistrati, inklużi dawk ibbażati f'Hong Kong u l-Macao, jew bl-awtorizzazzjoni ta' tali NGOs; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jipprovdu ambjent sikur u ġust u proċessi trasparenti li jippermettu lill-NGOs joperaw b'mod ħieles u effettiv fiċ-Ċina; |
9. |
Jissottolinja l-impenn tal-Unjoni Ewropea għat-tisħiħ tad-demokrazija, inkluż l-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, it-trasparenza, u l-libertà ta' informazzjoni u ta' espressjoni f'Hong Kong; |
10. |
Jitlob liċ-Ċina tirratifika l-ICCPR u tiffirma u tirratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat mingħajr dewmien; |
11. |
Jenfasizza l-impenn tal-Unjoni Ewropea għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari t-trasparenza u l-libertà tal-kelma u ta' espressjoni, fil-pajjiżi kollha li magħhom għandha relazzjonijiet bilaterali; jemmen li jeħtieġ li jiġi stabbilit djalogu sinifikanti u miftuħ dwar id-drittijiet tal-bniedem, ibbażat fuq ir-rispett reċiproku; jemmen li relazzjonijiet b'saħħithom u kontinwi bejn l-UE u ċ-Ċina jridu jipprovdu pjattaforma effettiva għal djalogu matur, sinifikanti u miftuħ dwar id-drittijiet tal-bniedem abbażi tar-rispett reċiproku; |
12. |
Jinsisti li r-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi huma importanti biex tingħata spinta lill-benesseri rispettiv tagħna; ifakkar li tali relazzjonijiet jistgħu jevolvu biss bona fide u b'fiduċja reċiproka; jenfasizza li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u t-trasparenza huwa parti mill-ftehimiet kummerċjali moderni; |
13. |
Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE jaġixxu bil-ħeffa u jpoġġu l-każ ta' Gui Minhai fuq l-aġenda li jmiss tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem UE-Ċina; |
14. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-Kap Eżekuttiv u lill-Assemblea tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0045.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0458.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0252.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/82 |
P8_TA(2016)0445
Is-sitwazzjoni tal-Guarani-Kaiowá fl-Istat Brażiljan ta' Mato Grosso Do Sul
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-Guarani-Kaiowá fl-Istat Brażiljan ta' Mato Grosso do Sul (2016/2991(RSP))
(2018/C 224/12)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-ħtieġa li jitħarsu d-drittijiet tal-popli indiġeni tal-Brażil, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet kostituzzjonali tal-popli indiġeni tal-Brażil tal-15 ta' Frar 1996 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ottubru 1995 dwar is-sitwazzjoni tal-popli indiġeni tal-Brażil (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni adottata mill-Assemblea Ġenerali fit-13 ta' Settembru 2007, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU ta' Settembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Globali tan-NU, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Popli Indiġeni u Tribali (il-Konvenzjoni 169), kif adottata fis-27 ta' Ġunju 1989, u ffirmata mill-Brażil, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Popli Indiġeni tad-Dinja, tad-9 ta' Awwissu 2016, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1998, il-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet ta' popli indiġeni, Victoria Tauli Corpuz, dwar il-missjoni tagħha fil-Brażil mis-7 sas-17 ta' Marzu 2016 (A/HRC/33/42/Add.1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-2016 tal-Kunsill Missjunarju Indiġenu (CIMI), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet magħmula mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem matul id-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Brażil, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Kostituzzjoni Brażiljana attwali tal-1988, li ġiet innegozjata mal-popli indiġeni, tagħraf id-drittijiet ta' tali popli li jżommu t-tradizzjonijiet kulturali tagħhom u tirrikonoxxi d-dritt oriġinali tagħhom għat-territorji tal-antenati tagħhom; billi huwa d-dmir tal-Istat li jirregola u jipproteġi dan id-dritt; |
B. |
billi, skont ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet ta' popli indiġeni, matul dawn l-aħħar tmien snin ġie rrappurtat nuqqas ta' progress preokkupanti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tan-NU u tar-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet li ilhom għaddejjin u li huma ta' interess fundamentali għall-popli indiġeni fil-Brażil, bħall-omologazzjoni tat-territorji tagħhom, kif ukoll ir-rigressjoni inkwetanti fil-ħarsien tad-drittijiet tal-popli indiġeni; |
C. |
billi matul l-aħħar 14-il sena, skont id-data uffiċjali tas-Segretarjat Speċjali għas-Saħħa Indiġena (SESAI) u tad-distrett tas-saħħa indiġenu ta' Mato Grosso do Sul (DSEI-MS) dwar il-qtil ta' persuni indiġeni Guarani-Kaiowá fl-Istat ta' Mato Grosso do Sul, inqatlu mill-anqas 400 persuna indiġena u 14-il mexxej indiġenu, inkluż Simiao Vilharva u Clodiodi de Souza, fit-tentattivi tagħhom biex jieħdu lura l-artijiet tal-antenati tagħhom fi protesti paċifiċi; |
D. |
billi, skont l-Istħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa u n-Nutrizzjoni tal-Popli Indiġeni fil-Brażil, li sar bejn l-2008 u l-2009, ir-rata ta' malnutrizzjoni kronika fost it-tfal indiġeni kienet ta' 26 %, meta mqabbla ma' medja ta' 5,9 % fost tfal mhux indiġeni; billi, skont riċerka reċenti mwettqa mill-FIAN tal-Brażil u mill-Kunsill Missjunarju Indiġenu (CIMI), 42 % tal-persuni fil-komunitajiet Guarani u Kaiowá jsofru minn malnutrizzjoni kronika; |
E. |
billi nuqqas ta' għoti ta' kura tas-saħħa, edukazzjoni u servizzi soċjali xierqa u n-nuqqas ta' demarkazzjoni tal-artijiet indiġeni kellhom impatt fuq is-suwiċidju fost iż-żgħażagħ u l-mortalità tat-trabi; billi matul l-aħħar 15-il sena mill-anqas 750 individwu, l-aktar żgħażagħ, ikkommettew suwiċidju u aktar minn 600 tifel u tifla taħt l-età ta' 5 snin mietu, li bosta minnhom mietu minn mard li seta' ġie evitat u trattat faċilment; |
F. |
billi 98,33 % tal-artijiet indiġeni fil-Brażil jinsabu fir-reġjun tal-Amażonja, fejn il-popolazzjonijiet indiġeni jgħinu fil-ħarsien tal-bijodiversità fir-reġjun u b'hekk għandhom rwol fil-prevenzjoni tat-tibdil fil-klima; billi, skont l-istudju “Toward a Global Baseline of Carbon Storage in Collective Lands: An Updated Analysis of Indigenous Peoples' and Local Communities' Contributions to Climate Change Mitigation” (Lejn linja bażi globali ta' ħażna tal-karbonju f'artijiet kollettivi: Analiżi aġġornata tal-kontribut ta' popli indiġeni u ta' komunitajiet lokali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima), mill-Inizjattiva tad-Drittijiet u r-Riżorsi, iċ-Ċentru ta' Riċerka Woods Hole u l-Istitut World Resources, ippubblikat fl-1 ta' Novembru 2016, l-espansjoni tad-drittijiet għall-art tal-indiġeni jista' jkollha rwol importanti fil-ħarsien tal-foresti, tal-bijodiversità u tal-ekosistemi; |
G. |
billi l-Ministeru Federali Pubbliku u l-Fondazzjoni Nazzjonali għall-Appoġġ tal-Popli Indiġenu (FUNAI) fl-2007 ffirmaw it-Termini ta' Aġġustament ta' Kondotta (TAC) bl-għan li jiġu identifikati u demarkati 36 territorju tal-komunità Guarani-Kaiowá f'Mato Grosso do Sul sal-2009; |
H. |
billi għadd ta' inizjattivi għar-riforma, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Kostituzzjoni Federali Brażiljana għadhom għaddejjin, u billi dawn il-bidliet possibbli jistgħu jpoġġu f'riskju d-drittijiet tal-indiġeni rikonoxxuti mill-Kostituzzjoni; |
1. |
Jirrikonoxxi s-sħubija fit-tul bejn l-UE u l-Brażil, li hija mibnija fuq il-fiduċja reċiproka u r-rispett għall-prinċipji u l-valuri demokratiċi; ifaħħar lill-Gvern Brażiljan għall-progress li għamel f'materji bħar-rwol kostruttiv tal-FUNAI, is-serje ta' deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema Federali li jipprevjenu l-iżgumbramenti, il-bosta sforzi biex jiġu implimentati servizzi differenzjati fl-oqsma tas-saħħa u tal-edukazzjoni, il-kisbiet sinifikanti fir-rigward tad-demarkazzjoni tal-art fir-reġjun tal-Amażonja, l-organizzazzjoni tal-ewwel Konferenza Nazzjonali dwar il-Politika dwar l-Indiġeni u l-istabbiliment tal-Kunsill Nazzjonali għall-Politika dwar l-Indiġeni; |
2. |
Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza mwettqa kontra l-komunitajiet indiġeni tal-Brażil; jiddeplora s-sitwazzjoni tal-faqar u tad-drittijiet tal-bniedem tal-popolazzjoni Guarani-Kaiowá f'Mato Grosso do Sul; |
3. |
Jitlob lill-awtoritajiet Brażiljani jieħdu azzjoni immedjata biex iħarsu s-sigurtà tal-popli indiġeni u biex jiżguraw li jitwettqu investigazzjonijiet indipendenti dwar il-qtil u l-attakki fuq il-popli indiġeni fit-tentattivi tagħhom biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u territorjali tagħhom, b'tali mod li l-awturi jkunu jistgħu jiġu arrestati u jitressqu l-qorti; |
4. |
Ifakkar lill-awtoritajiet Brażiljani dwar ir-responsabilitajiet tagħhom fir-rigward tal-ħarsien u l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Brażiljana dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwu u dwar id-drittijiet tal-minoranzi u ta' gruppi etniċi vulnerabbli fir-rigward tal-popolazzjoni Guarani-Kaiowá; |
5. |
Ifakkar lill-awtoritajiet Brażiljani dwar l-obbligu tagħhom li jirrispettaw l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem dwar il-popli indiġeni, kif meħtieġ b'mod partikolari mill-Kostituzzjoni Federali Brażiljana u l-Liġi 6.001/73 dwar “L-Istatut Indjan”; |
6. |
Jirrikonoxxi r-rwol tal-Qorti Suprema Federali Brażiljana biex tkompli tipproteġi d-drittijiet oriġinali u kostituzzjonali tal-popli indiġeni, u jistieden lill-Kunsill Nazzjonali biex jiżviluppa mekkaniżmi u azzjonijiet li jħarsu aħjar il-ħtiġijiet ta' popolazzjonijiet vulnerabbli; |
7. |
Jistieden lill-awtoritajiet Brażiljani jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni wara l-missjoni tagħha fil-Brażil f'Marzu 2016; |
8. |
Jitlob lill-awtoritajiet Brażiljani jiżviluppaw pjan ta' ħidma biex tingħata prijorità lit-tlestija tad-demarkazzjoni tat-territorji kollha mitluba mill-poplu ta' Guarani-Kaiowá u biex joħolqu kundizzjonijiet tekniċi u operattivi għal dan l-iskop, minħabba li ħafna mill-qtil huwa dovut għal rappreżalji fil-kuntest tal-okkupazzjoni mill-ġdid tal-artijiet tal-antenati; |
9. |
Jirrakkomanda li l-awtoritajiet Brażiljani jipprovdu baġit suffiċjenti għall-ħidma tal-FUNAI u jsaħħuha bir-riżorsi meħtieġa għall-għoti ta' servizzi bażiċi li fuqhom jiddependu l-popli indiġeni; |
10. |
Jesprimi tħassib dwar l-emenda kostituzzjonali proposta 215/2000 (PEC 215), li l-popli indiġeni Brażiljani qegħdin jopponu bil-qawwa, peress li jekk tiġi approvata hija se tippreġudika d-drittijiet fuq l-art ta' popli indiġeni, billi tagħmilha possibbli għall-interessi kontra l-Indjani relatati mal-industriji agrokummerċjali, tal-injam, tal-minjieri u tal-enerġija biex iwaqqfu milli jiġu rikonoxxuti t-territorji indiġeni ġodda; jemmen bil-qawwa li l-kumpaniji għandhom jinżammu responsabbli għal kwalunkwe ħsara ambjentali u għal kwalunkwe abbuż tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu responsabbli għalihom, u li l-UE u l-Istati Membri għandhom jiddefendu dan bħala prinċipju bażiku billi jinkluduh bħala dispożizzjoni vinkolanti fil-politiki kummerċjali kollha; |
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-President u lill-Gvern tal-Brażil, lill-President tal-Kungress Nazzjonali Brażiljan, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lill-Forum Permanenti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kwistjonijiet Indiġeni. |
(1) ĠU C 65, 4.3.1996, p. 164.
(2) ĠU C 287, 30.10.1995, p. 202.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/85 |
P8_TA(2016)0446
Il-każ ta' Ildar Dadin, priġunier minħabba twemmin fir-Russja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-każ ta' Ildar Dadin, priġunier minħabba twemmin fir-Russja (2016/2992(RSP))
(2018/C 224/13)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-rapporti, r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-istabbiliment ta’ restrizzjonijiet komuni rigward il-viżi għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky (1); ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja (2), tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-Russja: kundanna tad-dimostranti involuti fil-ġrajjiet tal-Pjazza Bolotnaya (3), ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tat-2 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky (4); u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-NGO “Memorial” (rebbieħ tal-Premju Sakharov 2009) fir-Russja (5), tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-omiċidju tal-kap tal-oppożizzjoni Russu Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja (6), tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-istat tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja (7), u tal-10 ta' Settembru 2015 dwar ir-Russja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Eston Kohver, Oleg Sentsov u Olexander Kolchenko (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tas-Samit bejn l-UE u r-Russja tat-3 u l-4 ta' Ġunju 2013 u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem tad-19 ta' Mejju 2013, |
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Russa, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha, li jipproteġi l-libertà ta' espressjoni, u l-Artikolu 31, li jinkludi d-dritt għall-għaqda paċifika, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi fil-bidu ta' Diċembru 2015 l-attivist Russu tal-oppożizzjoni Ildar Dadin ġie kkundannat għal tliet snin ħabs wara li organizza għadd ta' protesti u għaqdiet paċifiċi kontra l-gwerra, u dan għamlu bħala l-ewwel persuna fir-Russja li nstabet ħatja taħt liġi dwar l-għaqda pubblika iebsa adottata fl-2014; |
B. |
billi Ildar Dadin ġie kkundannat għal tliet snin ħabs, kundanna li tmur lilhinn mis-sentenza rakkomandata mill-prosekuzzjoni ta' sentejn ħabs; billi s-sentenza tnaqqset b'appell għal sentejn u nofs; |
C. |
billi matul il-priġunerija tiegħu li għadha għaddejja, is-Sur Dadin allegatament sofra tortura, swat, trattament inuman u theddid ta' qtil ripetuti min-naħa tal-awtoritajiet Russi, fil-kolonja penali numru 7 f'Karelia; |
D. |
billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) approvat it-talba tal-avukat tas-Sur Dadin u obbligat lill-Federazzjoni Russa tiżgura investigazzjoni effettiva, tressaq lis-Sur Dadin f'penitenzjarju differenti u tiżgura l-komunikazzjoni tiegħu mar-rappreżentant legali tiegħu; |
E. |
billi l-każ ta' Ildar Dadin mhuwiex iżolat, u rapporti kredibbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jindikaw l-użu sistematiku tat-tortura, trattament ħażin u trattament inuman fis-sistema penali Russa; billi dawk li jwettqu u li huma responsabbli mit-tortura u l-abbuż ta' dawk fil-ħabs jew f'faċilitajiet penali u ta' detenzjoni ta' spiss igawdu minn impunità; |
F. |
billi fit-3 ta' Novembru 2016, Thorbjørn Jagland, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, esprima t-tħassib tiegħu dwar l-allegazzjonijiet ta' trattament ħażin tas-Sur Dadin lil Alexander Konovalov, Ministru tal-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa; |
G. |
billi n-numru ta' priġunieri politiċi fir-Russja żdied b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin u, skont il-Memorial Human Rights Centre, issa huwa ta' 102 priġunier, fosthom Alexander Kostenko Fedorovic, Ivan Nepomnyaschih, Dmitry Buchenkov, Vladimir Ionov, Maxim Panfilov u oħrajn; billi fl-2015 ir-Russja nstabet li kisret il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 109 darbiet, fi kliem ieħor aktar minn kwalunkwe pajjiż ieħor; |
H. |
billi kienu rreġistrati 197 mewta fil-kustodja tal-pulizija fl-2015, inklużi 109 dovuti għal “deterjorament f'daqqa tal-kundizzjonijiet tas-saħħa” u 62 suwiċidju, u dan jista' jindika abbuż, tortura u trattament ħażin mifruxa ta' priġunieri fis-sistema penitenzjarja tal-Federazzjoni Russa; |
I. |
billi fis-26 ta' Ottubru 2016 qorti f'Moska imponiet multa ta' 300 000 rubli liċ-Ċentru Analitiku Yuriy Levada (Ċentru Levada), waħda mit-tliet organizzazzjonijiet prinċipali li jistudjaw l-opinjoni pubblika fir-Russja, minħabba li dan kien naqas milli jirreġistra bħala “aġent barrani”; |
J. |
billi l-President Putin dan l-aħħar iffirma digriet li bih ir-Russja minn issa 'l quddiem tirrifjuta li tipparteċipa fl-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi f'dikjarazzjoni, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu iddeskriva x-xogħol tal-QKI bħala “ineffiċjenti u parzjali” u esprima tħassib dwar l-investigazzjoni tagħha rigward l-avvenimenti ta' Awwissu 2008 fl-Ossezja tan-Nofsinhar; billi l-prosekuturi tal-QKI ressqu rapport fuq il-websajt tal-qorti li jiddikjara li “l-okkupazzjoni Russa kienet akkumpanjata minn fastidju u intimidazzjoni tat-Tatari tal-Krimea”; |
K. |
billi f'Ottubru 2016 il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li ma jerġax jeleġġi lir-Russja bħala membru, wara li aktar minn 80 organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-għajnuna internazzjonali ffirmaw ittra li tħeġġeġ lill-membri tan-NU jimblukkaw l-elezzjoni tar-Russja f’dan il-korp; |
1. |
Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' Ildar Dadin u ta' dawk kollha li ġew arrestati fuq akkużi foloz jew mhux sostanzjati jew għaliex użaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda; |
2. |
Huwa mħasseb profondament li l-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa ġie emendat permezz ta' artikolu li jqiegħed restrizzjonijiet ġodda fuq il-laqgħat pubbliċi u jipprovdi biex tali laqgħat jitqiesu bħala att kriminali; |
3. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jwettqu investigazzjoni dettaljata u trasparenti dwar l-allegazzjonijiet magħmula minn Ildar Dadin ta' tortura u trattament ħażin, bil-parteċipazzjoni ta' esperti indipendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura, abbuż u trattament degradanti u inuman min-naħa ta' uffiċjali tal-Istat Russu f'faċilitajiet ta' detenzjoni, kampijiet tax-xogħol u ħabsijiet; |
4. |
Jistieden lill-Federazzjoni Russa, f'dan ir-rigward, biex twettaq reviżjoni fil-fond tas-sistema penitenzjarja tagħha bl-għan li tinbeda riforma profonda tas-sistema, u li jiġu implimentati bis-sħiħ l-istandards maqbula skont il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti; |
5. |
Jesprimi s-solidarjetà tiegħu ma' dawk li ġew arrestati fir-Russja u fit-territorji okkupati temporanjament tal-Ukrajna, inklużi t-Tatari tal-Krimea, abbażi ta' akkużi foloz u mhux sostanzjati, u jitlob il-ħelsien immedjat tagħhom; |
6. |
Ifakkar lir-Russja dwar l-importanza tal-konformità sħiħa mal-obbligi legali internazzjonali tagħha, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u mal-istat tad-dritt kif minquxa f'diversi trattati u ftehimiet internazzjonali li r-Russja iffirmat u hija firmatarja tagħhom; jenfasizza li l-Federazzjoni Russa tista' titqies bħala sieħeb affidabbli fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali unikament jekk timxi mal-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali; f'dan ir-rigward, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-digriet presidenzjali li jirtira lir-Russja mill-Istatut ta' Ruma tal-QKI; |
7. |
Jistieden lill-gvern tar-Russja biex jieħu passi konkreti u immedjati biex jikkonforma mas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kontra r-Russja; f'dan ir-rigward jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Federazzjoni Russa, b'leġiżlazzjoni ġdida adottata f'Diċembru 2015, tat is-setgħa lill-Qorti Kostituzzjonali tagħha li tbiddel is-sentenzi tal-QEDB; |
8. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill jiżviluppa politika komuni fir-rigward tar-Russja li timpenja lit-28 Stat Membru tal-UE u lill-istituzzjonijiet tal-UE li jibagħtu messaġġ komuni qawwi dwar ir-rwol tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja u r-rispett tad-dritt internazzjonali; jistieden lill-VP/RGħ biex, flimkien mas-SEAE u l-Kummissjoni, tiżviluppa strateġija sostantiva u konkreta li tappoġġa lis-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet Russi, bl-użu tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem; |
9. |
Jistieden lill-Kunsill jadotta sensiela ta' sanzjonijiet immirati biex jikkastigaw lil dawk responsabbli għal dan it-trattament ħażin ta' Ildar Dadin u ta' attivisti oħra tad-drittijiet tal-bniedem; |
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lis-SEAE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-President, lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa. |
(1) ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 13.
(2) ĠU C 65, 19.2.2016, p. 150.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0253.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0258.
(5) ĠU C 274, 27.7.2016, p. 21.
(6) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 126.
(7) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 35.
(8) Testi adottati P8_TA(2015)0314.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/88 |
P8_TA(2016)0449
Sitwazzjoni fis-Sirja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (2016/2933(RSP))
(2018/C 224/14)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, inkluża dik tas-6 ta' Ottubru 2016 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-protokoll addizzjonali tagħhom, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Da'esh u l-Front al-Nusra u dawk dwar il-kunflitt fir-Repubblika Għarbija Sirjana, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 2118 (2013), 2139 (2014), 2165 (2014), 2191 (2014), 2199 (2015), 2254 (2015), 2258 (2015) u 2268 (2016), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2016 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Frar 2016 u tal-20 u tal-21 ta' Ottubru 2016, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili, Christos Stylianidis, tas-16 ta' Settembru 2016 dwar is-Sirja, tal-20 ta' Settembru 2016 dwar attakki mill-ajru kontra l-konvoj tal-għajnuna umanitarju tan-NU/tan-Nofs Qamar Aħmar tar-Repubblika Sirjana, tal-24 ta' Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni f'Aleppo, tat-2 ta' Ottubru 2016 dwar l-inizjattiva umanitarja ta' emerġenza f'Aleppo u tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-urġenza biex l-għajnuna umanitarja tilħaq Aleppo, |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, stabbilita mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana tas-27 ta' Settembru 2016 u tal-21 ta' Ottubru 2016, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-17 ta' Novembru 2016 tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli Federica Mogherini dwar ir-Russja u l-Qorti Kriminali Internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi sitt snin ta' kunflitt, vjolenza u brutalità estrema fis-Sirja wasslu għall-mewt ta' aktar minn 400 000 ruħ, filwaqt li aktar minn 13-il miljun ruħ jinsabu fi bżonn ta' għajnuna umanitarja; billi 8,7 miljun persuna huma mbassra li jkunu ġew spostati ġewwa s-Sirja fl-2016 u 4,8 miljun persuna ħarbu mill-pajjiż; |
B. |
billi l-battalji u l-bombardamenti għadhom għaddejin bl-istess intensità fis-Sirja u billi s-sitwazzjoni umanitarja kompliet tmur għall-agħar; billi Aleppo tibqa' l-epiċentru tal-kunflitt Sirjana, iżda jibqa' għaddej il-ġlied f'Hama, f'Idlib, fil-Majjistral tas-Sirja, fis-subborgi ta' Damascus u f'Dier ez-Zor; billi aktar minn erba' miljun ruħ qed jgħixu fi bliet assedjati u f'żoni li diffiċli jintlaħqu fejn l-infrastruttura essenzjali tal-elettriku u tal-ilma ġiet meqruda; billi minkejja l-pawżi umanitarji unilaterali ddikjarati mir-reġim ta' Assad u mir-Russja, il-popolazzjonijiet tal-Lvant ta' Aleppo u ta' bliet assedjati oħrajn qed isofru minn nuqqas kbir ta' ikel u provvisti mediċi bażiċi, fosthom il-belt ta' Zabadani li hija okkupata mir-ribelli, u l-irħula ta' Kefraya u Foua, li huma kkontrollati mill-gvern, fil-provinċja ta' Idlib; billi l-ebda assistenza umanitarja ma kienet kapaċi tilħaq il-partijiet tal-Lvant ta' Aleppo assedjati minn Lulju 2016; |
C. |
billi hemm kriżi ta' saħħa permanenti f'Aleppo u madwar is-Sirja; billi, skont l-UNICEF, aktar minn żewġ terzi ta' Sirjani fir-reġjun m'għandhomx aċċess regolari għall-ilma u kważi 6 miljun tifel u tifla jinsabu fi bżonn urġenti ta' għajnuna vitali; |
D. |
billi l-partijiet kollha fil-kunflitt wettqu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, iżda dawk l-aktar serji twettqu mir-reġim ta' Assad appoġġat mir-Russja u l-Iran, inkluż l-użu ta' armi mingħajr distinzjoni, bombi inċendjarji, bombi barmil u li jkissru l-bunkers, f'żoni ċivili, kif ukoll sustanzi mniżżla bħala armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom; billi ma kien hemm l-ebda rispett tal-prinċipji ta' prekawzjoni u ta' proporzjonalità; billi kien hemm żoni ċivili, skejjel, sptarijiet, ħaddiema umanitarji u kampijiet tar-rifuġjati li sfaw intenzjonalment fil-mira; billi d-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità m'għandhomx jgħaddu mingħajr ma jiġu kkastigati; |
E. |
billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, b'mandat min-Nazzjonijiet Uniti, flimkien ma' gruppi tad-drittijiet tal-bniedem, ġabru provi li mill-inqas 200 000 persuna ġew arrestati mill-Gvern Sirjan f'kundizzjonijiet inumani ta' detenzjoni; billi eluf ta' Sirjani mietu fil-kustodja tal-Gvern Sirjan f'dawn l-aħħar snin dovut għat-tortura u l-mard; billi l-għajbien sfurzat u abbużi orribbli fuq il-ħabsin huma mifruxa; billi l-awtoritajiet Sirjani ppruvaw iżommu informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta' detenzjoni sigrieti tagħhom, billi irrifjutaw l-aċċess għal osservaturi tad-detenzjoni rikonoxxuti b'mod internazzjonali; billi l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA), sa mill-2011, tħalla biss iżur ftit ħabsijiet; |
F. |
billi d-dinja kienet ripetutament ixxukkjata bl-atroċitajiet imwettqa mid-Da'esh u minn gruppi ġiħadisti oħra, bl-użu ta' eżekuzzjonijiet brutali, kif ukoll b'vjolenza sesswali terribbli, ħtif, tortura, konverżjonijiet sfurzati u skjavitù tan-nisa u l-bniet; billi tfal ġew reklutati u użati f'attakki terroristiċi; billi d-Da'esh għadha qed tikkontrolla partijiet kbar tas-Sirja u tal-Iraq; billi d-Da'esh iwettaq il-ġenoċidju kontra minoranzi reliġjużi u etniċi, iwettaq atti ta' tortura estrema u jeqred il-wirt kulturali; billi hemm tħassib serju dwar il-benessri tal-popolazzjoni li bħalissa tinsab taħt il-kontroll tad-Da'esh u dwar l-użu possibbli tagħhom bħala tarki umani matul il-kampanja għall-ħelsien; |
G. |
billi l-Jabhat Fateh al-Sham, preċedentement magħruf bħala l-Front Al-Nusra, l-affiljat tal-al-Qaeda fis-Sirja, huwa organizzazzjoni terroristika li tirrifjuta tranżizzjoni politika negozjata u futur demokratiku u inklużiv għas-Sirja; |
H. |
billi s-Sirja ffirmat iżda ma rratifikatx l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, kemm-il darba ħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jirreferi s-sitwazzjoni fis-Sirja lill-QKI; billi r-Russja u ċ-Ċina jimblokkaw kull progress dwar ir-responsabbiltà fis-Sirja billi jużaw il-veto tagħhom għal kull riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà li tagħti lill-Qorti l-mandat biex tinvestiga d-delitti atroċi mwettqa matul il-kunflitt fis-Sirja; billi fis-16 ta' Novembru 2016 ir-Russja ddeċidiet li tirtira l-firma tagħha mill-Istatut ta' Ruma; billi dan in-nuqqas ta' responsabbiltà jagħti lok għal aktar atroċitajiet u jkompli jżid it-tbatija tal-vittmi; |
I. |
billi l-pajjiżi u l-partijiet kollha involuti fil-kunflitt iridu jiġu mfakkra dwar l-obbligi tagħhom skont ir-Riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b'mod partikolari l-obbligu li jwaqqfu kull attakk kontra ċivili u infrastruttura ċivili u l-obbligu li jiżguraw l-aċċess umanitarju madwar il-pajjiż; billi l-Unjoni Ewropea trid tuża l-istrumenti kollha tagħha, inkluż l-impożizzjoni ta' miżuri restrittivi, sabiex tiżgura konformità sħiħa mill-partijiet kollha ma' din ir-riżoluzzjoni; |
J. |
billi l-UE hija fost il-kontributuri ewlenin ta' għajnuna umanitarja għan-nies li qed jaħarbu l-vjolenza u l-qerda storiċi fis-Sirja; billi n-nuqqas ta' għaqda internazzjonali jagħmilha ferm aktar diffiċli li jintlaħaq tmiem innegozjat għall-gwerra fis-Sirja; |
1. |
Jesprimi għal darb' oħra t-tħassib mill-aktar serju tiegħu dwar il-ġlied u l-bombardamenti li qed ikomplu fis-Sirja u s-sitwazzjoni umanitarja li marret għall-agħar; jikkundanna bil-qawwa l-attakki kollha fuq iċ-ċivili u fuq l-infrastruttura ċivili, il-kontinwazzjoni tal-assedji kollha fis-Sirja u n-nuqqas ta' aċċess umanitarju għall-poplu Sirjan fil-bżonn; jistieden lill-partijiet kollha biex jippermettu aċċess umanitarju mingħajr xkiel u kontinwu u l-forniment ta' oġġetti ta' emerġenza, b'mod partikolari liż-żoni assedjati u li diffiċli jintlaħqu; jisħaq li l-ikkawżar intenzjonat tal-ġuħ fost il-popolazzjonijiet huwa pprojbit mid-dritt umanitarju internazzjonali u jħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jippermettu l-evakwazzjonijiet mediċi immedjatament mil-Lvant ta' Aleppo u miż-żoni assedjati l-oħra kollha; |
2. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-atroċitajiet u l-vjolazzjonijiet fuq skala kbira tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettqa mill-forzi ta' Assad bl-appoġġ tar-Russja u l-Iran, kif ukoll l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali minn gruppi terroristiċi armati mhux statali, b'mod partikolari d-Da'esh, Jabhat Fateh al-Sham/il-Front al-Nusra u gruppi ġiħadisti oħrajn; |
3. |
Jitlob għall-waqfien immedjat ta' bumbardamenti u ta' attakki indiskriminati kontra nies ċivili; jenfasizza l-ħtieġa li l-partijiet kollha juru l-akbar attenzjoni u jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jipproteġu liċ-ċivili, irrispettivament mill-identità etnika jew mit-twemmin reliġjuż jew konfessjonali tagħhom; jikkundanna bil-qawwa l-isparar bla distinzjoni ta' għadd kbir ta' rokits minn gruppi armati ta' oppożizzjoni fuq subborgi ċivili fil-Punent ta' Aleppo; jenfasizza li ħafna ċivili, inklużi tfal, ġew irrappurtati feruti u maqtula; jitlob lill-partijiet kollha fil-kunflitt jieħdu l-passi xierqa kollha biex jipproteġu liċ-ċivili, b'konformità mad-dritt internazzjonali, inkluż billi jwaqqfu l-attakki diretti kontra faċilitajiet ċivili bħalma huma ċ-ċentri mediċi, l-iskejjel u l-istazzjonijiet tal-ilma, billi jiddemilitarizzaw immedjatament dawn il-faċilitajiet, billi jfittxu li jevitaw li jistabbilixxu pożizzjonijiet militari f'żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni u billi jippermettu l-evakwazzjoni taċ-ċivili mweġġa' u ta' dawk kollha li jixtiequ jitilqu miż-żoni assedjati; jenfasizza li r-reġim Sirjan għandu r-responsabbiltà primarja li jipproteġi l-popolazzjoni Sirjana; |
4. |
Ifaħħar l-isforzi tal-ħaddiema tal-għajnuna umanitarja li jagħmlu ħilithom biex iwasslu l-għajnuna, l-ikel, l-ilma u l-mediċini tant meħtieġa lin-nies maqbuda fil-kunflitt, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jiżguraw lill-aġenziji umanitarji aċċess bla xkiel għall-persuni ċivili affettwati mill-gwerra; |
5. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ sħiħ lin-NU u lill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) biex ikomplu jinvestigaw l-użu u l-qerda tal-armi kimiċi min-naħat kollha fis-Sirja; jinsisti bil-qawwa li dawk responsabbli għall-użu tal-armi kimiċi jridu jinżammu responsabbli; jappoġġa l-estensjoni tal-mandat tal-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt tal-OPCW, bil-ħsieb li tiġi stabbilita r-responsabbiltà għall-użu tal-armi kimiċi fis-Sirja; |
6. |
Jesprimi tħassib dwar id-detenzjoni illegali, it-tortura, it-trattament ħażin, l-għajbien sfurzat u l-qtil tad-detenuti fil-ħabsijiet ta' reġim u fiċ-ċentri ta' detenzjoni sigrieta mmexxija minn milizzji appoġġati minn barra l-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Sirjani li jiġġestixxu dawn iċ-ċentri ta' detenzjoni biex iwaqqfu l-eżekuzzjonijiet kollha kif ukoll it-trattament inuman; |
7. |
Jappella għar-rilaxx immedjat ta' dawk miżmuma b'mod arbitrarju u għat-tmiem tal-użu tat-tortura u trattament ħażin ieħor kif ukoll il-prattika ta' għajbien sfurzat, b'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2139 tat-22 ta' Frar 2014; jappella għall-aċċess immedjat u bla xkiel għall-osservaturi tad-detenzjoni internazzjonali – bħall-KISA – biex jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tad-detenuti kollha fis-Sirja u biex jipprovdu informazzjoni u jappoġġaw lill-familji tad-detenuti; |
8. |
Ifakkar il-kundanna qawwija tiegħu fil-konfront tal-atroċitajiet imwettqa mir-reġim ta' Assad, Da'esh, Jabhat Fateh al-Sham/Al-Nusra u organizzazzjonijiet terroristiċi oħra, li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala delitti serji tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; jappoġġa s-sejħa min-nazzjonijiet Quint (l-Istati Uniti, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit) u mill-VP/RGħ dwar il-gruppi armati kollha li qed jiġġieldu fis-Sirja biex iwaqqfu kwalunkwe kollaborazzjoni ma' Jabhat Fateh al-Sham; jenfasizza l-importanza li, b'mod effikaċi, jitnaqqas l-aċċess għall-iffinanzjar u l-finanzjament tal-attivitajiet ta' Da'esh, jiġu arrestati l-ġellieda barranin u jitwaqqaf il-fluss tal-armi lill-gruppi ġiħadisti; jistieden lill-oppożizzjoni Sirjana biex b'mod ċar titbiegħed minn dawn l-elementi u l-ideoloġiji estremisti; ifakkar li l-isforzi għandhom ikunu ffukati fuq ir-rebħa kontra Da'esh u gruppi oħra ddeżinjati bħala terroristiċi min-NU; jitlob li tittieħed azzjoni għall-prevenzjoni ta' appoġġ materjali u finanzjarju milli jilħaq lil individwi, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati ma' gruppi ddeżinjati bħala terroristiċi min-NU; |
9. |
Itenni t-talba tiegħu li dawk ħatja li wettqu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità jbatu l-konsegwenzi u jinżammu responsabbli; jenfasizza li dawk li jwettqu delitti kontra gruppi reliġjużi, etniċi u oħrajn, filwaqt li minoranzi u gruppi oħrajn għandhom ukoll jitressqu quddiem il-ġustizzja; jibqa' konvint li la jista' jkun hemm riżoluzzjoni tal-kunflitti effikaċi u lanqas paċi sostenibbli fis-Sirja mingħajr ma tittieħed ir-responsabbiltà tad-delitti li jkunu twettqu; huwa tal-fehma li l-kwistjoni tar-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità m'għandhiex tiġi ppolitiċizzata: l-obbligu li jiġi rrispettat id-dritt umanitarju internazzjonali f'kull ċirkostanza jirreferi għall-partijiet kollha involuti fil-kunflitt u kull min iwettaq dawn id-delitti jrid ikun konxju li f'xi mument jew ieħor se jiffaċċja il-ġustizzja; |
10. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li dawk kollha responsabbli għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali jiffaċjaw il-ġustizzja permezz ta' mekkaniżmi tal-ġustizzja internazzjonali jew qrati tal-ġustizzja li huma xierqa u imparzjali u permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ġurisdizzjoni universali; itenni l-appoġġ tiegħu għar-riferiment tal-każ tas-Sirja lill-QKI iżda, fid-dawl tan-nuqqas ta' abilità tal-Kunsill tas-Sigurtà biex jiddelibera dwar din il-kwistjoni, itenni t-talba tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jmexxu l-isforzi fi ħdan l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u biex jesploraw il-ħolqien ta' tribunal għad-delitti tal-gwerra fis-Sirja wara riferiment lill-QKI; ladarba l-kunflitt jintemm, u bil-għan li tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni, jenfasizza l-importanza tas-sjieda Sirjana tal-proċess; |
11. |
Jilqa' u jissottolinja l-importanza kritika tal-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali fid-dokumentazzjoni tal-evidenza ta' delitti tal-gwerra, ta' delitti kontra l-umanità u vjolazzjonijiet oħra, inkluż il-qerda tal-wirt kulturali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu aktar għajnuna u għajnuna kompluta lil dawn il-parteċipanti; |
12. |
Jiddeplora d-deċiżjoni tal-President Russu Vladimir Putin li jirtira mill-QKI, filwaqt li jinnota li l-Federazzjoni Russa għadha qatt ma rratifikat l-Istatut ta' Ruma u li ż-żmien li fih ittieħdet id-deċiżjoni jimmina l-kredibbiltà tal-pajjiż u jwassal biex jitfasslu konklużjonijiet dwar l-impenn tiegħu favur il-ġustizzja internazzjonali; |
13. |
Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja tas-17 ta' Ottubru 2016, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja tal-20 u l-21 ta' Ottubru 2016; jappoġġa s-sejħa tal-UE għat-tmiem tat-titjiriet militari kollha fuq il-belt ta' Aleppo; jieqfu b'mod immedjat l-ostilitajiet u li dan jiġi ssorveljat minn mekkaniżmu b'saħħtu u trasparenti; waqfien tal-assedji; kif ukoll aċċess umanitarju sħiħ, sostenibbli u mingħajr xkiel fil-pajjiż kollu, mogħti mill-partijiet kollha; |
14. |
Jilqa' r-rieżami tal-miżuri restrittivi tal-UE kontra s-Sirja u individwi li jaqsmu r-responsabbiltà għar-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili fil-pajjiż; jenfasizza li l-UE għandha tikkunsidra l-għażliet disponibbli kollha, inkluża żona mingħajr titjir fuq il-belt ta' Aleppo, li jiġu stabbiliti konsegwenzi għall-vjolazzjonijiet u l-abbużi l-aktar brutali tad-drittijiet tal-bniedem mill-awturi kollha jekk l-atroċitajiet u n-nuqqas ta' rispett sfaċċat għad-dritt umanitarju jibqgħu għaddejja; |
15. |
Jeżiġi li kulħadd jirrispetta d-dritt tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fis-Sirja, inklużi l-Insara, biex jibqgħu jgħixu fl-art storika u tradizzjonali fejn twieldu b'dinjità, ugwaljanza u sikurezza, u li jipprattikaw bis-sħiħ ir-reliġjon u t-twemmin tagħhom b'mod liberu mingħajr ma jkunu soġġetti għal ebda tip ta' ġegħil, vjolenza jew diskriminazzjoni; jappoġġa d-djalogu interreliġjuż sabiex jiġi promoss il-fehim reċiproku u jiġi miġġieled il-fundamentaliżmu; |
16. |
Iħeġġeġ lill-parteċipanti kollha fil-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja (ISSG) biex jissuktaw in-negozjati b'tali mod li jiffaċilitaw l-istabbiliment ta' tregwa stabbli u jintensifikaw il-ħidma għas-sejbien ta' soluzzjoni politika dejjiema fis-Sirja; jenfasizza li l-atturi reġjonali, b'mod partikolari l-pajjiżi ġirien, għandhom responsabbiltà speċjali; |
17. |
Itenni t-talba tiegħu lill-VP/RGħ biex iġġedded l-isforzi lejn strateġija komuni tal-UE dwar is-Sirja; jilqa' u jappoġġa bis-sħiħ l-inizjattivi diplomatiċi reċenti tal-VP/RGħ Federica Mogherini, b'konformità mal-mandat tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jġibu lura fuq il-mejda tan-negozjati lill-partijiet involuti fil-kunflitt u biex jitnieda mill-ġdid il-proċess politiku f'Ġinevra; jinnota b'interess it-taħditiet reġjonali li kellha mal-Iran u l-Arabja Sawdija, u jqis l-attivitajiet tagħha bħala ta' valur miżjud u ta' kontribut siewi għall-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Staffan de Mistura; iħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt sabiex ikomplu u jintensifikaw in-negozjati politiċi malajr kemm jista' jkun f'antiċipazzjoni li titwaqqaf tregwa ġdida u stabbli, li għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-ġustizzja tranżitorja wara l-kunflitti fis-Sirja; jenfasizza li dawn it-taħditiet ta' paċi għandhom iwasslu għal waqfien mill-ġlied u tranżizzjoni politika mmexxija mis-Sirjani u bi sjieda Sirjana; jenfasizza r-rwol li jista' jkollha l-UE fir-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni ta' wara l-kunflitt; |
18. |
Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu favur l-inizjattiva umanitarja attwali tal-UE għal Aleppo, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tagħha; |
19. |
Jilqa' l-prijoritajiet tas-sħubija u l-patti mal-Ġordan għall-perjodu 2016-2018 u mal-Libanu għall-perjodu 2016-2020; jinnota li l-patti huma l-qafas li permezz tiegħu l-impenji reċiproċi li saru fil-Konferenza ta' Londra tal-4 ta' Frar 2016 dwar “l-Appoġġ għas-Sirja u r-Reġjun” huma msarrfa f'azzjonijiet; jinnota li l-ħtiġijiet finanzjarji dejjem ikbar u d-diskrepanza persistenti fil-finanzjament fir-rigward tal-għajnuna umanitarja pprovduta lill-pajjiżi ġirien tas-Sirja; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jżommu l-wegħdiet tagħhom u jipprovdu l-appoġġ tant meħtieġ lin-NU, lill-aġenziji speċjalizzati tagħha u atturi umanitarji oħra fil-provvista ta' għajnuna umanitarja lil miljuni ta' Sirjani spostati kemm internament kif ukoll f'pajjiżi u komunitajiet ospitanti; |
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lil-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja, u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0382.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/93 |
P8_TA(2016)0450
Relazzjonijiet UE-Turkija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija (2016/2993(RSP))
(2018/C 224/15)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija (1) u tal-14 ta' April 2016 dwar ir-rapport 2015 dwar it-Turkija (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali 2016 dwar it-Turkija, ippubblikat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Novembru 2016 (SWD(2016)0366), |
— |
wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar tal-UE għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016 dwar it-Turkija, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dritt għal-libertà tal-espressjoni minqux fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li tagħhom it-Turkija hija stat parti, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Lulju 2016 mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar miżuri meħuda taħt l-istat ta' emerġenza fit-Turkija, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, |
A. |
billi l-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ikkundannaw bil-qawwa l-kolp ta' stat militari fallut fit-Turkija u rrikonoxxew ir-responsabbiltà leġittima tal-awtoritajiet Torok li jipprosegwixxu lil dawk responsabbli u involuti f'dan l-attentat; |
B. |
billi t-Turkija hija sieħba importanti u, bħala pajjiż kandidat, mistennija tirrispetta l-ogħla standards tad-demokrazija, inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt, tal-libertajiet fundamentali u tad-dritt universali għal proċess ġust; billi t-Turkija ilha membru tal-Kunsill tal-Ewropa mill-1950 u għaldaqstant hija marbuta bil-KEDB; |
C. |
billi l-miżuri repressivi tal-Gvern Tork taħt l-istat ta' emerġenza huma sproporzjonati u jmorru kontra d-drittijiet u l-libertajiet bażiċi protetti mill-Kostituzzjoni Torka, il-valuri demokratiċi li fuqhom tissejjes l-Unjoni Ewropea u l-ICCPR; billi, mill-attentat ta' kolp 'il hawn, l-awtoritajiet arrestaw 10 membri tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka li jappartjenu għall-partit tal-oppożizzjoni HDP u madwar 150 ġurnalist (l-akbar għadd ta' arresti ta' dan it-tip fid-dinja); billi 2 386 imħallef u prosekutur u 40 000 persuna oħra ġew detenuti, li minnhom aktar minn 31 000 għadhom arrestati; billi 129 000 impjegat pubbliku għadhom jew sospiżi (66 000) jew tkeċċew (63 000), skont ir-rapport 2016 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija, u billi l-parti l-kbira ta' dawn sal-lum għadha ma saritilhom l-ebda akkuża formali; |
D. |
billi l-President Erdogan u membri tal-Gvern Tork ripetutament għamlu dikjarazzjonijiet dwar ir-reintroduzzjoni tal-piena tal-mewt; billi l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Lulju 2016 dwar it-Turkija, fakkar li r-rifjut inekwivoku tal-piena tal-mewt huwa element essenzjali tal-acquis tal-Unjoni; |
E. |
billi tqajjem tħassib serju dwar il-kundizzjonijiet tal-persuni detenuti u arrestati wara l-attentat ta' kolp ta' stat u dwar ir-restrizzjonijiet severi fuq il-libertà tal-espressjoni u fuq l-istampa u l-midja fit-Turkija; |
F. |
billi l-paragrafu 5 tal-Qafas ta' Negozjar jistipula li, fil-każ ta' ksur serju u persistenti fit-Turkija tal-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt li fuqhom l-Unjoni hija msejsa, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' terz mill-Istati Membri, għandha tirrakkomanda s-sospensjoni tan-negozjati u tipproponi l-kundizzjonijiet biex dawn eventwalment jissuktaw; |
G. |
billi waqfien temporanju tan-negozjati jkun ifisser li t-taħditiet kurrenti jiġu ffriżati, li ma jinfetaħ l-ebda kapitolu ġdid u li ma tittieħed l-ebda inizjattiva ġdida bi rbit mal-Qafas ta' Negozjar tal-UE għat-Turkija; |
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-miżuri repressivi sproporzjonati li ilhom jittieħdu fit-Turkija mill-falliment tal-kolp ta' stat f'Lulju 2016; għadu impenjat li jżomm lit-Turkija ankrata mal-UE; jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri, madankollu, jagħtu bidu għall-iffriżar temporanju tan-negozjati ta' adeżjoni li għaddejjin mat-Turkija; |
2. |
Jimpenja ruħu li jerġa' jeżamina l-pożizzjoni tiegħu meta l-miżuri sproporzjonati taħt l-istat ta' emerġenza fit-Turkija jitneħħew; se jibbaża l-analiżi tiegħu fuq jekk l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem jkunux reġgħu ġew stabbiliti fil-pajjiż kollu; iqis li żmien xieraq biex jagħti bidu għal tali rieżami jkun meta jitneħħa l-istat ta' emerġenza; |
3. |
Itenni li reintroduzzjoni tal-piena tal-mewt mill-Gvern Tork jkollha twassal għal sospensjoni formali tal-proċess ta' adeżjoni; |
4. |
Jinnota li, sal-lum, it-Turkija ma wettqitx sebgħa mit-72 punt ta' riferiment tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, li wħud minnhom huma ta' importanza partikolari; |
5. |
Jinnota li t-titjib tal-unjoni doganali huwa importanti għat-Turkija; jenfasizza li s-sospensjoni tal-ħidma fuq it-titjib tal-unjoni doganali jkollha konsegwenzi ekonomiċi serji għall-pajjiż; |
6. |
Jinsab imħasseb serjament dwar id-dikjarazzjonijiet li jikkontestaw it-Trattat ta' Lausanne, illi jiddefinixxi l-fruntieri tat-Turkija moderna u illi kkontribwixxa għas-salvagwardja tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun għal kważi seklu; |
7. |
Jitlob li l-Kummissjoni tirrifletti fuq l-aħħar żviluppi fit-Turkija fir-rapport ta' rieżami ta' nofs it-terminu tal-IPA, li huwa previst għall-2017; jitlob li l-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li s-soċjetà ċivili Torka tingħata aktar appoġġ taħt l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem; |
8. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Kummissjoni ta' Venezja biex joffru assistenza ġudizzjarja addizzjonali lill-awtoritajiet Torok; |
9. |
Jissottolinja l-importanza strateġika tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija għaż-żewġ naħat; jirrikonoxxi li, filwaqt li t-Turkija hija sieħba importanti tal-UE, ir-rieda politika li jkun hemm kooperazzjoni trid tiġi miż-żewġ naħat tas-sħubija; jemmen li t-Turkija mhijiex turi din ir-rieda politika, peress li l-azzjonijiet tal-gvern qed ikomplu jiddevjaw lit-Turkija minn triqitha lejn l-Ewropa; |
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0423.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0133.
(3) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/96 |
P8_TA(2016)0451
L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (2016/2966(RSP))
(2018/C 224/16)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 19, 157 u 216 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 21, 23, 24 u 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni adottata mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing + 5 (2000), Beijing + 10 (2005), Beijing + 15 (2010) u Beijing + 20 (2015), |
— |
wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti legali tan-NU fl-isfera tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tan-nisa, bħall-Karta tan-NU, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patti Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta' Oħrajn, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, il-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-prinċipju ta' non-refoulement, u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11(1)(d) tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU bir-Riżoluzzjoni 34/180 tat-18 ta' Diċembru 1979, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (2), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (3), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar is-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW) tan-NU: l-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'Marzu 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, |
— |
wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Programm “Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza” għall-perjodu 2014-2020, |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “Strategic engagement for gender equality 2016-2019” (SWD(2015)0278), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-Triju ta' Presidenzi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tas-7 ta' Diċembru 2015 min-Netherlands, is-Slovakkja u Malta, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu “Violence against women: an EU-wide survey”, ippubblikat f'Marzu 2014, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (7), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/99/UE dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni (8) u r-Regolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili (9), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (10) u d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (11), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), |
— |
wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta' adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, ippubblikat f'Ottubru 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (COM(2016)0111 u COM(2016)0109), |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (O-000121/2016 – B8-1805/2016 u O-000122/2016 – B8-1806/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali tal-UE – kif rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – li l-UE impenjat ruħha li tintegra fl-attivitajiet kollha tagħha, u billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija essenzjali, bħala objettiv strateġiku, biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali ta' Ewropa 2020 ta' tkabbir, impjiegi u inklużjoni soċjali; |
B. |
billi d-dritt għal trattament ugwali u għan-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali determinanti li huwa rikonoxxut fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea u li għandu għeruq profondi fis-soċjetà Ewropea, u billi dan id-dritt huwa essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tas-soċjetà u għandu japplika fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fil-ġurisprudenza u fil-ħajja ta' kuljum; |
C. |
billi fid-Direttiva 2012/29/EU li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija definita bħala vjolenza li hija diretta kontra persuna minħabba l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru ta' dik il-persuna jew li taffettwa lil persuni ta' ġeneru partikolari b'mod sproporzjonat; billi din tista' tirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali, emozzjonali jew psikoloġika, jew f'telf ekonomiku, għall-vittmi, filwaqt li jkollha impatt fuq il-familji u l-qraba tagħhom, u fuq is-soċjetà inġenerali; billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija forma estrema ta' diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-vittma, li huma kemm il-kaġun u l-konsegwenza ta' inugwaljanzi bejn is-sessi; u billi l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet tinkludi l-vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib, il-vjolenza sesswali (inklużi l-istupru, l-attakk sesswali u l-fastidju sesswali), it-traffikar tal-bnedmin, l-iskjavitù, inklużi forom ġodda ta' abbuż kontra n-nisa u l-bniet fuq l-internet, u forom differenti ta' prattiki ta' ħsara, bħaż-żwiġijiet sfurzati, il-mutilazzjoni ġenitali femminili u l-hekk imsejħa “reati tal-unur”; |
D. |
billi l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għadhom fenomeni mifruxa fl-UE; billi l-istħarriġ tal-2014 tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali dwar il-vjolenza fuq in-nisa jistma, bi qbil ma' studji eżistenti oħra, li terz tan-nisa kollha fl-Ewropa esperjenzaw atti ta' vjolenza fiżika jew sesswali tal-anqas darba matul il-ħajja adulta tagħhom, 20 % tan-nisa żgħażagħ (bejn 18 u 29 sena) esperjenzaw fastidju sesswali online, waħda minn kull ħames nisa (18 %) kienu vittmi ta' stalking, waħda minn kull għoxrin nisa ġew stuprati u aktar minn waħda minn kull għaxra ġarrbu vjolenza sesswali li tinvolvi n-nuqqas ta' kunsens jew l-użu tal-forza; billi dan l-istħarriġ jispjega wkoll li l-biċċa l-kbira tal-każijiet ta' vjolenza ma jiġu rrappurtati lill-ebda awtorità, li juri li l-istħarriġ dwar il-vittimizzazzjoni huwa essenzjali flimkien ma' statistika amministrattiva sabiex tinkiseb stampa sħiħa tad-diversi forom ta' vjolenza fuq in-nisa; u billi jinħtieġu aktar miżuri biex in-nisa li jkunu vittmi tal-vjolenza jiġu mħeġġa jirrappurtaw l-esperjenzi tagħhom u jfittxu l-għajnuna, u biex ikun żgurat li l-fornituri tas-servizzi jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-vittmi u jinfurmawhom dwar id-drittijiet tagħhom u l-forom eżistenti ta' appoġġ; |
E. |
billi, skont il-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew, l-ispiża annwali għall-UE tal-vjolenza fuq in-nisa u tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru ġiet stmata li tammonta għal EUR 228 biljun fl-2011 (i.e. 1,8 % tal-PDG tal-UE), li minnhom EUR 45 biljun kienu fil-forma ta' nfiq fuq servizzi pubbliċi u statali u EUR 24 biljun fi produzzjoni ekonomika mitlufa; |
F. |
billi l-Kummissjoni enfasizzat, fl-impenn strateġiku tagħha għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019, li l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li huma ta' ħsara għas-saħħa u l-benesseri tan-nisa, il-ħajja tax-xogħol tagħhom, l-indipendenza finanzjarja tagħhom u l-ekonomija, huma waħda mill-problemi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati sabiex tinkiseb ugwaljanza reali bejn is-sessi; |
G. |
billi l-vjolenza fuq in-nisa spiss wisq titqies bħala kwistjoni privata u tiġi ttollerata wisq faċilment; billi fil-fatt tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali u reat serju li jrid jiġi kkastigat bħal tali; billi l-impunità tal-awturi trid tintemm sabiex jinkiser iċ-ċirku vizzjuż tas-silenzju u s-solitudni għan-nisa u l-bniet li jkunu vittmi tal-vjolenza; |
H. |
billi l-ebda intervent uniku mhu se jelimina l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, iżda kombinazzjoni ta' azzjonijiet infrastrutturali, ġuridiċi, ġudizzjarji, ta' infurzar, kulturali, edukattivi, soċjali, tas-saħħa u azzjonijiet oħra relatati mas-servizzi jistgħu jqajmu kuxjenza u jnaqqsu l-vjolenza u l-konsegwenzi tagħha b'mod sinifikanti; |
I. |
billi, minħabba fatturi bħall-etniċità, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-saħħa, l-istat ċivili, l-akkomodazzjoni, l-istatus ta' immigrant, l-età, id-diżabilità, il-klassi, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, in-nisa jista' jkollhom ħtiġijiet speċifiċi u jkunu aktar vulnerabbli għal diskriminazzjoni multipla, u dan ifisser li għandhom jingħataw protezzjoni speċjali; |
J. |
billi l-adozzjoni ta' linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni kontrihom, kif ukoll il-kapitolu speċifiku dwar il-protezzjoni tan-nisa mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, juru r-rieda politika ċara tal-UE li tittratta s-suġġett tad-drittijiet tan-nisa bħala prijorità u li tieħu azzjoni fit-tul f'dak il-qasam; billi l-koerenza bejn id-dimensjonijiet interni u esterni fil-politiki li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem xi kultant tista' tesponi distakk bejn ir-retorika u l-imġiba; |
K. |
billi ċ-ċittadini u r-residenti fl-Unjoni mhumiex protetti bl-istess mod mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru, minħabba n-nuqqas ta' qafas koerenti u politiki u leġiżlazzjoni li jvarjaw bejn l-Istati Membri fir-rigward ta', inter alia, id-definizzjoni ta' reati u l-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, u għalhekk huma anqas protetti mill-vjolenza; |
L. |
billi fl-4 ta' Marzu 2016 il-Kummissjoni pproponiet l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, l-ewwel strument legalment vinkolanti dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa f'livell internazzjonali; |
M. |
billi l-Istati Membri kollha tal-UE ffirmaw il-konvenzjoni, iżda erbatax minnhom biss irratifikawha; |
N. |
billi r-ratifika tal-Konvenzjoni mhijiex se tikseb riżultati sakemm ma jiġix żgurat infurzar xieraq u sakemm ma jiġux allokati riżorsi finanzjarji u umani xierqa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u għall-protezzjoni tal-vittmi; |
O. |
billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul issegwi approċċ olistiku, billi tindirizza l-kwistjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru minn firxa wiegħa ta' perspettivi, bħall-prevenzjoni, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, miżuri tad-dritt penali biex tiġi miġġielda l-impunità, il-protezzjoni u l-appoġġ tal-vittmi, il-protezzjoni tat-tfal, il-protezzjoni tan-nisa li jfittxu l-asil u tar-rifuġjati nisa, jew il-ġbir aħjar tad-data; billi dan l-approċċ ifisser l-adozzjoni ta' politiki integrati, u l-kombinazzjoni ta' azzjonijiet f'diversi oqsma mmexxija minn bosta partijiet ikkonċernati (ġudizzjarji, tal-pulizija u tal-awtoritajiet soċjali, NGOs, assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali, gvernijiet, eċċ.) fil-livelli kollha tal-governanza; |
P. |
billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul hija ftehim imħallat li jippermetti l-adeżjoni tal-UE b'mod parallel mal-adeżjoni tal-Istati Membri, peress li l-UE hija kompetenti f'oqsma li jinkludu d-drittijiet tal-vittmi u l-ordnijiet ta' protezzjoni, l-asil u l-migrazzjoni, kif ukoll fil-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali; |
1. |
Ifakkar li l-Kummissjoni hija marbuta bl-Artikolu 2 TUE u bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li tiggarantixxi, tippromvovi u tieħu azzjoni favur l-ugwaljanza bejn is-sessi; |
2. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi ffirmata u konkluża l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, iżda jiddeplora l-fatt li n-negozjati fil-Kunsill mhumiex mexjin bl-istess ħeffa; |
3. |
Jenfasizza li l-adeżjoni tal-UE tiggarantixxi qafas ġuridiku Ewropew koerenti biex tiġi evitata u miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u biex jiġu protetti l-vittmi tal-vjolenza; jenfasizza li tipprovdi koerenza u effiċjenza akbar fil-politiki interni u esterni tal-UE, tiżgura monitoraġġ, interpretazzjoni u implimentazzjoni aħjar tal-liġijiet, il-programmi u l-fondi tal-UE rilevanti għall-Konvenzjoni, kif ukoll ġbir aktar adegwat u aħjar ta' data diżaggregata paragunabbli dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru f'livell tal-UE, u tirrinforza r-responsabbiltà tal-UE f'livell internazzjonali; jenfasizza wkoll li l-adeżjoni tal-UE tapplika pressjoni politika mġedda fuq l-Istati Membri biex jirratifikaw dan l-istrument; |
4. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħaffu n-negozjati dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul; |
5. |
Jappoġġja l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul fuq bażi wiesgħa u mingħajr riżervi; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-Parlament ikun involut bis-sħiħ fil-proċess ta' monitoraġġ tal-Konvenzjoni wara l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, kif previst fl-Artikolu 218 TFUE; |
7. |
Ifakkar li l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul ma teżonerax lill-Istati Membri mir-ratifika nazzjonali tal-Konvenzjoni; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri kollha li għadhom m'għamlux dan biex jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul malajr; |
8. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw infurzar xieraq tal-Konvenzjoni u jallokaw riżorsi finanzjarji u umani xierqa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u għall-protezzjoni tal-vittmi; |
9. |
Iqis li l-isforzi tal-UE biex tinqered il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet iridu jkunu parti minn pjan komprensiv biex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' inugwaljanzi bejn is-sessi; jitlob li titfassal strateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
10. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni, magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014, li tinkludi rakkomandazzjonijiet biex tiġi miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa, biex tippreżenta att legali li jipprovdi sistema koerenti għall-ġbir ta' data statistika kif ukoll approċċ imsaħħaħ mill-Istati Membri għall-prevenzjoni u t-trażżin tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u sabiex l-aċċess iffaċilitat għall-ġustizzja jkun possibbli; |
11. |
Jitlob lill-Kunsill jattiva l-klawsola passerelle, billi jadotta deċiżjoni unanima li tidentifika l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (u forom oħra ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru) bħala qasam ta' kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) TFUE; |
12. |
Jirrikonoxxi l-ħidma importantissima mwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex tiġi evitata u miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u biex jiġu protetti u assistiti l-vittmi tal-vjolenza; |
13. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati biex, filwaqt li jaħdmu mal-Kummissjoni u l-NGOs tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jgħinu fit-tixrid ta' informazzjoni dwar il-Konvenzjoni, il-programmi tal-UE u l-fondi disponibbli taħthom biex tiġi miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa u biex il-vittmi jiġu protetti; |
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkooperaw mal-Parlament biex jidentifikaw il-progress li sar rigward l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jitlob lit-Triju ta' Presidenzi jagħmlu sforzi sostanzjali biex jissodisfaw l-impenji tagħhom f'dan ir-rigward; jitlob li jsir Summit tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-sessi u d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet biex jiġġeddew l-impenji; |
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. |
(1) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 2.
(2) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.
(3) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
(5) Testi adottati, P7_TA(2014)0126.
(6) PE 504.467.
(7) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(8) ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2.
(9) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4.
(10) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(11) ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/101 |
P8_TA(2016)0452
L-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2015
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman fis-sena 2015 (2016/2150(INI))
(2018/C 224/17)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi Ewropew ta' Kondotta Amministrattiva Tajba kif adottat mill-Parlament Ewropew fis-6 ta' Settembru 2001 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar il-Kooperazzjoni li ġie konkluż bejn il-Parlament Ewropew u l-Ombudsman Ewropew fil-15 ta' Marzu 2006, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006, |
— |
wara li kkunsidra l-prinċipji ta' trasparenza u integrità fl-attivitajiet tal-illobbjar ippubblikati mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 220(2), it-tieni u t-tielet sentenzi, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0331/2016), |
A. |
billi r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2015 tressaq formalment lill-President tal-Parlament fit-3 ta' Mejju 2016, u l-Ombudsman, Emily O'Reilly, ippreżentat ir-rapport lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi Brussell fl-20 ta' Ġunju 2016; |
B. |
billi l-Artikolu 15 tat-TFUE jiddikjara li sabiex tiġi promossa t-tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod kemm jista' jkun miftuħ; |
C. |
billi l-Artikolu 24 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju li kull ċittadin tal-Unjoni jista' jressaq rikors quddiem l-Ombudsman stabbilit skont l-Artikolu 228 tat-TFUE; |
D. |
billi l-Artikolu 228 tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Ombudsman Ewropew li tilqa' l-ilmenti li jinvolvu każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi u organi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha; |
E. |
billi l-Artikolu 258 tat-TFUE jistabbilixxi r-rwol tal-Kummissjoni bħala l-gwardjana tat-Trattati; billi n-nuqqas jew it-tħollija barra tal-eżerċizzju ta' din ir-responsabilità tista' titqies bħala każ ta' amministrazzjoni ħażina; |
F. |
billi, skont l-Artikolu 298 tat-TFUE “l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti”, u billi l-istess artikolu jipprevedi l-adozzjoni, għal dak il-għan, ta' leġiżlazzjoni sekondarja speċifika fil-forma ta' regolamenti applikabbli għall-oqsma kollha tal-amministrazzjoni tal-UE; |
G. |
billi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiddikjara li “Kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b'mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni”; |
H. |
billi l-Artikolu 43 tal-Karta jiddikjara li “Kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandu d-dritt li jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet, tal-korpi jew ta' l-aġenziji ta' l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha”; |
I. |
billi, fl-2015, l-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew, stabbilit bit-Trattat ta' Maastricht, iċċelebra l-20 anniversarju tiegħu wara li ttratta 48 840 ilment mill-2005 'l hawn; |
J. |
billi skont l-Ewrobarometru Flash dwar id-Drittijiet ta' Ċittadinanza tal-UE ta' Ottubru 2015, 83 % taċ-ċittadini Ewropej huma konxji li ċittadin tal-UE għandu d-dritt li jressaq ilment lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew jew lill-Ombudsman Ewropew; |
K. |
billi l-amministrazzjoni ħażina hija definita mill-Ombudsman Ewropew bħala amministrazzjoni li ma saritx kif suppost jew li saret b'mod mhux ġust, li sseħħ jekk istituzzjoni jew korp pubbliku jonqsu milli jaġixxu b'mod konformi mal-liġi jew ma' xi regola jew prinċipju vinkolanti għalihom, jonqsu milli jirrispettaw il-prinċipji ta' amminstrazzjoni tajba, jew jiksru d-drittijiet tal-bniedem; |
L. |
billi l-Kodiċi ta' Mġiba Amministrattiva Tajba hija mmirata biex tipprevjeni li sseħħ amministrazzjoni ħażina; billi l-utilità ta' din l-għodda hija limitata minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħha; |
M. |
billi huwa kruċjali li jkun hemm trasparenza kbira sabiex jinkisbu l-leġittimità u l-fiduċja li d-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq l-interess pubbliku ġenerali; |
N. |
billi l-opaċità f'dak li jikkonċerna fajls li jimplikaw impatt kbir fuq il-mudell soċjoekonomiku tal-UE, li wkoll spiss għandhom implikazzjonijiet maġġuri fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-ambjent, għandha t-tendenza li tiġġenera nuqqas ta' fiduċja fost iċ-ċittadini u fl-opinjoni pubblika b'mod ġenerali; |
O. |
billi l-informaturi jaqdu rwol kruċjali meta jiżvelaw każijiet ta' amministrazzjoni ħażina u anke ta' korruzzjoni politika f'xi każijiet; billi dawn il-każijiet jimminaw severament il-kwalità tad-demokrazija tagħna; billi l-informaturi spiss iħabbtu wiċċhom ma' inkwiet sever bħala konsegwenza u spiss wisq jiġu esposti għal konsegwenzi personali negattivi f'ħafna livelli, mhux biss professjonalment iżda anke kriminalment; billi fin-nuqqas ta' salvagwardji ulterjuri dawn l-esperjenzi magħrufa tal-passat jista' jkollhom it-tendenza li jiddiswadu lill-individwi milli fil-ġejjieni jsegwu t-triq etika tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta; |
P. |
billi l-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew kiseb rata ta' konformità ta' 90 % bid-deċiżjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fl-2014, rata li hija 10 punti perċentwali ogħla miċ-ċifra tal-2013; |
Q. |
billi, fir-rigward tal-inkjesti mibdija mill-Ombudsman fl-2015, jistgħu jiġu identifikati t-temi ewlenin li ġejjin: it-trasparenza fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, kwistjonijiet etiċi, il-parteċipazzjoni pubblika fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonjiet tal-UE, ir-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni, u d-drittijiet fundamentali; |
R. |
billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jikkostitwixxi membru attiv tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen; billi, bħala tali, il-Kumitat irċieva 42 ilment mill-Ombudsman Ewropew immarkati għal aktar trattament bħala petizzjonijiet; |
1. |
Japprova r-rapport annwali għall-2015 ippreżentat mill-Ombudsman Ewropew; |
2. |
Jifraħ lil Emily O'Reilly għall-ħidma eċċellenti tagħha u għall-isforzi kontinwi tagħha biex ittejjeb il-kwalità tas-servizz offrut liċ-ċittadini mill-amministrazzjonijiet Ewropej; jirrikonoxxi l-importanza tat-trasparenza bħala element fundamentali tal-ksib tal-fiduċja u tal-amministrazzjoni tajba, ħaġa li hija sottolinjata wkoll mill-perċentwal għoli ta' lmenti dwar it-trasparenza (22,4 %), u li tagħti lil dan is-suġġett l-ogħla klassifika minnhom kollha; jirrikonoxxi r-rwol tal-inkjesti strateġiċi fl-iżgurar ta' amministrazzjoni tajba u jappoġġja lil dawk li twettqu s'issa mill-Uffiċċju tal-Ombudsman f'dan il-qasam; |
3. |
Jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Ombudsman Ewropew biex iżżid it-trasparenza fin-negozjati tat-TTIP permezz ta' proposti lill-Kummissjoni; ifaħħar il-pubblikazzjoni li rriżultat minnhom, min-naħa tal-Kummissjoni, ta' għadd ta' dokumenti tat-TTIP, li b'hekk tħeġġet it-trasparenza bħala wieħed mit-tliet pilastri tal-istrateġija kummerċjali l-ġdida tal-Kummissjoni; jenfasizza mill-ġdid il-ħtieġa ta' trasparenza msaħħa fi ftehimiet internazzjonali bħalma huma t-TTIP, is-CETA u oħrajn, kif mitlub minn ħafna ċittadini mħassba li indirizzaw lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jitlob li jsiru sforzi aktar b'saħħithom u aktar wiesgħa f'dan ir-rigward, bil-għan li tiġi salvagwardjata l-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej; |
4. |
Jistieden lill-Ombudsman Ewropew tinvestiga sa liema punt l-istabbiliment tal-kmamar għall-qari sikuri huwa konformi mad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti u mal-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba; |
5. |
Ifakkar li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jibni fuq il-prinċipju ta' “l-akbar aċċess possibbli”; jenfasizza, għalhekk, li t-trasparenza u l-aċċess sħiħ għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE għandhom ikunu r-regola sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw b'mod sħiħ id-drittijiet demokratiċi tagħhom; jenfasizza li, kif diġà ġie deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-eċċezzjonijiet għal dik ir-regola għandhom jiġu interpretati kif jixraq, filwaqt li jitqies l-interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar u fil-ħtiġijiet tad-demokrazija, l-involviment aktar mill-qrib taċ-ċittadini fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-leġittimità tal-governanza, l-effiċjenza u l-obbligu ta' rendikont lejn iċ-ċittadini; |
6. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu s-setgħa lill-Ombudsman Ewropew billi jagħtuha l-kapaċità li toħroġ dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mid-diversi istituzzjonijiet tal-UE, bil-kundizzjoni li dawn id-dokumenti ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament; jappoġġja l-idea li l-Ombudsman għandu jkollha s-setgħa li tieħu deċiżjoni dwar ir-rilaxx tad-dokumenti rilevanti, wara investigazzjoni dwar in-nuqqas ta' konformità; |
7. |
Jiddispjaċih li r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tinsab wieqfa; jemmen li għandu jsir progress mingħajr aktar dewmien, peress li r-Regolament m'għadux jirrifletti s-sitwazzjoni ġuridika jew il-prattiki istituzzjonali attwali; |
8. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, u jappoġġja l-investigazzjoni mill-Ombudsman Ewropew dwar negozjati informali bejn it-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE (“it-trilogi”), u l-varar ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-kwistjoni; jappoġġja l-pubblikazzjoni tad-dokumenti tat-trilogu, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. |
9. |
Jiddispjaċih li l-Kumitat Parlamentari ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (EMIS) ġie fornut mill-Kummissjoni b'dokumentazzjoni parzjali biss, imfassla b'tali mod li ċerta informazzjoni meqjusa mill-Kummissjoni bħala irrelevanti kienet nieqsa; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-ogħla preċiżjoni fil-ħidma tagħha u trasparenza sħiħa fir-rigward tad-dokumentazzjoni fornuta, b'konformità sħiħa mal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera, sabiex tiggarantixxi li l-Kumitat EMIS ikun jista' jeżerċita s-setgħat ta' investigazzjoni tiegħu b'mod sħiħ u effettiv; |
10. |
Jappoġġja d-determinazzjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħmel il-ħidma tal-Bank Ċentrali Ewropew aktar trasparenti u konformi ma' standard għoli ta' governanza, speċjalment bħala membru tat-Trojka/Kwadriga li tissorvelja l-programmi ta' konsolidazzjoni fiskali fil-pajjiżi tal-UE; jilqa' d-deċiżjoni tal-BĊE li jippubblika listi tal-laqgħat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv tiegħu; jappoġġja l-prinċipji ta' gwida ġodda għall-impenji ta' għoti ta' diskorsi u l-istabbiliment ta' “perijodu kalm” fir-rigward ta' informazzjoni sensittiva għas-suq qabel ma jsiru l-laqgħat tal-Kunsill Governattiv. |
11. |
Jinnota l-istatus tal-BĊE kemm bħala awtorità monetarja u kemm bħala membru konsultattiv tat-Trojka/Kwadriga, u jappella lill-Ombudsman Ewropew biex issalvagwardja l-interessi tal-amministrazzjoni tajba ta' waħda mill-awtoritajiet finanzjarji l-aktar importanti; |
12. |
Jappella għal trasparenza akbar fil-laqgħat tal-Grupp tal-Euro, lil hinn mill-passi li diġà ttieħdu mill-President tiegħu wara intervent mill-Ombudsman Ewropew; |
13. |
Japprova l-investigazzjoni tal-Ombudsman dwar l-għamla u t-trasparenza tal-ħidma tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni; jinnota l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiftaħ dawn il-gruppi għall-pubbliku, u jenfasizza li hemm il-ħtieġa ta' aktar azzjonijiet biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa; itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill, inklużi l-korpi preparatorji tiegħu, biex jissieħbu fir-Reġistru tar-Rappreżentanti ta' Gruppi ta' Interess malajr kemm jista' jkun u jtejbu t-trasparenza tal-ħidma tagħhom; |
14. |
Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-isforzi li qed tagħmel l-Ombudsman biex trendi l-illobbjar aktar trasparenti; jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' rieda min-naħa tal-Kummissjoni li tippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-laqgħat mal-lobbisti tat-tabakk; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel l-operazzjonijiet tagħha kompletament trasparenti ħalli l-pubbliku jikseb fiduċja akbar fil-ħidma tagħha; |
15. |
jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-informazzjoni kollha dwar l-influwenza tal-lobbisti disponibbli mingħajr ħlas, u b'mod li l-pubbliku jkun jista' jifhimha għalkollox u jkollu aċċess faċli għaliha, permezz ta' bażi tad-data onlajn ċentralizzata unika; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq, sa tmiem is-sena 2017, proposta għal Reġistru tar-Rappreżentanti ta' Gruppi ta' Interess liema reġistru jkun mandatarju bis-sħiħ u ġuridikament vinkolanti mmirat biex jagħlaq il-lakuni kollha u jikseb reġistru mandatorju għalkollox tal-lobbisti kollha; |
17. |
Jappoġġja l-isforzi biex jiġu implimentati linji gwida dwar it-trasparenza tal-illobbjar li jkunu japplikaw mhux biss għall-istituzzjonijiet tal-UE iżda għall-amministrazzjonijiet nazzjonali wkoll; |
18. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn it-tħassib taċ-ċittadini fir-rigward ta' kif il-Kummissjoni tittratta l-proċeduri ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u n-nuqqas ta' trasparenza fl-istadji rilevanti tal-proċess; jenfasizza li d-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif imnaqqax fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jinkludi l-obbligu li jingħata raġunament suffiċjenti fil-każijiet fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tiftaħx proċedura ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jilqa' l-inkjesta strateġika min-naħa tal-Ombudsman Ewropew dwar il-kwistjonijiet sistemiċi misjuba fl-EU Pilot; |
19. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftuħ tal-inkjesta tal-Ombudsman (Kawża OI/5/2016/AB) dwar it-trattament min-naħa tal-Kummissjoni ta' lmenti ta' ksur taħt il-proċeduri tal-EU Pilot fir-rwol tagħha bħala l-gwardjana tat-Trattati; ifakkar fit-talbiet preċedenti li għamel il-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar li jiġi żgurat aċċess għad-dokumenti proċedurali tal-EU Pilot u għal dawk ta' ksur, peress li spiss il-petizzjonijiet iwasslu għall-ftuħ ta' proċeduri bħal dawn; |
20. |
Jilqa' t-tkomplija tal-investigazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew f'każijiet tat-tip “bibien iduru” fil-Kummissjoni; jirrikonoxxi l-fatt li b'riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet il-Kummissjoni tat informazzjoni aqwa rigward l-ismijiet tal-uffiċjali għolja li telqu minn magħha biex jaħdmu fis-settur privat; iħeġġeġ li l-ismijiet u data oħra ta' persuni bħal dawn jiġu ppubblikati aktar spiss; jesprimi t-tama tiegħu li istituzzjonijiet u aġenziji Ewropej oħra se jagħmlu l-istess; jilqa' r-rieda min-naħa tal-Kummissjoni li tippubblika informazzjoni dwar l-impjiegi ta' wara tmiem il-mandat ta' dawk li kienu Kummissarji; jesprimi tħassib kbir dwar il-fatt li l-ex-President tal-Kummissjoni Barroso inħatar bħala konsulent u President mhux eżekuttiv ta' Goldman Sachs International; jistieden lill-Ombudsman tagħti bidu għal inkjesta strateġika dwar il-mod kif il-Kummissjoni ttrattat il-każ “revolving door” ta' Barroso, inkluża l-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jiġi rriformat il-kodiċi ta' kondotta f'konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba u r-rekwiżiti tat-Trattat li jinsabu fl-Artikolu 245 tat-TFUE; |
21. |
Ifakkar li l-kunflitt ta' interess għandu ambitu usa' mill-każijiet tat-tip 'bieb idur'; jenfasizza li l-indirizzar determinat u b'mod effettiv tal-għejun kollha ta' kunflitt ta' interess huwa kruċjali sabiex tinkiseb amministrazzjoni tajba u tiġi żgurata l-kredibilità tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi u tekniċi; iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari fil-livell tal-UE, abbażi ta' standards għolja u miżuri konkreti li ma jħallu l-ebda dubju rigward xi kunflitt ta' interess, fil-ħatra tal-kandidati għall-pożizzjonijiet fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni; |
22. |
Jilqa' l-fatt li fl-2015 l-istituzzjonijiet kollha tal-UE introduċew regoli interni għall-protezzjoni tal-informaturi, skont l-Artikolu 22(a) sa (c) tar-Regolamenti tal-Persunal, u b'hekk ħeġġew l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ta' tip regolat; jinnota li l-protezzjoni tal-informaturi kontra r-ritaljazzjoni tista' tkun aktar effettiva; għal dan il-għan, iħeġġeġ l-adozzjoni ta' regoli komuni għall-inkoraġġiment tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta u l-introduzzjoni ta' garanziji minimi u salvagwardji għall-informaturi. |
23. |
Jitlob li jkun hemm direttiva dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta liema direttiva tistabbilixxi kanali u proċeduri xierqa għad-denunzjar tal-forom kollha ta' għemil ħażin, kif ukoll garanziji minimi adegwati u salvagwardji ġuridiċi għall-informaturi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat; |
24. |
Jilqa' l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' lmenti għall-ksur potenzjali tad-drittijiet fundamentali fil-Frontex, wara investigazzjoni mill-Ombudsman li għadha għaddejja dwar il-prattiki użati mill-Frontex u mill-Istati Membri fir-ritorni furzati konġunti ta' migranti irregolari; ifaħħar l-inklużjoni ta' tali mekkaniżmu fir-regolament il-ġdid tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; |
25. |
Ifaħħar lill-Ombudsman Ewropew talli investigat jekk l-Istati Membri humiex jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali meta jkunu qed jimplimentaw azzjonijiet iffinanzjati mill-fondi tal-UE, bħalma huma proġetti li jistituzzjonalizzaw lill-persuni b'diżabilità u mhux jintegrawhom fis-soċjetà; Iħeġġeġ lill-Ombudsman Ewropew tkompli b'tali investigazzjonijiet, bil-għan li tiżgura t-trasparenza u l-valur miżjud tal-proġetti; |
26. |
Jilqa' l-kooperazzjoni ta' bejn l-Ombudsman u l-Parlament Ewropew fil-Qafas tal-UE għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'mod partikulari billi talbet l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni fil-livell tal-UE u li jiġu allokati għal dan riżorsi suffiċjenti; jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromulgaw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni fil-livell tal-UE; |
27. |
Jappoġġja l-isforzi tal-Ombudsman fit-trattament tal-każijiet ta' diskriminazzjoni, id-drittijiet tal-gruppi ta' minoritarji, u d-drittijiet tal-anzjani fis-seminar tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen dwar “L-Ombudsmen kontra d-Diskriminazzjoni”; |
28. |
Jappoġġja l-isforzi tal-Ombudsman biex tiżgura l-imparzjalità fit-teħid tad-deċiżjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' kompetizzjoni; |
29. |
Jirrikonoxxi li d-dritt taċ-ċittadini li jkollhom vuċi fit-tfassil tal-politika tal-UE issa huwa aktar importanti minn qatt qabel; jilqa' l-linji gwida proposti mill-Ombudsman biex jittejjeb il-funzjonament tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, speċjalment fejn jidħol ir-raġunament solidu min-naħa tal-Kummissjoni fir-rifjut ta' inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej; jirrikonoxxi, madankollu, li hemm nuqqasijiet sinifikanti li jeħtieġ li jiġu indirizzati b'mod determinat u solvuti bil-għan li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ssir aktar effettiva; jafferma li l-inklużjoni akbar taċ-ċittadini fid-determinazzjoni tal-politiki tal-UE se żżid il-kredibilità tal-istituzzjonijiet Ewropej; |
30. |
Jinnota b'mod pożittiv id-djalogu kontinwu u r-relazzjonijiet mill-qrib li għandha l-Ombudsman ma' firxa wiesgħa ta' istituzzjonijiet tal-UE, inkluż il-Parlament Ewropew, kif ukoll korpi oħra, bil-għan li tiżgura kooperazzjoni u l-koeżjoni amministrattivi; ifaħħar ukoll l-isforzi tal-Ombudsman biex tiżgura l-komunikazzjoni kontinwa u miftuħa mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; |
31. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-aġenziji tal-UE jirrispettaw l-istess standards għoljin ta' trasparenza, responsabbiltà, u etika bħall-istituzzjonijiet l-oħra kollha; jinnota b'apprezzament il-ħidma importanti mwettqa mill-Ombudsman Ewropew f'diversi aġenziji madwar l-UE; jappoġġja l-proposta mressqa quddiem l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li r-reġistranti għandhom juru li huma ppruvaw minn kollox biex jevitaw l-ittestjar tal-annimali u biex jipprovdu informazzjoni dwar kif jiġi evitat l-ittestjar tal-annimali; |
32. |
Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman li jgħidu li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għandha tirrevedi r-regoli u l-proċeduri tagħha dwar il-kunflitt ta' interess sabiex tiżgura konsultazzjoni u parteċipazzjoni pubblika xierqa; |
33. |
Ifakkar li l-Ombudsman għandha wkoll il-kapaċità, u għaldaqstant id-dmir, li tiskrutinja l-ħidma tal-Parlament bil-għan li taħdem lejn l-għan li tiżgura l-amministrazzjoni tajba għaċ-ċittadini tal-UE; |
34. |
Jitlob li l-Kodiċi ta' Mġiba Amministrattiva Tajba jiġi aġġornat b'mod effettiv billi matul dan il-mandat leġiżlattiv jiġi adottat regolament vinkolanti dwar il-kwistjoni; |
35. |
Jistieden lill-Ombudsman Ewropew biex mar-rapporti annwali futuri żżid kategorizzazzjoni ta' lmenti li jaqgħu barra l-mandat tal-uffiċċju tal-Ombudsman, peress li dan ikun jippermetti lill-Membri tal-Parlament Ewropew li jkollhom ħarsa ġenerali tal-problemi li jolqtu liċ-ċittadini tal-UE; |
36. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-ombudsmen tal-Istati Membri jew lill-entitajiet kompetenti simili. |
(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 331.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/107 |
P8_TA(2016)0453
Lejn sistema definittiva ta' VAT u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar lejn sistema definittiva ta' VAT u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (2016/2033(INI))
(2018/C 224/18)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT ippreżentat mill-Kummissjoni fis-7 ta' April 2016 (COM(2016)0148), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 24/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-3 ta' Marzu 2016 bit-titolu “L-indirizzar tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT: Tinħtieġ aktar azzjoni”, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT (1), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (2), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0307/2016), |
A. |
billi s-Suq Uniku, stabbilit fl-1 ta' Jannar 1993, neħħa l-kontrolli mal-fruntieri għall-kummerċ intra-Komunitarju u billi, skont l-Artikoli 402 sa 404 tad-Direttiva tal-VAT attwali, l-arranġamenti tal-VAT tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ mill-1993 huma biss ta' natura provviżorja u tranżizzjonali; |
B. |
billi, skont l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kunsill għandu, b'mod unanimu, jadotta direttivi għall-ikkompletar tas-sistema komuni tal-VAT u, b'mod partikolari, għat-tneħħija jew għar-revoka progressivi tal-eżenzjonijiet minn din is-sistema; |
C. |
billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li kull erba' snin tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-sistema attwali tal-VAT u, b'mod partikolari, dwar l-arranġamenti tranżizzjonali; |
D. |
billi l-VAT, li d-dħul minnha għas-sena 2014 kien ta' kważi EUR triljun, hija sors ta' dħul ewlieni u li qiegħed jikber fl-Istati Membri u tikkontribwixxi għar-riżorsi proprji tal-UE, bid-dħul totali tal-UE mir-riżorsi proprji tal-VAT ikun ta' EUR 17 667 miljun u jammonta għal 12,27 % tad-dħul totali tal-UE fl-2014 (4); |
E. |
billi s-sistema tal-VAT attwali, peress li hi applikata minn korporazzjonijiet kbar għal tranżazzjonijiet transfruntieri, hija vulnerabbli għall-frodi, għall-istrateġiji tal-evitar tat-taxxa, għall-VAT li ma tinġabarx minħabba insolvenzi, jew għall-kalkolu ħażin; billi d-“diskrepanza tal-VAT” stmata tammonta għal madwar EUR 170 biljun kull sena, u teknoloġiji diġitali aħjar qed isiru disponibbli biex jgħinu fit-tnaqqis ta' din id-diskrepanza; |
F. |
billi, skont studju tal-Kummissjoni (5), il-frodi MTIC (frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes, komunement imsejjaħ frodi karusell) waħdu huwa responsabbli għal telf fid-dħul tal-VAT ta' madwar EUR 45 biljun sa EUR 53 biljun kull sena; |
G. |
billi l-Istati Membri jvarjaw fl-effikaċja li biha huma kapaċi jindirizzaw il-frodi tal-VAT u l-evitar tal-VAT, peress li d-diskrepanza tal-VAT hija stmata li tvarja minn inqas minn 5 % sa aktar minn 40 % skont il-pajjiż ikkunsidrat; |
H. |
billi, skont l-istimi tal-Europol, bejn EUR 40 biljun u EUR 60 biljun tat-telf fid-dħul annwali mill-VAT tal-Istati Membri huwa kkawżat minn gruppi ta' kriminalità organizzata, u 2 % ta' dawk il-gruppi huma wara 80 % tal-frodi MTIC; |
I. |
billi l-kejl tat-telf fid-dħul li jirriżulta minn frodi tal-VAT transfruntiera hija sfida iebsa ħafna minħabba li żewġ Stati Membri biss, ir-Renju Unit u l-Belġju, jiġbru u jiddisseminaw statistika dwar din il-kwistjoni; |
J. |
billi bosta Stati Membri taħt il-koordinazzjoni tal-Eurojust u tal-Europol reċentement wettqu tliet Operazzjonijiet Vertigo konsekuttivi u ta' suċċess li kixfu skema ta' frodi karusell li tammonta għal EUR 320 miljun; |
K. |
billi l-ispejjeż amministrattivi kbar ikkawżati mis-sistemi tal-VAT preżenti, speċjalment fir-rigward ta' tranżazzjonijiet transfruntiera, jistgħu jitnaqqsu b'mod sinfikanti għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, anke permezz ta' mekkaniżmi ta' simplifikazzjoni bl-użu ta' għodod ta' rappurtar diġitali u databases komuni; |
L. |
billi hemm ħafna lok għal titjib fit-tnaqqis tal-ostakoli amministrattivi u fiskali li jolqtu, b'mod partikolari, il-proġetti ta' kooperazzjoni transfruntiera; |
M. |
billi l-VAT hija taxxa fuq il-konsum li hija bbażata fuq sistema ta' ħlasijiet frazzjonati li tippermetti awtoregolamentazzjoni mill-persuni responsabbli għall-ħlas, u billi trid titħallas biss mill-konsumatur finali sabiex tiġi żgurata n-newtralità għan-negozji; billi huwa f'idejn l-Istati Membri li jorganizzaw il-mod prattiku li bih jiċċarġjaw il-VAT sabiex jiżguraw li din titħallas mill-konsumatur finali; |
N. |
billi 23 sena wara l-introduzzjoni tad-Direttiva tal-VAT, l-hekk imsejħa “derogi ta' sospensjoni” ma għadhomx rilevanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ekonomija diġitali moderna; |
O. |
billi, fl-aħħar żewġ deċennji, il-Kummissjoni fetħet aktar minn 40 proċedura ta' ksur kontra aktar minn żewġ terzi tal-Istati Membri minħabba ksur tad-Direttiva; |
P. |
billi ma tistax tintlaħaq maġġoranza favur il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini rigward sistema tal-VAT definittiva, peress li dan ikun jeħtieġ livell ogħla ta' armonizzazzjoni tar-rati tat-taxxa biex jiġu evitati distorsjonijiet massivi fil-kompetizzjoni; |
Q. |
billi l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa hija waħda mill-isfidi ewlenin fil-qasam tat-taxxa li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri; |
R. |
billi l-frodi tal-VAT hija prattika li tagħmel ħafna ħsara peress li tiddevja ammonti sinifikanti tad-dħul tal-baġit tal-Istati Membri filwaqt li xxekkel l-isforzi tagħhom biex jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi; |
S. |
billi l-frodi tal-VAT f'livell transfruntier lill-Istati Membri u lill-kontribwenti Ewropej tagħna tiswielhom madwar EUR 50 biljun fis-sena; |
T. |
billi t-tipoloġiji ta' frodi tal-VAT huma multidimensjonali, kontinwament jevolvu u jirrigwardaw ħafna setturi ekonomiċi, u, għaldaqstant, jirrikjedu adattament rapidu tal-leġiżlazzjoni rilevanti bil-għan li tinqabad it-triq lejn sistema tal-VAT sempliċi u sostenibbli li tippermetti li jiġu evitati l-frodi u t-telf potenzjali tad-dħul mit-taxxa; |
U. |
billi ebda proġett pilota tar-reverse charge m'għandu joħloq jew iwassal għal dewmien fl-istabbiliment ta' sistema definittiva tal-VAT kif previst mill-pjan direzzjonali tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni; |
V. |
billi t-teknika ta' frodi tal-VAT l-iktar użata hija l-frodi “karusell”; billi dan it-tip ta' frodi, komuni ħafna fis-setturi tal-komponenti elettroniċi, tat-telefonija mobbli u tal-kummerċ tat-tessuti, il-merkanzija tgħaddi minn diversi kumpaniji fi Stati Membri differenti, fejn jittieħed vantaġġ mill-fatt li ma hemm ebda taxxa imposta fuq il-provvista ta' merkanzija fi ħdan l-UE; |
W. |
billi l-isforzi ta' kooperazzjoni msaħħa u kostanti bejn l-Istati Membri huma meħtieġa b'mod urġenti biex jitfasslu strateġiji komprensivi u integrati fil-ġlieda kontra l-frodi, partikolarment fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji attwali tal-UE, u ż-żieda tal-kummerċ elettroniku u tal-kummerċ fuq l-Internet, li dgħajfet il-kontroll territorjali fuq il-ġbir tal-VAT; |
X. |
billi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri hija element fundamentali tal-aġenda politika tal-Unjoni sabiex tikkonsolida u ssaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u tiggarantixxi li flushom qed jintużaw b'mod xieraq; |
Y. |
billi l-frodi tal-VAT tirriżulta f'telf ta' dħul għall-Istati Membri, u għalhekk għall-UE, toħloq distorsjoni fl-ambjent fiskali li tagħmel ħsara b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u tintuża minn organizzazzjonijiet kriminali li jieħdu vantaġġ minn lakuni leġiżlattivi eżistenti bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tagħhom; |
Z. |
billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonkludiet fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 24/2015 li l-frodi tal-VAT hija prinċipalment ikklassifikata bħala prattika kriminali li jeħtieġ li titwaqqaf; |
AA. |
billi fil-kawża “Taricco u Oħrajn” (C105/14), il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja stqarret li l-kunċett ta' “frodi” kif definit fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikopri d-dħul mill-VAT; |
1. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi sistema tal-VAT definittiva sal-2017 li hija sempliċi, ġusta, robusta, effiċjenti u inqas suxxettibbli għall-frodi; |
2. |
Jenfasizza li hemm bżonn ta' sistema sempliċi għall-VAT li titlob inqas eżenzjonijiet, għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku diġitali; |
3. |
Hu tal-fehma li l-parir espert li fuqu hija bbażata l-proposta tal-Kummissjoni għall-programm ta' azzjoni fih rakkomandazzjonijiet importanti; jenfasizza li l-lista ta' proposti tal-Kummissjoni mmirati lejn il-kisba ta' sistema tal-VAT robusta, sempliċi u reżistenti għall-frodi, mhijiex eżawrjenti; |
4. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2016 u l-miżuri addizzjonali mbassra ddisinjati biex jevitaw il-frodi u jgħinu jtejbu s-sistema tal-VAT eżistenti; |
5. |
Hu tal-fehma li t-titjib tas-sistema eżistenti huwa wkoll importanti, u jitlob riformi fundamentali bil-ħsieb li jneħħu jew għall-inqas inaqqsu b'mod sostanzjali l-problemi li jaffettwawha, u b'mod partikolari l-problema Ewropea tal-ġbir tal-VAT; |
6. |
Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha teżamina l-għażliet kollha possibbli bl-istess mod mingħajr ma tippreġudika l-eżitu u għandha tinkludihom fil-proċess leġiżlattiv; |
7. |
Jirrikonoxxi li hemm bżonn ta' sforzi konġunti bejn l-Istati Membri biex ikun hemm qbil dwar sistema tal-VAT definittiva; |
8. |
Jirrikonoxxi li l-unanimità se tkun prekundizzjoni neċessarja biex jintlaħaq ftehim dwar sistema li tiffunzjona tajjeb għall-VAT, u għalhekk jitlob viżjoni ċara rigward is-sempliċità u inqas eċċezzjonijiet flimkien ma' approċċ prammatiku li jirrispetta l-interessi tal-ekonomija diġitali li qed tiżviluppa b'rata mgħaġġla; |
9. |
Jirrikonoxxi li huwa essenzjali għall-Istati Membri li jadottaw politika tat-tassazzjoni kkoordinata kif ukoll itejbu l-ħeffa u l-frekwenza tal-iskambju ta' informazzjoni tagħhom dwar il-kummerċ intra-Komunitarju sabiex jiġġieldu b'mod effikaċi l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u biex finalment tingħalaq d-“diskrepanza tal-VAT”; |
10. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-aġenziji tal-gvern jesploraw u jittestjaw teknoloġiji ġodda, bħar-reġistru tat-teknoloġija distribwit u superviżjoni f'ħin reali, bħala parti minn aġenda RegTech bil-għan li titnaqqas b'mod sinifikanti u sostanzjali id-“diskrepanza tal-VAT” eżistenti u sinifikanti fl-Unjoni; |
11. |
Jenfasizza li hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri individwali li jiżguraw li l-VAT titħallas b'mod sempliċi u faċli għall-SMEs, li jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali; |
12. |
Hu tal-fehma li, fil-passat, il-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa individwali tal-Istati Membri ma kinux adegwati u l-attivitajiet tal-Eurofisc sa issa ma wasslux għal riżultati sodisfaċenti; huwa tal-opinjoni li l-informazzjoni skambjata permezz tal-Eurofisc għandha tkun immirata aħjar lejn il-frodi; jistenna bil-ħerqa l-proposta li jmiss tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-funzjonament tal-Eurofisc; |
13. |
Jinnota li s-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT (VIES) uriet li hija għodda utli fil-ġlieda kontra l-frodi billi tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirrikonċiljaw id-data fuq negozjanti bejn il-pajjiżi, iżda li għad hemm nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tagħha, b'mod partikolari rigward il-puntwalità tal-informazzjoni pprovduta, il-ħeffa tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet u l-veloċità tar-reazzjoni għall-iżbalji identifikati; jirrakkomanda għalhekk li l-Istati Membri jagħtu kunsiderazzjoni dovuta sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet; |
14. |
Jinnota li d-data pprovduta lill-Eurofisc mill-awtoritajiet nazzjonali mhijiex iffiltrata b'mod li tittrasferixxi biss każijiet suspetti, u għalhekk ixxekkel il-funzjonament ottimali tal-grupp; jappoġġja l-inizjattiva minn diversi Stati Membri li jisħqu favur it-twaqqif ta' għodod nazzjonali ta' analiżi tar-riskju li jippermettu l-iffiltrar ta' data mingħajr ma jidħlu f'riskju li jeliminaw każijiet suspettużi fi kwalunkwe Stat Membru u jippermettu lill-Eurofisc jirreaġixxi b'ħeffa kontra l-frodi tal-VAT transfruntiera; |
15. |
Jenfasizza li hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri individwali li jiżguraw li l-VAT titħallas b'mod xieraq u sempliċi; |
16. |
Ifakkar li l-Istati Membri jiddependu l-aktar fuq informazzjoni li tasal minn Stati Membri oħra dwar il-kummerċ fi ħdan l-UE sabiex ikunu jistgħu jiġbru l-VAT fit-territorju tagħhom; jitlob lill-awtoritajiet responsabbli biex b'mod awtomatiku jiskambjaw informazzjoni partikolarment dwar il-VAT u d-dazji kif ukoll biex jużaw mezzi teknoloġiċi affidabbli u faċli għall-utent, bħal formoli standard elettroniċi, biex ikollhom rekord tal-konsenji ta' merkanzija u ta' servizzi lill-utenti finali; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-użu ta' Numri ta' Lokazzjoni tal-VAT (VLNs), li skonthom il-konsumaturi ma jistgħux inaqqsu t-taxxa tal-input jekk il-VAT hija indikata fuq fattura mingħajr VLN validu, jista' jkun strument utli; |
17. |
Jemmen li n-nuqqas ta' data komparabbli u ta' indikaturi rilevanti adegwati biex ikejlu l-prestazzjoni tal-Istati Membri jaffettwa l-effikaċja tas-sistema tal-UE biex tindirizza l-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, u għalhekk jistieden lill-awtoritajiet tat-taxxa jistabbilixxu, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, sistema komuni biex jiġi stmat id-daqs tal-frodi fi ħdan l-UE u mbagħad jistabbilixxu miri biex jitnaqqas, peress li dan jippermetti l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fl-indirizzar ta' din il-kwistjoni; |
18. |
Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw ukoll l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi bħalma huma l-Europol u l-OLAF, kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri; |
19. |
Jinnota li l-Proċedura Doganali 42, li tipprevedi għal eżenzjoni mill-VAT fuq merkanzija impurtata fi Stat Membru wieħed meta sussegwentement dawn għandhom jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor, uriet li hija vulnerabbli għal abbuż frawdolenti; jinnota li l-kontroverifiki effikaċi tad-data miżmuma mill-awtoritajiet tat-taxxa b'data miżmuma mill-awtoritajiet doganali huma kruċjali biex jidentifikaw u jeliminaw dan it-tip ta' frodi; jitlob għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaġixxu ħalli jiffaċilitaw il-fluss ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u dawk doganali dwar l-importazzjonijiet taħt il-Proċedura Doganali 42, kif rakkomandat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; |
20. |
Jappoġġja l-għan tal-pjan ta' azzjoni li jistabbilixxi żona unika Ewropea tal-VAT, li għandha tkun pilastru għal suq intern aktar profond u aktar ekwu u biex tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ġustizzja fiskali, il-konsum sostenibbli, l-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment u l-kompetittività, filwaqt li tillimita wkoll il-possibbiltà ta' frodi tal-VAT; |
21. |
Jitlob f'dan ir-rigward li s-servizzi jiġu inkorporati b'mod sħiħ fis-sistema l-ġdida malajr kemm jista' jkun, b'mod partikolari, li s-servizzi finanzjarji jkunu soġġetti għall-VAT; |
22. |
Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li s-sistema definittiva tal-VAT għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tat-tassazzjoni fil-pajjiż li hu d-destinazzjoni finali tal-merkanzija u s-servizzi, minħabba li l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini ma setax jiġi implimentat; |
23. |
Huwa favur li l-prinċipju tal-pajjiż tad-destinazzjoni jiġi applikat bħala regola ġenerali fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod lil individwi, u li jiġu introdotti miżuri armonizzati għan-negozji ż-żgħar; |
24. |
Jappella għal żviluppi teknoloġiċi fid-dinja diġitali li għandhom jiġu inkorporati fil-mudelli fiskali eżistenti meta s-sistema tal-VAT li ttieħdet deċiżjoni dwarha tiġi introdotta, sabiex is-sistema tkun adegwata għas-seklu 21; |
25. |
Jinnota li l-eċċess attwali fir-rati tal-VAT joħloq ħafna inċertezza għall-kumpaniji involuti f'kummerċ transfruntier, b'mod partikolari fis-settur tas-servizzi u għall-SMEs; jinnota li l-inċertezza hija kkawżata wkoll mill-kwistjoni dwar min hu responsabbli għall-ġbir tal-VAT, il-prova ta' provvista fi ħdan il-komunità, ir-riskju li tkun involut fil-frodi b'negozjant nieqes, kwistjonijiet ta' fluss tal-flus u r-rati tal-VAT differenti għal kategoriji ta' merkanzija differenti fi ħdan l-istess pajjiż; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tistudja l-impatt sa nofs l-2017 tal-frodi b'negozjant nieqes; jistieden lill-Istati Membri jaqblu fuq li jżidu l-konverġenza fir-rati tal-VAT; |
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tan-nuqqas li tarmonizza r-rati tat-taxxa fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari dwar attivitajiet transfruntiera, u biex tivvaluta l-possibbiltajiet biex jitneħħew dawn l-ostakoli; |
27. |
Jappoġġja l-għażla kif proposta mill-Kummissjoni ta' rieżami regolari tal-lista' ta' merkanzija u ta' servizzi eliġibbli għal rati mnaqqsa li għandu jintlaħaq qbil dwarha mill-Kunsill; jappella biex din il-lista tqis il-prijoritajiet politiċi bħall-aspetti soċjali, tas-sessi, tas-saħħa, ambjentali, nutrizzjonali u kulturali; |
28. |
Hu tal-fehma li t-tneħħija kompleta tar-rati tat-taxxa minimi bħala alternattiva, kif proposta mill-Kummissjoni, tista' tikkawża distorsjonijiet konsiderevoli għall-kompetizzjoni u problemi fis-suq uniku; hu tal-fehma li għandha titqies il-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni, li hija neċessarja għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku; |
29. |
Jitlob eżami dwar jekk tistax tiġi adottata lista unika Ewropea ta' merkanzija u ta' servizzi mnaqqsa bil-għan li tinstab alternattiva għas-sistema attwali ta' rati tal-VAT imnaqqsa li tista' ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza tas-sistema tal-VAT, u tippermetti għal sistema aktar strutturata milli hu l-każ bħalissa; |
30. |
Hu tal-fehma li inqas eżenzjonijiet huma importanti fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u li l-aħjar u l-aktar mod effiċjenti biex tiġi indirizzata l-frodi hija sistema tal-VAT sempliċi b'rata kemm jista' jkun baxxa; |
31. |
Hu tal-fehma li s-sistema kkumplikata preżenti tista' tiġi ssimplifikata b'mod konsiderevoli jekk il-merkanzija u s-servizzi eliġibbli għal rati tat-taxxa mnaqqsa jitnaqqsu u wħud mill-merkanzija u s-servizzi eliġibbli għal rati tat-taxxa mnaqqsa jiġu determinati b'mod konġunt mill-Istati Membri fil-livell tal-UE, filwaqt li jiġi permess lill-Istati Membri jiddeċiedu dwar ir-rati tat-taxxa sakemm ikunu konformi mar-rati tat-taxxa minimi fid-Direttiva tal-VAT u sakemm dan ma joħloqx riskji ta' kompetizzjoni inġusta; |
32. |
Jitlob li l-merkanzija tkun soġġetta għall-prinċipju tal-pajjiż tad-destinazzjoni ta' tassazzjoni ekwa irrispettivament minn liema forma jieħdu jew fuq liema pjattaforma jinxtraw u jekk humiex fornuti b'mod diġitali jew b'mod fiżiku; |
33. |
Jinnota li llum, problema kbira għall-SMEs hija li l-Istati Membri għandhom interpretazzjonijiet differenti rigward x'jista' jiġi deskritt bħala merkanzija jew bħala servizz; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tkun aktar ċara u distinta fid-definizzjonijiet tagħha; |
34. |
Jistieden lill-Istati Membri japplikaw il-VAT b'mod ekwu ma' kumpaniji privati u pubbliċi f'oqsma li fihom jikkompetu ma' xulxin; |
35. |
Jirrimarka li s-sistema ta' pagamenti frazzjonata għall-VAT intgħażlet bħala r-referenza għat-tassazzjoni indiretta fil-proġett BEPS tal-OECD (Azzjoni 1) peress li tiżgura li l-ġbir tat-taxxi jkun effikaċi u, min-natura tagħha, tippermetti l-awtoregolamentazzjoni mill-operaturi; |
36. |
Jinnota li l-Artikoli 199 u 199a tad-Direttiva tal-VAT jipprovdu għal applikazzjoni temporanja u mmirata tal-mekkaniżmu tar-reverse charge għal tranżazzjonijiet transfruntiera u għal ċerti setturi domestiċi b'riskju għoli fl-Istati Membri; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa l-konsegwenzi tal-mekkaniżmu tar-reverse charge u teżamina jekk din il-proċedura hix se tissimplifika s-sitwazzjoni għall-SMEs u tnaqqas il-frodi tal-VAT; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-effetti tal-proċedura tar-reverse charge, u mhux biss għas-setturi individwali li huma partikolarment suxxettibbli għall-frodi, f'termini ta' benefiċċji, spejjeż ta' konformità, frodi, effikaċja u problemi ta' implimentazzjoni, u vantaġġi u żvantaġġi fuq terminu twil permezz ta' proġetti pilota, kif mitlub minn uħud mill-Istati Membri u sadanittant ikkonfermat espliċitament mill-Kummissjoni, anke jekk dan ma kienx inkluż fil-pjan ta' azzjoni tagħha; jisħaq, madankollu, li ebda tali proġett pilota m'għandu bi kwalunkwe mod joħloq jew iwassal għal dewmien fit-tfassil u l-implimentazzjoni tar-reġim tal-VAT permanenti kif previst mill-pjan direzzjonali tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni; |
39. |
Hu tal-fehma li l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa jridu jieħdu aktar responsabbiltà biex jiżguraw konformità mar-regoli tat-taxxa u jnaqqsu l-opportunitajiet għall-evażjoni fl-implimentazzjoni ġenerali tal-prinċipju tal-pajjiż tad-destinazzjoni; jaqbel mal-Kummissjoni li għad hemm ħafna lok għal titjib fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT permezz ta' miżuri amministrattivi konvenzjonali u titjib fil-kapaċità u l-ħiliet tal-persunal tal-Istati Membri fil-ġbir u fl-ispezzjoni tat-taxxa; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-ispezzjonijiet u s-sanzjonijiet tat-taxxa fuq l-akbar frodisti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju u tekniku adegwat f'dan ir-rigward; |
40. |
Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib il-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u ttejjeb il-koordinazzjoni bejniethom; |
41. |
Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tespandi l-Punt Uniku ta' Servizz Żgħir f'punt uniku ta' servizz komplut; jinnota l-importanza kbira li dan ikun faċli għall-utent u ugwalment effiċjenti fit-28 Stat Membru kollha; jinnota li l-ħolqien ta' punt uniku ta' servizz itaffi l-piżijiet amministrattivi li ma jħallux lill-kumpaniji joperaw lil hinn mill-fruntieri u jnaqqas l-ispejjeż għall-SMEs (COM(2016)0148); |
42. |
Jinnota li “punt uniku ta' servizz” huwa essenzjali jekk il-prinċipju tal-pajjiż tad-destinazzjoni jiġi impost u biex isir inqas suxxettibbli għall-frodi; jappella għal titjib tal-punt uniku ta' servizz abbażi tal-esperjenza attwali tal-Punti Uniċi ta' Servizz Żgħar għal prodotti diġitali; jinnota li anke bil-Punt Uniku ta' Servizz Żgħir, in-negozji żgħar u mikro jistgħu jaffaċċjaw piż amministrattiv sinifikanti taħt il-prinċipju tad-destinazzjoni l-ġdid; jilqa', għalhekk, il-proposta fi ħdan il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-VAT li tintroduċi miżura komuni ta' simplifikazzjoni madwar l-UE (livell limitu tal-VAT); jappella għal definizzjoni ċara ta' liema Stat Membru huwa responsabbli għall-ispezzjoni tat-taxxa f'każ ta' tranżazzjonijiet transfruntiera; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tneħħi l-Ħelsien mit-Taxxa għal Kunsinni ta' Valur Baxx bħala parti mill-pjan ta' azzjoni tagħha dwar il-VAT; |
43. |
Jirrikonoxxi li reġimi differenti tal-VAT madwar l-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu perċepiti wkoll bħala ostakolu nontariffarju fis-Suq Uniku, jissottolinja li l-Punt Uniku ta' Servizz Żgħir (VAT MOSS) huwa mod tajjeb li jgħin sabiex jingħeleb dan l-ostakolu u b'mod partikolari biex l-SMEs jiġu appoġġjati fl-attività transfruntiera tagħhom; jirrikonoxxi li għad hemm xi kwistjonijiet problematiċi żgħar bil-VAT MOSS; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiffaċilita l-ħlas tal-obbligi tal-VAT minn kumpaniji madwar l-UE; |
44. |
Jinnota s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-97/09 (Ingrid Schmelz v Finanzamt Waldviertel); jieħu nota tat-28 livell limitu differenti għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-VAT; jieħu nota tad-diffikultajiet finanzjarji sussegwenti li jaffaċċjaw l-SMEs u l-mikrointrapriżi li skont is-sistemi nazzjonali tagħhom ikunu eżentati; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studji ulterjuri dwar l-iffissar ta' livell limitu għall-eżenzjoni mill-ħlas tal-VAT għall-mikrointrapriżi; |
45. |
Jitlob li jiġu eżaminati l-proposti kollha biex il-piż amministrattiv tat-taxxi fuq id-dħul minn negozju għall-MSMEs jiġi minimizzat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex tinvestiga wkoll l-aħjar prattiki internazzjonali, bħalma huma l-iskemi tal-“gold card” applikabbli f'Singapore u l-Awstralja, filwaqt li tirrikonoxxi li r-riskju ta' frodi min-naħa ta' xi fornituri huwa baxx ħafna; |
46. |
Jilqa' n-notifika tal-Kummissjoni li fl-2017 se tissottometti pakkett għall-SMEs għall-VAT; jirrakkomanda, madankollu, li l-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid għandha tkun gradwali peress li se tiskatta spejjeż amministrattivi addizzjonali (bħal infrastruttura tal-IT jew proċessi tal-VAT); |
47. |
Jinnota s-sistema kumplessa ta' filing li timponi piż qawwi fuq l-SMEs u b'hekk tiskoraġġixxi l-kummerċ transfruntier; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-pakkett tagħha għall-SMEs proposta għal sistema unifikata ta' filing tal-VAT u rekwiżiti armonizzati ta' rappurtar u skadenzi; |
48. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' ambjent tal-VAT armonizzat għal bejgħ mill-bogħod “minn negozju għal negozju” u “minn negozju għal konsumatur”; jinnota li l-livell limitu tal-VAT mhuwiex implimentat bl-istess suċċess fl-Istati Membri differenti minħabba nuqqas ta' koordinazzjoni; |
49. |
Jenfasizza li trid titfassal sistema ġdida ssimplifikata tal-VAT b'mod li l-SMEs ikunu jistgħu jsegwu r-regoli għall-kummerċ transfruntier faċilment u f'kull Stat Membru jkunu jistgħu jsibu appoġġ mhux biss dwar kif jadottawhom iżda wkoll il-ġestjoni tal-proċeduri tal-VAT; |
50. |
Jappella, fuq perjodu qasir, għal portal tal-internet komprensiv u pubblikament aċċessibbli għall-kumpaniji u għall-utenti finali biex isibu, b'mod ċar u faċli, informazzjoni dettaljata dwar ir-rati tal-VAT applikabbli għall-merkanzija u s-servizzi individwali fl-Istati Membri; jenfasizza li l-lingwaġġ u t-tfassil ta' dan il-portal għandhom ikunu faċli biex jinftiehmu u jintużaw; itenni l-konvinzjoni tiegħu li jekk il-kumpaniji jiġu megħjuna biex ikollhom fehim ċar tar-regoli applikabbli tal-VAT fl-Istati Membri dan ikompli jsaħħaħ il-miżuri kontra l-frodi tal-VAT; jinnota wkoll li softwer tat-taxxa ċertifikat jista' jgħin sabiex jiġi limitat ir-riskju ta' tipi speċifiċi ta' frodi u irregolaritajiet oħra u jista' jipprovdi ċertezza lil negozji onesti involuti fi tranżazzjonijiet domestiċi u transfruntiera; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida għall-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa dwar il-klassifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tar-rata tal-VAT applikata sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità u l-kwistjonijiet ġuridiċi; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' informazzjoni pubbliċi, bħal portal tal-internet dwar il-VAT, sabiex jagħmlu disponibbli informazzjoni affidabbli; |
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi lista b'informazzjoni aġġornata dwar ir-regoli tal-VAT f'kull wieħed mill-Istati Membri; jissottolinja, fl-istess ħin, li hija r-responsabilità tal-Istati Membri li jirrapportaw ir-regoli u r-rati tagħhom lill-Kummissjoni; |
52. |
Jieħu nota li, fir-rigward tal-bejgħ bil-kummerċ elettroniku, in-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-livell limitu tal-VAT iwassal għal spejjeż għoljin ta' tranżazzjoni għall-SMEs li joperaw f'attivitajiet ta' kummerċ elettroniku meta aċċidentalment jew involontarjament jaqbżu l-livell limitu; |
53. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu b'mod urġenti lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar ir-rati tal-VAT, ir-rekwiżiti speċjali u l-eżenzjonijiet rispettivi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor din l-informazzjoni u tagħmilha disponibbli lill-kumpaniji u lill-konsumaturi; |
54. |
Hu tal-fehma li l-pjanijiet ta' riforma tal-VAT imħabbra mill-Kummissjoni fil-programm ta' azzjoni jridu jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi u sodi b'input mix-xjenza, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membru tal-UE, l-SMEs u l-kumpaniji fl-UE; |
55. |
Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni fiskali hija kompetenza esklusiva tal-Istati Membri; jenfasizza li skont l-Artikolu 329(1) tat-TFUE, grupp ta' mill-inqas disa' Stati Membri jistgħu jidħlu f'kooperazzjoni mtejba; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja proposti għal kooperazzjoni mtejba bil-għan li tiġġieled il-frodi u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi f'termini ta' VAT; |
56. |
Hu tal-fehma li soluzzjoni fi ħdan il-qafas tal-OECD hija iktar mixtieqa minn miżuri awtonomi li jeħtieġ li jiġu armonizzati mar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD u mal-pjan ta' azzjoni dwar il-BEPS; |
57. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020: Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika” (COM(2016)0179); |
58. |
Josserva li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid jinkludi aktar passi 'l quddiem lejn reġim definittiv aktar effiċjenti u reżistenti għall-frodi li jkun aktar favorevoli għall-impriżi fl-era tal-ekonomija diġitali u tal-kummerċ elettroniku; |
59. |
Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li skontha l-VAT fuq il-bejgħ transfruntier (ta' merkanzija jew ta' servizzi) tinġabar mill-awtorità tat-taxxa tal-pajjiżi tal-oriġini, f'rata applikabbli fil-pajjiż tal-użu, u tiġi ttrasferita fil-pajjiż fejn il-merkanzija u s-servizzi jiġu finalment ikkunsmati; |
60. |
Jissottolinja l-importanza tal-preżentazzjoni ta' proposta leġiżlattiva biex il-Mekkaniżmu Elettroniku Uniku (għar-reġistrazzjoni u għall-pagament tal-VAT għan-negozji transfruntiera) jiġi estiż biex jinkludi l-bejgħ online tal-konsumatur ta' merkanzija fiżika sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, wieħed mill-ostakoli ewlenin li n-negozji jaffaċċjaw meta joperaw matul il-fruntieri; |
61. |
Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-problema tal-piż amministrattiv fuq in-negozji maħluq mir-reġim frammentat tal-VAT billi tippreżenta proposti leġiżlattivi għall-estensjoni tal-Punt Uniku ta' Kuntatt Żgħir attwali biex tinkludi oġġetti tanġibbli mibjugħin online, b'hekk l-impriżi jkunu jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet uniċi u pagamenti tal-VAT fl-Istat Membru tagħhom stess; |
62. |
Jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw is-sistemi nazzjonali tat-taxxa tagħhom, u jagħmluhom aktar konsistenti u robusti, b'tali mod li jiffaċilitaw il-konformità, jevitaw, jiskoraġġixxu u jissanzjonaw il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, u jagħtu spinta lill-effiċjenza tal-ġbir tal-VAT; |
63. |
Huwa mħasseb bil-fatt li l-għan tas-simplifikazzjoni tas-sistema ta' akkontabilità għall-VAT bħala riżorsa proprja ma ntlaħaqx totalment; ifakkar fil-bżonn ta' aktar simplifikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni relatata mar-riżorsi proprji bil-għan li jonqsu l-possibbiltajiet ta' żbalji u frodi; jiddispjaċih li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid ma jindirizzax l-impatt fuq ir-riżorsa proprja tal-VAT; |
64. |
Jirrimarka li d-diskrepanzi tal-VAT tal-Istati Membri, u t-telf stmat fil-ġbir tal-VAT fi ħdan l-Unjoni, ammontaw għal EUR 170 biljun fl-2015, skont l-istimi, u jissottolinja l-fatt li fi 13-il Stat Membru mis-26 eżaminati fl-2014, it-telf stmat medju tal-VAT qabeż il-15,2 %; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mis-setgħat eżekuttivi tagħha sabiex kemm tikkontrolla kif ukoll tgħin lill-Istati Membri; jirrimarka li l-azzjoni effikaċi biex tonqos id-diskrepanza tal-VAT teħtieġ approċċ miftiehem u multidixxiplinari, peress li din id-diskrepanza hija r-riżultat mhux biss ta' frodi iżda ta' kombinament ta' fatturi, fosthom il-falliment u l-insolvenza, l-iżbalji statistiċi, il-pagament tardiv, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex b'mod rapidu tippromwovi malajr leġiżlazzjoni dwar il-livell minimu ta' protezzjoni għall-informaturi fl-UE u, biex tinvestiga u tiskoraġġixxi b'mod aħjar il-frodi, tistabbilixxi appoġġ finanzjarju favur il-ġurnaliżmu investigattiv transfruntier, li wera biċ-ċar l-effikaċja tiegħu fl-iskandli “LuxLeaks”, “Dieselgate” u “Panama Papers”; |
65. |
Jiddispjaċih li l-frodi tal-VAT, u b'mod partikolari l-hekk imsejħa frodi “karusell” jew tan-“negozjant nieqes”, tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni u ċċaħħad lill-baġits nazzjonali minn riżorsi sinifikanti, kif ukoll tkun ta' detriment għall-baġit tal-Unjoni; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda data affidabbli dwar il-“frodi karusell” tal-VAT; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tagħti bidu għal sforz ikkoordinat min-naħa tal-Istati Membri biex tkun stabbilita sistema konġunta ta' ġbir tal-istatistika dwar il-“frodi karusell” tal-VAT; jirrimarka li tali sistema tista' tkun mibnija fuq prattiki diġà użati f'ċerti Stati Membri; |
66. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti bidu għall-istabbiliment ta' sistema komuni li tippermetti stima aktar irfinata tal-kobor tal-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE billi tiġi kumpilata l-istatistika rigward il-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, li tkun tippermetti lill-Istati Membri individwali jevalwaw il-prestazzjonijiet rispettivi tagħhom f'dan ir-rigward abbażi ta' indikaturi preċiżi u affidabbli dwar it-tnaqqis tal-VAT fi ħdan l-UE u taż-żieda fl-identifikazzjoni tal-frodi u l-irkupru tat-taxxa korrellativ; huwa tal-fehma li l-approċċi tal-awditjar il-ġodda, bħall-awditjar uniku jew l-awditjar konġunt, għandhom ikunu estiżi ulterjorment biex jinkludu operazzjonijiet transfruntieri; |
67. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati strateġiji ġodda, u li jsir użu aktar effiċjenti mill-istrutturi eżistenti tal-UE, biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT; jissottolinja l-fatt li aktar trasparenza, li tippermetti skrutinju xieraq, u l-adozzjoni ta' approċċ aktar strutturat u msejjes fuq approċċ “ibbażat fuq ir-riskju”, huma fundamentali għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-iskemi tal-frodi u tal-korruzzjoni; |
68. |
Jiddispjaċih li l-kooperazzjoni amministrattiva fost l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT għadha mhijiex effiċjenti meta tiġi biex tindirizza l-evażjoni u l-mekkaniżmi ta' frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, jew biex tiġġestixxi t-tranżazzjonijiet jew il-kummerċ transfruntieri; jisħaq fuq il-bżonn ta' sistema tal-VAT li tkun simplifikata, effikaċi u aċċessibbli u li tħalli lill-Istati Membri kollha jnaqqsu l-piżijiet tal-VAT tagħhom u jiġġieldu l-frodi tal-VAT; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, twettaq aktar żjarat ta' monitoraġġ fl-Istati Membri, magħżulin fuq il-bażi tar-riskju, matul il-valutazzjoni tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni amministrattiva; jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tiffoka, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-arranġamenti amministrattivi, fuq it-tneħħija tal-ostakli ġuridiċi li jipprevjenu l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u tal-UE; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jintroduċu analiżi komuni tar-riskji li tinkludi l-użu ta' analiżi tan-netwerks soċjali tiżgura li l-informazzjoni skambjata permezz tal-Eurofisc tkun immirata kontra l-frodi; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu penali effikaċi, proporzjonati u dissważivi kif ukoll itejbu s-sistema ta' skambju tal-informazzjoni attwalment użata; |
69. |
Jenfasizza l-bżonn li Eurofisc jissaħħaħ sabiex jitħaffu l-iskambji ta' informazzjoni; jirrimarka li għad hemm problemi fir-rigward tal-eżattezza, tal-kompletezza u tal-puntwalità tal-informazzjoni; iqis li huwa meħtieġ li jkunu akkomunati l-azzjonijiet, u jkunu kkoordinati l-istrateġiji, tal-awtoritajiet tat-taxxa, ġudizzjarji u tal-pulizija tal-Istati Membri kif ukoll tal-korpi Ewropej – bħall-Europol, il-Eurojust u l-OLAF – fil-ġlieda kontra l-frodi, il-kriminalità organizzata u l-ħasil ta' flus; jinkoraġġixxi lill-partijiet interessati kollha jkomplu jqisu mudelli sempliċi u komprensibbli ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni f'ħin reali bil-għan li jippermettu reazzjonijiet rapidi jew miżuri ta' mitigazzjoni għall-ġlieda kontra skemi ta' frodi eżistenti jew emerġenti ġodda; |
70. |
Iqis bħala essenzjali għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fil-Eurofisc f'kull qasam ta' attività tagħhom, bil-għan li jitħallew jittieħdu miżuri effikaċi għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT; |
71. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti li jippermettu kontroverifiki effikaċi bejn data mill-awtoritajiet tat-taxxa u dawk doganali, u tiffoka l-monitoraġġ tagħha tal-Istati Membri fuq miżuri indikattivi tat-titjib tal-puntwalità tar-risposti tagħhom għat-talbiet għall-informazzjoni u dwar l-affidabbiltà tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT (VIES); |
72. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jattwaw sistema ta' n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT fuq żewġ livelli (jiġifieri numru allokati lin-negozjanti li jixtiequ jieħdu sehem fil-kummerċ intra-Komunitarju li huwa differenti min-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT domestiku) u biex iwettqu l-verifiki stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, filwaqt li joffru konsulenza bla ħlas lin-negozjanti; |
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistemi elettroniċi ta' approvazzjoni doganali tal-Istati Membri huma kapaċi u jwettqu verifika awtomatika tan-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT; |
74. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi emenda għad-Direttiva tal-VAT bil-għan li tinkiseb aktar armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar dwar il-VAT tal-Istati Membri għall-forniment fi ħdan l-UE ta' merkanzija u ta' servizzi; |
75. |
Jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligazzjoni in solidum f'każijiet ta' kummerċ transfruntier ma ġietx adottata mill-Kunsill; jirrimarka li dan inaqqas id-deterrenza kontra t-twettiq ta' negozji man-negozjanti frawdolenti; iqis li l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-VAT, fir-rigward tal-perjodu ta' preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi, mhijiex uniformi fost l-Istati Membri, u li dan il-fatt iżid il-piż amministrattiv fuq in-negozjanti li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed; iħeġġeġ lill-Kunsill, għalhekk, japprova l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-obbligazzjoni in solidum; |
76. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu aktar attivi fil-livell internazzjonali, isaħħu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi mhux tal-UE kif ukoll jinfurzaw il-ġbir effiċjenti tal-VAT, bil-għan li jiġu stabbiliti standards u strateġiji ta' kooperazzjoni bbażati prinċipalment fuq il-prinċipji ta' trasparenza, governanza tajba u skambju ta' informazzjoni; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiskambjaw bejniethom l-informazzjoni li taslilhom mill-pajjiżi mhux tal-UE bil-għan li jkun faċilitat l-infurzar tal-ġbir tal-VAT, partikolarment fil-kummerċ elettroniku; |
77. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill jinkludi l-VAT fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (“id-Direttiva PIF”) bil-għan li jinstab qbil dwar il-kwistjoni mill-aktar fis possibbli; |
78. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tivvaluta d-dħul iġġenerat minn organizzazzjonijiet kriminali permezz tal-frodi tal-VAT, u biex tippreżenta strateġija komprensiva, komuni u multidixxiplinari fil-ġlieda kontra l-mudelli kummerċjali ta' organizzazzjonijiet kriminali bbażati fuq il-frodi tal-VAT, anke permezz ta' timijiet investigattivi konġunti fejn meħtieġ; |
79. |
Iqis kruċjali li jiġi żgurat l-istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) uniku, b'saħħtu u indipendenti, li jkun kapaċi jinvestiga, iħarrek u jressaq il-qorti dawk li jwettqu reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-frodi tal-VAT, kif definit fid-Direttiva PIF ta' hawn fuq, u jemmen li kwalunkwe soluzzjoni aktar dgħajfa tkun spiża għall-baġit tal-Unjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jkun żgurat li t-tqassim tal-kompetenza bejn l-UPPE u l-awtoritajiet investigattivi tal-Istati Membri ma jwassalx għal reati b'impatt sinifikanti fuq il-baġit tal-Unjoni li ma jaqax taħt il-kompetenza tal-UPPE; |
80. |
Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jippubblikaw stimi dwar it-telf minħabba frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, biex jindirizzaw id-dgħufijiet fil-Eurofisc, u biex jikkoordinaw aħjar il-politiki tagħhom dwar ir-reverse charging tal-VAT fuq merkanzija u servizzi; |
81. |
Iqis li huwa kruċjali li l-Istati Membri jużaw kontrolli multilaterali (MLCs) – kontroll ikkoordinat minn żewġ Stati Membri jew aktar tal-obbligi tat-taxxa ta' persuna taxxabbli relatata waħda jew aktar – bħala għodda utli biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT; |
82. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(1) ĠU C 94 E, 3.4.2013, p. 5.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0234.
(3) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 27.
(4) Kummissjoni Ewropea, rapport finanzjarju 2014.
(5) http://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/resources/documents/common/publications/studies/ey_study_destination_principle.pdf
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/117 |
P8_TA(2016)0454
Pjan ta' azzjoni tal-UE kontra t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 tadwar il-pjan ta' azzjoni tal-UE kontra t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi (2016/2076(INI))
(2018/C 224/19)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi” (COM(2016)0087), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), implimentata fl-UE permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta' Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni tal-2003, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2000 kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB) u l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ħajja Selvaġġa Ewropea u tal-Ħabitats Naturali (Bern Convention), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Kriminalità Dinjija marbuta mal-Organiżmi Selvaġġi tal-2016 tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 69/314 tat-30 ta' Lulju 2015 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-organiżmi selvaġġi, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2/14 tal-Assemblea tan-NU għall-Ambjent dwar il-kummerċ illegali fl-organiżmi selvaġġi u fil-prodotti mill-organiżmi selvaġġi, |
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2015-2030, |
— |
wara li kkunsidra l-Konsorzju Internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-Kriminalità marbuta mal-Organiżmi Selvaġġi (ICCWC), li jinkludi s-CITES, l-Interpol, l-UNODC, il-Bank Dinji u l-Organizzazzjoni Doganali Dinjija, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ffirmata fil-Konferenza ta' Londra tal-2014 dwar il-Kummerċ Illegali tal-Organiżmi Selvaġġi, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Palazz ta' Buckingham tal-2016 dwar il-prevenzjoni tat-traffikar ta' organiżmi selvaġġi fis-settur tat-trasport, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (3), u r-rapport tal-2016 tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 605/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 tal-5 ta' Marzu 2009 (6) li jippermetti l-importazzjoni ta' 20 kg ta' prodotti tal-ħut għall-konsum personali, |
— |
wara li kkunsidra l-importanza tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, fil-ġlieda kontra l-qbid u l-bejgħ illegali ta' speċijiet akwatiċi, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (7), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta' Marzu 1999 dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żoos (8), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (9), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (10), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju dwar il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi ppubblikat mid-Dipartiment Tematiku għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel f'Marzu 2016, |
— |
wara li kkunsidra n-netwerk Natura 2000, li jinvolvi siti importanti ta' tnissil u ta' mistrieħ għal speċijiet rari jew mhedda, u xi tipi ta' ħabitats naturali rari li huma protetti fihom infushom, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-proġett ta' riċerka Azzjoni tal-UE għall-Ġlieda kontra r-Reati Ambjentali (EFFACE) tal-2014, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tan-NU għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u għall-Ġustizzja Kriminali tal-4 ta' Marzu 2003 intitolat “Illicit trafficking in protected species of wild flora and fauna and illicit access to genetic resources” (Traffikar illeċitu ta' speċijiet protetti ta' fawna u flora selvaġġa u aċċess illeċitu għar-riżorsi ġenetiċi), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2016, dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi, |
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni ta' rispons rapidu tal-2016 mill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) u l-Interpol intitolat “The Rise of Environmental Crime” (Iż-Żieda fir-Reati Ambjentali), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għas-Sajd u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0303/2016), |
A. |
billi t-traffikar illegali ta' organiżmi selvaġġi huwa reat tal-kriminalità internazzjonali organizzata, li huwa stmat li jiswa madwar EUR 20 biljun kull sena u li żdied madwar id-dinja f'dawn l-aħħar snin, u sar waħda mill-akbar u l-aktar forom ta' profitt tal-kriminalità organizzata transkonfinali; billi t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi jiffinanzja u huwa marbut mill-qrib ma' forom oħra ta' kriminalità serja u organizzata; |
B. |
billi t-telf tal-bijodiversità globali huwa ħaġa serja peress li jikkorrispondi mas-sitt mewġa ta' estinzjoni tal-massa tal-ispeċijiet; |
C. |
billi l-bijodiversità globali u s-servizzi tal-ekosistema huma mhedda minħabba l-bidliet fl-użu tal-art, l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali, it-tniġġis u t-tibdil fil-klima; billi, b'mod partikolari, ħafna speċijiet mhedda qed jiffaċċjaw sfidi akbar minn qatt qabel minħabba l-urbanizzazzjoni mgħaġġla, it-telf tal-ħabitats u l-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi; |
D. |
billi t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi għandu impatti negattivi kbar fuq il-bijodiversità, l-ekosistemi eżistenti, il-wirt naturali tal-pajjiżi ta' oriġini, ir-riżorsi naturali u l-konservazzjoni tal-ispeċijiet; |
E. |
billi t-traffikar illegali ta' organiżmi selvaġġi huwa theddida serja u li qed tikber għas-sigurtà globali, għall-istabbiltà politika, l-iżvilupp ekonomiku, l-għajxien lokali u l-istat tad-dritt, u għalhekk jirrikjedi approċċ strateġiku u koordinat tal-UE li jinvolvi lill-atturi kollha kkonċernati; |
F. |
billi t-twaqqif tat-traffikar fi speċijiet mhedda u ta' flora u fawna u prodotti derivati minnhom huwa essenzjali sabiex jinkisbu l-miri ta' żvilupp sostenibbli tan-NU; |
G. |
billi s-CITES hija ftehim internazzjonali kbir li jkopri 35 000 speċi ta' annimali u pjanti, li ilu fis-seħħ mill-1975 u ġie ffirmat minn 183 parti (inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE u, minn Lulju 2015, l-UE nnifisha); |
H. |
billi l-politiki tal-kummerċ u tal-iżvilupp għandhom, inter alia, iservu bħala mezz biex itejbu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tal-benessri tal-annimali u tal-ħarsien tal-ambjent; |
I. |
billi l-Iskambju ta' Informazzjoni dwar il-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi tal-UE (EU-TWIX) ilu jimmonitorja l-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi mill-2005 billi ħoloq bażi ta' data tal-konfiski u mezzi ta' komunikazzjoni bejn l-uffiċjali madwar il-pajjiżi Ewropej; |
J. |
billi n-nuqqas ta' għarfien u ta' impenn politiku huma ostakli kbar għall-effikaċja tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi; |
K. |
billi l-Aġenda tal-UE dwar is-Sigurtà għall-2015-2020 tidentifika l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi bħala forma ta' reat organizzat li għandu jiġi indirizzat fil-livell tal-UE billi jiġu kkunsidrati aktar sanzjonijiet kriminali fl-UE permezz ta' rieżami tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar ir-reati ambjentali; |
L. |
billi l-Operazzjoni COBRA III li saret f'Mejju 2015 kienet l-ikbar operazzjoni ta' infurzar tal-liġi internazzjonali li qatt ġiet ikkoordinata u kellha fil-mira tagħha l-kummerċ illegali fi speċijiet fil-periklu u rriżultat f'139 arrest u aktar minn 247 konfiska, li kienu jinkludu avorju tal-iljunfanti, pjanti mediċinali, qrejjen tar-rinoċeronti, pangolini, rosewood, fkieren u bosta eżemplari ta' pjanti u annimali oħra; |
M. |
billi d-domanda għal prodotti illegali ta' organiżmi selvaġġi fi swieq tad-destinazzjoni tippromwovi l-korruzzjoni fil-katina tal-provvista tat-traffikar ta' organiżmi selvaġġi; |
N. |
billi l-UE hija destinazzjoni sinifikanti tas-suq u rotta ta' tranżitu għall-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi iżda wkoll sors ta' traffikar ta' ċerti speċijiet ta' flora u fawna Ewropej fil-periklu; |
O. |
billi r-riżoluzzjoni tal-Kummissjoni tan-NU għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u għall-Ġustizzja Kriminali ta' April 2013, approvata mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU fil-25 ta' Lulju 2013, tħeġġeġ “lill-Istati Membri tagħha biex iqisu t-traffikar illeċitu ta' speċijiet protetti ta' fawna u flora selvaġġi bħala reat serju meta jkunu involuti gruppi tal-kriminalità organizzata”, u b'hekk ipoġġuh fuq l-istess livell bħat-traffikar tal-bnedmin u t-traffikar tad-droga; |
Kummenti ġenerali
1. |
Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi, li jenfasizza l-ħtieġa ta' azzjonijiet koordinati sabiex jiġu indirizzati l-kawżi tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, biex jiġu implimentati u infurzati b'mod effikaċi r-regoli eżistenti, u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni globali bejn il-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-aġenziji tal-UE Europol u Eurojust jagħrfu li l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi hija theddida serja u dejjem tikber u jindirizzawha bl-akbar urġenza politika; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċi komprensivi u koordinati fl-oqsma kollha ta' politika, inklużi l-kummerċ, l-iżvilupp, l-affarijiet barranin, it-trasport u t-turiżmu, il-ġustizzja u l-affarijiet interni; |
3. |
Jenfasizza li l-identifikazzjoni u l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji u umani adegwati huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji adegwati fil-baġit tal-UE u fil-baġits nazzjonali sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-pjan; |
4. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-Pjan ta' Azzjoni, iżda jenfasizza n-nuqqasijiet tiegħu fir-rigward tal-inkorporazzjoni tal-ispeċijiet akkwatiċi; |
5. |
Jinsisti dwar l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-elementi kollha tal-Pjan ta' Azzjoni sabiex tiġi riflessa l-ħtieġa urġenti li jitwaqqfu l-prattiki illegali u mhux sostenibbli u li jiġi evitat li jkun hemm aktar tnaqqis tal-ispeċijiet; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi ta' kull sena lill-Parlament u lill-Kunsill aġġornamenti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni u twaqqaf mekkaniżmu dettaljat u kontinwu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni biex ikejjel il-progress, inklużi l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu u jtejbu l-protezzjoni tal-ħabitats ta' speċijiet fil-mira u jenfasizza li għandha tkun żgurata protezzjoni akbar għaż-żoni nominati bħala Ekosistemi Vulnerabbli tal-Baħar, Żoni tal-Baħar Ekoloġikament jew Bijoloġikament Sinifikanti u siti tan-netwerk Natura 2000; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi uffiċċju ddedikat għall-Koordinatur kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi, li jirrifletti l-mudell użat fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, sabiex tiżgura li jkun hemm sforz konġunt bejn is-servizzi differenti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri; |
8. |
Ifakkar lill-Kummissjoni li ħafna speċijiet akkwatiċi jinsabu wkoll fil-periklu li jiġu estinti, u dan se jaffettwa s-sostenibilità ta' ħafna ekosistemi; |
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu aktar studji xjentifiċi dwar l-adattamenti teknoloġiċi ta' rkapti tas-sajd sabiex tiġi evitata l-qabda aċċessorja, minħabba l-fatt li għadd ta' speċijiet, inklużi l-fkieren, huma mhedda kemm mill-qabda aċċessorja kif ukoll mit-traffikar tal-organiżmi selvaġġi; |
Il-prevenzjoni tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi u l-indirizzar tal-kawżi prinċipali tiegħu
10. |
Jappella għal serje mmirata u kkoordinata ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni mill-UE, pajjiżi terzi, partijiet interessati u s-soċjetà ċivili bil-għan li titnaqqas id-domanda marbuta mal-kummerċ illegali ta' prodotti tal-ħajja selvaġġa permezz ta' bidla fl-imġiba individwali u kollettiva reali u dejjiema; jagħraf ir-rwol li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jista' jkollhom fl-appoġġ tal-Pjan ta' Azzjoni; |
11. |
Jistieden lill-UE tappoġġja inizjattivi li jippromovu l-iżvilupp ta' għajxien sostenibbli u alternattiv għall-komunitajiet rurali qrib tal-organiżmi selvaġġi, li jżidu l-benefiċċji tal-miżuri ta' konservazzjoni fuq livell lokali, jimminimizzaw il-kunflitti bejn il-bniedem u l-ħajja selvaġġa u jippromwovu l-ħajja selvaġġa bħala dħul ta' valur għall-kommunità; jemmen li dawn l-inizjattivi, meta jittieħdu f'konsultazzjoni mal-komunitajiet ikkonċernati, se jżidu l-appoġġ għall-konservazzjoni u jikkontribwixxu għall-irkupru, il-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-popolazzjonijiet tal-organiżmi selvaġġi u l-ħabitats tagħhom; |
12. |
Jenfasizza li l-protezzjoni tal-organiżmi selvaġġi għandha tkun element ewlieni tal-istrateġiji għat-tnaqqis tal-faqar globali tal-UE u jappella sabiex id-diversi ftehimiet ta' kooperazzjoni nnegozjati ma' pajjiżi terzi jipprevedu azzjonijiet li jippermettu lill-komunitajiet lokali jibbenefikaw direttament meta jimpenjaw ruħhom għall-protezzjoni tal-organiżmi selvaġġi; |
13. |
Ifakkar lill-Kummissjoni li t-traffikar illegali tal-ispeċijiet akkwatiċi jaffettwa wkoll lill-iżvilupp ekonomiku tal-komunitajiet kostali u l-adattabilità ambjentali tal-ilmijiet tagħna; |
14. |
Jistieden lill-UE tindirizza b'urġenza l-korruzzjoni u n-nuqqasijiet tal-miżuri ta' governanza internazzjonali tul il-katina tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jimpenjaw ruħhom ma' pajjiżi sħab permezz tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) u fora oħra biex jindirizzaw il-problema fil-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni; jistieden lill-Istati Membri kollha jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-UNCAC u jimplimentawhom b'mod effikaċi; jilqa' l-impenn internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Riżoluzzjoni 69/314 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU ta' Lulju 2015; |
15. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jingħataw assistenza, gwida u taħriġ lill-awtoritajiet fil-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u tad-destinazzjoni dwar l-investigazzjoni, l-infurzar u l-proċeduri legali f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li dawn l-isforzi jiġu kkoordinati b'mod effiċjenti fost l-aġenziji kollha involuti f'din il-ħidma; jistieden lill-UE tappoġġja l-iskambju tal-aħjar prattiki u tippermetti li jingħata tagħmir speċjalizzat u kompetenza fejn ikunu meħtieġa; |
16. |
Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi tal-20 ta' Ġunju 2016, filwaqt li jagħraf li l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi hija theddida serja u dejjem tikber għall-bijodiversità u l-ambjent iżda wkoll għas-sigurtà globali, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli; jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta' impenji ċari min-naħa tal-Istati Membri; jenfasizza r-rwol deċiżiv tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni sħiħa u koerenti tal-Pjan ta' Azzjoni fil-livell nazzjonali u sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fih; |
17. |
Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi fornituri biex: (i) itejbu l-istat tad-dritt u joħolqu deterrenti effikaċi permezz tat-tisħiħ tal-investigazzjonijiet kriminali, il-prosekuzzjonijiet u l-għoti tas-sentenzi; (ii) jippromulgaw liġijiet aktar b'saħħithom li jittrattaw it-traffikar illegali tal-organiżmi selvaġġi bħala “reat serju” li jistħoqqlu l-istess livell ta' attenzjoni u ta' gravità bħal forom oħra ta' kriminalità organizzata transnazzjonali; (iii) jallokaw aktar riżorsi għall-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi, b'mod partikolari għat-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi dwar l-organiżmi selvaġġi, il-kontrolli tal-kummerċ, il-monitoraġġ, id-detezzjoni doganali u s-sekwestri; (iv) jimpenjaw ruħhom għal politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-korruzzjoni; |
Implimentazzjoni u infurzar aktar effikaċi
18. |
Jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ pjanijiet ta' azzjoni għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi li jistipulaw il-politiki ta' infurzar u sanzjonijiet, u jippubblikaw u jikkondividu l-informazzjoni dwar il-konfiski u l-arresti relatati mar-reati marbuta mal-organiżmi selvaġġi, sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u approċċi armonizzati fost l-Istati Membri; jappoġġja t-twaqqif ta' mekkaniżmu li jipprovdi lill-Kummissjoni aġġornamenti regolari ta' data u informazzjoni dwar is-sekwestri u l-arresti fl-Istati Membri u li jippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattika; |
19. |
Jinsisti dwar l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar tar-Regolamenti tal-UE dwar il-Kummerċ ta' Organiżmi Selvaġġi; |
20. |
Jipproponi li l-penali għat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, speċjalment f'żoni b'ekosistemi vulnerabbli tal-baħar jew li jaqgħu fin-netwerk Natura 2000, għandhom ikunu severi biżżejjed b'tali mod li jiskoraġġixxu lil trasgressuri potenzjali; |
21. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, is-servizzi tal-prosekuzzjoni u l-ġudikaturi nazzjonali jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa u l-għarfien espert xieraq sabiex jiġġieldu l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex iħarrġu u jqajmu l-kuxjenza fost l-aġenziji u l-istituzzjonijiet rilevanti kollha; |
22. |
Jilqa' l-isforzi tan-Netwerk għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali tal-Unjoni Ewropea (IMPEL), in-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (ENPE), il-Forum tal-Imħallfin għall-Ambjent tal-UE (EUFJE) u n-netwerk tal-uffiċjali tal-pulizija li jiffoka fuq l-indirizzar tar-reati ambjentali (EnviCrimeNet); |
23. |
Jinnota l-inklużjoni tal-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi fl-Aġenda għas-Sigurtà tal-UE 2015-2020 li tagħraf li l-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi jhedded il-bijodiversità fir-reġjuni ta' oriġini, l-iżvilupp sostenibbli u l-istabbiltà reġjonali; |
24. |
Jissuġġerixxi li l-Istati Membri jinvestu d-dħul li jagħmlu mill-multi imposti għat-traffikar fil-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-flora u l-fawna selvaġġa; |
25. |
Jitlob bidla radikali fil-ġbir tal-intelligence, fit-tfassil u l-infurzar tal-liġijiet, u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fir-rigward tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi fl-Istati Membri u f'pajjiżi oħra ta' destinazzjoni u ta' tranżitu; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni mill-qrib lil dawn l-aspetti ta' ġestjoni u monitoraġġ tal-infurzar ta' standards internazzjonali fir-rigward tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi; |
26. |
Jenfasizza li sabiex tiġi evitata l-“migrazzjoni” ta' netwerks kriminali marbuta mal-organiżmi selvaġġi, l-armonizzazzjoni ta' linji politiċi u ta' oqfsa legali fir-rigward tal-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi hija partikolarment importanti; |
27. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni aħjar bejn l-aġenziji u għall-kondiviżjoni ta' data funzjonali u f'waqtha bejn l-aġenziji ta' implimentazzjoni u ta' infurzar fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE; jappella għall-ħolqien ta' netwerks strateġiċi ta' infurzar kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri sabiex tali kooperazzjoni tiġi ffaċilitata u mtejba; jistieden lill-Istati Membri kollha jistabbilixxu unitajiet kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni fost id-diversi aġenziji; |
28. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-Europol intelligence u data kontinwi u rilevanti; iħeġġeġ lill-Europol jikkunsidra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi fil-Valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA) tal-UE li jmiss; jappella għat-twaqqif ta' Unità speċjalizzata kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi fi ħdan l-Europol li jkollha setgħat u responsabbiltajiet transnazzjonali u riżorsi umani u finanzjarji suffiċjenti, li tippermetti li l-analiżi u l-informazzjoni jiġu ċentralizzati u li jiġu kkoordinati l-istrateġiji ta' infurzar u l-investigazzjonijiet; |
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi s-sistema EU-TWIX bħala għodda ppruvata u li tiffunzjona tajjeb għall-Istati Membri biex jikkondividu d-data u l-informazzjoni, filwaqt li tiżgura impenn finanzjarju fit-tul lejha; jemmen li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jista' jkollhom rwol importanti fil-monitoraġġ, fl-infurzar u fir-rappurtar tal-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi; jappella għal kooperazzjoni akbar mill-UE u l-Istati Membri biex jappoġġjaw dawn l-isforzi tal-NGOs; |
30. |
Jinnota r-rabtiet bejn il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi u forom oħra ta' kriminalità organizzata, inkluż il-ħasil tal-flus, u l-finanzjament ta' milizzji u gruppi terroristiċi, u jqis il-kooperazzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti bħala prijorità; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jużaw l-istrumenti rilevanti kollha, inkluża l-kooperazzjoni mas-settur finanzjarju, u jissorveljaw u jwettqu riċerka dwar l-effetti tal-prodotti u prattiki finanzjarji emerġenti li huma involuti f'din l-attività; |
31. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u jistabbilixxu livelli xierqa ta' sanzjonijiet għar-reati kontra l-organiżmi selvaġġi; huwa mħasseb li xi Stati Membri għadhom ma implimentawx b'mod sħiħ id-Direttiva u jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni f'kull Stat Membru, speċjalment f'termini ta' sanzjonijiet, u tipprovdi gwida; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tad-Direttiva 2008/99/KE, b'mod partikolari rigward l-effikaċja tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi, fil-limiti ta' żmien stipulati fl-Aġenda tal-UE dwar is-Sigurtà, kif ukoll tressaq proposta biex tirrevediha kif xieraq; Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi lejn l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' regoli minimi komuni dwar id-definizzjoni tar-reati u s-sanzjonijiet kriminali relatati mat-traffikar ta' organiżmi selvaġġi, skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE fir-rigward ta' kriminalità partikolarment serja b'dimensjoni transkonfinali; |
32. |
Iqis li d-dimensjoni doganali tal-Pjan ta' Azzjoni għandha tiġi enfasizzata aktar, kemm fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab kif ukoll għall-implimentazzjoni aħjar u aktar effikaċi fi ħdan l-Unjoni; jistenna bil-ħerqa, għalhekk, ir-rieżami tal-Kummissjoni tal-2016 dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-qafas legali attwali tal-UE, u jitlob li dan ir-rieżami jinkludi valutazzjoni tal-proċeduri doganali; |
33. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod effikaċi u jikkonformaw mal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (UNTOC) bħala bażi għal azzjoni internazzjonali u assistenza legali reċiproka u bħala pass importanti lejn approċċ komuni għall-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi; jiddeplora profondament, f'dan ir-rigward, il-fatt li ħdax-il Stat Membru għadhom ma implimentawx l-UNTOC; jistieden lill-Istati Membri inkwistjoni jimplimentaw il-Konvenzjoni mill-aktar fis possibbli; |
34. |
Iqis li l-azzjoni kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi tirrikjedi sanzjonijiet konsistenti, effikaċi u dissważivi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiddefinixxu t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi bħala reat serju skont l-Artikolu 2(b) tal-UNTOC; |
35. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' gwida dwar il-prosekuzzjoni u l-kundanni għall-ġudikaturi u l-prosekuturi tal-Istat Membri u l-ħtieġa ta' taħriġ għall-uffiċjali tad-dwana u tal-infurzar fil-punti tad-dħul fl-UE; iqis il-“Programm Imħallfin Globali” tal-UNEP u s-sħubija “Inizjattiva Dwana Ekoloġika” bħala mudelli li għandhom jiġu segwiti; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-aġenziji rilevanti tal-UE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-iskala tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi online u jibnu l-kapaċità fl-unitajiet tar-reati ambjentali u tad-dwana, il-koordinazzjoni mal-unitajiet taċ-ċiberkriminalità, u l-involviment mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiżguraw l-eżistenza ta' mezzi biex tinkiseb l-għajnuna mingħand unitajiet transkonfinali speċjalizzati fiċ-ċiberkriminalità; |
37. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvolvu ruħhom mal-operaturi ta' pjattaformi tal-midja soċjali, magni tat-tiftix u pjattaformi tal-kummerċ elettroniku dwar il-problema tal-kummerċ illegali fuq l-internet f'organiżmi selvaġġi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri ta' kontroll u jiżviluppaw politiki biex jindirizzaw l-attività potenzjalment illegali fuq l-internet; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida dwar kif għandha tiġi indirizzata l-problema tal-kriminalità online marbuta mal-organiżmi selvaġġi fil-livell tal-UE; |
38. |
Jistieden lill-aġenziji ta' infurzar tal-UE u tal-Istati Membri jidentifikaw u jimmonitorjaw il-mudelli ta' forom oħra ta' reati serji u organizzati, bħat-traffikar tal-bnedmin, sabiex jgħinu lill-attivitajiet ta' prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet fil-katina tal-provvista fil-każ tal-indirizzar tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, pereżempju konsenji u tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi; |
39. |
Jilqa' l-fatt li l-UE ħadet sehem f'COP17 għall-ewwel darba bħala parti kontraenti għas-CITES u jilqa' l-fatt li l-UE u l-Istati Membri juru impenn qawwi u jipprovdu appoġġ finanzjarju sostanzjali lis-CITES; |
40. |
Jilqa' l-proċess ta' riżami espert tal-UNEP li qiegħed ifittex li joħloq definizzjoni rikonoxxuta b'mod universali tar-reati ambjentali; f'dan ir-rigward, jinnota li l-konfini legali bejn it-tipi differenti ta' reati ambjentali xi drabi mhumiex ċari u dan jista' jnaqqas l-opportunitajiet għal prosekuzzjoni u sanzjonijiet effikaċi; |
It-tisħiħ tas-sħubija globali
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw id-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni fil-katina ta' provvista tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi u jipprovdulhom assistenza teknika u appoġġ diplomatiku; jemmen li l-UE jeħtieġ li taġixxi fil-livell internazzjonali biex tappoġġja pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri tal-oqfsa leġiżlattivi meħtieġa permezz ta' ftehimiet bilaterali u multilaterali; |
42. |
Jenfasizza li l-korruzzjoni mifruxa, id-dgħufijiet istituzzjonali, l-erożjoni tal-istat, il-ġestjoni ħażina u s-sanzjonijiet dgħajfa relatati mal-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi huma sfidi ewlenin li jridu jiġu indirizzati jekk it-traffikar transnazzjonali tal-organiżmi selvaġġi jrid jiġi miġġieled b'mod effikaċi; iħeġġeġ lill-UE tappoġġja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex jitnaqqsu l-inċentivi tal-kaċċa illegali billi jtejbu l-opportunitajiet ekonomiċi u jippromwovu l-governanza tajba u l-istat tad-dritt; |
43. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-istati kollha kkonċernati jinvestigaw b'mod aktar sistematiku r-rabtiet bejn it-traffikar tal-organiżmi selvaġġi u l-kunflitti reġjonali u t-terroriżmu; |
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu fond fiduċjarju jew faċilità simili skont l-Artikolu 187 tar-Regolament Finanzjarju rivedut applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, bil-għan li jiġu salvagwardjati ż-żoni protetti u jiġu miġġielda t-traffikar u l-kaċċa tal-organiżmi selvaġġi, bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni kontra t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi; |
45. |
Jistieden lill-UE ttejjeb l-appoġġ finanzjarju u tekniku, mogħti permezz tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF), immirat biex jgħin lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jimplimentaw ir-regolamenti nazzjonali dwar l-annimali selvaġġi b'mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet tas-CITES, b'mod partikolari għal dawk li m'għandhomx biżżejjed riżorsi biex tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni u biex jittieħdu passi legali kontra l-kuntrabandisti; |
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra finanzjament fil-qafas tal-Istrument ta' Sħubija għal inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu d-domanda għal prodotti illegali ta' organiżmi selvaġġi fis-swieq ewlenin, f'konformità mal-Prijorità 1 tal-Pjan ta' Azzjoni; jenfasizza li l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-istrutturi ta' monitoraġġ fil-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE jista' jagħti kontribut sinifikanti f'dan ir-rigward; |
47. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi indirizzata, fil-qafas tas-sħubija strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina, il-kwistjoni delikata tad-domanda dejjem tikber għall-prodotti ta' organiżmi selvaġġi, bħall-avorju tal-iljunfanti, il-qarn tar-rinoċeronti u l-għadam tat-tigri, li tirrappreżenta theddida reali għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati u tal-bijodiversità b'mod ġenerali; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi kapitoli obbligatorji u infurzabbli dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet u n-negozjati kummerċjali kollha tal-UE, b'referenza speċifika għat-twaqqif tal-kummerċ illegali fl-organiżmi selvaġġi fis-setturi ekonomiċi kollha, u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi analiżijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet fir-rapporti ta' implimentazzjoni tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tenfasizza l-implimentazzjoni tas-CITES u miżuri kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi fl-iskema kummerċjali GSP+; |
49. |
Jinnota li l-korruzzjoni hija wieħed mill-fatturi li jippermettu u jikkontribwixxu għall-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi u tal-prodotti tal-ħajja selvaġġa; jilqa' l-impenn li sar fl-istrateġija tal-Kummissjoni bit-titolu “Kummerċ għal kulħadd” li tinkludi dispożizzjonijiet ambizzjużi kontra l-korruzzjoni biex jindirizzaw l-effetti diretti u indiretti kemm tal-korruzzjoni kif ukoll tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi fil-ftehimiet ta' kummerċ kollha tal-ġejjieni; jitlob, għalhekk, li l-Kummissjoni tagħti l-akbar attenzjoni lill-aspetti tal-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-infurzar ta' standards internazzjonali fir-rigward tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi; |
50. |
Jistieden lill-UE tesplora, fl-ambitu tal-qafas tad-WTO, il-mod kif ir-reġimi kummerċjali u ambjentali globali jistgħu jappoġġjaw aħjar lil xulxin, speċjalment fil-kuntest tal-ħidma li għaddejja dwar it-tisħiħ tal-koerenza bejn id-WTO u l-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, kif ukoll fid-dawl tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, li jiftaħ opportunitajiet ġodda għal kooperazzjoni bejn l-uffiċjali tad-dwana, tal-fawna selvaġġa u tal-kummerċ, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iqis li għandhom jiġu esplorati opportunitajiet ulterjuri għall-kooperazzjoni bejn id-WTO u s-CITES, partikolarment f'termini ta' għoti ta' għajnuna teknika u bini ta' kapaċitajiet dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ u l-ambjent lill-uffiċjali minn pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
51. |
Jenfasizza r-rwol ewlieni ta' kooperazzjoni internazzjonali min-naħa tal-organizzazzjonijiet fil-katina ta' infurzar; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw il-Konsorzju Internazzjonali dwar il-Ġlieda kontra l-Kriminalità marbuta mal-Organiżmi Selvaġġi (ICCWC); jilqa' kull tisħiħ ta' dan l-appoġġ inkluż permezz tal-provvista ta' riżorsi finanzjarji u l-għarfien espert tal-ispeċjalisti, sabiex jiġi ffaċilitat il-bini ta' kapaċità, jiġi promoss l-iskambju ta' informazzjoni u ta' intelligence, u jiġu appoġġjati l-infurzar u l-konformità; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-indikaturi tal-ICCWC biex tevalwa l-effettività tal-finanzjament mill-UE lil pajjiżi terzi b'appoġġ għall-azzjonijiet kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi u sabiex tiġi ffaċilitata valutazzjoni uniformi u kredibbli tal-finanzjament għall-iżvilupp; |
52. |
Jilqa' l-operazzjonijiet ta' infurzar tal-liġi internazzjonali bħall-Operazzjoni COBRA III li jirriżultaw f'konfiski sinifikanti ta' prodotti illegali ta' organiżmi selvaġġi u l-arresti ta' traffikanti u li jipprovdu aktar viżibbiltà pubblika dwar it-traffikar tal-organiżmi selvaġġi bħala reat serju organizzat; |
53. |
Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-baġit tas-CITES sabiex l-organizzazzjoni tkun tista' tespandi l-attività ta' monitoraġġ u d-denominazzjoni tal-ispeċijiet tagħha; f'dan ir-rigward, jiddispjaċih li sitt Stati Membri għad għandhom ħlasijiet pendenti xi jsiru lis-CITES b'rabta mas-snin bejn l-1992 u l-2015; |
54. |
Jilqa' wkoll il-fatt li l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE jagħti kontribut kbir biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli stabbiliti fil-kuntest tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli maqbula mill-kapijiet tal-istati waqt summit tan-NU li sar f'Settembru 2015; |
L-UE bħala suq ta' destinazzjoni, u punt ta' oriġini u ta' tranżitu
55. |
Jinnota li s-CITES, ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam u l-qafas regolatorju IUU tal-UE huma għodod importanti għar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-organiżmi selvaġġi; jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni u infurzar xieraq u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu sforzi konġunti u kkoordinati biex jiżguraw implimentazzjoni effikaċi; huwa mħasseb, barra minn hekk, dwar nuqqasijiet fil-qafas regolatorju attwali fir-rigward tal-ispeċijiet u tal-atturi; jistieden, għalhekk, lill-UE tirrevedi l-qafas leġiżlattiv eżistenti bil-għan li tissupplimentah bi projbizzjoni dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni u t-tqegħid fis-suq, it-trasport, l-akkwist u l-pussess ta' organiżmi selvaġġi li jkunu ġew akkwistati jew innegozjati b'mod illegali f'pajjiżi terzi; iqis li tali leġiżlazzjoni tista' tarmonizza l-qafas eżistenti tal-UE u li l-impatt transnazzjonali ta' tali leġiżlazzjoni jista' jkollu rwol kruċjali fit-tnaqqis globali tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li tali leġiżlazzjoni jeħtieġ li tipprovdi trasparenza sħiħa rigward kull projbizzjoni kummerċjali ta' speċijiet ibbażati fuq l-istatus illegali tagħhom f'pajjiż terz sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għal dawk involuti fil-kummerċ legali; |
56. |
Jenfasizza li l-kaċċa għat-trofej ikkontribwiet għal tnaqqis fuq skala kbira tal-ispeċijiet fil-periklu mniżżla fl-Appendiċi I u II tas-CITES u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu approċċ prekawzjonarju għall-importazzjoni tat-trofej tal-kaċċa ta' speċijiet protetti skont ir-Regolamenti tal-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi tal-UE, jappoġġjaw aktar tisħiħ tad-dispożizzjonijiet legali tal-UE li jirregolaw l-importazzjoni tat-trofej tal-kaċċa fl-Istati Membri tal-UE, u li jirrikjedu permessi għall-importazzjoni ta' trofej tal-ispeċijiet kollha mniżżla fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97; |
57. |
Jilqa' d-Dikjarazzjoni tal-Palazz ta' Buckingham tal-2016 li fiha l-firmatarji mil-linji tal-ajru, id-ditti ta' bastimenti, l-operaturi tal-port, l-aġenziji doganali, l-organizzazzjonijiet intergovernattivi u l-istituzzjonijiet ta' benefiċjenza ta' konservazzjoni jimpenjaw ruħhom li jgħollu l-istandards fis-settur tat-trasport b'fokus fuq il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, it-taħriġ tal-persunal, it-titjib teknoloġiku u l-kondiviżjoni tar-riżorsi bejn il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet madwar id-dinja; jistieden lill-partijiet kollha jimplimentaw bis-sħiħ l-impenji tad-Dikjarazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu impenji volontarji simili għad-Dikjarazzjoni tal-Palazz ta' Buckingham f'oqsma oħra b'mod partikolari s-settur finanzjarju u s-settur tal-kummerċ elettroniku; |
58. |
Jappella għall-projbizzjoni sħiħa u immedjata fuq livell Ewropew tal-kummerċ, l-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid fl-UE u lejn destinazzjonijiet barra mill-UE tal-avorju, inkluż l-avorju ta' “qabel il-Konvenzjoni” u tal-qrejjen tar-rinoċeronti; jitlob l-istabbiliment ta' mekkaniżmu biex jiġi vvalutat il-bżonn ta' restrizzjonijiet simili fir-rigward ta' speċijiet oħrajn mhedda; |
59. |
Jinnota li r-Regolament tal-UE għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) għamel impatt, iżda jinsisti li l-implimentazzjoni għandha tkun aktar robusta bil-għan li tiżgura li l-ħut maqbud illegalment ma jidħolx fis-suq Ewropew; jissuġġerixxi li l-Istati Membri tal-UE għandhom ikunu aktar konsistenti u effikaċi fil-kontrolli tad-dokumentazzjoni tal-qbid (iċ-ċertifikati tal-qbid) u fil-kontrolli tal-kunsinni (b'mod partikolari minn pajjiżi meqjusa li għandhom riskju għoli) bil-għan li jiżguraw li l-ħut ikun inqabad legalment; |
60. |
Jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni tas-settur privat fil-ġlieda kontra t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi permezz tal-awtoregolamentazzjoni u permezz tar-responsabbiltà soċjali korporattiva; iqis essenzjali t-traċċabbiltà fil-katina tal-provvista għal kummerċ legali u sostenibbli, kemm jekk kummerċjali jew mhux kummerċjali; jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni fuq livell internazzjonali kif ukoll bejn is-setturi pubbliċi u privati u jistieden lill-UE ssaħħaħ l-istrumenti ta' kontroll eżistenti, inkluż l-użu ta' mekkaniżmi ta' traċċabilità; iqis li s-settur tat-trasport għandu jkollu rwol ċentrali, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' individwazzjoni ta' twissija bikrija; jinnota r-rwol importanti li jista' jkollhom is-sħubiji pubbliċi-privati f'dan ir-rigward; |
61. |
Jistieden lill-Istati Membri, minbarra li jwettqu l-kontrolli fil-fruntieri kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 338/97, jintroduċu monitoraġġ tal-konformità fil-pajjiż permezz ta' kontrolli regolari fuq kummerċjanti u detenturi tal-permessi, bħall-ħwienet tal-pets, dawk li jrabbu jew ikabbru, iċ-ċentri ta' riċerka u n-nurseries, u inkluż monitoraġġ ta' snajja' bħall-moda, l-arti, il-mediċina u l-catering, li jistgħu jużaw partijiet illegali ta' pjanti u annimali; |
62. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-konfiska immedjata ta' kwalunkwe eżemplar maqbud u l-kura u r-riallokazzjoni fl-ambjent tagħhom tal-eżemplari ħajjin maqbuda jew ikkonfiskati f'ċentri tas-salvataġġ tal-annimali li jkunu xierqa għall-ispeċijiet; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida biex tiżgura li ċ-ċentri kollha ta' salvataġġ għall-annimali selvaġġi użati mill-Istati Membri jkunu ta' standard adegwat; jitlob, barra minn hekk, lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament adegwat taċ-ċentri ta' salvataġġ tal-annimali; |
63. |
Jistieden lill-Istati Membri jadottaw pjanijiet nazzjonali għall-immaniġġjar tal-eżemplari ħajjin konfiskati f'konformità mal-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni tal-Konferenza ta' CITES 10.7 (Rev. CoP15); jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull eżemplar ħaj maqbud lil-EU-TWIX u li għandhom jiġu ppubblikati rapporti ta' sommarju annwali, u li l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar jinkludi kunsiderazzjonijiet ta' benessri u ta' sikurezza għat-trattament tal-annimali ħajjin; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu appoġġ finanzjarju adegwat liċ-ċentri ta' salvataġġ tal-annimali selvaġġi; |
64. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw sistema ta' “lista pożittiva” ta' speċijiet, fejn l-ispeċijiet eżotiċi jiġu vvalutati b'mod objettiv u skont kriterji xjentifiċi għas-sigurtà u l-adattabbiltà tagħhom għall-kummerċ u li jinżammu bħala annimali domestiċi; |
o
o o
65. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0031.
(3) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(4) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(5) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 1.
(7) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28.
(10) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/127 |
P8_TA(2016)0455
Opportunitajiet ġodda għal impriżi żgħar tat-trasport
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 fuq opportunitajiet ġodda għal negozji żgħar ta' trasport, inkluż mudelli ta' negozju kollaborattivi (2015/2349(INI))
(2018/C 224/20)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, |
— |
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (COM(2011)0144), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar “L-Implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli” (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE dwar kriterji ta' definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2014/2015, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni intitolati “‘Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir’ – ‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ għall-Ewropa”" (COM(2008)0394) u “Reviżjoni tal-‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ għall-Ewropa” (COM(2011)0078), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva” (COM(2016)0356), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Strateġija Ewropea għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi” (COM(2016)0501), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finazi għall-SMEs (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Istrument tal-SMEs ta' Orizzont 2020, u INNOSUP, COSME, l-Ewropa Tiegħek – Negozju, il-Pilota Rotta Rapida Lejn l-Innovazzjoni (FTI) pilota u l-opportunitajiet ta' netwerking, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (2000/31/KE) u d-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/KE), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” (COM(2015)0192), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji” (COM(2015)0550), |
— |
wara li kkunsidra l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0304/2016), |
A. |
billi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) jikkostitwixxu l-mutur ewlieni tal-ekonomija Ewropea u, skont iċ-ċifri tal-2014 jirrappreżentaw 99,8 % tal-intrapriżi kollha li mhumiex parti mis-settur finanzjarj u jimpjegaw tnejn minn kull tliet impjegati; |
B. |
billi l-SMEs li ġġeneraw l-impjiegi matul dawn l-aħħar snin ġew prinċipalment mis-settur terzjarju; |
C. |
billi l-kumpaniji ż-żgħar tat-trasport jaqdu rwol kruċjali fil-funzjonament xieraq tal-mobilità fl-Ewropa, iżda spiss jesperjenzaw diffikultajiet biex ikollhom aċċess għas-suq jew biex jibqgħu jżommu posthom fih, notevolment minħabba l-preżenza ta' monopolji f'dak is-suq; |
D. |
billi l-kumpaniji ż-żgħar iġibu valur miżjud b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi u f'żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni permezz ta' għarfien eċċellenti tas-suq lokali, il-prossimità tagħhom għall-klijent u/jew l-aġilità u l-kapaċità tagħhom fl-innovazzjoni; billi, barra minn hekk, huma kapaċi jipprovdu servizzi speċjalizzati u huma strumenti għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, għall-ħolqien tal-impjiegi, għall-iġġenerar ta' attività ekonomika, għat-titjib tal-ġestjoni tal-mobbiltà u biex jingħata kontribut għall-iżvilupp tat-turiżmu (fejn is-servizzi ta' mobbiltà huma marbuta direttament mad-domanda tal-viżitaturi għal prodotti u esperjenzi ġodda); |
E. |
billi għall-passiġġieri u l-merkanzija, kemm id-domanda għas-servizzi tat-trasport, kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għall-forniment tagħhom ivarjaw b'mod konsiderevoli, u billi t-tnaqqis tal-mobbiltà mhuwiex alternattiva; |
F. |
billi l-organizzazzjoni tat-trasport fi bliet kbar u fit-toroq li jwasslu għalihom tikkawża konġestjonijiet u traffiku, filwaqt li toħloq piż sinifikanti fuq l-ekonomija; billi l-SMEs fis-settur tat-trasport huma komplement importanti għan-netwerk tat-trasport pubbliku fin-nodi urbani, partikolarment f'ħinijiet tal-ġurnata meta t-trasport pubbliku ma jkun frekwenti xejn, kif ukoll f'żoni periferiċi mingħajr servizz tat-trasport suburban żviluppat tajjeb; |
G. |
billi studju riċenti tal-Kummissjoni juri li 17 % tal-konsumaturi Ewropej użaw servizzi pprovduti mill-ekonomija kollaborattiva, u 52 % huma konxji tas-servizzi offruti; billi l-aspettattivi tal-konsumaturi jfittxu aċċessibbiltà faċli u modi flessibbli għall-użu tas-servizzi tat-trasport filwaqt li l-prezzijiet jinżammu f'konformità mal-ispejjeż attwali ta' provvista kif ukoll aċċess faċli għal riżervazzjonijiet u pagament sikur għas-servizzi pprovduti; |
H. |
billi ekonomija kollaborattiva fis-settur tat-trasport tista' tippromwovi b'mod attiv l-iżvilupp ta' forom sostenibbli ta' mobilità; billi l-awtoregolamentazzjoni mhix dejjem is-soluzzjoni u hemm il-ħtieġa ta' qafas regolatorju adegwat; |
I. |
billi l-imperattiv ta' żvilupp sostenibbli u r-rivoluzzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ħolqu opportunitajiet u sfidi bla preċedent għall-kumpaniji ta' kull daqs f'dak li hu r-rispons għad-domanda dejjem tikber għal mobilità sostenibbli fil-limiti ta' infrastruttura limitata; |
J. |
billi t-tkabbir b'mod esponenzjali fil-penetrazzjoni tal-apparati mobbli intelliġenti kif ukoll il-kopertura komprensiva ta' netwerk b'veloċità kbira u ta' medda wiesgħa ħolqu għodod ġodda diġitali kemm għall-fornituri kif ukoll għall-konsumaturi tas-servizzi tat-trasport, u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjoniijiet u titnaqqas ukoll l-importanza tal-pożizzjoni fiżika tal-fornituri tas-servizz, filwaqt li dan jippermettilhom ikunu konnessi b'mod mifrux sabiex jipprovdu servizzi, mhux biss fuq livell reġjonali iżda anki fuq livell globali, permezz ta' netwerks diġitali u wkoll minn żoni remoti; |
K. |
billi matul dawn l-aħħar snin, l-avvanzi teknoloġiċi, il-mudelli tan-negozju ġodda u d-diġitalizzazzjoni ttrasformaw is-settur tat-trasport b'mod sinifikanti, b'impatti kbar kemm fuq il-mudelli tan-negozju tradizzjonali kif ukoll fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjiegi fis-settur; billi filwaqt li minn naħa waħda s-settur tat-trasport infetaħ, min-naħa l-oħra l-kundizzjonijiet tax-xogħol f'ħafna każijiet marru għall-agħar, minħabba l-kriżi ekonomika u, f'xi każijiet, minħabba l-implimentazzjoni insuffiċjenti tar-regolamenti eżistenti; |
L. |
billi s-settur tat-trasport jinvolvi mhux biss il-fornituri diretti tas-servizz tat-trasport, iżda anki l-SMEs li joffru servizzi bħalma huma l-manutenzjoni tal-mezzi tat-trasport, il-bejgħ ta' spare parts, it-taħriġ tal-persunal, kif ukoll il-kiri ta' vetturi u tagħmir; billi hemm potenzjal enormi għall-ħolqien tal-impjiegi marbuta ma' dawn l-attivitajiet, inkluż impjiegi għal ħaddiema bi kwalifiki għolja; billi l-politiki għas-settur tat-trasport għandhom jikkunsidraw l-interessi tal-katina tal-valur kollha kemm hi; |
M. |
billi 1,7 % biss tal-impriżi tal-UE jagħmlu użu sħiħ mit-teknoloġiji diġitali avvanzati, filwaqt li 41 % ma jużawhom xejn; billi d-diġitalizzazzjoni tas-setturi kollha hija kruċjali sabiex il-kompetittività Ewropea tinżamm u tissaħħaħ; |
N. |
billi l-flessibilità u l-faċilità ta' dħul inerenti fl-ekonomija kollaborattiva jistgħu jipprovdu opportunitajiet ta' impjieg għal gruppi li tradizzjonalment ikunu esklużi mis-suq tax-xogħol, partikolarment in-nisa, iż-żgħażagħ u l-migranti; |
O. |
billi s-servizzi tat-trasport jistgħu jipprovdu mezz tajjeb biex wieħed jaħdem għal rasu u biex tiġi promossa kultura ta' intraprenditorija; |
P. |
billi l-pjattaformi online għas-servizzi tat-trasport jistgħu joffru l-possibbiltà ta' tqabbil rapidu bejn il-ħtiġijiet ta' servizzi tal-klijenti, minn naħa waħda, u l-provvista ta' manodopera minn kumpaniji rreġistrati jew minn ħaddiema, min-naħa l-oħra; |
Q. |
billi l-OECD tqis l-impjiegi ta' kwalità għolja bħala fattur ta' importanza essenzjali biex jiġu indirizzati b'mod determinat il-livelli għolja ta' inugwaljanza u tiġi promossa l-koeżjoni soċjali; |
I. L-isfidi għall-impriżi ż-żgħar tat-trasport
1. |
Huwa tal-fehma li l-impriżi tat-trasport jiffaċċjaw sfidi konsiderevoli sabiex jirrispondu għad-domanda dejjem tikber għall-mobilità fil-limiti ta' infrastruttura limitata u rekwiżiti ambjentali li kulma jmur qed jiżdiedu; jinnota li l-impriżi kollha tat-trasport jinsabu taħt pressjoni biex jipprovdu soluzzjonijiet sikuri, sostenibbli u kompetittivi ħafna li huma ambjentalment responsabbli taħt il-COP21, filwaqt li jillimitaw il-konġestjoni, iżda li huwa aktar diffiċli u aktar għali għall-impriżi ż-żgħar biex jilqgħu dawn l-isfidi; |
2. |
Jenfasizza li jekk l-istandards tal-emissjonijiet tal-vetturi jinbidlu wisq ta' spiss, dan jista' jkun partikolarment problematiku għall-impriżi tat-trasport ta' daqs iżgħar minħabba l-perjodi ta' deprezzament għall-flotot tal-vetturi; |
3. |
Jenfasizza n-natura kumplessa tas-settur tat-trasport, li huwa kkaratterizzat minn governanza f'diversi livelli (lokali, nazzjonali, Ewropew u globali) li għadha fil-biċċa l-kbira mqassma skont il-mod ta' trasport; jinnota li dan is-settur huwa soġġett għal regolamentazzjoni qawwija, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-professjoni, l-attivitajiet ikkonċernati u l-iżvilupp, l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport (drittijiet esklussivi, l-iffissar ta' limitu fuq il-għadd ta' liċenzji), kif ukoll is-sussidjar; jenfasizza li s-sikurezza u s-sigurtà huma tal-akbar importanza għas-settur tat-trasport, iżda jiddeplora l-fatt li dawn, fost fatturi oħra, xi kultant jintużaw bħala skuża biex jiddaħħlu ostakoli artifiċjali; |
4. |
Jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu r-regolamentazzjoni żejda, li ħafna drabi hija konnessa mal-istinti protezzjonisti u korporatisti li jwasslu għall-frammentazzjoni, il-kumplessità u r-riġidità fi ħdan is-suq uniku, u b'hekk iżidu l-inugwaljanza; jemmen li huwa utli li l-Istati Membri ma jersqux lejn il-legalità tal-pjattaformi online b'firxa kbira ta' modi, u għalhekk li jevitaw miżuri unilaterali restrittivi mhux meħtieġa; jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw, u jimplimentaw bis-sħiħ, id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (Direttiva 2000/31/KE) u d-Direttiva dwar is-Servizzi (Direttiva 2006/123/KE); isostni li l-moviment ħieles tal-fornituri ta' servizzi u l-libertà tal-istabbiliment, kif jiddisponu għalihom l-Artikoli 56 u 49 tat-TFUE rispettivament, huma essenzjali sabiex tiġi realizzata d-dimensjoni Ewropea tas-servizzi u għalhekk tas-suq intern; |
5. |
Jenfasizza li minħabba l-inċertezza tad-dritt attwali fir-rigward tad-definizzjoni ta' “fornituri ta' servizz” fis-settur tat-trasport, mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita kompetizzjoni ġusta, u jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li jiffaċċjaw ħafna impriżi żgħar biex jidħlu fis-suq domestiku u internazzjonali u biex jiżviluppaw jew joffru servizzi ġodda; jenfasizza l-fatt li dak li jissemma hawn fuq ixekkel l-aċċess tal-SMEs għal dan is-settur; |
6. |
Huwa tal-fehma li r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jeħtieġ li jittejjeb sabiex jingħeleb it-tħarbit serju li seħħ fis-swieq tat-trasport nazzjonali f'diversi Stati Membri wara li r-Regolament ġie introdott; |
7. |
Jilqa' l-opportunitajiet il-ġodda offruti mill-impriżi ż-żgħar tat-trasport u mill-mudelli tan-negozju kollaborattiv ġodda, filwaqt li fl-istess ħin jiddeplora l-prattiki antikompetittivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni inkonsistenti tar-regoli tal-UE madwar l-Istati Membri, b'mod partikulari fir-rigward tal-pagi u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, li tista' twassal għal distorsjonijiet serji bħalma huma d-dumping soċjali, kif ukoll sfidi ta' sigurtà; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-infurzar tal-liġi; Iqis li kwalunkwe tibdil li jsir fil-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol irid jirrispetta l-libertajiet fundamentali kollha tal-UE, ma jridx jirrestrinġi l-kompetizzjoni ġusta bbażata fuq vantaġġi kompetittivi oġġettivi, u m'għandux joħloq aktar piż amministrattiv jew spejjeż addizzjonali għall-impriżi ż-żgħar tat-trasport; |
9. |
Jinnota li l-impriżi ż-żgħar tat-trasport jeħtieġ li jinvestu, mhux biss biex jikkonformaw mal-liġi applikabbli, imma wkoll biex jibqgħu kompetittivi (eż. billi jiffukaw fuq teknoloġiji ġodda); jiddeplora l-fatt li, minn naħa waħda u b'kuntrast ma' dak li jiġri mal-kumpaniji l-kbar, l-aċċess ta' dawn l-impriżi għall-kreditu u għall-finanzjament fis-swieq tal-flus għadu limitati minkejja l-miżuri ta' tnaqqis kwantitattiv, filwaqt li, min-naħa l-oħra, l-għajnuniet finanzjarji pubbliċi, partikolarment dawk Ewropej, ftit ġew mobilizzati, minħabba proċeduri amministrattivi wisq kumplessi u li jieħdu fit-tul; Jenfasizza l-importanza li jiġu pprovduti t-tixrid tal-għarfien u l-assistenza għall-applikanti ta' impriżi żgħar fi ħdan il-qafas tal-Fond Ewropew tal-Investiment; |
10. |
Jinnota li, f'kuntest ta' urbanizzazzjoni dejjem tikber, il-ħtiġijiet tat-trasport iridu jiġu organizzati b'mod li kulma jmur isir aktar integrat, diġitalizzat u multimodali, u li n-nodi urbani għandhom rwol dejjem aktar ċentrali x'jaqdu fl-organizzazzjoni tal-mobilità sostenibbli; jenfasizza l-impatt dejjem jikber tal-applikazzjonijiet għall-ippjanar tal-ivvjaġġar multimodali u l-importanza li l-impriżi ż-żgħar ikunu inklużi fil-lista tal-applikazzjonijiet u l-portafolli disponibbli tas-servizzi tat-trasport; jenfasizza l-fatt li jekk l-aċċess għall-internet ikun universali, dan jinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tat-trasport u l-ippjanar aħjar tal-vjaġġi; |
11. |
Jinnota li bħala reazzjoni għad-diffikultajiet ekonomiċi u n-nuqqas ta' riżorsi li permezz tagħhom jinżamm in-netwerk ta' trasport kapillari, bosta fergħat ta' linji qegħdin jagħlqu f'ħafna reġjuni, b'mod partikolari dawk l-aktar maqtugħa u b'densità l-aktar baxxa ta' popolazzjoni; huwa tal-fehma li l-introduzzjoni ta' mudelli tan-negozju kollaborattiv bl-ebda mod ma tiġġustifika l-abbandun tas-servizzi tat-trasport pubbliku f'dawn ir-reġjuni; |
12. |
Jenfasizza l-importanza li għandhom għall-mobilità urbana s-servizzi tal-kiri ta' vetturi ħfief bħalma huma r-roti jew l-iscooters; jinnota li l-maġġoranza l-kbira ta' tali operaturi huma SMEs; jitlob li l-potenzjal ta' dawn l-operaturi jitqies b'mod aktar spiss fil-proċess taż-żieda tal-livell tal-mobilità urbana u fil-proċess tal-iżvilupp ta' trasport urban effiċjenti fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi; |
13. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkunsidraw ir-raggruppament flimkien ta' kumpaniji żgħar tat-trasport, li jiffaċilità l-iżvilupp ta' sħubija bejn tali kumpaniji u jgħin lill-klijenti jsibu s-servizzi ta' kumpaniji żgħar tat-trasport li jixtiequ, skont il-bżonnijiet tagħhom; |
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni, biex meta tkun qed tistabbilixxi linji gwida f'dan il-qasam, tqis id-diffikultajiet li l-mudelli tan-negozju kollaborattiv il-ġodda jiffaċċjaw biex jippenetraw ambjenti rurali u dawk mhux urbani; |
15. |
Jinnota li l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju kollaborattiv jista' jottimizza l-użu tal-vetturi u tal-infrastruttura, u b'hekk jgħin biex tintlaħaq id-domanda għall-mobilità b'mod aktar sostenibbli; jinnota li ż-żieda fl-isfruttament tad-dejta ġġenerata mill-utenti tista' eventwalment tirriżulta filli jinħoloq valur miżjud fil-katina tat-trasport; jenfasizza, madankollu, li konċentrazzjoni ta' dejta f'idejn għadd żgħir ta' pjattaformi ta' intermedjazzjoni biss jista' jkollha effett negattiv kemm fuq it-tqassim ġust tad-dħul u kemm fuq il-parteċipazzjoni bbilanċjata fl-investiment fl-infrastruttura u fi spejjeż relevanti oħra, li kollha kemm huma għandhom impatt dirett fuq l-SMEs; |
16. |
Jilqa' l-fatt li l-pjattaformi intermedjarji kellhom il-konsegwenza tal--idea li jisfidaw lil xulxin, lill-operaturi eżistenti u lill-istrutturi korporatisti, u li jdgħajfu l-monopolji eżistenti u jostakolaw il-ħolqien ta' oħrajn ġodda; jissottolinja li dan qed jinkoraġġixxi suq li huwa wisq aktar iffukat fuq it-talba tal-konsumatur u qed iwassal lill-Istati Membri biex jeżaminaw mill-ġdid l-istruttura tas-suq; jinnota, madankollu, li jekk ma jkunx hemm qafas ġuridiku xieraq u ċar, il-pjattaformi ta' intermedjazzjoni, bl-etos tagħhom ta' “ir-rebbieħ ikaxkar kollox”, ser joħolqu pożizzjonijiet dominanti fis-suq li jagħmlu ħsara lid-diversità tat-tessut ekonomiku; |
17. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn l-opportunitajiet u l-isfidi (li jfisser li impriżi żgħar jistgħu jitfaċċaw ukoll f'dawn l-oqsma l-ġodda) li jirriżultaw mill-iżvilupp ta' vetturi konnessi u li jaħdmu waħedhom (karozzi, bastimenti, droni u l-platooning); iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, biex toħroġ bi pjan direzzjonali dwar vetturi konnessi u awtomatizzati, u tanalizza l-effetti potenzjali li l-użu mifrux ta' din it-teknoloġija jista' jkollu fuq is-settur tat-trasport Ewropew, speċjalment fuq l-SMEs; |
II. Rakkomandazzjonijiet: kif nistgħu nibdlu l-isfidi f'opportunitajiet
18. |
Jitlob li jkomplu jsiru sforzi bil-għan li l-ispazju Ewropew uniku tat-trasport ikun lest għalkollox; hu tal-fehma li kwalunkwe leġiżlazzjoni li timponi rekwiżiti ġodda fuq l-impriżi ż-żgħar, partikolarment miżuri relatati mat-taxxa, miżuri soċjali u miżuri ambjentali, għandhom ikunu proporzjonati, sempliċi u ċari, ma jxekklux l-iżvilupp tagħhom u jirriflettu fejn meħtieġ il-karatteristiċi reġjonali u nazzjonali fl-Istati Membri differenti; huwa tal-fehma li tali leġiżlazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-inċentivi meħtieġa (regolatorji u/jew finanzjarji); |
19. |
Jikkunsidra li t-trawwim ta' sistema Ewropea ta' mobilità kkoordinata u integrata hija l-aħjar mod għall-integrazzjoni tajba tal-kumpaniji kollha li joffru l-modi kollha ta' trasport fi proċess dinamiku komuni fejn id-diġitizzazzjoni u l-promozzjoni tal-innovazzjoni fi ħdan is-settur tat-trasport huwa l-aktar metodu effettiv sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jkollhom sistema koerenti waħda u li l-professjonisti jkunu jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex iżidu l-valur; |
20. |
Jinnota li s-servizzi pprovduti mill-SMEs fis-settur tat-trasport mhux dejjem huma mfassla b'mod suffiċjenti skont il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u l-anzjani; jitlob li l-għodod u l-programmi kollha li għandhom l-għan li jappoġġjaw dawn l-operaturi jqisu l-ħtieġa li s-servizzi tat-trasport jiġu kemm jista' jkun adattati għall-ħtiġijiet tan-nies b'mobilità mnaqqsa; |
21. |
Jinnota li, minħabba n-nuqqas ta' investiment fl-infrastruttura, l-operaturi kollha li jibbenefikaw mill-użu ta' dik l-infrastruttura jeħtieġ li jikkontribwixxu, filwaqt li jqisu bis-sħiħ it-taxxi tat-trasport, l-imposti u l-impatti ambjentali u tas-saħħa negattivi kollha eżistenti; jenfasizza l-importanza li fil-każ tat-trasport bit-triq jiġu internalizzati l-esternalitajiet negattivi u jiġu allokati introjti għall-użu tal-infrastruttura tat-trasport, inkluża dik transfruntiera; jirrikonoxxi, madankollu, li dan jista' jkun li joħloq problemi speċifiċi għall-intrapriżi ż-żgħar, inklużi dawk li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi, li għandhom jitqiesu bħala prijorità; |
22. |
Ifakkar li l-FEIS ġie stabbilit sabiex jikkontribwixxi għal proġetti bbażati fuq is-suq li huma innovattivi ħafna, u għalhekk iqisu bħala strument essenzjali biex l-SMEs fis-settur tat-trasport ikunu jistgħu jiżviluppaw soluzzjonijiet ta' mobilità ġodda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu l-implimentazzjoni tiegħu u jżidu l-għajnuna li jagħtu lill-SMEs u lill-istart-ups meta jkunu qed jippreparaw proġetti bħal dawn; |
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni xierqa biex jiġġieldu lill-prattiki antikompetittivi min-naħa ta' gruppi integrati kbar bil-għan li jindirizzaw b'mod determinat id-diskriminazzjoni u r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-swieq, hu x'inhu d-daqs jew it-tip tal-intrapriża, speċjalment fir-rigward ta' mudelli ta' negozju ġodda; iħeġġeġ li jsir djalogu u li r-relazzjonijiet jittejbu, speċjalment fis-swieq ġodda u f'dawk potenzjali, bejn it-trasportaturi u l-partijiet li jagħmlu l-ordnijiet, kif ukoll soluzzjoni għall-problema tal-persuni li taparsi jaħdmu għal rashom; |
24. |
Jitlob li l-SMEs jiġu inklużi fil-pjanijiet għall-ħruġ integrat Ewropew tal-biljetti; jinnota li l-effikaċja ta' tali sistema se tiddependi mill-inklużjoni ta' għadd kbir kemm jista' jkun ta' impriżi u operaturi tas-servizzi tat-trasport; jinnota li l-iskambju ta' informazzjoni u ta' esperjenza bejn operaturi kbar u SMEs jista' jipproduċi sinerġiji benefiċjarji għolja għat-tfassil ta' netwerk tat-trasport effettiv fl-Ewropa; |
25. |
Jitlob, bil-ħsieb li jkun hemm trasparenza akbar, li jsiru r-rieżami u l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar l-aċċess għal impjiegi u attivitajiet regolati fl-Ewropa u tal-kontrolli fuq dawk l-impjiegi, sabiex l-operaturi u s-servizzi l-ġodda konnessi mal-pjattaformi diġitali u l-ekonomija kollaborattiva jkunu jistgħu jiżviluppaw f'ambjent li jkun favorevoli għan-negozju, inkluża trasparenza ikbar fir-rigward ta' bidliet leġiżlattivi, u sabiex ikunu jistgħu jeżistu spalla ma' spalla mal-operaturi li jkunu fil-kariga f'ambjent ta' kompetizzjoni b'saħħitha; jinnota l-effetti pożittivi ta' operaturi tal-ekonomija kollaborattiva f'dawk li huma l-ħolqien ta' impjiegi ġodda għaż-żgħażagħ li jkunu deħlin fis-suq tax-xogħol u l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom; |
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika, mingħajr aktar dewmien, pjan direzzjonali sabiex tiġi rilaxxata dejta dwar it-trasport iffinanzjat minn fondi pubbliċi u biex jiġu introdotti standards armonizzati għall-interfaces tad-dejta u l-ipprogrammar dwar it-trasport, bil-għan li tingħata spinta lill-innovazzjonijiet intensivi mil-lat ta' dejta u lill-forniment ta' servizzi ta' trasport ġodda; |
27. |
Huwa tal-fehma, minħabba l-iżvilupp tal-ekonomija kollaborattiva, li s-soluzzjoni la hija regola speċifika għas-settur u lanqas ma hija regolament immirat biss għall-pjattaformi, u li fil-ġejjieni s-sistema tal-mobilità jeħtieġ li tiġi indirizzata bħala ħaġa waħda; jitlob li jiġi stabbilit qafas regolatorju multimodali modernizzat li jrawwem l-innovazzjoni u l-kompetittività kif ukoll il-protezzjoni tal-konsumaturi u d-dejta tagħhom, filwaqt li jissalvagwardja d-drittijiet tal-ħaddiema u jiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal operaturi differenti; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, lejn l-importanza tal-interoperabbiltà fis-settur tat-trasport, minħabba li joffri soluzzjonijiet uniċi lin-negozji ż-żgħar; |
28. |
Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa li jaġġornaw il-liġi tax-xogħol nazzjonali tagħhom mal-era diġitali, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi tal-mudelli tal-ekonomija kollaborattiva u jqisu wkoll il-liġijiet tax-xogħol individwali ta' kull pajjiż; |
29. |
Iqis li objettiv bħal dan jitlob konverġenza tal-mudelli, ibbażata fuq definizzjoni ta' “intermedjarji” u ta' “fornituri ta' servizzi” li tkun ċara u konsistenti u li tkunx irduppjata ma' oħrajn; jitlob li ssir distinzjoni bejn dawk il-pjattaformi ta' intermedjazzjoni li ma jiġġeneraw l-ebda qligħ għall-utenti tagħhom u dawk li jqabbdu fornitur ta' servizzi (bi skop ta' qligħ) u klijent ma' xulxin, kemm b'relazzjoni ta' bejn min iħaddem u impjegat u kemm mingħajrha bejn il-fornitur ta' servizz u l-pjattaforma; jissuġġerixxi li, sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mill-partijiet kollha bl-obbligi tagħhom relatati mat-taxxa u mas-sigurtà soċjali, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi li jkunu qed jużaw il-pjattaformi jkunu kompetenti u kwalifikati kif xieraq (sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur), l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-informazzjoni li huma jqisu meħtieġa mill-pjattaformi ta' intermedjazzjoni; jenfasizza li sistemi diġà eżistenti ta' rispons u ta' klassifikazzjoni jgħinu wkoll lill-intermedjarji jibnu relazzjoni ta' fiduċja mal-konsumaturi, u li d-dejta ġġenerata għandha tiġi pproċessata f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
30. |
Jemmen li l-potenzjal ta' livell għoli ta' trasparenza tal-ekonomija kollaborattiva jippermetti traċċabilità tajba tal-operazzjonijiet tas-servizzi tat-trasport, b'konformità mal-għan li tiġi msaħħa l-leġiżlazzjoni eżistenti; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika linji gwida dwar kif id-dritt tal-UE japplika għat-tipi differenti ta' mudelli tan-negozju kollaborattiv, sabiex jingħalqu, fejn meħtieġ, il-lakuni regolatorji fil-qasam tal-impjieg u tas-sigurtà soċjali b'tali mod li jirrispetta l-kompetenzi nazzjonali; |
31. |
Jenfasizza li l-impriżi tat-trasport jinkludu wkoll operaturi li ma jipprovdux direttament servizzi tat-trasport, bħalma huma l-fornituri tat-taħriġ, il-kumpaniji tal-kiri tal-vetturi, l-istabbilimenti tat-tiswija tal-vetturi u ċ-ċentri tal-manutenzjoni; jinnota li l-maġġoranza l-kbira ta' tali operaturi huma SMEs; jitlob li l-ħtiġijiet ta' dawn l-operaturi jitqiesu fit-tfassil ta' miżuri ġuridiċi u programmi ta' investiment immirati biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-SMEs; |
32. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-SMEs fis-settur tat-trasport biex jiffurmaw raggruppamenti f'dan il-qasam, li jkunu jistgħu jingħaqdu magħhom kemm il-konsumaturi kif ukoll partijiet ikkonċernati oħra; |
33. |
Jinnota li l-maġġoranza tal-fornituri fl-ekonomija kollaborattiva jiġu minn barra l-UE; Iqis li l-UE jeħtieġ li tiżviluppa aktar start-ups innovattivi fis-settur tat-trasport, u jinkoraġġixxi li jingħata appoġġ akbar lil dawn il-kumpaniji, b'mod partikulari għat-taħriġ ta' imprendituri żgħażagħ f'dan il-qasam; |
34. |
Jiddispjaċih li r-risposta tal-Istati Membri għall-iżvilupp tal-ekonomija kollaborattiva s'issa kienet waħda frammentata ħafna u f'xi każijiet totalment inkonsistenti mal-potenzjal u l-benefiċċji tal-iżvilupp ta' dan is-settur, kif ukoll kuntrarju għall-aspettattivi tal-konsumatur, u jqis li hija mixtieqa azzjoni kkoordinata komprensiva fil-livell Ewropew, li tkopri l-kwistjonijiet għal mudell tan-negozju kollaborattiv sostenibbli; jinnota l-approċċ raġonevoli tal-Kummissjoni għal dan il-“mudell tan-negozju ġdid”, kif stabbilit fil-komunikazzjoni reċenti tagħha li tenfasizza l-importanza tal-ekonomija kollaborattiva għat-tkabbir futur (COM(2016)0356); |
35. |
Jinnota l-potenzjal kbir ta' teknoloġiji ġodda għall-emerġenza ta' forom ġodda ta' għoti ta' servizzi fis-settur tat-trasport tal-oġġetti; jenfasizza, b'mod partikolari, l-opportunitajiet enormi offruti mid-droni, li huma diġà għodda ferm effettiva biex isir xogħol f'kundizzjonijiet diffiċli; jenfasizza li l-UE għandha tappoġġja l-potenzjal tal-SMEs involuti fid-disinn, il-produzzjoni u l-użu ta' droni; |
36. |
Jemmen li l-mudelli tan-negozju kollaborattiv jikkostitwixxu riżorsa mill-akbar għall-iżvilupp sostenibbli ta' konnessjonijiet f'reġjuni periferiċi, muntanjużi u rurali, u joffru wkoll benefiċċji indiretti għas-settur tat-turiżmu; |
37. |
Huwa tal-fehma li r-rekwiżiti leġiżlattivi għandhom ikunu proporzjonati man-natura tan-negozju u d-daqs tal-kumpanija; madankollu, jqajjem tħassib dwar jekk għadx hemm raġunijiet għall-eżenzjoni tal-vetturi kummerċjali ħfief (LCVs) mill-applikazzjoni ta' għadd ta' regoli Ewropej, minħabba l-użu dejjem akbar tal-LCVs fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dijanjostiku dwar l-impatt ekonomiku, ambjentali u ta' sikurezza konsegwenti; |
38. |
Jitlob li jiġu stabbiliti strutturi ta' kooperazzjoni bejn in-negozji tat-trasport iż-żgħar, l-istituti tar-riċerka xjentifika u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bil-għan li tittejjeb l-organizzazzjoni tal-mobilità urbana u interurbana sostenibbli sabiex tingħata tweġiba effettiva lill-emerġenza ta' servizzi u prodotti ġodda, inklużi dawk offruti mill-SMEs (eż. l-ewwel u l-aħħar stadji ta' sevizz tat-trasport bieb bieb), filwaqt li jkun hemm allinjament aħjar tan-netwerks tat-trasport pubbliku eżistenti għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-passiġġieri; jitlob l-inklużjoni ta' informazzjoni dwar is-servizzi ta' mobilità pprovduti minn negozji żgħar fis-servizzi tal-informazzjoni u l-ippjanar fil-qasam tat-turiżmu; |
39. |
Jitlob l-istabbiliment ta' task forces tal-innovazzjoni, biex jingħata effett sħiħ lill-kunċett tal-“bliet li jistgħu jiġu kondiviżi” u biex tingħata għajnuna lill-istituzzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex ikunu jistgħu jwieġbu b'mod effettiv għall-introduzzjoni ta' servizzi u prodotti ġodda; |
40. |
Jenfasizza l-importanza ta' taħriġ iffukat (eż. dwar il-big data, servizzi integrati, eċċ.) sabiex il-kumpanniji tat-trasport jiġu megħjuna jiġġeneraw valur miżjud mill-isfera diġitali; jitlob, għalhekk, li l-mod li bih il-professjonisti jiġu mħarrġa jiġi adattat, skont il-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa mill-mudelli tan-negozju ġodda, b'mod partikolari sabiex jiġu sodisfatti l-iskarsezzi ta' persunal, speċjalment ta' sewwieqa; |
41. |
Jenfasizza li l-SMEs fis-settur tat-trasport spiss joqogħdu lura milli jespandu minħabba r-riskji ikbar li huma involuti fin-negozju transfruntier bis-saħħa tad-diverġenza bejn l-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati (Membri) differenti; jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri, tiżviluppa pjattaformi ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni sabiex jingħataw pariri u taħriġ lill-SMEs fir-rigward ta' skemi ta' finanzjament differenti, għotjiet u internazzjonalizzazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex ulterjorment tisfrutta l-programmi eżistenti ta' appoġġ għall-SMEs u tagħtihom aktar viżibilità fost l-atturi tas-settur tat-trasport, fil-kuntest tas-sinerġiji bejn il-fondi differenti tal-UE; |
42. |
Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali jieħdu impenn attiv fir-rigward tal-prinċipji ta' dekarbonizzazzjoni tat-trasport urban stabbiliti fil-White Paper dwar it-trasport, u jħeġġeġ lill-atturi tas-suq biex joperaw fi ħdan il-qafas il-ġdid tal-kompetizzjoni u tal-attività b'tali mod li jibbenefikaw mill-vantaġġi kompetittivi li joffru s-servizzi b'żero emissjonijiet u d-diġitalizzazzjoni progressiva tal-istrutturi tal-immaniġġjar, l-operazzjonijiet u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom; |
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jippromwovu innovazzjonijiet fl-ekonomija kollaborattiva, li min-naħa tagħhom se jiġu ffaċilitati mill-emerġenza ta' mudelli tan-negozju kollaborattiv, pereżempju l-kondiviżjoni tal-użu tal-karozza u tar-roti, il-kondiviżjoni tat-trasport tal-merkanzija, il-kondiviżjoni tal-użu tat-taxis, il-kondivizjoni tal-użu tal-karozzi, u xarabanks fuq talba, u l-interkonnessjoni ta' dawn il-modi ta' trasport mat-trasport pubbliku; |
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, permezz ta' kooperazzjoni msaħħa fost id-Direttorati Ġenerali tagħha, issegwi mill-qrib l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali u l-impatt tal-inizjattivi leġiżlattivi tal-“Aġenda Diġitali” dwar is-settur tat-trasport; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jivvalutaw fuq bażi regolari l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq l-għadd u t-tipi ta' impjiegi fis-settur tat-trasport, u jiżguraw li l-politiki soċjali u dwar l-impjieg iżommu l-pass mad-diġitalizzazzjoni tas-suq tax-xogħol tat-trasport; |
46. |
Jirrakkomanda li kemm in-negozji tal-ekonomija kollaborattiva, kif ukoll il-persuni li jaħdmu fis-settur tat-trasport, isibu mudelli sabiex jaħdmu flimkien fl-insegwiment tal-interessi komuni, bħal fil-qasam tal-assigurazzjoni; |
47. |
Jilqa' l-mudelli dwar ħinijiet tax-xogħol flessibbli nnegozjati mis-sħab soċjali fis-settur tat-trasport li jippermettu li l-ħaddiema jirrikonċiljaw aħjar il-ħajja tax-xogħol u dik privata; jenfasizza, madankollu, l-importanza tal-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli obbligatorji dwar il-ħinijiet tax-xogħol, u tal-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ, li għandu jsir aktar faċli b'riżultat tad-diġitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport; |
o
o o
48. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0310.
(3) ĠU C 353, 27.9.2016, p. 27.
(4) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/135 |
P8_TA(2016)0456
Sitwazzjoni fil-Belarussja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja (2016/2934(RSP))
(2018/C 224/21)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja, |
— |
wara li kkunsidra l-elezzjonijiet parlamentari li saru fil-11 ta' Settembru 2016 u l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fil-11 ta' Ottubru 2015, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-President tad-Delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-Belarussja tat-13 ta' Settembru 2016 dwar l-elezzjonijiet parlamentari reċenti fil-Belarussja, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tat-12 ta' Settembru 2016 dwar l-elezzjonijiet parlamentari fil-Belarussja, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni preliminari tal-OSKE/ODIHR, tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE u tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (APKE) tat-12 ta' Settembru 2016 dwar l-elezzjonijiet parlamentari fil-Belarussja, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Belarussja, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Frar 2016, li neħħew il-miżuri restrittivi kontra 170 individwu u tliet kumpaniji Belarussi, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali tal-OSKE tat-28 ta' Jannar 2016 dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Belarussja fil-11 ta' Ottubru 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-bosta dikjarazzjonijiet mill-awtoritajiet Belarussi li xi rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR b'segwitu għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-2015 kienu se jiġu implimentati qabel l-elezzjonijiet parlamentari tal-2016, |
— |
wara li kkunsidra l-ħelsien ta' sitt priġunieri politiċi mill-awtoritajiet Belarussi fit-22 ta' Awwissu 2015, u d-dikjarazzjoni sussegwenti tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, u tal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, dwar il-ħelsien ta' priġunieri politiċi fil-Belarussja fit-22 ta' Awwissu 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi, fir-rapport finali tiegħu dwar l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2015 fil-Belarussja, l-OSKE/ODIHR, flimkien mal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, ħejjew sett ta' rakkomandazzjonijiet biex jiġu implimentati mill-Belarussja qabel l-elezzjonijiet parlamentari tal-2016; |
B. |
billi, sabiex jibnu relazzjonijiet aħjar mal-Punent, l-awtoritajiet Belarussi, b'riluttanza, ħadu passi li jippermettu li l-partiti demokratiċi tal-oppożizzjoni jirreġistraw b'aktar faċilità milli f'elezzjonijiet preċedenti, u li bihom l-osservaturi barranin ingħataw aċċess akbar għall-għadd tal-voti; |
C. |
billi fis-6 ta' Ġunju 2016 il-President tal-Belarussja sejjaħ elezzjonijiet għall-Kamra tad-Deputati; billi dawn l-elezzjonijiet saru fil-11 ta' Settembru 2016; billi aktar minn 827 osservatur internazzjonali u 32 100 osservatur ċittadin kienu akkreditati għall-elezzjonijiet; billi, kif iddikjarat fil-konklużjonijiet tal-OSKE/ODIHR, il-biċċa l-kbira tal-osservaturi ċittadini rrappreżentaw assoċjazzjonijiet sussidjati mill-Istat li kienu wkoll impenjaw ruħhom f'kampanja għall-kandidati favur il-gvern; billi ntbagħtet missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-OSKE/ODIHR biex tosserva l-elezzjonijiet wara stedina mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Belarussja; |
D. |
billi, skont il-valutazzjoni tal-OSKE/ODIHR, l-elezzjonijiet parlamentari tal-2016 kienu organizzati b'mod effiċjenti, iżda għad fadal għadd ta' nuqqasijiet sistemiċi li ilhom jeżistu żmien, inklużi restrizzjonijiet għad-drittijiet politiċi u l-libertajiet fundamentali fil-qafas ġuridiku; billi l-għadd u t-tabulazzjoni raw għadd sinifikanti ta' irregolaritajiet proċedurali u kienu nieqsa mit-trasparenza; |
E. |
billi, għall-ewwel darba f'20 sena, se tiġi rrappreżentata oppożizzjoni demokratika fil-Parlament Belarussu; billi, skont ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, is-sistemi ġuridiċi u amministrattivi sottostanti għar-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-bniedem għadhom mhux mibdula; billi żewġ membri indipendenti tal-parlament huma mistennija jservu bħala oppożizzjoni reali; |
F. |
billi, sa mill-1994, fil-Belarussja ma saret ebda elezzjoni ħielsa u ġusta skont leġiżlazzjoni elettorali f'konformità mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment tal-OSKE/ODIHR; |
G. |
billi l-UE neħħiet il-biċċa l-kbira tal-miżuri restrittivi tagħha kontra uffiċjali u entitajiet legali Belarussi fi Frar 2016 bħala ġest ta' rieda tajba biex tħeġġeġ lill-Belarussja ttejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fit-territorju tagħha; billi l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-Belarussja tal-15 ta' Frar 2016, saħaq fuq il-ħtieġa li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Belarussja tissaħħaħ f'għadd ta' oqsma ekonomiċi u ta' oqsma relatati mal-assistenza u mal-kummerċ, ħaġa li fetħet il-possibilità biex il-Belarussja tapplika għall-finanzjament mingħand il-BEI u l-BERŻ; billi ġew innutati għadd ta' sforzi biex jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet li ilhom għaddejjin minn qabel l-elezzjonijiet tal-2016, filwaqt li fl-istess ħin għad baqa' ħafna kwistjonijiet fir-rigward tal-qafas elettorali ġuridiku u proċedurali; |
H. |
billi Human Rights Defenders for Free Elections (HRD) u Right to Choose-2016 (R2C), iż-żewġ gruppi ta' osservazzjoni elettorali Belarussi, ikkundannaw l-aħħar elezzjonijiet talli ma ssodisfawx għadd ta' standards internazzjonali ewlenin u talli ma rriflettewx b'mod kredibbli r-rieda taċ-ċittadini Belarussi; |
I. |
billi l-gruppi ta' osservaturi Belarussi ġabru evidenza konkreta ta' sforzi massivi madwar il-pajjiż kollu biex ikabbru l-għadd totali ta' eletturi li ħarġu jivvutaw matul il-perjodu ta' ħamest ijiem ta' votazzjoni bikrija (6-10 ta' Settembru 2016) u fil-ġurnata tal-elezzjoni (il-11 ta' Settembru 2016), u billi l-uniku istitut ta' stħarriġ tal-opinjoni indipendenti fil-Belarussja (NISEPI) ssospenda l-attivitajiet tiegħu wara pressjoni min-naħa tal-gvern, ħaġa li tagħmilha aktar diffiċli biex wieħed jivvaluta x'inhuma eżattament il-preferenzi politiċi tal-Belarussi; |
J. |
billi, fit-18 ta' Novembru 2015, parti mill-forzi tal-oppożizzjoni Belarussa għall-ewwel darba ppreżentat ftehim ta' kooperazzjoni konġunt biex tibqa' magħquda matul l-elezzjonijiet parlamentari tal-2016; |
K. |
billi l-ewwel żjara uffiċjali mill-2002 'l hawn tad-Delegazzjoni tal-Parlament għar-relazzjonijiet mal-Belarussja saret f'Minsk fit-18 u d-19 ta' Ġunju 2015; billi l-Parlament Ewropew bħalissa m'għandu ebda relazzjoni uffiċjali mal-Parlament Belarussu; |
L. |
billi l-Belarussja kellha rwol kostruttiv fil-faċilitazzjoni ta' ftehim dwar il-waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna; |
M. |
billi l-aggressjoni kontra l-Ukrajna u l-annessjoni illegali tal-Krimea min-naħa tar-Russja komplew iżidu l-biża' tas-soċjetà Belarussa li s-sitwazzjoni interna tiġi destabilizzata bħala konsegwenza ta' bidla fil-poter; billi, madankollu, il-poplu Belarussu ma abbandunax it-tamiet tiegħu għal riformi sostanzjali u għal trasformazzjoni paċifika ta' pajjiżu; |
N. |
billi l-ekonomija tal-Belarussja esperjenzat aktar minn għoxrin sena ta' staġnar, u billi setturi ewlenin għadhom taħt is-sjieda tal-istat u taħt sistema ta' kmand u kontroll amministrattiv; billi d-dipendenza ekonomika tal-Belarussja mill-għajnuna ekonomika tar-Russja qed tiżdied b'mod kontinwu, u billi l-prestazzjoni ekonomika tal-Belarussja hija fost l-aktar baxxa fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika – pereżempju, il-PDG tagħha naqas b'aktar minn USD 30 biljun fl-2015-2016; |
O. |
billi l-Belarussja hija l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għadu japplika l-piena kapitali; billi, fl-4 ta' Ottubru 2016, il-Qorti Suprema Belarussa kkonfermat is-sentenza tal-mewt kontra Siarhei Vostrykau, li kienet ir-raba' konferma mill-Qorti Suprema Belarussa ta' sentenza tal-mewt fl-2016; |
P. |
billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ġibdu l-attenzjoni għal metodi ġodda ta' intimidazzjoni fuq l-oppożizzjoni; billi l-awtoritajiet Belarussi ma abbandunawx il-prattiki repressivi kontra l-avversarji politiċi tagħhom: id-dimostranti paċifiċi għadhom soġġetti għal responsabilità amministrattiva, drittijiet ċivili u politiċi oħra għadhom ristretti u l-pajjiż għandu priġunieri politiċi ġodda; billi l-awtoritajiet Belarussi ma ħadu ebda miżura mmirata lejn tibdil sistemiku u kwalitattiv fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fil-livell leġiżlattiv; |
Q. |
billi titjib sinifikanti fil-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja, ir-rispett għad-drittijiet politiċi kemm taċ-ċittadini ordinarji kif ukoll tal-attivisti tal-oppożizzjoni u r-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huma kollha prerekwiżiti għal relazzjonijiet aħjar bejn l-UE u l-Belarussja; billi l-Unjoni Ewropea għadha impenjata bil-qawwa li tkompli tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-midja; |
R. |
billi, fil-25 ta' Ottubru 2016, il-Belarussja adottat l-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem tagħha, li ġie approvat minn riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri; billi skont l-awtoritajiet Belarussi dan il-pjan jiddefinixxi l-linji ta' azzjoni prinċipali għall-implimentazzjoni tal-impenji tal-pajjiż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; |
S. |
billi wieħed mill-objettivi tal-parteċipazzjoni tal-Belarussja fis-Sħubija tal-Lvant u l-fergħa parlamentari tagħha, l-Euronest, huwa li tintensifika l-kooperazzjoni bejn il-pajjiż u l-UE; billi l-Parlament Belarussu ma għandu ebda status uffiċjali fl-Assemblea Parlamentari Euronest; |
T. |
billi l-Belarussja bħalissa qiegħda tibni l-ewwel impjant tal-enerġija nukleari tagħha f'Ostrovets, mal-fruntiera tal-UE; billi kwalunkwe pajjiż li jiżviluppa l-enerġija nukleari jeħtieġlu jaderixxi b'mod rigoruż mar-rekwiżiti u standards internazzjonali dwar is-sikurezza nukleari u ambjentali; billi l-Gvern tal-Belarussja, li għandu r-responsabilità esklussiva għas-sikurezza u s-sigurtà tal-faċilitajiet nukleari fit-territorju tiegħu, jeħtieġlu jissodisfa l-obbligi tiegħu lejn iċ-ċittadini tiegħu stess kif ukoll lejn il-pajjiżi ġirien; billi l-prinċipji tal-aċċess miftuħ u tat-trasparenza jridu jkunu l-pedament prinċipali li fuqu għandha tiġi żviluppata, imħaddma u dekummissjonata kwalunkwe faċilità nukleari; |
U. |
billi l-Belarussja hija parti mill-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO) u tipparteċipa fil-manuvri militari konġunti mar-Russja “Zapad” li jkopru xenarji li jinvolvu attakki fuq il-ġirien tal-punent tagħha li jinkludu s-simulazzjoni tal-użu ta' armi nukleari kontra l-Polonja; billi s-sena d-dieħla l-Belarussja se tipparteċipa fiż-“Zapad-2017” b'xenarji possibbli ulterjorment aggressivi; |
1. |
Jibqa' serjament imħasseb dwar in-nuqqasijiet osservati mill-osservaturi internazzjonali indipendenti matul l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2015 u l-elezzjonijiet parlamentari tal-2016; jirrikonoxxi l-isforzi biex isir progress, li għadu mhuwiex biżżejjed; jinnota li fil-parlament li għadu kemm ġie elett se jkun hemm rappreżentant wieħed tal-oppożizzjoni u rappreżentant wieħed tas-settur mhux governattiv; iqis, madankollu, li dawn huma aktar ħatriet politiċi milli konsegwenza tar-riżultat elettorali; jinnota li l-analiżi tal-proposti leġiżlattivi futuri ppreżentati minn dawn iż-żewġ membri parlamentari se sservi ta' test deċiżiv dwar l-intenzjonijiet politiċi tal-awtoritajiet wara l-ħatriet tagħhom; |
2. |
Jistieden lill-awtoritajiet Belarussi jerġgħu jibdew mingħajr dewmien il-ħidma fuq riforma elettorali komprensiva bħala parti minn proċess ta' demokratizzazzjoni usa' u f'kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li r-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR jiġu introdotti fi żmien debitu qabel l-elezzjonijiet muniċipali ta' Marzu 2018 u li dawn jiġu osservati minn osservaturi nazzjonali u internazzjonali; jenfasizza li dan huwa ta' importanza ewlenija biex jinkiseb il-progress mixtieq fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Belarussja; |
3. |
Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Belarussi sabiex jiżguraw, fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, skont id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem irratifikati mill-Belarussja; |
4. |
Jistieden lill-Gvern Belarussu jirriabilita l-priġunieri politiċi li ġew meħlusa u jroddilhom għalkollox id-drittijiet ċivili u politiċi kollha tagħhom; |
5. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu li mis-sena 2000 'l hawn ma ġie rreġistrat l-ebda partit politiku ġdid fil-Belarussja; jappella sabiex jiġu abbandunati r-retrizzjonjiet kollha f'dan ir-rigward; jisħaq fuq il-fatt li l-partiti politiċi kollha għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet politiċi mingħajr restrizzjonijiet, speċjalment matul il-perjodu tal-kampanja elettorali; |
6. |
Jistenna li l-awtoritajiet itemmu l-intimidazzjoni fuq il-midja indipendenti għal raġunijiet politiċi; iħeġġiġhom iwaqqfu l-prattika ta' prosekuzzjoni amministrattiva u l-użu arbitrarju tal-Artikolu 22(9) tal-Kodiċi Amministrattiv kontra l-ġurnalisti indipendenti li jaħdmu mal-midja barranija mingħajr akkreditazzjoni, li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u għat-tixrid tal-informazzjoni; |
7. |
Jistieden lill-Gvern Belarussu biex iħassar mingħajr dewmien l-Artikolu 193(1) tal-Kodiċi Kriminali, li jippenalizza l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet pubbliċi mhux reġistrati u l-parteċipazzjoni f'tali attivitajiet, u biex jippermetti l-funzjonament legali sħiħ, liberu u mingħajr xkiel tal-assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet pubbliċi; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni, b'mod partikolari, għall-fatt li bħalissa, bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 193(1) u ta' miżuri restrittivi oħra, aktar minn 150 NGO Belarussa huma rreġistrati fil-Litwanja, fil-Polonja, fir-Repubblika Ċeka u fi bnadi oħra; |
8. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Belarussi jirrieżaminaw il-politika li minħabba fiha l-assistenza finanzjarja internazzjonali lis-settur mhux governattiv fil-Belarussja għadha soġġetta għal piż kbir tat-taxxa; |
9. |
Jikkundanna bil-qawwa l-politika tal-Gvern Belarussu għall-użu tal-forzi speċjali sabiex jinterferixxi fl-affarijiet interni ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk li jirrappreżentaw minoranzi nazzjonali bħall-NGO indipendenti “Unjoni tal-Pollakki fil-Belarussja”; |
10. |
Iħeġġeġ lill-Belarussja, bħala l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għadu japplika l-piena kapitali, u li reċentement reġa' beda bl-eżekuzzjonijiet, biex tingħaqad mal-moratorju globali dwar l-eżekuzzjoni tal-piena tal-mewt bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni permanenti tagħha; ifakkar li l-piena kapitali tikkostitwixxi trattament inuman u degradanti, ma għandha l-ebda effett deterrenti ppruvat u tagħmel l-iżbalji ġudizzjarji irriversibbli; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni jipprijoritizzaw bis-saħħa t-tħassib imsemmi hawn fuq fid-Djalogu li għaddej dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Belarussja; jilqa', f'dan il-kuntest, il-fatt li l-Kunsill tal-Ministri tal-Belarussja adotta l-Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Grupp ta' Ħidma għall-Eżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u jistenna li dan il-Pjan ta' Azzjoni jitwettaq bis-sħiħ; |
11. |
Jistieden lill-UE żżomm il-momentum għal normalizzazzjoni ulterjuri tar-relazzjonijiet mal-Belarussja; itenni l-fehma tiegħu li d-differenzi eżistenti jistgħu jiġu indirizzati l-aħjar permezz ta' kanali ta' komunikazzjoni mtejba u li involviment ulterjuri tal-UE, u b'mod partikolari tal-Parlament Ewropew, fi djalogu mal-Belarussja, u b'mod partikolari ċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili tagħha, kif ukoll mal-parlament u d-diversi partiti politiċi, jista’ jġib riżultati tanġibbli u jikkontribwixxi għall-indipendenza, is-sovranità u l-prosperità tal-pajjiż; |
12. |
Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jkomplu jagħtu u jsaħħu l-appoġġ tagħhom lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja u barra mill-pajjiż; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa li jingħata appoġġ lis-sorsi ta' informazzjoni indipendenti kollha għas-soċjetà Belarussa, inkluża l-midja li xxandar il-programmi bl-ilsien Belarussu, u minn barra l-pajjiż; |
13. |
Jinnota li f'Jannar 2014 ingħata bidu għan-negozjati dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi bl-għan li jittejbu l-kuntatti bejn il-persuni u li tiġi mħeġġa l-emerġenza tas-soċjetà ċivili; jenfasizza li l-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jitħaffef il-progress f'dan ir-rigward; |
14. |
Jappoġġa lill-UE fil-politika tagħha ta' “impenn kritiku” mal-awtoritajiet Belarussi, u jiddikjara ruħu lest ukoll li jikkontribwixxi għal din il-politika permezz tad-Delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-Belarussja; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-inizjattivi leġiżlattivi mill-qrib u tiskrutinizza l-implimentazzjoni tagħhom; ifakkar li l-UE jeħtiġilha tiżgura li r-riżorsi tagħha ma jintużawx għar-repressjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti indipendenti u tal-mexxejja tal-oppożizzjoni; |
15. |
Jinsab imħasseb dwar il-problemi ta' sikurezza li tqajmu mill-bini tal-impjant tal-enerġija nukleari Belarussu f'Ostrovets, inqas minn 50 kilometru 'l bogħod minn Vilnius, il-belt kapitali tal-Litwanja, u qrib il-fruntiera Pollakka; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sorveljanza internazzjonali komprensiva tal-implimentazzjoni ta' dan il-proġett sabiex ikun żgurat li huwa konformi mar-rekwiżiti u l-istandards internazzjonali fil-qasam tas-sikurezza nukleari u ambjentali, inklużi l-Konvenzjonijiet Espoo u Arhus tan-NU; jistieden lill-Kummissjoni biex, fid-djalogu tagħha mal-Belarussja u mar-Russja, tinkludi l-kwistjoni tas-sikurezza u t-trasparenza ta' dan l-impjant ta' enerġija nukleari li qiegħed jinbena, fid-dawl tal-fatt li dan huwa ffinanzjat mir-Russja u huwa bbażat fuq it-teknoloġija Rosatom, u biex tipprovdi rapporti regolari lill-Parlament u lill-Istati Membri, b'mod partikolari dawk ġirien tal-Belarussja; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jużaw il-lievi tagħhom, inkluż li jagħmlu kwalunkwe għajnuna makrofinanzjarja mill-UE kundizzjonali, sabiex jiġi żgurat li l-Belarussja tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza fir-rigward tal-Impjant Nukleari f'Ostrovets, b'mod partikolari fir-rigward tat-twettiq ta' eżerċizzju ta' simulazzjoni kif miftiehem mal-Kummissjoni fit-23 ta' Ġunju 2011; |
16. |
Jagħti importanza kbira u jistenna bil-ħerqa l-adeżjoni tal-Belarussja fl-Assemblea Parlamentari Euronest, skont l-Att Kostitwenti, mill-aktar fis wara li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet politiċi, peress li din l-adeżjoni tkun estensjoni naturali tal-parteċipazzjoni tal-Belarussja fil-qafas ta' kooperazzjoni multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant; |
17. |
Itenni l-impenn tiegħu li jaħdem għall-benefiċċju tal-poplu tal-Belarussja, li jappoġġa l-aspirazzjonijiet u l-inizjattivi prodemokratiċi tiegħu u li jikkontribwixxi għal futur stabbli, demokratiku u prosperu għall-pajjiż; |
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-OSKE/ODIHR, lill-Kunsill tal-Ewropa, u lill-awtoritajiet tal-Belarussja. |
Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2016
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/140 |
P8_TA(2016)0464
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: valutazzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: valutazzjoni (2016/2045(INI))
(2018/C 224/22)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 175 u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Solidarjetà, implimentazzjoni u applikazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (3), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0522) (4), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni intitolat “Rapport Annwali tal-2014 tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea” (COM(2015)0502), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2002 dwar id-diżastri tal-għargħar fl-Ewropa (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2005 dwar id-diżastri naturali (nirien u għargħar) li seħħew matul dak is-sajf fl-Ewropa (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolat “Il-Futur tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea” (COM(2011)0613), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Novembru 2013 – Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f'materji ta' baġit u ġestjoni finanzjarja tajba (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0341/2016), |
A. |
billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) twaqqaf taħt ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 b'reazzjoni għall-għargħar diżastrużi fl-Ewropa Ċentrali fis-sajf tal-2002, bħala strument utli li jippermetti lill-UE tirrispondi għal diżastri naturali kbar, u diżastri reġjonali straordinarji, fl-Unjoni u fil-pajjiżi involuti fin-negozjati tal-adeżjoni, u turi solidarjetà ma' reġjuni u stati eliġibbli; billi dan jappoġġja biss operazzjonijiet ta' emerġenza u rkupru, imwettqa mill-gvernijiet wara diżastri naturali, li għandhom impatt dirett fuq ħajjet in-nies, l-ambjent naturali jew l-ekonomija f'reġjun partikolari (għalkemm wieħed għandu jinnota li fl-2005, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li għandha l-għan li tespandi l-kamp ta' applikazzjoni oriġinali anki iktar); |
B. |
billi minn meta twaqqaf, il-FSUE kelli skop ferm utli, wara li mmobilizza, b'kollox, EUR 3,8 biljun b'rabta ma' aktar minn 70 diżastru f'24 stat u pajjiż tal-adeżjoni benefiċjarji, u ntuża b'reazzjoni għal firxa wiesgħa ta' fenomeni naturali bħal terremoti, għargħar, nirien fil-foresti, tempesti u, aktar reċenti, nixfiet; billi l-FSUE jibqa' wieħed mill-aktar simboli b'saħħithom ta' solidarjetà tal-UE fi żminijiet ta' bżonn; |
C. |
billi l-istrument reġa' ġie rivedut b'mod komprensiv fl-2014 bl-għan li: jtejjeb u jissimplifika l-proċeduri, u jiżgura rispons aktar rapidu fi żmien sitt ġimgħat wara l-applikazzjoni; jiddetermina mill-ġdid il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu; jistabbilixxi kriterji ċari għal diżastri reġjonali; u jsaħħaħ il-prevenzjoni tad-diżastri u l-istrateġiji ta' mmaniġġjar tar-riskju, biex b'hekk isaħħaħ l-effettività ta' finanzjament għall-emerġenza, f'konformità ma' bosta talbiet magħmulin matul is-snin mill-Parlament, kif ukoll mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; billi hija prevista reviżjoni ġdida ta' dan il-Fond fil-proposta għar-Regolament Omnibus (COM(2016)0605 – 2016/0282(COD)) propost mill-Kummissjoni fl-14 ta' Settembru 2016 bl-għan li jitjieb l-istat ta' tħejjija u l-effikaċja ta' finanzjament għall-emerġenza; |
D. |
billi l-Parlament appoġġja bis-sħiħ il-proposti ta' riforma, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu talbiet li diġà saru fir-riżoluzzjonijiet preċedenti; |
E. |
billi applikazzjonijiet li waslu qabel Ġunju 2014 (meta r-regolament rivedut daħal fis-seħħ) ġew ivvalutati skont ir-regolament oriġinali, filwaqt li l-applikazzjonijiet riċevuti wara dak iż-żmien ġew ivvalutati skont ir-regolament rivedut; |
F. |
billi l-investimenti fil-prevenzjoni ta' diżastri naturali huma tal-akbar importanza bħala reazzjoni għat-tibdil fil-klima; billi ammonti sinifikanti ta' finanzjament tal-UE ġew allokati għal investimenti fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri naturali, u fl-istrateġiji tal-immaniġġjar tar-riskju, b'mod partikolari taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE); |
G. |
billi, b'mod eċċezzjonali, f'każ li ma jkunx hemm biżżejjed fondi disponibbli f'sena partikolari, jistgħu jintużaw il-fondi tas-sena ta' wara, filwaqt li jitqies il-limitu baġitarju annwali tal-fond kemm għas-sena ta' meta jkun seħħ id-diżastru kif ukoll għas-sena ta' wara; |
1. |
Ifakkar li, minn meta ġie stabbilit fl-2002, il-FSUE kien sors importanti ta' finanzjament għall-gvernijiet lokali u reġjonali, li taffa l-konsegwenzi tad-diżastri naturali li seħħew fil-kontinent Ewropew, li jvarjaw minn għargħar sa terremoti u nirien fil-foresti, u li serva bħala mezz li bih intweriet solidarjetà Ewropea mar-reġjuni milquta; jenfasizza li, skont l-opinjoni pubblika, il-FSUE huwa wieħed mill-aktar forom konkreti u tanġibbli ta' appoġġ li l-UE tista' tagħti lill-komunitajiet lokali; |
2. |
Jenfasizza li minn meta ġie stabbilit il-FSUE, id-diżastri naturali fl-Unjoni Ewropea żdiedu b'mod konsiderevoli fin-numru, fil-gravità u fl-intensità, bħala konsegwenza tat-tibdil fil-klima; jinsisti għalhekk fuq il-valur miżjud ta' strument solidu u flessibbli bħala mezz biex tintwera solidarjetà u tingħata assistenza xierqa u immedjata liċ-ċittadini milquta minn diżastri naturali maġġuri; |
3. |
Ifakkar li l-FSUE huwa ffinanzjat barra l-baġit tal-Unjoni Ewropea, b'ammont massimu ta' EUR 500 miljun (skont il-prezzijiet tal-2011), u li minkejja l-flessibbiltà interna (riport N+1), il-fondi sostanzjali jistgħu kull sena jibqgħu mhux użati; jinnota, f'dan il-kuntest, l-“ibbaġitjar” parzjali tal-allokazzjoni finanzjarja annwali prevista fir-Regolament Omnibus propost, bil-ħsieb li jaċċelera l-proċedura ta' mobilizzazzjoni u biex jipprovdi rispons aktar malajr u aktar effettiv liċ-ċittadini milquta minn diżastru; |
4. |
Jirrimarka li l-użu tal-limitu annwali juri li l-livell annwali ta' approprjazzjonijiet, wara l-perjodu ta' programmazzjoni tal-QFP l-ġdid, huwa adegwat; |
5. |
Jenfasizza l-importanza tar-reviżjoni tal-2014, li rnexxielha tegħleb l-istaġnar fil-Kunsill, u rrappreżentat ir-reazzjoni tardiva lejn it-talbiet ripetuti tal-Parlament biex jitjiebu r-reazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna, sabiex tiġi żgurata reazzjoni rapida u trasparenti b'appoġġ għal persuni affettwati minn diżastri naturali; barra minn hekk, jilqa' b'sodisfazzjon l-aħħar Proposta Omnibus, li tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda f'termini ta' simplifikazzjoni u ta' mobilizzazzjoni aħjar tal-finanzjament; |
6. |
Jisħaq fuq l-elementi prinċipali tar-riforma, bħal: l-introduzzjoni ta' pagamenti bil-quddiem, li bihom sa 10 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja antiċipata hija disponibbli fuq talba eżatt wara li titressaq applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lill-Kummissjoni (limitat għal EUR 30 miljun); l-eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati mat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' emerġenza u rkupru (talba importanti tal-Parlament); l-estensjoni tal-iskadenzi li fihom l-istati eliġibbli jridu jippreżentaw applikazzjonijiet (12-il ġimgħa wara l-ewwel ħsara) u jħejju l-proġett (18-il xahar); l-introduzzjoni ta' skadenza ta' sitt ġimgħat sa meta l-Kummissjoni għandha twieġeb għall-applikazzjonijiet; dispożizzjonijiet ġodda dwar il-prevenzjoni ta' diżastri naturali; u titjib fil-proċeduri li jirrigwardaw il-ġestjoni finanzjarja soda; |
7. |
Jenfasizza madankollu li, minkejja l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu upstream ta' ħlasijiet antiċipati tal-proċedura standard, il-benefiċjarji għadhom qegħdin jaffaċċjaw problemi minħabba t-tul tal-proċess kollu mill-fażi ta' applikazzjoni sal-ħlas tal-aħħar kontribuzzjoni; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li titressaq l-applikazzjoni kemm jista' jkun malajr wara diżastru, kif ukoll għal aktar titjib fil-fażi ta' valutazzjoni, u fil-fażijiet ulterjuri, sabiex tiġi faċilitata l-eżekuzzjoni ta' pagamenti; huwa tal-fehma li d-dispożizzjonijiet Omnibus li għadhom kemm ġew proposti dwar il-FSUE jistgħu jikkontribwixxu għall-mobilizzazzjoni aktar mgħaġġla, sabiex il-ħtiġijiet reali fil-post ikunu jistgħu jiġu ssodisfati; jenfasizza li l-Istati Membri wkoll iridu jħarsu lejn il-proċeduri amministrattivi tagħhom stess bl-għan li titħaffef il-mobilizzazzjoni ta' għajnuna lejn reġjuni u stati milquta; jissuġġerixxi, barra minn hekk, bl-għan ta' titjib potenzjali f'riforma futura, l-introduzzjoni ta' talba għal pjanijiet nazzjonali obbligatorji aġġornati għall-ġestjoni tad-diżastri, kif ukoll ta' rekwiżit li jingħata tagħrif dwar il-preparazzjoni ta' ftehimiet dwar kuntratti ta' emerġenza; |
8. |
Jistieden lill-Istati Membri nfushom biex itejbu l-mezzi tagħhom ta' komunikazzjoni u kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kemm fl-evalwazzjoni tal-ħsara eliġibbli, li għaliha tintalab għajnuna finanzjarja mill-FSUE, u fit-tħejjija tal-applikazzjonijiet, kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-proġetti li jindirizzaw l-effetti tad-diżastri naturali, biex b'hekk jiżguraw li l-assistenza tal-Unjoni tkun effettiva fil-prattika u li jitħeġġu soluzzjonijiet sostenibbli; iqis, barra minn hekk, li l-appoġġ tal-FSUE għandu jiġi kkomunikat lill-pubbliku b'mod ġenerali; jistieden lill-awtoritajiet ikkonċernati biex itejbu l-komunikazzjoni u biex jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ mill-FSUE, mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi addizzjonali; |
9. |
Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li proċeduri ta' akkwist pubbliku jkunu segwiti mill-Istati Membri bħala reazzjoni għad-diżastri naturali, bl-għan li jiġu identifikati u mxerrda l-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda fir-rigward ta' kuntratti f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; |
10. |
Jilqa' l-kjarifika mill-Kummissjoni tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tad-diżastri naturali reġjonali, iżda jfakkar li l-ftehim finali bejn il-Parlament u l-Kunsill żamm il-limitu tal-eliġibbiltà għal 1,5 % tal-PDG reġjonali, f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni, minkejja l-isforzi tal-Parlament biex inaqqsu għal 1 %; jinnota li ġiet ikkunsidrata l-vulnerabbiltà tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, bil-limitu li tbaxxa għal 1 %; |
11. |
Jirrikonoxxi li l-Fond jipprovdi assistenza għall-ħsarat mhux assigurati u ma jikkumpensax it-telf privat; jenfasizza li miżuri fit-tul, bħal rikostruzzjoni sostenibbli, jew żvilupp ekonomiku u attivitajiet ta' prevenzjoni, huma eliġibbli għal finanzjament taħt strumenti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE); |
12. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aħjar użu mill-finanzjament attwali tal-UE, b'mod partikolari mill-ħames Fondi SIE, għal investimenti biex jevitaw diżastri naturali milli jseħħu, u jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza li jiġu żviluppati sinerġiji bejn id-diversi fondi u politiki tal-Unjoni bl-għan li jkun evitat l-impatt ta' diżastri naturali, u f'każijiet fejn tal-FSUE huwa attivat, sabiex tiġi garantita l-konsolidazzjoni, u l-iżvilupp sostenibbli fit-tul ta' proġetti ta' rikostruzzjoni; isostni li kull meta għandu jintuża l-FSUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu formalment jimpenja ruħu biex iwettaq il-miżuri kollha meħtieġa għall-prevenzjoni tad-diżastri u r-rikostruzzjoni sostenibbli taż-żoni milquta; jitlob, meta jitqiesu s-sinerġiji, għall-proċess li bih jintużaw il-fondi flimkien, biex jiġu ssimplifikati, sa fejn hu possibbli, f'termini amministrattivi; |
13. |
Jenfasizza, għalhekk, li għandhom jiżdiedu l-isforzi biex ikun hemm investiment fil-qasam tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, b'kont meħud ta' miżuri preventivi meta jiġu appoġġjati r-rikostruzzjoni u r-riforestazzjoni taħt il-FSUE; iqis li l-prevenzjoni għandha ssir ħidma orizzontali, u jissuġġerixxi li jittieħdu miżuri preventivi li jsegwu l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema meta jittaffew il-konsegwenzi ta' diżastru taħt il-FSUE; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu strateġiji ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tar-riskji, filwaqt li jitqies ukoll li ħafna diżastri naturali llum huma konsegwenzi diretti ta' attività umana; |
14. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata trasparenza massima fl-għoti, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-FSUE; iqis li huwa importanti li jiġi determinat jekk is-sussidji tal-FSUE ntużawx skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, sabiex jiġu identifikati, żviluppati u kondiviżi l-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu t-trasparenza u jiggarantixxu aċċess pubbliku għall-informazzjoni matul il-proċess kollu ta' mobilizzazzjoni tal-assistenza, wara t-tressiq ta' applikazzjoni għall-għeluq ta' proġett; jitlob ukoll għal rapport speċjali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar il-funzjonament tal-FSUE, mhux l-inqas minħabba l-fatt li l-aħħar rapport disponibbli huwa minn qabel ir-reviżjoni tal-2014 tar-Regolament FSUE; |
15. |
Jinnota li fl-2014 kien hemm 13-il applikazzjoni ġdida, u jiġbed l-attenzjoni għaċ-ċirkostanzi speċjali ta' dik is-sena, li minnhom sitta minn dawn l-applikazzjonijiet ġew ivvalutati skont ir-regolament l-antik, filwaqt li s-seba' applikazzjonijiet l-oħra ġew ivvalutati skont ir-regolament rivedut; |
16. |
Ifakkar li żewġ applikazzjonijiet ġew miċħuda fl-2014 taħt ir-Regolament FSUE ta' qabel, minħabba li d-diżastri inkwistjoni ma setgħux jitqiesu bħala “straordinarji”, minkejja l-fatt li dawn ikkawżaw ħsara serja u kellhom riperkussjonijiet diretti fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni kkonċernati, u għaldaqstant jilqa' l-kjarifiki li saru f'dan ir-rigward tar-Regolament rivedut tal-FSUE; jissuġġerixxi, madankollu, fir-rigward ta' riformi futuri, u filwaqt li titqies il-possibbiltà ta' definizzjoni mill-ġdid ta' diżastri naturali reġjonali, li l-applikazzjonijiet individwali jkunu jistgħu jiġu ppreżentati b'mod konġunt minn diversi stati eliġibbli milquta minn diżastru naturali fil-livell transkonfinali, fejn il-kawża tad-diżastru hija l-istess u l-effetti jseħħu fl-istess ħin, u li d-danni indiretti għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet; |
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl ta' riformi futuri, biex tqis il-possibbiltà li żżid il-limitu tal-ħlasijiet bil-quddiem minn 10 % għal 15 %, kif ukoll li tqassar l-iskadenzi għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet minn sitta għal erba' ġimgħat; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tqis il-possibbiltà li tiffissa l-limitu ta' eliġibbiltà għal diżastri naturali reġjonali għal 1 % tal-PDG reġjonali, u li jittieħed inkunsiderazzjoni, fil-valutazzjoni tat-talbiet, il-livell ta' żvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni affettwati; |
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitqies jekk jistgħux jintużaw indikaturi ġodda li jmorru lil hinn mill-PDG, bħall-Indiċi tal-Iżvilupp Uman u l-Indiċi tal-Progress Soċjali Reġjonali; |
19. |
Jilqa' l-fatt li seba' applikazzjonijiet għall-għajnuna rċevuti fil-qafas tar-regoli riveduti ġew aċċettati mill-Kummissjoni, inklużi erba' li ġew approvati fi tmiem l-2014, iżda li għalihom l-approprjazzjonijiet kellhom jiġu ttrasferiti għall-2015, kif ġie ddikjarat fir-Rapport Annwali 2015 tal-FSUE; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-2015 kienet l-ewwel sena sħiħa ta' implimentazzjoni taħt ir-regoli riveduti, u li l-analiżi turi li l-kjarifiki legali introdotti bir-riforma żguraw applikazzjonijiet ta' suċċess, li ma kienx il-każ għad-dispożizzjonijiet l-antiki, li skont dawn madwar żewġ terzi tat-talbiet għal għajnuna għad-diżastri reġjonali tqiesu ineliġibbli; |
20. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proċeduri ta' evalwazzjoni tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni u l-għeluq damu daqshekk taħt ir-regolament l-antik, u jistenna li, fid-dawl tar-regolament emendat, l-għeluq għandu jsir b'mod aktar effikaċi u trasparenti, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
21. |
Jenfasizza, barra minn hekk, li l-Artikolu 11 tar-Regolament emendat jagħti lill-Kummissjoni u lill-QEA s-setgħa tal-awditjar u jippermetti lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) iwettaq investigazzjonijiet kull meta jkun meħtieġ; |
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-QEA jivvalutaw il-funzjonament tal-FSUE qabel it-tmiem tal-perjodu finanzjarju pluriennali attwali; |
23. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u lill-awtoritajiet reġjonali tagħhom. |
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 13.
(3) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 143.
(4) ĠU C 170, 5.6.2014, p. 45.
(5) ĠU C 272 E, 13.11.2003, p. 471.
(6) ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 322.
(7) ĠU C 114, 15.4.2014, p. 48.
(8) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/145 |
P8_TA(2016)0476
Sitwazzjoni fl-Italja wara t-terremoti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fl-Italja wara t-terremoti (2016/2988(RSP))
(2018/C 224/23)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE); |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 174, 175(3) u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar l-għoti ta' appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (3) u r-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 (4) li jemenda dak ir-regolament, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (6), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' April 2011 dwar “Aktar Żvilupp tal-Valutazzjoni tar-Riskju għall-Maniġġar ta' Diżastri fl-Unjoni Ewropea”, |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2008 li jappellaw għat-titjib tal-kapaċitajiet ta' protezzjoni ċivili b'sistema ta' assistenza reċiproka Ewropea li tibni fuq l-approċċ modulari tal-protezzjoni ċivili (16474/08), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Rapport Annwali tal-2014 tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea” (COM(2015)0502), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2007 dwar l-impatt reġjonali tat-terremoti (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kapaċità tal-Unjoni fir-reazzjoni għad-diżastri (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2009 (9) dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: l-Italja, it-terremot tal-Abruzzo, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Solidarjetà, implimentazzjoni u applikazzjoni (10), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Novembru 2013 – Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (11), |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Italja wara t-terremoti (O-000139/2016 – B8-1812/2016, O-000140/2016 – B8-1813/2016 u O-000141/2016 – B8-1814/2016), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 24/2012 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Ir-reazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għat-terremot tal-2009 fl-Abruzzo: ir-relevanza u l-kost tal-operazzjonijiet”, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi wara t-terremot devastanti li laqat lill-Italja Ċentrali fl-24 ta' Awwissu 2016, tliet terremoti kbar oħra – flimkien ma' sensiela ta' theżżiżiet – laqtu lir-reġjuni tal-Italja Ċentrali fis-26 ta' Ottubru 2016, b'qawwa ta' 5,5. u 6,1, u fit-30 ta' Ottubru 2016, b'qawwa ta' 6,5; |
B. |
billi terremoti u theżżiżiet sekondarji komplew jolqtu lill-Italja Ċentrali fix-xhur li għaddew; billi l-aktar terremot reċenti – dak tat-30 ta' Ottubru 2016 – kien l-akbar terremot li laqat lill-pajjiż f'aktar minn tletin sena, qered villaġġi sħaħ, ġab għadd kbir ta' abitanti taż-żoni milquta f'xifer ta' disprament u kkawża diversi forom indiretti ta' ħsara fiż-żoni tal-madwar; |
C. |
billi fit-terremoti ta' dan l-aħħar huwa rrappurtat li korrew aktar minn 400 persuna u mietu 290; |
D. |
billi dawn it-terremoti devastanti akkumulaw fuq xulxin f'“effett domino” u wasslu biex mal- 100 000 abitant jisfaw spostati; |
E. |
billi l-impatt tal-aħħar terremoti qered bliet sħaħ, ikkawża ħsara serja fl-infrastruttura lokali u reġjonali, għamel ħerba mill-wirt storiku u kulturali u kkomprometta l-attività ekonomika, speċjalment dik tal-SMEs, l-agrikoltura, il-pajsaġġ u l-potenzjal tal-industriji tat-turiżmu u tal-ospitalità; |
F. |
billi t-territorji kkonċernati jbatu minn deformazzjoni li testendi fuq żona ta' madwar 130 kilometru kwadru, bi spostament massimu ta' mill-inqas 70 ċentimetru, u billi xi effetti idroġeoloġiċi imprevedibbli jistgħu jwasslu, f'kundizzjonijiet xitwin ħorox, għal katastrofi naturali ulterjuri bħal għargħar, valangi u ħsara kumulattiva; |
G. |
billi ċerti territorji fl-Unjoni Ewropea huma aktar vulnerabbli u għandhom riskju sismiku għoli; billi jistgħu jkunu anke esposti għal katastrofi naturali ripetuti ta' tipi differenti, uħud minnhom inqas minn sena 'l bogħod minn xulxin, bħalma ġara fil-każijiet li seħħew dan l-aħħar fl-Italja, fil-Portugall, fil-Greċja u f'Ċipru; |
H. |
billi l-isforzi ta' rikostruzzjoni sostenibbli jeħtieġ ikunu kkoordinati sew biex jagħmlu tajjeb għat-telf ekonomiku u soċjali, u billi għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari lill-wirt kulturali imprezzabbli Taljan, filwaqt li jingħata stimolu lill-proġetti Ewropej u internazzjonali mmirati għall-protezzjoni tal-bini u s-siti storiċi; |
I. |
billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) nħoloq permezz tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 b'reazzjoni għall-għargħar diżastruż li laqat lill-Ewropa Ċentrali fis-sajf tal-2002; |
J. |
billi diversi strumenti tal-Unjoni, bħalma huma l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jew il-mekkaniżmu u l-istrument finanzjarju għall-protezzjoni ċivili, jistgħu jintużaw sabiex jissaħħu l-miżuri preventivi li jindirizzaw it-terremoti u l-miżuri ta' riabilitazzjoni; |
K. |
billi r-riforma tal-FSUE li saret fl-2014 daħħlet il-possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu ħlasijiet bil-quddiem, li l-għoti tagħhom jiġi deċiż mill-Kummissjoni, jekk ikun hemm riżorsi biżżejjed; billi, madankollu, l-ammont tal-ħlas bil-quddiem ma jistax jaqbeż l-10 % tal-ammont totali antiċipat tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE, u l-massimu huwa ta' EUR 30 miljun; |
L. |
billi l-Istat Membru li jintlaqat irid jippreżenta applikazzjoni għall-għajnuna mill-FSUE lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 12-il ġimgħa wara li jibdew jidhru ċari l-ewwel effetti tad-diżastru; billi l-Istat benefiċjarju huwa responsabbli mill-użu tal-għotja u mill-awditjar tal-mod kif tintefaq, iżda l-Kummissjoni tista' twettaq verifiki fuq il-post dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FSUE; |
M. |
billi l-proċess ta' rikostruzzjoni jeħtieġ iqis l-esperjenzi tal-passat, u billi hemm il-ħtieġa li dan isir bl-akbar ħeffa, il-bażi għal rikostruzzjoni sostenibbli għandha tkun kostitwita minn riżorsi adegwati, semplifikazzjoni burokratika u trasparenza, kif ukoll il-ħtieġa li tingħata sigurtà u stabbiltà għar-residenti milquta sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jkomplu jgħixu f'dawn ir-reġjuni; |
N. |
billi l-prevenzjoni għandha tikkostitwixxi fażi dejjem aktar importanti fil-ġestjoni tad-diżastri u għandha tingħata importanza soċjali akbar, u billi teħtieġ ukoll programm ta' azzjoni magħmul bir-reqqa għat-tixrid tal-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni; |
O. |
billi l-miżuri ta' prevenzjoni tad-diżastri attwali jeħtieġ jissaħħu skont il-proposti preċedenti tal-Parlament bil-għan li tiġi kkonsolidata l-istrateġija għall-prevenzjoni ta' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem fil-livell tal-UE; |
1. |
Jesprimi l-akbar solidarjetà u empatija mal-individwi li ntlaqtu mit-terremoti u l-familji tagħhom, kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali Taljani involuti fl-sforzi ta' sokkors wara d-diżastru; |
2. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd kbir ta' persuni spostati esposti għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi ħorox tal-istaġun imminenti tax-xitwa; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tidentifika l-modi kollha ta' kif l-awtoritajiet Taljani jistgħu jingħataw l-għajnuna sabiex jiggarantixxu kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti għall-persuni mċaħħda minn djarhom; |
3. |
Juri l-apprezzament tiegħu għall-isforzi bla waqfien tal-unitajiet tas-salvataġġ, il-forzi tal-protezzjoni ċivili, il-voluntiera, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fiż-żoni devastati sabiex isalvaw il-ħajjiet, jillimitaw id-danni u jiggarantixxu attivitajiet bażiċi komuni biex jinżamm standard ta' għajxien deċenti; |
4. |
Jenfasizza l-effetti ekonomiċi u soċjali serji tat-terremoti suċċessivi u l-qerda li ħallew warajhom; |
5. |
Jenfasizza l-gravità tas-sitwazzjoni fuq il-post, li qed toħloq pressjoni finanzjarja konsiderevoli u intensa fuq l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali; |
6. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-livell ogħla ta' flessibbiltà, fil-kalkolu tad-defiċit fuq l-infiq relatat mat-terremoti, li ngħata lill-Italja f'konformità mat-Trattati, sabiex taffronta b'mod effiċjenti u rapidu l-emerġenza attwali u l-interventi li se jkunu meħtieġa fil-futur biex iż-żoni milquta jkunu siguri; jistieden ukoll lill-gvern Taljan jiżgura li r-riżorsi addizzjonali kollha li jingħataw jintużaw tassew għal dan l-iskop speċifiku; |
7. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni straordinarja u serja ħafna, tikkunsidra l-possibbiltà li teskludi r-rikostruzzjoni sostenibbli u kwalunkwe investiment antisismiku, inkluż dak kofinanzjat mill-fondi SIE u allokat għall-Objettiv Tematiku 5 (“il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji”), mill-kalkolu tad-defiċits nazzjonali fil-qafas tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; |
8. |
Jilqa' b'sodisfazzjon is-solidarjetà espressa mill-istituzzjonijiet tal-UE, minn Stati Membri oħra, kif ukoll minn reġjuni Ewropej u atturi internazzjonali, kif muri mill-assistenza reċiproka f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; |
9. |
Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li testendi l-kalkolu eżistenti tal-Fond ta' Solidarjetà, li attwalment huwa bbażat fuq l-effetti ta' ħsara kkawżata minn avveniment katastrofiku wieħed, għal komputazzjoni kumulattiva tal-ħsara kkawżata minn bosta diżastri naturali li jseħħu fl-istess reġjun f'sena; |
10. |
Jenfasizza l-problemi ta' tbassir assoċjati mas-sistemi sismiċi u s-sismiċità għolja taż-żona tal-Mediterran u x-Xlokk tal-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri jħaffu l-pass fir-riċerka favur il-prevenzjoni tal-ħsara, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-minimizzazzjoni tal-iskala tal-impatt tad-diżastri, flimkien ma' azzjonijiet fil-qafas ta' Orizzont 2020; jinnota bi tħassib li, f'dawn l-aħħar 15-il sena, eluf ta' persuni mietu u mijiet ta' eluf spiċċaw bla dar minħabba t-terremoti distruttivi li laqtu lill-Ewropa; |
11. |
Ifakkar fl-importanza tal-konformità mar-rekwiżiti għall-kostruzzjoni ta' bini u infrastruttura reżistenti għat-terremoti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jżidu l-isforzi tagħhom biex jaraw li l-istrutturi jkunu konformi mal-istandards fis-seħħ f'dak li għandu x'jaqsam mat-terremoti u jagħtu l-attenzjoni dovuta lil dan l-aspett meta joħorġu l-permessi tal-bini; |
12. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili biex titrawwem il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni ċivili fl-Ewropa kollha f'sitwazzjonijiet diffiċli u biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti ta' avvenimenti straordinarji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jissimplifikaw il-proċeduri għall-attivazzjoni tal-Mekkaniżmu sabiex dan jitqiegħed għad-dispożizzjoni malajr u b'mod effikaċi immedjatament wara li jseħħ diżastru; |
13. |
Jieħu nota tal-applikazzjoni ppreżentata mill-gvern Taljan fil-qafas tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tanalizza malajr it-talbiet għall-assistenza mill-Fond, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-mobilizzazzjoni rapida tiegħu; jisħaq fuq l-importanza, f'dan il-kuntest, li l-ħlasijiet bil-quddiem jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali malajr kemm jista' jkun biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għall-esiġenzi urġenti tas-sitwazzjoni; |
14. |
Iqis li l-“baġitizzazzjoni” parzjali tal-allokazzjoni finanzjarja annwali tal-FSUE prevista fir-regolament Omnibus propost, tista' tkun ta' għajnuna fil-futur biex titħaffef il-proċedura ta' mobilizzazzjoni bil-għan li jingħata rispons aktar malajr u aktar effikaċi liċ-ċittadini li jintlaqtu minn diżastru; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex fil-kuntest tal-possibbiltà ta' riformi fil-futur, tanalizza l-fattibbiltà ta' żieda fil-limitu ta' ħlasijiet bil-quddiem kif ukoll tat-tqassir tal-iskadenzi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet; |
15. |
Jisħaq fuq l-importanza li jinħolqu sinerġiji fost l-istrumenti kollha disponibbli, inklużi l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), u li jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw b'mod effikaċi għal attivitajiet ta' rikostruzzjoni u għall-azzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa, f'kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali Taljani; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tkun lesta tadotta emendi għall-programmi u l-programmi operattivi malajr kemm jista' jkun wara s-sottomissjoni ta' talba għal emenda min-naħa ta' Stat Membru; jenfasizza wkoll il-possibbiltà li jintuża l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) biex jingħata sostenn liż-żoni rurali u l-attivitajiet agrikoli li ntlaqtu mit-terremoti; |
16. |
Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jsir l-aħjar użu mill-finanzjament attwali tal-UE biex isir investiment fil-prevenzjoni ta' diżastri naturali u li jiġu żgurati l-konsolidazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli fit-tul ta' proġetti ta' rikostruzzjoni, u jtenni l-bżonn ta' semplifikazzjoni fil-proċeduri amministrattivi għall-koordinazzjoni tal-fondi; jenfasizza li, wara li jirċievu assistenza fil-qafas tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw strateġiji adegwati għall-ġestjoni tar-riskji u jsaħħu l-mekkaniżmi tagħhom għall-prevenzjoni tad-diżastri; |
17. |
Jieħu nota tal-attivazzjoni tas-Servizz ta' Ġestjoni tal-Emerġenzi “Copernicus” tal-UE, fuq talba tal-gvern Taljan, bil-għan li tingħata valutazzjoni tal-ħsara permezz tas-satellita għaż-żoni milquta; jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fost iċ-ċentri ta' riċerka internazzjonali, u jilqa' l-użu tar-radar b'apertura sintetika (SAR), li jkun jista' jevalwa u jkejjel il-movimenti tal-art fil-livell ta' ċentimetri permezz tas-sħab mal-lejl u bi nhar, anki għal skopijiet ta' prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji; |
18. |
Jenfasizza l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) pubbliċi fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri u jappella biex jiżdiedu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-istituzzjonijiet tar-R&Ż tal-Istati Membri, speċjalment dawk li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' riskji simili; jappella biex jittejbu s-sistemi ta' twissija bikrija fl-Istati Membri u biex jinħolqu u jissaħħu r-rabtiet bejn is-sistemi differenti ta' twissija bikrija; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern tal-Italja u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali taż-żoni milquta. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(3) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(4) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 143.
(5) ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1.
(7) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 269.
(8) ĠU C 286 E, 27.11.2009, p. 15.
(9) ĠU C 230 E, 26.8.2010, p. 13.
(10) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 13.
(11) ĠU C 114, 15.4.2014, p. 48.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/150 |
P8_TA(2016)0477
Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji – Linji gwida
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji – linji gwida (2016/2080(INI))
(2018/C 224/24)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 245 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (Linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni), u b'mod partikolari l-paragrafu 1(a), it-tielet subparagrafu tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2015 dwar l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu) (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (2), b'mod partikolari l-punti li jikkorrispondu għat-Taqsima II – Ir-Responsabilità Politika, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar proċeduri u prattiki rigward is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji, tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-proċess tal-2014 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji tal-20 ta' April 2011 (4), u b'mod partikolari l-punti 1.3, 1.4, 1.5 u 1.6 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0315/2016), |
A. |
billi, skont l-Anness XVI, paragrafu 1(a) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (Linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni), il-Parlament jista' jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet tal-portafolli mill-President elett tal-Kummissjoni u jfittex li jikseb kull tagħrif rilevanti biex jieħu deċiżjoni dwar il-kapaċità tal-Kummissarji nnominati; billi l-Parlament jistenna li tintbagħatlu l-informazzjoni kollha relatata mal-interessi finanzjarji tal-Kummissarji nnominati, u li d-dikjarazzjonijiet ta' interess tagħhom jintbagħtu għall-iskrutinju tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali; |
B. |
billi, skont il-punt 3 taħt it-Taqsima II (Ir-Responsabilità Politika) tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissarji nnominati għandhom jiżguraw li jagħtu t-tagħrif rilevanti kollu, bi qbil mal-obbligu ta' indipendenza li huma soġġetti għalih skont it-Trattati; billi din l-informazzjoni għandha tiġi żvelata f'konformità ma' proċeduri mfassla biex jiżguraw valutazzjoni trasparenti, ġusta u konsistenti tal-Kummissjoni nnominata kollha; |
C. |
billi, f'konformità mad-Deċiżjoni tiegħu msemmi hawn fuq tat-28 ta' April 2015, l-iskrutinju tad-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji ta' Kummissarju nnominat mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonsisti mhux biss fil-verifika li d-dikjarazzjoni tkun ġiet debitament mimlija, iżda wkoll fl-evalwazzjoni ta' jekk il-kontenut tad-dikjarazzjoni huwiex konformi u jekk jistax jindika kunflitt ta' interess; |
D. |
billi, skont l-Anness XVI, paragrafu 1(a) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, il-Parlament għandu jevalwa l-Kummissarji nnominati fuq il-bażi, fost l-oħrajn, tal-indipendenza personali tagħhom, b'mod partikolari fid-dawl tar-rwol speċjali ta' garanti tal-interess tal-Unjoni assenjat lill-Kummissjoni Ewropea fit-Trattati; |
E. |
billi jfakkar, f'dan is-sens, li fir-riżoluzzjoni tiegħu hawn fuq imsemmija tat-8 ta' Settembru 2015, il-Parlament indika li l-konferma min-naħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-assenza ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess kien prerekwiżit indispensabbli għas-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji, b'mod partikolari meta jitqies li l-mandat politiku tal-Kummissjoni ssaħħaħ fit-Trattat ta' Lisbona; |
F. |
billi fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-8 ta' Settembru 2015, il-Parlament qies bħala importanti li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali jippubblika linji gwida fil-forma ta' rakkomandazzjoni jew rapport ta' inizjattiva, bil-ħsieb li jiffaċilita r-riforma tal-proċeduri b'rabta mad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji, filwaqt li stieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli tagħha relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji; |
G. |
billi, b'mod konformi mal-punt 1.3 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji dwar id-diżinteress personali, l-integrità, it-trasparenza, l-onestà, ir-responsabilità u r-rispett għad-dinjità tal-Parlament, il-Kummissarji għandhom jiddikjaraw kull interess finanzjarju u kull element ta' patrimonju li jista' joħloq kunflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom, u li din id-dikjarazzjoni hija wkoll valida għall-ishma kkontrollati mill-konjuġi/sieħeb tal-Kummissarju – kif definita bir-regoli fis-seħħ (5) – li jistgħu jwasslu għal kunflitt ta' interess; |
H. |
billi l-interessi finanzjarji li d-dikjarazzjoni tagħhom hija mitluba jikkonsistu f'kull forma ta' parteċipazzjoni finanzjarja individwalizzata fil-kapital ta' impriża; |
I. |
billi, skont il-punt 1.4 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji, sabiex jiġi evitat kull riskju ta' kunflitt ta' interess, il-Kummissarji għandhom l-obbligu li jiddikjaraw l-attivitajiet professjonali tal-konjuġi/sieħeb tagħhom, u li din id-dikjarazzjoni għandha tindika n-natura tal-attività, id-denominazzjoni tal-kariga eżerċitata u, jekk applikabbli, l-isem tal-impjegatur; |
J. |
billi, skont il-punt 1.5 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji, id-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji għandha ssir permezz ta' formola mehmuża mal-kodiċi ta' kondotta, u billi din għandha timtela u tkun disponibbli qabel is-seduta ta' smigħ tal-Kummissarju nnominat mill-Parlament u tiġi rriveduta waqt iż-żmien tal-kariga tal-Membru jekk tinbidel l-informazzjoni, u mill-inqas darba fis-sena; |
K. |
billi l-informazzjoni inkluża f'din il-formola hija limitata u insuffiċjenti, ma tinkludix definizzjoni dettaljata ta' x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interess u għalhekk ma tippermettix lill-Parlament li jevalwa b'mod ġust u konsistenti l-eżistenza ta' kunflitti ta' interess attwali jew potenzjali tal-Kummissarju nnominat, u l-abilità tiegħu li jwettaq il-mandat tiegħu f'konformità mal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji; |
L. |
billi, skont il-punt 1.6 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji, Kummissarju ma għandu jittratta l-ebda kwistjoni li tinvolvi l-portafoll tiegħu meta huwa għandu xi interess personali, b'mod partikolari kull interess familjari jew finanzjarju li jista' jfixkel l-indipendenza tiegħu; |
M. |
billi l-Kummissjoni hija finalment responsabbli mill-għażla tan-natura u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tagħha; billi, għalhekk, hija l-Kummissjoni li għandha tipprovdi b'mod preċiż il-livell ta' trasparenza meħtieġ għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura għall-ħatra ta' Kummissarji nnominati; |
N. |
billi, skont il-punt 5 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament jista' jitlob lill-President tal-Kummissjoni jirtira l-fiduċja f'Membru individwali tal-Kummissjoni; billi skont il-punt 7 tal-imsemmi Ftehim, il-President tal-Kummissjoni għandu jgħarraf lill-Parlament f'każ ta' ridistribuzzjoni tar-responsabilitajiet fost il-Kummissarji biex tkun tista' ssir il-konsultazzjoni parlamentari rilevanti rigward dawk il-bidliet; |
O. |
billi kumplessivament id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji attwali tal-Membri tal-Kummissjoni jistgħu jitqiesu bħala titjib meta mqabbla mal-ġestjoni tad-dikjarazzjonijiet fl-2008-2009, iżda billi ma naqsux l-episodji li kienu jeħtieġu kjarifika ulterjuri dwar ċerti dikjarazzjonijiet ta' interess; |
P. |
billi huwa deplorevoli li l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji adottat fl-2011 jonqos milli jittratta b'mod adegwat bosta mir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament rigward titjib, b'mod partikolari, f'dawk li huma d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri tal-Kummissjoni, ir-restrizzjonijiet fuq l-impjieg wara l-mandat u t-tisħiħ tal-Kumitat ta' Etika Ad Hoc li huwa responsabbli għall-valutazzjoni tal-kunflitti ta' interess; billi f'dan il-kuntest, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-pożizzjonijiet adottati mill-Parlament dwar it-tibdil u t-titjib għall-proċedura ta' smigħ tal-Kummissarji nominati; |
Q. |
billi wieħed mill-pilastri tal-governanza Ewropea huwa t-tisħiħ tal-etika u t-trasparenza fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward tagħhom, b'mod partikolari fid-dawl tal-mandat politiku usa' fdat lill-Kummissjoni mit-Trattat ta' Lisbona; |
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Ifakkar li l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji tal-Kummissarji għandu l-għan li jiżgura li l-Kummissarji nnominati jkunu kapaċi jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom indipendentament u li jiżgura trasparenza u responsabilità massima min-naħa tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17(3) TUE, l-Artikolu 245 TFUE u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji; jinnota f'dan ir-rigward li dan l-eżerċizzju ma jistax jiġi limitat għall-ħatra tal-Kummissjoni l-ġdida, iżda għandu jsir ukoll f'każ li tinqala' pożizzjoni vakanti minħabba r-riżenja, l-irtirar obbligatorju jew il-mewt ta' Kummissarju, l-adeżjoni ta' Stat Membru ġdid jew modifika sostanzjali ta' portafoll jew tal-interessi finanzjarji ta' Kummissarju; |
2. |
Iqis li l-evalwazzjoni ta' kunflitt ta' interess potenzjali għandha tkun ibbażata fuq fatturi konklużivi, oġġettivi u rilevanti b'rabta mal-portafoll tal-Kummissarju nnominat; |
3. |
Josserva li kunflitt ta' interess huwa definit bħala “kwalunkwe sitwazzjoni ta' interferenza bejn interess pubbliku u interessi pubbliċi u privati li x'aktarx taffettwa jew jidher li x'aktarx taffettwa l-eżerċizzju indipendenti, imparzjali u oġġettiv ta' dmir”; |
4. |
Jikkonferma li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu l-kompetenza u r-responsabilità biex iwettaq analiżi sostantiva tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji permezz ta' skrutinju fil-fond biex jivvaluta jekk il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji ta' Kummissarju nnominat huwiex ġust u jikkonformax mal-kriterji u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati u l-Kodiċi ta' Kondotta, jew jekk jistax iwassal għal kunflitt ta' interess, u li għandu jkun jista' jipproponi s-sostituzzjoni ta' dak il-Kummissarju lill-President tal-Kummissjoni; jistieden, lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tipprovdi l-għodod u l-informazzjoni fattwali kollha ħalli l-Kumitat għall-Affarijiet Legali jkun jista' jagħmel analiżi kompleta u oġġettiva; |
5. |
Iqis li huwa essenzjali li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali jkollu biżżejjed ħin sabiex jiżgura li din il-valutazzjoni dettaljata hija effikaċi. |
6. |
Ifakkar li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu janalizza kwistjonijiet relatati ma' dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-Kummissarji nnominati bl-akbar kunfidenzjalità, filwaqt li jiżgura wkoll, f'konformità mal-prinċipju ta' trasparenza, il-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tiegħu ladarba maħruġa; |
7. |
Iqis li, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, jekk wara l-ħin allokat għall-mistoqsijiet li jixtieq jagħmel lill-Kummissarju nnominat, jinnota l-possibilità ta' kunflitt ta' interess, dan għandu jingħata d-dritt li jkompli bis-seduta ta' smigħ u jikseb il-kjarifiki meħtieġa; |
Proċedura ta' reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji qabel is-seduta ta' smigħ tal-Kummissarji nnominati
8. |
Iqis li l-konferma min-naħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-assenza ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, abbażi ta' analiżi sostantiva tad-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji, tikkostitwixxi prerekwiżit indispensabbli sabiex issir is-seduta ta' smigħ mill-Kumitat responsabbli (6); |
9. |
Jikkunsidra f'dan ir-rigward li fin-nuqqas ta' tali konferma jew fejn il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jidentifika l-eżistenza ta' kunflitt ta' interess, il-proċess ta' ħatra tal-Kummissarju nnominat għandu jiġi sospiż; |
10. |
Iqis li għandhom ikunu applikati l-linji gwida li ġejjin waqt l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali:
|
Proċedura ta' reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji matul il-mandat
11. |
Jenfasizza l-obbligu għall-Membri kollha tal-Kummissjoni li jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom huma aġġornati immedjatament kull meta jkun hemm xi tibdil fl-interessi finanzjarji tagħhom, u jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament immedjatament bi kwalunkwe tibdil jew bi kwalunkwe ħaġa li tikkawża kunflitt ta' interess jew kunflitt potenzjali ta' interess li tinqala'; |
12. |
Iqis, għaldaqstant, li d-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji trid tinkludi l-interessi tal-preżent jew tal-passat jew attivitajiet mill-aħħar sentejn li huma ta' natura patrimonjali, professjonali, personali jew familjari skont il-portafoll offrut; Id-dikjarazzjoni trid ukoll tqis il-fatt li l-interess jaf ikun relatat ma' vantaġġ għall-persuna involuta jew għal parti terza, u li dan jaf ikun ukoll ta' natura morali, materjali jew finanzjarja; |
13. |
Iqis li kwalunkwe modifika tal-interessi finanzjarji ta' Kummissarju matul il-mandat jew kwalunkwe ridistribuzzjoni tar-responsabilitajiet fost il-Kummissarji tikkostitwixxi sitwazzjoni ġdida fid-dawl ta' eżistenza possibbli ta' kunflitt ta' interess; iqis għaldaqstant li din is-sitwazzjoni għandha tkun soġġetta għal proċedura ta' reviżjoni mill-Parlament skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 10 ta' din ir-riżoluzzjoni u l-paragrafu 2 tal-Anness XVI (Linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni) għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew; |
14. |
Ifakkar li, fil-każ ta' sostituzzjoni ta' Kummissarju matul il-mandat tiegħu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 246 TFUE, il-Parlament għandu jiġi kkonsultat; iqis li din il-konsultazzjoni għandha tinkludi, fost l-oħrajn, verifika ta' assenza ta' kunflitt ta' interess skont il-paragrafu 10 ta' din ir-riżoluzzjoni, u f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVI (Linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni) għar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (9) rigward il-kompetenzi tal-Parlament Ewropew f'każ ta' modifika fil-kompożizzjoni tal-Kulleġġ tal-Kummissarji jew modifika sostanzjali tal-portafoll tul il-mandat tiegħu; |
15. |
Iqis li, f'każ ta' kunflitt ta' interess identifikat matul il-mandat ta' Kummissarju u f'każ li l-President tal-Kummissjoni ma jsegwix ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament sabiex jintemm il-kunflitt ta' interess kif stabbilit fil-paragrafu 10 ta' din ir-riżoluzzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jista' jirrakkomanda li l-Parlament jitlob lil-President tal-Kummissjoni jirtira l-fiduċji minn dak il-Kummissarju, skont l-Artikolu 17(6) TUE u, fejn xieraq, li l-Parlament jitlob lill-President tal-Kummissjoni jaġixxi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 245 TFUE bil-ħsieb li l-Kummissarju inkwistjoni jiġi miċħud mid-dritt tiegħu għal pensjoni jew benefiċċji oħra minflokha; |
Kodiċi ta' Kondotta tal-Kummissarji
16. |
Jinnota li l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji adottat fl-20 ta' April 2011 jippreżenta titjib fir-rigward tal-imparzjalità, l-integrità, it-trasparenza, id-diliġenza, l-onestà, ir-responsabilità u d-diskrezzjoni meta mqabbel mal-kodiċi preċedenti adottat fl-2004 fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji, billi r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni ġew estiżi għas-sħab tal-Kummissarji, u d-dikjarazzjoni tal-interessi teħtieġ tkun riveduta meta tinbidel l-informazzjoni u tal-anqas kull sena; |
17. |
Josserva li l-kredibilità tad-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji tiddependi mill-preċiżjoni tal-formola ppreżentata lill-Kummissarju nnominat; iqis li l-kamp ta' applikazzjoni attwali tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji huwa limitat wisq u l-kontenut ta' spjegazzjoni tagħhom huwa ambigwu; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi jipprovdu lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali b'informazzjoni preċiża li tista' tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha b'mod inekwivoku; |
18. |
Iqis li, sabiex tinkiseb stampa aktar kompluta tal-pożizzjoni finanzjarja ta' Kummissarju dikjaranti, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji msemmija fil-punti 1.3 sa 1.5 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji għandhom jinkludu l-interessi finanzjarji u l-attivitajiet kollha tal-Kummissarju nnominat u tal-konjuġi/sieħeb/sieħba tiegħu/tagħha, u m'għandhom bl-ebda mod ikunu limitati għal dawk “li x'aktarx jikkostitwixxu kunflitt ta' interessi”; |
19. |
Iqis li l-interessi tal-familja msemmija fil-punt 1.6 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji għandhom jiġu inklużi fid-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tistabbilixxi mezz ġust biex tidentifika interessi tal-familja li jistgħu joħolqu kunflitt ta' interess; |
20. |
Huwa tal-fehma li, sabiex jiġu estiżi u mtejba r-regoli dwar il-kunflitt ta' interess, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi għandhom jinkludu wkoll dettalji dwar kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali tal-Kummissarji nnominati li jaf toħloq kunflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom; |
21. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kodiċi ta' Kondotta jonqos milli jikkodifika b'mod xieraq ir-rekwiżit tal-Artikolu 245 TFUE li “kemm waqt il-kariga, kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, [il-Kummissarji se] jirrispettaw l-obbligazzjonijiet, b'mod speċjali id-dmir tagħhom li jġibu rwieħhom b'integrità, u jeżerċitaw diskrezzjoni meta jaċċettaw, wara li jtemmu l-kariga tagħhom, ċerti ħatriet jew benefiċċji”; |
22. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kodiċi ta' Kondotta jonqos milli jistabbilixxi kwalunkwe rekwiżit ta' ċessjoni, minkejja l-fatt li rekwiżiti bħal dawn iridu jkunu standard fi kwalunkwe reġim ta' etika; iqis bħala prijorità li jirregola dan l-aspett mill-aktar fis possibbli; |
23. |
Jinnota li l-Kodiċi ta' Kondotta ma jistabbilixxi l-ebda kalendarju konkret għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni qabel is-smigħ fil-Parlament tal-Kummissarji nominati; iqis dan ir-rekwiżit bħala aspett fundamentali tar-reviżjoni tal-proċedura ta' smigħ tal-Kummissarji nominati; |
24. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma tirrapportax b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji, b'mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi tagħhom, u jqis li l-Kodiċi ta' Kondotta għandu jiġi emendat biex jipprevedi mekkaniżmi ta' lmenti jew sanzjonijiet fir-rigward ta' ksur, bl-eċċezzjoni tal-imġiba serjament skorretta kif imsemmi fl-Artikoli 245 u 247 TFUE; |
25. |
Jiddeplora, b'mod partikolari, it-tweġiba negattiva tal-President tal-Kummissjoni għat-talba tal-Ombudsman Ewropew biex jippubblika, b'mod proattiv, id-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar l-awtorizzazzjoni ta' attivitajiet ta' wara l-mandat ta' ex Kummissjarji, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat ta' Etika Ad Hoc; jenfasizza li s-sempliċi pubblikazzjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-Kummissjoni mhumiex biżżejjed biex jagħtu lill-Parlament u lis-soċjetà ċivili stampa ċara dwar l-interpretazzjoni fil-prattika tal-“kunflitti ta' interess potenzjali” u l-politiki dwar l-integrità żviluppati dwar dan mill-Kumitat ta' Etika Ad Hoc; |
26. |
Jirrimarka li l-ex Kummissarji kollha huma pprojbiti għal 18-il xahar milli jagħmlu attività ta' lobbying ma' Membri tal-Kummissjoni Ewropea u mal-persunal tagħhom favur in-negozju tagħhom, klijent tagħhom jew impjegatur tagħhom fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom huma kienu responsabbli, iżda għandhom dritt għal allowance tranżitorja ġeneruża ħafna wara l-mandat tagħhom fil-Kummissjoni ta' bejn 40 u 65 fil-mija tal-aħħar salarju bażiku tagħhom għal tliet snin; |
27. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Kodiċi ta' Kondotta introduċa dispożizzjoni dwar ir-riallokazzoni tal-fajls bejn il-Membri tal-Kummissjoni fl-eventwalità ta' kunflitti ta' interess iżda jiddeplora l-fatt li:
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi, b'urġenza, il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji tal-2011 biex tqis ir-rakkomandazzjonijiet li l-Parlament għamel fir-riżoluzzjonijiet reċenti tiegħu, u l-iżvilupp tal-istandards ġenerali dwar l-etika u t-trasparenza li japplikaw għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jirrakkomanda li l-Kummissjoni timmodifika l-Kodiċi ta' Kondotta tagħha għall-Kummissarji bl-għan li tiżgura li:
|
29. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tidħol f'negozjati mal-Parlament sabiex tinkorpora l-emendi li jistgħu jkunu meħtieġa fil-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea; |
30. |
Jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali biex jipproponi fir-Regolament tal-Parlament, b'mod partikolari fl-Anness XVI, l-emendi neċessarji biex jiżgura l-implimentazzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni; |
o
o o
31. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 110.
(2) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0287.
(4) C(2011)2904.
(5) Sieħeb jew sieħba stabbli mhux fiż-żwieġ, kif definit fir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2278/69 (ĠU L 289, 17.11.1969, p. 1) u fl-Artikolu 1(2)(c) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
(6) Ara r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar proċeduri u prattiki rigward is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji, tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-proċess tal-2014.
(7) Ara l-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI għar-Regoli ta' Proċedura.
(8) Ara t-Taqsima (II)(3) tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.
(9) Ara l-paragrafu 2 tal-Anness XVI għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/157 |
P8_TA(2016)0478
Ir-responsabbiltà, il-kumpens u l-garanzija finanzjarja għall-operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar ir-responsabbiltà, il-kumpens u l-garanzija finanzjarja għall-operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore (2015/2352(INI))
(2018/C 224/25)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-responsabbiltà, il-kumpens u s-sigurtà finanzjarja għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2013/30/UE (COM(2015)0422), |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni intitolat “Liabilty, Compensation and Financial Security for Offshore Accidents in the European Economic Area” (Responsabbiltà, Kumpens u Garanzija Finanzjarja għal Inċidenti Offshore fiż-Żona Ekonomika Ewropea) u r-rapport ta' akkumpanjament tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni (SWD(2015)0167), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1) (Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore – OSD), |
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-dokument “Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on safety of offshore oil and gas prospection, exploration and production activities” (Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-attivitajiet ta' prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni offshore) (SEC(2011)1293), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (3) (id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali – ELD), |
— |
wara li kkunsidra l-acquis internazzjonali u reġjonali dwar talbiet għal danni minn inċident taż-żejt jew tal-gass offshore u b'mod partikolari l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt (il-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà Ċivili) tas-27 ta' Novembru 1992, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istabbiliment ta' Fond Internazzjonali għal Kumpens għad-Danni mit-Tniġġis miż-Żejt (il-Konvenzjoni dwar il-Fond) tas-27 ta' Novembru 1992, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt tal-Bunker (il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers) tat-23 ta' Marzu 2001, il-Konvenzjoni Nordika dwar il-Protezzjoni Ambjentali bejn id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja u l-Protokoll Offshore għall-Konvenzjoni ta' Barċellona għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Protokoll Offshore), |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tat-13 ta' Settembru 2005 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 83(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (5) (ir-riformulazzjoni tar-Regolament Brussell I), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (6) (il-Konvenzjoni ta' Lugano tal-2007), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (ir-Regolament Ruma II) (7), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali ppreparat għall-Kummissjoni mill-konsulenza BIO by Deloitte dwar “Civil liabilty, financial security and compensation claims for offshore oil and gas activities in the European Economic Area” (Ir-responsabbiltà ċivili, is-sigurtà finanzjarja u t-talbiet għal kumpens għal attivitajiet taż-żejt u l-gass offshore fiż-Żona Ekonomika Ewropea) (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-isfida tas-sikurezza tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass offshore (9), |
— |
wara li kkunsidra d-diżastru tad-Deepwater Horizon fil-Golf tal-Messiku f'April 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-inċidenti relatati mal-pjattaforma Castor li tinsab lil hinn mix-xtut tal-provinċji fi Spanja Castellón u Tarragona, fosthom aktar minn 500 terremot li laqtu direttament lil eluf ta' ċittadini Ewropej; |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0308/2016), |
A. |
billi l-Artikolu 194 TFUE espliċitament isostni d-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta' enerġija tiegħu, filwaqt li jkompli jħares is-solidarjetà u l-protezzjoni ambjentali; |
B. |
billi sorsi indiġeni ta' żejt u gass jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ħtiġijiet attwali ta' enerġija tal-Ewropa u huma partikolarment importanti għas-sigurtà tal-enerġija u d-diversità tal-enerġija; |
C. |
billi l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore qegħdin progressivament jitwettqu f'ambjenti dejjem aktar estremi u jistgħu potenzjalment iwasslu għal konsegwenzi kbar u devastanti għall-ambjent u għall-ekonomija tal-baħar u tal-inħawi tax-xtut; |
D. |
billi, għalkemm il-produzzjoni taż-żejt u l-gass fil-Baħar tat-Tramuntana kienet qed tonqos matul l-aħħar snin, l-għadd ta' faċilitajiet offshore x'aktarx li jiżdied fl-Ewropa fil-futur, b'mod partikolari fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed; |
E. |
billi l-inċidenti kkawżati minn pjattaformi għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore iwasslu għal konsegwenzi ta' ħsara transfruntiera u l-azzjoni tal-UE biex tipprevjeni u timmitiga l-konsegwenzi ta' tali inċidenti, kif ukoll it-tentattiv biex dawn jiġu miġġielda, hija għalhekk meħtieġa u proporzjonata; |
F. |
billi huwa importanti li jfakkar it-telfa traġika ta' 167 ħaddiem taż-żejt li mietu fid-diżastru ta' Piper Alpha lil hinn mill-kosta ta' Aberdeen, l-Iskozja, fis-6 ta' Lulju 1988; |
G. |
billi għadd ta' studji, inkluż wieħed mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew u wieħed miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, jikkalkolaw li kien hemm bosta eluf ta' inċidenti (aktar preċiżament 9 700, bejn l-1990 u l-2007) fis-settur taż-żejt u tal-gass tal-UE; billi, wkoll, l-impatt kumulattiv ta' dawn l-inċidenti, inklużi dawk ta' daqs żgħir, għandu riperkussjonijiet serji u fit-tul fuq l-ambjent tal-baħar u għandu jiġi kkunsidrat fid-direttiva; |
H. |
billi, skont l-Artikolu 191 tat-TFUE, l-azzjoni kollha tal-UE f'dan il-qasam għandha tkun appoġġjata minn livell għoli ta' protezzjoni bbażata, inter alia, fuq azzjoni ta' prekawzjoni u prevenzjoni, kif ukoll fuq il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” u prinċipji ta' sostenibbiltà; |
I. |
billi mill-1988 'l hawn, ma kienx hemm inċidenti kbar offshore fl-UE u billi 73 % tal-produzzjoni taż-żejt u tal-gass fl-UE tiġi mill-Istati Membri tal-Baħar tat-Tramuntana, li diġà huma rikonoxxuti li għandhom l-aqwa sistemi ta' sikurezza offshore fid-dinja; billi huwa importanti li jissottolinja li l-UE għandha madwar 68 000 km ta' kosta u li l-għadd ta' faċilitajiet offshore x'aktarx li jiżdied b'mod sinifikanti fil-futur, b'mod speċjali fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed, u dan jagħmilha kwistjoni ta' urġenza li tiġi implimentata u infurzata bis-sħiħ id-Direttiva 2013/30/UE u li jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ qafas legali xieraq li jirregola l-attivitajiet kollha offshore qabel ma jseħħ inċident gravi; billi, skont l-Artikolu 191 tat-TFUE, il-politika ambjentali tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju ta' azzjoni preventiva; |
J. |
billi r-reġimi ta' responsabbiltà jikkostitwixxu l-mezzi prinċipali li permezz tagħhom jiġi applikat il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, li jiżgura li d-ditti jinżammu responsabbli għal kwalunkwe dannu kkawżat matul in-negozju u jinċentivahom biex jadottaw miżuri preventivi, jiżviluppaw prattiki u jwettqu azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji ta' tali dannu; |
K. |
billi, għalkemm l-OSD tagħmel lid-detenturi ta' liċenzji offshore strettament responsabbli għall-prevenzjoni u r-rimedju ta' kull dannu ambjentali li jirriżulta mill-operazzjonijiet tagħhom (l-Artikolu 7 moqri flimkien mal-Artikolu 38 – li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-ELD għall-blat kontinentali tal-Istati Membri), ma ppermettitx li jiġi stabbilit qafas komprensiv tal-UE għar-responsabbiltà; |
L. |
billi huwa tal-akbar importanza li jkun hemm mekkaniżmi ta' kumpens effikaċi u xierqa u mekkaniżmi ta' trattament xieraq u fil-pront għal talbiet għad-danni kkawżati minn operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore lill-vittmi u għall-annimali u l-ambjent, kif ukoll li jkollhom biżżejjed riżorsi biex jirrestawraw ekosistemi ewlenin; |
M. |
billi l-OSD ma pprevedietx armonizzazzjoni fir-rigward tad-danni ċivili minn inċidenti offshore, u l-qafas legali internazzjonali eżistenti jagħmilha diffiċli biex it-talbiet għal danni ċivili transfruntiera jirnexxu; |
N. |
billi l-OSD tistabbilixxi prekundizzjonijiet għal-liċenzjar bl-għan li jiġi żgurat li d-detenturi tal-liċenzji qatt ma jsibu ruħhom teknikament jew finanzjarjament inkapaċi li jittrattaw il-konsegwenzi tal-operazzjonijiet offshore tagħhom, u li jeħtieġu wkoll li l-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri għal trattament fil-pront u adegwat ta' talbiet ta' kumpens, inkluż għal inċidenti transfruntiera, u li jiġi faċilitat l-użu ta' strumenti finanzjarji sostenibbli (l-Artikolu 4); |
1. |
Jilqa' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/30/UE dwar is-Sikurezza Offshore (OSD), li tikkumplimenta d-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (ELD) u d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, kif ukoll ir-ratifika tal-Protokoll Offshore tal-Konvenzjoni ta' Barċellona mill-Kunsill, bħala l-ewwel passi għall-protezzjoni tal-ambjent u s-sikurezza tal-ħaddiema; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma wettqux it-traspożizzjoni tad-Direttivi msemmija hawn fuq fil-liġijiet nazzjonali tagħhom biex jagħmlu dan malajr kemm jista' jkun; jistieden ukoll lill-Istati Membri jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti kif previst mill-Artikolu 8 tal-OSD, u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta' regoli armonizzati ulterjuri dwar ir-responsabbiltà, il-kumpens u s-sigurtà finanzjarja bl-għan li jiġu evitati inċidenti ulterjuri b'implikazzjonijiet transfruntiera; |
2. |
Jiddeplora l-fatt li skont l-OSD u l-ELD, l-inċidenti jiġu definiti bħala “serji” biss jekk iwasslu għal imwiet jew korrimenti serji, mingħajr ebda referenza għall-konsegwenzi ambjentali; jenfasizza li anke jekk ma jwassalx għal imwiet jew korrimenti serji, inċident jista' jkollu impatt serju fuq l-ambjent, minħabba l-iskala tiegħu jew minħabba li jaffettwa, pereżempju, żoni protetti, speċijiet protetti jew ħabitats partikolarment vulnerabbli; |
3. |
Jenfasizza li l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore għandha tiġi estiża mhux biss għall-ispejjeż tal-prevenzjoni u r-rimedju tad-danni ambjentali – kif sa ċertu punt huwa miksub fil-preżent permezz tal-OSD u l-ELD – iżda wkoll għall-ispejjeż tar-rimedju ta' talbiet ta' danni tradizzjonali, b'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tikkunsidra l-istabbiliment ta' mekkaniżmu leġiżlattiv ta' kumpens f'każ ta' inċidenti offshore, simili għal dak previst mill-Att dwar l-Attivitajiet taż-Żejt fin-Norveġja, għallinqas għas-setturi li jistgħu jintlaqtu serjament, bħalma huma s-sajd u t-turiżmu kostali u setturi oħra tal-ekonomija blu; jirrakkomanda f'dan il-kuntest li l-abbużi u l-inċidenti li jirriżultaw mill-attivitajiet imwettqa minn kumpaniji għandhom jiġu vvalutati b'mod kwantitattiv u kwalitattiv b'tali mod li jiġu koperti l-effetti sekondarji kollha għall-komunitajiet; jissottolinja wkoll, fir-rigward tar-responsabbiltà ambjentali, id-diverġenzi u n-nuqqasijiet fit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-ELD, kif deskritt ukoll fit-tieni rapport ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ELD tiġi implimentata b'mod effettiv u li r-responsabbiltà għad-danni ambjentali f'każ ta' inċidenti offshore tkun tapplika għal firxa adegwata madwar l-UE; |
4. |
Jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li l-OSD ma tittrattax ir-responsabbiltà għal danni ċivili kkawżati direttament jew indirettament lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, kemm għal offiża fuq il-persuna, danni lill-proprjetà jew telf ekonomiku; |
5. |
Jiddispjaċih ukoll mill-fatt li l-mod li r-responsabbiltà ċivili hija ttrattata jvarja b'mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor; jenfasizza li f'ħafna Stati Membri m'hemmx responsabbiltà b'rabta mal-attivitajiet offshore u tal-gass għall-maġġoranza tat-talbiet ta' parti terza għall-kumpens relatati ma' dannu tradizzjonali kkawżat minn inċident, m'hemm l-ebda reġim għal pagamenti ta' kumpens fil-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri, u f'ħafna Stati Membri, l-ebda assigurazzjoni li operaturi jew persuni responsabbli jkollhom assi finanzjarji adegwati biex jissodisfaw it-talbiet; jenfasizza, barra minn hekk, li ħafna drabi hemm inċertezza dwar il-mod li bih is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri jittrattaw id-diversità tat-talbiet ċivili li jistgħu jirriżultaw minn inċidenti taż-żejt u tal-gass offshore; jemmen, għalhekk, li huwa meħtieġ qafas Ewropew, li għandu jkun ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni mill-aktar Stati Membri avvanzati, li għandu jkopri mhux biss korriment fiżiku u ħsara lill-proprjetà iżda wkoll telf purament ekonomiku, u għandhom jiġu żgurati mekkaniżmi ta' kumpens effettivi għall-vittmi u għas-setturi li jistgħu jkunu affettwati serjament (eż. it-turiżmu kostali u tas-sajd); f'dan ir-rigward jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk qafas orizzontali Ewropew għal rimedju kollettiv jistax ikun soluzzjoni possibbli, u biex tagħti attenzjoni partikolari lil dan fit-tfassil tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-OSD; |
6. |
Jenfasizza, f'din il-perspettiva, li t-talbiet għal kumpens u rimedju għal danni tradizzjonali huma ostakolati wkoll mir-regoli ta' proċedura ċivili dwar il-limitazzjonijiet taż-żmien, l-ispejjeż finanzjarji, in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' litigazzjoni ta' interess pubbliku u ta' talbiet rigward delitti kollettivi, u minn dispożizzjonijiet dwar l-evidenza, li jvarjaw b'mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor; |
7. |
Jenfasizza li r-reġimi ta' kumpens għandhom ikunu jistgħu jindirizzaw talbiet transfruntiera b'mod effettiv, rapidu u fi żmien raġonevoli u mingħajr diskriminazzjoni bejn rikorrenti ta' pajjiżi differenti taż-ŻEE; jirrakkomanda li għandhom ikopru kemm id-danni primarji kif ukoll dawk sekondarji fiż-żoni affettwati kollha, peress li tali inċidenti jaffettwaw żoni akbar u jaf ikollhom impatt fuq żmien twil; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati ġirien, li mhumiex membri taż-ŻEE, jirrispettaw id-dritt internazzjonali pubbliku; |
8. |
Huwa tal-fehma li għandhom jiġu stabbiliti regoli stretti dwar ir-responsabbiltà ċivili għal inċidenti offshore sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi (kemm persuni ġuridiċi kif ukoll fiżiċi) ta' inċidenti offshore, peress li dan jista' jagħti inċentiv lill-operaturi offshore biex jiġġestixxu b'mod xieraq ir-riskji tal-operazzjonijiet; jemmen li l-limiti finanzjarji fuq ir-responsabbiltà għandhom jiġu evitati; |
9. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw is-sitwazzjoni speċjali ta' ħaddiema u impjegati fl-industrija taż-żejt u l-gass offshore, speċjalment tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jinnota li l-inċidenti taż-żejt u tal-gass offshore jista' jkollhom implikazzjonijiet partikolarment serji għall-industriji tas-sajd u t-turiżmu, kif ukoll għal setturi oħra li jiddependu fuq il-kundizzjoni tajba tal-ambjent tal-baħar kondiviż biex jagħmlu n-negozju, minħabba li dawn is-setturi, li jinkludu ħafna SMEs, jistgħu jsofru telf ekonomiku sinifikanti fil-każ ta' inċident kbir offshore; |
10. |
Jenfasizza, għaldaqstant, li huwa ta' importanza kbira li jiġu aġġornati s-sistemi ta' responsabbiltà eżistenti fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li jekk iseħħ inċident fl-ibħra ta' dawn l-istati, dan ma jaffettwax ħażin il-futur tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore tal-istat ikkonċernat, lanqas dak tal-UE kollha, jekk l-inċident kellu jseħħ f'żona li tiddependi ħafna fuq it-turiżmu għad-dħul; jistieden, għalhekk lill-Kummissjoni tirrevedi l-ħtieġa li jiġu introdotti standards tal-UE komuni għal sistemi ta' talba ta' rimedju u kumpens; |
11. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi l-vittmi ta' danni kollaterali b'rabta mal-ipprospettar, l-istħarriġ u l-operat ta' faċilitajiet offshore, bħala persuni li jistgħu jkunu eliġibbli għall-kumpens previst; |
12. |
Jinnota li l-Kummissjoni biħsiebha tagħmel ġbir sistematiku ta' data permezz tal-Grupp ta' Awtoritajiet tal-UE Responsabbli għall-Attivitajiet taż-Żejt u tal-Gass Offshore (EUOAG), sabiex twettaq analiżi aktar komprensiva dwar l-effikaċja u l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltà; |
13. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni twettaq verifiki ta' konformità regolari kemm tas-sistemi legali nazzjonali kif ukoll ta' intrapriżi b'dispożizzjonijiet ta' responsabbiltà u kumpens rilevanti fl-OSD, inkluża l-verifika tar-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji offshore, u biex tieħu azzjoni f'każ ta' ksur ta' konformità, bl-għan li jiġu evitati inċidenti serji u li jiġi limitat l-impatt tagħhom fuq il-persuni u fuq l-ambjent; jirrakkomanda l-ħolqien ta' mekkaniżmu komuni fil-livell Ewropew biex jiġu ttrattati l-inċidenti u l-abbużi; |
14. |
Jissottolinja li huwa meħtieġ li jinstab bilanċ bejn il-kumpens rapidu u xieraq tal-vittmi u l-prevenzjoni tal-ħlas ta' talbiet illeġittimi (magħrufa wkoll bħala l-problema tal-“floodgates”), permezz taż-żieda fiċ-ċertezza rigward il-livelli ta' responsabbiltà finanzjarja ta' ħafna ditti offshore u l-evitar ta' proċedimenti twal u għaljin quddiem il-qrati; |
15. |
Jiddispjaċih mill-fatt li l-ebda Stat Membru ma stabbilixxa espliċitament firxa wiesgħa ta' strumenti ta' garanzija finanzjarja li jikkonċernaw il-kumpens ta' talbiet għal danni tradizzjonali minn inċidenti taż-żejt u tal-gass offshore; jissottolinja f'dan il-kuntest li d-dipendenza żejda fuq l-assigurazzjoni tista' potenzjalment tirriżulta f'suq magħluq għal strumenti ta' garanzija finanzjarja, bil-konsengwenza potenzjali ta' nuqqas ta' kompetizzjoni u żieda fl-ispejjeż; |
16. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' użu ta' strumenti ta' garanzija finanzjarja fl-UE biex jiġu koperti d-danni kkawżati mill-inċidenti offshore l-aktar għaljin; jinnota li waħda mir-raġunijiet tista' tkun li l-kamp ta' applikazzjoni tar-responsabbiltà għad-danni jista' ma jagħmilx tali strumenti meħtieġa f'ċerti Stati Membri; |
17. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu data dettaljata dwar l-użu ta' strumenti finanzjarji u kopertura adegwata għall-inċidenti offshore, inklużi dawk l-aktar għaljin; |
18. |
Iqis li l-każijiet kollha ta' responsabbiltà ppruvata, kif ukoll id-dettalji tal-penali applikati, għandhom isiru pubbliċi sabiex il-kost reali tad-dannu ambjentali jkun trasparenti għal kulħadd; |
19. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw strumenti ta' garanzija finanzjarja li jikkonċernaw il-kumpens għal talbiet ta' danni tradizzjonali minn inċidenti marbuta mal-attivitajiet ġenerali relatati maż-żejt u l-gass offshore, inkluż f'każijiet ta' insolvenza; jemmen li dan jista' jillimita l-esternalizzazzjoni tar-responsabbiltà tal-operaturi għal tniġġis inċidentali fil-fondi pubbliċi, li kieku jkunu meħtieġa jġarrbu l-ispejjeż ta' kumpens jekk ir-regoli kellhom jibqgħu l-istess; iqis li, f'dan il-kuntest, l-istabbiliment ta' fond ibbażat fuq tariffi mħallsa mill-industrija offshore jista' jiġi vvalutat ukoll; |
20. |
Iqis li huwa meħtieġ li jiġi analizzat sa liema punt l-introduzzjoni tar-responsabbiltà kriminali fil-livell tal-UE tista' żżid strat ieħor ta' deterrenza lil hinn mill-penali ċivili, li jista' jtejjeb il-protezzjoni tal-ambjent u l-konformità mal-miżuri tas-sikurezza; jilqa', għalhekk, l-introduzzjoni mill-UE tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali 2008/99/KE (ECD), li tarmonizza l-pieni kriminali għal ċertu ksur tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE; jiddispjaċih madankollu li l-kamp ta' applikazzjoni tal-ECD ma jkoprix l-attivitajiet kollha tal-OSD; jiddispjaċih ukoll li d-definizzjonijiet tar-reati ta' natura kriminali u s-sanzjonijiet minimi relatati mal-ksur tas-sikurezza offshore mhumiex armonizzati fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni żżid inċidenti kbar taż-żejt mal-kamp ta' applikazzjoni tal-ECD u biex tressaq quddiem il-Parlament l-ewwel rapport ta' implimentazzjoni tagħha tad-Direttiva fi żmien debitu, u sa mhux aktar tard mid-19 ta' Lulju 2019; |
21. |
Jitlob lill-Kummissjoni tfassal l-istudji meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju ekonomiku li għalih jistgħu jkunu esposti l-Istati Membri individwali u ż-żoni kostali tagħhom, filwaqt li titqies l-orjentazzjoni ekonomika u settorjali tar-reġjuni individwali, il-livell ta' konċentrazzjoni tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f'żoni speċifiċi, il-kundizzjonijiet li skonthom se jitwettqu dawn l-operazzjonijiet, il-fatturi klimatiċi bħall-kurrenti tal-oċeani u r-riħ u l-istandards ambjentali applikati; jirrakkomanda, għaldaqstant, l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni u perimetri ta' sikurezza f'każ li l-operazzjonijiet jagħlqu, u jilqa' l-bini mill-industrija ta' erba' strutturi li jintużaw bħala tappijiet għall-għeluq tal-bjar, li jistgħu jnaqqsu t-tixrid taż-żejt f'każ ta' inċident offshore; |
22. |
Jitlob studju tal-impatt ambjentali mfassal apposta għall-Artiku fir-rigward tal-operazzjonijiet kollha li jseħħu fir-reġjun tal-Artiku, fejn l-ekosistemi huma partikolarment fraġli u huma konnessi mill-qrib mal-bijosfera globali; |
23. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-possibbiltà li jintroduċu miżuri ulterjuri, li jistgħu jissalvagwardjaw b'mod effettiv l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore qabel ma jseħħ xi inċident serju; |
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, ikomplu jeżaminaw il-possibbiltà għal soluzzjoni internazzjonali, meta jitqies li ħafna kumpaniji taż-żejt u tal-gass li joperaw fl-UE huma attivi mad-dinja u li soluzzjoni globali tista' tiżgura kundizzjonijiet ekwi fil-livell globali, jekk jissaħħu l-kontrolli fuq il-kumpaniji tal-estrazzjoni barra mill-fruntieri tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw rapidament il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima ta' Diċembru 2015. |
25. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66.
(2) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28.
(3) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.
(4) Il-Kawża C-176/03, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, ECLI:EU:C:2005:542.
(5) ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.
(6) ĠU L 339, 21.12.2007, p. 3.
(7) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.
(8) BIO by Deloitte (2014), “Civil liabilty, financial security and compensation claims for offshore oil and gas activities in the European Economic Area” (Ir-responsabbiltà ċivili, is-sigurtà finanzjarja u t-talbiet għal kumpens għal attivitajiet taż-żejt u l-gass offshore fiż-Żona Ekonomika Ewropea), Rapport Finali ppreparat għall-Kummissjoni Ewropea – DĠ Enerġija.
(9) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 43.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/163 |
P8_TA(2016)0479
Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2016/3001(RSP))
(2018/C 224/26)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari dawk tal-10 ta' Marzu 2016 (1) u tat-23 ta' Ġunju 2016 (2), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-Delegazzjoni tal-UE għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, b'mod partikolari dawk tat-23 ta' Novembru 2016 u tal-24 ta' Awwissu 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tal-15 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni preelettorali u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet lokali tal-UE tal-25 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u tat-2 ta' Awwissu 2016 u tal-24 ta' Awwissu 2016 dwar il-proċess elettorali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo wara t-tnedija tad-djalogu nazzjonali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, li ġie ppubblikat fis-27 ta' Lulju 2015, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivitajiet tal-Uffiċċju Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, |
— |
wara li kkunsidra l-istqarrijiet konġunti għall-istampa tas-16 ta' Frar 2016 u tal-5 ta' Ġunju 2016 tal-Unjoni Afrikana, tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Unjoni Ewropea u tal-Organizzazzjoni Internazzjonali La Francophonie dwar il-ħtieġa ta' djalogu politiku inklużiv fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-impenn tagħhom li jappoġġaw lil atturi Kongoliżi fl-isforzi tagħhom għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija fil-pajjiż, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-15 ta' Awwissu 2016 mill-kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-vjolenza fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, tat-23 ta' Mejju 2016 u tas-17 ta' Ottubru 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni 2293(2016) dwar it-tiġdid tar-reġim ta' sanzjonijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-mandat tal-Grupp ta' Esperti u r-riżoluzzjoni 2277(2016), li ġeddet il-mandat tal-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni tan-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO), |
— |
wara li kkunsidra l-Istqarrijiet għall-Istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-15 ta' Lulju 2016 u tal-21 ta' Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Settembru 2016 mill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fejn ħeġġew għall-kalma sabiex il-kriżi tissolva permezz tad-djalogu u fir-rispett tal-Kostituzzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou, iffirmat fit-23 ta' Ġunju 2000 u rivedut fil-25 ta' Ġunju 2005 u t-22 ta' Ġunju 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, |
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, adottata fit-18 ta' Frar 2006, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi Joseph Kabila ilu l-President tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo mill-2001; billi l-mandat tal-President Kabila se jintemm fl-20 ta' Diċembru 2016, u billi t-tul tal-presidenza tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo huwa kostituzzjonalment limitat għal żewġ mandati u billi l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi li jmiss fil-bidu kienu skedati li jsiru sal-aħħar tal-2016; |
B. |
billi matul dawn l-aħħar sentejn il-President Kabila kien qiegħed juża mezzi amministrattivi u tekniċi biex jipprova jdewwem l-elezzjoni u jibqa' fil-poter lil hinn mit-tmiem tal-mandat kostituzzjonali tiegħu; |
C. |
billi l-ewwel tentattiv biex tiġi emendata l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo sabiex il-President Kabila jkun jista' jikkontesta għat-tielet mandat ġie abbandunat fl-2015 minħabba oppożizzjoni u mobilizzazzjoni qawwija min-naħa tas-soċjetà ċivili; billi dawn it-tentattivi kkawżaw tensjoni politika, inkwiet u vjolenza li kulma jmur qegħdin jiżdiedu fil-pajjiż kollu, li issa jidher li laħaq impass elettorali; |
D. |
billi f'Novembru 2015 il-President Kabila ħabbar it-tnedija ta' djalogu nazzjonali; billi, sussegwentement, l-Unjoni Afrikana ħatret lill-eks Prim Ministru Togoliż Edem Kodjo bħala faċilitatur tad-djalogu politiku nazzjonali; billi żewġ gruppi kbar tal-oppożizzjoni rrifjutaw li jipparteċipaw f'dak li jqisuh bħala djalogu mhux inklużiv u mhux demokratiku, kif ukoll tattika ta' dewmien; |
E. |
billi l-Unjoni Afrikana, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali La Francophonie issottolinjaw b'mod konġunt l-importanza tad-djalogu u tal-ħidma biex l-atturi politiċi jilħqu ftehim li jirrispetta d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u ħeġġew lill-atturi politiċi kollha tal-Kongo biex jikkooperaw bis-sħiħ ma' Edem Kodjo; |
F. |
billi fit-18 ta' Ottubru 2016 ġie ffirmat ftehim bejn il-President Kabila u parti mill-oppożizzjoni li jipposponi l-elezzjoni presidenzjali għal April 2018; billi, skont it-termini ta' dan il-ftehim, il-President Kabila, li għalhekk tħalla jibqa' fil-poter wara l-2016, inkariga lil Prim Ministru interim ġdid, Samy Badibanga, membru tal-oppożizzjoni, biex jifforma gvern ġdid; |
G. |
billi, minn Jannar 2015, uffiċjali tas-sigurtà u tal-intelligence Kongoliżi wettqu azzjonijiet ripressivi fir-rigward ta' attivisti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili li jopponu t-tentattivi tal-President Kabila biex jibqa' fil-poter lil hinn mil-limitu ta' żewġ mandati previst mill-Kostituzzjoni; |
H. |
billi l-gruppi tad-drittijiet tal-bniedem ripetutament jirrappurtaw dwar is-sitwazzjoni li dejjem qed tmur għall-agħar tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà ta' espressjoni, ta' assemblea u ta' dimostrazzjoni fil-pajjiż fil-perjodu li jwassal għall-elezzjonijiet, inkluż l-użu ta' forza eċċessiva kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, mexxejja politiċi u oħrajn; |
I. |
billi l-livell li dejjem qed jiżdied ta' vjolenza u ksur u vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari azzjonijiet immirati u arresti arbitrarji, għandhom impatt negattiv fuq kwalunkwe sforz biex tiġi regolarizzata u stabilizzata s-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo; |
J. |
billi, b'mod partikolari, aktar minn 50 persuna ġew irrappurtati maqtula matul id-dimostrazzjonijiet fid-19 u l-20 ta' Settembru 2016 f'Kinshasa u ħafna oħrajn għebu; billi membri tal-movimenti LUCHA u Filimbi għadhom qed jiġu detenuti illegalment; billi mezzi tal-istampa bħal Radio France Internationale (RFI) u Radju Okapi ngħalqu jew ġew imblukkati; billi, skont rapport tal-Uffiċċju Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, ġew irrappurtati 422 każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-pulizija u l-forzi tas-sigurtà matul id-dimostrazzjonijiet li saru bejn d-19 u l-21 ta' Settembru 2016; |
K. |
billi l-aġenziji umanitarji jemmnu li l-instabilità politika qed titfa' lill-pajjiż f'kaos u twassal biex il-popolazzjoni tiegħu, diġà mdgħajfa mill-kriżijiet differenti tal-imgħoddi u tal-preżent, tegħreq fl-għaks u l-insigurtà, fejn aktar minn 5 miljun ruħ bħalissa għandhom bżonn assistenza għall-ikel; |
L. |
billi l-Unjoni Ewropea enfasizzat li kull deċiżjoni biex jiġu posposti l-elezzjonijiet trid tittieħed f'qafas ta' djalogu politiku inklużiv, imparzjali u trasparenti fost il-partijiet interessati Kongoliżi qabel ma' jispiċċa l-mandat tal-President Kabila f'Diċembru 2016; |
M. |
billi l-Programm Indikattiv Nazzjonali 2014-2020 għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'finanzjament ta' EUR 620 miljun mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, jagħti prijorità lit-tisħiħ tal-governanza u l-istat tad-dritt, inklużi r-riformi tal-ġudikatura, tal-pulizija u tal-armata; |
1. |
Jiddeplora l-imwiet waqt id-dimostrazzjonijiet matul dawn l-aħħar ġimgħat, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi u lill-poplu tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo; |
2. |
Jinsab profondament imħasseb dwar is-sitwazzjoni dejjem aktar instabbli fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, f'kuntest preelettorali ta' tensjoni; ifakkar lill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u primarjament lill-President tagħha, li hija r-responsabilità tagħhom li jipproteġu liċ-ċittadini li jgħixu fi kwalunkwe post fit-territorju nazzjonali, u b'mod partikolari li jipproteġuhom kontra l-abbuż u l-kriminalità, u li jwettqu l-kompitu li jiggvernaw bir-rispett l-aktar strett tal-istat tad-dritt; |
3. |
Jiddeplora l-fatt li l-Gvern u s-CENI (il-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti) ma rnexxilhomx jorganizzaw l-elezzjoni presidenzjali fi żmien l-iskadenza kostituzzjonali; itenni l-appell tiegħu għal organizzazzjoni b'suċċess u f'waqtha tal-elezzjonijiet, f'konformità sħiħa mal-Kostituzzjoni tal-Kongo u mal-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, u jinsisti fuq ir-responsabilità tal-gvern Kongoliż li jiggarantixxi ambjent li jwassal għal elezzjonijiet trasparenti, kredibbli u inklużivi mill-aktar fis; |
4. |
Ifakkar fl-impenn li ħadet ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo taħt il-Ftehim ta' Cotonou li tirrispetta d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu l-libertà ta' espressjoni u tal-mezzi ta' komunikazzjoni, il-governanza t-tajba u t-trasparenza fil-karigi politiċi; jinnota li d-djalogu mal-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou, bil-għan li jinkisbu kjarifiki definitivi dwar il-proċess elettorali, qed ifalli. |
5. |
Iħeġġeġ lill-UE tieħu azzjonijiet aktar konkreti u tagħti bidu minnufih għall-proċedura skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou u tadotta s-sanzjonijiet fil-mira, inklużi l-projbizzjoni tal-viża u l-iffriżar tal-assi, kontra l-uffiċjali għoljin u l-aġenti tal-forzi armati responsabbli għar-ripressjoni vjolenti tad-dimostrazzjonijiet u l-impass politiku li mhux qed jippermetti li jkun hemm tranżizzjoni paċifika u kostituzzjonali tal-poter, b'mod partikolari Kalev Mutond, il-Maġġur Ġeneral John Numbi, il-Ġeneral Ilunga Kampete, il-Maġġur Ġeneral Gabriel Amisi Kumba, u l-Ġeneral Célestin Kanyama; |
6. |
Iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha jinvolvu ruħhom fi djalogu paċifiku u kostruttiv, jipprevjenu kull deterjorament tal-kriżi politika attwali u joqogħdu lura minn aktar vjolenza u provokazzjonijiet; jilqa' l-isforzi tal-Konferenza Episkopali Nazzjonali tal-Kongo (CENCO) biex issawwar kunsens usa' dwar tranżizzjoni politika; jistieden lill-awtoritajiet u lill-oppożizzjoni joqogħdu lura minn kull azzjoni jew stqarrija li tista' tkompli xxerred l-inkwiet; sadanittant, jirrikonoxxi li jeħtieġ li jkun hemm perjodu tranżizzjonali, li matulu l-presidenza tista' tiġi eżerċitata biss taħt l-awtorità ta' kunsill tranżizzjonali li fih l-oppożizzjoni jkollha rwol kruċjali; |
7. |
Jesprimi tħassib kbir dwar is-sitwazzjoni sejra lura tad-drittijiet tal-bniedem u dwar l-intensifikazzjoni tar-restrizzjoni tal-ispazju politiku fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u b'mod partikolari l-istrumentalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja u l-vjolenza u l-intimidazzjoni li qed iħabbtu wiċċhom magħhom id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avversarji politiċi u l-ġurnalisti; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha; jitlob lill-awtoritajiet ineħħu minnufih ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-midja; |
8. |
Għadu mħasseb profondament dwar ir-rwol effikaċi tas-CENI, li fuqha tiddependi fil-biċċa l-kbira tagħha l-leġittimità tal-proċess elettorali. ifakkar li l-kummissjoni elettorali għandha tkun istituzzjoni imparzjali u inklużiva b'riżorsi suffiċjenti biex tippermetti proċess komprensiv u trasparenti; |
9. |
Jitlob li ssir investigazzjoni sħiħa, bir-reqqa u trasparenti dwar l-allegazzjonijiet tal-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li seħħew waqt il-protesti sabiex dawk responsabbli jiġu identifikati u jkollhom jagħtu rendikont ta' għemilhom; |
10. |
Jitlob lid-delegazzjoni tal-UE tibqa' ssegwi mill-qrib l-iżviluppi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tuża l-għodod u l-istrumenti kollha xierqa biex tappoġġa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-movimenti favur id-demokrazija; jistieden lill-VP/RGħ tikkunsidra li ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' medjazzjoni tad-Delegazzjoni tal-UE biex tikkoopera mal-Unjoni Afrikana sabiex jinħoloq djalogu politiku inklużiv u jiġi evitat id-deterjorament tal-kriżi politika u t-tixrid ulterjuri tal-vjolenza; |
11. |
Jitlob li jkun hemm involviment akbar tal-Unjoni Afrikana fl-iżgurar tar-rispett sħiħ tal-Kostituzzjoni tal-Kongo; jitlob li jkun hemm djalogu permanenti bejn il-pajjiżi tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar sabiex tiġi evitata kull destabilizzazzjoni ulterjuri; jilqa', f'dan ir-rigward, l-organizzazzjoni tal-Konferenza Internazzjonali tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar biex tivvaluta s-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li saret f'Luanda f'Ottubru 2016; |
12. |
Ifakkar li l-paċi u s-sigurtà huma prekondizzjonijiet għal elezzjoni li tirnexxi u għal ambjent politiku stabbli; jilqa', f'dan ir-rigward, it-tiġdid tal-mandat tal-MONUSCO u t-tisħiħ tal-kompetenzi tagħha biex tipproteġi l-popolazzjoni ċivili u tħares id-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest elettorali; |
13. |
Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar s-sitwazzjoni umanitarja allarmanti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jagħtu l-għajnuna tagħhom lin-nies tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo bil-ħsieb li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli u jindirizzaw il-konsegwenzi ta' spostament, nuqqas ta' sigurtà tal-ikel, epidemiji u diżastri naturali; |
14. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, lill-Unjoni Afrikana, lill-Kunsill tal-AKP-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0085.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0290.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/167 |
P8_TA(2016)0480
L-aċċess għall-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-aċċess għall-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2016/2885(RSP))
(2018/C 224/27)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), b'mod partikolari l-SDG 7 dwar l-aċċess għall-enerġija u l-SDGs 12 u 13 dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u dwar it-tibdil fil-klima, rispettivament, |
— |
wara li kkunsidra l-inizjattiva Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd (SE4ALL) imnedija min-NU fl-2011, |
— |
wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Kummissjoni “Nagħtu Enerġija lill-Iżvilupp” , imnedija fl-2012 biex, sal-2030, tagħti aċċess għal enerġija sostenibbli lil 500 miljun ruħ addizzjonali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi li t-tnaqqis tal-faqar u, fuq terminu itwal, il-qerda tiegħu, jikkostitwixxu l-objettiv primarju tal-politika għall-iżvilupp tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 191 tat-TFUE u l-politika tal-UE dwar il-klima, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (1), u b'mod partikolari l-Anness I tiegħu, li jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-enerġija sostenibbli fi programmi ġeografiċi, u l-Anness II tiegħu, li jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-komponent tal-enerġija sostenibbli tal-programm tematiku Beni Pubbliċi u Sfidi Globali (GPGC) tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, |
— |
wara li kkunsidra d-dokumenti ta' programmazzjoni rilevanti taħt l-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), inklużi l-Programmi Indikattivi Nazzjonali (PIN) li jinkludu settur fokali tal-enerġija, u l-Programmi Annwali ta' Azzjoni li jimplimentaw dawn il-PIN; |
— |
wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-2014 magħrufa bħala Africa Clean Energy Corridor (Kuritur tal-Enerġija Nadifa fl-Afrika), li tfittex li tippromwovi l-użu aċċelerat tal-enerġija rinnovabbli fl-Afrika, u li tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju u d-dipendenza fuq il-karburanti fossili importati, |
— |
wara li kkunsidra l-iskrutinju tiegħu tal-abbozz tad-dokumenti ta' programmazzjoni rilevanti tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-FEŻ qabel ma jiġu approvati mill-kumitati tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-FEŻ, |
— |
wara li kkunsidra l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) f'Pariġi, f'Diċembru 2015, u l-adozzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, l-ewwel ftehim universali u vinkolanti dwar il-klima dinjija, |
— |
wara li kkunsidra t-22 Konferenza tal-Partijiet (COP 22) għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCC) f'Marrakech mis-7 sat-18 ta' Novembru 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-laqgħa ta' livell għoli, fil-21 ta' Settembru 2016, ippreseduta minn Idriss Déby, il-President tal-Unjoni Afrikana, Alpha Condé, il-President tar-Repubblika tal-Guinea, Nkosazana Dlamini-Zuma, il-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, Akinwumi Adesina, il-President tal-Bank Afrikan tal-Iżvilupp, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea, Stefano Manservisi, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp, u Felice Zaccheo, Viċi Kap tal-Unità C6, l-enerġija u t-tibdil fil-klima, u Ségolène Royal, il-Ministru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija, rigward l-inizjattiva dwar l-enerġiji rinnovabbli u s-sħubija UE-UA fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-16 ta' Novembru 2000 tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi: “Qafas ġdid għat-teħid ta' deċiżjonijiet”, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-finanzjament tal-infrastruttura tad-Digi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2), tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE b'appoġġ għall-objettiv ta' aċċess universali għall-enerġija sal-2030 (3), u tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar kooperazzjoni fil-politika enerġetika ma' sħab lil hinn mill-fruntieri tagħna: Approċċ strateġiku għal provvista sikura, sostenibbli u kompetittiva tal-enerġija (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 15/2015 tas-6 ta' Ottubru 2015 tal-Qorti tal-Awdituri dwar “L-appoġġ taħt il-Faċilità għall-Enerġija AKP–UE għal enerġija rinnovabbli fl-Afrika tal-Lvant”, |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-aċċess għall-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (O-000134/2016 – B8-1809/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-aċċess sostenibbli għal enerġija għal but kulħadd, affidabbli u sikura huwa kruċjali biex jissodisfa l-ħtiġijiet u d-drittijiet bażiċi tal-bniedem, inklużi l-aċċess għal ilma nadif, sanità, ambjent ta' sikurezza u sigurtà, il-kura tas-saħħa, it-tisħin u l-edukazzjoni, huwa essenzjali għal prattikament kull tip ta' attività ekonomika, u huwa mutur ewlieni tal-iżvilupp; billi l-aċċess għall-enerġija għandu wkoll aspetti ta' sigurtà ġeopolitika u billi kwistjonijiet tal-enerġija jistgħu jsiru motivi ta' kunflitt; |
B. |
billi 1,2 biljun ruħ m'għandhomx aċċess għall-elettriku u billi dan l-aċċess mhuwiex affidabbli għal għadd saħansitra akbar ta' persuni; billi nofs dawk li m'għandhomx aċċess għall-elettriku jgħixu fl-Afrika; billi dan l-għadd qiegħed jikber, peress li l-popolazzjoni f'dan il-kontinent qed tiżdied b'pass aktar mgħaġġel minn dak tat-tkattir tal-aċċess għall-enerġija; |
C. |
billi, mill-perspettiva tal-aċċess għall-elettriku, is-sitwazzjoni tal-Afrika sub-Saħarjana hija l-agħar fid-dinja, iżda billi hekk kif is-settur tal-enerġija tar-Reġjun jevolvi, x'aktarx li l-Afrika sub-Saħarjana sal-2040 tkun qed tikkonsma elettriku daqs kemm kienu jikkunsmaw flimkien l-Indja u l-Amerika Latina fl-2010; |
D. |
billi aktar minn 70 % tal-konsum tal-enerġija totali fl-Afrika jiġi minn sorsi rinnovabbli, iżda billi l-użi tradizzjonali tal-bijomassa jirrappreżentaw il-kważi totalità ta' dawn; billi għad hemm opportunitajiet enormi għall-inklużjoni ta' sorsi oħra, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-enerġija mix-xemx u mir-riħ; |
E. |
billi x-xejriet demografiċi fl-Afrika se jkollhom impatt kbir fuq ir-rekwiżiti tal-użu tal-artijiet għall-produzzjoni tal-għelejjel, kif ukoll fuq il-ħtieġa ta' ħatab; |
F. |
billi d-deforestazzjoni globali tirrappreżenta kważi 20 % tal-emissjonijiet kollha ta' CO2; u billi d-dipendenza qawwija fuq il-bijomassa tradizzjonali u stufi tat-tisjir ineffiċjenti jipperikolaw il-foresti u l-artijiet mogħxa fil-kontinent Afrikan; |
G. |
billi 2,3 biljun ruħ għat-tisjir jużaw il-bijomassa tradizzjonali, bħall-faħam tal-kannol, u billi dan l-użu spiss ikollu implikazzjonijiet negattivi serji għas-saħħa u għall-ambjent; billi n-nisa jerfgħu sehem sproporzjonat tal-piż tal-użu ta' materjali bħal dawn, inkluż billi jiġbru l-ħatab, attività li tista' tieħu ħafna ħin u wkoll tipperikola s-sigurtà tagħhom; billi l-użu ta' stufi tat-tisjir imtejba jnaqqas il-ħin u jħaffef l-isforz meħtieġ għat-tħejjija tal-ikel; |
H. |
billi l-Afrika hija fl-istess ħin sew il-kontinent bl-akbar potenzjal ta' enerġija rinnovabbli fid-dinja u sew dak li għadu l-aktar lura rigward l-elettrifikazzjoni; |
I. |
billi l-faqar enerġetiku huwa mifrux l-aktar f'żoni rurali, iżda billi l-għoti ta' aċċess għall-enerġija fl-inħawi li qed jespandu fl-ibliet li qed jikbru b'rata mgħaġġla wkoll jirrappreżenta sfida enormi, minħabba r-realtajiet tal-ġeografija, tal-konnettività u tan-nuqqas ta' infrastruttura, u billi l-ifqar pajjiżi fl-Afrika huma dawk bl-ogħla kontijiet tal-enerġija; |
J. |
billi huwa essenzjali li s-swieq tal-elettrifikazzjoni rurali, li m'ilhomx wisq stabbiliti, jiġu żviluppati sa ma jsiru maturi u awtosostenibbli, u li programmi li jiffukaw fuq soluzzjonijiet enerġetiċi rinnovabbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, fuq skala zgħira u deċentralizzati jingħataw appoġġ ulterjuri; |
K. |
billi l-faqar enerġetiku għandu wkoll dimensjoni tal-ġeneru; billi l-konsegwenzi tal-faqar enerġetiku huma agħar għan-nisa; |
L. |
billi l-iżgurar li sal-2030 kulħadd ikollu aċċess għal enerġija għal but kulħadd, affidabbli, sostenibbli u moderna huwa l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli universali Nru 7; billi t-twettiq ta' impenji għall-azzjoni klimatika jirrikjedi wkoll sforzi vigorużi u għaqlija fil-qasam tal-enerġija, u billi l-Afrika għalhekk qed tħabbat wiċċha ma' sfida doppja peress li jeħtiġilha tkabbar b'mod drastiku l-aċċess taċ-ċittadini tagħha għal servizzi tal-enerġija bażiċi u fl-istess ħin tirrispetta l-impenji tagħha skont il-ftehim dwar it-tibdil fil-klima; |
M. |
billi l-Programm tal-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rapport intitolat “Tendenzi globali fl-investmenti fl-enerġija rinnovabbli 2016” turi li l-investiment globali annwali ta' kapaċità rinnovabbli ġdida kien aktar mid-doppju ta' dawk f'impjanti tal-enerġija tal-faħam u l-gass fl-2015; billi suq tal-enerġija rinnovabbli fl-2015 kien iddominat mill-fotovoltajċi tax-xemx u mir-riħ; u billi, għall-ewwel darba fl-2015, l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli kienu ogħla fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw milli f'dawk żviluppati; |
N. |
billi r-rapport tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi tas-16 ta' Novembru 2000 jikkonkludi li, filwaqt li d-digi kbar ma rnexxilhomx jipproduċu l-elettriku, jipprovdu l-ilma, jew jikkontrollaw id-danni kkawżati mill-għargħar daqskemm kienu mistennija jagħmlu, kellhom impatti soċjali u ambjentali enormi, u l-isforzi magħmula biex itaffu dawn l-impatti fil-biċċa l-kbira ma rnexxewx; |
O. |
billi l-għan tal-ksib ta' aċċess universali għall-enerġija huwa minsuġ mal-għan tal-ksib ta' ġustizzja klimatika; |
P. |
billi l-ġustizzja klimatika torbot id-drittijiet tal-bniedem mal-iżvilupp sabiex ikun hemm approċċ iċċentrat fuq il-bniedem, li jissalvagwardja d-drittijiet tal-persuni l-aktar vulnerabbli u l-qsim tal-piżijiet u l-benefiċċji tat-tibdil fil-klima u l-impatti tagħha b'mod ekwu u ġust; |
Q. |
billi flussi inkonsistenti tal-finanzjament klimatiku u tat-trasferiment tat-teknoloġija fir-rigward tat-tibdil fil-klima jistgħu jipperikolaw ir-rieda tal-mexxejja Afrikani li jiżviluppaw l-enerġija rinnovabbli biex iwettqu l-aġenda tal-industrijalizzazzjoni tal-kontinent; |
R. |
billi l-Ftehim ta' Pariġi jissottolinja l-ħtieġa li l-aċċess universali għall-enerġija sostenibbli jiġi promoss fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika, permezz tat-tisħiħ tal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli; |
S. |
billi hemm evidenza estensiva u kunsens wiesa' li l-produzzjoni fuq skala żgħira u deċentralizzata tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll li netwerks lokali u s-soluzzjonijiet mhux kollegati mal-grilja ħafna drabi huma l-aktar effiċjenti, u li dawn is-soluzzjonijiet għandhom aktarx jipproduċu l-akbar kontributi għall-progress ġenerali tal-iżvilupp u l-aktar li jirnexxilhom jimminimizzaw jew jevitaw impatti negattivi fuq l-ambjent; |
T. |
billi l-produzzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli hija enfasizzata fir-Regolament dwar l-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (SKŻ) u fil-programmi u l-proġetti tal-SKŻ u tal-FEŻ, u billi l-proġetti fil-qasam tal-enerġija għandhom jitfasslu b'tali mod li jirriflettu l-għarfien tal-vantaġġi tal-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija rinnovabbli; |
U. |
billi l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp fil-qasam tal-enerġija żdiedet ħafna u billi huwa ppjanat li, fil-perjodu 2014-2020, tilħaq EUR 3,5 biljun; billi 30 PIN, li nofshom huma għall-pajjiżi Afrikani, jinkludu settur fokali tal-enerġija; |
V. |
billi l-Faċilità tal-Enerġija AKP-UE, li nħolqot f'Ġunju 2005, għandha l-għan li tippromwovi l-aċċess għal servizzi moderni tal-enerġija għall-foqra f'żoni rurali u madwar l-ibliet, b'konċentrazzjoni qawwija fuq l-Afrika sub-Saħarjana u fuq l-enerġija rinnovabbli; billi r-Rapport Speċjali relatat Nru 15/2015 tal-Qorti tal-Awdituri tal-UE għamel għadd ta' rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għal għażla aktar rigoruża tal-proġetti, għat-tisħiħ tal-monitoraġġ tagħhom u għal titjib tal-prospetti tagħhom rigward is-sostenibbiltà; |
W. |
billi dan l-aħħar tnediet Inizjattiva tal-UE għall-Finanzjament tal-Elettrifikazzjoni (ElectriFI) u arranġamenti finanzjarji oħra jinkludu faċilitajiet biex għotjiet tal-UE jiġu kombinati ma' self jew ekwità minn finanzjaturi pubbliċi u privati (faċilitajiet ta' taħlit) għal inħawi differenti tad-dinja, l-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment fil-qasam tal-enerġija taħt il-mandat tiegħu ta' self estern u l-ħidma tal-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Infrastruttura fl-Afrika; |
X. |
billi biex jintlaħaq l-SDG 7 jeħtieġ li jsir kontribut dejjem akbar mill-investiment privat; billi kwalunkwe deċiżjoni dwar il-promozzjoni tal-użu tas-sħubijiet pubbliċi-privati permezz tat-taħlit fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni komprensiva ta' dawn il-mekkaniżmi, u fuq it-tagħlimiet minn esperjenzi tal-passat; billi jeħtieġ li, f'kull ċirkostanza, il-kontribuzzjonijiet tal-għotjiet għal proġetti diġà kummerċjalment vijabbli jiġu evitati; |
Y. |
billi trid tkun prijorità li persunal lokali u speċjalizzat ħafna jitħarreġ biex jiżgura l-aċċess għall-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u billi porzjon sostanzjali tal-finanzjament trid tkun iddedikata għal dan it-taħriġ; |
Z. |
billi s-sussidji globali għall-karburanti fossili jilħqu madwar USD 500 biljun fis-sena, joħolqu żidiet minflok tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, u aktarx li l-persuni relattivament għonja jgawdu minnhom aktar minn dawk foqra; billi dawn is-sussidji għandhom jitneħħew gradwalment u b'hekk, il-gvernijiet ikunu jistgħu jilliberaw fondi konsiderevoli għal politiki soċjali ferm aktar effiċjenti, biex jestendu l-aċċess għal enerġija għal but kulħadd, affidabbli, sostenibbli u moderna, u jnaqqsu l-inugwaljanzi u jtejbu l-kwalità tal-ħajja; |
1. |
Ifakkar li l-aċċess għall-enerġija jaċċelera l-iżvilupp; jiġbed l-attenzjoni għall-iskala u l-implikazzjonijiet tal-faqar enerġetiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għall-involviment qawwi tal-UE fl-isforzi biex dan il-faqar jitnaqqas; jissottolinja l-ħtieġa għal sforzi qawwija u konċertati mill-gvernijiet, mis-soċjetà ċivili u minn partijiet interessati oħra fil-pajjiżi affettwati u minn sħab internazzjonali biex inaqqsu l-faqar enerġetiku u jilħqu l-SDG 7, ħaġa li tirrikjedi sforzi partikolari f'żoni rurali remoti, speċjalment f'reġjuni li mhumiex kollegati mal-grilja; ifakkar li l-politiki dwar it-tibdil fil-klima u dwar il-kummerċ għandhom ikunu ta' sostenn reċiproku fil-ksib tal-iżvilupp sostenibbli u tal-qerda tal-faqar f'konformità mal-Aġenda 2030 u mal-Ftehim ta' Pariġi; |
2. |
Jenfasizza r-relazzjoni qawwija li teżisti bejn l-enerġija u kwistjonijiet potenzjali ta' sigurtà u jqis li l-governanza tal-enerġija, filwaqt li hija diffiċli li tiġi implimentata, hija essenzjali għall-iżvilupp uman u ekonomiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
3. |
Jirrimarka li l-elettrifikazzjoni titwettaq bis-saħħa tal-appoġġ tal-awtoritajiet pubbliċi, liema appoġġ jiddependi fuq il-governanza soda tas-servizzi tad-distribuzzjoni tal-enerġija u fuq il-kapaċità tal-istati li jwettqu l-funzjonijiet sovrani tagħhom; |
4. |
Jistieden lill-UE tinkludi dimensjoni tal-ġeneru fil-politiki tagħha kollha dwar l-enerġija, b'konċentrazzjoni fuq in-nisa bi ħtiġijiet speċifiċi; |
5. |
Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni “Nagħtu Enerġija lill-Iżvilupp”, li għandha l-għan li sal-2030 tagħti aċċess għal enerġija sostenibbli lil 500 miljun ruħ addizzjonali f'pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' elementi ta' programmi bħalma huma l-ħolqien ta' Faċilità ta' Assistenza Teknika, li tagħmel użu minn esperti tal-UE biex trawwem għarfien espert tekniku f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u tippromwovi l-bini tal-kapaċità u t-trasferiment tat-teknoloġija; jenfasizza r-rwol tal-enerġija bħala element abilitanti għal bosta oqsma oħrajn, bħalma huma s-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma nadif, l-agrikoltura, kif ukoll il-konnettività tat-telekomunikazzjoni u tal-internet; jenfasizza li l-inizjattiva “Nagħtu Enerġija lill-Iżvilupp” trid tkun allinjata bis-sħiħ mal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-iżvilupp kif iddikjarati fit-Trattat ta' Lisbona; |
6. |
Iqis li, minkejja li huma qosra, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar l-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (SKŻ), kodeċiżi mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, jirrappreżentaw bażi soda għall-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp fil-qasam tal-enerġija; ifakkar li dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċentraw fuq l-aċċess għall-enerġija u jenfasizzaw l-enerġija rinnovabbli lokali u reġjonali u jiżguraw li l-persuni fqar f'reġjuni remoti jkollhom aċċess; |
7. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ElectriFi, li jipprovdi struttura flessibbli u inklussiva li tippermetti l-parteċipazzjoni ta' sħab differenti bħalma huma s-settur privat, l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-awtoritajiet lokali li jistgħu jibbenefikaw bl-istess mod taħt l-istess kundizzjonijiet ibbażati fuq is-suq, bil-qies debitu tal-ħtiġijiet u l-opportunitajiet f'kull pajjiż/reġjun speċifiku; ifakkar li l-involviment ta' sħab mis-settur privat u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali se jkun strumentali fit-tisħiħ tal-effikaċja u tas-sjieda tal-azzjonijiet implimentati; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod regolari tirrapporta fis-sit web tagħha x'progress ikun sar lejn l-ilħiq tal-mira tal-inizjattiva tagħha “Nagħtu Enerġija lill-Iżvilupp”, tispeċifika liema proporzjon mill-finanzjament totali għall-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikun mar għall-enerġija rinnovabbli, għar-reġjuni remoti, għat-taħriġ tal-persunal, għall-ħolqien ta' għarfien u ħiliet lokali u għal soluzzjonijiet lokali u mhux kollegati mal-grilja, u biex fil-qosor, iżda kemm jista' jkun b'mod preċiż, tiddeskrivi l-involviment tal-partijiet ikkonċernati differenti fl-azzjonijiet konklużi u f'dawk li jkunu għadhom għaddejja; |
9. |
Jenfasizza l-potenzjal kbir tar-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Afrika, f'dak li jirrigwarda l-produzzjoni tal-enerġja mix-xemx u mir-riħ solari u tar-riħ, biex jiżguraw aċċess għall-enerġija għal kulħadd, speċjalment f'żoni rurali; jirrimarka li l-prezz ta' tagħmir fotovoltajku għandu influwenza fundamentali fuq l-isfruttament reali tal-potenzjal tal-enerġija mix-xemx fl-Afrika; iħeġġeġ, għalhekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiffaċilitaw it-trasferiment tat-teknoloġija għall-użu ta' dan it-tagħmir f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
10. |
Jinnota li l-Afrika għandha madwar 10 % tal-potenzjal teoretiku tal-idroenerġija; ifakkar li t-tisħin globali se jaffettwa x-xejriet tal-preċipitazzjoni, u b'hekk se jirrappreżenta sfida dejjem tikber rigward l-aċċess għall-ilma u s-sigurtà tal-ikel; ifakkar ukoll li l-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi indikat li l-foqra, gruppi vulnerabbli oħra u l-ġenerazzjonijiet futuri x'aktarx se jkollhom sehem sproporzjonat tal-ispejjeż soċjali u ambjentali tal-proġetti tad-digi l-kbar, bla ma jgawdu sehem proporzjonali tal-benefiċċji ekonomiċi; itenni li digi idroelettriċi żgħar huma aktar sostenibbli u ekonomikament vijabbli minn impjanti idroelettriċi kbar; |
11. |
Jirrakkomanda li l-aġenziji tal-finanzjament (l-aġenziji ta' għajnuniet bilaterali, il-banek multilaterali tal-iżvilupp, l-Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni u l-BEI) jiżguraw li kwalunkwe għażla ta' diga li għaliha jiġi approvat finanzjament tkun skont il-linji gwida tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi; jenfasizza, b'mod partikolari, li kwalunkwe pjanifikazzjoni ta' digi għandha tiġi vvalutata skont ħames valuri: l-ekwità, l-effiċjenza, il-parteċipazzjoni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, is-sostenibbiltà u r-responsabbiltà; ifakkar, b'mod partikolari, li f'każ li proġetti jaffettwaw lill-popli indiġeni u tribali, tali proċessi jridu jsiru bil-kunsens liberu, minn qabel u informat tagħhom; |
12. |
Ifakkar li l-bijoenerġija hija sors ta' enerġija kumpless li huwa interkonness mal-agrikoltura, mal-forestrija u mal-industrija, u li jħalli impatt fuq l-ekosistemi u l-bijodiversità; jinnota, b'mod partikolari, li l-iżvilupp ta' bijomassa għall-enerġija joħloq theddidiet ġodda, jiġifieri rigward is-sigurtà tal-ikel u s-sigurtà tal-pussess tal-artijiet, id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-artijiet; ifakkar li l-impronta tal-ilma tal-bijoenerġija għandha titqies ukoll, peress li ħafna nħawi tal-Afrika diġà qed iġarrbu nuqqas ta' ilma, u li madwar terz tal-meded tal-art produttiva fl-Afrika diġà huma kklassifikati bħala artijiet niexfa; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jiġu żviluppati, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kriterji stretti u vinkolanti fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali u soċjali għall-produzzjoni tal-bijomassa sabiex l-enerġija tissodisfa l-SDG 7; |
13. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jingħata appoġġ għal stufi tat-tisjir effiċjenti ħafna u għat-tranżizzjoni għal karburanti tat-tisjir moderni sabiex ipattu għat-tnaqqis rapidu tar-riżorsi tal-injam; |
14. |
Iqis li hija inkoraġġanti l-eżistenza ta' diversi inizjattivi fil-livell internazzjonali biex jippromwovu l-aċċess għall-enerġija sostenibbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika, iżda jinsisti fuq il-bżonn li jkunu kkoordinati aħjar għal aktar effiċjenza; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jipprovdu appoġġ u assistenza teknika fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-inizjattiva Kuritur tal-Enerġija Nadifa fl-Afrika, li sal-2030 tfittex li taqdi nofs it-total tad-domanda għall-elettriku minn riżorsi nodfa, indiġeni u kosteffikaċi, u b'hekk tnaqqas l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn korpi ta' finanzjament, is-settur privat u l-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex taċċelera l-ilħiq tal-miri; jenfasizza l-ħtieġa ta' appoġġ għall-manutenzjoni b'aċċess suffiċjenti għall-forniment ta' spare parts, kif ukoll għall-preżenza ta' esperti tekniċi li jkunu mħarrġa lokalment; |
15. |
Jappoġġja l-użu ta' taħlit fejn dan jirrappreżenta l-aktar użu effiċjenti ta' fondi għall-assistenza għall-iżvilupp għat-twettiq tal-SDG 7, fejn l-enfasi tkun fuq proġetti fuq skala żgħira u fejn l-impriżi parteċipanti jkollhom l-obbligu li jipprattikaw responsabbiltà korporattiva soċjali; jitlob lil l-Kummissjoni toqgħod attenta li ma tagħtix fondi lil kwalunkwe proġett li xorta jkun vijabbli mingħajr dawn il-fondi, anke jekk investitur privat japplika għalihom; iqis li l-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp iridu jiġi segwiti wkoll f'operazzjonijiet ta' taħlit u jinnota li l-allinjament mal-pjanijiet ta' żvilupp tal-pajjiżi benefiċjarji, l-involviment wiesa' tal-partijiet interessati, it-trasparenza u r-responsabbiltà, il-koordinazzjoni u l-effiċjenza kif ukoll riżultati tanġibbli u li jistgħu jitkejlu huma importanti; |
16. |
Jitlob li s-sussidji tal-karburanti fossili jitneħħew gradwalment, u jħeġġeġ li l-fondi hekk meħlusa jiġu allokati għal politiki soċjali effiċjenti u għal azzjonijiet li jeqirdu l-faqar enerġetiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
17. |
Jenfasizza li l-unika kejl aħħari tas-suċċess tal-azzjonijiet tal-UE jkun id-daqs tal-kontribut li jagħmlu lejn il-ksib tal-aċċess universali għall-enerġija, b'emissjonijiet minimi ta' gassijiet serra, fil-qies tal-prinċipju tar-Responsabbiltà Komuni Iżda Differenzjata; |
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku. |
(1) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44.
(2) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 67.
(3) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 83.
(4) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 28.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/173 |
P8_TA(2016)0481
L-applikazzjoni tal-Proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-applikazzjoni tal-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea (2016/2011(INI))
(2018/C 224/28)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea u dwar miżuri maħsuba biex jissimplifikaw u jaċċeleraw il-litigazzjoni dwar talbiet żgħar (COM(2002)0746), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 936/2012 tal-4 ta' Ottubru 2012 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea (COM(2015)0495), |
— |
wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea dwar il-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea mwettqa mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0299/2016), |
A. |
billi l-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tagħha li jirrieżamina l-operat tal-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006; |
B. |
billi r-rapport huwa kważi sentejn tard u ma jinkludix valutazzjoni tal-impatt estiża u aġġornata għal kull Stat Membru kif meħtieġ, li tqis id-dispożizzjonijiet legali differenti fl-Istati Membri kollha u l-interoperabilità tagħhom, iżda jinkludi biss tabella statistika li mhijiex kompleta b'informazzjoni li ħafna minnha tmur lura għall-2012; billi l-Ordni ta' Ħlas Ewroprea hija proċedura fakultattiva li tista' tintuża f'każijiet transfruntiera bħala alternattiva għal ordnijiet ta' ħlas nazzjonali; |
C. |
billi din il-proċedura nħolqot biex ikun jista' jitħaffef u jiġi ffaċilitat l-irkupru ta' ammonti li jirriżultaw minn djun li huma ċerti, ta' ammont fiss u dovuti, u mhux ikkontestati mill-konvenut, b'mod li ma jinvolvix spejjeż kbar; u billi skont l-istatistika, il-proċedura tidher li qed tiffunzjona b'mod sodifaċenti fil-biċċa l-kbira, iżda l-potenzjal tagħha għadu 'l bogħod milli jiġi sfruttat kompletament, u billi skont l-istatistika, peress li prinċipalment tintuża fi Stati Membri li l-leġiżlazzjoni tagħhom tinkludi proċedura nazzjonali simili; |
D. |
billi l-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea taqa' taħt il-kategorija ta' miżuri fil-qasam ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transfruntiera u li jkunu meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern; |
E. |
billi pagamenti li jsiru tard huma kawża ewlenija ta' insolvenza, li thedded is-sopravivenza tan-negozji, b'mod partikolari dawk ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u twassal għat-telf ta' għadd konsiderevoli ta' impjiegi; |
F. |
billi għandhom jittieħdu miżuri konkreti, inkluż kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati, sabiex iċ-ċittadini, in-negozji, il-professjonisti legali u partijiet oħra rilevanti jiġu infurmati dwar id-disponibilità, it-tħaddim, l-applikazzjoni u l-vantaġġi ta' din il-proċedura; |
G. |
billi f'ċerti Stati Membri li fihom il-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea mhijiex applikata f'konformità mar-Regolament attwali, l-ordnijiet għandhom jinħarġu aktar malajr, u fi kwalunkwe każ għandha tiġi rispettata l-iskadenza ta' 30 jum stabbilita mir-Regolament, filwaqt li jitqies li l-ordnijiet jistgħu jiġu infurzati biss meta l-pretensjonijiet mhumiex ikkontestati; |
H. |
billi jeħtieġ li jitħeġġeġ l-iżvilupp tas-sistema e-Codex biex tippermetti s-sottomissjoni online tal-applikazzjonijiet, permezz ta' aktar miżuri li għandhom fil-mira l-użu aktar effiċjenti ta' din il-proċedura; |
I. |
billi aktar Stati Membri għandhom isegwu l-eżempju ta' Franza, tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru u tal-Iżvezja u jippermettu lir-rikorrenti jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom f'lingwi addizzjonali, u b'mod ġenerali jieħdu miżuri ta' appoġġ sabiex jimminizzaw il-marġni ta' żball li jirriżulta mill-użu ta' lingwa barranija; |
J. |
billi n-natura ssimplifikata tal-proċedura ma tfissirx li tista' tiġi użata b'mod ħażin biex jiġu infurzati klawżoli kuntrattwali inġusti, peress li l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 jirrikjedi li l-qorti teżamina jekk it-talba hijiex fondata, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, u b'hekk tiġi żgurata l-kompatibilità tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan is-suġġett; billi, barra minn hekk, il-partijiet rilevanti kollha għandhom jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-proċeduri; |
K. |
billi l-formoli standard jeħtieġu reviżjoni u rieżami perjodiku futur sabiex tiġi aġġornata l-lista tal-Istati Membri u l-muniti, u biex ikun hemm provvedimenti aħjar għall-ħlas ta' imgħax fuq it-talbiet, inkluż deskrizzjoni xierqa tal-imgħax li għandu jiġi rkuprat; |
L. |
billi l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tipproponi reviżjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura u r-rieżami eċċezzjonali tal-ordnijiet; |
1. |
Jilqa' t-tħaddim b'suċċess tal-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea fl-Istati Membri kollha, proċedura applikabbli fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali relatati ma' talbiet mhux ikkontestati, li l-għan prinċipali tagħha huwa li tissimplifika u tħaffef il-proċedura għar-rikonoxximent transfruntier u l-infurzar tad-drittijiet tal-kredituri fl-UE; |
2. |
Jiddeplora d-dewmien sinifikanti ta' kważi sentejn fit-tressiq tar-rapport tal-Kummissjoni li jirrieżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006; |
3. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt estiża għal kull Stat Membru fir-rapport tal-Kummissjoni, kif mitlub mill-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006; jiddeplora n-nuqqas ta' data aġġornata f'dan ir-rapport dwar is-sitwazzjoni fl-Istati Membri fir-rigward tat-tħaddim u l-implimentazzjoni tal-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni għalhekk biex tippreżenta valutazzjoni tal-impatt estiża, aġġornata u dettaljata; |
4. |
Jiddispjaċih, bl-istess mod, li l-użu tal-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea jvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri; jenfasizza f'dan ir-rigward li, minkejja l-proċedura simplifikata moderna li toffri l-leġiżlazzjoni tal-UE, id-differenzi fl-implimentazzjoni fl-Istati Membri u x-xewqa li jagħżlu leġiżlazzjoni nazzjonali aktar milli l-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea qed jonqsu milli jkabbru r-riżultati tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006, u ċ-ċittadini Ewropej għaldaqstant ma jistgħux jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f'livell transfruntier, u dan joħloq riskju ta' tnaqqis ta' fiduċja fil-leġiżlazzjoni tal-UE; |
5. |
Jirrimarka li l-membri tal-pubbliku li l-aktar li jagħmlu użu ta' spiss mill-proċedura u li huma l-aktar infurmati dwarha, jinsabu fi Stati Membri bi strumenti simili fil-livell nazzjonali; |
6. |
Iqis li jeħtieġ li jittieħdu miżuri prattiċi biex iċ-ċittadini, in-negozji, il-professjonisti legali u l-partijiet rilevanti l-oħra kollha jiġu infurmati dwar id-disponibilità, it-tħaddim, l-applikazzjoni u l-vantaġġi tal-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea f'każijiet transfruntiera; jenfasizza, barra minn hekk, li hemm bżonn ta' assistenza għall-membri tal-pubbliku, u b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, biex jitjieb l-użu, il-fehim u l-għarfien tagħhom dwar l-eżistenza ta' strumenti legali fir-rigward tal-infurzar tat-talbiet fil-livell transfruntier skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE; |
7. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'data preċiża, komprensiva u aġġornata għal skopijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni effikaċi; |
8. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistinkaw biex joħorġu ordnijiet fi żmien 30 jum, u jaċċettaw applikazzjonijiet f'lingwi barranin fejn possibbli, filwaqt li jitqies li rekwiżiti ta' traduzzjoni għandhom impatt negattiv fuq l-ispejjeż u ż-żmien tal-ipproċessar tal-proċedura; |
9. |
Jappoġġa bis-sħiħ il-ħidma li qiegħda ssir biex fil-futur issir possibbli s-sottomissjoni elettronika tal-applikazzjonijiet għal Ordni ta' Ħlas Ewropew; jistieden, għalhekk, lill-Kumissjoni f'dan ir-rigward, biex tinkoraġġixxi l-użu tal-proġett pilota e-CODEX u biex testendih għall-Istati Membri kollha, wara studju tal-Kummissjoni dwar il-fattibilità ta' applikazzjonijiet elettroniċi għal Ordnijiet ta' Ħlas Ewropej; |
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadotta forom standard aġġornati kif meħtieġ, biex tagħmel provvediment aħjar inter alia, għal deskrizzjoni xierqa tal-imgħax li għandu jitħallas fuq it-talbiet; |
11. |
Iqis li rieżami futur tar-Regolament għandu jkollu l-għan li jneħħi ċerti eċċezzjonijiet għall-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura u li jirrevedi d-dispożizzjonijiet dwar ir-rieżami ta' Ordnijiet ta' Ħlas Ewropej; |
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 283, 16.10.2012, p. 1.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 22 ta’ Novembru 2016
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/176 |
P8_TA(2016)0429
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh (2016/2115(IMM))
(2018/C 224/29)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh, imressqa fl-14 ta' April 2016 mill-Ministru tal-Ġustizzja Franċiż, b'rabta ma' inkjesta ġudizzjarja (fajl Nru 14142000183) li nfetħet fil-konfront tas-Sur Jean-François Jalkh quddiem il-Qorti Reġjonali ta' Nanterre fuq ilment b'intervent ċivili mill-assoċjazzjoni “Maison des potes – Maison de l'égalité” bl-imputazzjoni ta' inċitament pubbliku għad-diskriminazzjoni razzjali jew reliġjuża, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-8 ta' Ġunju 2016, |
— |
wara li sema' lil Jean-François Jalkh skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, kif emendat bil-Liġi Kostituzzjonali tal-4 ta' Awwissu 1995 Nru 95-880, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0318/2016), |
A. |
billi l-Prosekutur Ġenerali tal-Qorti tal-Appell ta' Versailles talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Jean-François Jalkh, b'rabta ma' azzjoni legali għal reat allegat; |
B. |
billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh hija relatata mar-reat allegat ta' inċitament għad-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, ir-razza jew ir-reliġjon bil-kelma, bil-miktub, b'immaġni jew b'kommunikazzjoni elettronika pubblika minn persuna jew persuni mhux magħrufa, liema reat huwa previst fil-liġi Franċiża, b'mod speċifiku fl-Artikolu 24(8), l-Artikolu 23(1) u l-Artikolu 42 tal-Liġi tad-29 ta' Lulju 1881 u l-Artikolu 93(3) tal-Liġi Nru 82-652 tad-29 ta' Lulju 1982, u l-pieni għal dan ir-reat huma previsti fl-Artikolu 24(8), (10), (11) u (12), tal-Liġi tad-29 ta' Lulju 1881 u mill-Artikolu 131-26(2) u (3) tal-Kodiċi Kriminali; |
C. |
billi Jean-François Jalkh ġie akkużat mill-assoċjazzjoni “Maison des potes – Maison de l'égalité” f'ilment imressaq quddiem il-Qorti Reġjonali ta' Nanterre fit-22 ta' Mejju 2014; |
D. |
billi l-ilment ikkonċerna dikjarazzjonijiet magħmula f'fuljett intitolat “Petit guide pratique de l'élu municipal Front national” (Manwal għall-kunsilliera lokali tal-Front national), ippubblikat fid-19 ta' Settembru 2013 u mtella' fuq is-sit uffiċjali tal-Federazzjoni Front national fit-30 ta' Novembru 2013, li inkoraġġixxa lill-kunsillieri muniċipali futuri tal-Front national eletti fl-elezzjonijiet tat-23 u t-30 ta' Marzu 2014 jirrakkomandaw, fl-ewwel laqgħa tal-kunsill muniċipali l-ġdid tagħhom, li l-prijorità għandha tingħata lill-persuni Franċiżi (“prijorità nazzjonali”) għal dak li jikkonċerna l-allokazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali; billi Jean-François Jalkh kien id-direttur tal-pubblikazzjoni tal-Front national u kellu kontroll editorjali fuq is-siti kollha tal-federazzjoni; |
E. |
billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-Istat; |
F. |
billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża jipprevedi li l-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jitressaq il-qorti, jiġi investigat, arrestat, detenut jew ipproċessat minħabba opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa fil-qadi ta' dmirijietu; |
G. |
billi l-portata tal-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Franċiż tikkorrispondi fil-fatt għall-portata tal-immunità mogħtija lill-Membri fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; billi l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex Membru tal-Parlament Ewropew ikun kopert bl-immunità, opinjoni trid tingħata mill-Membru fil-qadi ta' dmirijietu, u dan jimplika r-rekwiżit ta' rabta bejn l-opinjoni espressa u d-dmirijiet parlamentari; billi tali rabta għandha tkun diretta u ovvja; |
H. |
billi Jean-François Jalkh ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew meta r-reat allegat seħħ, jiġifieri fid-19 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru 2013, iżda l-materjal allegatament offensiv kien għadu disponibbli għal qari minn kwalunkwe persuna li riedet aċċess għalih fit-23 ta' Ġunju u t-2 ta' Ottubru 2014; |
I. |
billi l-akkużi ma għandhom b'mod manifest l-ebda rabta mal-pożizzjoni ta' Jean-François Jalkh bħala Membru tal-Parlament Ewropew u jikkonċernaw minflok attivitajiet ta' natura purament nazzjonali jew reġjonali, fid-dawl tal-fatt li d-dikjarazzjonijiet saru lil membri potenzjali għall-kunsilli lokali fid-dawl tal-elezzjonijiet lokali fit-23 u fit-30 ta' Marzu 2014 u jikkonċernaw il-pożizzjoni tiegħu bħala direttur tal-pubblikazzjoni tal-Front national b'kontroll editorjali fuq is-siti tal-federazzjoni; |
J. |
billi l-azzjonijiet allegati ma jirreferux għal xi opinjoni espressa jew vot mitfugħ mill-Membru tal-Parlament Ewropew fil-qadi ta' dmirijietu, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
K. |
billi ma hemmx is-suspett ta' tentattiv li jiġi ostakolat ix-xogħol parlamentari ta' Jean-François Jalkh (fumus persecutionis) f'din l-inkjesta ġudizzjarja mnedija insegwitu ta' ilment tal-assoċjazzjoni “Maison des potes – Maison de l'égalité”, imressaq qabel ma assuma l-kariga tiegħu fil-Parlament Ewropew; |
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jean-François Jalkh; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Franċiża u lil Jean-François Jalkh. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/178 |
P8_TA(2016)0430
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh (2016/2107(IMM))
(2018/C 224/30)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh, imressqa fl-14 ta' April 2016 mill-Ministru tal-Ġustizzja Franċiż b'rabta ma' inkjesta ġudizzjarja (fajl Nru 1422400530), li nfetħet fil-konfront tas-Sur Jean-François Jalkh quddiem il-Qorti tad-Distrett ta' Pariġi fuq ilment b'intervent ċivili mill-assoċjazzjoni “Bureau national de vigilance contre l'antisémitisme” (BNVCA) bl-imputazzjoni ta' inċitament pubbliku għad-dikriminazzjoni, il-mibegħda jew il-vjolenza u mħabbra fis-seduta plenarja fit-8 ta' Ġunju 2016, |
— |
wara li sema' lil Jean-François Jalkh skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, kif emendat bil-Liġi Kostituzzjonali tal-4 ta' Awwissu 1995 Nru 95-880, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0319/2016), |
A. |
billi l-Prosekutur Ġenerali tal-Qorti tal-Appell ta' Pariġi talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Jean-François Jalkh, b'rabta ma' azzjoni legali għal reat allegat; |
B. |
billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh hija relatata mar-reat allegat ta' inċitament għad-diskriminazzjoni, il-mibegħda jew il-vjolenza fil-konfront ta' persuna jew grupp ta' persuni fuq il-bażi tal-oriġini tagħhom jew is-sħubija jew in-nuqqas ta' sħubija tagħhom ma' grupp etniku, nazzjon, razza jew reliġjon partikolari, liema reat huwa previst fil-liġi Franċiża, b'mod speċifiku fl-Artikolu 24(8) u l-Artikolu 23(1) tal-Liġi tad-29 ta' Lulju 1881; |
C. |
billi Jean-François Jalkh ġie akkużat mill-assoċjazzjoni Bureau national de vigilance contre l'antisémitisme (BNVCA) f'ilment imressaq mad-Dekan tal-Imħallfin Inkwirenti f'Pariġi fit-12 ta' Awwissu 2014; |
D. |
billi l-ilment ikkonċerna dikjarazzjonijiet magħmula mis-Sur Jean-Marie Le Pen f'intervista mxandra fuq is-sit www.frontnational.com, u mbagħad fuq il-blog www.jeanmarielepen.com fis-6 ta' Ġunju 2014, meta kien qed jirreaġixxi għal meta membru tal-udjenza semma l-isem tal-kantant Patrick Bruel, li kien qal li ma setax ikanta iktar fl-ibliet li eleġġew sindki li jappartjenu għall-Front national, fejn qal: “Dan ma jissorprendinix. Isimgħu, darb'oħra ngħadduhom kollha mill-forn.”; billi Jean-François Jalkh huwa d-direttur tal-pubblikazzjoni tas-sit uffiċjali tal-Front national; |
E. |
billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri, igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament ta' dak l-Istat; |
F. |
billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża jipprevedi li l-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jitressaq il-qorti, jiġi investigat, arrestat, detenut jew ipproċessat minħabba opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa fil-qadi ta' dmirijietu; |
G. |
billi l-portata tal-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Franċiż tikkorrispondi fil-fatt għall-portata tal-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; billi l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex Membru tal-Parlament Ewropew ikun kopert bl-immunità, opinjoni għandha tiġi mogħtija mill-Membru fil-qadi ta' dmirijietu, u dan jimplika r-rekwiżit ta' rabta bejn l-opinjoni espressa u d-dmirijiet parlamentari; billi tali rabta għandha tkun diretta u ovvja; |
H. |
billi Jean-François Jalkh kien għadu ma assumiex dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew meta r-reat allegat seħħ, jiġifieri fis-6 ta' Ġunju 2014, u assuma dmirijietu fl-1 ta' Lulju 2014; |
I. |
billi l-akkużi ma għandhom b'mod manifest l-ebda rabta mal-pożizzjoni ta' Jean-François Jalkh bħala Membru tal-Parlament Ewropew u jikkonċernaw minflok attivitajiet ta' natura purament nazzjonali jew reġjonali, fid-dawl tal-fatt li d-dikjarazzjonijiet kellhom x'jaqsmu mal-elezzjonijiet lokali fi Franza li saru fit-23 u fit-30 ta' Marzu 2014 u mal-pożizzjoni tiegħu bħala direttur tal-pubblikazzjoni tal-Front national b'kontroll editorjali fuq is-siti tal-federazzjoni; |
J. |
billi l-azzjonijiet allegati ma jirreferux għal xi opinjoni espressa jew vot mitfugħ mill-Membru tal-Parlament Ewropew fil-qadi ta' dmirijietu, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
K. |
billi ma hemmx is-suspett ta' tentattiv li jiġi ostakolat ix-xogħol parlamentari ta' Jean-François Jalkh (fumus persecutionis) f'din l-inkjesta ġudizzjarja mnedija insegwitu ta' ilment tal-assoċjazzjoni “Bureau national de vigilance contre l'antisémitisme (BNVCA)”; |
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jean-François Jalkh; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża u lil Jean-François Jalkh. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 22 ta’ Novembru 2016
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/180 |
P8_TA(2016)0428
Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn l-Ukrajna u l-Europol *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn l-Ukrajna u l-Europol (10345/2016 – C8-0267/2016 – 2016/0811(CNS))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 224/31)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10345/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0267/2016), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni klassifikata (2), b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0342/2016), |
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta, wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar l-Europol (4), id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' kooperazzjoni; u jitlobha wkoll tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' dik il-valutazzjoni u, jekk ikun xieraq, tressaq rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni li jinfetaħ rinegozjar internazzjonali tal-ftehim; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(2) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.
(3) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/182 |
P8_TA(2016)0431
Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxipjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (11309/1/2016 – C8-0403/2016 – 2012/0236(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2018/C 224/32)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11309/1/2016 – C8-0403/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0498), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0325/2016), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 125.
(2) ĠU C 65, 19.2.2016, p. 193.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/183 |
P8_TA(2016)0432
Aċċess tal-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess tal-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (COM(2016)0452 – C8-0333/2016 – 2016/0209(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2018/C 224/33)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0452), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0333/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0326/2016), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa - 1 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3c (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 4d (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 4e (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 4f (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 2 – paragrafu 1
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
||
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-taxxi kollha ta' kwalunkwe tip intaxxati minn jew f'isem Stat Membru jew is-suddiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali. |
|
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 22 – paragrafu 1a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1a) Għall-finijiet tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet tal-Istati Membri li jagħtu effett lil din id-Direttiva, u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-kooperazzjoni amministrattiva li din tistabbilixxi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu bil-liġi l-aċċess minn awtoritajiet tat-taxxa għall-mekkaniżmi , il-proċeduri, id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 13, 30, 31, 32a u 40 tad-Direttiva 2015/849/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). |
1a . Għall-finijiet tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet tal-Istati Membri li jagħtu effett lil din id-Direttiva, u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-kooperazzjoni amministrattiva li din tistabbilixxi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu bil-liġi l-aċċess tal-awtoritajiet tat-taxxa għar-reġistri ċentrali, il-mekkaniżmi , il-proċeduri, id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-artikoli 7, 13, 18, 18a, 19, 27, 30, 31, 32a, 40, 44 u 48 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). Tali aċċess għandu jkun ir-riżultat ta' skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu wkoll l-aċċess għal dik l-informazzjoni billi jinkluduha f'reġistru pubbliku ċentralizzat ta' kumpaniji, fondi fiduċjarji u strutturi oħra li n-natura jew l-iskop tagħhom ikunu simili jew ekwivalenti. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 22 – paragrafu 1b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016 , il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet. |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017 , il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2017 . |
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2018. |
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).
(1a) COM(2016)0451.
(*1) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(*2) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
L-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2016
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/193 |
P8_TA(2016)0438
Emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE (COM(2013)0920 – C7-0004/2014 – 2013/0443(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 224/34)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0920), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0004/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Lulju 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Ottubru 2014 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Ġunju 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0249/2015), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 451, 16.12.2014, p. 134.
(2) ĠU C 415, 20.11.2014, p. 23.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-28 ta' Ottubru 2015 (Testi adottati, P8_TA(2015)0381).
P8_TC1-COD(2013)0443
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Novembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2016/2284.)
Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2016
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/194 |
P8_TA(2016)0447
Assistenza makrofinanzjarja lill-Ġordan ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-proposta għal deċizjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2016)0431 – C8-0242/2016 – 2016/0197(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 224/35)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0431), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0242/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja (1), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Novembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0296/2016), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 218, 14.8.2013, p. 15.
P8_TC1-COD(2016)0197
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta’ Novembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni (UE) 2016/2371.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
Fid-dawl tal-isfidi fiskali u ċ-ċirkustanzi straordinarji li qiegħed jiffaċċja l-Ġordan minħabba li qiegħed jospita iktar minn 1,3 miljun Sirjan, il-Kummissjoni ser, fl-2017, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta ġdida sabiex testendi u żżid l-AMF lill-Ġordan, malli titlesta b'suċċess it-tieni AMF u dment li jkunu ssodisfati l-prekundizzjonijiet tas-soltu għal dan it-tip ta’ assistenza, inkluża valutazzjoni aġġornata mill-Kummissjoni tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-Ġordan. Din l-għajnuna kritika għall-Ġordan tgħin lill-pajjiż iżomm l-istabbiltà makroekonomika filwaqt li jżomm ukoll il-gwadanji fl-iżvilupp u jkompli bl-aġenda tar-riforma tal-pajjiż.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/196 |
P8_TA(2016)0448
L-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (riformulazzjoni). (COM(2014)0167 – C7-0112/2014 – 2014/0091(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
(2018/C 224/36)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0167), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53 u 62 u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0112/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Olanda, fejn jiddikjaraw li l-abozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipji ta' sussidjarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid tal-atti legali (2), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-4 ta’ Settembru 2014 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Ġunju 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0011/2016), |
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 451, 16.12.2014, p. 109.
P8_TC1-COD(2014)0091
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Novembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (riformulazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2016/2341.)
Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2016
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/198 |
P8_TA(2016)0457
Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fir-rigward ta' merkanzija li tkun telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fir-rigward ta' merkanzija li tkun telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru (COM(2016)0477 – C8-0328/2016 – 2016/0229(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 224/37)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0477), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0328/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0329/2016), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0229
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta' Diċembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fir-rigward ta’ merkanzija li tkun telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru
(Ġaladarba ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament tikkorrispondi għall-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2016/2339.)
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/199 |
P8_TA(2016)0458
Data ta’ applikazzjoni: Dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (COM(2016)0709 – C8-0457/2016 – 2016/0355(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 224/38)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0709), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0457/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet għas-sodisfar tar-rekwiżiti biex jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (C(2016)03999 – 2016/2816(DEA)), u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tagħha (1), |
— |
wara li kkonsulta l-Bank Ċentrali Ewropew, |
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Novembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0356/2016), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0347.
P8_TC1-COD(2016)0355
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta’ Diċembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni għal dak li jirrigwarda d-data ta’ applikazzjoni tiegħu
(Ġaladarba ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament tikkorrispondi għall-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2016/2340.)
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/201 |
P8_TA(2016)0459
Ftehim UE-Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12092/2015 – C8-0253/2016 – 2015/0200(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 224/39)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12092/2015), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12091/2015), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0253/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Arikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0334/2016), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta’ Kiribati. |
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/202 |
P8_TA(2016)0460
Ftehim UE-Gżejjer Solomon dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09785/2016 – C8-0422/2016 – 2016/0096(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 224/40)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (09785/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09783/2016), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0422/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0336/2016), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Solomon. |
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/203 |
P8_TA(2016)0461
Ftehim UE-Mikroneżja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u l-Istati Federali tal-Mikroneżja, min-naħa l-oħra, dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09780/2016 – C8-0388/2016 – 2016/0098(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 224/41)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09780/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09779/2016), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0388/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0337/2016), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Federali tal-Mikroneżja. |
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/204 |
P8_TA(2016)0462
Ftehim UE-Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09764/2016– C8-0268/2016 – 2016/0100(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 224/42)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09764/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09760/2016), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0268/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0333/2016), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' Tuvalu. |
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/205 |
P8_TA(2016)0463
Ftehim UE-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09775/2016 – C8-0252/2016 – 2016/0103(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 224/43)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09775/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09774/2016), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0252/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0335/2016), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Gżejjer Marshall. |
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/206 |
P8_TA(2016)0465
Ftehim US-UE dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta ma' reati kriminali ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali (08523/2016 – C8-0329/2016 – 2016/0126(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 224/44)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08523/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali (08557/2016), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 16 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0329/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0354/2016), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka. |
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/207 |
P8_TA(2016)0466
Ftehim ta' Sħubija Ekonomika Interim UE-Ghana ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (12396/2016 – C8-0406/2016 – 2008/0137(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 224/45)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12396/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (12130/2008), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 209(2), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0406/2016), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0328/2016), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ghana. |
(1) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 112.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/208 |
P8_TA(2016)0467
Mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza fl-2016
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016 (COM(2016)0624 – C8-0399/2016 – 2016/2256(BUD))
(2018/C 224/46)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0624 – C8-0399/2016), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, propost mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2016 (COM(2016)0623), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016 adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Novembru 2016 (13583/2016 – C8-0459/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, adottata fl-1 ta' Diċembru 2016 (4), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0347/2016), |
A. |
billi l-Kummissjoni pproponiet, mal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, li jiġi mmobilizzat ammont ta' EUR 240,1 miljun mill-Marġni ta' Kontinġenza għall-2016 sabiex jikkomplementa l-approprjazzjonijiet ta' impenn relatati man-nefqa fl-intestatura 3 'Sigurtà u ċittadinanza' fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016; |
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0468.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016
(It-test f’dan l-anness mhux riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2017/339.)
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/210 |
P8_TA(2016)0468
Abbozz ta' baġit Emendatorju Nru 4/2016: Aġġornament tal-approprjazzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-aħħar żviluppi dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni u siġurtà, u tnaqqis ta' approprjazzonijiet ta' pagamenti u impenn
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Aġġornament tal-approprjazzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-aħħar żviluppi dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni u sigurtà, tnaqqis ta' approprjazzonijiet ta' pagamenti u impenn bħala riżultat tat-Trasferiment Globali, l-estensjoni tal-FEIS, modifikazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-persunal tal-Frontex u aġġornament tal-approprazzjonijiet ta' dħul (Riżorsi proprji) (13583/2016 – C8-0459/2016 – 2016/2257(BUD))
(2018/C 224/47)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2016 (COM(2016)0623), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016 adottata mill-Kunsill fit-8 ta’ Novembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess jum (13583/2016 – C8-0459/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0350/2016), |
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016 (ABE 4/2016) inaqqas il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 7 284,3 miljuni, l-aktar fil-linji baġitarji taħt is-subintestatura 1b Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u għalhekk inaqqas kif xieraq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali; |
B. |
billi l-ABE 4/2016 iżid il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza b'EUR 50 miljun għall-istrument ta' appoġġ ta' emerġenza fi ħdan l-Unjoni, EUR 130 miljun għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), u EUR 70 miljun għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), u b'hekk tkun meħtieġa l-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għal ammont totali ta' EUR 240,1 miljun, wara li titqies riallokazzjoni ta' EUR 9,9 miljun; |
C. |
billi l-ABE 4/2016 jikkonċentra fil-bidu l-proviżjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) b'riallokazzjoni ta' EUR 73,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn mir-riżerva għall-enerġija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF-Enerġija), li trid tiġi kkumpensata fl-2018; |
D. |
billi l-ABE 4/2016 jemenda l-pjan ta' stabbiliment tal-Frontex, fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
E. |
billi, bi tnaqqis ta' EUR 14,7 miljun fuq diversi linji baġitarji taħt l-intestatura 2 Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali, l-impatt nett tal-ABE 4/2016 mil-lat ta' nfiq tal-baġit 2016 huwa żieda ta' EUR 225,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn; |
F. |
billi mil-lat ta' dħul, l-ABE 4/2016 jinkludi wkoll aġġustamenti marbuta mar-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor) u l-bażijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u l-introjtu nazzjonali gross (ING), u l-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit u l-finanzjament tagħhom; |
1. |
Jesprimi tħassib serju dwar l-eċċess fil-pagamenti ta' EUR 7 284,3 miljun, li huwa r-riżultat ta' dewmien kbir fl-implimentazzjoni ta' programmi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża u jwitti t-triq għal akkumulazzjoni importanti fit-talbiet għal pagament lejn tmiem il-QFP attwali; ifakkar fil-konklużjoni tal-Kummissjoni li, skont dan it-tbassir preżenti, il-ħtiġijiet aġġornati tal-pagamenti sal-2020 jistgħu jiġu akkomodati bil-limiti massimi attwali biss jekk il-Marġni Globali għall-Pagamenti jintuża totalment (u, bħala miżura ta' prekawzjoni, jitneħħew il-limiti annwali tiegħu) u jekk il-pagamenti għal strumenti speċjali jingħaddu lil hinn mil-limiti massimi; jitlob, għalhekk, li din il-kwistjoni tiġi solvuta b'mod definittiv u inekwivokabbli bħala parti mir-reviżjoni tal-QFP; |
2. |
Jaqbel mat-tisħiħ fl-intestatura 3 permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, kif ukoll mal-konċentrazzjoni fil-bidu tat-tisħiħ tal-pjan ta' stabbiliment tal-Frontex; jilqa' b'mod partikolari r-riforniment parzjali tal-AMIF, iżda jinsab imħasseb dwar il-fatt li, minkejja rata għolja ta' eżekuzzjoni baġitarja bbażata fuq il-programmi nazzjonali tal-Istati Membri, sa issa saru biss ftit rilokazzjonijiet ta' rifuġjati; |
3. |
Jaqbel li jkun hemm konċentrazzjoni fil-bidu għall-FEIS, bil-kundizzjoni li r-riallokazzjoni mis-CEF tiġi kkumpensata kif xieraq fl-2018; jiċċara li din il-konċentrazzjoni fil-bidu ma tantiċipax l-aħħar pjan ta' finanzjament tal-proposta l-ġdida għal estensjoni tal-FEIS, li għandu jiġi deċiż f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; |
4. |
Jinnota bi tħassib it-tnaqqis mistenni fid-dħul, stmat għal EUR 1,8 biljun, minħabba d-deprezzament tal-isterlina fil-konfront tal-euro; jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża d-dħul minn multi addizzjonali sabiex tkopri dan in-nuqqas; |
5. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2016; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 4/2016 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/213 |
P8_TA(2016)0469
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016: Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji 2014/335/UE, Euratom wara l-għeluq tal-proċess ta' ratifika u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-1 ta' Ottubru 2016 (13584/2016 – C8-0462/2016 – 2016/2258(BUD))
(2018/C 224/48)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016, adottat mill-Kummissjoni fis-7 ta' Ottubru 2016 (COM(2016)0660), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Novembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament fl-istess jum (13584/2016 – C8-0462/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0348/2016), |
A. |
billi l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 jirriżulta mit-tlestija tal-proċess ta' ratifika u ta' dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, li tinkludi bidliet limitati bħat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, rata ġdida mnaqqsa ta' ġbir tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT għal xi Stati Membri, u tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom ibbażati fuq l-ING għal xi Stati Membri; |
B. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 hu intiż biex jinkorpora fin-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni tal-2016 l-impatt tal-aġġustamenti għar-riżorsi proprji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, b'effett retroattiv għas-snin finanzjarji 2014, 2015 u 2016; |
C. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 iwassal, għalhekk, għall-modifika tal-kontribuzzjonijiet individwali tal-Istati Membri kollha, iżda la jolqot id-dħul kumplessiv u lanqas in-naħa tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni; |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 5/2016 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/215 |
P8_TA(2016)0470
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tingħata assistenza lill-Ġermanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdu assistenza lil Ġermanja (COM(2016)0681 – C8-0423/2016 – 2016/2267(BUD))
(2018/C 224/49)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0681 – C8-0423/2016), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0352/2016), |
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja
(It-test f’dan l-anness mhux riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2017/340.)
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/217 |
P8_TA(2016)0471
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2016 li jakkumpanja l-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tingħata assistenza lill-Ġermanja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja (13852/2016 – C8-0473/2016 – 2016/2268(BUD))
(2018/C 224/50)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3) (ir-Regolament QFP), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdu assistenza lil Ġermanja, adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta' Ottubru 2016 (COM(2016)0681), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2016, adottat mill-Kummissjoni fid-19 ta' Ottubru 2016 (COM(2016)0680), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2016 adottata mill-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament fl-istess jum (13852/2016 – C8-0473/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0349/2016), |
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2016 ikopri l-mobilizzazzjoni proposta tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għargħar li seħħ fil-Ġermanja f'Mejju u Ġunju 2016; |
B. |
billi għaldaqstant il-Kummissjoni qed tipproponi li temenda l-baġit 2016 u żżid l-artikolu baġitarju 13 06 01 “Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija” b'EUR 31 475 125 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn u kemm f'approprjazzjonijiet ta' pagament; |
C. |
billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa strument speċjali skont id-definizzjoni fir-Regolament dwar il-QFP u l-approprazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti se jiġu bbaġitjati oltre l-limiti massimi tal-QFP; |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2016; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 6/2016 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/219 |
P8_TA(2016)0472
Mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017 (COM(2016)0678 – C8-0420/2016 – 2016/2118(BUD))
(2018/C 224/51)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0678 – C8-0420/2016), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0300), kif emendat mill-Ittra emendatorja Nru 1/2017 (COM(2016)0679), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Settembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2016 (11900/2016 – C8-0373/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2017 (3), |
— |
wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fis-17 ta' Novembru 2016 (14635/2016 – C8-0470/2016), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0346/2016), |
A. |
billi wara li eżamina l-possibbiltajiet kollha għal finanzjament ta' ħtiġijiet ta' impenn addizzjonali u mhux previsti, il-Kummissjoni, fl-Abbozz ta' Baġit tagħha, proponiet li timmobilizza l-Marġni ta' Kontinġenza għal ammont ta' EUR 1 164,4 miljun sabiex tikkomplementa l-approprjazzjonijiet ta' impenn marbutin man-nefqa fl-intestatura 3 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, oltre l-limiti massimi ta' impenn ta' EUR 2 578 miljun fil-prezzijiet attwali; |
B. |
billi aktarx li jinqalgħu ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali fl-2017, fir-rigward tal-kriżijiet tas-sigurtà interna u tal-isfidi attwali umanitarji, migratorji u tar-rifuġjati; jirrikonoxxi li dawn il-ħtiġijiet jistgħu jaqbżu b'mod sinifikanti l-finanzjament disponibbli taħt l-intestatura 3; ifakkar li ma għad hemm l-ebda marġni disponibbli taħt il-limitu massimu tal-intestatura 3; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tiċċara jekk u kif il-fondi addizzjonali jistgħu jiġu mobilizzati permezz tal-Marġni ta' Kontinġenza bħala reazzjoni għall-ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali possibbli għall-intestatura 3 matul l-2017; |
C. |
billi l-Kummissjoni rrevediet din il-proposta għal mobilizzazzjoni fil-qafas tal-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 sabiex tkopri wkoll in-nefqa taħt l-intestatura 4; |
D. |
billi l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li ltaqa' għall-baġit 2016 qabel mal-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza f'livell ta' EUR 1 906,2 miljun għall-intestatura 3 u għall-intestatura 4 u li jkun hemm kumpens ta' EUR 575,0 miljun għall-marġni mhux allokat taħt l-intestatura 2 Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali fl-2016, EUR 507,3 miljun fl-2017, EUR 570,0 miljun fl-2018 u EUR 253,9 miljun fl-2019 għall-marġni mhux allokat taħt l-intestatura 5 Amministrazzjoni; |
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0411.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017
(It-test f’dan l-anness mhux riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2017/344.)
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/222 |
P8_TA(2016)0473
Il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2016)0313 – C8-0246/2016 – 2016/2120(BUD))
(2018/C 224/52)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0313 – C8-0246/2016), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, li l-Kummissjoni adottat fit-18 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0300), kif emendat bl-Ittra emendatorja Nru 1/2017 (COM(2016)0679), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Settembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2016 (11900/2016 – C8-0373/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2017 (4), |
— |
wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fis-17 ta' Novembru 2016 (14635/2016 – C8-0470/2016), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0351/2016), |
A. |
billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonjiet ta' impenn fl-ambitu tal-intestatura 3, jidher li hija meħtieġa l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-approprjazzjonijiet ta' impenn; |
B. |
billi l-Kummissjoni kienet ipproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità b'ammont ta' EUR 530 miljun lil hinn mil-limitu massimu tal-intestura 3, biex tikkomplementa l-finanzjament previst fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, bl-għan li tiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà; |
C. |
billi b'hekk l-ammont totali tal-Istrument ta' Flessibilità għas-sena finanzjarja 2017 intuża kompletament; |
1. |
Jinnota li l-limiti massimi għall-2017 għall-intestatura 3 ma jippermettux il-finanzjament xieraq ta' miżuri urġenti fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà; |
2. |
Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibilità jiġi mmobilizzat għal ammont ta' EUR 530 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn; |
3. |
Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet korrispondenti ta' pagament ta' EUR 238,3 miljun fl-2017, EUR 91 miljun fl-2018, EUR 141,9 miljun fl-2019 u EUR 58,8 miljun fl-2020; |
4. |
Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra n-neċessità assoluta ta' aktar flessibilità għall-baġit tal-Unjoni, u jtenni l-pożizzjoni espressa fil-qafas tar-rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP li l-ammont annwali tal-Istrument ta' Flessibilità jiżdied għal EUR 2 biljun; |
5. |
Itenni l-opinjoni tiegħu li ilha stabbilita li, mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mobilizzati għal intestaturi baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibilità mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement mobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibilità jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi; |
6. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0411.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà
(It-test f’dan l-anness mhux riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2017/342.)
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/225 |
P8_TA(2016)0474
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit għall-2017
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017 (COM(2016)0312 – C8-0245/2016 – 2016/2119(BUD))
(2018/C 224/53)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0312 – C8-0245/2016), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tat-trilogu tas-17 ta’ Novembru 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0323/2016), |
A. |
billi, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), tqiegħed għad-dispożizzjoni ammont ta' EUR 50 000 000 biex il-pagamenti bil-quddiem jitħallsu permezz ta' approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni, |
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 143).
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017
(It-test f’dan l-anness mhux riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2017/343.)
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/227 |
P8_TA(2016)0475
Proċedura baġitarja 2017: test konġunt
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14635/2016 – C8-0470/2016 – 2016/2047(BUD))
(2018/C 224/54)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14635/2016 – C8-0470/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0300), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Settembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2016 (11900/2016 – C8-0373/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 għall-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ottubru 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (1) u l-emendi baġitarji li tinkludi, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 90 u l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A8-0353/2016), |
1. |
Japprova t-test konġunt maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li jikkonsisti mid-dokumenti li ġejjin meħuda flimkien:
|
2. |
Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jinnota li l-livell ta' persunal tal-Parlament kien wieħed mill-kwistjonijiet ewlenin ta' din il-konċiljazzjoni; ifakkar li skont il-Ftehim bejn Ġentlomi, kull fergħa tal-awtorità baġitarja għandha kompetenza esklużiva għall-parti tagħha mill-baġit, ifakkar ukoll id-deċiżjoni politika tiegħu li jeżenta l-gruppi politiċi mill-mira ta' tnaqqis tal-persunal b'5 %, kif enfasizzat fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-baġits tal-2014, 2015, 2016 u 2017; se jevalwa l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet baġitarji fuq il-funzjonament tal-istituzzjoni; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2016)0411.
(2) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
ANNESS
17.11.2016
FINALI
Baġit 2017 – Elementi għal konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
1. |
Baġit 2017 |
2. |
Baġit 2016 – Abbozzi ta' Baġit Emendatorji 4, 5 u 6/2016 |
3. |
Dikjarazzjonijiet konġunti |
Ħarsa ġenerali
|
A. Baġit 2017 Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
|
|
B. Baġit 2016 Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
|
1. Baġit 2017
1.1. Linji “magħluqa”
Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha li ma ġewx emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.8 ta' hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' karigi għall-aġenziji deċentralizzati huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 bl-eċċezzjoni ta':
— |
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL, artikolu baġitarju 18 02 04) li għalih ġew allokati 10 karigi addizzjonali, b'ammont addizzjonali ta' EUR 675 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. |
— |
L-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (EUROJUST, artikolu baġitarju 33 03 04) li għaliha ġew allokati 10 karigi addizzjonali, b'ammont addizzjonali ta' EUR 675 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. |
— |
L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, artikolu baġitarju 12 02 04) li għaliha ġie mnaqqas l-ammont ta' EUR 500 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. |
— |
L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO, artikolu baġitarju 18 03 02) li għalih ġie miżjud l-ammont ta' EUR 3 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. |
— |
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA, linja baġitarja 17 03 12 01) li għaliha ġie mnaqqas l-ammont ta' EUR 8 350 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. |
Aġenziji Eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' karigi għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2017.
Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji
Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 78 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 76,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament flimkien mal-azzjoni preparatorja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2017.
Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hija koperta b'bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.
Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tal-infiq tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:
Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi
L-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-linji baġitarji li ġejjin huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2017, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017:
F'EUR |
||||
Linja baġitarja |
Isem |
AB 2017 |
Baġit 2017 |
Differenza |
02 02 02 |
Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn |
167 030 000 |
217 030 000 |
50 000 000 |
06 02 01 03 |
Ottimizzar tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni bejn il-mezzi tat-trasport u t-titjib tal-interoperabbiltà |
360 321 493 |
410 321 493 |
50 000 000 |
08 02 01 01 |
Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fl-ERC –– Kunsill Ewropew tar-Riċerka |
1 736 471 644 |
1 753 136 644 |
16 665 000 |
08 02 04 |
Tixrid tal-eċċellenza u firxa tal-parteċipazzjoni |
123 492 850 |
140 157 850 |
16 665 000 |
09 04 02 01 |
Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
779 380 777 |
796 050 777 |
16 670 000 |
15 02 01 01 |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol |
1 701 963 700 |
1 725 463 700 |
23 500 000 |
15 02 01 02 |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea |
201 400 000 |
227 900 000 |
26 500 000 |
|
Total |
|
|
200 000 000 (1) |
Il-Kunsill u l-Parlament jikkonfermaw li ż-żidiet maqbula fl-intestatura 1a bħala parti mill-baġit 2017 jirrispettaw bis-sħiħ il-ftehimiet preċedenti, u huma mingħajr preġudizzju għall-proċeduri leġiżlattivi li għaddejjin bħalissa.
L-approprjazzjonijiet ta' impenn l-oħra kollha tal-intestatura 1a huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017, li jintegraw l-aġġustamenti maqbula fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u inklużi fit-tabella ta' hawn taħt. Inħoloq artikolu baġitarju speċifiku għall-“Avvenimenti speċjali” kif previst fil-qari tal-Parlament.
F'EUR |
||||
Linja baġitarja |
Isem |
AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017) |
Baġit 2017 |
Differenza |
32 02 01 01 |
Integrazzjoni ulterjuri tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà transfruntiera tan-netwerks tal-elettriku u tal-gass |
217 403 954 |
206 508 927 |
-10 895 027 |
32 02 01 02 |
Tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni |
217 403 954 |
207 441 809 |
-9 962 145 |
32 02 01 03 |
Il-kontribut għall-iżvilupp sostenibbli u l-ħarsien tal-ambjent |
217 404 002 |
206 509 070 |
-10 894 932 |
32 02 01 04 |
Ħolqien ta' ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti enerġetiċi |
85 227 000 |
77 291 975 |
-7 935 025 |
15 02 10 |
Avvenimenti annwali speċjali |
|
6 000 000 |
6 000 000 |
04 03 02 01 |
PROGRESS — Sostenn tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u soċjali tal-Unjoni kif ukoll tal-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol |
60 000 000 |
65 000 000 |
5 000 000 |
04 03 02 02 |
EURES — Promozzjoni tal-mobbiltà ġeografika volontarja tal-ħaddiema u t-tisħiħ tal-opportunitajiet ta' impjieg |
22 578 000 |
23 578 000 |
1 000 000 |
|
Total |
|
|
-27 687 129 |
B'konsegwenza, u wara li jitqiesu l-aġenziji, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 21 312,2 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 51,9 miljun taħt il-limitu massimu ta' nfiq tal-intestatura 1a u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 1 439,1 miljun.
Intestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit 2017.
Meta jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul tal-impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 53 586,6 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 0,4 miljun taħt il-limitu massimu ta' nfiq tal-intestatura 1b.
Intestatura 2 – Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2017, inkluż it-tnaqqis addizzjonali ta' EUR 325,0 miljun li ġej minn dħul assenjat miżjud għall-FAEG kif imħabbar mill-Kummissjoni fis-7 ta' Novembru 2016. B'konsegwenza ta' dan, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar dan li ġej:
F'EUR |
||||
Linja baġitarja |
Isem |
AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017) |
Baġit 2017 |
Differenza |
05 03 01 10 |
Skema ta' pagamenti bażiċi (BPS) |
15 621 000 000 |
15 296 000 000 |
- 325 000 000 |
Meta jitqiesu l-aġenziji, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 58 584,4 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 1 031,6 miljun taħt il-limitu massimu ta' nfiq għall-intestatura 2, peress li l-ammont ta' EUR 575,0 miljun qiegħed jintuża biex jikkumpensa l-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' Kontinġenza.
Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
F'EUR |
||||
Linja baġitarja |
Isem |
AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017) |
Baġit 2017 |
Differenza |
09 05 05 |
Azzjonijiet ta' Multimedia |
19 573 000 |
22 573 000 |
3 000 000 |
15 04 02 |
Sottoprogramm kulturali — Sostenn ta' azzjonijiet transfruntiera u l-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali |
54 350 000 |
55 350 000 |
1 000 000 |
|
Total |
|
|
4 000 000 |
Il-kumment baġitarju tal-artikolu 09 05 05 se jiġi modifikat biż-żieda ta' din is-sentenza: “Fejn xieraq, il-proċeduri ta' akkwist u ta' għoti jistgħu jinkludu l-konklużjoni ta' sħubiji ta' qafas, bl-għan li jiġi promoss qafas finanzjarju stabbli għan-netwerks pan-Ewropej iffinanzjati taħt din l-approprjazzjoni.”
Il-kumment baġitarju tal-artikolu 15 04 02 se jiġi modifikat biż-żieda ta' din is-sentenza: “Din l-approprjazzjoni tista' tiffinanzja wkoll it-tħejjija tas-Sena Ewropea għall-Patrimonju Kulturali.”
B'konsegwenza ta' dan, u wara li jitqiesu l-aġenziji, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 4 284,0 miljun, mingħajr ebda marġni taħt il-limitu massimu ta' nfiq tal-intestatura 3, il-mobilizzazzjoni ta' EUR 530 miljun permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà u l-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza għall-ammont ta' EUR 1 176,0 miljun.
Intestatura 4 – Ewropa Globali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
F'EUR |
||||
Linja baġitarja |
Isem |
AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017) |
Baġit 2017 |
Differenza |
01 03 02 |
Assistenza makrofinanzjarja |
30 828 000 |
45 828 000 |
15 000 000 |
01 03 08 |
Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija EFSD |
275 000 000 |
p.m. |
- 275 000 000 |
13 07 01 |
Sostenn finanzjarju għat-tħeġġiġ tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka |
31 836 240 |
34 836 240 |
3 000 000 |
19 03 01 05 |
Miżuri ta' emerġenza |
69 480 000 |
62 850 000 |
-6 630 000 |
21 02 07 05 |
Migrazzjoni u asil |
448 273 912 |
404 973 912 |
-43 300 000 |
22 04 01 04 |
Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA) |
282 219 939 |
310 100 000 |
27 880 061 |
22 04 01 03 |
Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kunflitti |
340 360 500 |
332 480 439 |
-7 880 061 |
22 04 02 02 |
Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli |
313 825 583 |
322 125 583 |
8 300 000 |
|
Total |
|
|
- 278 630 000 |
Madankollu, għall-partita baġitarja 19 03 01 07 Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea (EUSRs) l-approprjazzjonijiet huma stabbiliti fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit 2017.
B'konsegwenza ta' dan, u wara li jitqiesu l-aġenziji, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 10 162,1 miljun, mingħajr ebda marġni taħt il-limitu massimu ta' nfiq tal-intestatura 4 u l-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza għall-ammont ta' EUR 1 730,1 miljun.
Intestatura 5 – Amministrazzjoni
L-għadd ta' karigi fl-organigrammi tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
— |
Il-qari tal-Parlament huwa approvat bl-eċċezzjoni li ż-żieda ta' 76 kariga għall-gruppi politiċi hija kkumpensata kompletament bit-tnaqqis kumpensatorju ta' karigi fl-organigramma tal-amministrazzjoni tal-Parlament, b'mod newtrali mil-lat baġitarju. Barra minn hekk, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li fil-Baġit 2017 jiġi integrat l-impatt tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li huwa applikabbli mill-1 ta' Lulju 2016 (EUR 8 717 000). |
— |
Il-qari tal-Kunsill huwa approvat bl-integrazzjoni fil-Baġit 2017 tal-impatt tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li huwa applikabbli mill-1 ta' Lulju 2016 (EUR 3 301 000). |
— |
It-tnaqqis għall-Qorti tal-Awdituri meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit 2017 li huwa nkluż fil-qari tal-Parlament, huwa approvat. |
— |
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li għalih ammont ta' EUR 560 250 (partita baġitarja 1200) ġie allokat għal-linja dwar l-aġenti kuntrattwali filwaqt li l-istess ammont ġie mnaqqas mill-partita baġitarja 3003 (Bini u nefqiet relatati). Il-kumment baġitarju għall-partita baġitarja 1200 se jiġi modifikat biż-żieda ta' din is-sentenza: “Dawn l-approprjazzjonijiet ikopru wkoll l-ispejjeż tal-aġenti kuntrattwali involuti fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni strateġika”. Barra minn hekk, il-linji baġitarji li ġejjin fit-taqsima tas-SEAE huma aġġustati biex jitneħħa t-trasferiment tar-rwol doppju tal-EUSRs kif propost fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017. |
F'EUR |
||
Linja baġitarja |
Isem |
Differenza |
3001 |
Persunal estern u servizzi minn barra |
-3 645 000 |
3002 |
Nefqa oħra marbuta mal-persunal |
-1 980 000 |
3003 |
Bini u nefqiet relatati |
-3 636 000 |
3004 |
Nefqa amministrattiva oħra |
- 815 000 |
|
Total |
-10 076 000 |
B'konsegwenza ta' dan, wara li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 9 394,5 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 16,2 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, wara l-użu tal-ammont ta' EUR 507,3 miljun tal-marġni biex jikkumpensa l-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' Kontinġenza.
L-istrumenti speċjali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-istrumenti speċjali huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2017, għajr ir-riżerva għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (artikolu baġitarju 40 02 44) li tneħħiet.
Kumpens għall-marġni ta' Kontinġenza fl-2018 u fl-2019
L-użu totali tal-marġni ta' Kontinġenza fl-2017 jammonta għal EUR 1 176,0 miljun għall-intestatura 3 u EUR 730,1 miljun għall-intestatura 4 għal ammont totali ta' EUR 1 906,2 miljun. Il-kumpens sar għal ammont ta' EUR 575,0 miljun mill-marġni mhux allokata taħt l-intestatura 2 fl-2017, u għal ammonti ta' EUR 507,3 miljun fl-2017, EUR 570,0 miljun fl-2018 u EUR 253,9 miljun fl-2019 mill-marġnijiet mhux allokati taħt l-intestatura 5. Id-deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' kontinġenza għall-2017 adottata flimkien mal-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 se tiġi aġġustata skont dan.
1.4. Approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-Baġit 2017 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
1. |
L-ewwelnett, qiegħed jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi t-tnaqqis għan-nefqa agrikola b'EUR 325 miljun u l-aġġustamenti għan-nefqa amministrattiva għat-Taqsimiet I, II, III, IV, V, VI, VII, IX u X (EUR 13,4 miljun), u għall-aġenziji deċentralizzati (li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-approprjazzjonijiet ta' pagament hija stabbilita fil-livell propost fit-taqsima 1.2 hawn fuq). L-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta' -EUR 332,2 miljun; |
2. |
L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji kollha ġodda proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 50 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 50 % tal-impenji ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 35,2 miljun; |
3. |
L-approprjazzjonijiet ta' pagament għal “avvenimenti speċjali” (artikolu baġitarju 15 02 10) huwa l-ammont iddikjarat fil-qari tal-Parlament (EUR 6 miljun); |
4. |
L-approprjazzjonijiet ta' pagament (artikolu baġitarju 01 03 08 Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija EFSD) huwa stabbilit f'“p.m.”; |
5. |
L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni ta' impenji għal approprjazzjonijiet differenzjati:
|
6. |
L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (artikolu baġitarju 40 02 43) huma stabbiliti għal żero (tnaqqis ta' –EUR 30 miljun) peress li l-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli minn dħul assenjat huma stmati li jkunu biżżejjed biex ikopru s-sena sħiħa tal-2017. |
7. |
Tneħħiet ir-riżerva tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (artikolu baġitarju 40 02 44). |
8. |
Tnaqqis addizzjonali fil-pagamenti saru skont kif ġej:
|
Dawn l-azzjonijiet se jipprovdu livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li jammonta għal EUR 134 490,4 miljun, tnaqqis ta' EUR 931,4 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017.
1.5. Riżerva
Ma hemm l-ebda riżerva addizzjonali għal dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017, għajr:
— |
Il-partita baġitarja 13 01 04 04 (Nefqa ta' sostenn għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP)) u l-artikolu baġitarju 13 08 01 (Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) — Assistenza teknika operazzjonali trasferita minn H1B (il-FSE, il-FEŻR u l-FK)), li għalihom l-ammont sħiħ f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tqiegħdu f'riżerva sakemm tiġi adottata l-bażi ġuridika għall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali. |
— |
L-artikolu baġitarju 13 08 02 (Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) — Assistenza teknika operazzjonali trasferita minn H2 (il-FAEŻR)) li għalih l-ammont sħiħ f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tqiegħed f'riżerva sakemm tiġi adottata l-bażi ġuridika għall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali. |
— |
Il-partita baġitarja 18 02 01 03 (Twaqqif ta' sistemi tal-IT ġodda biex jappoġġaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji matul il-fruntieri esterni tal-Unjoni) li għaliha l-ammonti ta' EUR 40 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 28 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament tqiegħdu f'riżerva sakemm tiġi konkluża l-proċedura leġiżlattiva li tistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ. |
1.6. Kummenti baġitarji
Sakemm mhux speċifikament imsemmi fil-paragrafi preċedenti, l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill għat-test tal-kummenti baġitarji huma maqbula, għajr għal dawk dwar linji baġitarji elenkati fit-tabella ta' hawn taħt, li għalihom it-test tal-kummenti baġitarji, kif propost mill-Abbozz ta' Baġit, emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 u l-FAEG aġġornat huwa approvat.
Dan huwa skont il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi ġuridika eżistenti, jew inaqqru l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tkun koperta minn riżorsi disponibbli.
Linja baġitarja |
Isem |
04 03 02 03 |
Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali — Żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għal persuni ġuridiċi u fiżiċi, speċjalment dawk li huma l-iktar distanti mis-suq tax-xogħol, u l-intrapriżi soċjali |
S 03 01 06 01 |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) |
05 02 11 99 |
Miżuri oħra (prodotti/miżuri oħra tal-pjanti) |
05 04 60 |
Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali — FAEŻR (2014 sa 2020) |
05 04 60 02 |
Assistenza teknika operazzjonali |
18 04 01 01 |
Ewropa għaċ-ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni |
1.7. Linji baġitarji ġodda
In-nomenklatura baġitarja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017, b'inklużjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, u l-artikolu baġitarju l-ġdid dwar Avvenimnet Annwali Speċjali (15 02 10), hija maqbula.
1.8. Dħul
Il-proposta tal-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 dwar l-inklużjoni fil-Baġit ta' dħul minn penali għal ammont ta' EUR 1 biljun huwa maqbul.
2. Baġit 2016
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 4/2016 u l-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' Kontinġenza li takkumpanjah huma approvati, kif proposti mill-Kummissjoni.
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 5/2016 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 6/2016 u l-mobilizzazzjoni relatata tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huma approvati, kif proposti mill-Kummissjoni.
3. Dikjarazzjonijiet konġunti
3.1. Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li t-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa' prijorità politika għolja u kondiviża, u għal dan l-għan huma jirriaffermaw id-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi baġitarji disponibbli biex dan jiġi indirizzat, u b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI).
Huma jfakkru li, f'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (Regolament QFP), “Il-marġini li għadhom disponibbli taħt il-limitu massimu tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta' impenn għas-snin 2014-2017 għandhom jikkostitwixxu Marġini Globali tal-QFP għall-impenji, li għandhom isiru disponibbli barra mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2016 sa 2020 għal għanijiet ta' politika marbuta mat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ”.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistiednu lill-Kummissjoni biex tipproponi baġit emendatorju fl-2017 sabiex jiġu pprovduti EUR 500 miljun (2) għall-YEI fl-2017 iffinanzjati skont il-Marġini globali għall-impenji, malli jiġi adottat l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament QFP.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr l-abbozz ta' baġit emendatorju għall-2017 imressaq mill-Kummissjoni.
3.2. Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordnata tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b'mod attiv l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-2020. Għal dak l-għan, jistiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta f'waqthom, ċifri aġġornati rigward l-istat ta' implimentazzjoni u stimi rigward ħtiġijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2017.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa fi żmien debitu għal ħtiġijiet ġustifikati kif dovut biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta' ammont eċċessiv ta' kontijiet mhux imħallsa u biex jiżguraw li t-talbiet għal pagament jiġu rimborżati kif dovut.
3.3. Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru fil-qbil li progressivament inaqqsu 5 % tal-persunal kif hemm fl-organigramma fl-1 ta' Jannar 2013, li għandha tiġi applikata għall-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji kollha, kif iddikjarat fil-Punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba.
It-tliet istituzzjonijiet ifakkru li s-sena fil-mira għall-implimentazzjoni sħiħa ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal hija l-2017. Huma jaqblu li ser jittieħdu miżuri ta' segwitu xierqa biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat li qed isiru l-isforzi kollha possibbli biex jiġi evitat kwalunkwe dewmien ieħor fl-implimentazzjoni ta' mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha.
It-tliet istituzzjonijiet jilqgħu l-perspettiva ġenerali mill-Kummissjoni tad-data konsolidata dwar il-persunal estern kollu impjegat mill-istituzzjonijiet, ippreżentata fl-abbozz ta' baġit, skont il-punt (b) tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament Finanzjarju. Huma jistiednu lill-Kummissjoni biex tkompli tipprovdi din l-informazzjoni meta tippreżenta l-abbozz tal-baġits tagħha għas-snin li ġejjin.
Il-Kunsill u l-Parlament jissottolinjaw li l-kisba tal-mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal għandha tikkontribwixxi lejn iffrankar fl-infiq amministrattiv tal-istituzzjonijiet. Fid-dawl ta' dan, huma jistiednu lill-Kummissjoni biex tibda bil-valutazzjoni tal-eżitu tal-eżerċizzju sabiex jinsiltu tagħlimiet għall-futur.
3.4. Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli
Sabiex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni, il-Kummissjoni nediet il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) ibbażat fuq l-istabbiliment ta' Garanzija EFSD u Fond ta' Garanzija EFSD. Il-Kummissjoni tipproponi li tiffinanzja l-Fond ta' Garanzija EFSD b'EUR 750 miljun fuq il-perjodu 2017-2020, li EUR 400 miljun minnhom ġejjin mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) fuq l-erba' snin, EUR 100 miljun mill-ENI fuq il-perjodu 2017–2020 (EUR 25 miljun minnhom fl-2017), u EUR 250 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn (u ta' pagament) fl-2017.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistiednu lill-Kummissjoni titlob l-approprjazzjonijiet meħtieġa f'baġit emendatorju fl-2017 sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-EFSD mill-baġit tal-UE malli tiġi adottata l-bażi ġuridika.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr l-abbozz ta' baġit emendatorju għall-2017 imressaq mill-Kummissjoni.
3.5. Dikjarazzjoni Konġunta dwar Fondi Fiduċjarji tal-UE u l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-istabbiliment ta' Fondi Fiduċjarji kif ukoll tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija għandhom ikunu trasparenti u ċari, konsistenti mal-prinċipju tal-unità tal-baġit tal-Unjoni, mal-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, u mal-objettivi ta' bażijiet ġuridiċi eżistenti.
Huma jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw, kif xieraq, dawk il-kwistjonijiet bħala parti mir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju sabiex jintlaħaq l-aħjar bilanċ bejn il-flessibbiltà u r-responsabbiltà.
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li:
— |
tinforma regolarment lill-awtorità baġitarja dwar finanzjament (inkluż kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri) u operazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew ippjanati tal-Fondi Fiduċjarji; |
— |
tippreżenta, mill-2017 'il quddiem, Dokument ta' Ħidma li jakkumpanja l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja ta' wara; |
— |
tipproponi miżuri għal involviment xieraq tal-Parlament Ewropew. |
3.6. Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-agrikoltura
Il-baġit għall-2017 jinkludi sensiela ta' miżuri ta' emerġenza biex jgħinu lill-bdiewa jiffaċċjaw id-diffikultajiet fis-suq esperjenzati dan l-aħħar. Il-Kummissjoni tikkonferma li l-marġini taħt l-intestatura 2 hija biżżejjed biex tindirizza ħtiġijiet possibbli mhux previsti. Hija timpenja ruħha li tissorvelja s-sitwazzjoni fis-suq b'mod regolari u li tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, miżuri xierqa biex jiġu indirizzati ħtiġijiet li ma jkunux jistgħu jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit. F'każ bħal dan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw il-proposti baġitarji rilevanti kemm jista' jkun malajr.
(1) Dawn l-ammonti huma parti minn żieda globali għall-intestatura 1a sal-2020 fil-qafas tar-rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP.
(2) Dan l-ammont huwa parti miż-żieda globali għall-YEI sal-2020 fil-qafas tar-rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP.