ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 222

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
26 ta' Ġunju 2018


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 222/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2018 dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta miż-żarmar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Gundremmingen KRB-II li jinsab fil-Land tal-Bavarja fil-Ġermanja

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 222/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8927 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Financial Group/Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company) ( 1)

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 222/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/900, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/898 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

4

2018/C 222/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma

5

2018/C 222/05

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

6

2018/C 222/06

Avviż għall-attenzjoni tas-soġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

7

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 222/07

Rata tal-kambju tal-euro

8

2018/C 222/08

Avviż lill-importaturi li jikkonċerna l-applikazzjoni tas-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati fi ħdan il-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi tal-Unjoni Ewropea

9

 

Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

2018/C 222/09

Netwerking ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 222/10

Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 222/11

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ: M.8936 — Cinven/Sieħeb fil-Pet Foods Holdings) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

17

2018/C 222/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8797 — Thales/Gemalto) ( 1)

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 222/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20


 

Rettifika

2018/C 222/14

Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE ( ĠU C 209, 15.6.2018 )

30


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2018

dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta miż-żarmar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Gundremmingen KRB-II li jinsab fil-Land tal-Bavarja fil-Ġermanja

(il-verżjoni bil-Ġermaniż biss hija awtentika)

(2018/C 222/01)

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li trid titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fit-18 ta’ Lulju 2017, b’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tal-Ġermanja, id-Data Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li jirriżulta miż-żarmar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Gundremmingen KRB-II.

Abbażi ta’ din id-data u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Ottubru 2017 u pprovdut mill-awtoritajiet Ġermaniżi fit-13 ta’ Frar 2018, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza bejn is-sit u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ l-Awstrija, hija ta’ 103 km.

2.

Waqt operazzjonijiet ta’ żarmar normali tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Gundremmingen KRB-II, ir-rilaxx ta’ effluwenti likwidi u gassużi radjuattivi x’aktarx li ma jirriżultax f’esponiment li jkun sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, għall-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-limiti tad-dożi stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (3).

3.

L-iskart solidu radjuattiv jinħażen temporanjament fuq is-sit qabel ma jintbagħat lil faċilitajiet ta’ ħżin jew rimi liċenzjati fil-Ġermanja.

L-iskart solidu u l-fdalijiet materjali mhux radjuattivi li jkunu konformi mal-livelli ta’ approvazzjoni se jiġu rrilaxxati mill-kontroll regolatorju għar-rimi bħala skart konvenzjonali, għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ. Dan se jsir b’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

4.

F’każ li jkun hemm skariki mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor mhux se jkunu sinifikanti mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li jirriżulta miż-żarmar ta’ Gundremmingen KRB-II, li jinsab fil-Land tal-Bavarja fil-Ġermanja, kemm waqt it-tħaddim normali kif ukoll fil-każ ta’ aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, x’aktarx li ma tirriżultax f’kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lati tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva l-ġdida tal-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni lejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; lejn id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll lejn id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u lejn id-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(2)  Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8927 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Financial Group/Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 222/02)

Fit-18 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8927. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/900, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/898 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

(2018/C 222/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/900 (2), u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/898 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi rigward tal-Myanmar/Burma, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4b tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta’ Frar 2019:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK u l-Artikolu 4i(4) tar-Regolament (UE) Nru 401/2013.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi ikkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.

(2)  ĠU L 160 I, 25.6.2018, p. 9.

(3)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 160 I, 25.6.2018, p. 1.


26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/5


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma

(2018/C 222/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (2).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 401/2013.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f'dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jiġu mwieġba f'konformità mat-Taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/6


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(2018/C 222/05)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901 (2), u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta’ rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat/i Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 9 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-1 ta’ Settembru 2018, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2017/2063.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

(2)  ĠU L 160 I, 25.6.2018, p. 12.

(3)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

(4)  ĠU L 160 I, 25.6.2018, p. 5.


26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/7


Avviż għall-attenzjoni tas-soġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(2018/C 222/06)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/2063 (2).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2063.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fil-lista kif stipulati f’dan ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu f’konformità mas-Sezzjoni 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

(3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Ġunju 2018

(2018/C 222/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1700

JPY

Yen Ġappuniż

128,21

DKK

Krona Daniża

7,4517

GBP

Lira Sterlina

0,88040

SEK

Krona Żvediża

10,3623

CHF

Frank Żvizzeru

1,1549

ISK

Krona Iżlandiża

126,20

NOK

Krona Norveġiża

9,4703

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,935

HUF

Forint Ungeriż

325,42

PLN

Zloty Pollakk

4,3370

RON

Leu Rumen

4,6690

TRY

Lira Turka

5,4557

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5742

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5542

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1810

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6947

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5930

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 303,95

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8282

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6468

HRK

Kuna Kroata

7,3825

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 561,35

MYR

Ringgit Malażjan

4,6959

PHP

Peso Filippin

62,535

RUB

Rouble Russu

73,3376

THB

Baht Tajlandiż

38,563

BRL

Real Brażiljan

4,4042

MXN

Peso Messikan

23,4457

INR

Rupi Indjan

79,6450


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/9


Avviż lill-importaturi li jikkonċerna l-applikazzjoni tas-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati fi ħdan il-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 222/08)

Bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), l-Unjoni Ewropea tagħti preferenzi kummerċjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fil-qafas tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati tagħha. Skont l-Artikolu 33(2) ta’ dak ir-Regolament, ir-regoli tal-oriġini li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti li joriġinaw, il-proċeduri u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva relatati magħhom, għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali, jiġifieri ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jistabbilixxu l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (3).

Permezz tar-riforma tar-regoli tal-oriġini tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi fl-2010, ittieħdet id-deċiżjoni biex mill-2017 tiġi sostitwita s-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-oriġini ta’ merkanzija biċ-ċertifikati tal-oriġini tal-FORMOLA A b’sistema ta’ awtoċertifikazzjoni tal-oriġini ta’ merkanzija minn esportaturi rreġistrati (bl-użu ta’ “dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini”). Is-sistema l-ġdida ngħatat l-isem ta’ “is-sistema tal-Esportaturi Rreġistrati” (is-sistema REX). Skont il-leġiżlazzjoni l-ġdida, id-dikjarazzjonijiet ta’ fattura għal kunsinni li jkun fihom prodotti li joriġinaw li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 6 000 huma sostitwiti minn dikjarazzjonijiet tal-oriġini li jistgħu jsiru minn kwalunkwe esportatur.

Is-sistema REX ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2017 għall-pajjiżi jew territorji benefiċjarji tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi. Madankollu, skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2015/2447, din il-possibbiltà kienet offruta lil kull pajjiż u territorju benefiċjarju tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi li jiddeċiedu huma stess jekk huma jippreferux li jibdew bl-applikazzjoni tas-sistema REX, fl-2017, fl-2018 jew fl-2019. F’kull każ, ingħata perjodu tranżizzjonali ta’ sena u dak il-perjodu tranżizzjonali jista’ jiġi estiż għal sitt xhur oħra, wara li ssir notifika minn pajjiż jew territorju benefiċjarju lill-Kummissjoni Ewropea.

Matul il-perjodu tranżizzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi jew tat-territorji benefiċjarji tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi jistgħu jkomplu joħorġu ċ-ċertifikati tal-oriġini tal-FORMOLA A għall-esportaturi li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati. Għal dawk li jkunu ġew irreġistrati, is-sistema REX biss hija applikabbli.

Is-sistema REX bdiet mill-1 ta’ Jannar 2017 għal pajjiżi jew territorji benefiċjarji tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi li ġejjin: L-Angola, il-Burundi, il-Butan, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Komoros, il-Kongo, il-Gżejjer Cook, il-Djibouti, l-Etjopja, il-Mikronesja, il-Guinea Ekwatorjali, il-Guinea Bissaw, l-Indja, il-Kenja, Kiribati, il-Laos, il-Liberja, il-Mali, Nauru, in-Nepal, il-gżira Nju, il-Pakistan, il-Gżejjer Solomon, Sierra Leone, is-Somalja, is-Sudan t’Isfel, Sao Tomé u Principe, iċ-Chad, it-Togo, Tonga, Timor Leste, Tuvalu, il-Jemen, iż-Żambja.

Filwaqt li jitqies il-perjodu tranżizzjonali ta’ sena u l-possibbiltà li jiġi estiż għal sitt xhur oħra, dawk il-pajjiżi jew territorji benefiċjarji tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi kollha msemmija hawn fuq, huma mistennija li japplikaw is-sistema REX mill-1 ta’ Lulju 2018. Madankollu, għandu jitfakkar li pajjiżi jew territorji benefiċjarji tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi huma biss intitolati li japplikaw is-sistema REX wara li jissodisfaw il-prerekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 70 u 72 tar-Regolament (UE) 2015/2447. Pajjiżi jew territorji benefiċjarji li ma jkunux jissodisfaw dawn il-prerekwiżiti sa dik id-data ma jkunux f’pożizzjoni li jistgħu japplikaw is-sistema REX. Bħala konsegwenza dawn mhux se jkunu f’pożizzjoni li jibbenefikaw minn preferenzi tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi mill-1 ta’ Lulju 2018 u dan sakemm huma jkunu ssodisfaw il-prerekwiżiti. L-informazzjoni dettaljata dwar id-dati ta’ applikazzjoni tas-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati mill-pajjiżi jew it-territorji benefiċjarji kollha tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi tinsab fuq is-sit web Europa (4). L-operaturi huma mħeġġa biex jikkonsultaw dan is-sit web fuq bażi regolari biex jivverifikaw jekk u meta l-pajjiżi jew territorji benefiċjarji tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi msemmija hawn fuq kienu intitolati li japplikaw is-sistema REX.

Il-Kummissjoni Ewropea tinforma lill-operaturi tal-Unjoni Ewropea li huma biss id-“dikjarazzjonijiet tal-oriġini” magħmula minn esportaturi rreġistrati f’dawn il-pajjiżi jew territorji esportaturi tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi, jew minn kwalunkwe esportatur ta’ dawn il-pajjiżi jew territorji meta l-valur totali tal-prodotti li joriġinaw ikkonsenjati ma jaqbiżx is-EUR 6 000, li jistgħu jintużaw biex jiċċertifikaw l-oriġini preferenzjali tal-merkanzija mill-1 ta’ Lulju 2018 (5).

Għalhekk il-preferenzi tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi se jiġu miċħuda fil-każ li ċ-ċertifikati tal-FORMOLA A maħruġa wara l-1 ta’ Lulju 2018 huma ppreżentati bħala provi ta’ oriġini preferenzjali tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi. Il-preferenzi tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi se jiġu wkoll miċħuda f’każ li d-dikjarazzjonijiet tal-fatturi magħmula wara l-1 ta’ Lulju 2018 huma ppreżentati bħala provi ta’ oriġini preferenzjali tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi għal kunsinni li jkun fihom prodotti li joriġinaw li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 6 000.

L-operaturi li jippreżentaw provi dokumentarji tal-oriġini fl-Unjoni Ewropea fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi huma għalhekk avżati biex jieħdu l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex jiżguraw li l-fornituri tagħhom fil-pajjiżi jew territorji benefiċjarji msemmija hawn fuq jiġu mwissija dwar il-bidla fil-proċedura fir-rigward tal-provi ta’ oriġini preferenzjali u dwar il-konsegwenzi f’każ li tiġi ppreżenta prova tal-oriġini skorretta (iċ-ċertifikat tal-FORMOLA A jew id-dikjarazzjoni tal-fattura).

Is-sit web Europa jinkludi wkoll il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi li innotifikaw skont l-Artikolu 79 ta’ Regolament (UE) 2015/2447 lill-Kummissjoni Ewropea bl-applikazzjoni tas-sistema REX mill-1 ta’ Jannar 2018 (6) jew mill-1 ta’ Jannar 2019 (7).


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1.

(3)  ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558.

(4)  https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/calculation-customs-duties/rules-origin/general-aspects-preferential-origin/arrangements-list/generalised-system-preferences/the_register_exporter_system_en

(5)  L-Artikoli 92 u 93 u l-Anness 22-07 tar-Regolament (UE) 2015/2447.

(6)  Dawn il-pajjiżi benefiċjarji tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi għandhom japplikaw is-sistema REX b’mod sħiħ sa mhux aktar tard 1/7/2019.

(7)  Dawn il-pajjiżi benefiċjarji tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi għandhom japplikaw is-sistema REX b’mod sħiħ sa mhux aktar tard 01/07/2020.


Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/11


Netwerking ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

(2018/C 222/09)

Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-Artikolu 36(2), jipprevedi li “Il-Bord tal-Amministrazzjoni” tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jħejji lista li għandha tiġi ppubblikata ta’l-organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri li jistgħu jgħinu lill-Awtorità, jew individwalment jew f’networks, fil-missjoni tagħha.

Din il-lista l-ewwel ġiet imħejjija mill-Bords tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fid-19 ta’ Diċembru 2006, u minn dakinhar:

i.

qiegħda tiġi aġġornata regolarment, abbażi tal-proposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA, waqt li jitqiesu r-reviżjonijiet jew proposti ta’ deżinjazzjoni ġodda mill-Istati Membri (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004, l-Artikolu 2(4) (2));

ii.

ippubblikata fuq is-sit web tal-EFSA, fejn hi ppubblikata l-aħħar lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti; u

iii.

disponibbli permezz tal-Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 lill-organizzazzjonijiet, u li tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt u l-oqsma speċifiċi ta’ kompetenza tal-organizzazzjonijiet.

Din l-informazzjoni rispettiva hi disponibbli fuq is-sit web tal-EFSA, fil-links li ġejjin:

i.

l-aħħar emenda ta’ din il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fl-[20/06/2016] – [http://www.efsa.europa.eu/en/events/event/180620-0];

ii.

il-lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti – http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/assets/art36listg.pdf; u

iii.

Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 – http://www.efsa.europa.eu/art36/search

L-EFSA se żżomm din in-notifika aġġornata, speċifikament fir-rigward tal-links tas-sit web ipprovduti.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil Cooperation.Article36@efsa.europa.eu.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 tat-23 ta’ Diċembru 2004 li jindika termini ta’ applikazzjoni tar-Regolament 178/2002 f’dak li għandu x’jaqsam max-xibka ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jiddependu mill-missjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (ĠU L 379, tal-24.12.2004, p. 64).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/12


Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2018/C 222/10)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

ĠERMANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI

1.

Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Aufenthaltserlaubnis

(permess ta’ residenza)

Blue Karte EU

(karta blu tal-UE)

ICT-Karta

Mobiler-ICT-Karte

Niederlassungserlaubnis

(permess ta’ sistemazzjoni)

Erlaubnis zum Daueraufenthalt-EG

(Permess ta’ residenza fit-tul tal-KE)

Aufenthaltsberechtigung

(dritt għal residenza mingħajr limitu)

NB: L-“Aufenthaltsberechtigung (dritt għal residenza mingħajr limitu)” inħareġ fil-format uniformi qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u l-validità tiegħu hija mingħajr limitu.

2.

Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Aufenthaltserlaubnis-UE

(permess ta’ residenza għall-membri tal-familji taċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE jew taż-ŻEE li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew taż-ŻEE)

NB: Inħareġ sat-28 ta’ Awwissu 2007 u huma validi sa 5 snin (jew mingħajr limitu), għalhekk għadhom fiċ-ċirkolazzjoni

Aufenthaltskarte für Familienangehörige eines Unionsbürgers oder eines Staatsangehörigen eines EWR-Staates

(kard ta’ residenza għall-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-UE jew ċittadin ta’ Stat Membru taż-ŻEE)

NB. Inħarġet mit-28 ta’ Awwissu 2007 u tieħu post l-“Aufenthaltserlaubnis-EU”

Aufenthaltserlaubnis für Staatsangehörige der Schweizerischen Eidgenossenschaft und ihre Familienangehörigen, die nicht Staatsangehörige der Schweizerischen Eidgenossenschaft sind

(permess ta’ residenza għaċ-ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera u l-membri tal-familja tagħhom li mhumiex ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera)

Aufenthaltserlaubnis für Angehörige eines Mitgliedstaates der EWG

(permess ta’ residenza għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-KE)

NB: Taħt it-Taqsima 15 tal-Att dwar il-libertà ġenerali ta’ moviment għaċ-ċittadini tal-UE, “Aufenthaltserlaubnis-EU für Familienangehörige von Staatsangehörigen eines Mitgliedstaates der Europäischen Union oder eines EWR Staates, die nicht Staatsangehörige eines Mitgliedstaates der EU oder des EWR sind” (permess ta’ residenza għall-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE jew taż-ŻEE li mhumiex ċittadini tal-Istati Membri tal-UE jew taż-ŻEE) maħruġ qabel it-28 ta’ Awwissu 2007 jibqa’ validu bħala kard ta’ residenza.

NB: Dawn il-permessi huma validi minflok visa, għad-dħul mingħajr visa, biss jekk jinħarġu f’passaport jew b’mod separat flimkien ma’ passaport, mhux jekk jinħarġu bħala dokument intern minflok karta tal-identità.

“Aussetzung der Abschiebung (Duldung)” (differiment ta’ espulsjoni (permess eċċezzjonali ta’ permanenza fil-pajjiż)) jew “Aufenthaltsgestattung für Asylbewerber” (permess ta’ residenza temporanja għal dawk li qegħdin ifittxu l-asil) mhumiex validi għal dħul mingħajr visa.

Fiktionsbescheinigung

(Dokument ta’ residenza provviżorja)

Il-permess ta’ residenza jibqa’ validu biss - jekk it-tielet kaxxa fil-paġna tlieta tiġi mmarkata. Id-dħul jiġi permess biss b’konnessjoni ma’ permess ta’ residenza jew visa skaduti.

Jekk l-ewwel jew it-tieni kaxxa jiġu mmarkati, il-“Fiktionsbescheinigung” ma jimplikax id-dritt għad-dħul mingħajr visa.

Il-passijiet għall-membri tal-missjonijiet diplomatiċi:

NB: Sa mill-1 ta’ Awwissu 2003 inħareġ tip ġdid ta’ pass għall-membri tal-missjonijiet diplomatiċi u għall-membri ta’ karigi konsolari tat-tip ta’ karriera. Dawk it-tipi ta’ passijiet stabbiliti qabel l-1 ta’ Awwissu 2003 ma għadhomx validi.

Il-privileġġi tal-qadi tar-responsabbiltajiet jidhru fuq in-naħa ta’ wara ta’ kull pass.

Passijiet maħruġa lid-diplomatiċi u l-membri tal-familji tagħhom.

Immarkat “D” fuq in-naħa ta’ wara:

Passijiet diplomatiċi għad-diplomatiċi barranin:

Protokollausweis für Diplomaten

(Pass tal-protokoll għad-diplomatiċi, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Passijiet diplomatiċi għall-membri tal-familja impenjati f’impjieg privat bi gwadann.

Protokollausweis für Diplomaten “A”

(Pass tal-protokoll “A” għad-diplomatiċi, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Passijiet diplomatiċi għad-diplomatiċi li huma ċittadini Ġermaniżi jew li huma residenti b’mod permanenti fil-Ġermanja.

Protokollausweis für Diplomaten Art. 38 I WÜD

(Pass ta’ protokoll għad-diplomatiċi taħt l-Artikolu 38(1) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Permessi maħruġa għal staff amministrattiv jew tekniku u għall-membri tal-familja tagħhom:

Immarkati “VB” fuq in-naħa ta’ wara:

Pass ta’ protokoll għall-persual amministrattiv jew tekniku barrani:

Protokollausweis für Verwaltungspersonal

(Pass ta’ protokoll għall-persunal amministrattiv, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Pass ta’ protokoll għall-membri tal-familja tal-persunal amministrattiv jew tekniku impenjati f’impjieg privat bi gwadann.

Protokollausweis für Verwaltungspersonal “A”

(Pass ta’ protokoll “A” għall-persunal amministrattiv, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Pass ta’ protokoll għall-persunal amministrattiv jew tekniku li huma ċittadini Ġermaniżi jew li huma residenti permanenti fil-Ġermanja:

Protokollausweis für Mitglieder VB Art. 38 2 WÜD

(Pass ta’ protokoll għall-persunal amministrattiv taħt l-Artikolu 38(2) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Permessi maħruġa għal staff ta’ servizz u għall-membri tal-familja tagħhom:

Immarkati “DP” fuq in-naħa ta’ wara:

Protokollausweis für dienstliches Hauspersonal

(Pass ta’ protokoll għall-persunal tas-servizz, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Permessi maħruġa għal staff lokali u għall-membri tal-familja tagħhom:

Immarkati “OK” fuq in-naħa ta’ wara:

Protokollausweis für Ortskräfte

(Pass ta’ protokoll għall-persunal lokali, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Permessi maħruġa għal staff domestiku privat:

Immarkati “PP” fuq in-naħa ta’ wara:

Protokollausweis für privates Hauspersonal

(Pass ta’ protokoll għall-persunal domestiku privat, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Passijiet għall-membri tal-karigi konsolari:

Il-privileġġi tal-qadi tar-responsabbiltajiet jidhru fuq in-naħa ta’ wara ta’ kull pass.

Passes maħruġa lil uffiċjali konsulari:

Immarkati “K” fuq in-naħa ta’ wara:

Passijiet għall-uffiċjali konsolari barranin:

Protokollausweis für Konsularbeamte

(Pass ta’ protokoll għall-uffiċjali konsolari, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Passijiet għall-uffiċjali konsolari li huma ċittadini Ġermaniżi jew huma residenti b’mod permanenti fil-Ġermanja:

Protokollausweis für Konsularbeamte “Art. 71 I WÜK”

(Pass ta’ protokoll għall-uffiċjali konsolari taħt l-Artikolu 71(1) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsolari) (sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Permessi maħruġa għal staff amministrattiv jew tekniku konsulari ta’ karriera:

Immarkati “VK” fuq in-naħa ta’ wara:

Pass ta’ protokoll għall-persual amministrattiv jew tekniku barrani:

Protokollausweis für Verwaltungspersonal

(Pass ta’ protokoll għall-persunal amministrattiv, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Passijiet ta’ protokoll għall-persunal amministrattiv jew tekniku li huma ċittadini Ġermaniżi jew li huma residenti b’mod permanenti fil-Ġermanja:

Protokollausweis für Mitglieder VK Art. 71 II WÜK

(Pass ta’ protokoll għall-persunal amministrattiv taħt l-Artikolu 71(2) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsolari, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Passes maħruġa lil persunal ta’ servizz konsulari tat-tip-karriera:

Immarkati “DH” fuq in-naħa ta’ wara:

Protokollausweis für dienstliches Hauspersonal

(Pass ta’ protokoll għall-persunal tas-servizz, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Permessi maħruġa għall-membri tal-familja ta’ uffiċjali konsulari jew staff amministrattiv, tekniku jew ta’ servizz:

Immarkati “KF” fuq in-naħa ta’ wara:

Protokollausweis f. Familienangehörige (Konsulat)

(Pass ta’ protokoll għall-membri tal-familja (konsolari) (sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Permessi maħruġa għal staff lokali konsulari ta’ karriera:

Immarkati “OK” fuq in-naħa ta’ wara:

Protokollausweis für Ortskräfte

(Pass ta’ protokoll għall-persunal lokali) (sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Passes maħruġa lil persunal domestiku privat konsulari tat-tip-karriera:

Immarkati “PP” fuq in-naħa ta’ wara:

Protokollausweis für privates Hauspersonal

(Pass ta’ protokoll għall-persunal domestiku privat, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003)

Passijiet speċjali:

Passijiet maħruġa lill-membri tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-membri tal-familja tagħhom:

Immarkati “IO” fuq in-naħa ta’ wara:

Sonderausweis “IO”

(Pass speċjali “IO”, sa mill-1999)

NB: il-kapijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-membri tal-familja tagħhom jinħarġilhom pass immarkat “D”; il-persunal domestiku privat tal-organizzazzjonijiet internazzjonali jinħarġilhom pass immarkat “PP”.

Permessi maħruġa għal membri ta’ dar taħt l-Artikolu 27(1)(5) tar-Regolamenti tar-Residenza:

Immarkati “S” fuq in-naħa ta’ wara:

Sonderausweis “S”

(Pass speċjali “S”, sa mill-1 ta’ Jannar 2005)

Lista ta’ passiġġieri għall-ħarġiet tal-iskola fl-Unjoni Ewropea

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5.

 

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11.

 

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14.

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14.

 

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12.

 

ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15.

 

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9.

 

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15.

 

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20.

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5.

 

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26.

 

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8.

 

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6.

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5.

 

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1.

 

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26.

 

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7.

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5.

 

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7.

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6.

 

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8.

 

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.

 

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9.

 

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59.

 

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3.

 

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12.

 

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.

 

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.

 

ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4.

 

ĠU C 16, 18.1.2017, p. 5.

 

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 6.

 

ĠU C 94, 25.3.2017, p. 3.

 

ĠU C 297, 8.9.2017, p. 3.

 

ĠU C 343, 13.10.2017, p. 12.

 

ĠU C 100, 16.3.2018, p. 25.

 

ĠU C 144, 25.4.2018, p. 8.

 

ĠU C 173, 22.5.2018, p. 6.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/17


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ: M.8936 — Cinven/Sieħeb fil-Pet Foods Holdings)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 222/11)

1.   

Fil-15 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Cinven Capital Management (VI) General Partner Limited (UK), li tappartjeni għall-grupp Cinven (“Cinven”),

Sieħeb fil-Pet Foods Hungaria Kft (l-Ungerija) (“Sieħeb fil-Pet Foods”), ikkontrollat minn Pamplona Capital Partners IV L.P., li tappartjeni għal Pamplona Capital Management LLP.

Cinven indirettament takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tas-Sieħeb fil-Pet Foods kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Cinven: ditta ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza tal-investiment. Il-kumpaniji tal-portafoll ta’ Cinven huma attivi f’varjetà ta’ setturi,

—   Sieħeb fil-Pet Foods: il-manifattura u l-provvista fl-Ewropa ta’ ikel tal-annimali domestiċi ta’ tikketta privata u dawk ta’ ditta industrijali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8936 — Cinven / Sieħeb fil-Pet Foods Holdings

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8797 — Thales/Gemalto)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 222/12)

1.   

Fit-18 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Thales S.A. (“Thales”, Franza),

Gemalto N.V. (“Gemalto”, in-Netherlands).

Thales takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Gemalto kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-26 ta’ Marzu 2018.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Thales hija grupp dinji attiv fl-ajrunawtika, l-ispazju, it-trasport fuq l-art, id-difiża u s-sigurtà.

Gemalto hija kumpanija internazzjonali tas-sigurtà diġitali attiva fil-pjattaformi u servizzi mobbli, software inkorporat fil-mobiles u prodotti, pagamenti, programmi tal-gvern, magna għal magna (l-Internet tal-Oġġetti), u s-sigurtà tal-intrapriża.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8797 — Thales/Gemalto

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/20


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 222/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“CIDRE DE BRETAGNE”/“CIDRE BRETON”

Nru tal-UE: PGI-FR-02216 – 4.1.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem

:

Il-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni tas-sidru taħt l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta

Indirizz

:

123 rue Saint-Lazare

75008 Paris

FRANCE

Numru tat-telefown

:

+33 145222432

Fax

:

+33 145222485

Posta elettronika

:

contact@odgcidresigp.com

Il-grupp hu assoċjazzjoni regolata bil-liġi tal-1 ta’ Lulju 1901. Hi magħmula mill-produtturi tat-tuffieħ tas-sidru u l-proċessuri, u għalhekk hija intitolata li tressaq applikazzjoni għal emenda.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt, rabta kawżali, organu ta’ spezzjoni, ir-rekwiżiti nazzjonali u l-annessi

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

5.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Il-paragrafu “‘Les cidres de Bretagne’ ġej mill-fermentazzjoni tal-most magħmul mill-‘frott tas-sidru’ frisk, prodott u maqtugħ fil-Bretanja” tinbidel bi:

“Is-‘Cidre de Bretagne’/‘Cidre breton’ huwa sidru effervexxenti li ġej mill-fermentazzjoni tal-most magħmul mit-tuffieħ tas-sidru frisk, prodott u manipulat fiż-żona ġeografika ddefinita skont din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott”.

Din id-definizzjoni tippreċiża n-natura effervexxenti tas-sidru u l-fatt li ma jistax jiġi prodott jekk mhux mit-tuffieħ tas-sidru. Is-“Cidre de Bretagne” minn dejjem kien ir-riżultat tal-użu esklussiv tat-tuffieħ tas-sidru minħabba l-imsaġar imħawla fiż-żona ġeografika. Din ir-restrizzjoni hija msemmija fil-paragrafu dwar il-materja prima tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali. Din il-kjarifika qiegħda tingħata fid-deskrizzjoni tal-prodott biex tneħħi kull ambigwità dwar il-preżenza ta’ frott ieħor.

Fir-rigward tal-materja prima użata, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali tirreferi għal lista ta’ varjetajiet ta’ tuffieħ rakkomandati, li tinsab annessa magħha. Din il-lista, li fiha madwar mitt varjetà, mhix eżawrjenti u ma għadhiex aġġornata fir-rigward tal-iżvilupp tal-varjetajiet tat-tuffieħ. Madankollu, dawn il-varjetajiet kollha jissodisfaw l-istess definizzjoni tat-tuffieħ tas-sidru. Għalhekk il-lista indikattiva ta’ dawn il-varjetajiet għandha tinbidel b’definizzjoni tat-tuffieħ tas-sidru fformulata kif ġej: “It-‘tuffieħ tas-sidru’ jirreferi għat-tuffieħ immanipulat fil-produzzjoni tas-sidru li jipproduċi meraq li fih kontenut ta’ tannini (polifenoli) b’mhux inqas minn 0,6 g/l ta’ aċidi tanniċi totali, nattivi jew ossidizzati”. Peress li s-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton” dejjem jiġi prodott mit-tuffieħ tas-sidru li għandu l-istess karatteristiċi, ir-rabta kawżali ma tiġix affettwata.

Jitħassru l-paragrafi dwar il-preżentazzjoni tal-prodott (“partikolarment fi flixkun tax-xampanja, fi flixkun tal-litru jew tal-litru u nofs, f’pakketti żgħar (0,375 litru, 0,33 litru, 0,25 litru) u fi btieti li jifilħu għall-pressjoni”, “il-fliexken jingħalqu b’tapp bil-forma ta’ faqqiegħa, tapp bil-kamin jew kapsula”). Fil-fatt, l-ippakkjar imsemmi hu indikattiv u jirreferi biss għal dak l-aktar użat, u għalhekk il-preżentazzjonijiet kollha huma awtorizzati.

Il-paragrafu dwar l-istruttura tal-varjetà tal-imsaġar tal-Bretanja (“50 % tal-varjetajiet imħawla huma varjetajiet ħelwin-morri jew morri u 24 % huma ta’ varjetajiet aċidużi jew aċetiċi. L-iktar varjetajiet imħawla fil-Bretanja huma Frequin Rouge Kermerrien, Marie Ménard, Jeanne Renard”) jinbidel b’dan li ġej:

“L-għana tal-għamla varjata tal-imsaġar jippermetti li jkun hemm ekwilibri bejn it-tipi differenti ta’ varjetajiet fil-livell taż-żona ġeografika. Bi ftit inqas minn nofs iż-żoni bit-tuffieħ morr u ħelu-morr, terz bit-tuffieħ aċiduż u aċetiku u bil-bqija bit-tuffieħ ħelu, il-produtturi tas-sidru jistgħu jaħdmu t-tuffieħ sakemm isibu t-tlaqqigħ l-aktar xieraq.”.

Jitħassru l-perċentwali ta’ familji tat-tuffieħ imħawla u l-lista tal-varjetajiet prevalenti, għaliex fil-fatt dawn huma ċifri li jistgħu jinbidlu. Anki jekk l-ekwilibri mhumiex fundamentalment fid-dubju, dawn iċ-ċifri kienu jikkorrispondu mal-qagħda ta’ masġar fil-Bretanja sfruttat mill-operaturi tal-grupp tal-oriġini tal-IĠP.

Jitħassar il-paragrafu dwar in-natura u l-karatteristiċi tal-ingredjenti (ilma tajjeb għax-xorb, zokkor, addittivi, preservattivi, ħlewwiet, CO2), ħlief is-sentenza dwar il-karamella, li ġiet ittrasferita għat-taqsima “Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott”. Din il-frażi hija: “Il-karamella hija l-uniku aġent kuluranti awtorizzat”. It-tneħħija ta’ dawn l-elementi tissodisfa l-editjar meħtieġ biex jitneħħew xi dispożizzjonijiet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li huma diġà stipulati fil-leġiżlazzjoni ġenerali nazzjonali u Ewropea.

Is-sentenza “Is-sidru tal-Bretanja jiġi ppreżentat fil-forma ta’ xarba limpida jew imdardra bil-preżenza ta’ ragħwa fina u xi bżieżaq fil-likwidu” tinbidel bi:

“Is-‘Cidre de Bretagne’ jew ‘Cidre breton’ jiġi ppreżentat fil-forma ta’ xarba limpida jew imdardra, miksuba mill-fermentazzjoni tal-most estratt mill-ippressar ta’ polpa tat-tuffieħ tas-sidru biż-żieda tal-ilma jew mingħajr żieda tal-ilma. Dan juri bżieżaq fini u ragħwa ħafifa.”. Dan il-kliem jaħfen l-elementi li diġà jinsabu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (il-fermentazzjoni tal-most, il-possibbiltà taż-żieda tal-ilma) u dettalji preċiżi dwar il-bżieżaq u r-ragħwa. Dan il-kliem ma jbiddilx il-karatteristiċi organolettiċi tas-sidru.

Tiżdied is-sentenza “Il-kwantitajiet destinati għall-użu industrijali u għall-produzzjoni tal-prodotti komposti jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkollhom effervexxenza”. Fil-fatt, is-sidru jista’ jiġi użat għal skopijiet industrijali, bħal pereżempju biex isir il-ħall, jew fil-produzzjoni ta’ prodotti komposti bħall-meraq. Minkejja li dan l-użu ma ssemmiex b’mod espliċitu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, matul iż-żmien, l-użu tas-“Cidre de Bretagne” mingħajr effervexxenza kien konsistenti. L-integrazzjoni ta’ dan fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tikkostitwixxi rikonoxximent tal-prattika li tiffaċilita l-kontroll tal-produzzjoni.

Il-kontenut massimu tal-ħadid (10 mg/l), tal-etanal (100 mg/l għas-“cidre bouché” u 120 mg/l għall-bqija tas-sidri) u tad-dijossidu tal-kubrit totali (150 mg/l għas-“cidre bouché” u 175 mg/l għall-bqija tas-sidri) jitħassru. Dan it-tħassir huwa ġġustifikat minħabba l-preżenza ta’ dawn il-valuri fil-leġiżlazzjoni ġenerali.

Is-sentenza “Dawn jaqtgħu l-għatx ħafna u ta’ spiss joffru ħafna spunti speċifiċi ta’ mrar” tinbidel bi “Is-‘Cidre de Bretagne’ huwa magħruf għall-bilanċ bejn it-togħmiet ta’ mrar, aċidità u zokkor”. Din l-emenda għandha l-għan li tneħħi elementi suġġettivi (“jaqtgħu l-għatx”) u mhux preċiżi (“ta’ spiss”). Is-sentenza l-ġdida tenfasizza l-għarfien tal-produttur, u ma tikkontestax l-eżistenza ta’ mrar speċifiku fis-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton”.

Id-definizzjoni u l-karatteristiċi tat-tipi differenti ta’ sidru (bouchés, ħelu, mhux maħdum, inbid xott mezzan) tneħħew għaliex dawn jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni ġenerali applikabbli fis-sidru.

5.2.   Żona ġeografika

Il-paragrafu “Is-‘Cidres de Bretagne’ (sidru u most konċentrat) jiġu prodotti esklussivament fil-Bretanja” jinbidel bi:

“Il-qtugħ tat-tuffieħ tas-sidru u l-produzzjoni tal-‘Cidre de Bretagne’, għajr l-ippakkjar, isiru fiż-żona ġeografika kkostitwita mill-muniċipalitajiet speċifikati hawn taħt. Iż-żona ġeografika tistrieħ fuq il-Massif Armorikan u tinfirex fuq id-départements tar-reġjun amministrattiv tal-Bretanja, kif ukoll id-départements tal-Mayenne, tal-Loire Atlantique u tal-Maine-et-Loire.”.

Iż-żona ġeografika tas-“Cidre de Bretagne” ġiet estiża għal diversi muniċipalitajiet li jipproduċu t-tuffieħ tas-sidru u li sal-31 ta’ Diċembru 2015, skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ, ibbenefikaw mill-possibilità li jipprovdu t-tuffieħ tas-sidru lill-operaturi li jinsabu fiż-żona ġeografika. Għalhekk, sa tmiem l-2015, permezz ta’ deroga, kien hemm żona ta’ provvista addizzjonali ta’ 606 muniċipalitajiet mifruxin fuq parti mid-départements tal-Maine-et-Loire, tal-Mayenne u tas-Sarthe.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata tinkludi fiż-żona ġeografika 120 minn dawn il-muniċipalitajiet, li jinsabu fil-Lvant tad-département tal-Mayenne. Dawn jirrappreżentaw erja ta’ 2 342,6 km2, jiġifieri 6,55 % taż-żona ddefinita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali.

Mil-lat storiku, l-estensjoni tal-produzzjoni tat-tuffieħ barra mill-konfini amministrattivi tal-Bretanja tikkorrispondi għall-iżvilupp tal-produzzjoni tas-“Cidre de Bretagne”. Tabilħaqq, iż-żieda sostanzjali fil-konsum tas-sidru f’dan ir-reġjun fil-bidu tas-seklu għoxrin ħolqot domanda qawwija għat-tuffieħ tas-sidru, li kienet impossibbli li tiġi ssodisfata lokalment. Għaldaqstant, l-intrapriżi industrijali u l-korpi professjonali kienu minn tal-ewwel li ħeġġew biex ikun hemm din l-estensjoni tal-produzzjoni.

Bir-rinnovazzjoni tal-imsaġar tat-tuffieħ tas-sidru, il-Lvant tal-Mayenne sar wieħed mill-elementi taż-żona tal-produzzjoni tas-“Cidre de Bretagne”. Il-Lvant mal-Mayenne jingħaqad mal-bqija tal-baċin biex jifformaw żona waħda konsistenti, li tagħmel parti mill-istess unità ġeoloġika (il-Massif Armorikan), u tiġbor fiha l-produtturi li jaħdmu b’mod kostanti l-frott maħsub għall-IĠP “Cidre de Bretagne” sa mir-rikonoxximent tagħha, kif ukoll l-imsaġar li għandhom profil varjetali analogu mal-bqija taż-żona ġeografika. Minn meta ġiet rikonoxxuta l-IĠP, din il-pożizzjoni baqgħet tissaħħaħ permezz tat-tħawwil u tad-dħul fis-seħħ ta’ kuntratti ġodda biex tiġi żgurata l-provvista lill-proċessuri.

F’termini tal-produzzjoni tat-tuffieħ tas-sidru, skont iċ-ċensiment ġenerali tal-agrikoltura tal-2010 kien hemm 1 071 produttur ikabbru l-imsaġar dedikati f’2 910 ettaru fiż-żona ġeografika attwali, u 63 produttur f’138 ettaru fl-estensjoni mitluba (4,74 % tal-erja supplimentari, produzzjoni stmata għal madwar 3 000 tunnellata fis-sena).

Skont l-għaqda interprofessjonali Franċiża tas-sidru (Union Nationale Interprofessionnelle Cidricole), hemm reġistrati 16-il produttur tas-sidru fil-Mayenne. Fil-biċċa l-kbira tagħhom jaħdmu ta’ produtturi b’azjendi agrikoli żgħar; minnhom hemm tnejn biss li jinsabu fil-Punent tal-Mayenne u li jipproduċu iktar minn 300 ettolitru ta’ sidru fis-sena.

Il-produtturi tal-Lvant tal-Mayenne għandhom sħubija kuntrattwali mal-produtturi tas-sidru fil-Bretanja: pereżempju, ilhom ifornu lill-fabbrika tas-sidru Loïc Raison mill-1923.

Minn dejjem, il-frott ta’ dan is-settur kien jinġabar u kkontribwixxa għall-iżvilupp tar-reputazzjoni tal-prodott fiż-żona ġeografika kollha.

Ta’ min wieħed iżid ukoll li hemm fabbrika kbira oħra tas-sidru stabbilita fir-reġjun li hi storikament importanti: l-impriża Volcler. Din kienet tinsab fil-belt ta’ Mayenne, fuq ix-xatt tal-Punent tax-xmara bl-istess isem, li taqsam il-belt. Din il-fabbrika tas-sidru kienet tiġi fornuta mill-parti l-kbira tal-frott fiż-żona, inkluż il-frott li kien jiġi mil-Lvant tal-Mayenne, u kienet tagħmel parti miż-żona ġeografika tas-“Cidre de Bretagne”. Meta waqfet topera fl-2008, il-produtturi tal-frott li kienu jfornu din il-fabbrika tas-sidru fiż-żona loġikament sabu ruħhom miġbudin minn fabbriki oħra tas-sidru fiż-żona ġeografika tas-“Cidre de Bretagne”.

Għalhekk, anke jekk iż-żona tal-estensjoni ma tgawdix reputazzjoni speċifika, madankollu tiġbor fiha l-produtturi tal-frott li d-destin tagħhom huwa marbut ma’ dak tal-fabbriki tas-sidru li storikament jipproduċu s-“Cidre de Bretagne”. F’dan ir-rigward, iż-żona tal-estensjoni tirrappreżenta element kostituttiv tar-reputazzjoni tal-IĠP “Cidre de Bretagne”.

Il-Lvant tal-Maine-et-Loire u s-Sarthe, komponenti oħra taż-żona addizzjonali eċċezzjonalital-provvista, jikkostitwixxu każ separat: għandhom kundizzjonijiet naturali differenti (ta’ klima u ġeoloġija), u profil varjetali li ma jippreżentax l-istess ekwilibri għaliex magħmul speċifikament b’mod li jippermetti varjetà usa’ bi skop doppju (is-sidru u l-meraq), filwaqt li l-istorja tar-rabtiet kuntrattwali hija aktar reċenti. Għalhekk din iż-żona ma ġietx integrata fiż-żona ġeografika.

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, id-definizzjoni taż-żona ġeografika tirreferi għal xi départements u cantons. Il-cantons qed jinbidlu skont il-lista tal-muniċipalitajiet li jiffurmawhom, u għax dawn huma inqas suxxettibbli li jinbidlu fil-futur.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, żdiedet mappa taż-żona ġeografika.

5.3.   Prova tal-oriġini

Il-paragrafu “Is-‘Cidre de Bretagne’ ma jistax jiġi żviluppat, għajr l-ippakkjar, għajr f’impjanti ta’ produzzjoni li jinsabu fiż-żona ġeografika” jinbidel bi “L-implimentazzjoni tat-traċċabbiltà mill-operaturi hija obbligatorja” bil-għan li jissaħħaħ l-obbligu tat-traċċabbiltà fil-katina tal-produzzjoni tas-sidru.

Il-kelma “manifattura” tinbidel bi “produzzjoni”, li huwa t-terminu ġust fil-kuntest tal-produzzjoni tas-sidru.

It-“titolu tal-moviment” jinbidel bin-“nota tal-kunsinna” ta’ kull wieħed mil-lottijiet ikkunsinnati. Fuq din in-nota tal-kunsinna għandha tiġi speċifikata n-natura tat-tuffieħ (“in-natura tat-tuffieħ tas-sidru”). B’hekk in-nota tal-kunsinna hija aktar preċiża.

L-elementi marbuta maż-żamma tar-rekords tat-tuffieħ tas-sidru huma differenti minn dawk marbuta mat-traċċabbiltà tal-most. Dan il-kliem jiżgura traċċabbiltà aħjar.

Jitħassar il-paragrafu li jipprevedi li, fl-istadju tal-ippakkjar u d-distribuzzjoni, il-manifattur għandu jkollu informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u l-piż tal-lottijiet tal-most u tal-most konċentrat, kif ukoll dwar in-natura u d-data tat-twettiq tal-proċessi teknoloġiċi, billi mhux obbligatorju li l-ippakkjar isir fiż-żona ġeografika.

Żdiedet dispożizzjoni dwar id-dikjarazzjoni meħtieġa għall-għarfien u l-monitoraġġ tal-volumi, kif ukoll dwar l-obbligu li jinżammu reġistri għall-produtturi tat-tuffieħ tas-sidru (fejn jinsabu il-ħbula tar-raba’, il-varjetajiet korrispondenti, id-distinzjoni bejn il-kategoriji tat-tuffieħ tas-sidru u tuffieħ ieħor), u żamma ta’ rekords jew kwalunkwe dokument ta’ kontabilità ekwivalenti għall-operaturi l-oħra (dħul u ħruġ tat-tuffieħ tas-sidru, tal-most jew tal-most konċentrat, u tas-sidru). Dawn id-dokumenti għandhom l-għan li jtejbu t-traċċabbiltà tal-prodott.

Żdiedet tabella fil-qosor tat-traċċabbiltà biex tiffaċilita l-qari tal-istadji u tad-dokumenti relatati.

5.4.   Metodu ta’ produzzjoni

Materja prima:

Ir-referenza għal-lista ta’ varjetajiet tat-tuffieħ tas-sidru rakkomandati qiegħda tinbidel bid-definizzjoni tat-tuffieħ tas-sidru (tuffieħ li jipproduċi meraq b’kontenut ta’ tannini (polifenoli) mhux inqas minn 0,6 g/l ta’ aċidi tanniċi totali, nattivi jew ossidizzati).

Din l-emenda hija ġġustifikata mill-fatt li l-produzzjoni tas-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton” hija kkaratterizzata mill-użu ta’ diversità kbira tal-varjetajiet tat-tuffieħ tas-sidru u tat-togħmiet addizzjonali. Dawn il-varjetajiet jidhru biss parzjalment fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali fil-lista tal-varjetajiet “rakkomandati”, li hija restrittiva u ftit li xejn koerenti. Pereżempju, il-varjetajiet rakkomandati skont id-digrieti tal-20 ta’ April 1967 u tat-30 ta’ Mejju 1980, li minkejja li kollha jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-materja prima, ma kinux inklużi b’mod sħiħ f’din il-lista. Bl-istess mod, xi varjetajiet tradizzjonali lokali ma tniżżlux lanqas, minkejja li hemm ħafna minnhom. Għal raġunijiet ta’ koerenza u eżattezza u minħabba d-diffikultà biex jiġu stabbiliti listi ta’ varjetajiet li jkunu eżawrjenti, inżamm il-kriterju analitiku li jiddistingwi t-tuffieħ tas-sidru frisk. It-tannini huma waħda mill-karatteristiċi tat-tuffieħ tas-sidru li, flimkien mal-aċidità, jintużaw biex jiġu kklassifikati l-varjetajiet skont il-gruppi ta’ togħma għal skopijiet ta’ taħlit. Għalhekk, fil-grupp iddefinit, il-varjetajiet tat-tuffieħ tas-sidru nqasmu b’mod tipiku skont 5 kategoriji biex il-produtturi tas-sidru jkunu jistgħu jikklassifikawhom.

F’dan ir-rigward, fis-sentenza: “Il-varjetajiet tal-frott tas-sidru huma kklassifikati f’6 kategoriji li l-prinċipali fosthom huma s-segwenti”, iċ-ċifra 6 nbidlet f’5 sabiex jiġi kkoreġut l-iżball klerikali.

L-istadji tal-produzzjoni:

Fir-rigward tal-mod ta’ kif isiru t-taħlit u l-għasir tat-tuffieħ, żdied li t-tuffieħ tas-sidru miż-żona ġeografika tal-IĠP għandu jkun nadif meta jkun dieħel fil-katina tal-ipproċessar. Dan ir-rekwiżit huwa marbut mat-tħassir tal-obbligu tal-ħasil tat-tuffieħ; il-ħasil mhuwiex meħtieġ fil-każ ta’ frott maqtugħ bl-idejn u/jew li ma jmissx mal-art.

Fil-paragrafu dwar il-proċess ta’ ċċarar qabel il-fermentazzjoni, il-lista tal-metodi elenkati (id-defakazzjoni, l-estrazzjoni tal-pektini sempliċi jew segwita bi rfinar, il-proċessi tas-separazzjoni) qed tinbidel bl-espressjoni “il-prattiki u t-trattamenti stabbiliti mill-użu”. Fil-fatt, il-metodi kollha elenkati mhumiex sistematikament obbligatorji. It-twettiq ta’ dawn l-operazzjonijiet jiddependi fuq l-għarfien tal-operaturi.

Fil-paragrafu “Il-Fermentazzjoni”, il-prattiki awtorizzati (it-taħlit tat-tipi ta’ sidru, iż-żieda ta’ ħlewwa fis-sidru, l-użu taz-zokkor bil-ħsieb li jitħejja s-cidre bouché) tneħħew għaliex jaqgħu diġà taħt il-leġiżlazzjoni ġenerali. Dan it-tħassir ma għandux impatt fuq il-prodott għaliex tali prattiki mhumiex obbligatorji u jibqgħu possibbli bl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni msemmija.

Fil-paragrafu “Kjarifika dwar il-proċess ta’ wara l-fermentazzjoni”, qed jiġi speċifikat li l-irfinar jiġi segwit “jew le” b’ċentrifugazzjoni u/jew filtrazzjoni. Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, l-irfinar jiġi segwit b’ċentrifugazzjoni minħabba li l-volumi ġestiti mill-membri tal-grupp applikant għar-reġistrazzjoni tal-IĠP kienu jkunu ġeneralment għoljin. L-għan ta’ din l-emenda huwa li tiġi ffaċilitata l-produzzjoni fil-qafas tal-IĠP għall-operaturi ż-żgħar li joperaw jew le l-eliminazzjoni tad-depożitu. Din iż-żieda ma timmodifikax il-prodott għaliex is-“Cidre de Bretagne”/“Cidre Breton” jista’ jkun ċar jew imdardar.

Fil-paragrafu “Il-formazzjoni tar-ragħwa jew il-karbonizzazzjoni”, il-kelma “karbonizzazzjoni” tinbidel b’“gassifikazzjoni”. Il-gassifikazzjoni hija diġà awtorizzata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali. Din l-emenda hija kjarifika u għandha l-għan li tevita l-konfużjoni bejn iż-żewġ termini li huma ekwivalenti: fl-industrija tal-ikel, il-gassifikazzjoni tax-xorb tirreferi speċifikament għaż-żieda tal-CO2 (il-karbonizzazzjoni) sabiex tinkiseb xarba effervexxenti (tal-gass).

Jitħassru l-paragrafi “L-Ippakkjar” (“Is-sidru jista’ jiġi ppasturizzat bil-ħsieb li tiġi assigurata l-istabbilizzazzjoni mikrobijoloġika”) u “Il-Ħażna” (il-ħżin wara l-ippakkjar f’bini mhux umduż, b’ventilazzjoni, f’post fejn ikun protett mix-xemx u mill-maltemp, possibbilment f’temperatura ambjentali), għax dawn jirrigwardaw l-istadji ta’ wara l-produzzjoni tal-IĠP.

Biex tittejjeb iċ-ċarezza, żdiedet tabella fil-qosor tal-ħajja tal-prodott li tiġbor l-istadji differenti tal-produzzjoni tas-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton”.

5.5.   Tikkettar

L-elementi speċifiċi tat-tikkettar huma limitati għall-isem tax-xarba li huwa: “Cidre de Bretagne”/“Cidre breton”.

Id-dispożizzjonijiet l-oħra li jinsabu f’dan il-paragrafu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali tneħħew għaliex dawn ħafna minnhom jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni ġenerali applikabbli għas-sidru (dettalji fakultattivi dwar is-cidre bouché, il-meraq pur, l-effervexxenza naturali, il-formazzjoni tar-ragħwa naturali…), jew jappartjenu għal kategorija ta’ prodotti usa’ (iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità). Dispożizzjonijiet oħra mhumiex vinkolanti (il-possibbiltà li l-konsumatur jiġi infurmat dwar in-natura, l-oriġini, il-produzzjoni, l-ispeċifiċitajiet u l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott).

L-obbligu li jissemma l-organu ta’ spezzjoni fuq it-tikketta tħassar għaliex dan l-organu jista’ jinbidel. Din l-informazzjoni hija disponibbli wkoll, b’mod partikolari, fuq siti tal-Internet.

Billi t-turija tal-logo tal-IĠP saret obbligatorja mill-1 ta’ Jannar 2016, l-obbligu li tinkiteb “IGP” u/jew “Indication Géographique Protégée” ġie rtirat.

5.6.   Oħrajn

Editjar ġenerali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Ċerti paragrafi nkitbu mill-ġdid, ingħaqdu ma’ oħrajn, jew iċċaqalqu f’kapitoli differenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, sabiex it-test jiġi adattat għar-Regolament tal-Unjoni Ewropea u jinqara aħjar. Dawn l-emendi jikkonċernaw b’mod partikolari d-deskrizzjoni tal-prodott, il-metodu ta’ produzzjoni u r-rabta kawżali. Dawn huma l-emendi formali li ma jaffettwawx id-dispożizzjonijiet attwali.

Aġġornament tad-dettalji

Żdiedu d-dettalji ta’ kuntatt tal-Istitut Nazzjonali dwar tal-oriġini u l-kwalità (INAO) bħala s-servizz kompetenti tal-Istat Membru, skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Barra minn hekk, wara li ddaħħlu xi żviluppi fl-organizzazzjoni tas-settur, l-isem u d-dettalji tal-grupp ġew emendati.

Organu ta’ spezzjoni

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-organu ta’ spezzjoni nbidlu b’dawk tal-awtorità kompetenti ta’ spezzjoni. L-għan ta’ din l-emenda huwa li tiġi evitata l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fil-każ ta’ bidla fl-organu ta’ spezzjoni.

Rekwiżiti nazzjonali

Żdiedet tabella li tispeċifika l-punti ewlenin li għandhom jiġu spezzjonati.

Annessi

L-Annessi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali tħassru. Fil-fatt, dawn fihom dispożizzjonijiet vinkolanti dwar iż-żona ġeografika, li huma riprodotti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jew fl-informazzjoni mhux vinkolanti.

DOKUMENT UNIKU

“CIDRE DE BRETAGNE”/“CIDRE BRETON”

Nru tal-UE: PGI-FR-02216 – 4.1.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem/Ismijiet

“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I għat-Trattat (ħwawar eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton” huwa sidru effervexxenti li ġej mill-fermentazzjoni tal-most magħmul mit-tuffieħ tas-sidru frisk, prodott u manipulat fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-most tat-tuffieħ tas-sidru jista’ jinħareġ, parzjalment, minn most konċentrat fid-daqs jew fil-proporzjon li ma jaqbiżx l-40 % tal-volum totali tal-most manipulat (espress bħala most rikostitwit).

L-għana tal-għamla varjata tal-imsaġar jippermetti li jkun hemm ekwilibri bejn it-tipi differenti ta’ varjetajiet fil-livell taż-żona ġeografika. Bi ftit anqas min-nofs tat-tuffieħ morr u ħelu-u-morr, b’aktar minn terz bit-tuffieħ aciduż u aċetiku u bil-bqija tat-tuffieħ ħelu, il-produtturi tas-sidru jistgħu jaħdmu t-tuffieħ sakemm isibu t-tlaqqigħ l-aktar xieraq.

Is-“Cidre de Bretagne” jew “Cidre breton” jiġi ppreżentat fil-forma ta’ xarba limpida jew imdardra, miksuba mill-fermentazzjoni tal-most estratt mill-ippressar ta’ polpa tat-tuffieħ tas-sidru biż-żieda tal-ilma jew mingħajr żieda tal-ilma. Dan juri bżieżaq fini u ragħwa ħafifa.

L-effervexxenza ġejja mill-preżenza ta’ CO2, ikkawżat mill-fermentazzjoni u/jew miżjud.

Is-“Cidre de Bretagne” huwa kkaratterizzat minn aromi rikki, li jistgħu jkunu qawwija u rustiċi, jew bi spunti ta’ frott u fjuri, xi kultant arrikkiti b’aromi maturi (b’togħmiet ta’ ħwawar).

Dan ivarja: ċerti tipi jkollhom togħma dominanti ta’ aċidu u kulur pjuttost pallidu, u ċerti tipi oħra jkollhom togħma dominanti ta’ mrar u kulur kannella lewn il-kewba.

Is-“Cidre de Bretagne” huwa magħruf għall-bilanċ tat-togħmiet ta’ mrar, aċidità u zokkor.

Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum minima hi ta’ 5,0 % u l-qawwa alkoħolika effettiva skont il-volum minima hi ta’ 1,5 %. Il-kontenut massimu tal-aċidu volatili tal-inbid għandu jkun ta’ 1 g/1 (aċidu sulfuriku).

Il-kwantitajiet destinati għall-użu industrijali u għall-produzzjoni tal-prodotti komposti jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkollhom effervexxenza.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

It-tuffieħ li jintuża fil-produzzjoni tas-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton” huwa tuffieħ tas-sidru. It-tuffieħ tal-mejda hu eskluż. It-tuffieħ tas-sidru jirreferi għat-tuffieħ immanipulat fil-produzzjoni tas-sidru li jipproduċi meraq li fih kontenut ta’ tannini (polifenoli) b’mhux inqas minn 0,6 g/l ta’ aċidi tanniċi totali, nattivi jew ossidizzati.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tat-tuffieħ tas-sidru u t-trasformazzjoni tiegħu f’sidru (il-most mit-tagħsir tat-tuffieħ, il-produzzjoni tas-sidru mill-fermentazzjoni tal-most). Il-meraq tad-diffużjoni miksub bl-użu tal-ilma mhux imsaħħan, il-fermentazzjoni kiesħa jew f’temperatura ambjentali, u l-awtorizzazzjoni ta’ kulurant wieħed biss: il-karamella.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

L-indikazzjoni obbligatorja tal-isem tax-xarba: “Cidre de Bretagne”/“Cidre breton”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Id-département tal-Cotes d’Armor: il-muniċipalitajiet kollha,

Id-département tal-Finistère: il-muniċipalitajiet kollha,

Id-département tal-Ille et Vilaine: il-muniċipalitajiet kollha,

Id-département tal-Morbihan: il-muniċipalitajiet kollha,

Id-département tal-Loire Atlantique, il-muniċipalitajiet li ġejjin:

Il-muniċipalitajiet sħaħ: Abbaretz, Ancenis, Anetz, Assérac, Avessac, Batz-sur-Mer, Baule-Escoublac, Belligné, Besné, Blain, Bonnœuvre, Bouée, Bouvron, Campbon, Carquefou, Casson, Cellier, Chapelle-des-Marais, Chapelle-Glain, Chapelle-Launay, Chapelle-Saint-Sauveur, Chapelle-sur-Erdre, Châteaubriant, Chevallerais, Conquereuil, Cordemais, Couëron, Couffé, Croisic, Crossac, Derval, Donges, Drefféac, Erbray, Fay-de-Bretagne, Fégréac, Fercé, Fresne-sur-Loire, Gâvre, Grand-Auverné, Grandchamps-des-Fontaines, Grigonnais, Guémené-Penfao, Guenrouet, Guérande, Herbignac, Héric, Issé, Jans, Joué-sur-Erdre, Juigné-des-Moutiers, Lavau-sur-Loire, Ligné, Louisfert, Lusanger, Malville, Marsac-sur-Don, Massérac, Maumusson, Mauves-sur-Loire, Meilleraye-de-Bretagne, Mésanger, Mesquer, Missillac, Moisdon-la-Rivière, Montoir-de-Bretagne, Montrelais, Mouais, Mouzeil, Nort-sur-Erdre, Notre-Dame-des-Landes, Noyal-sur-Brutz, Nozay, Orvault, Oudon, Pannecé, Petit-Auverné, Petit-Mars, Pierric, Pin, Piriac-sur-Mer, Plessé, Pontchâteau, Pornichet, Pouillé-les-Côteaux, Pouliguen, Prinquiau, Puceul, Quilly, Riaillé, Roche-Blanche, Rougé, Rouxière, Ruffigné, Saffré, Saint-André-des-Eaux, Saint-Aubin-des-Châteaux, Saint-Étienne-de-Montluc, Saint-Géréon, Saint-Gildas-des-Bois, Saint-Herblain, Saint-Herblon, Saint-Joachim, Saint-Julien-de-Vouvantes, Saint-Lyphard, Saint-Malo-de-Guersac, Saint-Mars-du-Désert, Saint-Mars-la-Jaille, Saint-Molf, Saint-Nazaire, Saint-Nicolas-de-Redon, Saint-Sulpice-des-Landes, Saint-Vincent-des-Landes, Sainte-Anne-sur-Brivet, Sainte-Luce-sur-Loire, Sainte-Reine-de-Bretagne, Sautron, Savenay, Sévérac, Sion-les-Mines, Soudan, Soulvache, Sucé-sur-Erdre, Teillé, Temple-de-Bretagne, Thouaré-sur-Loire, Touches (Les), Trans-sur-Erdre, Treffieux, Treillières, Trignac, Turballe, Varades, Vay, Vigneux-de-Bretagne, Villepot, Vritz.

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin (it-Tramuntana tal-Loire): Indre, Nantes.

Id-département tal-Maine et Loire, il-muniċipalitajiet li ġejjin:

Il-muniċipalitajiet sħaħ: Andigné, Angrie, Armaillé, Aviré, Avrillé, Beaucouzé, Bécon-les-Granits, Béhuard, Bouchemaine, Bouillé-Ménard, Bourg-d’Iré, Bourg-l’Évêque, Brain-sur-Longuenée, Candé, Carbay, Challain-la-Potherie, Chambellay, Champtocé-sur-Loire, Chapelle-Hullin, Chapelle-sur-Oudon, Châtelais, Chazé-Henry, Chazé-sur-Argos, Combrée, Cornuaille, Ferrière-de-Flée, Freigné, Gené, Grugé-l’Hôpital, Hôtellerie-de-Flée, Ingrandes, Jaille-Yvon, Lion-d’Angers, Loiré, Louroux-Béconnais, Louvaines, Marans, Membrolle-sur-Longuenée, Montguillon, Montreuil-sur-Maine, Noëllet, Noyant-la-Gravoyère, Nyoiseau, Plessis-Macé, Possonnière, Pouancé, Pouëze, Prévière, Saint-Augustin-des-Bois, Saint-Clément-de-la-Place, Sainte-Gemmes-d’Andigné, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Jean-de-Linières, Saint-Lambert-la-Potherie, Saint-Léger-des-Bois, Saint-Martin-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Michel-et-Chanveaux, Saint-Sauveur-de-Flée, Saint-Sigismond, Savennières, Segré, Tremblay, Vergonnes, Vern-d’Anjou, Villemoisan.

Parti mill-munipalitajiet li ġejjin (it-Tramuntana tal-Loire u l-Punent tal-Mayenne u tal-Maine): Angers, Pruillé, Cantenay-Épinard, Grez-Neuville, Montreuil-Juigné.

Id-département tal-Mayenne, il-muniċipalitajiet li ġejjin: Ahuillé, Alexain, Ampoigné, Andouillé, Argenton-Notre-Dame, Argentré, Aron, Arquenay, Assé-le-Bérenger, Astillé, Athée, Averton, Azé, Baconnière, Bais, Ballée, Ballots, Bannes, Bazoge-Montpinçon, Bazouge-de-Chemeré, Bazouge-des-Alleux, Bazougers, Beaulieu-sur-Oudon, Beaumont-Pied-de-Bœuf, Belgeard, Bierné, Bignon-du-Maine, Bigottière, Blandouet, Boissière, Bonchamp-lès-Laval, Bouchamps-lès-Craon, Bouère, Bouessay, Bourgneuf-la-Forêt, Bourgon, Brains-sur-les-Marches, Brecé, Brée, Brûlatte, Buret, Carelles, Chailland, Châlons-du-Maine, Chammes, Champgenéteux, Changé, Chapelle-Anthenaise, Chapelle-au-Riboul, Chapelle-Craonnaise, Chapelle-Rainsouin, Château-Gontier, Châtelain, Châtillon-sur-Colmont, Châtres-la-Forêt, Chemazé, Chémeré-le-Roi, Chérancé, Chevaigné-du-Maine, Colombiers-du-Plessis, Commer, Congrier, Contest, Cosmes, Cossé-en-Champagne, Cossé-le-Vivien, Coudray, Couptrain, Courbeveille, Courcité, Craon, Crennes-sur-Fraubée, Croixille, Cropte, Cuillé, Daon, Denazé, Deux-Évailles, Dorée, Entrammes, Épineux-le-Seguin, Ernée, Évron, Fontaine-Couverte, Forcé, Fougerolles-du-Plessis, Fromentières, Gastines, Genest-Saint-Isle, Gennes-sur-Glaize, Gesnes, Gesvres, Gravelle, Grazay, Grez-en-Bouère, Ham, Hambers, Hardanges, Houssay, Huisserie, Izé, Javron-les-Chapelles, Jublains, Juvigné, Laigné, Landivy, Larchamp, Laubrières, Launay-Villiers, Laval, Levaré, Lignières-Orgères, Livet, Livré, Loigné-sur-Mayenne, Loiron, Longuefuye, Loupfougères, Louverné, Louvigné, Madré, Maisoncelles-du-Maine, Marcillé-la-Ville, Marigné-Peuton, Martigné-sur-Mayenne, Mayenne, Mée, Ménil, Méral, Meslay-du-Maine, Mézangers, Montaudin, Montenay, Montflours, Montigné-le-Brillant, Montjean, Montourtier, Montsûrs, Moulay, Neau, Neuilly-le-Vendin, Niafles, Nuillé-sur-Vicoin, Oisseau, Olivet, Origné, Pallu, Parigné-sur-Braye, Parné-sur-Roc, Pellerine, Peuton, Placé, Pommerieux, Pontmain, Port-Brillet, Pré-en-Pail, Préaux, Quelaines-Saint-Gault, Renazé, Roë, Rouaudière, Ruillé-Froid-Fonds, Ruillé-le-Gravelais, Sacé, Saint-Aignan-de-Couptrain, Saint-Aignan-sur-Roë, Saint-Aubin-du-Désert, Saint-Baudelle, Saint-Berthevin, Saint-Berthevin-la-Tannière, Saint-Brice, Saint-Calais-du-Désert, Saint-Céneré, Saint-Charles-la-Forêt, Saint-Christophe-du-Luat, Saint-Cyr-en-Pail, Saint-Cyr-le-Gravelais, Saint-Denis-d’Anjou, Saint-Denis-de-Gastines, Saint-Denis-du-Maine, Saint-Ellier-du-Maine, Saint-Erblon, Saint-Fort, Saint-Fraimbault-de-Prières, Saint-Georges-Buttavent, Saint-Georges-le-Fléchard, Saint-Georges-sur-Erve, Saint-Germain-d’Anxure, Saint-Germain-de-Coulamer, Saint-Germain-le-Fouilloux, Saint-Germain-le-Guillaume, Saint-Hilaire-du-Maine, Saint-Jean-sur-Erve, Saint-Jean-sur-Mayenne, Saint-Laurent-des-Mortiers, Saint-Léger, Saint-Loup-du-Dorat, Saint-Mars-du-Désert, Saint-Mars-sur-Colmont Saint-Mars-sur-la-Futaie, Saint-Martin-de-Connée, Saint-Martin-du-Limet, Saint-Michel-de-Feins, Saint-Michel-de-la-Roë, Saint-Ouën-des-Toits, Saint-Ouën-des-Vallons, Saint-Pierre-des-Landes, Saint-Pierre-la-Cour, Saint-Pierre-sur-Erve, Saint-Pierre-sur-Orthe, Saint-Poix, Saint-Quentin-les-Anges, Saint-Samson, Saint-Saturnin-du-Limet, Saint-Sulpice, Saint-Thomas-de-Courceriers, Sainte-Gemmes-le-Robert, Sainte-Suzanne, Saulges, Selle-Craonnaise, Senonnes, Simplé, Soulgé-sur-Ouette, Thorigné-en-Charnie, Torcé-Viviers-en-Charnie, Trans, Vaiges, Vautorte, Villaines-la-Juhel, Villepail, Villiers-Charlemagne, Vimarcé, Voutré.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Cidre de Bretagne”/“Cidre breton” hija kkaratterizzata minn klima tat-tip oċeaniku b’differenzi pjuttost żgħar bejn it-temperaturi minimi u dawk massimi, mill-influwenza tal-baħar u minn xita abbondanti u regolari. Is-sjuf huma moderati u x-xtiewi ftit li xejn kefrin. Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata mill-assenza ta’ defiċit idriku fis-sajf u minn ftit jiem ta’ ġlata.

Dan l-ambjent naturali joffri lit-tuffieħ kundizzjonijiet li huma favorevoli għall-iżvilupp tiegħu, iżda li ma jwasslux għal produzzjonijiet oħra, bħal dik tal-vitikultura.

L-imasġar tat-tuffieħ tas-sidru, stabbiliti fil-Medju Evu minn varjetajiet li ġew minn Spanja (Vizcaya), infirxu malajr fuq it-territorju kollu tal-Bretanja u l-periferiji tagħha. Il-produtturi, u aktar tard il-bdiewa u l-arboristi lokali, għażlu, tejbu u adattaw il-materjal veġetali għall-kundizzjonijiet pedoklimatiċi tal-Bretanja. Kisbu għadd kbir ta’ varjetajiet li jispikkaw b’kontenut ta’ tannin partikulari, kif ukoll ħiliet teknoloġiċi speċifiċi. Billi jinkisbu jew jiġu introdotti varjetajiet ġodda li huma adattati għall-kundizzjonijiet lokali tal-produzzjoni u l-ipproċessar, is-settur jiggarantixxi ż-żamma tal-bijodiversità tar-riżorsa ġenetika u jiżgura l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni tas-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton”.

F’din iż-żona ġeografika hemm ukoll għarfien matur u speċifiku ħafna dwar il-produzzjoni tas-sidru. Fil-fatt, il-produtturi tas-sidru biż-żmien tgħallmu jieħdu l-aħjar minn kull familja tat-tuffieħ biex jiksbu l-aħjar bilanċ possibbli.

Sa nofs is-seklu dsatax, is-sidru kien jiġi mmanifatturat fir-razzett. Imbagħad, bis-saħħa taż-żieda fil-konsum, l-artiġjani u l-produtturi industrijali daħlu fil-produzzjoni ta’ din ix-xarba, u biex kibru, iffukaw fuq l-għarfien tal-proċessi ta’ trasformazzjoni (it-tekniki li jiċċaraw ix-xarba, il-ħażna fil-kesħa, il-pasturizzazzjoni, il-gassifikazzjoni).

It-tekniki tat-tagħsir mekkaniku ġabu titjib fir-rendiment tal-meraq mingħajr ma fixklu l-karatteristiċi speċifiċi tat-tuffieħ.

Mill-bidu tas-seklu 20, gradwalment ġiet żviluppata wkoll il-filtrazzjoni biex tinkiseb aktar stabbiltà fis-sidru. Madwar is-snin 1950, il-fabbriki tas-sidru bdew jippastorizzaw is-sidru ħelu biex ikollhom konservazzjoni itwal, biex iwaqqfu l-iżvilupp ta’ mikroorganiżmi, u biex ikunu jistgħu jibagħtuh f’destinazzjonijiet aktar ’il bogħod b’inqas riskju.

Il-Bretanja hija t-tieni l-akbar żona Franċiża tat-tkabbir tat-tuffieħ tas-sidru, u wieħed mill-postijiet bl-ogħla produzzjoni tas-sidru fl-Ewropa.

Is-“Cidre breton” jista’ jkun ċar jew imdardar, iżda ta’ lewn ftit jew wisq qawwi skont il-varjetajiet tat-tuffieħ tas-sidru u l-proċessi mwettqa. Huwa sidru effervexxenti, imħejji minn tuffieħ tas-sidru biss, li ġej miż-żona ġeografika. Dan joffri firxa kbira ta’ togħmiet, frott tat-taħlit ta’ diversi tipi ta’ tuffieħ tas-sidru, li jippermettu li jinstab il-bilanċ mixtieq bejn l-imrar, l-aċidità u z-zokkor li joħroġ bħala residwu tal-fermentazzjoni.

Is-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton” igawdi minn reputazzjoni tajba.

Masġar tat-tuffieħ tas-sidru importanti u għarfien professjonali kbir tal-produzzjoni tas-sidru huma ż-żewġ pilastri ewlenin li fuqhom issejset ir-reputazzjoni tas-“Cidre de Bretagne”.

F’dan is-settur fejn it-tuffieħ isaltan, il-bnedmin adattaw ruħhom u żviluppaw l-għarfien ta’ produtturi tas-sidru. L-għarfien tagħhom tat-tuffieħ u tal-karatteristiċi tiegħu jipprovdu taħlitiet li joffru bilanċ tajjeb bejn l-imrar, l-aċidità u l-ħlewwa.

It-tekniki tat-tagħsir mekkaniku, il-proċess ta’ ċċarar qabel u wara l-fermentazzjoni, il-fermentazzjoni u l-istabbilizzazzjoni wasslu għall-iżvilupp tas-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton”.

Identità reġjonali b’saħħitha u l-iżvilupp ta’ settur speċifiku maż-żmien ikkonfermaw ir-reputazzjoni tas-“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton” f’żona usa’ minn dan ir-reġjun.

Fil-Bretanja, xi leġġendi medjevali, bħal dawk tal-Kavallieri tal-Mejda t-Tonda, isemmu “is-siġra tat-tuffieħ nobbli u l-frotta tagħha bħala simbolu ta’ ferħ”.

Taħt ir-reġim il-qadim (“l’ancien régime”), il-Parlament tal-Bretanja kien jittaxxa bil-kbir iċ-ċirkolazzjoni tas-sidru, b’mod partikolari fit-territorju tar-Renju ta’ Franza, sar-Revoluzzjoni meta t-tixrid tiegħu ġie limitat. Wara l-1789, iċ-ċirkolazzjoni tas-sidru tal-Bretanja twessgħet u kien fl-ewwel nofs tas-seklu 19 li t-tixrid tiegħu ra aċċelerazzjoni sinifikanti. Is-sidru tat-Tramuntana tal-Bretanja kien jintbagħat fi Newfoundland u fil-kolonji, peress li għandu l-karatteristika li “jissaporti” l-baħar (ara d-“Dictionnaire universel portatif du commerce”, Léopold/1819). Hu mfittex ħafna fl-Amerika (ara “Inventaire du patrimoine culinaire de la France”, Bretagne, Albin Michel/CNAC/1994)

Għalhekk l-ewwel nofs tas-seklu 20 kien, skont Yves li Goas, “l-epoka tad-deheb tas-sidru fil-Bretanja” (ara “Le Cidre en Goëlo”, Ar Men Nru 41/Frar 1992).

Fl-1956, René Dumont jgħid li fil-Bretanja, “is-sidru ssibu f’kull ikla u kull nhar ta’ Ħadd”. Madankollu s-sidru jibqa’ xarba primarjament rurali, u għalhekk il-konsum tiegħu, wara li laħaq il-quċċata fl-ewwel snin tas-seklu, naqas progressivament sa mis-snin 1920, b’mod partikolari minħabba l-eżodu rurali.

Is-sidru huwa parti intrinsika mill-wirt kulturali u kulinarju tal-Bretanja. Assoċjat mill-qrib mal-konsum tal-crêpes u l-galettes, flimkien mal-crêperie, is-sidru hu wieħed mill-elementi emblematiċi tal-identità tal-Bretanja. L-iżvilupp tal-crêperies barra l-Bretanja kabbar il-konsum tas-sidru u kkontribwixxa b’mod sinifikanti għar-reputazzjoni tiegħu, inkluż lil hinn mill-fruntieri Franċiżi.

L-għadd kbir ta’ turisti li jżuru l-Bretanja kixfu s-sidru lokali, biex b’hekk saru ambaxxaturi tiegħu, filwaqt li t-temperament vjaġġatur u imprenditorjali tan-nies tal-Bretanja kkontribwixxa ħafna lejn it-tkabbir tal-konsum tas-sidru fi stabbilimenti li fetħu lil hinn mit-territorju tal-Bretanja.

Barra minn hekk, għadd kbir ta’ festi tas-sidru, bħal dak ta’ Poul-Fetan f’Morbihan jew bħal dak ta’ Temple-de-Bretagne fil-Loire-Atlantique, juru li r-rabta mal-prodott u l-kultura tal-produzzjoni tas-sidru hija vivaċi fit-territorju taż-żona ġeografika tal-IĠP. Dan wassal lil Gilles Pudlowski tar-rivista Saveurs (Ġunju 1995) biex jgħid li t-tuffieħ tas-sidru u l-prodotti derivati minnu huma “delikatezzi tal-Bretanja li jippersistu b’mod sabiħ”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-01730da0-67f0-4587-bdf0-a9cdea491fae/telechargement


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

26.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/30


Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 209 tal-15 ta’ Ġunju 2018 )

(2018/C 222/14)

Fl-istandards li ġejjin, rispettivament,

minflok:

“ESO (1)

Ir-referenza u t-titlu tal-istandard

(u d-dokument ta’ referenza)

Data tal-bidu tal-preżunzjoni ta’ konformità - Nota 0

Referenza ta’ l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta’ l-istandard li ġie sostitwit Nota 1

CEN

EN 342:2017

Lbies protettiv - Tibdiliet ta' lbies u lbiesi għall-protezzjoni mill-ksieħ

21.4.2018

EN 342:2004

Nota 2.1

 

CEN

EN 353-1:2014+A1:2017

Tagħmir personali għall-protezzjoni minn waqgħat - apparati li jkun iggwidati biex iżommu waqgħat inkluż ħabel li jservi ta' ankra - Parti 1: apparati li jkunu ggwidat biex iżommu waqgħat inkluż u li jkollhom ħabel li jservi ta' ankra - Parti 1: apparati li jkunu ggwidat biex iżommu waqgħat inkluż u li jkollhom ħabel riġidu li jservi ta' ankra

21.4.2018

EN 353-1:2014

Nota 2.1

 

CEN

EN 379:2003+A1:2009

Protezzjoni ta' l-għajnejn personali - Filtri ta' l-iwweldjar awtomatiċi

21.4.2018

EN 379:2003

Nota 2.1

 

CEN

EN 565:2017

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Tejp - Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar

21.4.2018

EN 565:2006

Nota 2.1

 

CEN

EN 14052:2012+A1:2012

Elmi industrijali ta' kwalità għolja

21.4.2018

EN 14052:2012

Nota 2.1

 

CEN

EN 14058:2017

Lbies protettiv - Lbies li protettiv kontra ambjenti kesħin

21.4.2018

EN 14058:2004

Nota 2.1

 

CEN

EN 14225-1:2017

Lbies tal-bugħaddasa - Parti 1: Lbies tal-lastku ta' l-għaddasa - Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

21.4.2018

EN 14225-1:2005

Nota 2.1

 

CEN

EN 14225-2:2017

Lbies tal-bugħaddasa - Parti 2: Lbies li ma jgħaddix ilma minnu - Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

21.4.2018

EN 14225-2:2005

Nota 2.1

 

CEN

EN 14225-3:2017

Lbies tal-bugħaddasa - Parti 3: Sistemi ta' lbies imsaħħan jew imkessaħ attivament - Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

21.4.2018

EN 14225-3:2005

Nota 2.1”,

 

aqra:

ESO (1)

Ir-referenza u t-titlu tal-istandard

(u d-dokument ta’ referenza)

Data tal-bidu tal-preżunzjoni ta’ konformità - Nota 0

Referenza ta’ l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta’ l-istandard li ġie sostitwit Nota 1

CEN

EN 342:2017

Lbies protettiv - Tibdiliet ta' lbies u lbiesi għall-protezzjoni mill-ksieħ

21.4.2018

 

 

CEN

EN 353-1:2014+A1:2017

Tagħmir personali għall-protezzjoni minn waqgħat - apparati li jkun iggwidati biex iżommu waqgħat inkluż ħabel li jservi ta' ankra - Parti 1: apparati li jkunu ggwidat biex iżommu waqgħat inkluż u li jkollhom ħabel li jservi ta' ankra - Parti 1: apparati li jkunu ggwidat biex iżommu waqgħat inkluż u li jkollhom ħabel riġidu li jservi ta' ankra

21.4.2018

 

 

CEN

EN 379:2003+A1:2009

Protezzjoni ta' l-għajnejn personali - Filtri ta' l-iwweldjar awtomatiċi

21.4.2018

 

 

CEN

EN 565:2017

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Tejp - Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar

21.4.2018

 

 

CEN

EN 14052:2012+A1:2012

Elmi industrijali ta' kwalità għolja

21.4.2018

 

 

CEN

EN 14058:2017

Lbies protettiv - Lbies li protettiv kontra ambjenti kesħin

21.4.2018

 

 

CEN

EN 14225-1:2017

Lbies tal-bugħaddasa - Parti 1: Lbies tal-lastku ta' l-għaddasa - Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

21.4.2018

 

 

CEN

EN 14225-2:2017

Lbies tal-bugħaddasa - Parti 2: Lbies li ma jgħaddix ilma minnu - Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

21.4.2018

 

 

CEN

EN 14225-3:2017

Lbies tal-bugħaddasa - Parti 3: Sistemi ta' lbies imsaħħan jew imkessaħ attivament - Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

21.4.2018