ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2018/C 211/01 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2018/C 211/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Generalitat de Catalunya
(Kawża C-233/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar - Libertà ta’ stabbiliment - Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju - Għajnuna mill-Istat - Miżura selettiva - Ittra tal-Kummissjoni li tinforma li ma hijiex ser tittieħed azzjoni fuq ilment - Għajnuna eżistenti))
(2018/C 211/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)
Konvenut: Generalitat de Catalunya
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
2) |
Taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar li tiddependi, essenzjalment, mis-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija inqas minn 2 500 m2. Tali taxxa lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li l-attività tagħhom tikkonċerna l-ġardinaġġ, il-bejgħ ta’ vetturi, ta’ materjal għall-kostruzzjoni, ta’ makkinarju u ta’ provvisti industrijali u lanqas sa fejn jibbenefikaw minn tnaqqis tal-valur taxxabbli ta’ 60 % l-istabbilimenti li l-attività tagħhom tikkonċerna l-bejgħ ta’ għamara, ta’ prodotti sanitarji u ta’ bibien u twieqi kif ukoll ta’ prodotti ta’ DIY, sa fejn dawn l-istabbilimenti ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent u għall-ippjanar tat-territorju daqstant kbira daqs l-istabbilimenti l-oħra, sitwazzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. Għall-kuntrarju, tali taxxa tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti kummerċjali kollettivi kbar li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija daqs il-livell ta’ 2 500 m2 jew iktar. |
3) |
F’ċirkustanzi bħal dawk deskritti mill-qorti tar-rinviju, l-għajnuna mill-Istat li tirriżulta minn sistema ta’ taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, li l-formulazzjoni tiegħu hija riprodotta fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Consejería de Economía y Hacienda del Principado de Asturias (C-234/16), Consejo de Gobierno del Principado de Asturias (C-235/16)
(Kawżi Magħquda C-324/16 u C-235/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar - Libertà ta’ stabbiliment - Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju - Għajnuna mill-Istat - Miżura selettiva))
(2018/C 211/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)
Konvenuti: Consejería de Economía y Hacienda del Principado de Asturias (C-234/16), Consejo de Gobierno del Principado de Asturias (C-235/16)
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali. |
2) |
Taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, fuq l-istabbilimenti ta’ distribuzzjoni kbar li tiddependi, essenzjalment, mis-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija inqas minn 4 000 m2. Tali taxxa lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li l-attività tagħhom hija eżerċitata fis-settur tal-ġardinaġġ, tal-bejgħ ta’ vetturi, tal-materjal għall-kostruzzjoni, tal-makkinarju u tal-provvisti industrijali, u li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom ma taqbiżx l-10 000 m2, sa fejn dawn l-istabbilimenti ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent u għall-ippjanar tat-territorju daqstant kbira daqs l-istabbilimenti l-oħra, sitwazzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Diputación General de Aragón
(Kawżi Magħquda C-236/16 u C-237/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar - Libertà ta’ stabbiliment - Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju - Għajnuna mill-Istat - Miżura selettiva))
(2018/C 211/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)
Konvenut: Diputación General de Aragón
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali. |
2) |
Taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, fuq l-istabbilimenti ta’ distribuzzjoni kbar li tiddependi, essenzjalment, mis-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom ma taqbiżx il-500 m2 u dawk li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom taqbeż dan il-limitu iżda li l-valur taxxabbli tagħhom ma jaqbiżx l-2 000 m2. Tali taxxa lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li jeżerċitaw l-attività tagħhom fis-settur tal-bejgħ ta’ makkinarju, ta’ vetturi, ta’ għodda u ta’ provvisti industrijali, ta’ materjal għall-kostruzzjoni, ta’ prodotti sanitarji u ta’ bibien u twieqi għall-professjonisti, ta’ għamara fi stabbilimenti individwali tradizzjonali u speċjalizzati u ta’ vetturi bil-mutur, kif ukoll il-ħwienet tal-ġonna u l-pompi tal-petrol, sa fejn dawn l-istabbilimenti ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent u għall-ippjanar tat-territorju daqstant kbira daqs l-istabbilimenti l-oħra, sitwazzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – MP vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-353/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-ażil - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 4 - Direttiva 2004/83/KE - Artikolu 2(e) - Kundizzjonijiet sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 15(b) - Riskju ta’ perikolu serju għas-saħħa psikoloġika tal-applikant fil-każ li jintbagħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu - Persuna li ġiet issuġġettata għal tortura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha))
(2018/C 211/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MP
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Dispożittiv
L-Artikolu 2(e) u l-Artikolu 15(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li kien ġie ttorturat, fil-passat, mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u li ma huwiex espost iktar għal riskju ta’ tortura fil-każ li jintbagħat lura f’dan il-pajjiż iżda fejn l-istat tas-saħħa fiżika u psikoloġika tiegħu jistgħu, f’każ bħal dan, jiddeterjoraw gravement, bir-riskju serju li dan iċ-ċittadin iwettaq suwiċidju, minħabba trawma li tirriżulta mill-atti ta’ tortura li kien il-vittma tagħhom, huwa eliġibbli għall-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja jekk jeżisti riskju reali ta’ ċaħda ta’ kura adattata għat-trattament tal-konsegwenzi fiżiċi jew mentali ta’ dawn l-atti ta’ tortura, ikkawżati intenzjonalment fuq l-imsemmi ċittadin tal-imsemmi pajjiż, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Eamonn Donnellan vs The Revenue Commissioners
(Kawża C-34/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet - Direttiva 2010/24/UE - Artikolu 14 - Dritt għal rimedju effettiv - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Possibbiltà għall-awtorità rikjesta li tirrifjuta l-assistenza għall-irkupru minħabba li t-talbiet ma ġewx debitament innotifikati))
(2018/C 211/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Eamonn Donnellan
Konvenuti: The Revenue Commissioners
Dispożittiv
L-Artikolu 14(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE, tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li awtorità ta’ Stat Membru tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ talba għal irkupru dwar talba relatata ma’ sanzjoni pekunjarja imposta fi Stat Membru ieħor, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba li d-deċiżjoni li timponi din is-sanzjoni ma tkunx ġiet debitament innotifikata lill-persuna kkonċernata qbale ma tkunsaret it-talba għal irkupru lill-imsemmija awtorità skont din id-direttiva.
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Suceava – ir-Rumanija) – Zabrus Siret SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava
(Kawża C-81/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Dritt għar-rimbors tal-VAT - Tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt perijodu ta’ taxxa li diġà kien suġġett għal kontroll fiskali konkluż - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Possibbiltà għall-persuna taxxabbli li tirrettifika d-dikjarazzjonijiet fiskali li diġà kienu suġġetti għal kontroll fiskali - Esklużjoni - Prinċipju ta’ effettività - Newtralità fiskali - Ċertezza legali))
(2018/C 211/07)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Suceava
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zabrus Siret SRL
Konvenuta: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava
Dispożittiv
L-Artikoli 167, 168, 179, 180 u 182 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività, ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, b’deroga mit-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin stabbilit mid-dritt nazzjonali għar-rettifika tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), tipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, lil persuna taxxabbli milli twettaq tali rettifika sabiex tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis għas-sempliċi raġuni li din ir-rettifika tirrigwarda perijodu li diġà kien suġġett għal kontroll fiskali.
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ April 2018 – Cellnex Telecom SA, anciennement Abertis Telecom SA, Telecom Castilla-La Mancha SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, SES Astra
(Kawżi Magħquda C-91/17 P u C-92/17 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma ta’ Castilla-La Mancha (Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, Spanja) - Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Definizzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri))
(2018/C 211/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Cellnex Telecom SA, li kienet Abertis Telecom SA, Telecom Castilla-La Mancha SA (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti), SES Astra (rappreżentanti: F. González Díaz u V. Romero Algarra, abogados)
Dispożittiv
1) |
L-appelli huma miċħuda. |
2) |
Cellnex Telecom SA u Telecom Castilla-La Mancha SA huma kkundannati għall-ispejjeż. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija
(Kawża C-97/17) (1)
((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Protezzjoni tan-natura - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Żona ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) - Klassifikazzjoni bħala ŻPS it-territorji l-iktar adatti fin-numru u fid-daqs għall-konservazzjoni tal-ispeċji ta’ għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147 - Żona importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar (ŻIKGĦA) - ŻIKGĦA Rila - Klassifikazzjoni parzjali taż-ŻIKGĦA Rila bħala ŻPS”))
(2018/C 211/09)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mihaylova u C. Hermes, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u L. Zaharieva, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Billi naqset milli tinkludi l-integralità taż-żona importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar li tkopri l-muntanja ta’ Rila bħala żona ta’ protezzjoni speċjali, ir-Repubblika tal-Bulgarija ma kklassifikatx it-territorji l-iktar adatti fin-numru u fid-daqs għall-konservazzjoni tal-ispeċi msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, b’tali mod li dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/7 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-66/18)
(2018/C 211/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Malferrari, B. De Meester u Talabér-Ritz K, aġenti)
Konvenuta: L-Ungerija
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq:
— |
l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu XVII tal-GATS [Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi], billi imponiet fuq l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim superjuri barranin li jinsabu barra miż-ŻEE l-obbligu li jikkonkludu ftehim internazzjonali bħala rekwiżit sabiex jipprovdu servizzi ta’ tagħlim, b’mod konformi mal-Artikolu 76(1)(a) tal-Liġi CCIV tal-2011 kif emendata. |
— |
l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE (1) u, f’kull każ, taħt l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, kif ukoll taħt l-Artikolu XVII tal-GATS, billi imponiet fuq l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim superjuri barranin l-obbligu li jipprovdu kors ta’ tagħlim superjuri fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, b’mod konformi mal-Artikolu 76(1)(b) tal-Liġi CCIV tal-2011 kif emendata. |
— |
l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13, 14(3), u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’rabta mar-restrizzjonijiet deskritti iktar ’il fuq. |
— |
tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-bażi ġuridika tal-provvista ta’ servizzi ta’ tagħlim superjuri fl-Ungerija hija l-Liġi CCIV tal-2011, dwar it-tagħlim superjuri nazzjonali, li l-Artikolu 76(1)(a) tagħha jipprevedi li istituzzjoni ta’ tagħlim superjuri barranija tista’ tipprovdi kors li jwassal għal diploma fit-territorju Ungeriż biss jekk il-Gvern Ungeriż u l-Gvern tal-Istat li fih tinsab is-sede tal-istituzzjoni ta’ tagħlim superjuri barranija jkunu kkonkludew ftehim internazzjonali vinkolanti dwar is-sostenn bħala prinċipju mogħti lill-istituzzjoni sabiex teżerċita attività fl-Ungerija, ftehim li, fil-każ ta’ Stat federali, ikun ibbażat fuq ftehim preċedenti konkluż mal-gvern ċentrali meta dan ma jkollux il-kompetenza li jikkonkludi ftehimiet internazzjonali vinkolanti.
Barra minn hekk, l-Artikolu 76(1)(b) tal-Liġi CCIV tal-2011 jistabbilixxi li l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim superjuri barranin li jeżerċitaw attività fl-Ungerija mhux biss talli għandhom ikunu awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ tagħlim superjuri mill-Istat li fih tinsab is-sede tagħhom, iżda għandhom ukoll joffru, effettivament, kors ta’ tagħlim superjuri fil-pajjiż inkwistjoni.
Fis-27 ta’ April 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Ungerija fir-rigward tal-Liġi CCIV tal-2011 kif emendata.
Peress li qieset li r-risposta mogħtija mill-Ungerija ma kinitx sodisfaċenti, fl-14 ta’ Lulju 2017 il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lill-Ungerija u b’dan il-mod għaddiet għall-istadju sussegwenti tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.
Peress li qieset li lanqas ir-risposta għall-opinjoni motivata ma kienet sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi ddikjarat li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu XVII tal-GATS, l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE, l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE u l-Artikoli 13, 14(3), u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentli tal-Unjoni Ewropea.
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/8 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-78/18)
(2018/C 211/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Malferrari u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Konvenuta: L-Ungerija
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
Tiddikjara li billi introduċiet restrizzjonijiet b’mod diskriminatorju, mhux neċessarju u infondat fir-rigward ta’ donazzjonijiet barranin favur organizzazzjonijiet ċivili Ungeriżi permezz tal-külföldről támogatott szervezetek átláthatóságáról szóló 2017. évi LXXVI. Törvény (Liġi LXXVI tal-2017, dwar it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż), liema dispożizzjonijiet jimponu obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ dikjarazzjoni u ta’ trasparenza għal ċerti kategoriji ta’ organizzazzjonijiet ċivili – dawk li jirċievu għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż diretta jew indiretta li tkun ogħla minn ammont speċifiku – u barra minn hekk jistabbilixxu l-possibbiltà li jiġu applikati sanzjonijiet fuq l-organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx dawn l-obbligi, l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE, u l-Artikoli 7, 8 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
— |
tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Liġi LXXVI tal-2017, dwar it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż timponi obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ dikjarazzjoni u ta’ trasparenza fuq ċerti kategoriji ta’ organizzazzjonijiet ċivili – dawk li jirċievu għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż diretta jew indiretta li tkun ogħla minn ammont speċifiku – u barra minn hekk tistabbilixxi l-possibbiltà li jiġu applikati sanzjonijiet fuq l-organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx dawn l-obbligi.
Fl-14 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ressqed proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Ungerija b’rabta mal-Liġi LXXVI tal-2017.
Peress li qieset li t-tweġiba mogħtija mill-Ungerija ma kinitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni għaddiet għall-fażi segwenti tal-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u, fil-5 ta’ Ottubru 2017, bagħtet opinjoni motivata lill-Ungerija.
Peress li qieset li lanqas it-tweġiba mogħtija għall-opinjoni motivata ma kienet sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissottometi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li din tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikoli 7, 8 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/9 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2018 minn CJ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-602/16, CJ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
(Kawża C-139/18 P)
(2018/C 211/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: CJ (rappreżentant: V. Kolias, Δικηγόρος)
Parti oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla fl-intier tagħha s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-kawża CJ vs ECDC (T-602/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:893); |
— |
konsegwentement, jekk dan l-appell jiġi ddikjarat fondat, tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni kkontestat tal-21 ta’ Settembru 2015; |
— |
tikkundanna lill-ECDC iħallas l-ispejjeż kollha tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellant iressaq erba’ aggravji:
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali:
|
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali:
|
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali:
|
4. |
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali:
|
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fit-2 ta’ Marzu 2018 – Unión Insular de CC.OO. de Lanzarote vs Swissport Spain Aviation Services Lanzarote S.L.
(Kawża C-167/18)
(2018/C 211/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Canarias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Unión Insular de CC.OO. de Lanzarote
Konvenuta: Swissport Spain Aviation Services Lanzarote S.L.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1) huwa applikabbli meta impriża ma tibqax l-offerent rebbiħ tas-servizzi pprovduti lil klijent minħabba x-xoljiment tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi fejn l-attività kienet prinċipalment tikkonsisti fil-provvista ta’ xogħol manwali (tindif tal-installazzjonijiet), u meta l-offerent rebbiħ il-ġdid tas-servizz jiħu parti essenzjali mill-persunal allokat għat-twettiq ta’ dan is-servizz, f’kuntest fejn it-teħid ta’ dawn il-kuntratti ta’ xogħol isir abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv għas-settur tat-tindif? |
2) |
L-interpretazzjoni tat-Tribunal Supremo (Spanja) li tgħid li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ persunal abbażi tal-ftehim kollettiv, ma jkunx hemm trasferiment ta’ impriża, peress li r-rekwiżit marbut man-natura volontarja tat-trasferiment ma huwiex issodisfatt u li, konsegwentement, id-Direttiva 2001/23 ma hijiex applikabbli, hija konformi mal-imsemmija direttiva kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja? |
3) |
Jista’ jitqies li, konformament mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/23, fil-każ ta’ impriżi li jipprovdu servizzi, meta l-ftehim kollettiv għas-settur jimponi l-obbligu ta’ teħid tal-persunal, dan jikkostitwixxi suċċessjoni ta’ impriża u għalhekk trasferiment ta’ impriża fis-sens tal-imsemmija direttiva? |
4) |
Fil-każ ta’ risposti affermattivi għat-tliet domandi preċedenti, l-Artikolu 14 tal-ftehim kollettiv għat-tindif ta’ bini u postijiet tal-provinċja ta’ Las Palmas li jipprevedi li, fil-każ ta’ teħid tal-persunal abbażi tal-ftehim kollettiv, il-ħaddiema ttrasferiti ma jżommux id-drittijiet u l-obbligi li huma kellhom fi ħdan l-impriża ċessjonarja u l-kundizzjonijiet tax-xogħol miftehma bil-ftehim kollettiv, huwa konformi mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/23? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Club de Variedades Vegetales Protegidas vs Adolfo Juan Martínez Sanchís
(Kawża C-176/18)
(2018/C 211/14)
Lingwa tal-kawża: Spanja
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Club de Variedades Vegetales Protegidas
Konvenut: Adolfo Juan Martínez Sanchís
Domandi preliminari
1) |
Meta bidwi jixtri pjanti ta’ varjetà ta’ pjanti minn mixtla (stabbiliment li jappartjeni lil terzi) u jħawwilhom qabel ma’ jkunu daħlu fis-seħħ l-effetti tal-għoti tal-protezzjoni ta’ din il-varjetà, sabiex l-attività mwettqa sussegwentement mill-bidwi, konsistenti fil-ħsad suċċessiv tas-siġar, tkun koperta mill-ius prohibendi previst fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 (1), għandhom jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu sa fejn dan jitqies li huwa “materjal maħsud”? Jew inkella din l-attività tal-ħsad tikkostitwixxi att ta’ produzzjoni jew ta’ riproduzzjoni tal-varjetà li jagħti lok għall-“materjal maħsud”, li l-projbizzjoni tagħha mill-proprjetarju tal-varjetà ta’ pjanti ma tirrikjedix l-osservanza tar-rekwiżiti tal-paragrafu 3? |
2) |
Hija konformi mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 , interpretazzjoni li s-sistema ta’ protezzjoni kumulattiva tikkonċerna l-atti kollha previsti fil-paragrafu 2 li jikkonċerna l-“materjal maħsud”, inkluż il-ħsad innifsu, jew inkella unikament l-atti sussegwenti għall-produzzjoni ta’ dan il-materjal maħsud, bħal fil-każ tad-detenzjoni jew tal-kummerċjalizzazzjoni tagħha? |
3) |
Fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-“materjal maħsud” tas-sistema ta’ estensjoni tal-protezzjoni kumulattiva prevista fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, huwa neċessarju, sabiex jiġi ssodisfatt l-ewwel rekwiżit, li x-xiri tal-pjanti jkun twettaq wara li l-proprjetarju jkun kiseb il-protezzjoni Komunitarja tal-varjetà ta’ pjanti, jew huwa suffiċjenti li dan ikun ibbenefika, sa dakinhar, minn protezzjoni provviżorja, minkejja l-xiri jkun twettaq matul il-perijodu ta’ bejn il-pubblikazzjoni tat-talba għall-protezzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-effetti tal-għoti tal-protezzjoni tal-varjetà ta’ pjanti? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390).
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Almudena Baldonedo Martín vs Ayuntamiento de Madrid
(Kawża C-177/18)
(2018/C 211/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Almudena Baldonedo Martín
Konvenut: Ayuntamiento de Madrid
Domandi preliminari
1) |
Interpretazzjoni tal-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, fis-sens li sitwazzjoni bħal dik deskritta fil-kawża prinċipali, li fiha l-membru tal-persunal mhux permanenti jwettaq l-istess xogħol bħall-uffiċjal (liema uffiċjal ma jibbenefikax mid-dritt għal kumpens [minħabba terminazzjoni ta’ impjieg] peress li s-sitwazzjoni li minnha jista’ jirriżulta dan id-dritt ma teżistix fis-sistema legali tiegħu), ma hijiex klassifikabbli bħala sitwazzjoni deskritta fl-istess klawżola, hija korretta? |
2) |
Peress li d-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni jikkostitwixxu prinċipju ġenerali [tad-dritt] tal-Unjoni (Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u l-Artikolu 23 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem) stabbiliti f’direttiva, u peress li jitqiesu bħala drittijiet soċjali fundamentali (Artikoli 151 u 153 TFUE), interpretazzjoni fis-sens li jista’ jirriżulta dritt għal kumpens [minħabba terminazzjoni ta’ impjieg] tal-membru tal-persunal mhux permanenti, jew billi jiġi ekwiparat għal membru tal-persunal kuntrattwali għal żmien determinat, ġaladarba s-sitwazzjoni tagħhom (bħala membru tal-persunal u bħala impjieg) tiddependi biss mill-persuna pubblika li timpjega, jew permezz tal-applikazzjoni diretta vertikali rispettiva tad-dritt primarju [tal-Unjoni], sabiex b’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Qafas Anness mad-Direttiva 1999/70/KE (1), hija konformi mal-istess ftehim qafas? |
3) |
Fil-każ tal-eżistenza ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti temporanji ta’ impjieg sabiex jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet permanenti, mingħajr ma tkun teżisti raġuni oġġettiva, liema kuntratti ma jkunux jissodisfaw il-ħtieġa urġenti u imperattiva li tiġġustifikahom, fl-assenza ta’ sanzjonijiet jew limiti effettivi fid-dritt nazzjonali [Spanjol], kumpens, ekwiparabbli għal dak li jingħata fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva, bħala sanzjoni adegwata, proporzjonata u dissważiva, huwa konformi mal-għanijiet li d-Direttiva 1999/70/KE tipprova tilħaq, bħala miżura għall-prevenzjoni tal-abbuż u sabiex konsegwentement jiġi eliminat il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, meta l-persuna li timpjega ma toffrix pożizzjoni permanenti lill-ħaddiem? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p 368)
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-9-ta’ Marzu 2018 – José Cánovas Pardo S.L. vs Club de Variedades Vegetales Protegidas
(Kawża C-186/18)
(2018/C 211/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: José Cánovas Pardo S.L.
Konvenut: Club de Variedades Vegetales Protegidas
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 96 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 (1) jipprekludi interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li, sakemm ikun iddekorra t-terminu ta’ tliet snin minn meta, ladarba tkun ingħatat il-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ta’ pjanti, id-detentur ikun sar jaf bl-att li jikkostitwixxi ksur u bl-identità tal-parti responsabbli, l-azzjonijiet previsti fl-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament ikunu saru preskritti, anki jekk l-atti li jikkostitwixxu ksur ikunu baqgħu fis-seħħ sal-mument tat-tressiq tal-azzjoni? |
2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, għandu jitqies li, konformement mal-Artikolu 96 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, il-preskrizzjoni jkollha effett biss fir-rigward tal-atti speċifiċi li jikkostitwixxu ksur imwettqa barra mit-terminu ta’ tliet snin, iżda mhux fir-rigward ta’ dawk imwettqa matul l-aħħar tliet snin? |
3) |
Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, f’dan il-każ jistgħu jintlaqgħu l-azzjonijiet għal waqfien kif ukoll għal kumpens għad-danni biss fir-rigward ta’ dawn l-aħħar atti mwettqa matul l-aħħar tliet snin? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390).
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Google LLC vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-193/18)
(2018/C 211/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Google LLC
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Domandi preliminari
1. |
Il-kunċett ta’ “servizzi li jikkonsistu kompletament jew prinċipalment fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” li jinsab fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva Qafas 2002/21/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi jew jista’ jinkludi s-servizzi ta’ posta elettronika fuq l-internet li huma disponibbli permezz tal-internet miftuħ mingħajr madankollu ma jinkludu aċċess għall-internet?
|
2. |
Fil-każ li l-kunċett imsemmi fl-ewwel domanda għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala prinċipju ma jinkludix is-servizzi ta’ posta elettronika fuq l-internet li huma disponibbli fuq l-internet miftuħ mingħajr madankollu ma jinkludu aċċess għall-internet: il-kunċett jista’ madankollu jkopri, b’mod eċċezzjonali, is-sitwazzjoni fejn il-fornitur ta’ tali servizz jopera fl-istess ħin in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi tiegħu stess li jkunu konnessi mal-internet u li, fi kwalunkwe każ, jistgħu jintużaw għall-finijiet tas-servizz ta’ posta elettronika? Jekk ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet dan huwa possibbli? |
3. |
Kif għandu jiġi interpretat il-kriterju “normalment ipprovdut bi ħlas” li jinsab fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva Qafas 2002/21/KE?
|
(1) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Pitești (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2018 – Maria-Cristina Dospinescu, Filofteia-Camelia Ganea, Petre Sinca, Luminița-Maria Ioniță, Maria Burduv u Raluca-Marinela Trașcă vs Spitalul Județean de Urgență Vâlcea
(Kawża C-205/18)
(2018/C 211/18)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Pitești
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria-Cristina Dospinescu, Filofteia-Camelia Ganea, Petre Sinca, Luminița-Maria Ioniță, Maria Burduv u Raluca-Marinela Trașcă
Konvenuta: Spitalul Județean de Urgență Vâlcea
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 114(3) TFUE, 151 TFUE u 153 TFUE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE (1) u tad-direttivi speċifiċi suċċessivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jistabbilixxi termini u proċeduri li jipprekludu l-aċċess għall-ġustizzja bil-għan li jiġu kklassifikati l-postijiet tax-xogħol bħala li huma kkaratterizzati minn kundizzjonijiet speċjali, bil-konsegwenza li ma jiġux irrikonoxxuti, lill-ħaddiema ġodda li għadhom kemm ġew irreklutati, id-drittijiet għas-sigurtà u għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol li jirriżultaw mill-ivverifikar tal-imsemmija kundizzjonijiet, b’konformità mal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali?
(1) Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (il-Belġju) fid-29 ta’ Marzu 2018 – Zubair Haqbin vs Federal Agentschap voor de opvang van asielzoekers
(Kawża C-233/18)
(2018/C 211/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zubair Haqbin
Konvenuta: Federal Agentschap voor de opvang van asielzoekers
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 20(1) sa (3) tad-Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jiddetermina b’mod eżawrjenti l-każijiet fejn il-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza jista’ jiġi limitat jew irtirat? Jew mill-Artikolu 20(4) u (5) jirriżulta li d-dritt għall-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza jista’ wkoll jiġi rtirat bħala sanzjoni applikabbli f’każ ta’ ksur serju tar-regoli taċ-ċentri ta’ akkoljenza kif ukoll fil-każ ta’ aġir partikolarment vjolenti? |
2) |
L-Artikolu 20(5) u (6) għandu jiġi interpretat fis-sens li, qabel ma jiġu imposti sanzjonijiet jew qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-limitazzjoni jew l-irtirar tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza u fil-kuntest ta’ dawn id-deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw, matul il-perijodu tal-esklużjoni, id-dritt għal livell ta’ għajxien deċenti? Jew huwa possibbli li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu osservati billi jiġi vverifikat, wara d-deċiżjoni li tillimita jew tirtira l-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza, jekk il-persuna suġġetta għad-deċiżjoni tgawdix minn livell ta’ għajxien deċenti u, jekk ikun il-każ, billi jiġu adottati miżuri korrettivi f’dak il-mument? |
3) |
L-Artikolu 20(4), (5) u (6) flimkien mal-Artikoli 14, 21, 22, 23 u 24 tad-Direttiva u mal-Artikoli 1, 3, 4 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura jew sanzjoni ta’ esklużjoni temporanja (jew definittiva) mid-dritt għall-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza tista’ tittieħed kontra minuri u, b’mod iktar speċifiku, fir-rigward ta’ minuri mhux akkumpanjat? |
(1) Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 96).
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-5 ta’ April 2018 – UniCredit Leasing EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP
(Kawża C-242/18)
(2018/C 211/20)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UniCredit Leasing EAD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), tippermetti, fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ leasing finanzjarju, it-tnaqqis tal-ammont taxxabbli u r-rimbors tal-VAT, ikkalkolata fuq il-bażi ta’ avviż ta’ reviżjoni li daħal fis-seħħ, fejn l-ammont taxxabbli jirrappreżenta t-total tal-pagamenti mensili dovuti fir-rigward tal-leasing għall-perijodu kollu tal-kuntratt? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: fil-każ li l-kuntratt ta’ leasing finanzjarju jiġi xolt minħabba n-nuqqas parzjali tal-ħlas tal-pagamenti dovuti fir-rigward tal-leasing, liema waħda mill-ipoteżijiet previsti fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112 tista’ tiġi invokata mil-lessor fil-konfront ta’ Stat Membru sabiex jikseb it-tnaqqis tal-ammont taxxabbli għall-finijiet tal-VAT fir-rigward tal-ammonti tal-pagamenti dovuti li ma sarux fil-perijodu bejn il-waqfien tal-ħlas u l-mument li fih ġie xolt il-kuntratt, sa fejn dan ix-xoljiment ma għandux effett retroattiv, kif tikkonferma klawżola f’dan il-kuntratt stess? |
3) |
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 90(2) tad-Direttiva 2006/112 tippermetti li jingħad li, f’każ bħal dak ineżami, hemm deroga mill-paragrafu 1 tal-istess dispożizzjoni? |
4) |
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112 tippermetti li jingħad li l-kunċett ta’ xoljiment użat f’din id-dispożizzjoni jkopri l-każijiet li fihom, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ leasing finanzjarju mingħajr għażla, il-lessor ma jistax jibqa’ jeżiġi mingħand il-lessee l-ħlas tal-pagamenti dovuti fir-rigward tal-leasing, u dan sa fejn xolja l-kuntratt ta’ leasing minħabba li ma kienx ġie onorat min-naħa tal-lessee, iżda, skont il-kuntratt, ikollu dritt għal kumpens fl-ammont tal-pagamenti kollha fir-rigward tal-leasing li ma jkunux tħallsu u li jkunu dovuti sat-tmiem tal-perijodu tal-leasing? |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ April 2018 – Syndicat des cadres de la sécurité intérieure vs Premier ministre, Ministre d’État, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-254/18)
(2018/C 211/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Syndicat des cadres de la sécurité intérieure
Konvenuti: Premier ministre, Ministre d’État, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 u 16 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandhom jiġu interpretati bħala li jimponu perijodu ta’ referenza definit fuq bażi kontinwu jew bħala li jħallu lill-Istati Membri l-għażla li jagħtuh natura kontinwa jew fissa? |
2) |
Fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati bħala li jimponu perijodu ta’ referenza kontinwu, il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 17 li ssir deroga mill-Artikolu 16(b) tista’ tikkonċerna, mhux biss il-perijodu ta’ referenza, iżda anki n-natura kontinwa tiegħu? |
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ April 2018 – UPM France vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-270/18)
(2018/C 211/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UPM France
Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżenzjoni li huma jippermettu li tiġi applikata mill-Istati Membri għall-benefiċċju tal-produtturi żgħar tal-elettriku, sa fejn huma jintaxxaw il-prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni ta’ dan l-elettriku, tkun tista’ tapplika f’sitwazzjoni bħal dik deskritta fil-punt 7 ta’ din id-deċiżjoni għall-perijodu qabel l-1 ta’ Jannar 2011, li matulu Franza, kif awtorizzata mid-Direttiva, ma kienet għadha stabbilixxiet la t-taxxa interna fuq il-konsum finali ta’ elettriku u lanqas, bħala konsegwenza, l-eżenzjoni ta’ din it-taxxa favur produtturi żgħar? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, kif għandhom jinqraw flimkien id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1)(a) u dawk tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) fir-rigward tal-produtturi żgħar li jikkonsmaw l-elettriku li huma jipproduċu għall-bżonnijiet tal-attività tagħhom? B’mod partikolari, dawn jimplikaw tassazzjoni minima li tirriżulta mit-tassazzjoni tal-elettriku prodott b’eżenzjoni tal-gass naturali użat, jew inkella minn eżenzjoni tat-taxxa fuq il-produzzjoni tal-elettriku, f’liema każ l-Istat huwa għalhekk obbligat jintaxxa l-gass naturali użat? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).
Il-Qorti Ġenerali
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs REA
(Kawża T-47/16) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni ‘Horizon 2020’ - Sospensjoni tal-pagamenti ta’ ftehim ta’ sussidju wara awditu finanzjarju - Talba intiża għall-ħlas tal-ammonti dovuti mir-REA fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju”))
(2018/C 211/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sigma Orionis SA (Valbonne, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi, u T. Martin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-kundanna tar-REA sabiex tħallas lir-rikorrenti ammonti dovuti fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni “Horizon 2020”.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sigma Orionis SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-48/16) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) u l-Programm Qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni ‘Horizon 2020’ - Sospensjoni tal-pagamenti u xoljiment tal-kuntratti ta’ sussidju wara awditu finanzjarju - Talba għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ sussidju - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2018/C 211/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sigma Orionis SA (Valbonne, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u M. Siekierzyńska, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti l-ammonti dovuti fuq il-bażi ta’ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) u tal-Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni “Horizon 2020” u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet wara l-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sigma Orionis SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Grizzly Tools vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-168/16) (1)
((“Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi u tal-ħaddiema - Direttiva 2006/42/KE - Klawżola ta’ salvagwardja - Miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ apparat għall-ħasil bil-pressa - Rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-miżura ġustifikata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2018/C 211/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Grizzly Tools GmbH & Co.KG (Großostheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Fischer, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Zavvos u K. Petersen, sussegwentement K. Petersen, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/175 tat-8 ta’ Frar 2016 dwar miżura meħuda minn Spanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ tip ta’ apparat għall-ħasil bil-pressa (pressure washer) (ĠU 2016, L 33, p. 12).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Grizzly Tools GmbH & Co.KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2018 – Alpine Welten Die Bergführer vs EUIPO (ALPINEWELTEN Die Bergführer)
(Kawża T-428/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALPINEWELTEN Die Bergführer - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 211/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Alpine Welten Die Bergführer GmbH & Co. KG (Berghülen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T.-C. Leisenberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: W. Schramek u A. Söder, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każ R 1339/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ALPINEWELTEN Die Bergführer bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Alpine Welten Die Bergführer GmbH & Co.KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Laboratoires Majorelle vs EUIPO – Jardin Majorelle (LABORATOIRES MAJORELLE)
(Kawża T-429/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LABORATOIRES MAJORELLE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MAJORELLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Trade marks preċedenti - Diviżjoni tal-applikazzjoni għal trade mark - Artikolu 44(6) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 50(6) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 211/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoires Majorelle (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Odinot, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jardin Majorelle (Marrakech, il-Marokk)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1238/2016-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jardin Majorelle u Laboratoires Majorelle.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Laboratoires Majorelle hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/22 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Talanton vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-195/18)
(2018/C 211/28)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Talanton, Anonimi Emporiki — Simvouleftiki – Ekpaideftiki Etairia Dianomon, Parochis Ipiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitolob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tordna perizja dwar in-nuqqasijiet fil-kontrolli mwettqa f’isem il-konvenut; |
— |
tiżgura, minn naħa waħda, li (a) in-nota ta’ debitu 3241801228, mibgħuta lir-rikorrent fil-15 ta’ Jannar 2018, u li biha l-konvenuta titlob il-ħlas lura ta’ EUR 481 835,56, għall-kuntratt ta’ xogħlijiet FP7-215952 PERFORM, abbażi tal-konklużjonijiet tal-awditu 11-ΒΑ135-006, tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tiegħu, peress li l-ispejjeż eliġibbli għall-kuntratt inkwistjoni jammontaw għal EUR 605 217, li minnhom EUR 490 711 huma kontribuzzjoni tal-Unjoni, u li r-rikorrent għandu jirrimborsa lill-konvenuta l-ammont ta’ EUR 21 171, u mhux l-ammont ta’ EUR 481 835,56, u min-naħa l-oħra, li (b) in-nota ta’ debitu 3241801229, mibgħuta lir-rikorrent fil-15.1.2018, u li biha l-konvenuta titlob il-ħlas lura ta’ EUR 29 694,10 bħala l-ammont ta’ likwidazzjoni tad-danni, tikkostitwixxi ksur korrispondenti tal-obbligi kuntrattwali tiegħu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-eżekuzzjoni f’bona fide tal-kuntratt u fuq il-projbizzjoni ta’ applikazzjoni illegali tal-klawżoli kuntrattwali:
|
2. |
It-tieni aggravju, dwar il-klawżola ta’ arbitraġġ:
|
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/23 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2018 – Fersher Developments u Lisin vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE
(Kawża T-200/18)
(2018/C 211/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fersher Developments LTD (Nikosija, Ċipru) u Vladimir Lisin (rappreżentant: R. Nowinski, Barrister)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tordna lill-Unjoni Ewropea sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu sostnut mir-rikorrenti minħabba fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tal-Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika fl-ammonti stabbilit fit-talba jew f’dak l-ammont li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huwa dovut lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali sostnuti għas-tressiq ta’ din it-talba. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imqajma fil-Kawża T-161/15, Brinkman (Steel Trading) et vs Il-Kunsill u Il-BĊE.
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/23 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et
(Kawża T-208/18)
(2018/C 211/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Magdy Milad Nessim Daoud (Blainville, il-Kanada), Larsennar Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) u Maxim Zakharchenko (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: A. Markides, M. Ioannides, C. Velaris u C. Velaris, avukati, A. Robertson, QC u G. Rothschild, barrister)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Grupp tal-Euro (rappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti indikati fit-tabella mehmuża mar-rikors, miżjudin bl-interessi dekorsi sa mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-għoti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, |
jew, sussidjarjament,
— |
tikkonstata li l-konvenuti sostnew responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit it-telf riparabbli effettivament subit mir-rikorrenti; |
u, fi kwalunkwe każ,
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imqajma fil-Kawża T-147/18, APG Intercon et vs Il-Kunsill et.
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/24 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2018 – Briois vs Il-Parlament
(Kawża T-214/18)
(2018/C 211/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Steeve Briois (Hénin-Beaumont, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Frar 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Steeve Briois 2017/2221(IMM) li tadotta r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali A8-0011/20187; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Steeve Briois is-somma ta’ EUR 35 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Steeve Briois is-somma ta’ EUR 5 000 bħala spejjeż li jistgħu jiġu rkuprati; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Protokoll”), sa fejn id-dikjarazzjoni ta’ S. Briois li tat lok għal proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu tikkostitwixxi opinjoni espressa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet parlamentari tiegħu fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tal-Protokoll, sa fejn il-Parlament Ewropew ikkunsidra b’mod żbaljat kemm il-formulazzjoni kif ukoll l-ispirtu ta’ din id-dispożizzjoni billi adotta d-deċiżjoni li jneħħi l-immunità ta’ S. Briois u għaldaqstant din id-deċiżjoni hija vvizzjata b’invalidità. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba. Fl-ewwel lok, ir-rikorrent iqis li l-Parlament Ewropew kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fir-rigward tiegħu meta mqabbel ma’ deputati oħra f’sitwazzjonijiet, jekk mhux identiċi, minn tal-inqas paragunabbli u konsegwentement dan tal-aħħar kiser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jġib miegħu l-obbligu għall-istituzzjoni kompetenti li teżamina, b’reqqa u b’imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni. Fit-tieni lok, ir-rikorrent iqis li sensiela ta’ indizji tippermetti li jiġi konkluż li hemm każ manifest ta’ fumus persecutionis kontrih. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn id-drittijiet tar-rikorrent u l-prinċipju ta’ kontradittorju ma ġewx suffiċjentement żgurati mis-smigħ tiegħu quddiem il-Kumitat Legali. Għalhekk, ir-rikorrent isostni li l-fatt li ma ġiex mistieden jesprimi l-fehmiet tiegħu fl-assemblea plenarja fir-rigward tat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhux biss huwa kuntrarju għall-prinċipji ġenerali tal-liġi iżda wkoll f’kuntradizzjoni mas-sempliċi sens komun u mal-parti l-kbira tal-użanzi parlamentari. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/25 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2018 – QB vs BĊE
(Kawża T-215/18)
(2018/C 211/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: QB (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
konsegwentement,
— |
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu 2016 u d-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2017, innotifikata fit-28 ta’ Ġunju 2017, li ċċaħħad lir-rikorrenti mill-benefiċċju ta’ avvanz fis-salarju; |
— |
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni ta’ Settembru 2017 u d-deċiżjoni impliċita li jiċħdu, rispettivament, l-azzjoni amministrattiva u l-ilment tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-dannu morali evalwat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 15 000; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-linji gwida tal-evalwazzjoni u tal-proċedura tal-Annual Salary and Bonus Review (ASBR), ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ksur tad-dmir ta’ premura, imwettqa mill-konvenut bl-adozzjoni tar-rapport ta’evalwazzjoni għall-perijodu 2016 (iktar ’il quddiem “ir-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż”). Ir-rikorrenti tinvoka, b’mod partikolari, l-ilmenti li ġejjin:
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest li bih huwa vvizzjat ir-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż, sa fejn, minn naħa l-evalwazzjoni hija bbażata parzjalment fuq xogħol mhux lest minħabba leave tal-mard, u, min-naħa l-oħra, evalwazzjoni pożittiva ta’ manager terz ġiet irregolarment ikkummentata u ridotta fil-portata tagħha mill-evalwaturi li barra minn hekk ma ħadux inkunsiderazzjonijiet l-għanijiet. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2017 li ċċaħħad lir-rikorrenti mill-benefiċċju ta’ avvanz fis-salarju (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ASBR”) hija bbażata fuq rapport ta’ evalwazzjoni li huwa illegali. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ASBR ittieħdet minn awtorità li ma hijiex kompetenti, sa fejn din ittieħdet minn persuna temporanjament maħtura għal 6 xhur li ma kellhiex il-kwalità meħtieġa sabiex tieħu l-imsemmija deċiżjoni. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq diversi żbalji manifesti li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni ASBR, sa fejn l-imsemmija deċiżjoni ma setgħetx tikkonstata underperformance fil-mument li din ġiet adottata. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-linji gwida ASBR u tal-proċedura ASBR u ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, sa fejn id-deċiżjoni ASBR hija nieqsa minn motivazzjoni. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/26 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Pozza vs Il-Parlament
(Kawża T-216/18)
(2018/C 211/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Geoffray Pozza (Waldbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara u tiddeċiedi,
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-Paralment allegatament interpreta b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni meta ħa id-deċiżjoni li ma jibqax iħallas l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Parlament ma għandux kompetenza sabiex jieħu d-deċiżjoni kkontestata, peress li t-trasferiment interistituzzjonali ta’ uffiċjal ma jikkostitwixxix reklutaġġ ġdid u, konsegwentement, il-Parlament ma setax juża l-pretest tat-trasferiment tar-rikorrent sabiex jistabbilixxi, għat-tieni darba, id-dritt tiegħu għall-allowance tal-espatrijazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi kif ukoll tad-deċiżjoni preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrent, sa fejn kull att amministrattiv adottat minn istituzzjoni għandu preżunzjoni ta’ legalità u fejn, f’dan il-każ, id-deċiżjoni preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri allegatament tat aspettattiva leġittima lir-rikorrent li ser jibqa’ jieħu l-allowance tal-espatrijazzjoni sakemm jibqa’ assenjat għal-Lussemburgu. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/27 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – DK vs SEAE
(Kawża T-217/18)
(2018/C 211/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: DK (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddeċiedi li:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata sa fejn, minn naħa, l-Awtorità tal-Ħatra ħadet inkunsiderazzjoni dannu għall-integrità tal-istituzzjoni mir-rikorrent li madankollu kien diġà ġie kkumpensat, u, min-naħa l-oħra, it-tul tas-sanzjoni dixxiplinari imposta huwa arbitrarju sa fejn ġie ffissat inkonnessjoni mal-età legali tal-irtirar tar-rikorrent. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata minħabba l-assenza illegali li tittieħed inkunsiderazzjoni l-anzjanità tal-fatti, minħabba l-assenza li jittieħed inkunsiderazzjoni l-ksur tal-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal matul il-proċedura kriminali, kif ukoll minħabba l-assenza li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-familja tar-rikorrent. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/28 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et al vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-254/18)
(2018/C 211/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (Beijing, iċ-Ċina) u 9 oħra (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta’ Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja (ĠU 2018, L 25, p. 6), sa fejn jirrelata maċ-CCME, il-kumpanniji individwali u l-membri kkonċernati, u |
— |
tikkundfanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi ta’ dritt.
1. |
L-ewwel motiv ta’ dritt ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 3(2), (3), (5), (6) u (7) kif ukoll l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, b’mod partikolari meta li użat data ta’ importazzjoni mhux affidabbli, data makroekonimika ta’ dannu mhux affidabbli u data ta’ profittabbiltà mhux affidabbli, u meta ma awtorizzatx li partijiet oħra kkonċernati jikkummentaw dwar l-għażla finali tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari meta ma qisitx l-assenza ta’ simultanjetà u meta naqset milli tiżgura li d-danni kkawżati minn fatturi oħra ma jiġux attribwiti lill-importazzjonijiet Ċiniżi. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tad-drittjiet ta’ difiża tar-rikorrenti u tal-Artikoli 6(7), 19(1) sa (3), 20(2) u 20(4) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari meta rrifjutat li tagħti kwalunkwe aċċess għall-kalkolu tad-dannu, tal-effetti tal-prezz u għall-kalkoli tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu u għad-determinazzjoni tal-valur normali, u saħansitra rrifjutat li tagħti d-data rikjesta fil-forma ta’ verżjoni aggregata, u meta ma żvelatx diversi elementi rilevanti ta’ informazzjoni, minkejja talbiet ripetuti għal dan il-għan. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi kollha tan-numri ta’ kontroll tal-prodott fil-paragun tal-prezzijiet, meta ma tatx l-informazzjoni neċessarja dwar il-karatteristiċi tal-prodott apparti minn dawk li jirriżultaw min-numri tal-kontroll tal-prodott oriġinali, u meta ċaħdet b’mod żbaljat it-talba għal aġġustament tal-valur normali li jindirizza l-irregolaritajiet li jirriżultaw mill-volum baxx ta’ produzzjoni fl-Indja, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 2(1), 3(2)(a), 3(3) u 9(4) tar-Regolament bażiku u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta għamlet aġġustament 'il fuq tal-valur normali għat-taxxi indiretti, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(10)(b) u l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta bbażat ruħha fuq data minn produttur Indjan wieħed biss għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-bejgħ, kif ukoll dawk ġenerali u aministrattivi u l-profitt użat għall-valur normali kostrutt, minflok ma użat l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
18.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/29 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2018 – UN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-676/17) (1)
(2018/C 211/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.