|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 203/01 |
||
|
2018/C 203/02 |
||
|
2018/C 203/03 |
||
|
2018/C 203/04 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2018/C 203/05 |
||
|
2018/C 203/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 203/07 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 203/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8858 — Boeing/Safran/JV (auxiliary power units)) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta’ Ġunju 2018
(2018/C 203/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1788 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,03 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4503 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88175 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,1550 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1615 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
125,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,4435 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,652 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
319,89 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2754 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6605 |
|
TRY |
Lira Turka |
5,3762 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5506 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5335 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2499 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6781 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5738 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 272,14 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,5183 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5496 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3815 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 465,01 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7121 |
|
PHP |
Peso Filippin |
62,551 |
|
RUB |
Rouble Russu |
73,9972 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,839 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3608 |
|
MXN |
Peso Messikan |
24,2869 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,5015 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/2 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2018
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid
(Vijlen (DOP))
(2018/C 203/02)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
In-Netherlands bagħtu applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Vijlen” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati. |
|
(3) |
Sabiex ikunu jistgħu jitressqu d-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li saret matul il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Vijlen” jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Id-dokument uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-isem “Vijlen” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
ANNESS
DOKUMENT UNIKU
“Vijlen”
PDO-NL-02168
Data tal-applikazzjoni: 12.2.2016
1. Isem/ismijiet li jrid(u) jiġi/u rreġistrat(i)
Vijlen
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ oriġini protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
4. |
Inbid spumanti |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/tal-inbejjed
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: aħmar, b’togħma ta’ frott, qawwi
Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ħomor fuq il-lista tal-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: aħmar intens
Aroma: ta’ frott aħmar/iswed, kemxejn pikkanti;
Togħma: qawwija u li tfakkrek fil-frott
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands.
|
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
|
— |
Aċidità massima volatili |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
|
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni. |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 0,5 u 12-il gramma kull litru.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità minima totali |
63,84 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: Aħmar, xott, karattru robust u b’togħma ta’ frott, parzjalment immaturat fil-btieti
Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ħomor fuq il-lista tal-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: aħmar skur
Aroma: bi ħjiel ħafif tal-injam imħallat mal-frott aħmar/iswed
Togħma: struttura sħiħa tat-tannini b’togħma ta’ frott li tibqa’ f’ħalqek u struttura robusta
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
|
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
|
— |
Aċidità volatili massima |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
|
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni. |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 0,5 u 12-il gramma kull litru.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità minima totali |
63,84 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: Aħmar, xott, b’karattru robust, immaturat fil-btieti
Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ħomor fuq il-lista tal-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: aħmar skur
Aroma: bi ħjiel ħafif tal-injam imħallat mal-frott aħmar/iswed
Togħma: struttura tat-tannini robusta, amplifikata bl-injam
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
|
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
|
— |
Aċidità massima volatili |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
|
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni. |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 0,5 u 8-il gramma kull litru.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità minima totali |
63,84 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: abjad, xott, b’togħma ta’ frott
Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet bojod fuq il-lista tal-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: abjad
Aroma: frott aħdar u misjur
Togħma: ta’ karattru robust b’togħma ta’ frott u bi struttura friska u robusta
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
|
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
|
— |
Aċidità massima volatili |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
|
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni. |
Il-kontenut taz-zokkor: bejn 1 u 8 grammi kull litru.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità minima totali |
77,14 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: Abjad, xott, immaturat fil-btieti
Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet bojod fuq il-lista tal-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: abjad
Aroma: ta’ frott misjur, ta’ fjuri u bi ħjiel ħafif tal-injam
Togħma: karattru sħiħ u li jfakkrek fil-frott, bi struttura sħiħa mtejba bl-injam, karattru robust li jibqa’ fil-ħalq
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
|
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
|
— |
Aċidità massima volatili |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
|
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni. |
Il-kontenut taz-zokkor: bejn 1 u 8 grammi kull litru.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità minima totali |
77,14 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: Abjad, nofsu misjur, b’togħma ta’ frott
Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet bojod fuq il-lista tal-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: abjad
Aroma: frott aħdar u misjur
Togħma: Karattru sħiħ u bil-frott, kemxejn ħelu
karattru robust u li jfakkrek fil-frott, kemxejn ħelu Inbid frisk u b’togħma ta’ frott u b’togħma ħelwa li tibqa’ f’ħalqek
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
|
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
|
— |
Aċidità massima volatili |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
|
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni. |
Il-kontenut taz-zokkor: bejn 2 u 20 grammi kull litru.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità minima totali |
77,14 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: rożè, robust, b’togħma ta’ frott
Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ħomor fuq il-lista tal-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: kulur rożé ċar
Aroma: ftit pikkanti, tal-frott aħmar
Togħma: togħma iktar robusta u li tfakkrek fil-frott
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
|
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
|
— |
Aċidità massima volatili |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
|
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni. |
Il-kontenut taz-zokkor: bejn 1 u 12-il gramma kull litru.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità minima totali |
63,84 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 4 - Inbid spumanti: abjad, robust, b’togħma ta’ frott
Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet bojod fuq il-lista tal-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: abjad
Aroma: frott aħdar u misjur
Togħma: bżieżaq żgħar, togħma ta’ frott frisk bi struttura iktar robusta
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
|
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
|
— |
Aċidità massima volatili |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
|
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni. |
Il-kontenut taz-zokkor: bejn 0 u 22-il gramma kull litru.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità minima totali |
79,8 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 4 - Inbid spumanti: rożè, robust, b’togħma ta’ frott
Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ħomor fuq il-lista tal-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: roża
Aroma: frott aħmar misjur

Kategorija tal-inbid 5 - Inbid spumanti ta’ kwalità: abjad, robust, b’togħma ta’ frott

Kategorija tal-inbid 5 - Inbid spumanti ta’ kwalità: rożè, robust, b’togħma ta’ frott

5. Metodi tal-prassi enoloġika
a. Prassi enoloġika essenzjali
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: aħmar, b’togħma ta’ frott, qawwi
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni tal-polpa għal mill-inqas erbat ijiem
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: Aħmar, xott, b’karattru robust u b’togħma ta’ frott, parzjalment immaturat fil-btieti
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni tal-polpa għal mill-inqas erbat ijiem, mill-inqas 30 % tal-inbid għandu jiġi mmaturat fl-injam
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: Aħmar, xott, b’karattru robust, immaturat fil-btieti
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni tal-polpa għal mill-inqas sitt ijiem. L-inbid għandu jiġi mmaturat fl-injam, u maħżun għal mill-inqas disa’ xhur fil-btieti (mill-inqas 50 % injam ġdid)
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: abjad, xott, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il°C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment)
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: Abjad, xott, immaturat fil-btieti
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il°C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment), u ħżin għal mill-inqas sitt xhur fil-btieti b’50 % injam ġdid
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: Abjad, nofsu misjur, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il°C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment)
Kategorija tal-inbid 1 - Inbid: rożè, robust, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika: Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il°C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment)
Kategorija tal-inbid 4 - Inbid spumanti: abjad, robust, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il°C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment) Metodu tradizzjonali
Kategorija tal-inbid 4 - Inbid spumanti: rożè, robust, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il°C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment) Metodu tradizzjonali
Kategorija tal-inbid 5 - Inbid spumanti ta’ kwalità: abjad, robust, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il°C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment) Metodu tradizzjonali
Kategorija tal-inbid 5 - Inbid spumanti ta’ kwalità: rożè, robust, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il°C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment) Metodu tradizzjonali
b. Rendimenti massimi
Cabernet Cortis aħmar
50 ettolitru għal kull ettaru
Monarch aħmar
50 ettolitru għal kull ettaru
Pinot Noir aħmar
50 ettolitru għal kull ettaru
Pinotin aħmar
50 ettolitru għal kull ettaru
Baron aħmar
50 ettolitru għal kull ettaru
Souvignier Gris aħmar
55 ettolitru għal kull ettaru
Johanniter aħmar
55 ettolitru għal kull ettaru
Solaris aħmar
55 ettolitru għal kull ettaru
Pinot Gris abjad
55 ettolitru għal kull ettaru
Chardonnay abjad
55 ettolitru għal kull ettaru
Cabernet Blanc abjad
55 ettolitru għal kull ettaru
Muscaris abjad
55 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ddefinita
Iż-żona ġeografika ta’ Vijlen tinsab kollha kemm hi fil-muniċipalità ta’ Vaals, fid-distrett ta’ Vijlen.
Id-deżinjazzjoni protetta tal-oriġini ta’ Viljen tapplika biss għat-terren ta’ Vijlen b’ħamrija safra fis-saff tal-wiċċ (loess) u tliet saffijiet ta’ ħamrija li flimkien jagħmlu dan it-terran uniku. Minbarra din il-ħamrija safra tal-wiċċ (loess), din iż-żona speċifika hija kkaratterizzata minn saffijiet ta’ terra fusca, żrar oħxon (rough shingle) u eluvju taż-żnied.
Id-DOP Viljen tkopri erja ta’ 419-il ha.
7. Għeneb tal-inbid ewlieni
|
|
Souvignier Gris B |
|
|
Pinotin N |
|
|
Muscaris B |
|
|
Cabernet Blanc B (VB-91-26-1) |
|
|
Baron N |
|
|
Solaris |
|
|
Pinot noir N |
|
|
Pinot Gris G |
|
|
Monarch |
|
|
Johanniter B |
|
|
Chardonnay B |
|
|
Cabernet Cortis |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/tar-rabtiet
Ħamrija
Iż-żona ġeografika tad-DPO Vijlen hija primarjament ikkaratterizzata minn “ħamrija inklinata biż-żnied” li tikkonsisti minn eluvju taż-żnied kif ukoll ħamrija safra tal-wiċċ (loess), terra fusca u żrar, iżda mingħajr id-depożiti antiki mill-Maas.
Il-ħamrija f’din iż-żona tvarja minn dik taż-żona ġeografika tal-Mergelland, fejn il-ħamrija safra tal-wiċċ (loess), il-marl (blat artab) u ż-żrar tal-Maas huma l-elementi ewlenin u li fihom is-sedimenti tax-xmara Maas għandhom rwol ewlieni. B’kuntrast, dawn is-sedimenti ġejjin mill-Maas mhumiex karatteristiċi taż-żona ġeografika tad-DOP Vijlen. Dan jokkorri fit-Tramuntana tat-tarf tal-għoljiet (Tramuntana ta’ Vijlen). Il-ħamrija f’din iż-żona, li evolviet b’mod differenti, hija kkaratterizzata mill-eluvju taż-żnied (is-soluzzjoni li jifdal mill-ġebel tal-ġir, li huwa kompost minn taħlita ta’ żnied li huwa mnaqqar b’mod sinifikanti u ammonti varji ta’ tafal, trab ġulġlieni u terra fusca), kif ukoll mit-terra fusca (bħall-eluvju taż-żnied, din hija prodott ta’ erożjoni tal-ġebel tal-ġir, li tikkonsisti predominament mit-tafal (tqil) bi ftit żnied jew xejn, billi jiġi mill-ġebel tal-ġir b’kontenut baxx taż-żnied). Id-differenza tizdied aktar bil-fatturi klimatoloġiċi (l-altitudni ogħla u l-għoljiet ta’ madwar).
Il-klima u l-ambjent
L-iktar karatteristiċi importanti tal-klima f’din iż-żona huma dawn li ġejjin:
|
— |
Il-klima f’din iż-żona hija inqas influwenzata b’mod dirett mill-baħar u għandha iktar karatteristiċi tipiċi ta’ klima kontinentali (inqas moderat milli ħdejn il-baħar, li huwa rifless fit-temperaturi). |
|
— |
Il-vinji huma lokalizzati f’altitudni ta’ 170 sa 220 metri ’l fuq minn Amsterdam Ordnance Datum (NAP), fuq iż-żrieżaq tan-Nofsinhar, koperti b’għoljiet, li b’hekk joħolqu mikroklima. |
|
— |
L-altitudni ogħla, u l-widien li jdawru ż-żona kollha, iwasslu biex it-temperatura ta’ billejl ħafna drabi tkun ogħla (degradazzjoni aħjar tal-aċidi). |
|
— |
L-altitudni tfisser ukoll li hemm inqas ċpar, partikolarment f’Settembru u Ottubru, li jwassal għal inqas umdità u għalhekk inqas problemi bil-botrytis. |
|
— |
Il-pożizzjoni fuq in-naħa kennija tal-Eifel u tal-Ardennes tfisser li x-xita u s-silġ ħafna drabi ma jaffettwawx iż-żona tad-DOP. |
L-aspetti umani (il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid)
Saru ċerti għażliet (aspetti umani) li jinfluwenzaw b’mod pożittiv il-kwalità tal-vitikultura/produzzjoni tal-għeneb:
|
— |
Waqt it-tħawwil, jitħallew żewġ metri kwadri ta’ spazju għal kull pjanta (għal biżżejjed nutrijenti). |
|
— |
Jintuża metodu ta’ vitikultura li jiżgura proporzjon tajjeb ta’ weraq mal-għeneb (għal biżżejjed fotosinteżi) u l-vinji jinżabru bl-idejn (għażla tal-aħjar nebbieta li jkunu ilhom jitkabbru sena sabiex il-weraq li jitkabbar vertikalment ikun robust u jassorbi kemm jista’ xemx). |
|
— |
Dan jittejjeb aktar billi tinżamm żona ta’ weraq ta’ mill-inqas metru ’l fuq miż-żona tal-għeneb. |
|
— |
Il-weraq jitneħħew miż-żona tal-għeneb biex jiġi ffaċilitat l-esponiment għax-xemx u għar-riħ, anke sabiex l-għenieqed jinxfu malajr wara li tagħmel ix-xita. |
|
— |
Jekk meħtieġ, jinżabru l-għenieqed biex tittejjeb il-kwalità tal-għeneb li jibqa’. |
|
— |
Il-ħsad bl-idejn (għażla tal-għeneb) |
|
— |
Fir-rigward tal-produzzjoni tal-inbid, ara l-prattiki enoloġiċi essenzjali deskritti hawn fuq. |
Rabta kawżali
Ir-rabta kawżali hija karatterizzata mill-aspetti distintivi li ġejjin ta’ din iż-żona:
Il-ħamrija tikkonsisti minn taħlita unika ta’ eluvju taż-żnied kif ukoll ħamrija safra tal-wiċċ (loess), terra fusca u żrar, iżda mingħajr id-depożiti antiki mill-Maas.
L-eluvju taż-żnied jinsab bħala unità għaliha biss fiż-żoni żgħar tal-parti tal-Grigal ta’ Limburg tan-Nofsinhar, qrib il-fruntiera mal-Belġju, inkluż f’penipjan fl-aħħar tat-terzjarju. Fiż-żrieżaq weqfin, huwa komponent sinifikanti tal-ħamrija taż-żrieżaq biż-żnied. Il-ħamrija fiha ħafna ġebel taż-żnied irregolari ta’ bejn 2 u 10 cm.
Fiż-żona ġeografika tad-DOP Vijlen biss hemm din it-taħlita unika ta’ ħamrija bl-eluvju taż-żnied/ħamrija safra tal-wiċċ (loess) kif ukoll it-terra fusca u ż-żrar.
Din il-ħamrija għandha impatt fuq il-karatteristiċi tal-għeneb imkabbar fuqha tul staġun kemxejn twil (assorbiment tas-sħana mill-ġebel) u l-kwalitajiet tal-ħamrija safra tal-wiċċ (loess) li żżomm l-ilma għal żmien twil (u b’hekk tiġi evitata l-aridità)
L-altitudni għolja, bl-għoljiet madwar iż-żona, tfisser li ż-żrieżaq/plateau tal-vinji għandhom il-karatteristiċi tal-klima li ġejjin, li b’mod ċar għandhom influwenza favorevoli fuq l-għeneb imkabbar (għeneb iktar misjur fir-rigward ta’ zokkor/aċidi/togħma) u dawn jirriżultaw fi nbejjed iktar qawwijin b’iktar togħma:
|
— |
It-temperaturi ogħla ta’ billejl jiżguraw degradazzjoni aħjar tal-aċidi. |
|
— |
Inqas ċpar/nida (jinżel fil-widien) |
|
— |
In-nuqqas ta’ xita qawwija jew ir-rarità tagħha, dovut għall-pożizzjoni fuq in-naħa l-kennija tal-Ardennes |
L-inbejjed huma maħluqa minn taħlita unika ta’ varjetajiet u l-aspetti umani relatati (vitikultura/produzzjoni tal-inbid), li flimkien joħolqu cuvées sbieħ ta’ varjetajiet ġodda u klassiċi.
Barra minn hekk, dawn il-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-vitikultura huma mħallta ma’ produzzjoni tal-inbid li hija unika fin-Netherlands. L-inbid huwa ttrasferit bil-gravità bl-użu tal-erba kantini waħda fuq l-oħra, b’hekk jenħtieġ inqas ippumpjar. Dan l-inbid huwa vinifikat f’tankijiet iżgħar biex isir l-aħjar użu mit-tekniki ta’ produzzjoni tal-inbid differenti (ara l-prattiki essenzjali enoloġiċi) bil-għan li kull sena jsir inbid li huwa iktar qawwi u espressiv fit-togħma.
Il-karatteristiċi organolettiċi u analitiċi jirriżultaw mit-taħlita tal-aspetti tal-ħamrija, tal-klima u tal-bniedem (vitikultura u produzzjoni tal-inbid), li jipproduċu nbejjed ħomor bi struttura ta’ tannini sħiħa u inbejjed bojod/rosé li fil-biċċa l-kbira huma robusti u b’togħma ta’ frott.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra
—
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.rvo.nl/sites/default/files/2015/12/Productdossier%20BOB%20Vijlen.pdf
|
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/13 |
Aġġornament interim tal-ponderazzjoni applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’pajjiżi terzi (1)
(2018/C 203/03)
AWWISSU 2017
|
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Awwissu 2017 |
Rata tal-kambju Awwissu 2017 (*1) |
Ponderazzjoni Awwissu 2017 (*2) |
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
2,811 |
1,17290 |
239,7 |
|
Il-Kenja |
99,24 |
120,970 |
82,0 |
SETTEMBRU 2017
|
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Settembru 2017 |
Rata tal-kambju Settembru 2017 (*3) |
Ponderazzjoni Settembru 2017 (*4) |
|
L-Eġittu |
9,515 |
21,1250 |
45,0 |
|
Il-Korea t’Isfel |
1 255 |
1 338,36 |
93,8 |
OTTUBRU 2017
|
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Ottubru 2017 |
Rata tal-kambju Ottubru 2017 (*5) |
Ponderazzjoni Ottubru 2017 (*6) |
|
Il-Belarussja |
1,686 |
2,30940 |
73,0 |
|
Il-Burundi |
1 733 |
2 072,50 |
83,6 |
|
Iċ-Ċilì |
625,9 |
740,094 |
84,6 |
|
In-Nikaragwa |
23,47 |
35,8223 |
65,5 |
|
Sierra Leone |
7 794 |
8 792,31 |
88,6 |
|
L-Ukrajna |
21,48 |
30,9958 |
69,3 |
NOVEMBRU 2017
|
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Novembru 2017 |
Rata tal-kambju Novembru 2017 (*7) |
Ponderazzjoni Novembru 2017 (*8) |
|
L-Angola |
365,1 |
185,399 |
196,9 |
|
L-Arġentina |
13,38 |
20,3094 |
65,9 |
|
Il-Brażil |
3,264 |
3,77900 |
86,4 |
|
Il-Honduras |
19,30 |
27,3018 |
70,7 |
|
Il-Messiku |
12,63 |
22,1764 |
57,0 |
|
Is-Sudan |
16,58 |
20,7961 |
79,7 |
|
It-Tanzanija |
1 809 |
2 635,09 |
68,7 |
DIĊEMBRU 2017
|
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Diċembru 2017 |
Rata tal-kambju Diċembru 2017 (*9) |
Ponderazzjoni Diċembru 2017 (*10) |
|
Il-Belarussja |
1,786 |
2,36760 |
75,4 |
|
L-Eġittu |
10,12 |
21,1058 |
47,9 |
|
Il-Kenja |
93,49 |
122,943 |
76,0 |
JANNAR 2018
|
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Jannar 2018 |
Rata tal-kambju Jannar 2018 (*11) |
Ponderazzjoni Jannar 2018 (*12) |
|
Iċ-Ċilì |
657,3 |
738,750 |
89,0 |
|
Il-Mozambique |
51,71 |
69,7900 |
74,1 |
|
L-Ukrajna |
22,79 |
33,3491 |
68,3 |
|
Ix-Xatt tal-Punent — l-Istrixxa ta’ Gaża |
4,511 |
4,15120 |
108,7 |
(1) Skont ir-Rapport tal-Eurostat tal-24 ta’ April 2018 dwar l-aġġornament interim tal-ponderazzjoni (koeffiċjenti ta’ korrezzjoni) applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’Delegazzjonijiet barra mill-UE skont l-Artikolu 64, u l-Anness X u l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea.
Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Eurostat (http://ec.europa.eu/eurostat > “Data” > “Database” > “Economy and finance” > “Prices” > “Correction coefficients”).
(*1) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(*2) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*3) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika
(*4) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*5) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika
(*6) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*7) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika
(*8) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*9) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika
(*10) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*11) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika
(*12) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
|
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/15 |
Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2018
(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))
(2018/C 203/04)
Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata fil-ĠU C 165, 14.5.2018, p. 6.
|
Minn |
sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
|
1.7.2018 |
… |
-0,18 |
-0,18 |
0,54 |
-0,18 |
1,12 |
-0,18 |
0,04 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
0,30 |
0,13 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
1,85 |
-0,18 |
2,68 |
-0,33 |
-0,18 |
-0,18 |
0,86 |
|
1.6.2018 |
30.6.2018 |
-0,18 |
-0,18 |
0,65 |
-0,18 |
1,12 |
-0,18 |
0,04 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
0,30 |
0,09 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
1,85 |
-0,18 |
2,21 |
-0,33 |
-0,18 |
-0,18 |
0,86 |
|
1.5.2018 |
31.5.2018 |
-0,18 |
-0,18 |
0,65 |
-0,18 |
0,95 |
-0,18 |
0,03 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
0,40 |
0,09 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
1,85 |
-0,18 |
2,21 |
-0,33 |
-0,18 |
-0,18 |
0,86 |
|
1.4.2018 |
30.4.2018 |
-0,18 |
-0,18 |
0,65 |
-0,18 |
0,95 |
-0,18 |
0,03 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
0,40 |
0,09 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
1,85 |
-0,18 |
2,21 |
-0,42 |
-0,18 |
-0,18 |
0,73 |
|
1.3.2018 |
31.3.2018 |
-0,18 |
-0,18 |
0,65 |
-0,18 |
0,95 |
-0,18 |
0,02 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
0,54 |
0,09 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
1,85 |
-0,18 |
2,21 |
-0,42 |
-0,18 |
-0,18 |
0,73 |
|
1.2.2018 |
28.2.2018 |
-0,18 |
-0,18 |
0,65 |
-0,18 |
0,75 |
-0,18 |
0,02 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
0,54 |
0,09 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
1,85 |
-0,18 |
2,21 |
-0,42 |
-0,18 |
-0,18 |
0,73 |
|
1.1.2018 |
31.1.2018 |
-0,18 |
-0,18 |
0,65 |
-0,18 |
0,75 |
-0,18 |
0,02 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
0,54 |
0,13 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
1,85 |
-0,18 |
1,89 |
-0,42 |
-0,18 |
-0,18 |
0,73 |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/16 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2018/C 203/05)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
21.4.2018 |
|
Tul taż-żmien |
21.4.2018–31.12.2018 |
|
Stat Membru |
Id-Danimarka |
|
Stokk jew grupp ta’ stokkijiet |
SRX/03A-C. Inklużi RJN/03A-C., RJH/03A-C. u RJM/03A-C. |
|
Speċi |
Rebekkini u raj (rajiformes) |
|
Żona |
Ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
In-numru ta' referenza |
09/TQ120 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/16 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2018/C 203/06)
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
14.5.2018 |
|
Tul taż-żmien |
14.5.2018–31.12.2018 |
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
|
Stokk jew grupp ta’ stokkijiet |
BUM/ATLANT |
|
Speċi |
Marlin blu (Makaira nigricans) |
|
Żona |
L-Oċean Atlantiku |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
In-numru ta' referenza |
10/TQ120 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/17 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
(2018/C 203/07)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta' dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Id-data tal-għeluq
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049, Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Id-data tal-iskadenza (3) |
|
Dijossidi tal-manjeżju |
L-Afrika t’Isfel |
Dazju antidumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 191/2014 tal-24 ta’ Frar 2014 li jimponi dazju ta' antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti dijossidi tal-manganiż li joriġinaw mir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel wara rieżami minħabba skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 7) |
1.3.2019 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) [2] TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tagħlaq f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 203/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8858 — Boeing/Safran/JV (auxiliary power units))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 203/08)
1.
Fil-5 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Boeing Company (“Boeing”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Safran S. A. (“Safran”, Franza), |
|
— |
JV LLC (l-Istati Unit tal-Amerka), |
Boeing u Safran jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ joint venture maħluqa ġdida (JV LLC).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Boeing: id-disinn, il-manifattura u l-bejgħ madwar id-dinja ta’ ajruplani kummerċjali u sistemi tad-difiża, l-ispażju u s-sigurtà. Boeing hija wkoll fornitur ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għas-suq tal-ajruspazju.
— Safran: id-disinn, il-manifattura u l-bejgħ madwar id-dinja ta’ sistemi tal-ajrupsazju, tagħmir tal-ajruplani u tad-difiża. Il-prodotti jinkludu magni tal-ajruplani u tal-ispazju, sistemi tal-elettriku u sistemi ta’ wiring u sistemi abbord għall-ajruplani kummerċjali, reġjonali u privati (business). Safran hija wkoll fornitur ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għat-tagħmir tagħha.
— JV LLC: id-disinn, il-manifattura u l-provvista ta’ auxiliary power units (“APU Systems”) biex jintużaw fuq ajruplani kummerċjali. Il-JV LLC tipprovdi wkoll servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u eżami bir-reqqa (overhaul) u spare parts assoċjati fir-rigward tal-APU Systems.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8858 — Boeing/Safran/JV (auxiliary power units)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.