ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 200

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
11 ta' Ġunju 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 200/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 200/02

Kawża C-191/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – Romano Pisciotti vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 18 u 21 TFUE — Estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu — Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dan l-Istat terz — Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata biss għaċ-ċittadini nazzjonali — Restrizzjoni għall-moviment liberu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità — Proporzjonalità — Informazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni)

2

2018/C 200/03

Kawża C-258/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Finnair Oyj vs Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Konvenzjoni ta’ Montreal — Artikolu 31 — Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru għall-bagalji li jkunu għaddew miċ-check-in — Rekwiżiti dwar il-forma u l-kontenut ta’ lment bil-miktub magħmul lit-trasportatur — Ilment imressaq b’mod elettroniku u rreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru — Ilment imressaq f’isem id-destinatarju minn impjegat tat-trasportatur bl-ajru)

3

2018/C 200/04

Kawżi magħquda C-316/16 u C-424/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta April 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg, Supreme Court of the United Kingdom – il-Ġermanja, ir-Renju Unit) – B vs Land Baden-Württemberg (C-316/16), Secretary of State for the Home Department vs Franco Vomero (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ moviment u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 28(3)(a) — Protezzjoni msaħħa kontra t-tkeċċija — Kundizzjonijiet — Dritt ta’ residenza permanenti — Residenza fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin qabel id-deċiżjoni ta’ tkeċċija mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat — Perijodu ta’ priġunerija — Konsegwenzi fir-rigward tal-kontinwità tar-residenza għal għaxar snin — Relazzjoni mal-evalwazzjoni globali ta’ rabta ta’ integrazzjoni — Mument li fih isseħħ din l-evalwazzjoni u kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matulha)

4

2018/C 200/05

Kawża C-320/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Lille – Franza) – proċeduri kriminali kontra Uber France SAS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi fil-qasam tat-trasporti — Direttiva 2006/123/KE — Servizzi fis-suq intern — Direttiva 98/34/KE — Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Regola applikabbli għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Kunċett — Servizz ta’ intermedjazzjoni li tippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura proprja tagħhom ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani — Sanzjonijiet kriminali)

5

2018/C 200/06

Kawża C-414/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Vera Egenberger vs Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung e.V. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament — Differenza fit-trattament ibbażata fuq reliġjon jew twemmin — Attivitajiet professjonali fi knejjes jew organizzazzjonijiet oħrajn li l-etos tagħhom huwa bbażat fuq reliġjon jew twemmin — Reliġjon jew twemmin li jikkostitwixxu rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat fid-dawl tal-etos tal-organizzazzjoni — Kunċett — Natura tal-attivitajiet u l-kuntest li fih jitwettqu — Artikolu 17 TFUE — Artikoli 10, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

6

2018/C 200/07

Kawża C-478/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2018 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Group OOD, Kosta Iliev (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor użat fil-kummerċ — Eżami mill-Bord tal-Appell — Provi ġodda jew supplimentari — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 76(2) — Regolament (KE) Nru 2868/95 — It-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1))

7

2018/C 200/08

Kawża C-525/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão – il-Portugall) – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA vs Autoridade da Concorrência (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Il-punt (ċ) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE — Kunċett ta’ żvantaġġ kompetittiv — Prezzijiet diskriminatorji fis-suq downstream — Ġestjoni tad-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur — Royalty dovuta mill-fornituri nazzjonali ta’ servizz bi ħlas ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni u tal-kontenut tiegħu)

7

2018/C 200/09

Kawża C-532/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs SEB bankas AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Provvista ta’ art — Klassifikazzjoni żbaljata ta’ attività taxxabbli — Indikazzjoni tat-taxxa fuq il-fattura inizjali — Modifika ta’ din l-indikazzjoni mill-fornitur)

8

2018/C 200/10

Kawża C-541/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 1072/2009 — Artikolu 2(6) — Artikolu 8 — Operazzjonijiet ta’ kabotaġġ — Kunċett — Definizzjoni inkluża f’dokument Mistoqsijiet & Tweġibiet li stabbiliet il-Kummissjoni Ewropea — Valur legali — Miżuri nazzjonali ta’ applikazzjoni li jillimitaw in-numru ta’ punti ta’ tagħbija u punti ta’ ħatt li jistgħu jagħmlu parti mill-istess operazzjonijiet ta’ kabotaġġ — Marġni diskrezzjonali — Restrizzjoni — Proporzjonalità)

9

2018/C 200/11

Kawża C-550/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A, S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86/KE — Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) — Kunċett ta’ minuri mhux akkumpanjat — Artikolu 10(3)(a) — Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu — Refuġjat taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, iżda maġġorenni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħtih l-ażil u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja — Data determinanti għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ minuri tal-persuna kkonċernata)

9

2018/C 200/12

Kawża C-565/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eirinodikeio Lerou Leros – il-Greċja) – proċedura mressqa minn Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ rinunzja ta’ wirt f’isem wild minuri — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni — Artikolu 12(3)(b) — Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni — Kundizzjonijiet)

10

2018/C 200/13

Kawża C-580/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Firma Hans Bühler KG vs Finanzamt de Graz-Stadt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Post tal-akkwist intra-Komunitarju — Artikolu 42 — Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija li ġiet ikkunsinnata sussegwentement — Artikolu 141 — Eżenzjoni — Operazzjoni triangolari — Miżuri ta’ semplifikazzjoni — Artikolu 265 — Rettifika tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva)

11

2018/C 200/14

Kawża C-645/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Conseils et mise en relations (CMR) SARL vs Demeures terre et tradition SARL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom — Direttiva 86/653/KEE — Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz jew għall-kumpens għad-danni wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali — Artikolu 17 — Esklużjoni tad-dritt għal indennizz fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt waqt il-perijodu ta’ prova stabbilit fil-kuntratt)

12

2018/C 200/15

Kawża C-8/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Biosafe – Indústria de Reciclagens SA vs Flexipiso – Pavimentos SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 63, 167, 168, 178 sa 180, 182 u 219 — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — Terminu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt — Tnaqqis ta’ VAT supplimentari mħallsa lill-Istat u li kienet is-suġġett ta’ dokumenti li jirrettifikaw il-fatturi inizjali wara aġġustament tat-taxxa — Data li fiha jibda jiddekorri t-terminu)

12

2018/C 200/16

Kawża C-13/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération des entreprises de la beauté vs Ministre des Affaires sociales, de la Santé et des Droits des femmes, Ministre de l’Éducation nationale, de l’Enseignement supérieur et de la Recherche, Ministre de l’Économie et des Finances, li kien Ministre de l’Économie, de l’Industrie et du Numérique (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Prodotti kożmetiċi — Regolament (KE) Nru 1223/2009 — Artikolu 10(2) — Evalwazzjoni tas-sigurtà tal-prodott kożmetiku — Kwalifiki tal-persuna responsabbli għal din l-evalwazzjoni — Rikonoxximent tal-ekwivalenza ta’ korsijiet — Dixxiplini simili għall-farmaċija, għat-tossikoloġija jew għall-mediċina — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri)

13

2018/C 200/17

Kawża C-65/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cessazione – l-Italja) – Oftalma Hospital Srl vs C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Servizzi soċjali u tas-saħħa — Għoti mingħajr osservanza tar-regoli għall-għoti tal-kuntratti pubbliċi — Neċessità li jiġu osservati l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament — Kunċett ta’ interess transkonfinali ċert — Direttiva 92/50/KEE — Artikolu 27)

14

2018/C 200/18

Kawża C-75/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 – Fiesta Hotels & Resorts, SL vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Residencial Palladium, SL (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(4) — Artikolu 65 — Isem kummerċjali mhux irreġistrat GRAND HOTEL PALLADIUM — Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq dritt preċedenti miksub taħt id-dritt nazzjonali — Kundizzjonijiet — Sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali — Dritt li jiġi pprojbit l-użu ta’ trade mark iktar reċenti)

14

2018/C 200/19

Kawża C-110/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq id-dħul tar-residenti Belġjani — Determinazzjoni tad-dħul minn immobbli — Applikazzjoni ta’ żewġ metodi ta’ kalkolu differenti skont il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli — Kalkolu skont il-valur katastali għall-immobbli li jinsabu fil-Belġju — Kalkolu bbażat fuq il-valur lokattiv reali għall-immobbli li jinsabu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) — Differenza fit-trattament — Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital)

15

2018/C 200/20

Kawża C-148/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Peek & Cloppenburg KG, Hamburg vs Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tat-trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 14 — Konstatazzjoni a posteriori tal-invalidità ta’ trade mark jew tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha — Data li fiha l-kundizzjonijiet tar-revoka jew tal-invalidità għandhom ikunu ssodisfatti — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 34(2) — Invokazzjoni tal-anzjanità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti — Effetti ta’ din l-invokazzjoni fuq it-trade mark nazzjonali preċedenti)

16

2018/C 200/21

Kawża C-152/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali — Direttiva 2004/17/KE — Obbligu ta’ reviżjoni tal-prezz wara l-għoti tal-kuntratt — Assenza ta’ tali obbligu fid-Direttiva 2004/17/KE jew li jirriżulta mill-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati l-Artikolu 56 TFUE u d-Direttiva 2004/17/KE — Servizzi ta’ tindif u ta’ manutenzjoni marbuta mal-attività ta’ trasport ferrovjarju — Artikolu 3(3) TUE — Artikoli 26, 57, 58 u 101 TFUE — Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà — Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li ma jimplimentawx id-dritt tal-Unjoni Ewropea — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)

16

2018/C 200/22

Kawżi Magħquda C-195/17, C-197/17 sa C-203/17, C-226/17, C-228/17, C-254/17, C-274/17, C-275/17, C-278/17 sa C-286/17 u C-290/17 sa C-292/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover, Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja– Helga Krüsemann et (C-195/17), Thomas Neufeldt et (C-197/17), Ivan Wallmann (C-198/17), Rita Hoffmeyer (C-199/17), Rudolf Meyer (C-199/17), Susanne de Winder (C-200/17), Holger Schlosser (C-201/17), Nicole Schlosser (C-201/17), Peter Rebbe et (C-202/17), Eberhard Schmeer (C-203/17), Brigitte Wittmann (C-226/17), Reinhard Wittmann (C-228/17), Regina Lorenz (C-254/17), Prisca Sprecher (C-254/17), Margarethe Yüce et (C-274/17), Friedemann Schoen (C-275/17), Brigitta Schoen (C-275/17), Susanne Meyer et (C-278/17), Thomas Kiehl (C-279/17), Ralph Eßer (C-280/17), Thomas Schmidt (C-281/17), Werner Ansorge (C-282/17), Herbert Blesgen (C-283/17), Simone Künnecke et (C-284/17), Marta Gentile (C-285/17), Marcel Gentile (C-285/17), Gabriele Ossenbeck (C-286/17), Angelina Fell et (C-290/17), Helga Jordan-Grompe et (C-291/17), EUflight.de GmbH (C-292/17) vs TUIfly GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 5(3) — Artikolu 7(1) — Dritt għal kumpens — Eżenzjoni — Kunċett ta’ ċirkostanzi straordinarji — Strajk selvaġġ)

17

2018/C 200/23

Kawża C-227/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Medtronic GmbH vs Finanzamt Neuss (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi 9021 10 10, 9021 10 90 u 9021 90 90 — Sistema ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1214/2014)

18

2018/C 200/24

Kawża C-302/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Bratislave – is-Slovakkja) – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Għanijiet — Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kwoti ttrasferiti u mhux użati għal taxxa)

19

2018/C 200/25

Kawża C-323/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – People Over Wind, Peter Sweetman vs Coillte Teoranta (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni ta’ habitats naturali — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Artikolu 6(3) — Screening bil-ħsieb li tiġi ddeterminata n-neċessità li ssir jew le evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Miżuri li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dan l-għan)

19

2018/C 200/26

Kawża C-441/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa — Artikolu 6(1) u (3) — Artikolu 12(1) — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Artikoli 4 u 5 — Sit Natura 2000 Puszcza Białowieska — Bidla fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti — Żieda fil-volum tal-injam esplojtabbli — Pjan jew proġett li ma humiex direttament meħtieġa għall-ġestjoni tas-sit u li jistgħu jaffettwaw lil dan is-sit b’mod sinjifikattiv — Evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq is-sit — Ħsara għall-integrità tas-sit — Implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri ta’ konservazzjoni — Effetti fuq is-siti ta’ riproduzzjoni u fuq iż-żoni ta’ mistrieħ ta’ speċi protetti)

20

2018/C 200/27

Kawża C-124/18 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 minn Red Bull GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-101/15 u T-102/15 – Red Bull GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

21

2018/C 200/28

Kawża C-207/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

22

2018/C 200/29

Kawża C-208/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Jana Petruchová vs FIBO Group Holdings Limited

23

2018/C 200/30

Kawża C-250/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

24

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 200/31

Kawża T-554/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Messi Cuccittini vs EUIPO – J-M.-E.V. e hijos (MESSI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MESSI — Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea MASSI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

26

2018/C 200/32

Kawża T-561/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – One of Us et vs Il-Kummissjoni (Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej — Politika ta’ riċerka — Saħħa pubblika — Kooperazzjoni fl-iżvilupp — Finanzjament mill-Unjoni ta’ attivitajiet li jimplikaw il-qerda ta’ embrijuni umani — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 — Rikors għal annullament — Locus standi in judicio — Att kontestabbli — Inammissibbiltà parzjali — Stħarriġ ġudizzjarju — Obbligu ta’motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

26

2018/C 200/33

Kawża T-43/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – CRM vs Il-Kummissjoni (Indikazzjoni ġeografika protetta — Piadina Romagnola jew Piada Romagnola — Proċedura ta’ reġistrazzjoni — Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali — Rabta bejn ir-reputazzjoni tal-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu — Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012 — Portata tal-kontroll mill-Kummissjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Artikolu 7(1)(f)(ii), Artikolu 8(1)(c)(ii) u Artikolu 50(1) tar-Regolament Nru 1151/2012 — Effetti fuq il-proċedura quddiem il-Kummissjoni ta’ annullament tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt minn qorti nazzjonali — Obbligu ta’ istruttorja tal-Kummissjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

27

2018/C 200/34

Kawża T-251/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Espírito Santo Financial (il-Portugall) vs BĊE (Aċċess għad-dokumenti — Deċiżjoni 2004/258/KE — Dokumenti relattivi għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Rifjut espliċitu ta’ aċċess — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni relattiva għall-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi ta’ deċiżjoni tal-BĊE — Eċċezzjoni relattiva għall-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru — Eċċezzjoni relattiva għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew fi Stat Membru — Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Eċċezzjoni relattiva għall-opinjonijiet intiżi għal użu intern — Obbligu ta’ motivazzjoni)

28

2018/C 200/35

Kawża T-554/15 u T-555/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija taħt il-Liġi Ungeriża Nru XCIV tal-2014 dwar il-kontribuzzjoni tas-saħħa tal-kumpanniji tat-tabakk — Għajnuna li tirriżulta minn emenda li seħħet fl-2014 għal-Liġi Ungeriża tal-2008 dwar il-Katina tal-Ikel u Kontroll Uffiċjali tagħha — Taxxi b’rati progressivi fuq il-fatturat annwali — Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni simultanja ta’ ordni ta’ sospensjoni — Rikors għal annullament — In-natura separabbli tal-ordni ta’ sospensjoni — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999)

29

2018/C 200/36

Kawża T-752/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi ta’ assistenza u ta’ konsulenza għall-persunal tekniku u tal-informatika IV (STIS IV) — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Offerta anormalment baxxa — Kriterji ta’ għoti — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

29

2018/C 200/37

Kawżi magħquda T-133/16 u T-136/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence et vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja — Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Artikolu 4(1)(e) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Persuni li effettivament jidderiġu n-negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu — Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu L. 511-13 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż — Prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv tal-presidenza tal-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fil-funzjoni superviżorja tiegħu ma’ funzjoni ta’ Direttur Ġenerali fl-istess stabbiliment — Artikolu 88(1)(e) tad-Direttiva 2013/36 u Artikolu L. 511-58 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż)

30

2018/C 200/38

Kawża T-190/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Azarov vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għall-proprjetà — Dritt għal-libertà ta’ intrapriża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

31

2018/C 200/39

Kawża T-248/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Walfood vs EUIPO – Romanov Holding (CHATKA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CHATKA — Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti CHATKA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Użu ġenwit tat-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001)]

32

2018/C 200/40

Kawża T-288/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Convivo vs EUIPO – Porcesadora Nacional de Alimentos (M’Cooky) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali M’Cooky — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MR.COOK — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

32

2018/C 200/41

Kawża T-312/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Walfood vs EUIPO – Romanov Holding (CHATKA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali CHATKA — Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti CHATKA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)]

33

2018/C 200/42

Kawża T-426/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Perfumes y Aromas Artesanales vs EUIPO – Aromas Selective (Aa AROMAS artesanales) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Aa AROMAS artesanales — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Aromas PERFUMARIA Beleza em todos os sentidos — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità jew xebh tas-servizzi — Xebh bejn is-sinjali — Pubbliku rilevanti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

34

2018/C 200/43

Kawża T-468/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2017 – Verein Deutsche Sprache vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tibdil tal-apparenza tas-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont konnessa mal-limitazzjoni sabiex jintwerew biss il-lingwa Franċiża u Ingliża — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ineżistenza ta’ dokumenti — Preżunzjoni ta’ legalità — Żball ta’ liġi — Obbligu ta’ motivazzjoni]

34

2018/C 200/44

Kawża T-747/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Vincenti vs EUIPO (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Opinjoni tal-Kumitat tal-Invalidità — Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra — Artikoli 53 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal — Żball ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

35

2018/C 200/45

Kawża T-756/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Euro Castor Green vs EUIPO – Netlon France (Kannizzata li tgħatti l-veduta) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kannizzata — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Żvelar tad-disinn preċedenti — Assenza ta’ novità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikoli 5, 6 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

36

2018/C 200/46

Kawża T-763/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2018 – PY vs EUCAP Sahel Niger (Klawżola ta’ arbitraġġ — Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea — Tilwimiet dwar il-kuntratti tax-xogħol — Proċeduri ta’ investigazzjoni interna — Protezzjoni tal-vittmi fil-każ ta’ rapport ta’ sitwazzjoni ta’ fastidju — Responsabbiltà kuntrattwali)

36

2018/C 200/47

Kawża T-831/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Kabushiki Kaisha Zoom vs EUIPO – Leedsworld (ZOOM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZOOM — Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZOOM — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

37

2018/C 200/48

Kawża T-183/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Menta y Limón Decoración vs EUIPO-Ayuntamiento de Santa Cruz de La Palma (Rappreżentazzjoni ta’ raġel b’kostum reġjonali) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta raġel b’kostum reġjonali — Disinni industrijali nazzjonali preċedenti — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 53(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Projbizzjoni tal-użu tat-trade mark tal-unjoni Ewropea fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO)

38

2018/C 200/49

Kawża T-207/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (hp) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea hp — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001] — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament 2017/1001])

38

2018/C 200/50

Kawża T-208/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (HP) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HP — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001] — Mala fede — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament 2017/1001])

39

2018/C 200/51

Kawża T-213/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Romantik Hotels & Restaurants vs EUIPO – Hotel Preidlhof (ROMANTIK) (Trade mark tal – Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal – Unjoni Ewropea ROMANTIK — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv akkwistat mill – użu — Artikolu 7(1)(b) u (3) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar – Regolament (UE) Nru 2017/1001))

40

2018/C 200/52

Kawża T-220/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Pfalzmarkt für Obst und Gemüse vs EUIPO (100 % Pfalz) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 100 % Pfalz — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)]

40

2018/C 200/53

Kawża T-221/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Mémora Servicios Funerarios vs EUIPO – Chatenoud (MEMORAME) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MEMORAME — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti mémora u trade marks nazzjonali verbali preċedenti MÉMORA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

41

2018/C 200/54

Kawża T-297/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – VSM vs EUIPO (WE KNOW ABRASIVES) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali WE KNOW ABRASIVES — Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar — Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta’ appell limitat għal parti mis-servizzi msemmija mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001))

42

2018/C 200/55

Kawża T-354/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Genomic Health vs EUIPO (ONCOTYPE DX GENOMIC PROSTATE SCORE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ONCOTYPE DX GENOMIC PROSTATE SCORE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Ugwaljanza fit-trattament)

42

2018/C 200/56

Kawża T-212/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2018 – Romańska vs Frontex

43

2018/C 200/57

Kawża T-226/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2018 – Global Silicones Council et vs Il-Kummissjoni

44

2018/C 200/58

Kawża T-231/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 – Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam vs EUIPO – Lupu (Djili)

46

2018/C 200/59

Kawża T-240/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Polskie Linie Lotnicze LOT vs Il-Kummissjoni

46

2018/C 200/60

Kawża T-245/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Benavides Torres vs Il-Kunsill

47

2018/C 200/61

Kawża T-246/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Moreno Pérez vs Il-Kunsill

48

2018/C 200/62

Kawża T-247/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Lucena Ramírez vs Il-Kunsill

48

2018/C 200/63

Kawża T-248/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Cabello Rondón vs Il-Kunsill

49

2018/C 200/64

Kawża T-249/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill

50


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 200/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 190, 4.6.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 182, 28.5.2018

ĠU C 166, 14.5.2018

ĠU C 161, 7.5.2018

ĠU C 152, 30.4.2018

ĠU C 142, 23.4.2018

ĠU C 134, 16.4.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – Romano Pisciotti vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-191/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18 u 21 TFUE - Estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu - Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dan l-Istat terz - Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata biss għaċ-ċittadini nazzjonali - Restrizzjoni għall-moviment liberu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità - Proporzjonalità - Informazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni))

(2018/C 200/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Romano Pisciotti

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun is-suġġett ta’ talba għall-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti jkun ġie arrestat, bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ din it-talba, fi Stat Membru li ma jkunx dak li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, is-sitwazzjoni ta’ dan iċ-ċittadin tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dritt peress li l-imsemmi ċittadin ikun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-Unjoni Ewropea u l-imsemmija talba għall-estradizzjoni tkun saret fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-25 ta’ Ġunju 2003.

2)

Fil-każ, bħal dak fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun is-suġġett ta’ talba għall-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-25 ta’ Ġunju 2003, ikun ġie arrestat fi Stat Membru li ma jkunx dak li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ din it-talba, l-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux lill-Istat Membru mitlub milli jistabbilixxi distinzjoni fuq il-bażi ta’ regola tad-dritt kostituzzjonali bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra u milli jawtorizza din l-estradizzjoni meta huwa ma jkunx jippermetti l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess, sakemm huwa jkun qiegħed minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu dan iċ-ċittadin ikollu n-nazzjonalità f’pożizzjoni li jitolbu l-konsenja ta’ dan iċ-ċittadin fil-kuntest ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u dan l-Istat Membru tal-aħħar ma jkun ħa ebda miżura f’dan is-sens.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Finnair Oyj vs Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia

(Kawża C-258/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montreal - Artikolu 31 - Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru għall-bagalji li jkunu għaddew miċ-check-in - Rekwiżiti dwar il-forma u l-kontenut ta’ lment bil-miktub magħmul lit-trasportatur - Ilment imressaq b’mod elettroniku u rreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru - Ilment imressaq f’isem id-destinatarju minn impjegat tat-trasportatur bl-ajru))

(2018/C 200/03)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finnair Oyj

Konvenuta: Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fit-termini preskritti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, l-ilment għandu jsir bil-miktub, skont il-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu, taħt piena ta’ inammissibbiltà ta’ kull tip ta’ azzjoni kontra t-trasportatur.

2)

Ilment, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, irreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru, jirrispondi għar-rekwiżit ta’ forma bil-miktub, previst fl-Artikolu 31(3) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999.

3)

L-Artikolu 31(2) u (3) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li r-rekwiżit ta’ forma bil-miktub jiġi kkunsidrat li huwa ssodisfatt meta aġent tat-trasportatur bl-ajru, bl-għarfien tal-passiġġier, jagħmel f’forma bil-miktub l-avviż ta’ lment, jew fuq karta jew b’mezz elettroniku, billi jintroduċih fis-sistema informatika ta’ dan it-trasportatur, sakemm dan il-passiġġier ikun jista’ jivverifika l-eżattezza tat-test tal-ilment, kif miktub u introdott f’din is-sistema u, skont il-każ, jemendah jew jikkompletah, jew anki jibdlu, qabel ma jiskadi t-terminu previst fl-Artikolu 31(2) ta’ din il-konvenzjoni.

4)

L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġetta l-ilment għal ebda rekwiżit sostantiv ieħor minbarra dak li t-trasportatur bl-ajru jiġi mgħarraf bid-dannu kkawżat.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta April 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg, Supreme Court of the United Kingdom – il-Ġermanja, ir-Renju Unit) – B vs Land Baden-Württemberg (C-316/16), Secretary of State for the Home Department vs Franco Vomero

(Kawżi magħquda C-316/16 u C-424/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Dritt ta’ moviment u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 28(3)(a) - Protezzjoni msaħħa kontra t-tkeċċija - Kundizzjonijiet - Dritt ta’ residenza permanenti - Residenza fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin qabel id-deċiżjoni ta’ tkeċċija mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat - Perijodu ta’ priġunerija - Konsegwenzi fir-rigward tal-kontinwità tar-residenza għal għaxar snin - Relazzjoni mal-evalwazzjoni globali ta’ rabta ta’ integrazzjoni - Mument li fih isseħħ din l-evalwazzjoni u kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matulha))

(2018/C 200/04)

Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż u l-Ingliż

Qrati tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg, Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B (C-316/16), Secretary of State for the Home Department (C-424/16)

Konvenuti: Land Baden-Württemberg (C-316/16), Franco Vomero (C-424/16)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċċju tal-protezzjoni kontra t-tkeċċija mit-territorju prevista f’din id-dispożizzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata jkollha dritt ta’ residenza permanenti fis-sens tal-Artikolu 16 u tal-Artikolu 28(2) ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ ċittadin tal-Unjoni li jiskonta piena ta’ priġunerija u li fir-rigward tiegħu deċiżjoni ta’ tkeċċija hija adottata, il-kundizzjoni li jkun “[għex] fl-Istat Membru ospitanti għall-għaxar snin preċedenti” stabbilita f’din id-dispożizzjoni, tista’ tiġi ssodisfatta sa fejn evalwazzjoni globali tas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata li tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti rilevanti kollha twassal sabiex jitqies li, minkejja din id-detenzjoni, ir-rabtiet ta’ integrazzjoni li jqħaqqdu lill-persuna kkonċernata mal-Istat Membru ospitanti ma ġewx miksura. Fost dawn l-aspetti hemm, b’mod partikolari, is-saħħa tar-rabtiet ta’ integrazzjoni minsuġa mal-Istat Membru ospitanti qabel iż-żamma f’detenzjoni tal-persuna kkonċernata, in-natura tal-ksur li ġġustifika l-perijodu ta’ detenzjoni sostnut u ċ-ċirkustanzi li fihom dan twettaq kif ukoll l-aġir tal-persuna kkonċernata matul il-perijodu ta’ detenzjoni.

3)

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwistjoni dwar jekk persuna ssodisfatx il-kundizzjoni li tkun “[għexet] fl-Istat Membru ospitanti għall-għaxar snin preċedenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tiġi evalwata fid-data li fiha d-deċiżjoni ta’ tkeċċija inizjali hija adottata.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.

ĠU C 350, 26.9.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Lille – Franza) – proċeduri kriminali kontra Uber France SAS

(Kawża C-320/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi fil-qasam tat-trasporti - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 98/34/KE - Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Regola applikabbli għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Kunċett - Servizz ta’ intermedjazzjoni li tippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura proprja tagħhom ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani - Sanzjonijiet kriminali))

(2018/C 200/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Lille

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Uber France SAS,

fil-preżenza ta’: Nabil Bensalem

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika [informazzjoni], kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998, u l-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, li tissanzjona kriminalment l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ tqegħid f’kuntatt ta’ klijenti ma’ persuni li jipprovdu servizzi ta’ trasport bit-triq ta’ persuni bi ħlas b’vetturi ta’ inqas minn għaxar postijiet, mingħajr ma jkollhom awtorizzazzjoni għal dan l-għan, tirrigwarda “servizz fil-qasam tat-trasport” sa fejn hija tapplika għal servizz ta’ intermedjazzjoni pprovdut permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones u li jifforma parti integrali minn servizz globali li l-element prinċipali tiegħu huwa s-servizz ta’ trasport. Tali servizz huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi.


(1)  ĠU C 296, 16.08.2016


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Vera Egenberger vs Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung e.V.

(Kawża C-414/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament - Differenza fit-trattament ibbażata fuq reliġjon jew twemmin - Attivitajiet professjonali fi knejjes jew organizzazzjonijiet oħrajn li l-etos tagħhom huwa bbażat fuq reliġjon jew twemmin - Reliġjon jew twemmin li jikkostitwixxu rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat fid-dawl tal-etos tal-organizzazzjoni - Kunċett - Natura tal-attivitajiet u l-kuntest li fih jitwettqu - Artikolu 17 TFUE - Artikoli 10, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea))

(2018/C 200/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vera Egenberger

Konvenuta: Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung e.V.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqri flimkien mal-Artikoli 9 u 10 tagħha, kif ukoll mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta knisja jew organizzazzjoni oħra li l-etos tagħha huwa bbażat fuq reliġjon jew twemmin issostni, insostenn ta’ att jew ta’ deċiżjoni bħaċ-ċaħda ta’ kandidatura għal impjieg magħha, li, minħabba n-natura tal-attivitajiet ikkonċernati jew il-kuntest li fih dawn l-attivitajiet jitwettqu, ir-reliġjon tikkostitwixxi rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat fid-dawl tal-etos ta’ din il-knisja jew organizzazzjoni, tali allegazzjoni għandha, skont il-każ, tkun tista’ tiġi suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv li jirrikjedi li jiġi żgurat, fil-każ inkwistjoni, li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78 huma ssodisfatti.

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat, imsemmi fih, jirreferi għal rekwiżit neċessarju u li huwa oġġettivament meħtieġ, fid-dawl tal-etos tal-knisja jew tal-organizzazzjoni kkonċernata, min-natura jew mill-kundizzjonijiet li fih titwettaq l-attività professjonali inkwistjoni u ma jistax ikopri kunsiderazzjonijiet li ma humiex relatati ma’ dan l-etos jew mad-dritt għall-awtonomija ta’ din il-knisja jew ta’ din l-organizzazzjoni. Dan ir-rekwiżit għandu jkun konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3)

Qorti nazzjonali, adita b’tilwima bejn żewġ individwi, hija marbuta, meta hija ma tkunx tista’ tinterpreta d-dritt nazzjonali applikabbli b’mod konformi mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78, li tiżgura, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, il-protezzjoni ġuridika tal-partijiet li tirriżulta mill-Artikoli 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li tiggarantixxi l-effett sħiħ ta’ dawn l-artikoli waqt li tħalli mhux applikati, jekk ikun meħtieġ, kull dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2018 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Group OOD, Kosta Iliev

(Kawża C-478/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor użat fil-kummerċ - Eżami mill-Bord tal-Appell - Provi ġodda jew supplimentari - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 76(2) - Regolament (KE) Nru 2868/95 - It-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1)))

(2018/C 200/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, P. Ivanov u D. Stoyanova-Valchanova, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Group OOD (rappreżentanti: D. Dragiev u A. Andreev, avukati), Kosta Iliev (rappreżentant: S. Ganeva, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão – il-Portugall) – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA vs Autoridade da Concorrência

(Kawża C-525/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Il-punt (ċ) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE - Kunċett ta’ “żvantaġġ kompetittiv” - Prezzijiet diskriminatorji fis-suq downstream - Ġestjoni tad-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur - Royalty dovuta mill-fornituri nazzjonali ta’ servizz bi ħlas ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni u tal-kontenut tiegħu))

(2018/C 200/08)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA

Konvenuta: Autoridade da Concorrência

fil-preżenza ta’: Cooperativa de Gestão dos Direitos dos Artistas Intérpretes ou Executantes, CRL

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “żvantaġġ kompetittiv”, fis-sens tal-punt (ċ) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirrigwarda, fil-każ li fih impriża dominanti tapplika prezzijiet diskriminatorji fil-konfront ta’ sieħba kummerċjali fis-suq downstream, is-sitwazzjoni li fiha dan l-aġir jista’ jkollu bħala effett tiegħu, distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn dawn is-sieħba kummerċjali. Il-konstatazzjoni ta’ tali “żvantaġġ kompetittiv” ma tirrikjedix prova ta’ deterjorament effettiv u kwantifikabbli tal-pożizzjoni kompetittiva, iżda għandha tkun ibbażata fuq analiżi taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ li jippermettu li jiġi konkluż li l-imsemmi aġir għandu influwenza fuq l-ispejjeż, fuq il-benefiċċji, jew fuq interess rilevanti ieħor ta’ wieħed jew iktar mill-imsemmija sieħba, b’tali mod li dan l-aġir ikun ta’ natura li jaffettwa l-imsemmija pożizzjoni.


(1)  ĠU C 14, 16.01.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs SEB bankas AB

(Kawża C-532/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Provvista ta’ art - Klassifikazzjoni żbaljata ta’ “attività taxxabbli” - Indikazzjoni tat-taxxa fuq il-fattura inizjali - Modifika ta’ din l-indikazzjoni mill-fornitur))

(2018/C 200/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Konvenuta: SEB bankas AB

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 184 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ aġġustament ta’ tnaqqis mhux dovut ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imsemmi f’dan l-artikolu japplika wkoll fil-każ li t-tnaqqis imwettaq inizjalment ma setax jitwettaq legalment peress li t-tranżazzjoni li wasslet sabiex dan jiġi eżerċitat kienet eżentata mill-VAT. Għall-kuntrarju, l-Artikoli 187 sa 189 tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-mekkaniżmu ta’ aġġustament ta’ tnaqqis mhux dovut ta’ VAT previst f’dawn l-artikoli ma japplikax f’tali każijiet, b’mod partikolari f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha t-tnaqqis tal-VAT imwettaq inizjalment ma kienx iġġustifikat sa fejn din kienet tranżazzjoni ta’ provvista ta’ artijiet eżentata mill-VAT.

2)

L-Artikolu 186 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ li t-tnaqqis ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imwettaq inizjalment ma setax jitwettaq legalment, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw id-data li fiha jitnissel l-obbligu ta’ aġġustament ta’ tnaqqis mhux dovut tal-VAT u l-perijodu li għalih għandu jsir dan l-aġġustament, b’osservanza tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk humiex osservati dawn il-prinċipji f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 6, 09.01.2017


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-541/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 1072/2009 - Artikolu 2(6) - Artikolu 8 - Operazzjonijiet ta’ kabotaġġ - Kunċett - Definizzjoni inkluża f’dokument “Mistoqsijiet & Tweġibiet” li stabbiliet il-Kummissjoni Ewropea - Valur legali - Miżuri nazzjonali ta’ applikazzjoni li jillimitaw in-numru ta’ punti ta’ tagħbija u punti ta’ ħatt li jistgħu jagħmlu parti mill-istess operazzjonijiet ta’ kabotaġġ - Marġni diskrezzjonali - Restrizzjoni - Proporzjonalità))

(2018/C 200/10)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, L. Grønfeldt u U. Nielsen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning J. Nymann-Lindegren u M. Søndahl Wolff, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 09.01.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A, S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-550/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) - Kunċett ta’ “minuri mhux akkumpanjat” - Artikolu 10(3)(a) - Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu - Refuġjat taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, iżda maġġorenni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħtih l-ażil u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja - Data determinanti għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ “minuri” tal-persuna kkonċernata))

(2018/C 200/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, S

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

Il-parti inizjali tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, moqrija flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jingħata l-istatus ta’ “minuri”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li kienet taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument tad-dħul tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru u tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tagħha għall-ażil f’dan l-Istat, iżda li, matul il-proċedura ta’ ażil, issir maġġorenni u, sussegwentement, jiġi rrikonoxxut l-istatus tagħha ta’ refuġjat.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eirinodikeio Lerou Leros – il-Greċja) – proċedura mressqa minn Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina

(Kawża C-565/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ rinunzja ta’ wirt f’isem wild minuri - Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Estensjoni tal-ġurisdizzjoni - Artikolu 12(3)(b) - Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni - Kundizzjonijiet))

(2018/C 200/12)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Eirinodikeio Lerou Leros

Partijiet fil-kawża prinċipali

Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina

Dispożittiv

F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn il-ġenituri ta’ wild minuri, li jirrisjedu b’mod abitwali ma’ dan tal-aħħar fi Stat Membru, ippreżentaw f’isem dan il-minuri talba għall-awtorizzazzjoni għar-rinunzja ta’ wirt quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, l-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-preżentata konġunta tal-ġenituri tal-minuri quddiem il-qorti magħżula minnhom tikkostitwixxi aċċettazzjoni mhux ekwivoka ta’ din il-qorti minnhom;

prosekutur li, skont id-dritt nazzjonali, huwa legalment parti fil-proċedura mibdija mill-ġenituri, huwa parti fil-proċedura, fis-sens tal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003. L-oppożizzjoni magħmula minn din il-parti fir-rigward tal-għażla tal-qorti magħmula mill-ġenituri tal-minuri wara d-data li fiha tkun ġiet adita l-qorti, tipprekludi l-aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni għall-partijiet kollha fil-proċedura f’din id-data. Fl-assenza ta’ tali oppożizzjoni, il-qbil ta’ din il-parti jista’ jitqies li huwa impliċitu u l-kundizzjoni ta’ aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b’mod inekwivoku mill-partijiet kollha fil-proċedura fid-data li fiha tkun adita l-qorti, tista’ titqies li hija ssodisfatta, u

il-fatt li r-residenza tal-mejjet fid-data tal-mewt tiegħu, il-patrimonju tiegħu li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, u l-passiv tas-suċċessjoni kienu jinsabu fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti magħżula jippermetti, fl-assenza ta’ provi li juru li l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni jista’ jkollha impatt detrimentali għas-sitwazzjoni tal-minuri, li jitqies li tali estensjoni tal-ġurisdizzjoni hija fl-aħjar interess tal-minuri.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Firma Hans Bühler KG vs Finanzamt de Graz-Stadt

(Kawża C-580/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Post tal-akkwist intra-Komunitarju - Artikolu 42 - Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija li ġiet ikkunsinnata sussegwentement - Artikolu 141 - Eżenzjoni - Operazzjoni triangolari - Miżuri ta’ semplifikazzjoni - Artikolu 265 - Rettifika tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva))

(2018/C 200/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Hans Bühler KG

Konvenut: Finanzamt de Graz-Stadt

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li dan jipprevedi hija ssodisfatta meta l-persuna taxxabbli hija stabbilita u identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fl-Istat Membru li minnu l-merkanzija hija mibgħuta jew ittrasportata, iżda din il-persuna taxxabbli tuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Stat Membru ieħor għall-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni.

2)

L-Artikoli 42 u 265 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, moqrija flimkien mal-Artikolu 263 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għar-raġuni biss li, fil-kuntest ta’ akkwist intra-Komunitarju, imwettaq għall-finijiet ta’ kunsinna sussegwenti fit-territorju ta’ Stat Membru, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva, imsemmija fl-Artikolu 265 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, ma saritx f’waqtha mill-persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) f’dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Conseils et mise en relations (CMR) SARL vs Demeures terre et tradition SARL

(Kawża C-645/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom - Direttiva 86/653/KEE - Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz jew għall-kumpens għad-danni wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali - Artikolu 17 - Esklużjoni tad-dritt għal indennizz fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt waqt il-perijodu ta’ prova stabbilit fil-kuntratt))

(2018/C 200/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Conseils et mise en relations (CMR) SARL

Konvenuta: Demeures terre et tradition SARL

Dispożittiv

L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistemi ta’ indennizz u ta’ kumpens li dan l-artikolu jipprevedi rispettivament fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, huma applikabbli meta din it-terminazzjoni sseħħ matul il-perijodu ta’ prova stipulat minn dan il-kuntratt.


(1)  ĠU C 70, 6.3.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Biosafe – Indústria de Reciclagens SA vs Flexipiso – Pavimentos SA

(Kawża C-8/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 63, 167, 168, 178 sa 180, 182 u 219 - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Terminu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt - Tnaqqis ta’ VAT supplimentari mħallsa lill-Istat u li kienet is-suġġett ta’ dokumenti li jirrettifikaw il-fatturi inizjali wara aġġustament tat-taxxa - Data li fiha jibda jiddekorri t-terminu))

(2018/C 200/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Biosafe – Indústria de Reciclagens SA

Konvenuta: Flexipiso – Pavimentos SA

Dispożittiv

L-Artikoli 63, 167, 168, 178 sa 180, 182 u 219 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fihom, sussegwentement għal aġġustament tat-taxxa, taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) supplimentari tkun tħallset lill-Istat u kienet is-suġġett ta’ dokumenti li jirrettifikaw il-fatturi inizjali diversi snin wara l-kunsinna tal-oġġetti inkwistjoni, il-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqsis tal-VAT huwa rrifjutat għaliex it-terminu previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt beda jiddekorri mid-data ta’ ħruġ tal-imsemmija fatturi inizjali u skada.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération des entreprises de la beauté vs Ministre des Affaires sociales, de la Santé et des Droits des femmes, Ministre de l’Éducation nationale, de l’Enseignement supérieur et de la Recherche, Ministre de l’Économie et des Finances, li kien Ministre de l’Économie, de l’Industrie et du Numérique

(Kawża C-13/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Prodotti kożmetiċi - Regolament (KE) Nru 1223/2009 - Artikolu 10(2) - Evalwazzjoni tas-sigurtà tal-prodott kożmetiku - Kwalifiki tal-persuna responsabbli għal din l-evalwazzjoni - Rikonoxximent tal-ekwivalenza ta’ korsijiet - Dixxiplini simili għall-farmaċija, għat-tossikoloġija jew għall-mediċina - Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri))

(2018/C 200/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fédération des entreprises de la beauté

Konvenuti: Ministre des Affaires sociales, de la Santé et des Droits des femmes, Ministre de l’Éducation nationale, de l’Enseignement supérieur et de la Recherche, Ministre de l’Économie et des Finances, li kien Ministre de l’Économie, de l’Industrie et du Numérique

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rikonoxximent ta’ ekwivalenza tal-korsijiet, previst f’din id-dispożizzjoni, jista’ jinkludi korsijiet oħrajn u mhux biss dawk mogħtija fi Stati terzi.

2)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 1223/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lil kull Stat Membru l-kompetenza sabiex jiddetermina dixxiplini “simili” għall-farmaċija, għat-tossikoloġija jew għall-mediċina, kif ukoll livelli ta’ kwalifiki li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament, sakemm ikunu konformi mal-għanijiet stabbiliti mill-imsemmi regolament li jikkonsisti, b’mod partikolari, mill-garanzija li l-persuna responsabbli għall-evalwazzjoni tas-sigurtà ta’ prodotti kożmetiċi għandha kwalifika li tippermettiha li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cessazione – l-Italja) – Oftalma Hospital Srl vs C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte

(Kawża C-65/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Servizzi soċjali u tas-saħħa - Għoti mingħajr osservanza tar-regoli għall-għoti tal-kuntratti pubbliċi - Neċessità li jiġu osservati l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament - Kunċett ta’ “interess transkonfinali ċert” - Direttiva 92/50/KEE - Artikolu 27))

(2018/C 200/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cessazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oftalma Hospital Srl

Konvenuti: C.I.O.V. – Commissione Istituti Ospitalieri Valdesi, Regione Piemonte

fil-preżenza ta’: Azienda Sanitaria Locale di Torino (TO1)

Dispożittiv

1)

Meta tagħti kuntratt pubbliku għal servizzi li jaqa’ taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/50 tat-18 ta’ Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1997, u li, konsegwentement, bħala prinċipju huwa suġġett biss għall-Artikoli 14 u 16 ta’ din id-direttiva, awtorità kontraenti hija madankollu obbligata wkoll li tikkonforma mar-regoli fundamentali u mal-prinċipji ġenerali tat-Trattat FUE, b’mod partikolari mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità kif ukoll mal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, bil-kundizzjoni li, fid-data tal-għoti tiegħu, kuntratt bħal dan għandu jkollu natura transkonfinali ċert, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 92/50 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-kuntratti pubbliċi għal servizzi li jaqgħu taħt l-Anness I B ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 – Fiesta Hotels & Resorts, SL vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Residencial Palladium, SL

(Kawża C-75/17 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) - Artikolu 65 - Isem kummerċjali mhux irreġistrat GRAND HOTEL PALLADIUM - Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA” - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq dritt preċedenti miksub taħt id-dritt nazzjonali - Kundizzjonijiet - Sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali - Dritt li jiġi pprojbit l-użu ta’ trade mark iktar reċenti))

(2018/C 200/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Fiesta Hotels & Resorts, SL (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u J. C. Erdozain López, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u D. Botis, aġenti), Residencial Palladium, SL (rappreżentant: D. Solana Giménez, abogado)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Fiesta Hotels & Resorts SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-110/17) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE - Taxxa fuq id-dħul tar-residenti Belġjani - Determinazzjoni tad-dħul minn immobbli - Applikazzjoni ta’ żewġ metodi ta’ kalkolu differenti skont il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli - Kalkolu skont il-valur katastali għall-immobbli li jinsabu fil-Belġju - Kalkolu bbażat fuq il-valur lokattiv reali għall-immobbli li jinsabu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Differenza fit-trattament - Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital))

(2018/C 200/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u N. Gossement, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: P. Cottin, M. Jacobs u L. Cornelis, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi żamm dispożizzjonijiet li jipprovdu, fil-qasam ta’ stima tad-dħul relatat mal-immobbli mhux mikrija, jew mikrija, kemm lil persuni fiżiċi li ma jagħmlux użu professjonali minnhom, kemm lil persuni ġuridiċi li jqegħduhom għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi għal skopijiet privati, il-bażi taxxabbli hija kkalkolata skont il-valur katastali f’dak li jikkonċerna l-beni li jinsabu fit-territorju nazzjonali u fuq il-valur lokattiv reali fir-rigward tal-immobbli li jinsabu barra mill-pajjiż, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 63 TFUE u taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Peek & Cloppenburg KG, Hamburg vs Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf

(Kawża C-148/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tat-trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 14 - Konstatazzjoni a posteriori tal-invalidità ta’ trade mark jew tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha - Data li fiha l-kundizzjonijiet tar-revoka jew tal-invalidità għandhom ikunu ssodisfatti - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 34(2) - Invokazzjoni tal-anzjanità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti - Effetti ta’ din l-invokazzjoni fuq it-trade mark nazzjonali preċedenti))

(2018/C 200/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg

Konvenuti: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf

Dispożittiv

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, moqri flimkien mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li l-invalidità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti jew ir-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha, li l-anzjanità tagħha tiġi invokata għal trade mark tal-Unjoni Ewropea, tista’ tiġi kkonstatata a posteriori biss jekk il-kundizzjonijiet għal din l-invalidità jew għal din ir-revoka jkunu ssodisfatti mhux biss fid-data li fiha tkun saret ir-rinunzja għal din it-trade mark nazzjonali preċedenti jew fid-data ta’ skadenza tagħha, iżda wkoll fid-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja li twettaq din il-konstatazzjoni.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA

(Kawża C-152/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali - Direttiva 2004/17/KE - Obbligu ta’ reviżjoni tal-prezz wara l-għoti tal-kuntratt - Assenza ta’ tali obbligu fid-Direttiva 2004/17/KE jew li jirriżulta mill-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati l-Artikolu 56 TFUE u d-Direttiva 2004/17/KE - Servizzi ta’ tindif u ta’ manutenzjoni marbuta mal-attività ta’ trasport ferrovjarju - Artikolu 3(3) TUE - Artikoli 26, 57, 58 u 101 TFUE - Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà - Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li ma jimplimentawx id-dritt tal-Unjoni Ewropea - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni))

(2018/C 200/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi SpA

Konvenuta: Rete Ferroviaria Italiana SpA

Dispożittiv

Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, kif emendata bir-Reglament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, u l-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jipprevedux ir-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet wara l-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija f’din id-direttiva.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover, Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja– Helga Krüsemann et (C-195/17), Thomas Neufeldt et (C-197/17), Ivan Wallmann (C-198/17), Rita Hoffmeyer (C-199/17), Rudolf Meyer (C-199/17), Susanne de Winder (C-200/17), Holger Schlosser (C-201/17), Nicole Schlosser (C-201/17), Peter Rebbe et (C-202/17), Eberhard Schmeer (C-203/17), Brigitte Wittmann (C-226/17), Reinhard Wittmann (C-228/17), Regina Lorenz (C-254/17), Prisca Sprecher (C-254/17), Margarethe Yüce et (C-274/17), Friedemann Schoen (C-275/17), Brigitta Schoen (C-275/17), Susanne Meyer et (C-278/17), Thomas Kiehl (C-279/17), Ralph Eßer (C-280/17), Thomas Schmidt (C-281/17), Werner Ansorge (C-282/17), Herbert Blesgen (C-283/17), Simone Künnecke et (C-284/17), Marta Gentile (C-285/17), Marcel Gentile (C-285/17), Gabriele Ossenbeck (C-286/17), Angelina Fell et (C-290/17), Helga Jordan-Grompe et (C-291/17), EUflight.de GmbH (C-292/17) vs TUIfly GmbH

(Kawżi Magħquda C-195/17, C-197/17 sa C-203/17, C-226/17, C-228/17, C-254/17, C-274/17, C-275/17, C-278/17 sa C-286/17 u C-290/17 sa C-292/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Artikolu 7(1) - Dritt għal kumpens - Eżenzjoni - Kunċett ta’ “ċirkostanzi straordinarji” - “Strajk selvaġġ”))

(2018/C 200/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qrati tar-rinviju

Amtsgericht Hannover, Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Helga Krüsemann et (C-195/17), Thomas Neufeldt et (C-197/17), Ivan Wallmann (C-198/17), Rita Hoffmeyer (C-199/17), Rudolf Meyer (C-199/17), Susanne de Winder (C-200/17), Holger Schlosser (C-201/17), Nicole Schlosser (C-201/17), Peter Rebbe et (C-202/17), Eberhard Schmeer (C-203/17), Brigitte Wittmann (C-226/17), Reinhard Wittmann (C-228/17), Regina Lorenz (C-254/17), Prisca Sprecher (C-254/17), Margarethe Yüce et (C-274/17), Friedemann Schoen (C-275/17), Brigitta Schoen (C-275/17), Susanne Meyer et (C-278/17), Thomas Kiehl (C-279/17), Ralph Eßer (C-280/17), Thomas Schmidt (C-281/17), Werner Ansorge (C-282/17), Herbert Blesgen (C-283/17), Simone Künnecke et (C-284/17), Marta Gentile (C-285/17), Marcel Gentile (C-285/17), Gabriele Ossenbeck (C-286/17), Angelina Fell et (C-290/17), Helga Jordan-Grompe et (C-291/17), EUflight.de GmbH (C-292/17)

Konvenuti: TUIfly GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri fid-dawl tal-premessa 14 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza spontanja minn parti kunsiderevoli tal-ekwipaġġ (“strajk selvaġġ”), bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li hija l-konsegwenza tat-tħabbir għall-għarrieda minn trasportatur bl-ajru li jopera ta’ ristrutturazzjoni tal-impriża, insegwitu għal sejħa li ma kinitx imnedija mir-rappreżentanti tal-ħaddiema tal-impriża, iżda li kienet spontanja min-naħa tal-ħaddiema nfushom li ħarġu fuq leave tal-mard, ma hijiex koperta mill-kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 221, 10.07.2017

ĠU C 231, 17.07.2017

ĠU C 239, 24.07.2017

ĠU C 283, 28.08.2017

ĠU C 249, 31.07.2017


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Medtronic GmbH vs Finanzamt Neuss

(Kawża C-227/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 9021 10 10, 9021 10 90 u 9021 90 90 - Sistema ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1214/2014))

(2018/C 200/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Medtronic GmbH

Konvenut: Finanzamt Neuss

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1754 tas-6 ta’ Ottubru 2015 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-klassifikazzjoni ta’ sistemi ta’ ffissar tal-kolonna vertebrali bħal dawn inkwistjoni fil-kawża prinċipali taħt is-subintestatura 9021 90 90 tan-Nomenklatura Magħquda hija eskluża ladarba dawn is-sistemi jistgħu jiġu kklassifikati taħt subintestatura oħra tal-intestatura 9021 tan-NM. L-eventwali klassifikazzjoni ta’ dawn is-sistemi taħt is-subintestatura 9021 10 10 jew taħt is-subintestatura 9021 10 90 tagħha tiddependi mill-funzjoni prinċipali li tikkaratterrizzahom, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina billi tqis l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ta’ dawn is-sistemi kif ukoll l-użu li għalihom huma mfassla u l-użu li fil-fatt isir minnhom.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Bratislave – is-Slovakkja) – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

(Kawża C-302/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Għanijiet - Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kwoti ttrasferiti u mhux użati għal taxxa))

(2018/C 200/24)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Bratislave

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PPC Power a.s.

Konvenuti: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

Dispożittiv

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tintaxxa, sa 80 % tal-valur tagħhom, il-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas li ġew mibjugħa jew li ma ntużawx mill-impriżi suġġetti għal skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra.


(1)  ĠU C 269, 14.8.2017


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – People Over Wind, Peter Sweetman vs Coillte Teoranta

(Kawża C-323/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni ta’ habitats naturali - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Artikolu 6(3) - Screening bil-ħsieb li tiġi ddeterminata n-neċessità li ssir jew le evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Miżuri li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dan l-għan))

(2018/C 200/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: People Over Wind, Peter Sweetman

Konvenuta: Coillte Teoranta

Dispożittiv

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex neċessarju li sussegwentement titwettaq evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq is-sit ikkonċernat, ma hemmx lok, matul il-fażi ta’ screening, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa l-effetti negattivi ta’ dan il-pjan jew il-proġett fuq dan is-sit.


(1)  ĠU C 277, 21.08.2017


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-441/17) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa - Artikolu 6(1) u (3) - Artikolu 12(1) - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Artikoli 4 u 5 - Sit Natura 2000 “Puszcza Białowieska” - Bidla fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti - Żieda fil-volum tal-injam esplojtabbli - Pjan jew proġett li ma humiex direttament meħtieġa għall-ġestjoni tas-sit u li jistgħu jaffettwaw lil dan is-sit b’mod sinjifikattiv - Evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq is-sit - Ħsara għall-integrità tas-sit - Implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri ta’ konservazzjoni - Effetti fuq is-siti ta’ riproduzzjoni u fuq iż-żoni ta’ mistrieħ ta’ speċi protetti))

(2018/C 200/26)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes, H. Krämer, K. Herrmann u E. Kružíková)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: J. Szyszko, Ministru għall-Ambjent, kif ukoll minn B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti, assistiti minn K. Tomaszewski, ekspert)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:

taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta’ Mejju 2013, billi adottat anness għall-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti tad-distrett forestali ta’ Białowieża mingħajr ma żgurat li dan l-anness ma kienx ser jippreġudika l-integrità tas-sit ta’ interess Komunitarju u taż-żona ta’ protezzjoni speċjali PLC200004 Puszcza Białowieska;

taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, kif ukoll taħt l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, billi naqset milli tistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitats naturali li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, u tal-ispeċi li jinsabu fl-Anness II ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-ispeċi tal-għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, u tal-ispeċi migratorji li ma jissemmewx f’dan l-anness u li jpassu b’mod regolari, li fir-rigward tagħhom is-sit ta’ importanza Komunitarja u ż-żona ta’ protezzjoni speċjali PLC200004 Puszcza Białowieska kienu ġew ikklassifikati;

taħt l-Artikolu 12(1)(a) u (d) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, billi naqset milli tiżgura protezzjoni stretta ta’ ħanfus saprossiliku, jiġifieri l-Buprestis splendens, il-Cucujus cinnaberinus, il-Phryganophilus ruficollis u l-Pytho kolwensis, imsemmija fl-Anness IV ta’ din id-direttiva, jiġifieri billi ma pprojbixxietx il-qtil intenzjonat tagħhom jew it-tfixkil tagħhom u billi ma pprojbixxietx id-deterjorament jew il-qerda tas-siti ta’ riproduzzjoni tagħhom fid-distrett forestali ta’ Białowieża, u

taħt l-Artikolu 5(b) u (d) tad-Direttiva 2009/147, kif emendata bid-Direttiva 2013/17, billi naqset milli tiżgura l-protezzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari l-kokka nana (Glaucidium passerinum), il-kokka ta’ Tengmalm (Aegolius funereus), it-tektiek is-siġar ta’ daru abjad (Dendrocopos leucotos) u t-tektiek is-siġar ta’ tliet swaba’ (Picoides tridactylus), jiġifieri billi naqset milli tiżgura li dawn l-ispeċi ma jkunux maqtula jew imfixkla matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni u ta’ dipendenza u li l-bejtiet u l-bajd tagħhom ma jkunux is-suġġett ta’ qerda, ħsara jew tneħħija intenzjonati fid-distrett forestali ta’ Białowieża.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/21


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 minn Red Bull GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-101/15 u T-102/15 – Red Bull GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-124/18 P)

(2018/C 200/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Red Bull GmbH (rappreżentanti: A. Renck, Rechtsanwalt, S. Petivlasova, abogada)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Optimum Mark sp. z o.o.

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata tat-30 ta’ Novembru 2017 fil-Kawżi magħquda T-101/15 u T-102/15,

tannulla d-deċiżjonijiet adottati mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-appellat tat-2 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawżi R 2037/2013-1 u R 2036/2013-1, u

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-interpretazzjoni li saret mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“QĠ”) tal-Artikolu 7(1)(a) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar it-Trade Mark tal-Unjoni Ewropea (1), fil-kuntest ta’ trade marks komposti minn kombinazzjoni ta’ kuluri, tikkostitwixxi ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità. Il-QĠ imponiet b’mod żbaljat rekwiżit ġdid u sproporzjonat għar-rappreżentazzjoni grafika ta’ trade marks li huma komposti minn kombinazzjoni ta’ kuluri, ibbażat fuq il-premessa żbaljata li dawn it-trade marks huma intrinsikament inqas preċiżi fin-natura tagħhom. L-ewwel nett, din il-premessa ma għandha ebda bażi legali, hija ma tikkorrispondi għal ebda waħda mill-għanijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni, u hija għandha l-effett li tiddiskrimina b’mod illegali u sproporzjonat kontra t-trade marks komposti minn kombinazzjoni ta’ kuluri meta mqabbla mat-tipi l-oħra ta’ trade marks, bħat-trade marks komposti minn kulur wieħed, it-trade marks verbali, it-trade marks grafiċi u trade marks oħra. It-tieni nett, il-kriterji li jinsabu fis-sentenza appellata jmorru kontra n-natura stess tat-trade marks komposti minn kombinazzjoni ta’ kuluri, li, kif kjarament aċċettat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Libertel (2), huma mingħajr delimitazzjoni ta’ spazju. Is-sentenza appellata effettivament tillimita t-trade marks komposti minn kombinazzjoni ta’ kuluri bħala tali għat-trade marks figurattivi, trade marks ta’ pożizzjoni jew trade marks ta’ pattern, bil-kulur. It-tielet nett, is-sentenza appellata potenzjalment tinvalida iktar minn 85 % tat-trade marks li huma rreġistrati fir-reġistru tal-konvenut u li huma komposti minn kombinazzjoni ta’ kuluri tat-tip tat-trade marks inkwistjoni.

Fit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-QĠ kisret l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar it-Trade Mark tal-Unjoni Ewropea minħabba li għamlet interpretazzjoni żbaljata u inammissibbli tas-sentenza Heidelberger Bauchemie (3) sa fejn eżiġiet li jkunu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulattivi għar-rappreżentazzjoni grafika tat-trade marks komposti minn kombinazzjoni ta’ kuluri, jiġifieri (i) id-dellijiet preċiżi tal-kuluri inkwistjoni, (ii) il-proporzjonijiet tal-kuluri inkwistjoni u (iii) l-arranġament mill-perspettiva ta’ spazju ta’ dawn il-kuluri. Dawn il-kundizzjonijiet ma kinux essenzjali f’din il-kawża u għandhom effett eċċessivament sever biss fuq il-kategorija jew il-klassi tat-trade marks jew sinjali komposti minn kombinazzjoni ta’ kuluri, jew dik tas-sinjali komposti minn kulur bħala tali. Barra minn hekk, it-tielet kundizzjoni kumulattiva ġdida hija ġġustifikata mill-allegata “kapaċità intrinsika limitata tal-kuluri li jagħtu tifsira preċiża”. Madankollu, din tal-aħħar kienet sa issa evalwata fil-kuntest tal-parti relattiva tal-karattru reġistrabbli ta’ trade mark u mhux fil-kuntest tar-rekwiżit tar-rappreżentazzjoni grafika, li jfisser li jkun hemm invalidità ab initio mingħajr il-possibbiltà li jiġi stabbilit karattru distintiv miksub jew rimedju ieħor. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar it-Trade Mark tal-Unjoni Ewropea billi teżiġi deskrizzjoni “espressa” għat-tip ta’ trade marks inkwistjoni u billi tirriduċi illegalment id-definizzjoni effettiva ta’ dawn it-trade marks għal dawk li għandhom arranġament mill-perspettiva ta’ spazju (fi kliem ieħor figurattiv) li jikkorrispondi għall-allegat użu reali sussegwenti tat-trade mark.

Fit-tielet aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-QĠ kisret il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi naqset milli tevalwa u tieħu inkunsiderazzjoni fis-sentenza tagħha l-fatt li l-ewwel trade mark ikkontestata kienet ġiet ippreżentata qabel l-adozzjoni tas-sentenza Heidelberger Bauchemie, u b’hekk injorat l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipji stipulati fis-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Lambretta (4)Cactus (5). Hija kisret ukoll dan il-prinċipju billi ma għamlitx evalwazzjoni globali tas-sorsi awtorizzati u affidabbli, tad-dispożizzjonijiet u tar-regoli applikabbli, tal-ġurisprudenza tal-Unjoni Ewropea u tal-Linji Gwida tal-konvenut, sabiex tiddetermina jekk iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ setgħux b’mod kumulattiv iwasslu għall-konstatazzjoni li l-konvenut ta lill-appellanti assigurazzjonijiet preċiżi, inkundizzjonati u sostanzjali, li fuqhom l-appellanti bbażat ruħha u osservathom, b’mod li nħolqu aspettattivi leġittimi validi għall-appellanti.

Fir-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-QĠ kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-natura sproporzjonata tal-kanċellazzjoni taż-żewġ trade marks ikkontestati fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali ta’ dan il-każ. Il-QĠ naqset b’mod partikolari milli tqis li l-għanijiet ta’ preċiżjoni u ta’ kjarezza, kif ukoll taċ-ċertezza legali, setgħu b’mod leġittimu jiġu rrispettati li kieku l-appellanti ġiet mistiedna u tħalliet tikkjarifika d-deskrizzjoni taż-żewġ trade marks sabiex dawn jinżammu fir-reġistru, minflok jiġu kkanċellati ż-żewġ reġistrazzjonijiet.

Fil-ħames aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-QĠ kisret ir-Regoli tal-Proċedura tagħha sa fejn applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 134(1) tagħhom u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tal-proċedura. Iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali ta’ din il-kawża u l-prinċipju ta’ ekwità jeżiġu, konformement mal-Artikolu 135(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li l-appellanti ma tiġix ikkundannata għall-ispejjeż tal-proċedura (u li huwa l-konvenut li għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-proċedura).


(1)  Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).

(2)  Sentenza tas-6 ta’ Mejju 2003, Libertel, C-104/01, EU:C:2003:244.

(3)  Sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Heidelberger Bauchemie, C-49/02, EU:C:2004:384.

(4)  Sentenza tas-16 ta’ Frar 2017, Brandconcern vs EUIPO u Scooters India, C-577/14 P, EU:C:2017:122.

(5)  Sentenza tal-11 ta’ Ottubru 2017, EUIPO vs Cactus, C-501/15 P, EU:C:2017:750.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/22


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-207/18)

(2018/C 200/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, G. von Rintelen u J. Samnadda, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi ma adottax, sa mhux iktar tard mill-10 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa tal-Artikolu 43 ta’ din id-direttiva;

timponi fuq ir-Renju ta’ Spanja, konformement mal-Artikolu 260(3) TFUE, pagament ta’ penalità ta’ EUR 123 928,64 kuljum, b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza li tiddikjara n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li tadotta jew, fi kwalunkwe każ, li tikkomunika lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2014/26/UE;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Konformement mal-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2014/26/UE, l-Istat Membri kellhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-10 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom mal-provvedimenti tal-imsemmija direttiva, u li jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

Peress li r-Renju ta’ Spanja ma pproċediex għat-traspożizzjoni kompleta tad-Direttiva 2014/26/UE u ma nnotifikax lill-Kummissjoni l-miżuri ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Kummissjoni tipproponi l-impożizzjoni fuq ir-Renju ta’ Spanja ta’ pagament ta’ penalità ta’ EUR 123 928,64 kuljum, b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza, ikkalkolata b’teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità, tat-tul tal-ksur u tal-effett dissważiv b’riferiment għall-kapaċità ta’ ħlas tal-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU 2014, L 84, p. 72.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Jana Petruchová vs FIBO Group Holdings Limited

(Kawża C-208/18)

(2018/C 200/29)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jana Petruchová

Konvenuta: FIBO Group Holdings Limited

Domanda preliminari

1)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm lok li tiġi kklassifikata bħala konsumatur fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni anki persuna bħal dik inkwistjoni fil-proċedura prinċipali, li tinnegozja fis-suq internazzjonali tal-kambju tal-muniti FOREX billi attivament tpoġġi l-ordnijiet proprji tagħha, iżda permezz ta’ terza persuna li hija professjonista?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

(Kawża C-250/18)

(2018/C 200/30)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Mataija, E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li billi ma speċifikatx li l-massa ta’ ġebel mormija fil-miżbla ta’ Biljane Donje hija skart, u mhux prodott sekondarju, u għaldaqstant għandha tiġi ttrattata bħala skart, ir-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98 (1).

tiddikkjara li billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiżgura li l-amministrazzjoni tal-iskart mormi f’Biljane Donje titwettaq mingħajr ma jinħoloq perikolu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, ir-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98.

tiddikkjara li billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiżgura li l-persuna li jkollha fil-pussess tagħha l-iskart mormi fil-miżbla ta’ Biljane Donje tittratta l-iskart hija stess jew tinkariga għat-twettiq ta’ dan it-trattament, lil aġent jew stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta’ trattament tal-iskart, jew għall-organizzazzjoni ta’ tali trattament, lil kollettur pubbliku jew privat tal-iskart, ir-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/98.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Kroazja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva:

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva jistabbilixxi kriterji kumulattivi li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex sustanza jew oġġett, li tirriżulta jew jirriżulta minn proċess ta’ produzzjoni, li l-għan primarju tiegħu ma jkunx il-produzzjoni ta’ tali sustanza jew oġġett, tkun tista’ titqies jew ikun jista’ jitqies bħala prodott sekondarju minflok bħala skart. Ir-Repubblika tal-Kroazja appplikat b’mod skorrett l-Artikolu 5(1) għall-iskart mormi f’Biljane Donje, meta naqset milli tiddetermina li dan kien skart u mhux prodott sekondarju, minkejja li ma kinitx ċerta mill-użu ulterjuri ta’ dan l-iskart fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva.

Fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva:

Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-amministrazzjoni tal-iskart titwettaq mingħajr ma jinħoloq perikolu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent. Minkejja li l-awtoritajiet Kroati stqarrew li l-miżbla ta’ Biljane Donje tinsab f’post li la huwa ddestinat u lanqas ippreparat għar-rimi tal-iskart, fuq art li hija nieqsa minn kull miżura ta’ protezzjoni mill-propagazzjoni lejn l-ilma jew l-arja, sal-lum ma ġiet implimentata l-ebda waħda mill-miżuri adottati mill-awtoritajiet Kroati fir-rigward tal-miżbla. Din is-sitwazzjoni baqgħet ma nbidlitx għal perijodu twil ta’ żmien, u dan neċessarjament iwassal għal ħsara ambjentali. Għaldaqstant, ir-Repubblika tal-Kroazja ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura li l-amministrazzjoni tal-iskart mormi f’Biljane Donje titwettaq mingħajr ma jinħoloq perikolu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent.

Fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva:

Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kull persuna li inizjalment tipproduċi skart jew li jkollha skart fil-pussess tagħha twettaq it-trattament tal-iskart hija stess jew tinkariga għat-twettiq ta’ dan it-trattament, lil aġent jew stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta’ trattament tal-iskart, jew għall-organizzazzjoni ta’ tali trattament, lil kollettur pubbliku jew privat tal-iskart, skont l-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva. L-awtoritajiet Kroati ma żgurawx li l-persuna li jkollha l-iskart fil-pussess tagħha twettaq it-trattament tiegħu jew li tinkariga għat-twettiq ta’ tali trattament waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 15(1). Dan kollu jirriżulta mill-fatt li fil-mument li fih ġie ppreżentat ir-rikors odjern l-iskart kien għadu mormi b’mod illegali f’Biljane Donje, fejn ilu hemm mormi għal perijodu twil ta’ żmien. L-awtoritajiet Kroati ma adottawx miżuri effettivi li jiżguraw li l-persuna li jkollha l-iskart fil-pussess tagħha, hija stess jew permezz tal-persuni msemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva, twettaq it-trattament tal-iskart.


(1)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3).


Il-Qorti Ġenerali

11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Messi Cuccittini vs EUIPO – J-M.-E.V. e hijos (MESSI)

(Kawża T-554/14) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MESSI - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea MASSI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 200/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Lionel Andrés Messi Cuccittini (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. L. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, sussegwentement J.-B. Devaureix u J.-Y. Teindas Maillard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment O. Mondéjar Ortuño, sussegwentement S. Palmero Cabezas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: J-M.-E.V. e hijos, SRL (Granollers, Spanja) (rappreżentanti: J. Güell Serra u M. Ceballos Rodríguez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2014 (Każ R 1553/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J-M.-E.V. e hijos u L. A. Messi Cuccittini.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ April 2014 (Każ R 1553/2013-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini.

3)

J-M.-E.V. e hijos, SRL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – One of Us et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/14) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Politika ta’ riċerka - Saħħa pubblika - Kooperazzjoni fl-iżvilupp - Finanzjament mill-Unjoni ta’ attivitajiet li jimplikaw il-qerda ta’ embrijuni umani - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 - Rikors għal annullament - Locus standi in judicio - Att kontestabbli - Inammissibbiltà parzjali - Stħarriġ ġudizzjarju - Obbligu ta’motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 200/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Citizens’ Initiative One of Us u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment C. de La Hougue, sussegwentement J. Paillot, avukati, u fl-aħħar nett P. Diamond, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Laitenberger u H. Krämer, aġenti)

Intervenjenit insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szwarc, A. Miłkowska u B. Majczyna, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment U. Rösslein u E. Waldherr, sussegwentement U. Rösslein u R. Crowe, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u K. Michoel, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014) 355 finali tat-28 ta’ Mejju 2014, dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej imsejħa “Wieħed Minna”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Citizens’ Initiative One of Us u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa mniżżel fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – CRM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/15) (1)

((“Indikazzjoni ġeografika protetta - Piadina Romagnola jew Piada Romagnola - Proċedura ta’ reġistrazzjoni - Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali - Rabta bejn ir-reputazzjoni tal-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu - Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012 - Portata tal-kontroll mill-Kummissjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Artikolu 7(1)(f)(ii), Artikolu 8(1)(c)(ii) u Artikolu 50(1) tar-Regolament Nru 1151/2012 - Effetti fuq il-proċedura quddiem il-Kummissjoni ta’ annullament tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt minn qorti nazzjonali - Obbligu ta’ istruttorja tal-Kummissjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva”))

(2018/C 200/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CRM Srl (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment G. Forte, C. Marinuzzi u A. Franchi, sussegwentement G. Forte u C. Marinuzzi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Bianchi, J. Guillem Carrau u F. Moro, sussegwentement D. Bianchi, A. Lewis u F. Moro, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn M. Scino, avvocato dello Stato), Consorzio di Promozione e Tutela della Piadina Romagnola (Co.P.Rom) (Rimini, l-Italja) (rappreżentanti: A. Improda u P. Rodilosso, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2014 tal-24 ta’ Ottubru 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Piadina Romagnola/Piada Romagnola (IĠP)] (ĠU 2014, L 316, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CRM srl għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea relatati ma’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Espírito Santo Financial (il-Portugall) vs BĊE

(Kawża T-251/15) (1)

((“Aċċess għad-dokumenti - Deċiżjoni 2004/258/KE - Dokumenti relattivi għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Rifjut espliċitu ta’ aċċess - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni relattiva għall-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi ta’ deċiżjoni tal-BĊE - Eċċezzjoni relattiva għall-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru - Eċċezzjoni relattiva għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew fi Stat Membru - Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Eċċezzjoni relattiva għall-opinjonijiet intiżi għal użu intern - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 200/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Espírito Santo Financial (il-Portugall), SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment R. Oliveira, N. Cunha Barnabé u S. Estima Martins, avukati, sussegwentement L. Soares Romão, J. Shearman de Macedo u D. Castanheira Pereira, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment F. Malfrère u S. Lambrinoc, sussegwentement F. Malfrère u T. Filipova, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u P. Gey, avukati)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ April 2015 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relattivi għad-deċiżjoni tiegħu tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti msemmija.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-1 ta’ April 2015 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal xi dokumenti relattivi għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA hija annullata sa fejn din irrifjutat l-aċċess għall-ammont ta’ kreditu li jidher fl-estratti tal-minuti tad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014 kif ukoll għall-informazzjoni moħbija fil-proposti tad-direttorat tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju u tal-1 ta’ Awwissu 2014.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

3)

Espírito Santo Financial (il-Portugall), SGPS, SA u l-BĊE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-554/15 u T-555/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija taħt il-Liġi Ungeriża Nru XCIV tal-2014 dwar il-kontribuzzjoni tas-saħħa tal-kumpanniji tat-tabakk - Għajnuna li tirriżulta minn emenda li seħħet fl-2014 għal-Liġi Ungeriża tal-2008 dwar il-Katina tal-Ikel u Kontroll Uffiċjali tagħha - Taxxi b’rati progressivi fuq il-fatturat annwali - Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni simultanja ta’ ordni ta’ sospensjoni - Rikors għal annullament - In-natura separabbli tal-ordni ta’ sospensjoni - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999”))

(2018/C 200/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u G. Koós, agents)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, P.-J. Loewenthal u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjalment tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4805 finali, tal-15 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.41187 (2015/NN) – l-Ungerija – Kontribuzzjoni għas-saħħa mill-impriżi tal-industrija tat-tabakk (ĠU 2015, C 277, p. 24), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4808 finali tal-15 ta’ Lulju 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.40018 (2015/C) (ex 2014/NN) – Emenda tal-2014 għat-tariffa Ungeriża għall-ispezzjoni tal-katina tal-ikel (ĠU 2015, C 277, p. 12).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-752/15) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ assistenza u ta’ konsulenza għall-persunal tekniku u tal-informatika IV (STIS IV) - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Offerta anormalment baxxa - Kriterji ta’ għoti - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 200/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude, A. Kyratsou u S. Lejeune, sussegwentement S. Delaude, A. Kyratsou u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2015 li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti miftuħa Nru DIGIT/R3/PO/2015/0008 intitolata “Servizzi ta’ assistenza u ta’ konsulenza għall-persunal tekniku u tal-informatika IV (STIS IV), taħt il-lott Nru 3, dwar l-“iżvilupp u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet relatati mal-infrastruttura web u l-infrastruttura tas-sistemi ta’ informazzjoni, inklużi l-assistenza u l-inġinerija”, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti sostnew minħabba din id-deċiżjoni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence et vs BĊE

(Kawżi magħquda T-133/16 u T-136/16) (1)

((“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 4(1)(e) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Persuni li effettivament jidderiġu n-negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu L. 511-13 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż - Prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv tal-presidenza tal-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fil-funzjoni superviżorja tiegħu ma’ funzjoni ta’ Direttur Ġenerali fl-istess stabbiliment - Artikolu 88(1)(e) tad-Direttiva 2013/36 u Artikolu L. 511-58 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż”))

(2018/C 200/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-133/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence (Aix-en-Provence, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-134/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées (Albi, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-135/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres (Saintes, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-136/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie (Amiens, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: A. Karpf u C. Hernández Saseta, aġenti, assistiti minn A. Heinzmann, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, K.-P. Wojcik u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talbiet abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BĊE, rispettivament,

ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/98, ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/100, ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/101 u ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/99, tad-29 ta’ Jannar 2016, meħuda skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (ĠU 2014, L 141, p. 1), u l-Artikoli L. 511–13, L. 511–52, L. 511–58, L. 612–23–1 u R. 612–29–3 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres u Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 175, 17.05.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-190/16) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Użu ħażin ta’ poter - Dritt għall-proprjetà - Dritt għal-libertà ta’ intrapriża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 200/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Walfood vs EUIPO – Romanov Holding (CHATKA)

(Kawża T-248/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CHATKA - Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti CHATKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu ġenwit tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001)”])

(2018/C 200/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Walfood SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. Cornu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Romanov Holding, SL (La Moraleja, Spanja) (rappreżentanti: S. García Cabezas u R. Fernández Iglesias, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 150/2015-5) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Romanov Holding u Walfood.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Walfood SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Convivo vs EUIPO – Porcesadora Nacional de Alimentos (M’Cooky)

(Kawża T-288/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali M’Cooky - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MR.COOK - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))

(2018/C 200/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Convivo GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Düchs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Porcesadora Nacional de Alimentos C.A. Pronaca (Quito, l-Ekwador)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1039/2015-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Porcesadora Nacional de Alimentos C. A. Pronaca u Convivo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Convivo GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Walfood vs EUIPO – Romanov Holding (CHATKA)

(Kawża T-312/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali CHATKA - Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti CHATKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)”])

(2018/C 200/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Walfood SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. Cornu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Romanov Holding, SL (La Moraleja, Spanja) (rappreżentanti: S. García Cabezas u R. Fernández Iglesias, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 2780/8014-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Romanov Holding u Walfood

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Walfood SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Perfumes y Aromas Artesanales vs EUIPO – Aromas Selective (Aa AROMAS artesanales)

(Kawża T-426/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Aa AROMAS artesanales - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Aromas PERFUMARIA Beleza em todos os sentidos - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità jew xebh tas-servizzi - Xebh bejn is-sinjali - Pubbliku rilevanti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 200/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Perfumes y Aromas Artesanales, SL (Arganda del Rey, Spanja) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Zaera Cuadrado u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aromas Selective, SL (Dos Hermanas, Spanja) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros u J. Oria Sousa-Montes, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2016 (Każ R 766/2015-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aromas Selective u Perfumes y Aromas Artesanales.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Perfumes y Aromas Artesanales, SL, hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Aromas Selective, SL, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2017 – Verein Deutsche Sprache vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/16) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tibdil tal-apparenza tas-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont konnessa mal-limitazzjoni sabiex jintwerew biss il-lingwa Franċiża u Ingliża - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ineżistenza ta’ dokumenti - Preżunzjoni ta’ legalità - Żball ta’ liġi - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2018/C 200/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verein Deutsche Sprache eV (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Ehrhardt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3714 finali, tal-10 ta’ Ġunju 2016, dwar talba għal aċċess, imressqa mir-rikorrenti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), għal ċerti dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tibdil tal-apparenza tas-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont konnessa mal-limitazzjoni sabiex jintwerew biss il-lingwa Franċiża u Ingliża.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Verein Deutsche Sprache eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Vincenti vs EUIPO

(Kawża T-747/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Opinjoni tal-Kumitat tal-Invalidità - Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra - Artikoli 53 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 200/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Guillaume Vincenti (Alicanta, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-inkapaċità permanenti totali tar-rikorrent u li tirrifjuta li tiddikjara l-irtirar tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Guillaume Vincenti huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Euro Castor Green vs EUIPO – Netlon France (Kannizzata li tgħatti l-veduta)

(Kawża T-756/16) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kannizzata - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Żvelar tad-disinn preċedenti - Assenza ta’ novità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikoli 5, 6 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))

(2018/C 200/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euro Castor Green (Bagnolet, Franza) (rappreżentant: B. Lafont, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Netlon France (Saint Saulve, Franza) (rappreżentant: C. Berto, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 754/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Netlon France u Euro Castor Green.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Euro Castor Green hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2018 – PY vs EUCAP Sahel Niger

(Kawża T-763/16) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea - Tilwimiet dwar il-kuntratti tax-xogħol - Proċeduri ta’ investigazzjoni interna - Protezzjoni tal-vittmi fil-każ ta’ rapport ta’ sitwazzjoni ta’ fastidju - Responsabbiltà kuntrattwali”))

(2018/C 200/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: PY (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: EUCAP Sahel Niger (Niamey, in-Niġerja) (rappreżentanti: E. Raoult u M. Vicente Hernandez, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tinkiseb l-kundanna ta’ EUCAP Sahel Niger sabiex tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu li huwa sostna minħabba nuqqas kuntrattwali mwettaq minn EUCAP Sahel Niger.

Dispożittiv

1)

EUCAP Sahel Niger hija kkundannata tħallas lil PY is-somma ta’ EUR 10 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħuda.

3)

EUCAP Sahel Niger hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti minn PY.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Kabushiki Kaisha Zoom vs EUIPO – Leedsworld (ZOOM)

(Kawża T-831/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZOOM - Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZOOM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 200/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kabushiki Kaisha Zoom (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. de Arpe Tejero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, K. Sidat Humphreys u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Leedsworld, Inc. (New Kensington, Pennsylvania, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1235/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kabushiki Kaisha Zoom u Leedsworld.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1235/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kabushiki Kaisha Zoom u Leedsworld, Inc. hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Menta y Limón Decoración vs EUIPO-Ayuntamiento de Santa Cruz de La Palma (Rappreżentazzjoni ta’ raġel b’kostum reġjonali)

(Kawża T-183/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta raġel b’kostum reġjonali - Disinni industrijali nazzjonali preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 53(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Projbizzjoni tal-użu tat-trade mark tal-unjoni Ewropea fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO”))

(2018/C 200/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Menta y Limón Decoración, SL (Argame, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ayuntamiento de Santa Cruz de La Palma (Santa Cruz de La Palma, Spanja) (rappreżentant: M. J. Sanmartín Sanmartín, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 510/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Menta y Limón Decoración u Ayuntamiento de Santa Cruz de La Palma.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Menta y Limón Decoración, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (hp)

(Kawża T-207/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea hp - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001] - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament 2017/1001]”))

(2018/C 200/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senetic S.A. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: HP Hewlett Packard Group LLC (Houston, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2017 (Każ R 1001/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Senetic u HP Hewlett Packard Group.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Senetic S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 168, 29.5.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (HP)

(Kawża T-208/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HP - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001] - Mala fede - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament 2017/1001]”))

(2018/C 200/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senetic S.A. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: HP Hewlett Packard Group LLC (Houston, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2017 (Każ R 1002/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Senetic u HP Hewlett Packard Group.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Senetic S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 168, 29.05.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2018 – Romantik Hotels & Restaurants vs EUIPO – Hotel Preidlhof (ROMANTIK)

(Kawża T-213/17) (1)

((“Trade mark tal – Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal – Unjoni Ewropea ROMANTIK - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv akkwistat mill – użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar – Regolament (UE) Nru 2017/1001)”))

(2018/C 200/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Romantik Hotels & Restaurants AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hofmann u W. Göpfert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Lenz u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hotel Preidlhof GmbH (Naturns, l-Italja) (rappreżentant: A. Wittwer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2017 (Każ R 1257/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Hotel Preidlhof u Romantik Hotels & Restaurants.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Romantik Hotels & Restaurants AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 168, 29.5.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Pfalzmarkt für Obst und Gemüse vs EUIPO (100 % Pfalz)

(Kawża T-220/17) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 100 % Pfalz - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])

(2018/C 200/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pfalzmarkt für Obst und Gemüse eG (Mutterstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Gehweiler u C. Weber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Frar 2017 (Każ R 1549/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv 100 % Pfalz bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pfalzmarkt für Obst und Gemüse eG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 6.6.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Mémora Servicios Funerarios vs EUIPO – Chatenoud (MEMORAME)

(Kawża T-221/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MEMORAME - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti mémora u trade marks nazzjonali verbali preċedenti MÉMORA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 200/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Mémora Servicios Funerarios SLU (Zaragoza, Spanja) (rappreżentanti: C. Marí Aguilar u J. Gallego Jiménez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Georges Chatenoud (Thiviers, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2017 (Każ R 1308/2016-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mémora Servicios Funerarios u G. Chatenoud.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mémora Servicios Funerarios SLU hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – VSM vs EUIPO (WE KNOW ABRASIVES)

(Kawża T-297/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali WE KNOW ABRASIVES - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta’ appell limitat għal parti mis-servizzi msemmija mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 200/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VSM.Vereinigte Schmirgel- und Maschinen-Fabriken AG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Horak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1595/2016-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WE KNOW ABRASIVES bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1595/2016-4) hija annullata sa fejn din ċaħdet ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WE KNOW ABRASIVES għas-servizzi li jaqgħu fil-klassi 35 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: “Reklamar; il-ġestjoni ta’ negozju; servizzi klerikali; servizzi ta’ bejgħ bl-ingrossa fil-qasam tal-oġġetti tal-metall għall-kostruzzjoni; amministrazzjoni ta’ negozju”.

2)

Il-kumplament tat-talbiet ta’ VSM.Vereinigte Schmirgel- und Maschinen-Fabriken AG huwa miċħud.

3)

VSM.Vereinigte Schmirgel- und Maschinen-Fabriken u l-EUIPO għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Genomic Health vs EUIPO (ONCOTYPE DX GENOMIC PROSTATE SCORE)

(Kawża T-354/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ONCOTYPE DX GENOMIC PROSTATE SCORE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2018/C 200/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Genomic Health, Inc. (Redwood City, California, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: A. Reid, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u K. Sidat Humphreys, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2017 (Każ R 1682/2016-5) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ONCOTYPE DX GENOMIC PROSTATE SCORE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Genomic Health, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/43


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2018 – Romańska vs Frontex

(Kawża T-212/18)

(2018/C 200/56)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Karolina Romańska (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: A. Tetkowska, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-14 ta’ Ġunju 2017 mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li għandha s-sede tagħha f’Varsavja, li xxolji l-kuntratt ta’ Karolina Romańska skont l-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea;

tikkonstata l-fastidju psikoloġiku u d-diskriminazzjoni implimentata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għad-dannu ta’ Karolina Romańska;

tordna lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ttemm id-diskriminazzjoni u l-fastidju psikoloġiku kontra Karolina Romańska u tistabbilixxi politika ta’ ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-fastidju psikoloġiku fi ħdan l-Aġenzija;

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tħallas lil Karolina Romańska d-danni, stabbiliti ex aequo et bono għal EUR 100 000, bħala kumpens għad-dannu sostnut;

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-ħlas lil Karolina Romańska tas-somma ta’ PLN 4 402 bħala kumpens għad-dannu kkawżat;

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fastidju psikoloġiku u d-diskriminazzjoni li r-rikorrenti ġiet suġġetta għalihom fi ħdan l-Aġenzija. Matul il-perijodu ta’ impjieg tagħha mal-Aġenzija, ir-rikorrenti kienet vittma ta’ fastidju psikoloġiku u ta’ umiljazzjoni u ġiet attribwita żbalji mwettqa minn terzi, hija ġiet umiljata pubblikament u kienet is-suġġett ta’ aġir abbużiv ieħor fis-settur tagħha, bl-għarfien tas-superjuri tagħha, li baqgħu ma ħadux azzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ problemi ta’ saħħa li rriżultaw mill-fastidju psikoloġiku li r-rikorrenti ġiet suġġetta għalih fi ħdan l-Aġenzija. F’April 2016, ir-rikorrenti sofriet problemi ta’ saħħa serji u f’daqqa, u dan ġie kkonfermat minn dokumenti mediċi. Ir-rikorrenti qiegħda tkompli ssegwi trattament. It-tobba ddikjaraw li l-problemi ta’ saħħa tagħha huma ta’ oriġini nervuża, fid-dawl b’mod partikolari tal-fastidju psikoloġiku fuq il-post tax-xogħol tagħha u l-burn out li hija kellha. Ir-rikorrenti nkorriet spejjeż mediċi li jirriżultaw mill-fajl mediku anness mar-rikors.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ assistenza fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku u d-diskriminazzjoni sostnuti mir-rikorrenti fi ħdan l-Aġenzija. Ir-rikorrenti ressqet quddiem il-konvenuta talba għal assistenza fis-sens tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-fastidju psikoloġiku u d-diskriminazzjoni li hija kienet vittma tagħhom fi ħdan l-Aġenzija. Ir-rikorrenti ppreżentat lill-konvenuta ċertu numru ta’ soluzzjonijiet aċċettabbli għas-sitwazzjoni. Il-konvenuta injorat il-problemi ta’ saħħa tar-rikorrenti u baqgħet ma ħaditx azzjoni, u b’hekk aċċettat is-sitwazzjoni ta’ dannu għar-rikorrenti u ppermettiet li din is-sitwazzjoni tkompli.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, in-nazzjonalità u l-appartenenza sindakali li r-rikorrenti kienet suġġetta għaliha min-naħa tal-konvenuta. Ir-rikorrenti ppreżentat diversi drabi l-kandidatura tagħha għal pożizzjonijiet ogħla fi ħdan l-Aġenzija. Minkejja t-taħriġ komplet tagħha, l-għarfien tagħha ta’ diversi lingwi barranin, l-evalwazzjonijiet annwali eċċellenti tagħha u t-titjib kostanti tal-kwalifiki tagħha, hija qatt ma ġiet promossa. Il-motivi ta’ dan l-istat ta’ fatt huma ta’ natura diskriminatorja. Wara kuntatti ripetuti bejn ir-rikorrenti u l-konvenuta rigward il-fastidju psikoloġiku u d-diskriminazzjoni eżerċitati kontriha, il-konvenuta pproponiet lir-rikorrenti missjoni li għaliha din tal-aħħar wettqet il-preparamenti kollha, inkluż it-tagħlim ta’ lingwa barranija minn livell bażiku sal-livell li jippermetti li tiġi żgurata l-komunikazzjoni; il-konvenuta, sussegwentement, annullat il-missjoni erbat ijiem qabel it-tluq. Il-konvenuta mmotivat l-annullament tal-missjoni bil-fatt li r-rikorrenti kienet daħlet f’kuntatt ma’ sindakat.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ix-xoljiment mhux ġustifikat tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti. Dan ix-xoljiment ma kienx ġustifikat u ma ġiex immotivat fuq il-mertu. Ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti jirriżulta mir-rifjut tagħha li taċċetta s-sitwazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku u d-diskriminazzjoni li hija kienet suġġetta għalihom fi ħdan l-Aġenzija.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/44


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2018 – Global Silicones Council et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-226/18)

(2018/C 200/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Global Silicones Council (Washington, l-Istati Uniti), Wacker Chemie AG (Munich, il-Ġermanja), Momentive Performance Materials GmbH (Leverkusen, il-Ġermanja), Shin-Etsu Silicones Europea BV (Almere, il-Pajjiżi l-Baxxi), Elkem Silicones France SAS (Lyon, Franza) (rappreżentant: M. Navin-Jones, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-att ikkontestat taħt l-Artikolu 263 TFUE;

tiddikjara li l-Anness XIII tar-Regolament REACH, u/jew id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-anness (b’mod partikolari, it-Taqsimiet 1.1.2 u/jew 1.2.2), huma illegali u mhux applikabbli għall-każ inkwistjoni, skont l-Artikolu 277 TFUE, sa fejn iwaqqfu jew ixekklu evalwazzjoni u/jew konklużjoni valida dwar il-proprjetajiet ta’ D4 u D5;

fil-każ fejn: (a) l-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ta’ April 2015; (b) l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-ECHA ta’ Marzu 2016; (c) l-opinjoni tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika tal-ECHA ta’ Ġunju 2016; (d) il-konklużjonijiet/deċiżjonijiet tal-grupp ta’ esperti dwar is-sustanzi PBT tal-ECHA ta’ Novembru 2012; u/jew (e) il-linji gwida rilevanti tal-ECHA – ma jitqiesux li jikkostitwixxu atti preparatorji li wasslu għall-adozzjoni tal-att ikkontestat – tiddikjara dawn l-atti illegali u mhux applikabbli skont l-Artikolu 277 TFUE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż; u

tordna kull miżura oħra li tista’ tkun xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità, żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ fatt, żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, it-teħid ta’ deċiżjonijiet arbitrarji u l-assenza ta’ motivazzjoni – għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tar-riskji.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità, żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ fatt, żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u t-teħid ta’ deċiżjonijiet arbitrarji – għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-perikoli. Dan jinkludi eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness XIII tar-Regolament REACH u/jew ta’ atti u miżuri preċedenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità, żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ fatt, il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, it-teħid ta’ deċiżjonijiet arbitrarji u l-assenza ta’ motivazzjoni – għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-perikoli, b’mod partikolari d-determinazzjoni permezz ta’ provi suffiċjenti. Dan jinkludi eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness XIII tar-Regolament REACH u/jew ta’ atti u miżuri preċedenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ ċertezza legali, il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, l-assenza ta’ motivazzjoni – għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-perikoli u tar-riskji, b’mod partikolari d-determinazzjoni permezz ta’ provi suffiċjenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, inkluż id-dritt għal smigħ; l-assenza ta’ motivazzjoni, id-dritt għal smigħ xieraq – għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-perikoli u tar-riskji, b’mod partikolari d-determinazzjoni permezz ta’ provi suffiċjenti.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-att jeċċedi manifestament il-limiti tas-setgħat diskrezzjonali, żball manifest fl-eżerċizzju tas-setgħat diskrezzjonali u l-ksur tal-bilanċ tas-setgħat istituzzjonali – għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-perikoli u tar-riskji.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-illegalità, żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ fatt, żbalji manifesti fl-eżerċizzju tas-setgħat diskrezzjonali, il-qbiż manifest tal-limiti tas-setgħat diskrezzjonali, il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, l-assenza ta’ motivazzjoni – għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-perikoli u tar-riskji, u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti rilevanti u tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ liġi – għal dak li jirrigwarda l-adozzjoni, l-applikazzjoni, is-sens u l-portata tar-restrizzjoni REACH.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni u l-portata tar-restrizzjoni REACH.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, l-illegalità, żbalji manifesti fl-eżerċizzju tas-setgħat diskrezzjonali, żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ liġi, il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, l-assenza ta’ motivazzjoni – qabel l-adozzjoni tar-restrizzjoni REACH.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq l-inapplikabbiltà, skont l-Artikolu 277 TFUE, tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness XIII tar-Regolament REACH u ta’ atti u miżuri oħra preċedenti li jwaqqfu u/jew ixekklu evalwazzjoni u/jew konklużjoni valida dwar il-proprjetajiet ta’ D4 u D5.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 – Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam vs EUIPO – Lupu (Djili)

(Kawża T-231/18)

(2018/C 200/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Dulovo, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Romiţan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Victor Lupu (Bukarest, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Djili – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 497 662

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1902/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-appell ta’ Lupu Victor;

tikkundanna lill-konvenut u lill-appellant Lupu Victor għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li kien hemm xebh fonetiku bejn is-sinjali;

Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li l-paragun kunċettwali ma kienx rilevanti f’dan il-każ.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/46


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Polskie Linie Lotnicze “LOT” vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/18)

(2018/C 200/59)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polskie Linie Lotnicze “LOT” S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 8766 finali tat-12 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ M.8672 (EASYJET/CERTAIN AIR BERLIN ASSETS);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

tobbliga lill-Kummissjoni twieġeb, fil-kuntest tar-risposta tagħha, ċerti mistoqsijiet tar-rikorrenti rigward l-iżvolġiment tal-investigazzjoni dwar l-effetti tal-konċentrazzjoni inkwistjoni fuq il-kompetizzjoni u li tipprovdi ċerti provi li fuqhom id-deċiżjoni tagħha hija bbażata.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret ir-regoli tat-Trattat UE u d-dispożizzjonijiet meħuda għall-applikazzjoni tiegħu, b’mod partikolari dawk tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1), billi ma wettqitx evalwazzjoni sħiħa tal-effetti negattivi tal-konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat l-effetti tal-konċentrazzjoni fuq il-kapaċità li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport bl-ajru ta’ passiġġieri b’destinazzjoni u ta’ provenjenza minn ċerti ajruporti, u għalhekk wettqet żball gravi u manifest fl-evalwazzjoni tal-konċentrazzjoni. Eżami analitiku mwettaq korrettament tal-konċentrazzjoni kellu jwassal għall-konklużjoni li l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni jkollha ċertu numru ta’ effetti antikompetittivi, u b’mod partikolari effett iktar negattiv fuq il-kompetizzjoni milli l-assenza ta’ konċentrazzjoni f’xenarju alternattiv.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret il-“Linji ta’ gwida fuq l-istima jew kalkolu ta’ l-għaqdiet orizzontali” (Linji gwida dwar l-evalwazzjoni tal-konċentrazzjonijiet orizzontali), billi ma eżaminatx jekk l-effiċjenzi mwettqa permezz tal-konċentrazzjoni jpaċux l-effetti antikompetittivi tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret ir-regoli tat-Trattati u d-dispożizzjonijiet meħuda għall-applikazzjoni tagħhom billi ma imponietx fuq EasyJet l-impenji li kienu jippermettu li jiġi evitat l-ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva li jirriżulta mill-konċentrazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret ir-regoli tat-Trattati u d-dispożizzjonijiet meħuda għall-applikazzjoni tagħhom billi naqset milli tevalwa l-effetti tal-konċentrazzjoni fis-suq intern f’relazzjoni mal-għajnuna mill-Istat mogħtija preċedentement lil Air Berlin fil-15 ta’ Awwissu 2017 fil-forma ta’ self ta’ EUR 150 miljun mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Din l-għajnuna ġiet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6080 finali tal-4 ta’ Settembru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Air Berlin.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 296 TFUE billi ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha, bħal ma juru b’mod partikolari l-assenza ta’ analiżi kompleta tal-fatti, l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċertu numru ta’ elementi indispensabbli għal evalwazzjoni affidabbli tal-effetti kollha tal-konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni, l-assenza ta’ evawlazzjoni tal-effetti ta’ din il-konċentrazzjoni fis-suq intern f’relazzjoni mal-għajnuna mill-Istat mogħtija preċedentement lil Air Berlin u n-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ tali ommissjoni.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 3, p. 40).


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/47


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Benavides Torres vs Il-Kunsill

(Kawża T-245/18)

(2018/C 200/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Antonio José Benavides Torres (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jirrigwardaw lir-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu ta’ difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ma tahx aċċess għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista fi żmien raġonevoli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ma weriex li r-rikorrent, fir-rwol tiegħu ta’ Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, huwa responsabbli għal okkorrenzi ta’ ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem allegatament imwettqa mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana u ppreġudika l-istat tad-dritt fil-Venezwela.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/48


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Moreno Pérez vs Il-Kunsill

(Kawża T-246/18)

(2018/C 200/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Maikel José Moreno Pérez (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonċernaw lir-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll id-drittijiet tad-difiża tiegħu u d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi naqas milli jagħtih aċċess fi żmien raġonevoli għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li naqas milli juri li r-rikorrent, fir-rwoli tiegħu ta’ President u ex Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Venezwela, appoġġa u ffaċilita l-azzjonijiet u l-politiki tal-Gvern li dgħajfu d-demokrazjia u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa responsabbli għal azzjonijiet u dikjarazzjonijiet li użurpaw l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/48


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Lucena Ramírez vs Il-Kunsill

(Kawża T-247/18)

(2018/C 200/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tibisay Lucena Ramírez (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jirrigwardaw lir-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu ta’ difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ma tahx aċċess għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista fi żmien raġonevoli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball ta’ evalwazzjoni sa fejn ma weriex li l-azzjonijiet u l-linji ta’ politika tar-rikorrent ippreġudikaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/49


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Cabello Rondón vs Il-Kunsill

(Kawża T-248/18)

(2018/C 200/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Diosdado Cabello Rondón (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jirrigwardaw lir-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu ta’ difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ma tahx aċċess għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista fi żmien raġonevoli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ma weriex li r-rikorrent huwa involut fl-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.


11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/50


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill

(Kawża T-249/18)

(2018/C 200/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tarek William Saab Halabi (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jirrigwardaw lir-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu ta’ difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ma tahx aċċess għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista fi żmien raġonevoli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma ġabx prova tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ma weriex li, fir-rwol tiegħu ta’ Avukat Ġenerali u fir-rwoli preċedenti ta’ Ombudsman u ta’ President tal-Kunsill Morali Repubblikan, ir-rikorrent ippreġudika d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.