ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
27 ta' Ġunju 2018


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2018/C 223/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2018 bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju fl-Ungerija

1

2018/C 223/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2018 bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju fir-Rumanija

3


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 223/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8945 — Permira/Cisco (Target Businesses)) ( 1)

5

2018/C 223/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8922 — Phoenix PIB Austria/Farmexim and Help Net Farma) ( 1)

5

2018/C 223/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8890 — BNP Paribas/ABN AMRO Bank Luxembourg) ( 1)

6


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 223/06

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2018 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

7

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 223/07

Rata tal-kambju tal-euro

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2018/C 223/08

Riżultati tas-sejħa għall-proposti — Skema ta’ għajnuna finanzjarja ta’ EIBURS tal-Istitut tal-BEI

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 223/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8910 — Bouygues Construction S.A./Alpiq InTec AG/Kraftanlagen München GmbH) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

10

2018/C 223/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8975 — CVC Capital Partners/Mehiläinen Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

12

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 223/11

Informazzjoni dwar is-segwitu tal-ilment irreġistrat bin-numru ta’ referenza CHAP(2013)2466

13

2018/C 223/12

Il-pubblikazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-modifika ta’ terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti, tat-termini tradizzjonali, tat-tikkettar u tal-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ġunju 2018

bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju fl-Ungerija

(2018/C 223/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 121 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jippromwovu finanzi pubbliċi sodi fuq terminu medju permezz tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u s-sorveljanza multilaterali sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ defiċits pubbliċi eċċessivi.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi pubbliċi sodi bħala mezz tat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu li jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi.

(3)

Fit-12 ta’ Lulju 2016, il-Kunsill irrakkomanda li l-Ungerija tikseb aġġustament fiskali ta’ 0,6 % tal-PDG fl-2017 sakemm l-objettiv baġitarju fit-terminu medju ma jintlaħaqx bi sforz inferjuri (2).

(4)

Abbażi tal-previżjoni tar-rebbiegħa 2018 tal-Kummissjoni u tad-data dwar ir-riżultati tal-2017 ivvalidata mill-Eurostat, iż-żieda fin-nefqa pubblika, nett minn miżuri diskrezzjonali rigward id-dħul u minn miżuri ta’ darba, kienet sew ogħla mill-parametru referenzjarju applikabbli tan-nefqa fl-2017, li jindika devjazzjoni sinifikanti mill-aġġustament strutturali meħtieġ (jiġifieri devjazzjoni ta’ 2,4 % tal-PDG). Fl-2017, minn pożizzjoni ta’ –1,8 % tal-PDG potenzjali fl-2016, il-bilanċ strutturali ddeterjora għal –3,1 % tal-PDG, li wkoll jindika devjazzjoni sinifikanti (jiġifieri devjazzjoni ta’ 1,4 % tal-PDG). Il-valutazzjoni globali indikat li l-parametru referenzjarju għan-nefqa kien milqut negattivament minn tliet elementi, jiġifieri rata ta’ tkabbir potenzjali fuq terminu medju baxxa wisq, deflattur tal-PDG li hu l-bażi tal-parametru referenzjarju tan-nefqa baxx wisq, kif ukoll effett permanenti fuq id-dħul. Meta jiġi kkoreġut għal dawn il-fatturi, il-parametru referenzjarju tan-nefqa jidher li kien jirrifletti b’mod adegwat l-isforz fiskali u jindika devjazzjoni sinifikanti. Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-valutazzjoni tal-pilastru tal-bilanċ strutturali, li, wara li jittieħed kont tal-impatti tat-tnaqqis fin-nefqa għall-imgħax, il-volatilità tal-investimenti u dħul eċċezzjonali, xorta waħda tindika devjazzjoni sinifikanti. Il-valutazzjoni globali għalhekk twassal għall-konklużjoni li d-devjazzjoni osservata mill-objettiv baġitarju fit-terminu medju fl-2017 hija sinifikanti.

(5)

Fit-23 ta’ Mejju 2018, wara valutazzjoni globali, il-Kummissjoni kkunsidrat li fl-Ungerija teżisti devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju u ħarġet twissija lill-Ungerija f’konformità mal-Artikolu 121(4) tat-Trattat u mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.

(6)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija, il-Kunsill għandu jindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu l-miżuri ta’ politika neċessarji. Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 jipprevedi li r-rakkomandazzjoni tistabbilixxi skandenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur sa meta l-Istat Membru għandu jindirizza d-devjazzjoni. Fuq dik il-bażi, skadenza tal-15 ta’ Ottubru 2018 sa meta l-Ungerija għandha tindirizza d-devjazzjoni tidher xierqa. Sa dik l-iskadenza, jenħtieġ li l-Ungerija tirraporta dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni.

(7)

Il-bilanċ strutturali tal-Ungerija fl-2017 huwa stmat li kien imbiegħed b’1,6 % tal-PDG mill-objettiv baġitarju fit-terminu medju tagħha ta’ defiċit strutturali ta’ –1,5 % tal-PDG. Abbażi tal-projezzjonijiet tal-previżjoni tar-rebbiegħa 2018 tal-Kummissjoni rigward id-diverġenza bejn il-produzzjoni effettiva u dik potenzjali, l-Ungerija għaddejja minn żminijiet ekonomiċi tajbin fl-2018. Id-dejn pubbliku tal-Ungerija bħala proporzjon tal-PDG huwa ogħla mil-limitu ta’ 60 % tal-PDG. L-isforz strutturali minimu meħtieġ preskritt mir-Regolament (KE) Nru 1466/97 u mill-matriċi ta’ aġġustamenti maqbula b’mod komuni taħt il-PST, li tieħu kont taċ-ċirkostanzi ekonomiċi prevalenti u tal-problemi dwar is-sostenibbiltà, jammonta għal mill-inqas 1 % tal-PDG fl-2018. Il-previżjoni tar-rebbiegħa 2018 tal-Kummissjoni tipprojetta deterjorament ulterjuri tal-bilanċ strutturali ta’ 0,5 % tal-PDG fl-2018. Għalhekk, biex jinkiseb titjib strutturali ta’ minimu ta’ 1 % tal-PDG fl-2018 ikun hemm bżonn li jiġu adottati miżuri li jirriżultaw f’rendiment totali ta’ 1,5 % tal-PDG meta mqabbel mal-bażi ta’ referenza attwali fil-previżjoni tar-rebbiegħa 2018 tal-Kummissjoni. Minħabba l-ammont sinifikanti tal-isforz ta’ konsolidazzjoni strutturali meħtieġ li jirriżulta mir-rekwiżit ta’ aġġustament minimu, huwa xieraq li ma jkun meħtieġ ebda aġġustament addizzjonali apparti r-rekwiżit minimu ta’ 1 % tal-PDG.

(8)

Ir-rekwiżit ta’ titjib fil-bilanċ strutturali ta’ 1 % tal-PDG fl-2018 huwa konsistenti ma’ rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa pubblika primarja netta li ma tkunx ogħla minn 2,8 % fl-2018.

(9)

Huwa xieraq li din ir-Rakkomandazzjoni ssir pubblika.

(10)

Sabiex jinkisbu l-miri baġitarji rakkomandati, huwa kruċjali li l-Ungerija tadotta u timplimenta b’mod rigoruż il-miżuri meħtieġa u tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-iżvilupp tan-nefqa kurrenti,

B’DAN JIRRAKOMANDA LI L-UNGERIJA:

(1)

tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li fl-2018 ir-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa pubblika primarja netta ma tkunx ogħla minn 2,8 %, li tikkorrispondi għal aġġustament strutturali annwali ta’ 1 % tal-PDG, u b’dan il-mod l-Istat Membru jitqiegħed fuq perkors xieraq ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju;

(2)

tuża kull dħul eċċezzjonali għat-tnaqqis tad-defiċit; jenħtieġ li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni baġitarji jiggarantixxu titjib permanenti fil-bilanċ strutturali pubbliku b’mod li jiffavorixxi t-tkabbir;

(3)

tirrapporta lill-Kunsill sal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar l-azzjoni li tkun ħadet b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni; jenħtieġ li r-rapport jipprovdi miżuri li jkunu dettaljati biżżejjed u mħabbra b’mod kredibbli, inkluż l-impatt baġitarju ta’ kull waħda minnhom, kif ukoll projezzjonijiet baġitarji aġġornati u dettaljati għall-2018.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

V. GORANOV


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2016 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2016 tal-Ungerija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-2016 tal-Ungerija (ĠU C 299, 18.8.2016, p. 49).


27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/3


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ġunju 2018

bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju fir-Rumanija

(2018/C 223/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1) u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 121 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jippromwovu finanzi pubbliċi sodi fuq terminu medju permezz tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u s-sorveljanza multilaterali sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ defiċits pubbliċi eċċessivi.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi pubbliċi sodi bħala mezz tat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu li jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi.

(3)

Fis-16 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill irrakkomanda (2) li r-Rumanija tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa pubblika primarja netta (3) ma tkunx ogħla minn 3,3 % fl-2017, li jikkorrispondi għal aġġustament strutturali annwali ta’ 0,5 % tal-PDG, u b’dan tqiegħed lill-pajjiż fuq perkors ta’ aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju. Fil-5 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill ikkonkluda li r-Rumanija ma kinitx ħadet azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2017. Fuq dik il-bażi fil-5 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill ħareġ Rakkomandazzjoni riveduta (4) biex ir-Rumanija tieħu l-miżuri neċessarji biex ikun żgurat li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa pubblika primarja netta ma tkunx ogħla minn 3,3 % fl-2018, li jikkorrispondi għal aġġustament strutturali annwali ta’ 0,8 % tal-PDG.

(4)

Fl-2017, abbażi tal-previżjoni tar-rebbiegħa 2018 tal-Kummissjoni u tad-data dwar ir-riżultati tal-2017 ivvalidata mill-Eurostat, it-tkabbir tan-nefqa pubblika primarja netta kien sew ogħla mill-parametru referenzjarju tan-nefqa, li jindika devjazzjoni sinifikanti b’marġni wiesa’ (jiġifieri devjazzjoni ta’ 3,3 % tal-PDG). Il-bilanċ strutturali ddeterjora għal -3,3 % tal-PDG minn pożizzjoni ta’ -2,1 % tal-PDG fl-2016, li jindika wkoll devjazzjoni sinifikanti mill-aġġustament strutturali rakkomandat b’marġni wiesa’ (jiġifieri devjazzjoni ta’ 1,7 % tal-PDG). L-ammont tad-devjazzjoni indikat mill-bilanċ strutturali huwa influwenzat b’mod negattiv minn stima ogħla tat-tkabbir tal-PDG potenzjali meta mqabbla mal-medja fit-terminu medju li hija l-bażi tal-parametru referenzjarju tan-nefqa, kif ukoll minn tnaqqis fl-investiment pubbliku, li huwa livellat fil-parametru referenzjarju tan-nefqa. Irrispettivament minn dik id-differenza, kull wieħed miż-żewġ indikaturi jikkonferma devjazzjoni sinifikanti mir-rekwiżiti tal-parti preventiva tal-PST fl-2017.

(5)

Fit-23 ta’ Mejju 2018, wara valutazzjoni globali, il-Kummissjoni kkunsidrat li fir-Rumanija teżisti devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju u ħarġet twissija lir-Rumanija f’konformità mal-Artikolu 121(4) tat-Trattat u mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.

(6)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija, il-Kunsill għandu jindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu l-miżuri ta’ politika neċessarji. Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 jipprevedi li r-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur sa meta l-Istat Membru għandu jindirizza d-devjazzjoni. Fuq dik il-bażi, skadenza tal-15 ta’ Ottubru 2018 sa meta r-Rumanija għandha tindirizza d-devjazzjoni tidher xierqa. Sa dik l-iskadenza, jenħtieġ li r-Rumanija tirrapporta dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni.

(7)

Abbażi tal-projezzjonijiet tar-rebbiegħa 2017 tal-Kummissjoni rigward id-diverġenza bejn il-produzzjoni effettiva u dik potenzjali, ir-Rumanija tinsab fi żminijiet ekonomiċi normali fl-2018 u fl-2019. Id-dejn pubbliku tar-Rumanija bħala proporzjon tal-PDG huwa taħt il-limitu ta’ 60 % tal-PDG. Għaldaqstant, l-isforz strutturali minimu meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 1466/97 u mill-matriċi ta’ aġġustamenti maqbula b’mod komuni taħt il-PST, li tieħu kont taċ-ċirkostanzi ekonomiċi prevalenti u tal-problemi possibbli dwar is-sostenibbiltà, jammonta għal 0,5 % tal-PDG kemm għall-2018 kif ukoll għall-2019.

(8)

Id-defiċit strutturali tar-Rumanija żdied bi 2,1 % tal-PDG fl-2016 u b’1,2 % tal-PDG fl-2017, għal 3,3 % tal-PDG fl-2017. Sforz addizzjonali u persistenti, li hu neċessarju biex tiġi kkoreġuta id-devjazzjoni akkumulatta u biex ir-Rumanija tmur lura fuq perkors ta’ aġġustament xieraq wara l-iżvijar tal-2016 u l-2017, jenħtieġ li jikkomplementa r-rekwiżit tal-aġġustament minimu. Jidher li sforz addizzjonali ta’ 0,3 % tal-PDG ikun xieraq fid-dawl tal-kobor tad-devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament rakkomandat lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju u dan jaċċellera l-aġġustament lura lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju.

(9)

It-titjib meħtieġ tal-bilanċ strutturali b’0,8 % tal-PDG kemm għall-2018 kif ukoll għall-2019 huwa konsistenti mar-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa pubblika primarja netta li ma tkunx ogħla minn 3,3 % fl-2018 u 5,1 % fl-2019.

(10)

Il-previżjoni tar-rebbiegħa 2018 tal-Kummissjoni tipprojetta deterjorament ulterjuri tal-bilanċ strutturali b’0,4 % tal-PDG fl-2018 u 0,4 % tal-PDG ulterjuri fl-2019. Għaldaqstant, biex jinkiseb titjib strutturali ta’ 0,8 % tal-PDG kemm fl-2018 kif ukoll fl-2019 ikun hemm bżonn li jiġu adottati miżuri li jirriżultaw f’rendiment strutturali totali ta’ 1,2 % tal-PDG fl-2018 u miżuri addizzjonali li jirriżultaw f’rendiment strutturali ta’ 1,2 % tal-PDG fl-2019 meta mqabbel mal-bażi ta’ referenza attwali fil-previżjoni tar-rebbiegħa 2018 tal-Kummissjoni.

(11)

Il-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2018 tal-Kummissjoni tipprojetta defiċit pubbliku ta’ 3,4 % tal-PDG fl-2018 u 3,8 % tal-PDG fl-2019, li huwa ogħla mill-valur referenzjarju tat-Trattat ta’ 3 % tal-PDG. L-aġġustament strutturali meħtieġ jidher xieraq ukoll biex jiġi żgurat li r-Rumanija tirrispetta, b’ċertu marġni, it-3 % tal-PDG tal-valur referenzjarju tat-Trattat fl-2018 u fl-2019.

(12)

In-nuqqas ta’ reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għall-korrezzjoni tad-devjazzjoni osservata sinifikanti u r-riskju li jinqabeż il-valur referenzjarju tat-Trattat ta’ 3 % tal-PDG, jitolbu azzjoni urġenti sabiex il-politika fiskali tar-Rumanija tmur lura fuq perkors prudenti.

(13)

Huwa xieraq li din ir-Rakkomandazzjoni ssir pubblika.

(14)

Sabiex jintlaħqu l-miri baġitarji rakkomandati, huwa kruċjali li r-Rumanija tadotta u timplimenta b’mod rigoruż il-miżuri neċessarji u tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-iżvilupp tan-nefqa kurrenti,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI R-RUMANIJA:

(1)

tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa pubblika primarja netta ma tkubnx ogħla minn 3,3 % fl-2018 u 5,1 % fl-2019, li jikkorrispondi għal aġġustament strutturali annwali ta’ 0,8 % tal-PDG kull sena, u b’dan il-mod l-Istat Membru jitqiegħed fuq perkors xieraq ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju;

(2)

tuża kull dħul eċċezzjonali għat-tnaqqis tad-defiċit; jenħtieġ li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni baġitarji jiggarantixxu titjib permanenti fil-bilanċ strutturali pubbliku b’mod li jiffavorixxi t-tkabbir;

(3)

tirrapporta lill-Kunsill sal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar l-azzjoni li tkun ħadet b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni; jenħtieġ li r-rapport jipprovdi miżuri dettaljati biżżejjed u mħabbra b’mod kredibbli, inkluż l-impatt baġitarju ta’ kull waħda minnhom, kif ukoll projezzjonijiet baġitarji aġġornati u dettaljati għall-2018 u l-2019.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

V. GORANOV


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2017 bil-ħsieb li tiġi korretta d-devjazzjoni osservata sinifikanti mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju fir-Rumanija (ĠU C 216, 6.7.2017, p. 1).

(3)  In-nefqa pubblika primarja netta hija magħmula min-nefqa pubblika totali bl-esklużjoni tan-nefqa fuq l-imgħax, in-nefqa fuq programmi tal-Unjoni kompletament korrisposti mid-dħul mill-fondi tal-Unjoni u t-tibdil nondiskrezjonarju fin-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad. Il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss iffinanzjata fuq livell nazzjonali hija mifruxa fuq perjodu ta’ erba’ snin. Inklużi fil-kalkolu hemm il-miżuri diskrezzjonali ta’ dħul jew ta’ żieda fid-dħul obbligatorji bil-liġi. Il-miżuri ta’ darba kemm fin-naħa tad-dħul kif ukoll tan-nefqa huma esklużi.

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2017 bil-ħsieb li tiġi korretta d-devjazzjoni sinifikanti osservata mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju fir-Rumanija (ĠU C 439, 20.12.2017, p. 1).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8945 — Permira/Cisco (Target Businesses))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 223/03)

Fid-19 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8945. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8922 — Phoenix PIB Austria/Farmexim and Help Net Farma)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 223/04)

Fit-22 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8922. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8890 — BNP Paribas/ABN AMRO Bank Luxembourg)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 223/05)

Fit-22 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8890. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ġunju 2018

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

(2018/C 223/06)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018 ġie adottat definittivament fit-30 ta’ Novembru 2017 (2),

fit-23 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2018,

sabiex ikunu jistgħu jiġu koperti l-bżonnijiet ta’ finanzjament marbuta mal-estensjoni tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija u b’hekk tkun żgurata l-kontinwità, jenħtieġ li l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għall-2018 jiġi adottat mingħajr dewmien. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 ġiet adottata fit-22 ta’ Ġunju 2018.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

V. GORANOV


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 57, 28.2.2018, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Ġunju 2018

(2018/C 223/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1672

JPY

Yen Ġappuniż

127,95

DKK

Krona Daniża

7,4510

GBP

Lira Sterlina

0,88160

SEK

Krona Żvediża

10,3383

CHF

Frank Żvizzeru

1,1543

ISK

Krona Iżlandiża

125,20

NOK

Krona Norveġiża

9,4718

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,900

HUF

Forint Ungeriż

326,00

PLN

Zloty Pollakk

4,3410

RON

Leu Rumen

4,6669

TRY

Lira Turka

5,4053

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5778

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5549

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1608

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6998

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5892

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 306,32

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8232

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6749

HRK

Kuna Kroata

7,3810

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 548,56

MYR

Ringgit Malażjan

4,6956

PHP

Peso Filippin

62,714

RUB

Rouble Russu

73,5257

THB

Baht Tajlandiż

38,523

BRL

Real Brażiljan

4,4051

MXN

Peso Messikan

23,2370

INR

Rupi Indjan

79,7095


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/9


Riżultati tas-sejħa għall-proposti — Skema ta’ għajnuna finanzjarja ta’ EIBURS tal-Istitut tal-BEI

(2018/C 223/08)

Il-Programm ta’ Għajnuna Finanzjarja tal-BEI għar-Riċerka Universitarja (EIBURS - EIB-University Research Sponsorhip Programme) jagħmel parti mill-Programm tal-Għarfien tal-Istitut tal-BEI, li permezz tiegħu l-BEI jrawwem relazzjonijiet ma’ universitajiet u ċentri ta’ riċerka. L-EIBURS jipprovdi għotjiet sa massimu ta’ EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin lil universitajiet u ċentri ta’ riċerka li jaħdmu fuq temi magħżula mill-Istitut tal-BEI u ta’ interess ewlieni għall-Grupp tal-BEI. L-għotjiet jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil entitajiet interessati fl-UE, fil-pajjiżi kandidati jew fil-pajjiżi kandidati potenzjali, b’kompetenza esperta rikonoxxuta f’oqsma ta’ interess dirett għall-Grupp tal-BEI. L-għotja għandha l-għan li tgħin lill-università jew liċ-ċentri ta’ riċerka magħżula biex jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma.

Għall-perjodu 2018-2020, il-programm EIBURS għażel żewġ suġġetti ġodda ta’ riċerka:

“L-effetti ekonomiċi ta’ Politika Ewropea konġunta għas-Sigurtà u d-Difiża”: is-sejħa għall-proposti ġiet ippubblikata fil-ĠU C 60 tas-16 ta’ Frar 2018 u l-Istitut tal-BEI rċieva 5 proposti minn 4 pajjiżi differenti;

“Titjib tal-kejl tal-effetti indiretti ta’ proġetti ta’ investiment: speċifikazzjoni u kalibrazzjoni tal-metodi tal-EIA sabiex tiġi mmassimizzata l-kumpatibbiltà ma’ CBA”: is-sejħa għall-proposti ġiet ippubblikata fil-ĠU C 65 tal-21 ta’ Frar 2018 u l-Istitut tal-BEI rċieva 4 proposti minn 4 pajjiżi differenti.

Fis-6 ta’ Ġunju 2018, il-Grupp ta’ Tmexxija Intern (Internal Steering Group - ISG) tal-Istitut tal-BEI ddeċieda li jagħti:

l-għotja tal-EIBURS għal “L-effetti ekonomiċi ta’ Politika Ewropea konġunta għas-Sigurtà u d-Difiża” lill-Università di Bologna (l-Italja);

l-għotja tal-EIBURS għal “Titjib tal-kejl tal-effetti indiretti ta’ proġetti ta’ investiment: speċifikazzjoni u kalibrazzjoni tal-metodi tal-EIA sabiex tiġi mmassimizzata l-kumpatibbiltà ma’ CBA” lill-Universidad Las Palmas de Gran Canaria (Spanja).

L-applikanti kollha għaż-żewġ għotjiet tal-EIBURS ġew infurmati b’dawn ir-riżultati direttament.

Għal informazzjoni aktar estensiva dwar il-EIBURS u dwar inizjattivi oħra tal-Programm tal-Għarfien, jekk jogħġbok żur il-paġna tal-Programm tal-Għarfien tas-sit web tal-Istitut tal-BEI.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8910 — Bouygues Construction S.A./Alpiq InTec AG/Kraftanlagen München GmbH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 223/09)

1.   

Fit-13 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bouygues Construction S.A. (“Bouygues Construction”, Franza),

Alpiq InTec AG (“Alpiq InTec”, l-Iżvizzera), li tappartjeni għall-Alpiq Group,

Kraftanlagen München GmbH (“KAM”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-Alpiq Group.

Bouygues Construction takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Alpiq InTec u KAM kollha kemm huma, li flimkien jikkostitwixxu id-diviżjoni Engineering Services tal-Alpiq Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Bouygues Construction: kostruzzjoni, żvilupp ta’ proprjetà, il-midja u t-telekomunikazzjonijiet,

—   Alpiq InTec: teknoloġija tal-bini, ġestjoni tal-faċilitajiet u trasport u teknoloġija tal-provvista tal-enerġija,

—   KAM: teknoloġija tal-enerġija u tal-impjant tal-enerġija, teknoloġija nukleari, servizzi ta’ utilità u servizzi tal-inġinerija għal impjanti industrijali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8910 — Bouygues Construction S.A./Alpiq InTec AG/Kraftanlagen München GmbH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8975 — CVC Capital Partners/Mehiläinen Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 223/10)

1.   

Fl-20 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu);

Mehiläinen Holding AB (“Mehiläinen”, l-Iżvezja).

CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Mehiläinen permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CVC: ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment u pjattaformi;

—   Mehiläinen: kumpanija azzjonarja ta’ Mehiläinen Oy li tipprovdi kura tas-saħħa u servizzi ta’ kura soċjali fil-Finlandja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita Fin-notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8975 — CVC Capital Partners/Mehiläinen Holding

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/13


Informazzjoni dwar is-segwitu tal-ilment irreġistrat bin-numru ta’ referenza CHAP(2013)2466

(2018/C 223/11)

Il-Kummissjoni Ewropea tirreferi għal serje ta’ lmenti li rċeviet dwar il-verifiki magħmula mill-awtoritajiet Spanjoli fil-fruntiera ma’ Ġibiltà. L-ewwel dikjarazzjoni ta’ rċevuta ġiet ippubblikata fil-ĠU (ĠU 2013/C 246/07).

Il-Kummissjoni b’dan tixtieq tinforma lill-ilmentaturi li ma kinetx f’pożizzjoni li tasal għal deċiżjoni biex toħroġ avviż formali jew inkella tagħlaq il-każ, billi l-ilment jeħtieġ verifika ulterjuri tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni għal persuni li minn Spanja jmorru lejn Ġibiltà (u viċi versa) u li tinsab għaddejja bħalissa.

Il-Kummissjoni se żżomm lill-ilmentaturi infurmati dwar is-segwitu li jsir għall-ilmenti tagħhom.


27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/14


Il-pubblikazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-modifika ta’ terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti, tat-termini tradizzjonali, tat-tikkettar u tal-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

(2018/C 223/12)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oppożizzjoni għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 607/2009. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

Applikazzjoni għall-modifika tat-terminu tradizzjonali

“CRU CLASSÉ”

Data tal-wasla tal-applikazzjoni :

Il-lingwa tal-applikazzjoni : Franċiż

In-numru tal-fajl : TDT-FR-A1646

L-applikant :

Ministère de l’agriculture et de l’alimentation

DGPE

3, rue Barbet de Jouy

75349 Paris SP

FRANZA

Id-Denominazzjoni : Cru classé

Cru classé” huwa terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 112(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

It-terminu tradizzjonali “cru classé” jista’ jiġi akkumpanjat bit-termini “grand”, “premier grand”, “deuxième”, “troisième”, “quatrième”, “cinquième

Il-lingwa tat-terminu tradizzjonali : Franċiż

Lista tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti jew tad-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti kkonċernati

It-terminu tradizzjonali “cru classé” jista’ jintuża biex jiddeskrivi l-inbejjed bid-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti li ġejjin:

Barsac

Côtes de Provence

Graves

Saint-Emilion-Grand-Cru

Médoc

Haut-Médoc

Margaux

Pauillac

Pessac-Léognan

Saint-Julien

Saint-Estèphe

Sauternes

Il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

It-terminu tradizzjonali “cru classé” jista’ jintuża biex jiddeskrivi inbid kif definit fil-il-Parti II tal-punt 1 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Modifika

Il-modifika tintroduċi l-possibbiltà li t-terminu tradizzjonali “cru classé” jiġi akkumpanjat bl-indikazzjoni “1855”.

L-iskop ta’ din il-modifika huwa li t-terminu tradizzjonali “cru classé”, kemm jekk ikun issumplimentat jew le bil-kliem “grand”, “premier grand”, “deuxième”, “troisième”, “quatrième”, “cinquième”, ikun jista’ jiġi akkumpanjat bl-indikazzjoni “1855”. Din il-possibbiltà hija limitata għall-inbejjed Bordeaux mill-fabbriki tal-inbid ikklassifikati mix-Chambre de Commerce de Bordeaux fil-kuntest tal-Wirja Universali ta’ Pariġi tal-1855 u li jappartjenu għal waħda mid-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti li ġejjin:

Barsac

Haut-Médoc

Margaux

Pauillac

Pessac-Léognan

Saint-Julien

Saint-Estèphe