ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
21 ta' Ġunju 2018

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 217/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2018/C 217/02

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2018 li tissostitwixxi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT

2

Il-Qorti tal-Awdituri

2018/C 217/03

Rapport Speċjali Nru 14/2018 — Iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari tal-UE: jeħtieġ li jsir aktar progress

4

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 217/04

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

5

2018/C 217/05

9

2018/C 217/06

13

2018/C 217/07

17

2018/C 217/08

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

21

2018/C 217/09

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

25

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 217/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8973 — Mitsui/Kansai/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

29

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/1

Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Ġunju 2018

(2018/C 217/01)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1578

JPY

Yen Ġappuniż

127,39

DKK

Krona Daniża

7,4525

GBP

Lira Sterlina

0,87878

SEK

Krona Żvediża

10,2755

CHF

Frank Żvizzeru

1,1537

ISK

Krona Iżlandiża

125,80

NOK

Krona Norveġiża

9,4693

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,835

HUF

Forint Ungeriż

324,15

PLN

Zloty Pollakk

4,3152

RON

Leu Rumen

4,6695

TRY

Lira Turka

5,4943

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5688

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5398

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0847

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6853

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5718

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 281,98

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8367

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4953

HRK

Kuna Kroata

7,3836

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 320,23

MYR

Ringgit Malażjan

4,6318

PHP

Peso Filippin

61,864

RUB

Rouble Russu

73,6225

THB

Baht Tajlandiż

37,987

BRL

Real Brażiljan

4,3273

MXN

Peso Messikan

23,6794

INR

Rupi Indjan

78,8600

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2018

li tissostitwixxi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT

(2018/C 217/02)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)3261 final tad-19 ta’ Mejju 2015 li tistabbilixxi l-Pjattaforma REFIT, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3261 finali li tistabbilixxi l-Pjattaforma REFIT (minn issa ’l quddiem “il-Pjattaforma”) tipprevedi fl-Artikolu 4 tagħha li l-Pjattaforma se tkun magħmula minn “Grupp tal-Gvern” u “Grupp tal-Partijiet Interessati” u li l-Grupp tal-Partijiet Interessati għandu jikkonsisti minn mhux aktar minn 20 espert, tnejn minnhom li jirrappreżentaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-bqija minn negozju, inkluż mill-SMEs, u mis-sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-esperti fil-grupp tal-partijiet interessati għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom jew biex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż minn numru ta’ partijiet interessati.

(2)

Din id-Deċiżjoni, fl-Artikolu 4.4, tistipula li l-Kummissjoni, fuq proposta tal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, għandha taħtar il-membri tal-grupp tal-partijiet interessati magħżula minn applikanti li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-ħatriet għandhom jiżguraw, sa fejn possibbli, rappreżentazzjoni bilanċjata tad-diversi setturi, interessi u reġjuni tal-Unjoni u tal-ġeneri. L-Artikolu 4.5 tad-Deċiżjoni jistipula li l-membri għandhom jinħatru sal-31 ta’ Ottubru 2019. Skont l-Artikolu 4.6 tad-Deċiżjoni, il-membri li jirriżenjaw jistgħu jiġu sostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9063 final tas-16 ta’ Diċembru 2015 li taħtar lill-Membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT (1) tistipula li jekk xi membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati jieqaf milli jkun membru matul il-mandat tal-Pjattaforma, l-Ewwel Viċi President jista’ jinnomina sostitut minn lista inizjali ta’ kandidati li wieġbu għas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess biex isir membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati.

(4)

Is-Sinjura Nina Renshaw rriżenjat bħala Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati fis-27 ta’ Ottubru 2017.

(5)

Is-Sur Michael Huether huwa fil-lista inizjali ta’ kandidati li wieġbu għas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess biex isiru membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Is-Sur Michael Huether huwa maħtur Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT sal-31 ta’ Ottubru 2019, b’sostituzzjoni tas-Sinjura Nina Renshaw.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

L-ewwel Viċi President

(1)  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/commission-decision-appointment-of-members-stakeholder-group-refit-platform_dec2015_en.pdf

ANNESS

Isem

Ċittadinanza

Rappreżentant ta’ interess komuni kondiviż mill-partijiet interessati f’qasam ta’ politika partikolari

Impjegatur attwali

Is-Sur Michael Hüther

Ġermaniża

LE

L-Istitut ta’ Cologne għar-Riċerka Ekonomika/Institut der deutschen Wirtschaft Köln e.V., Cologne

Il-Qorti tal-Awdituri

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/4

Rapport Speċjali Nru 14/2018

“Iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari tal-UE: jeħtieġ li jsir aktar progress”

(2018/C 217/03)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 14/2018 “Iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari tal-UE: jeħtieġ li jsir aktar progress” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/5

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2018/C 217/04)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ BÉKÉSCSABA

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” - MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni.

3.

Durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu.

4.

Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:

Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontea ta’ Békés.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Békés

Békés

Kötegyán

Békés

Békéscsaba

Békés

Lőkösháza

Békés

Bélmegyer

Békés

Medgyesegyháza

Békés

Csabaszabadi

Békés

Méhkerék

Békés

Csárdaszállás

Békés

Mezőberény

Békés

Csorvás

Békés

Mezőgyán

Békés

Doboz

Békés

Murony

Békés

Elek

Békés

Nagykamarás

Békés

Gerendás

Békés

Okány

Békés

Geszt

Békés

Pusztaottlaka

Békés

Gyomaendrőd

Békés

Sarkad

Békés

Gyula

Békés

Sarkadkeresztúr

Békés

Hunya

Békés

Szabadkígyós

Békés

Kamut

Békés

Tarhos

Békés

Kétegyháza

Békés

Telekgerendás

Békés

Kétsoprony

Békés

Újkígyós

Békés

Kevermes

Békés

Újszalonta

Békés

Kondoros

Békés

Vésztő

Békés

Körösladány

Békés

Zsadány

Békés

Köröstarcsa

Békés

Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: is-superfiċe u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku

Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ma tinkludix iż-żoni ddeżinjati għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ minjiera għall-estrazzjoni tar-riżorsi minerali tal-idrokarbur.

Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa għal siti ta’ minjieri stabbiliti għal riżorsi minerali tal-idrokarbur, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 1 792,156 km2.

Mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ż-żoni għal siti ta’ minjieri li s-saff ta’ materjal żejjed tagħhom ikun jinsab f’punt ogħla mis-saff ta’ materjal żejjed taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, u li s-sodda ta’ blat tagħhom tkun tikkorrispondi jew testendi aktar mis-sodda ta’ blat taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni.

5.

Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 342 000 000 (tliet mija u tnejn u erbgħin miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

7.

Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

8.

Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty għall-estrazzjoni għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarbur, pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Il-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) kif ukoll fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni huma eċċezzjonijiet, fejn għandha tapplika r-rata prevalenti tar-royalty għall-estrazzjoni li hija speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.

10.

Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; l-Ungerija; tel. +36 13012900) bejn it-8:00 u s-14:00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.

Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”.

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi BECHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

12.

Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta.

13.

L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-26 ta’ Settembru 2018 bejn l-10:00 u 12:00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, l-Ungerija), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

14.

L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-minjiera.

17.

Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss.

18.

Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali.

20.

Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

I)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka (tfassil ta’ programm immirat għall-prospettar massimu tal-idrokarbur);

id-durata ppjanata tar-riċerka;

l-impenn finanzjarju li jittieħed meta jiġi implimentat il-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka;

kemm ikunu aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġetti għall-konċessjoni;

il-previżjoni ta’ kemm tkun tista’ tinbeda malajr il-produzzjoni (skont il-liġi, fi żmien ħames snin).

II)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li jrid jitwettaq taħt il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kopert mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni mal-estrazzjoni tal-idrokarbur fit-tliet snin ta’ qabel l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

III)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ ħlas meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

it-tariffa netta tal-konċessjoni offruta, imqabbla mat-tariffa minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

id-daqs tar-royalty offrut għall-estrazzjoni, imqabbel mar-royalty minimu għall-estrazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni ma jistgħux ikopru territorju ta’ prospettar totali ta’ aktar minn 15 000-il km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll tat-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla – skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta.

22.

L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta.

Budapest, … … 2018.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru

(1)  Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/9

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2018/C 217/05)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ DRÁVA

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” - MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni.

3.

Durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu.

4.

Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:

Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontej ta’ Somogy u ta’ Baranya.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Babócsa

Somogy

Kálmáncsa

Somogy

Barcs

Somogy

Kastélyosdombó

Somogy

Bolhó

Somogy

Kisdobsza

Baranya

Csokonyavisonta

Somogy

Komlósd

Somogy

Darány

Somogy

Péterhida

Somogy

Drávatamási

Somogy

Somogyaracs

Somogy

Heresznye

Somogy

Szulok

Somogy

Istvándi

Somogy

Zádor

Baranya

Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: is-superfiċe u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku

Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ma tinkludix iż-żoni ddeżinjati għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ minjiera għall-estrazzjoni tar-riżorsi minerali tal-idrokarbur.

Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa għal siti ta’ minjieri stabbiliti għal riżorsi minerali tal-idrokarbur, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 268,508 km2.

Mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ż-żoni għal siti ta’ minjieri li s-saff ta’ materjal żejjed tagħhom ikun jinsab f’punt ogħla mis-saff ta’ materjal żejjed taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, u li s-sodda ta’ blat tagħhom tkun tikkorrispondi jew testendi aktar mis-sodda ta’ blat taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni.

5.

Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 291 000 000 (mitejn u wieħed u disgħin forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

7.

Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

8.

Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty għall-estrazzjoni għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarbur, pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Il-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) kif ukoll fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni huma eċċezzjonijiet, fejn għandha tapplika r-rata prevalenti tar-royalty għall-estrazzjoni li hija speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.

10.

Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; l-Ungerija; tel. +36 13012900) bejn it-8:00 u s-14:00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.

Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”.

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi DRCHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

12.

Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta.

13.

L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-26 ta’ Settembru 2018 bejn l-10:00 u 12:00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; l-Ungerija), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

14.

L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-minjiera.

17.

Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss.

18.

Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali.

20.

Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

I)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka (tfassil ta’ programm immirat għall-prospettar massimu tal-idrokarbur);

id-durata ppjanata tar-riċerka;

l-impenn finanzjarju li jittieħed meta jiġi implimentat il-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka;

kemm ikunu aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġetti għall-konċessjoni;

il-previżjoni ta’ kemm tkun tista’ tinbeda malajr il-produzzjoni (skont il-liġi, fi żmien ħames snin).

II)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li jrid jitwettaq taħt il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kopert mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni mal-estrazzjoni tal-idrokarbur fit-tliet snin ta’ qabel l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

III)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ ħlas meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

it-tariffa netta tal-konċessjoni offruta, imqabbla mat-tariffa minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

id-daqs tar-royalty offrut għall-estrazzjoni, imqabbel mar-royalty minimu għall-estrazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni ma jistgħux ikopru territorju ta’ prospettar totali ta’ aktar minn 15 000-il km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll tat-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla – skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta.

22.

L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta.

Budapest, … … 2018.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru

(1)  Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/13

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2018/C 217/06)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESTRAZZJONI U L-ISFRUTTAMENT TAL-ENERĠIJA ĠEOTERMALI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ GÁDOROS

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament tal-enerġija ġeotermali taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” - MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni.

3.

Durata tal-konċessjoni: 35 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu.

4.

Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:

Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontej ta’ Békés u ta’ Csongrád.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Árpádhalom

Csongrád

Nagymágocs

Csongrád

Csorvás

Békés

Nagyszénás

Békés

Eperjes

Csongrád

Orosháza

Békés

Fábiánsebestyén

Csongrád

Szentes

Csongrád

Gádoros

Békés

Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 2 500 m mis-superfiċe u mis-sodda ta’ blat: 6 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku

Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 419,4 km2.

5.

Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 21 000 000 (wieħed u għoxrin miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 1 500 000 (miljun u ħames mitt elf forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

7.

Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 15 000 000 (ħmistax-il miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

8.

Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 2 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.

10.

Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; l-Ungerija; tel. +36 13012900) bejn it-8:00 u s-14:00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.

Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”.

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi GAGTDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

12.

Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta.

13.

L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-27 ta’ Settembru 2018 bejn l-10:00 u 12:00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, l-Ungerija), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

14.

L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament tal-enerġija ġeotermali fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-konfini tal-protezzjoni ġeotermali ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tal-konfini tal-protezzjoni ġeotermali.

17.

Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss.

18.

Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali.

20.

Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

I)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka (tfassil ta’ programm immirat għall-prospettar massimu tal-enerġija ġeotermali);

id-durata ppjanata tar-riċerka;

l-impenn finanzjarju li jittieħed meta jiġi implimentat il-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka;

kemm ikunu aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġetti għall-konċessjoni;

il-previżjoni ta’ kemm ikun jista’ jinbeda malajr l-isfruttament għall-finijiet ta’ enerġija (skont il-liġi, fi żmien tliet snin).

II)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li jrid jitwettaq taħt il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kopert mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni mal-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament tal-enerġija ġeotermali.

III)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ ħlas meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

it-tariffa netta tal-konċessjoni offruta, imqabbla mat-tariffa minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

id-daqs tar-royalty offrut għall-estrazzjoni, imqabbel mar-royalty minimu għall-estrazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, estrazzjoni u sfruttament tal-enerġija ġeotermali f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta.

22.

L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta.

Budapest, … … 2018.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru

(1)  Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/17

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2018/C 217/07)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ KÖRÖSLADÁNY

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” - MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni.

3.

Durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu.

4.

Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:

Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontej ta’ Békés and Jász–Nagykun–Szolnok.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Dévaványa

Békés

Körösladány

Békés

Ecsegfalva

Békés

Mezőtúr

Jász–Nagykun–Szolnok

Gyomaendrőd

Békés

Szeghalom

Békés

Kertészsziget

Békés

Túrkeve

Jász–Nagykun–Szolnok

Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: is-superfiċe u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku

Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ma tinkludix iż-żoni ddeżinjati għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ minjiera għall-estrazzjoni tar-riżorsi minerali tal-idrokarbur.

Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa għal siti ta’ minjieri stabbiliti għal riżorsi minerali tal-idrokarbur, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium)

Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 600,572 km2.

Mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ż-żoni għal siti ta’ minjieri li s-saff ta’ materjal żejjed tagħhom ikun jinsab f’punt ogħla mis-saff ta’ materjal żejjed taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, u li s-sodda ta’ blat tagħhom tkun tikkorrispondi jew testendi aktar mis-sodda ta’ blat taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni.

5.

Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 86 000 000 (sitta u tmenin miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

7.

Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

8.

Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty għall-estrazzjoni għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarbur, pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Il-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) kif ukoll fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni huma eċċezzjonijiet, fejn għandha tapplika r-rata prevalenti tar-royalty għall-estrazzjoni li hija speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.

10.

Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; l-Ungerija, tel. +36 13012900) bejn it-8:00 u s-14:00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.

Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”.

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi KOCHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

12.

Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta.

13.

L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-26 ta’ Settembru 2018 bejn l-10:00 u 12:00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, l-Ungerija), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

14.

L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-minjiera.

17.

Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss.

18.

Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali.

20.

Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

I)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka (tfassil ta’ programm immirat għall-prospettar massimu tal-idrokarbur);

id-durata ppjanata tar-riċerka;

l-impenn finanzjarju li jittieħed meta jiġi implimentat il-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka;

kemm ikunu aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġetti għall-konċessjoni;

il-previżjoni ta’ kemm tkun tista’ tinbeda malajr il-produzzjoni (skont il-liġi, fi żmien ħames snin).

II)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li jrid jitwettaq taħt il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kopert mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni mal-estrazzjoni tal-idrokarbur fit-tliet snin ta’ qabel l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

III)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ ħlas meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

it-tariffa netta tal-konċessjoni offruta, imqabbla mat-tariffa minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

id-daqs tar-royalty offrut għall-estrazzjoni, imqabbel mar-royalty minimu għall-estrazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni ma jistgħux ikopru territorju ta’ prospettar totali ta’ aktar minn 15 000-il km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll tat-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla – skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta.

22.

L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta.

Budapest, … … 2018.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru

(1)  Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/21

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2018/C 217/08)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESTRAZZJONI U L-ISFRUTTAMENT TAL-ENERĠIJA ĠEOTERMALI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ NAGYKANIZSA-NYUGAT

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament tal-enerġija ġeotermali taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” - MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni.

3.

Durata tal-konċessjoni: 35 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu.

4.

Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:

Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontej ta’ Somogy u ta’ Zala.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Becsehely

Zala

Petrivente

Zala

Belezna

Zala

Rigyác

Zala

Eszteregnye

Zala

Semjénháza

Zala

Fityeház

Zala

Sormás

Zala

Letenye

Zala

Surd

Zala

Molnári

Zala

Szepetnek

Zala

Murakeresztúr

Zala

Tótszentmárton

Zala

Murarátka

Zala

Tótszerdahely

Zala

Nagykanizsa

Zala

Zajk

Zala

Őrtilos

Somogy

Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 2 500 m mis-superfiċe u mis-sodda ta’ blat: 6 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku

Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 257,913 km2.

5.

Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 43 000 000 (tlieta u erbgħin miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 1 500 000 (miljun u ħames mitt elf forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

7.

Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 15 000 000 (ħmistax-il miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

8.

Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 2 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.

10.

Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; l-Ungerija; tel. +36-1/301-2900) bejn it-8:00 u s-14:00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.

Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”.

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi NAGTDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

12.

Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta.

13.

L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-27 ta’ Settembru 2018 bejn l-10:00 u 12:00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; l-Ungerija), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

14.

L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament tal-enerġija ġeotermali fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-konfini tal-protezzjoni ġeotermali ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tal-konfini tal-protezzjoni ġeotermali.

17.

Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss.

18.

Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali.

20.

Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

I)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka (tfassil ta’ programm immirat għall-prospettar massimu tal-enerġija ġeotermali);

id-durata ppjanata tar-riċerka;

l-impenn finanzjarju li jittieħed meta jiġi implimentat il-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka;

kemm ikunu aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġetti għall-konċessjoni;

il-previżjoni ta’ kemm ikun jista’ jinbeda malajr l-isfruttament għall-finijiet ta’ enerġija (skont il-liġi, fi żmien tliet snin).

II)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li jrid jitwettaq taħt il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kopert mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni mal-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttament tal-enerġija ġeotermali.

III)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ ħlas meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

it-tariffa netta tal-konċessjoni offruta, imqabbla mat-tariffa minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

id-daqs tar-royalty offrut għall-estrazzjoni, imqabbel mar-royalty minimu għall-estrazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, estrazzjoni u sfruttament tal-enerġija ġeotermali f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta.

22.

L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta.

Budapest, … … 2018.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru

(1)  Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/25

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2018/C 217/09)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ SZEGED-DÉLKELET

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” - MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni.

3.

Durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu.

4.

Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:

Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontea ta’ Csongrád:

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Algyő

Csongrád

Kübekháza

Csongrád

Deszk

Csongrád

Makó

Csongrád

Domaszék

Csongrád

Maroslele

Csongrád

Ferencszállás

Csongrád

Röszke

Csongrád

Hódmezővásárhely

Csongrád

Szeged

Csongrád

Kiszombor

Csongrád

Tiszasziget

Csongrád

Klárafalva

Csongrád

Újszentiván

Csongrád

Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: is-superfiċe u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku

Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ma tinkludix iż-żoni ddeżinjati għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ minjiera għall-estrazzjoni tar-riżorsi minerali tal-idrokarbur.

Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa għal siti ta’ minjieri stabbiliti għal riżorsi minerali tal-idrokarbur, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 278,809 km2.

Mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ż-żoni għal siti ta’ minjieri li s-saff ta’ materjal żejjed tagħhom ikun jinsab f’punt ogħla mis-saff ta’ materjal żejjed taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, u li s-sodda ta’ blat tagħhom tkun tikkorrispondi jew testendi aktar mis-sodda ta’ blat taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni.

5.

Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 144 000 000 (mija u erbgħa u erbgħin miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

7.

Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

8.

Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty għall-estrazzjoni għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarbur, pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Il-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) kif ukoll fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni huma eċċezzjonijiet, fejn għandha tapplika r-rata prevalenti tar-royalty għall-estrazzjoni li hija speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.

10.

Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; tel +36 13012900) bejn it-8:00 u s-14:00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.

Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”.

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi SZCHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

12.

Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta.

13.

L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-26 ta’ Settembru 2018 bejn l-10.00 u 12.00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.

14.

L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-minjiera.

17.

Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss.

18.

Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali.

20.

Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

(I)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka (tfassil ta’ programm immirat għall-prospettar massimu tal-idrokarbur);

id-durata ppjanata tar-riċerka;

l-impenn finanzjarju li jittieħed meta jiġi implimentat il-Programm ta’ Ħidma ta’ Riċerka;

kemm ikunu aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġetti għall-konċessjoni;

il-previżjoni ta’ kemm tkun tista’ tinbeda malajr il-produzzjoni (skont il-liġi, fi żmien ħames snin).

(II)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li jrid jitwettaq taħt il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kopert mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni mal-estrazzjoni tal-idrokarbur fit-tliet snin ta’ qabel l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

(III)

Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ ħlas meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

it-tariffa netta tal-konċessjoni offruta, imqabbla mat-tariffa minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

id-daqs tar-royalty offrut għall-estrazzjoni, imqabbel mar-royalty minimu għall-estrazzjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni ma jistgħux ikopru territorju ta’ prospettar totali ta’ aktar minn 15 000-il km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll tat-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta.

22.

L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta.

Budapest, … … 2018.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru

(1)  Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/29

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8973 — Mitsui/Kansai/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 217/10)

1.   

Fl-14 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsui & Co., Ltd. (il-Ġappun, “Mitsui”),

Kansai Paint Co., Ltd. (il-Ġappun, “Kansai”)

Kansai Helios Coatings GmbH, li bħalissa hija kkontrollata unikament minn Kansai (l-Awstrija, il-joint venture, “JV”)

Mitsui tipproponi li takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV flimkien ma’ Kansai. Għalhekk, it-tranżazzjoni twassal għal bidla minn kontroll uniku għal kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Mitsui hija dar kummerjali Ġappuniża involuta f’għadd ta’ komoditajiet madwar id-dinja kollha u kummerċ ieħor, fosthom il-bejgħ, id-distribuzzjoni, ix-xiri, it-tqegħid fis-suq u l-forniment ta’ prodotti f’oqsma ta’ negozju bħall-ħadid u l-azzar, faħam u metalli li ma fihomx ħadid, elettronika għall-makkinarju, kimiċi u komoditajiet relatati mal-enerġija.

Kansai hija kumpanija tal-kimika bbażata fil-Ġappun li l-prodotti prinċipali tagħha huma industrijali u kisi dekorattiv. Il-kumpanija topera taħt l-isem tad-ditta korporattiva ALESCO.

Il-JV tikkontrolla lill-Helios Group, manifattur Ewropew tal-kisi. Helios Group jiffoka fuq applikazzjonijiet industrijali, iżda għandu wkoll xi attivitajiet f’ kisi dekorattiv u tipi oħra ta’ kisi kif ukoll fir-reżina, il-kimika, l-adeżivi u l-lamtijiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8973 — Mitsui/Kansai/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.