ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 190

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
4 ta' Ġunju 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 190/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 190/02

Kawża C-252/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz – Spanja) – Moisés Vadillo González vs Alestis Aerospace SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

2

2018/C 190/03

Kawża C-315/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 2 de Zaragoza – Spanja) – Pilar Centeno Meléndez vs Universidad de Zaragoza (Rinviju preliminari — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali — Għoti ta’ komplement ta’ remunerazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-aġenti mhux titolari — Kunċetti ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg u ta’ “raġunijiet oġġettivi)

3

2018/C 190/04

Kawża C-604/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)) – PM vs AH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni f’materja ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru biex tisma’ kawża f’materja ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fil-każ fejn il-wild ma jirrisjedix fit-territorju ta’ dan l-Istat — Ġuristizzjoni f’materji relatati mal-obbligu ta’ manteniment — Regolament (KE) Nru 4/2009)

3

2018/C 190/05

Kawża C-651/17 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2017 minn Grupo Osborne S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-350/13, Jordi Nogués vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO)

4

2018/C 190/06

Kawża C-652/17: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2017 minn Grupo Osborne S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-386/15, Jordi Nogués vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO)

4

2018/C 190/07

Kawża C-660/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2017 minn RF mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-880/16, RF vs Il-Kummissjoni

5

2018/C 190/08

Kawża C-135/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Frar 2018 – Logistik XXL GmbH vs CMR Transport & Logistik

6

2018/C 190/09

Kawża C-161/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fis-27 ta’ Frar 2018 – Violeta Villar Láiz vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

7

2018/C 190/10

Kawża C-171/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Marzu 2018 – Safeway Ltd vs Andrew Richard Newton, Safeway Pension Trustees Ltd

8

2018/C 190/11

Kawża C-172/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Marzu 2018 – AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree vs Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

8

2018/C 190/12

Kawża C-191/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-16 ta’ Marzu 2018 – KN vs Minister for Justice and Equality

9

2018/C 190/13

Kawża C-194/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Jadran Dodič vs BANKA KOPER, ALTA INVEST

10

2018/C 190/14

Kawża C-196/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Raúl Vítor Soares de Sousa vs Autoridade Tributária e Aduaneira

11

2018/C 190/15

Kawża C-198/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Marzu 2018 – CeDe Group AB vs KAN Sp. z o.o. (fi stralċ)

11

2018/C 190/16

Kawża C-209/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

12

2018/C 190/17

Kawża C-215/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu (ir-Repubblika Ċeka) fis-26 ta’ Marzu 2018 – Libuše Králová vs Primera Air Scandinavia

13

2018/C 190/18

Kawża C-216/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Marzu 2018 – Minister for Justice and Equality vs LM

13

2018/C 190/19

Kawża C-236/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-29 ta’ Marzu 2018 – GRDF SA vs Eni Gas & Power France SA, Direct énergie, Commission de régulation de l’énergie, Procureur général près la Cour d’appel de Paris

14

2018/C 190/20

Kawża C-237/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-3 ta’ April 2018 – Pauline Stiernon, Marion Goraguer, Muriel Buccarello, Clémentine Vasseur, Manon Pirotton, Anissa Quotb vs Etat belge SPF Santé publique, Communauté française de Belgique

15

2018/C 190/21

Kawża C-244/18 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 minn Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-1 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-423/14, Larko vs Il-Kummissjoni

15

2018/C 190/22

Kawża C-252/18 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-1 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-506/15, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

16

2018/C 190/23

Kawża C-344/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Die Länderbahn GmbH DLB vs DB Station & Service AG

17

2018/C 190/24

Kawża C-603/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2018 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs PT Wilmar Bioenergi Indonesia, PT Wilmar Nabati Indonesia, Commission européenne, European Biodiesel Board (EBB)

17

2018/C 190/25

Kawża C-604/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2018 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs PT Pelita Agung Agrindustri, Il-Kummisjsoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

18

2018/C 190/26

Kawża C-605/16 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2018 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs PT Ciliandra Perkasa, Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

18

2018/C 190/27

Kawża C-606/16 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2018 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas), Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

18

2018/C 190/28

KawżaC-644/16: Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Synthon BV vs Astellas Pharma Inc.

18

2018/C 190/29

Kawża C-170/17: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

19

2018/C 190/30

Kawża C-206/17: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Heinrich Denker vs Gemeinde Thedinghausen, fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

19

2018/C 190/31

Kawża C-309/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Stadtwerke Delmenhorst GmbH vs Manfred Bleckwehl

19

2018/C 190/32

Kawża C-376/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Eżekuzzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ kontra Arkadiusz Piotr Lipinski

19

2018/C 190/33

Kawża C-383/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

20

2018/C 190/34

Kawża C-439/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – British American Tobacco (Germany) GmbH vs Freie und Hansestadt Hamburg

20

2018/C 190/35

Kawża C-490/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Passenger Rights sp. z o.o. vs Deutsche Lufthansa AG

20

2018/C 190/36

Kawża C-533/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Anja Oehlke, Wolfgang Oehlke vs TUIfly GmbH

20

2018/C 190/37

Kawża C-605/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

21

2018/C 190/38

Kawża C-636/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – Germanwings GmbH vs Emina Pedić

21

2018/C 190/39

Kawża C-3/18 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Marzu 2018 – Confédération européenne des associations d'horlogers-réparateurs (CEAHR) vs Il-Kummissjoni Ewropea, LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SA, Rolex, SA, The Swatch Group SA

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 190/40

Kawża T-339/15 u T-343/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2018 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs EUIPO (Forma ta’ pompa tal-petrol) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade marks tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea — Forma ta’ pompa tal-petrol — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Atti li jsostnu b’mod sħiħ it-talbiet tar-rikorrenti — Deċiżjoni tar-rinviju tal-Bord tal-Appell — Natura vinkolanti tal-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni)

22

2018/C 190/41

Kawża T-462/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2018 – Asia Leader International (Cambodia) vs Il-Kummissjoni (Dumping — Importazzjonijiet ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini — Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina — Regolament (UE) Nru 2015/776 — Evażjoni — Trasbord — Artikolu 13(1) u (2) u Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li saru Artikolu 13(1) u (2) u Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036)

23

2018/C 190/42

Kawża T-675/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Shanxi Taigang Stainless Steel vs Il-Kummissjoni (Dumping — Importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan — Dazju antidumping definittiv — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1429 — Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament 2016/1036] — Valur normali — Għażla tal-pajjiż terz xieraq — Aġġustamenti — Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(10(k) tar-Regolament 2016/1036] — Kalkolu tal-marġni ta’ dumping — Aġġustamenti — Artikolu 3(2)(6) u (7) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 3(2)(6) U (7) tar-Regolament 2016/1036] — Preġudizzju — Rabta kawżali)

23

2018/C 190/43

Kawża T-439/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2018 – holyGhost vs EUIPO (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali holyGhost — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HOLY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

24

2018/C 190/44

Kawża T-648/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2018 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (BOBO cornet) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BOBO cornet — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea OZMO cornet — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

25

2018/C 190/45

Kawża T-15/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2018 – Mitrakos vs EUIPO – Belasco Baquedano (YAMAS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea YAMAS — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti LLAMA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

25

2018/C 190/46

Kawża T-25/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2018 – Rintisch vs EUIPO – Compagnie laitière européenne (PROTICURD) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali PROTICURD — Tarde marks nazzjonali verbali preċedenti PROTI u PROTIPLUS — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Proti Power — Raġuni relattiva għal rifjut — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001) — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001] — Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni]

26

2018/C 190/47

Kawża T-119/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2018 – Alba Aguilera et vs SEAE (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Membri tal-persunal temporanju — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Remunerazzjoni — Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz — Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal — Evalwazzjoni annwali tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien — Deċiżjoni li tnaqqas l-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fl-Etjopja minn 30 għal 25 % — Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal — Responsabbiltà — Danni morali)

27

2018/C 190/48

Kawża T-364/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2018 – Bielawski vs EUIPO (HOUSE OF CARS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali HOUSE OF CARS — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali)

27

2018/C 190/49

Kawża T-185/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2018 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

28

2018/C 190/50

Kawża T-320/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2018 – Make up for ever vs EUIPO (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

28

2018/C 190/51

Kawża T-813/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2018 – ABES vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Portugiżi favur entità li tipprovdi servizzi soċjali għall-anzjani — Proċedura preliminari ta’ investigazzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Rikors li jqiegħed inkwistjoni l-fondatezza tal-miżura kontenzjuża — Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà)

29

2018/C 190/52

Kawża T-386/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2018 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (Лидер) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Лидер — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

30

2018/C 190/53

Kawża T-138/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni

30

2018/C 190/54

Kawża T-161/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Braesch et vs Il-Kummissjoni

31

2018/C 190/55

Kawża T-178/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Région de Bruxelles-Capitale vs Il-Kummissjoni

32

2018/C 190/56

Kawża T-190/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2018 – Solwindet las Lomas vs Il-Kummissjoni

33

2018/C 190/57

Kawża T-197/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – JV Voscf et vs Il-Kunsill et

34

2018/C 190/58

Kawża T-207/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – PlasticsEurope vs ECHA

35

2018/C 190/59

Kawża T-211/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2018 – Vanda Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni

35

2018/C 190/60

Kawża T-218/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2018 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

36

2018/C 190/61

Kawża T-220/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO – Battista Nino Caffè (Battistino)

37

2018/C 190/62

Kawża T-221/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO – Battista Nino Caffè (BATTISTINO)

38

2018/C 190/63

Kawża T-223/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2018 – Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo vs Il-Kummissjoni

38

2018/C 190/64

Kawża T-227/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2018 – Microsemi Europe u Microsemi vs Il-Kummissjoni

39

2018/C 190/65

Kawża T-229/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 – Biolatte vs EUIPO (Biolatte)

41

2018/C 190/66

Kawża T-235/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 – Qualcomm vs Il-Kummissjoni

41

2018/C 190/67

Kawża T-320/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2018 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs FEI

42


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 190/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 182, 28.5.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 166, 14.5.2018

ĠU C 161, 7.5.2018

ĠU C 152, 30.4.2018

ĠU C 142, 23.4.2018

ĠU C 134, 16.4.2018

ĠU C 123, 9.4.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz – Spanja) – Moisés Vadillo González vs Alestis Aerospace SL

(Kawża C-252/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))

(2018/C 190/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Moisés Vadillo González

Konvenuta Alestis Aerospace SL

Fil-preżenza ta’: Ministerio Fiscal

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz (Tribunal Industrijali Nru 2 ta’ Cádiz, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Mejju 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 2 de Zaragoza – Spanja) – Pilar Centeno Meléndez vs Universidad de Zaragoza

(Kawża C-315/17) (1)

((“Rinviju preliminari - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali - Għoti ta’ komplement ta’ remunerazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-aġenti mhux titolari - Kunċetti ta’ ‘kundizzjonijiet tal-impjieg’ u ta’ “raġunijiet oġġettivi”))

(2018/C 190/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no2 de Zaragoza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pilar Centeno Meléndez

Konvenuta: Universidad de Zaragoza

Dispożittiv

Il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-parteċipazzjoni fis-sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali tal-persunal amministrattiv u tekniku tal-Università ta’ Zaragoza (Spanja) u, għaldaqstant il-benefiċċju ta’ komplement ta’ remunerazzjoni, li huwa konsegwenza ta’ din il-parteċipazzjoni, għall-uffiċċjali u għall-membri tal-persunal bil-kuntratt permanenti, bl-esklużjoni, b’mod partikolari, tal-persuni impjegati bħala aġenti mhux titolari.


(1)  ĠU C 269, 14.08.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)) – PM vs AH

(Kawża C-604/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni f’materja ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru biex tisma’ kawża f’materja ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fil-każ fejn il-wild ma jirrisjedix fit-territorju ta’ dan l-Istat - Ġuristizzjoni f’materji relatati mal-obbligu ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009))

(2018/C 190/04)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PM

Konvenuta: AH

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru li għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi, abbażi tal-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, dwar rikors għal divorzju bejn żewġ miżżewġin li għandhom iċ-ċittadinanza ta’ dan l-Istat Membru, ma hijiex kompetenti biex tiddeċiedi dwar id-dritt ta’ kustodja u d-dritt taż-żjara fir-rigward tal-wild tal-miżżewġin meta fil-mument li tiġi adita din il-qorti, dan il-wild ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ieħor u meta l-kundizzjonijiet meħtieġa biex din il-ġurisdizzjoni tgħaddi għand il-qorti msemmija abbażi tal-Artikolu 12 tal-imsemmi regolament ma jkunux sodisfatti, barra minn hekk fid-dawl tal-fatt li miċ-ċirkustanzi tal-każ fil-kawża prinċipali lanqas ma jkun jirriżulta li din il-ġurisdizzjoni tista’ tkun ibbażata fuq l-Artikoli 9, 10 jew 15 tal-istess regolament. Barra minn hekk, din il-qorti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.


(1)  ĠU C 22, 22.01.2018.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/4


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2017 minn Grupo Osborne S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-350/13, Jordi Nogués vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO)

(Kawża C-651/17 P)

(2018/C 190/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Grupo Osborne S.A. (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Jordi Nogués S.L. u L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ April 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Grupo Osborne S.A. tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/4


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2017 minn Grupo Osborne S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-386/15, Jordi Nogués vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO)

(Kawża C-652/17)

(2018/C 190/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Grupo Osborne S.A. (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Jordi Nogués S.L. u L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet mogħti fit-12 ta’ April 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Grupo Osborne S.A. ibati l-ispejjeż tiegħu.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/5


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2017 minn RF mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-880/16, RF vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-660/17 P)

(2018/C 190/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: RF (rappreżentanti: K. Komar-Komarowski, radca prawny)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat u tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex teżaminaha mill-ġdid kif ukoll tadotta deċiżjoni dwar il-mertu, li tista’ tiġi appellata.

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tistabbilixxi, li l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-kawża huma ssodisfatti, tannulla d-digriet appellat u tilqa’ fit-totalità tagħhom it-talbiet imressqa fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 53 ta’ dan l-istess statut, minħabba interpretazzjoni żbaljata. Meta kkonstatat li l-kunċett ta’ “forza maġġuri” u l-kunċett ta’ “każ fortuwitu” kienu kunċetti li kellhom sens identiku, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ razzjonalità tal-leġiżlatur. Dan il-fehim taż-żewġ kunċetti wkoll imur kontra l-għan tal-Artikolu 45 tal-Istatut, li huwa intiż sabiex jiżgura l-armonizzazzjoni tad-differenzi li jirriżultaw mid-distanza (bejn id-domiċilju tal-partijiet u s-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja). Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni, b’mod inġustifikat, tal-każ fortuwitu li pprekluda lill-appellanti mill-possibbiltà li tippreżenta l-verżjoni stampata (l-oriġinali) tar-rikors.

2)

Motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015, minħabba interpetazzjoni żbaljata. Minkejja li l-kundizzjonijiet ma kinux issodisfatti, il-Qorti Ġenerali applikat l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura u mingħajr ebda motiv ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti bħala manifestament inammissibbli. Il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 126 tar-Regolament kien konsegwenza inevitabbli u evidenti tal-ksur tal-Artikolu 45, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tal-Istatut.

3)

Motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-affermazzjoni li l-appellanti ma wrietx l-eżistenza ta’ każ fortuwitu fis-sens tat-tieni paragrafau tal-Artikolu 45 tal-Istatut. L-appellanti kienet uriet l-eżistenza ta’ każ fortuwitu. F’dawn iċ-ċirkustanzi hija mhux biss ippreżentat iktar provi minn kemm kien neċessarju, iżda wkoll ipproduċiet il-provi kollha aċċessibbli għaliha. Sabiex tiggarantixxi l-kunsinna fil-ħin tal-ittra li kienet tinkludi r-rikors, l-apellanti pprovat id-diliġenza li setgħet kienet raġonevolment mistennija minnha. Fil-mument tal-preżentata tal-ittra, l-appellanti tilfet l-influwenza tagħha fuq il-proċess ta’ kunsinna; minn dan il-mument, iċ-ċirkustanzi li għandhom influwenza fuq it-terminu tal-kunsinna kienu totalment esterni għall-appellanti.

4)

Motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1, tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, billi l-Qorti Ġenerali kienet ostakolat l-aċċess ġuridiku tal-partijiet u ddiskriminat dawn tal-aħħar minħabba d-domiċilju jew is-sede tagħhom. L-adozzjoni mill-Qorti Ġenerali ta’ terminu ta’ distanza uniku għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni hija ostakolu għall-aċċess għall-Qorti Ġenerali għall-partijiet li jirrisjedu jew għandhom is-sede f’distanza kunsiderevoli mis-sede tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-provinċji tal-pajjiżi tagħhom, ħaġa li tikkostitwixxi diskriminazzjoni għall-partijiet fil-kawża bbażata fuq il-post ta’ residenza tagħhom.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Frar 2018 – Logistik XXL GmbH vs CMR Transport & Logistik

(Kawża C-135/18)

(2018/C 190/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Logistik XXL GmbH

Konvenuta: CMR Transport & Logistik

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward ta’ sentenza li tikkundanna, mingħajr limitazzjoni u mingħajr kundizzjoni, lill-konvenut għal ħlas u li kontra tagħha ġie ppreżentat rikors ordinarju fl-Istat Membru ta’ oriġini jew li fir-rigward tagħha t-terminu għall-preżentata ta’ tali rikors għadu ma skadiex, il-fatt li l-qorti ta’ oriġini tordna li s-sentenza tkun provviżorjament eżegwibbli biss permezz tal-għoti ta’ garanzija jikkostitwixxi kundizzjoni fis-sens tal-punt 4.4 tal-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1)?

2)

Sa fejn l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: dan jgħodd ukoll meta, fl-Istat Membru ta’ oriġini, l-eżekuzzjoni kawtelatorja tas-sentenza ddikjarata provviżorjament eżegwibbli tkun possibbli mingħajr ma tkun ingħatat il-garanzija?

3)

Sa fejn it-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

(a)

Fil-każ ta’ deċiżjoni li tinkludi obbligu eżekuttiv u li kontra tagħha ġie ppreżentat rikors ordinarju fl-Istat Membru ta’ oriġini jew li fir-rigward tagħha t-terminu għall-preżentata ta’ tali rikors għadu ma skadiex, kif għandha tipproċedi l-qorti ta’ oriġini f’dak li jirrigwarda l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, meta, minħabba l-għoti tas-sentenza jew minħabba dispożizzjoni leġiżlattiva, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini tista’ sseħħ biss wara l-għoti ta’ garanzija?

(b)

F’dan il-każ, il-qorti ta’ oriġini għandha toħroġ iċ-ċertifikat billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, mingħajr ma tagħti l-informazzjoni prevista fil-punti 4.4.1 sa 4.4.4?

(c)

F’dan il-każ, il-qorti ta’ oriġini hija awtorizzata, billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, toħroġ iċ-ċertifikat b’mod li tiġi inkluża – pereżempju fil-punti 4.4.1 sa 4.4.3 tal-formola – informazzjoni addizzjonali rigward l-għoti tal-garanzija meħtieġa u tehmeż mal-formola t-test tad-dispożizzjoni leġiżlattiva?

4)

Sa fejn it-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv:

(a)

Kif għandha tipproċedi l-qorti ta’ oriġini f’dak li jirrigwarda l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, meta, fl-Istat Membru ta’ oriġini, skont dispożizzjoni leġiżlattiva, l-eżekuzzjoni kawtelatorja hija awtorizzata biss wara l-iskadenza ta’ terminu?

(b)

F’dan il-każ, il-qorti ta’ oriġini hija awtorizzata, billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, toħroġ iċ-ċertifikat b’mod li tiġi inkluża – pereżempju fil-punti 4.4.1 sa 4.4.3 tal-formola – informazzjoni addizzjonali rigward dan it-terminu u tehmeż mal-formola t-test tad-dispożizzjoni leġiżlattiva?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fis-27 ta’ Frar 2018 – Violeta Villar Láiz vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

(Kawża C-161/18)

(2018/C 190/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Violeta Villar Láiz

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

Domandi preliminari

1)

Skont il-liġi Spanjola, il-pensjoni tal-irtirar għandha tiġi kkalkolata billi, fuq l-ammont bażiku kkalkolat fuq is-salarji tal-aħħar snin, tiġi applikata perċentwali li tiddependi min-numru ta’ snin ta’ kontribuzzjonijiet matul il-ħajja kollha tax-xogħol. Għandu jitqies li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 247(a) u fl-Artikolu 248(3) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), li tnaqqas in-numru ta’ snin li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tal-perċentwali fil-każ ta’ perijodi ta’ xogħol part-time, hija kuntrarja għall-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (1)? L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE jirrikjedi li n-numru ta’ snin ta’ kontribuzzjoni meħuda inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ffissata l-perċentwali applikabbli għall-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar għandu jkun iddeterminat bl-istess mod għall-ħaddiema full-time u part-time?

2)

Dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija wkoll kuntrarju għall-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’tali mod li l-qorti nazzjonali hija marbuta li tiżgura l-effett sħiħ tal-Karta u li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tad-dritt nazzjonali inkwistjoni, mingħajr ma titlob jew tistenna t-tneħħija tagħhom mil-leġiżlatur jew permezz ta’ kwalunkwe proċedura oħra kostituzzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Marzu 2018 – Safeway Ltd vs Andrew Richard Newton, Safeway Pension Trustees Ltd

(Kawża C-171/18)

(2018/C 190/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Safeway Ltd

Konvenuti: Andrew Richard Newton, Safeway Pension Trustees Ltd

Domanda preliminari

Meta r-regoli ta’ skema tal-pensjoni jagħtu s-setgħa, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali, permezz ta’ emenda tal-att li jikkostitwixxi l-iskema bħala trust, sabiex jitnaqqas retroattivament il-valur tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba kemm tal-ħaddiema rġiel kif ukoll tan-nisa għal perijodu bejn id-data tal-komunikazzjoni bil-miktub tat-tibdil previst fl-iskema u d-data ta’ meta l-att li jikkostitwixxi l-iskema bħala trust effettivament jiġi emendat, l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien u li kien fil-mument tal-fatti l-Artikolu 119 tat-Trattat ta’ Ruma) jeħtieġ li d-drittijiet għall-pensjoni miksuba kemm tal-ħaddiema rġiel kif ukoll tan-nisa għandhom jitqiesu għal dan il-perijodu bħala irrevokabbli, fis-sens li d-drittijiet għall-pensjoni tagħhom huma protetti minn tnaqqis retroattiv b’riżultat tas-setgħa mogħtija mid-dritt nazzjonali?


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Marzu 2018 – AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree vs Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

(Kawża C-172/18)

(2018/C 190/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree

Konvenuti: Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

Domandi preliminari

F’ċirkustanzi fejn impriża hija stabbilita u ddomiċiljata fi Stat Membru A u ħadet miżuri f’dak it-territorju sabiex tirreklama u toffri għal bejgħ prodotti taħt sinjal identiku għal trade mark tal-Unjoni permezz ta’ sit internet intiż għal kummerċjanti u għal konsumaturi ta’ Stat Membru B:

i)

qorti tat-trade marks tal-Unjoni fi Stat Membru B għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq azzjoni ta’ ksur tat-trade mark tal-Unjoni minħabba dan ir-reklamar u din l-offerta għal bejgħ ta’ prodotti f’dak it-territorju?

ii)

fil-każ ta’ risposta negattiva, xi kriterji oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni minn dik il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni sabiex tiddetermina jekk għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq tali azzjoni?

iii)

sa fejn ir-risposta għal (ii) tirrikjedi li l-qorti tat-trade marks tal-Unjoni tidentifika jekk l-impriża ħaditx miżuri attivi fl-Istat Membru B, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk l-impriża ħaditx tali miżuri attivi?


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-16 ta’ Marzu 2018 – KN vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-191/18)

(2018/C 190/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KN

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl:

a)

tan-notifika mwettqa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 50 TUE;

b)

tal-inċertezza fir-rigward tal-arranġamenti li ser jiġu implimentati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit biex jiġu rregolati r-relazzjonijiet tagħhom wara t-tluq tar-Renju Unit mill-UE; u

c)

tal-inċertezza konsegwenti dwar sa liema punt KN, fil-prattika, ikun jista’ jgawdi d-drittijiet tiegħu mogħtija mit-Trattati, mill-Karta jew mil-leġiżlazzjoni rilevanti, fil-każ li jiġi kkonsenjat lir-Renju Unit u jibqa’ l-ħabs wara t-tluq tar-Renju Unit mill-UE,

Stat Membru li jirċievi talba għal konsenja huwa obbligat, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, li jiċħad il-konsenja lir-Renju Unit ta’ persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, li l-konsenja tagħha tkun, f’ċirkustanzi oħra, obbligatorja taħt id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru,

(i)

fil-każijiet kollha?

(ii)

f’ċerti każijiet, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?

(iii)

fl-ebda każ?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun dik mogħtija taħt il-punt (ii), liema huma l-kriterji jew il-kunsiderazzjonijiet li qorti fl-Istat Membru li jkun irċieva talba għal konsenja għandha tevalwa sabiex tiddetermina jekk il-konsenja hijiex ipprojbita?

3)

Fil-kuntest tat-tieni domanda, il-qorti fl-Istat Membru li jkun irċieva talba għal konsenja hija obbligata tipposponi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew sabiex tistenna ċarezza ikbar dwar is-sistema legali rilevanti li għandha tiġi implimentata wara li l-Istat Membru rilevanti li jkun irċieva talba għal konsenja jkun ħareġ mill-Unjoni

(i)

fil-każijiet kollha?

(ii)

f’ċerti każijiet, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?

(iii)

fl-ebda każ?

4)

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun dik mogħtija taħt il-punt (ii), liema huma l-kriterji jew il-kunsiderazzjonijiet li qorti fl-Istat Membru li jkun irċieva talba għal konsenja għandha tevalwa sabiex tiddetermina jekk hijiex obbligata tipposponi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Jadran Dodič vs BANKA KOPER, ALTA INVEST

(Kawża C-194/18)

(2018/C 190/13)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jadran Dodič

Konvenuti: BANKA KOPER, ALTA INVEST

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li trasferiment bħal dak li nħoloq fiċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, li kien jinkludi l-istrumenti finanzjarji u l-attivitajiet patrimonjali l-oħra tal-klijenti (b’mod speċifiku, it-titoli), il-kontabbiltà relatata mat-titoli ta’ kreditu immaterjali tal-klijenti u servizzi finanzjarji u aċċessorji oħra, kif ukoll l-arkivju, għandu jiġi kkwalifikat bħala trasferiment legali ta’ impriża jew ta’ parti minn impriża, fid-dawl tal-fatt li, wara l-waqfien mill-attività ta’ senserija fil-borża min-naħa tal-ewwel konvenuta, it-trasferiment tal-provvista ta’ dawn is-servizzi lit-tieni konvenuta kien jiddependi, b’mod definittiv, mid-deċiżjoni tal-kontraenti (il-klijenti)?

2)

Fiċ-ċirkustanzi msemmija, wara l-waqfien mill-attività ta’ senserija fil-borża min-naħa tal-ewwel konvenuta, huwa determinanti n-numru ta’ kontraenti li lilhom it-tieni konvenuta attwalment tipprovdi l-imsemmija servizzi?

3)

Il-fatt li l-ewwel konvenuta tkompli fl-attivitajiet tagħha mal-kontraenti fil-kapaċità tagħha bħala kumpannija ta’ promozzjoni finanzjarja mhux indipendenti u, fl-ambitu ta’ tali funzjoni, tikkoopera mat-tieni konvenuta, ikollu b’xi mod inċidenza fuq il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ stabbiliment?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Raúl Vítor Soares de Sousa vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-196/18)

(2018/C 190/14)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Raúl Vítor Soares de Sousa

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku l-Artikolu 110 TFUE, jipprekludi regola fiskali, bħall-Artikolu 2(1)(a) u (b) tal-Código do Imposto Único de Circulação (il-Kodiċi tat-Taxxa Unika ta’ Ċirkolazzjoni), li tintaxxa b’mod ogħla vetturi tal-istess ditta, mudell, modalità ta’ kombustjoni u età, għar-raġuni li dawn ikunu ġew irreġistrati fi Stati Membri oħra?


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Marzu 2018 – CeDe Group AB vs KAN Sp. z o.o. (fi stralċ)

(Kawża C-198/18)

(2018/C 190/15)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CeDe Group AB

Konvenuta: KAN Sp. z o.o. (fi stralċ)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1346/2000 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha azzjoni quddiem qorti Svediża mill-istralċarju ta’ kumpannija Pollakka suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza fil-Polonja, imressqa kontra kumpannija Svediża, għal ħlas ta’ merkanzija kkonsenjata skont kuntratt li dawn il-kumpanniji kkonkludew qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza?

2)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-fatt li l-istralċarju jittraferixxi t-talba għal kreditu kontenzjuża lil kumpannija, li ssir parti fil-proċeduri minflok l-istralċarju, huwa ta’ importanza?

3)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, il-fatt li l-kumpannija li b’hekk issir parti fil-proċeduri insegwitu tkun hija stess suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza, huwa ta’ importanza?

4)

Jekk f’sitwazzjoni bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda, il-konvenuta ssostni li t-talba għal kreditu kontriha invokata mill-istralċarju għandha tkun ikkumpensata b’talba kuntrarja għal kreditu li ġejja mill-istess kuntratt, din is-sitwazzjoni ta’ kumpens taqa’ taħt l-Artikolu 4(2)(d)?

5)

L-Artikoli 4(2)(d) u 6(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) huma applikabbli biss jekk il-liġi tal-Istat ta’ ftuħ ma tippermettix il-kumpens, jew l-Artikolu 6(1) jista’ japplika f’ċirkustanzi oħra, per eżempju fejn hemm differenza biss bejn l-ordinamenti legali rilevanti dwar id-dritt għal kumpens fejn ma hemm l-ebda differenza, iżda dak il-kumpens huwa, minkejja dan, irrifjutat fl-Istat tal-ftuħ?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191)


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/12


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-209/18)

(2018/C 190/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 14(1), 15(1) u 2(b) u (ċ), u (3) kif ukoll l-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern (1) u taħt l-Artikoli 49 u 56 TFUE, peress li żammet fis-seħħ rekwiżiti dwar is-sede ta’ kumpannija legali fil-qasam tal-privattivi, skont l-Artikolu 29a(7) flimkien mal-Artikolu 2(1)(c) tal-Patentanwaltsgesetz (il-Liġi dwar il-Konsulenti fil-Qasam tal-Privattivi, iktar ’il quddiem il-“PatAnwG”), u ta’ kumpannija tal-inġinerija ċivili, skont l-Artikolu 25(1) taż-Ziviltechnikergesetz (il-Liġi dwar il-Periti u l-Inġinieri Ċivili, iktar ’il quddiem iż-“ZTG”), il-forma ġuridika u l-parteċipazzjoni fl-assi ta’ kumpannija tal-inġinerija ċivili, skont l-Artikoli 26(1) u 28(1) taż-ZTG, ta’ kumpannija legali fil-qasam tal-privattivi, skont l-Artikolu 29a(1), (2) u (11) tal-PatAnwG, u ta’ kumpannija veterinarja, skont l-Artikolu 15a(1) tat-Tierärztegesetz (il-Liġi dwar il-Veterinarji), kif ukoll ir-restrizzjoni ta’ attivitajiet multidixxiplinari għal kumpannija tal-inġinerija ċivili, skont l-Artikolu 21(1) taż-ZTG, u ta’ kumpannija legali fil-qasam tal-privattivi, skont l-Artikolu 29a(6) tal-PatAnwG.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li:

Id-dritt Awstrijak fih rekwiżiti dwar is-sede ta’ kumpanniji professjonali tal-inġinerija ċivili u ta’ avukati fil-qasam tal-privattivi, li jiksru l-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern. Ir-regoli jiddiskriminaw direttament fuq il-bażi tas-sede tal-kumpannija u indirettament fuq il-bażi tan-nazzjonalità tal-azzjonisti tagħha.

Ir-rekwiżiti fuq il-forma ġuridika u l-parteċipazzjoni fl-assi ta’ kumpannija ta’ inġiniera ċivili, ta’ avukati fil-qasam tal-privattivi u ta’ veterinarji jxekklu kemm il-fornituri Awstrijaki ta’ servizzi kif ukoll l-istabbiliment ta’ fornituri ġodda ta’ servizzi minn Stati Membri oħra li huma limitati fil-possibilitajiet tagħhom sabiex iwaqqfu stabbiliment sekondarju fl-Awstrija sakemm ma jadattawx l-istrutturi organizzattivi tagħhom għal dawn ir-regoli.

Ir-regoli Awstrijaċi li jirrikjedu li l-kumpanniji professjonali rispettivi jkunu limitati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukati fil-qasam tal-privattivi u tal-professjoni ta’ inġinier ċivili, huma kuntrarji għall-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern peress li dawn jillimitaw kemm l-istabbiliment sekondarju ta’ kumpanniji professjonali multidixxiplinari minn Stati Membri oħra fl-Awstrija kif ukoll l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpanniji professjonali Awstrijaċi. L-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi li jippermettu lill-kumpanniji joffru firxa wiesgħa ta’ servizzi huwa wkoll imxekkel.


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu (ir-Repubblika Ċeka) fis-26 ta’ Marzu 2018 – Libuše Králová vs Primera Air Scandinavia

(Kawża C-215/18)

(2018/C 190/17)

Lingwa tal-kawża: ic-Ċek

Qorti tar-rinviju

Obvodní soud pro Prahu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Libuše Králová

Konvenuta: Primera Air Scandinavia

Domandi preliminari

1)

Kienet teżisti relazzjoni kuntrattwali bejn ir-rikorrenti u l-konvenuta fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1) dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali minkejja li dawn ma kkonkludewx kuntratt u li t-titjira kienet tifforma parti minn pakkett ta’ servizzi pprovduti abbażi ta’ kuntratt konkluż bejn ir-rikorrenti u terza persuna (aġenzija tal-ivvjaġġar)?

2)

Din ir-relazzjoni tista’ tiġi kkwalifikata bħala relazzjoni li taqa’ taħt kuntratt konkluż minn konsumatur fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 15 sa 17 tat-Taqsima 4 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali?

3)

Il-konvenuta għandha l-kwalità li tiġi mħarrka għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4, p. 42.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Marzu 2018 – Minister for Justice and Equality vs LM

(Kawża C-216/18)

(2018/C 190/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: LM

Domandi preliminari

1)

Minkejja l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Aranyosi u Căldăraru, fejn qorti nazzjonali tiddetermina li hemm prova konvinċenti li l-kundizzjonijiet fl-Istat Membru emittenti huma inkompatibbli mad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq minħabba li s-sistema ġudizzjarja nnifisha fl-Istat Membru emittenti ma għadhiex topera taħt l-istat tad-dritt, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha twettaq evalwazzjoni ulterjuri, b’mod speċifiku u preċiż, fir-rigward tat-tqegħid tal-individwu kkonċernat għar-riskju ta’ proċess inġust meta s-smigħ tal-kawża tiegħu se jseħħ fi ħdan sistema li ma għadhiex topera fl-istat tad-dritt?

2)

Jekk il-kriterju li għandu jiġi applikat jeħtieġ evalwazzjoni speċifika tar-riskju reali tal-persuna rikjesta ta’ ċaħda flagranti tal-ġustizzja u fejn il-qorti nazzjonali kkonkludiet li hemm ksur sistemiku tal-istat tad-dritt, il-qorti nazzjonali, bħala l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, hija obbligata li tirreferi lura għall-awtorità ġudizzjarja emittenti għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri meħtieġa li tista’ tippermetti lill-qorti nazzjonali li teskludi l-eżistenza tar-riskju ta’ proċess inġust u, jekk iva, liema garanziji għal smigħ xieraq għandhom ikunu meħtieġa?


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-29 ta’ Marzu 2018 – GRDF SA vs Eni Gas & Power France SA, Direct énergie, Commission de régulation de l’énergie, Procureur général près la Cour d’appel de Paris

(Kawża C-236/18)

(2018/C 190/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GRDF SA

Konvenuti: Eni Gas & Power France SA, Direct énergie, Commission de régulation de l’énergie, Procureur général près la Cour d’appel de Paris

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(11) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jeħtieġu li awtorità regolatorja, li tirriżolvi tilwima, ikollha s-setgħa li tagħti deċiżjoni li tapplika għall-perijodu kollu kopert mit-tilwima li biha tkun adita, irrispettivament mid-data ta’ meta din tkun inqalgħet bejn il-partijiet, b’mod partikolari billi tiddeduċi l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità ta’ kuntratt mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva permezz ta’ deċiżjoni li l-effetti tagħha jkopru l-perijodu kuntrattwali kollu?


(1)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU 2009 L 211, p. 94).


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-3 ta’ April 2018 – Pauline Stiernon, Marion Goraguer, Muriel Buccarello, Clémentine Vasseur, Manon Pirotton, Anissa Quotb vs Etat belge SPF Santé publique, Communauté française de Belgique

(Kawża C-237/18)

(2018/C 190/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pauline Stiernon, Marion Goraguer, Muriel Buccarello, Clémentine Vasseur, Manon Pirotton, Anissa Quotb

Konvenuti: Etat belge SPF Santé publique, Communauté française de Belgique

Domanda preliminari

Sa fejn id-Digriet Irjali tat-02/07/2009 li jistabbilixxi l-lista ta’ professjonijiet paramediċi ma jinkludix it-terapija psikomotorja bħala professjoni paramedika filwaqt li ġiet maħluqa lawrea ta’ Baċellerat fit-terapija psikomotorja fil-Belġju, fejn b’hekk ikun hemm restrizzjoni tal-libertà ta’ moviment tal-persuni, tad-dritt għal-libertà professjonali u tad-dritt għax-xogħol, dan jikser l-Artikoli 20, 21 u 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/15


Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 minn Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-1 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-423/14, Larko vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-244/18 P)

(2018/C 190/21)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (rappreżentanti: I. Dryllerakis, I. Soufleros, E. Triantafyllou, G. Psaroudakis, E. Rantos u N. Korogiannakis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tilqa’ l-appell.

Tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali għal trattazzjoni ġdida, bir-riżerva tal-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka l-erba’ aggravji segwenti:

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-konklużjoni li l-miżura Nru 3 kienet tagħti vantaġġ lill-appellanti, permezz ta’ applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ investitur privat.

2.

It-tieni agravju, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 107(1) TFUE u 296(2) TFUE fir-rigward tal-konklużjoni li l-miżuri Nru 2 u 4 kienu jagħtu vantaġġ lill-appellanti. F’dak li jikkonċerna l-miżura Nru 2 (garanzija tal-2008): interpretazzjoni żbaljata tal-kriterju ratione temporis tal-kunċett ta’ impriża f’diffikultà. Interpretazzjoni żbaljata tal-kriterju tar-remunerazzjoni tal-garanzija. F’dak li jikkonċerna l-miżura Nru 4 (garanzija tal-2010): a) nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-għoti tal-garanzija bħala prassi kurrenti; b) nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tad-dannu irreparabbli li l-appellanti allegatament sostniet; ċ) nuqqas ta’ motivazzjoni u ksur tal-Aritkolu 107(1) TFUE kif ukoll tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-garanzija u l-ammont tal-kummissjoni; d) nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-pożizzjoni partikolari tan-National Bank of Greece SA (ETE) bħala azzjonist privat.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 107(3)(b) u 296(2) TFUE fir-rigward tal-konklużjoni li l-miżura Nru 6 kienet inkompatibbli mas-suq komuni. a) Fir-rigward tal-issuġġettar għall-qafas temporanju tal-2011; b) fir-rigward tal-issuġġettar għal-Linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni.

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u l-Artikolu 296(2) TFUE f’dak li jirrigwarda l-kwantifikazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għall-miżuri 2, 4 u 6. F’dak li jirrigwarda l-punti li ntlaqgħu fis-sentenza appellata fir-rigward tal-ispeċifiċitajiet tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/16


Appell ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-1 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-506/15, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-252/18 P)

(2018/C 190/22)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou, A. Vasilopoulou u E. Chroni)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tilqa’ l-appell tagħha, tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-506/15, kif ġie espost speċifikatamernt fl-appell tagħha, tilqa’ r-rikors ippreżentat mir-Repubblika Ellenika fid-29 ta’ Awwissu 2015 skont l-appell tagħha, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/1119/UE tat-22 ta’ Ġunju 2015, sa fejn din timponi a) aġġustamenti finanzjarji u ta’ darba u b’rata fissa ta’ EUR 313 483 531,71 għas-snin ta’ talbiet 2009, 2010 u 2011 fil-qasam tal-għajnuna diretta marbuta mas-superfiċji u b) korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 2 %, fir-rigward tal-kundizzjonalità, fis-sena ta’ talba 2011, u tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji:

A.

Sa fejn is-sentenza appellata teżamina l-ewwel u t-tieni motiv, dwar il-korrezzjoni ta’ 25 % tal-għajnuna skont is-superfiċji (punti 48-140 tas-sentenza appellata).

L-ewwel aggravju jirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004, rigward id-definizzjoni ta’ mergħat, u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE, kif ukoll motivazzjoni insuffiċjenti u inadegwata tas-sentenza appellata.

It-tieni aggravju jirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-Linji gwida (dokument VI/5530/1997) u tikkonċerna l-eżistenza tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 25 %, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikoli 43, 44 u 137 tar-Regolament Nru 73/2009, għal motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorju tas-sentenza appellata, għall-ksur tal-prinċipju tal-opportunitajiet ugwali tal-partijiet u għat-tibdil fir-rapport ta’ sinteżi.

B.

Sa fejn is-sentenza appellata teżamina t-tielet aggravju, dwar l-impożizzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % għal nuqqas ta’ konformità tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-porzjonijiet agrikoli (SIPA) (punti 141 sa 162 tas-sentenza appellata).

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità, tal-amministrazzjoni tajba, tad-drittijiet ta’ difiża tal-amministrat, ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 296 TFUE u ta’ motivazzjoni mhux suffiċjenti.

C.

Sa fejn is-sentenza appellata teżamina r-raba’ aggravju, dwar l-impożizzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 2 % (punti 163 sa 183 tas-sentenza appellata).

Ir-raba’ aggravju jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1122/2009 u tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 796/2004, motivazzjoni mhux suffiċjenti tas-sentenza appellata, kif ukoll żnaturament tal-kontenut tar-rikors.

D.

Sa fejn is-sentenza appellata teżamina l-ħames aggravju, dwar is-sistema ta’ kundizzjonalità (punti 184 sa 268 tas-sentenza appellata).

Il-ħames aggravju jikkonċerna l-interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 885/2006 u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005, kif ukoll motivazzjoni mhux suffiċjenti tas-sentenza appellata.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Die Länderbahn GmbH DLB vs DB Station & Service AG

(Kawża C-344/16) (1)

(2018/C 190/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2018 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs PT Wilmar Bioenergi Indonesia, PT Wilmar Nabati Indonesia, Commission européenne, European Biodiesel Board (EBB)

(Kawża C-603/16) (1)

(2018/C 190/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 31.01.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2018 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs PT Pelita Agung Agrindustri, Il-Kummisjsoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

(Kawża C-604/16) (1)

(2018/C 190/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2018 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs PT Ciliandra Perkasa, Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

(Kawża C-605/16 P) (1)

(2018/C 190/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2018 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas), Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

(Kawża C-606/16 P) (1)

(2018/C 190/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/18


Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Synthon BV vs Astellas Pharma Inc.

(KawżaC-644/16) (1)

(2018/C 190/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/19


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-170/17) (1)

(2018/C 190/29)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/19


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Heinrich Denker vs Gemeinde Thedinghausen, fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

(Kawża C-206/17) (1)

(2018/C 190/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Stadtwerke Delmenhorst GmbH vs Manfred Bleckwehl

(Kawża C-309/17) (1)

(2018/C 190/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Eżekuzzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ kontra Arkadiusz Piotr Lipinski

(Kawża C-376/17) (1)

(2018/C 190/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-383/17) (1)

(2018/C 190/33)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – British American Tobacco (Germany) GmbH vs Freie und Hansestadt Hamburg

(Kawża C-439/17) (1)

(2018/C 190/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Passenger Rights sp. z o.o. vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-490/17) (1)

(2018/C 190/35)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Anja Oehlke, Wolfgang Oehlke vs TUIfly GmbH

(Kawża C-533/17) (1)

(2018/C 190/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-605/17) (1)

(2018/C 190/37)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2018


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – Germanwings GmbH vs Emina Pedić

(Kawża C-636/17) (1)

(2018/C 190/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġemaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Marzu 2018 – Confédération européenne des associations d'horlogers-réparateurs (CEAHR) vs Il-Kummissjoni Ewropea, LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SA, Rolex, SA, The Swatch Group SA

(Kawża C-3/18 P) (1)

(2018/C 190/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018


Il-Qorti Ġenerali

4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2018 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs EUIPO (Forma ta’ pompa tal-petrol)

(Kawża T-339/15 u T-343/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade marks tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ pompa tal-petrol - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Atti li jsostnu b’mod sħiħ it-talbiet tar-rikorrenti - Deċiżjoni tar-rinviju tal-Bord tal-Appell - Natura vinkolanti tal-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 190/40)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Siciarek, J. Rasiewicz u M. Kaczmarska, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u E. Sliwinska, aġenti)

Suġġett

Ħames rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2015 (Każijiet R 2245/2014-5, R 2247/2014-5, R 2248/2014-5, R 2249/2014-5 u R 2250/2014-5), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ sinjali tridimensjonali li jikkonsistu fil-forma ta’ pompa tal-petrol bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-339/15 sa T-343/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli għall-prodotti u s-servizzi li ma humiex parti mill-firxa abitwali tal-pompi tal-petrol (il-fjuwil tal-avjazzjoni, il-kokk tal-pitrolju, ix-xileni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-fjuwil).

3)

Id-Deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ April 2015 (Każijiet R 2245/2014-5, R 2247/2014-5, R 2248/2014-5, R 2249/2014-5 u R 2250/2014-5) huma annullati għall-prodotti u s-servizzi għajr dawk li ma humiex parti mill-firxa abitwali tal-pompi tal-petrol (il-fjuwil tal-avjazzjoni, il-kokk tal-pitrolju, ix-xileni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-fjuwil) u li huma koperti mit-trade marks mitluba.

4)

EUIPO hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u erba’ minn ħamsa tal-ispejjeż ta’ Polski Koncern Naftowy Orlen SA, u din tal-aħħar għandha tbati waħda minn ħamsa mill-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2018 – Asia Leader International (Cambodia) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/15) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini - Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament (UE) Nru 2015/776 - Evażjoni - Trasbord - Artikolu 13(1) u (2) u Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li saru Artikolu 13(1) u (2) u Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036”))

(2018/C 190/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asia Leader International (Cambodia) Co. Ltd (Tai Seng SEZ, il-Kambodja) (rappreżentanti: A. Bochon, avukat, u R. MacLean, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776 tat-18 ta’ Mejju 2015 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le (ĠU 2015, L 122, p. 4), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Asia Leader International (Cambodia) Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Shanxi Taigang Stainless Steel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-675/15) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan - Dazju antidumping definittiv - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1429 - Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament 2016/1036] - Valur normali - Għażla tal-pajjiż terz xieraq - Aġġustamenti - Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(10(k) tar-Regolament 2016/1036] - Kalkolu tal-marġni ta’ dumping - Aġġustamenti - Artikolu 3(2)(6) u (7) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 3(2)(6) U (7) tar-Regolament 2016/1036] - Preġudizzju - Rabta kawżali”))

(2018/C 190/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd (Taiyuan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, u F. Carlin, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Killick, G. Forwood, barristers, u C. Van Haute, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 224, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2018 – holyGhost vs EUIPO

(Kawża T-439/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali holyGhost - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HOLY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 190/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: holyGhost GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wiedemann u D. Engbrink, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Schifko, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zurich, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Mejju 2016 (Każ R 2867/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CBM u holyGhost.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HolyGhost GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2018 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (BOBO cornet)

(Kawża T-648/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BOBO cornet - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea OZMO cornet - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 190/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentant: T. Tsenova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Lulju 2016 (Każ R 906/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret u E. Zaharieva.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2018 – Mitrakos vs EUIPO – Belasco Baquedano (YAMAS)

(Kawża T-15/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea YAMAS - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti LLAMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 190/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dimitrios Mitrakos (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: D. Bakopanou, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kusturovic u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Juan Ignacio Belasco Baquedano (Viana, Spanja) (rappreżentant: P. Merino Baylos, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 532/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. I. Belasco Baquedano u D. Mitrakos.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dimitrios Mitrakos huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2018 – Rintisch vs EUIPO – Compagnie laitière européenne (PROTICURD)

(Kawża T-25/17) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali PROTICURD - Tarde marks nazzjonali verbali preċedenti PROTI u PROTIPLUS - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Proti Power - Raġuni relattiva għal rifjut - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001) - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001] - Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”])

(2018/C 190/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie laitière européenne SA (Condé-sur-Vire, Franza)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2016 (Każ R 247/2016-4), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn B. Rintisch u l-Compagnie laitière européenne.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2018 – Alba Aguilera et vs SEAE

(Kawża T-119/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Membri tal-persunal temporanju - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Evalwazzjoni annwali tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien - Deċiżjoni li tnaqqas l-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fl-Etjopja minn 30 għal 25 % - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Responsabbiltà - Danni morali”))

(2018/C 190/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ruben Alba Aguilera (Addis Ababa, l-Etjopja) u l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tas-SEAE li isimhom huwa inkluż fl-Anness (rappreżentant: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuti: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentant: S. Marquardt u R. Spac, aġenti, assisti minn M. Troncoso Ferrer, F. M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukat)

Suġġett

Talba li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tas-SEAE tad-19 ta’ April 2016 li tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallsa lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fl-Etjopja u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni morali allegatament subiti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-19 ta’ April 2016 li tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallsa lill-persunal tal-Unjoni assenjat fl-Etjopja, minn 30 għal 25 %, tal-ammont ta’ riferiment, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2018 – Bielawski vs EUIPO (HOUSE OF CARS)

(Kawża T-364/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali HOUSE OF CARS - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali”))

(2018/C 190/48)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Marcin Bielawski (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2017 (Każ R 2047/2016-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HOUSE OF CARS bħala trade tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marcin Bielawski huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2018 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL)

(Kawża T-185/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 190/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorreni: Make up for ever (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Caron, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: L’Oréal SA (Paris) (rappreżentant: S. Micallef, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2016 (Każ R 3222/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn L’Oréal u Make up for ever.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Make up for ever u L’Oreal SA huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2018 – Make up for ever vs EUIPO

(Kawża T-320/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 190/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Make up for ever (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Caron, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: L’Oréal SA (Paris) (rappreżentant: S. Micallef, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 985/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn L’Oréal u Make up for ever.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Make up for ever u L’Oréal SA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2018 – ABES vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-813/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Portugiżi favur entità li tipprovdi servizzi soċjali għall-anzjani - Proċedura preliminari ta’ investigazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Rikors li jqiegħed inkwistjoni l-fondatezza tal-miżura kontenzjuża - Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà”))

(2018/C 190/51)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Abes – companhia de assistência, bem-estar e serviços para seniores, Lda (São Pedro de Tomar, il-Portugall) (rappreżentant: N. Mimoso Ruiz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u M. J. Castanheira Neves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 5054 finali tad-9 ta’ Awwissu 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38920 (2014/NN), li tiddikjara, fi tmiem il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni, li s-sussidju mogħti lil Santa Casa de Misericórdia de Tomar ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Abes – companhia de assistência, bem-estar e serviços para seniores, Lda hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2018 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (Лидер)

(Kawża T-386/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Лидер - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2018/C 190/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2017 (Każ R 2066/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Лидер bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/30


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-138/18)

(2018/C 190/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-OLAF tipproduċi b’mod komplet u sħiħ in-nota tad-19 ta’ Marzu 2003 ippreżentata fil-Kawża Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni (T-48/05) quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 1 102 291,68 (miljun, mija u elfejn, mitejn u wieħed u disgħin euro u tmienja u sittin ċenteżmu) bħala kumpens għad-danni sostnuti, jew somma verjuri, imqassma kif ġej:

għad-dannu morali sostnut mill-fatt li qatt ma nstema’ dwar il-fatti li mmotivaw il-proċeduri kontrieh, is-somma ta’ EUR 60 000;

għad-danni sostnuti minħabba l-aġir illegali, mhux iġġustifikat u sproporzjonat tal-Kummissjoni Ewropea li pproċediet bi proċeduri infondati u mingħajr elementi materjali:

is-somma ta’ EUR 39 293,38 għad-dannu materjali rigwardanti l-ispejjeż tal-avukati;

is-somma ta’ EUR 872,74 għad-dannu materjali rigwardanti l-ispejjeż tal-ivvjaġġar;

is-somma ta’ EUR 500 000 għad-dannu morali rigwardanti l-preġudizzju inkontestabbli magħmul għar-reputazzjoni u l-unur tiegħu;

is-somma ta’ EUR 500 000 bħala kumpens għad-dannu fiżiku u morali ta’ degradazzjoni tal-kundizzjoni ta’ saħħtu;

is-somma ta’ EUR 2 125,56 bħala kumpens għad-dannu materjali rigwardanti l-ispejjeż ta’ eżaminazzjoni u dawk mediċi.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għas-somma ta’ EUR 3 000 bħala spejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati kif ukoll għall-ispejjeż kollha, jew somma verjuri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni Ewropea u fuq in-nuqqasijiet serji li din tal-aħħar allegatament wettqet, sa fejn din ma osservatx, l-ewwel nett, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, it-tieni nett, id-dmir ta’ premura u, it-tielet nett, il-prinċipji tad-dritt tad-difiża billi kisret l-Artikoli 41 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/31


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Braesch et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-161/18)

(2018/C 190/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anthony Braesch (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Trinity Investments DAC (Dublin, l-Irlanda), Bybrook Capital Master Fund LP (Grand Cayman, il-Gżejjer Cayman), Bybrook Capital Hazelton Master Fund LP (Grand Cayman), Bybrook Capital Badminton Fund LP (Grand Cayman) (rappreżentanti: M. Siragusa, A. Champsaur, G. Faella, u L. Prosperetti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4690 finali tal-4 ta’ Lulju 2017 (1), fil-Każ SA.47677 (2017/N);

sussidjarjament, tannulla din id-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna t-trattament tal-istrumenti FRESH (2);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-kawża;

tadotta kull miżura li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa, inklużi miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 89(3) u/jew miżuri istruttorji skont l-Artikolu 91(1)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni approvat illegalment miżuri ta’ tqassim tal-oneri fil-kuntest ta’ rikapitalizzazzjoni preventiva, bi ksur tal-Artikoli 18 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (nuqqas ta’ motivazzjoni) (3).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni eżiġiet illegalment l-annullament tal-kuntratti relatati mal-bonds FRESH (żball manifest ta’ liġi u ta’ fatt li twettaq billi ma ġietx segwita l-Komunikazzjoni dwar il-banek (4); ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspetattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit-trattament; nuqqas ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata titratta lid-detenturi tal-bonds FRESH b’mod diskriminatorju (ksur tad-dritt għal trattament ugwali sanċit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u fl-Artikolu 14 tal-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”); żball manifest ta’ evalwazzjoni; nuqqas ta’ motivazzjoni).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet għall-proprjetà tad-detenturi tal-bonds FRESH (ksur tad-drittijiet għall-proprjetà protetti bl-Artikolu 17 tal-Karta u bl-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-KEDB; nuqqas ta’ motivazzjoni).

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, minkejja l-fatt li kien hemm dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri mad-dritt tal-Unjoni (ksur tal-Artikolu 108(2) u (3) TFUE; ksur tal-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill 2015/1589 (5); żball manifest ta’ evalwazzjoni, nuqqas ta’ motivazzjoni).


(1)  ĠU 2018 C 40, p. 7.sussidjarjament, tannulla din id-deċiżjoni

(2)  Floating Rate Equity-linked Subordinated Hybrid (bonds privileġġjati ibridi suġġetti għal rata li tvarja), (tip ta’ bond).

(3)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1).

(4)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-komunikazzjoni dwar il-banek”) (ĠU 2013 C 216, p. 1).

(5)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/32


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Région de Bruxelles-Capitale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-178/18)

(2018/C 190/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Région de Bruxelles-Capitale (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Bailleux u B. Magarinos Rey, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-Regolament [ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017 L 333, p. 10)] ikkontestat, filwaqt li żżomm l-effetti tiegħu sakemm dan jiġi ssostitwit f’terminu raġonevoli, u dan sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Diċembru 2021;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti, ibbażata fuq ksur tal-obbligu li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent fl-istadju tal-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju, sa fejn ir-regolament ikkontestat huwa bbażat fuq evalwazzjoni xjentifika tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Skont ir-rikorrent, hemm insuffiċjenzi fil-livell tal-identifikazzjoni, tal-għażla u tal-ippeżar, tal-metodu ta’ trattament u tal-interpretazzjoni tad-data u tal-istudji xjentifiċi disponibbli.

It-tieni parti, ibbażata fuq ksur tal-obbligu li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent fl-istadju tal-evalwazzjoni politika u tal-ġestjoni tar-riskju, sa fejn ir-regolament ikkontestat ma jwettaqx evalwazzjoni politika u ġestjoni tar-riskju konformi mal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Ir-rikorrent iqis, minn naħa, li t-tiġdid tal-approvazzjoni seħħ f’kuntest fejn kien għad hemm lakuni u inċertezzi sinjifikattivi fil-livell tal-evalwazzjoni tar-riskju, u, min-naħa l-oħra, li dan it-tiġdid ma huwiex akkumpanjat minn miżuri adegwati ta’ attenwazzjoni jew ta’ tnaqqis tar-riskji fis-sens wiesa’.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn ir-regolament ikkontestat jinkludi kontradizzjoni interna. Ir-rikorrent iqis li l-preambolu u l-artikoli tal-imsemmi regolament jinftiehmu fis-sens li l-glifosat ma għandux effett dannuż fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u ma għandux effett inaċċettabbli fuq l-ambjent, filwaqt li d-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fl-Anness I tiegħu huma bbażati fuq l-eżistenza ta’ tali effetti. B’hekk, tali kontradizzjoni interna tqiegħed lill-pubbliku f’inċertezza fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk il-glifosat jinvolvix riskju għas-saħħa jew għall-ambjent.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/33


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2018 – Solwindet las Lomas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/18)

(2018/C 190/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Solwindet las Lomas, SL (Girona, Spanja) (rappreżentant: L. Sandberg Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Novembru 2017 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.40348 (2015/NN) – Spanja – Appoġġ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinovabbli, koġenerazzjoni u skart; (1)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Ir-rikorrenti tallega li hemm provi ta’ diffikultajiet serji fir-rigward tat-tul u ċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ investigazzjoni preliminari.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ħlasijiet riċevuti minn faċilitajiet eżistenti taħt l-iskema preċedenti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l- Kummissjoni ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-allegata eżistenza ta’ għajnuna b’rabta mal-ħlasijiet riċevuti mill-faċilitajiet eżistenti taħt l-iskema preċedenti.


(1)  ĠU 2017 C 442, p. 1.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/34


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – JV Voscf et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-197/18)

(2018/C 190/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JV Voscf LTD (Limassol, Ċipru) u 9 oħra (rappreżentanti: P. Tridimas, Barrister, K. Kakoulli, P. Panayides u C. Pericleous, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Grupp tal-Euro u l-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti indikati fl-iskeda annessa ma dan ir-rikors flimkien mal-interessi mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-ġudizzju tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Alternattivament, bħala talba sussidjarja, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha

tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea u/jew l-istituzzjonijiet konvenuti inkorrew responsabbiltà mhux kuntrattwali;

tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit it-telf rekuperabbli attwalment imġarrab mir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jqisu li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni interna (“bail-in”) adottati mir-Repubblika ta’ Ċipru ġew introdotti biss għall-implimentazzjoni ta’ miżuri adottati mill-konvenuti u li kienu wkoll approvati mill-istituzzjonijiet konvenuti. Ir-rikorrenti jqisu li l-iskema ta’ rikapitalizzazzjoni interna tikkostitwixxi ksur serju u insostenn tar-rikors tagħhom huma jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għall-proprjetà, kif imħares mill-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalita.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/35


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – PlasticsEurope vs ECHA

(Kawża T-207/18)

(2018/C 190/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PlasticsEurope (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier, u F. Mattioli, lawyers)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni ammissibbli u fondata;

tannulla d-deċiżjoni inkwistjoni;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri; u

tieħu kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa mill-qrati.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-iżball manifest imwettaq mill-konvenuta fl-evalwazzjoni tagħha tal-informazzjoni li, kieku evalwata sewwa, ma setgħetx issostni l-konklużjoni tagħha, kif ukoll il-fatt li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-istudji pendenti. Il-konvenuta wettqet ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni billi naqset milli tistabbilixxi li: (a) huwa xjentifikament ippruvat li din is-sustanza jista’ jkollha effetti serji minħabba l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrina; u (b) li tali provi jwasslu għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak imqanqal minn sustanzi elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) tar-Regolament REACH.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 59 u 57(f) tar-Regolament REACH, peress li d-deċiżjoni kkontestata tidentifika l-bisfenol A bħala sustanza hija karċinoġenika mutaġenika u persistenti abbażi al-kriterji msemmija fl-Artikolu 57(f) , peress li l-Artikolu 57(f) ikopri biss sustanzi li għadhom ma ġewx identifikati taħt l-Artikolu 57(a) sa (e).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH, peress li l-intermedjarji huma eżentati mit-Titolu VII b’mod ġenerali u għalhekk jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 57 u 59 kif ukoll dak tal-awtorizzazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-inklużjoni tal-bisfenol A fil-lista ta’ sustanzi kandidati, meta ma tkunx intermedjarja, teċċedi l-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit u ma hijiex l-inqas miżura restrittiva li tista’ tirrikorri għaliha l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/35


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2018 – Vanda Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-211/18)

(2018/C 190/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vanda Pharmaceuticals Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Meulenbelt, B. Natens, A.-S. Melin, u C. Muttin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 252 finali tal-15 ta’ Jannar 2018 li tirrifjuta awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 għall-“Fanaptum – iloperidone”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, flimkien mal-konklużjonijiet xjentifiċi u mar-raġunijiet għar-rifjut tad-9 ta’ Novembru 2017 u r-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tad-9 ta’ Novembru 2017;

sussidjarjament, tannulla biss l-imsemmija Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 252 finali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka 5 motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-evalwazzjoni tar-riskju tal-potenzjal arritmogeniku tal-iloperidone hija bbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni (u fi kwalunkwe każ hija manifestament żbaljata) u tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-evalwazzjoni tal-miżuri proposti għall-iloperidone, intiżi sabiex ir-riskju ikun minimu, hija bbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni (u fi kwalunkwe każ hija manifestament żbaljata) u tikser l-Artikoli 5(1) u 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi tal-bidu tardiv tal-iloperidone hija bbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u tikser l-Artikoli 5(1) u 5(4) TUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ħtieġa li tiġi identifikata popolazzjoni li fiha l-iloperidone tmur lil hinn minn prodotti oħra tikser l-Artikoli 5(1), 5(2) u 5(3) TUE, l-Artikoli 12 u 81(2) tar-Regolament 726/2004 (1), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-evalwazzjoni kumplessiva tar-riskji u tal-benefiċċji tal-iloperidone hija bbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni (u fi kwalunkwe każ hija manifestament żbaljata).


(1)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/36


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2018 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-218/18)

(2018/C 190/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewoprea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-31 ta’ Lulju 2017 fil-Każ SA.47969, C(2017)5289 – L-Ajruport ta’ Hahn;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, dan li ġej:

żbalji proċedurali, sa fejn il-konvenuta għamlet “deal” mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-għajnuna mogħtija lil Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH (iktar ’il quddiem “FFHG”) u lil Ryanair;

nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi fattwali essenzjali, minkejja li l-konvenuta kellha għarfien sħiħ tagħhom fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;

rappreżentazzjoni parzjalment inkorretta tal-fatti tal-kawża;

nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ għajnuna oħra favur FFHG li finalment ngħatat lil Ryanair bħala l-utent prinċipali tal-ajruport.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/37


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO – Battista Nino Caffè (Battistino)

(Kawża T-220/18)

(2018/C 190/61)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Torrefazione Caffè Michele Battista Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Franchini, F. Paesan u R. Bia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Battista Nino Caffè Srl (Triggiano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Battistino” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 071 387 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 400/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u għall-ispejjeż taż-żewġ proċedimenti preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO u l-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 64(2), tal-Artikolu 60(1)(a), u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO – Battista Nino Caffè (BATTISTINO)

(Kawża T-221/18)

(2018/C 190/62)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Torrefazione Caffè Michele Battista Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Franchini, F. Paesan u R. Bia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Battista Nino Caffè Srl (Triggiano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea BATTISTINO – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 070 313 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 402/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata; u

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u għall-ispejjeż taż-żewġ proċedimenti preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO u l-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 64(2), tal-Artikolu 60(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/38


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2018 – Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/18)

(2018/C 190/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo (Albano Laziale, l-Italja) (rappreżentant: F. Rosi, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tilqa’ dan ir-rikors u b’hekk tiddikjara l-annullament tal-miżura tal-Kummissjoni għaliex mhux motivat, u lanqas ma huwa bbażat fuq preżupposti istruttorji ċerti.

Tirrikonoxxi l-applikazzjoni tas-sistema sanitarja Taljana taħt l-iskema SIEG u b’hekk tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Altmark tal-2003 b’riferiment tal-Artikoli 106 u 107 TFUE għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Dan sabiex jiġi aċċertat l-operat tar-regione Lazio fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-istrutturi pubbliċi, li kellhom isegwu l-prinċipji stabbiliti fid-dispożizzjonijiet indikati hawn fuq u b’dan il-mod jillimitaw il-pagamenti tal-istrutturi sanitarji pubbliċi skont il-previżjonijiet ta’ kumpens tal-ispejjeż skont il-kriterji ffissati fis-sentenza Altmark b’riferiment għall-imsemmija azjenda medja, u jiddikjaraw il-finanzjament eċċessiv bħala kumpens żejjed.

Tirrikonoxxi lir-rikorrenti li r-reġjuni tħallasha skont il-prinċipju ta’ azjenda medja u b’hekk ukoll fid-dawl taż-żidiet tal-ispejjeż tax-xogħol, u dan b’riferiment għall-impjegati kollha li ħadmu għal din l-istruttura mill-2005 sal-2006, billi tiffissa dan bħala parametru għas-snin futuri.

B’kull konsegwenza taħt il-liġi anki għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż ġudizzjarji u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-Deċiżjoni C (2017) 7973 finali tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Diċembru 2017, li ċaħdet id-denunzja ppreżentata mir-rikorrenti, sptar reliġjuż Taljan, fir-rigward tal-allegat kumpens lill-isptarijiet pubbliċi fil-Lazio. Id-deċiżjoni kkontestata tqis li l-miżuri ddenunzjati ma jikkostiwixxux għajnuna mill-istat.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq tliet motivi.

1.

L-ewwel nett qed jiġi kkontestat l-użu tal-lingwa Ingliża għall-formulazzjoni tal-miżura finali bħala lingwa b’saħħa ta’ liġi.

2.

Bit-tieni motiv qed jiġi kkontestat nuqqas ta’ motivazzjoni. Il-Kummissjoni naqset kompletament li tieħu inkunsiderazzjoni xi aspetti sostanzjali tal-kwistjoni, u li tikkontesta xi eċċezzjonijiet imqajma mir-rikorrenti li ġew ipprovati b’dokumentazzjoni ppreżentata. Hemm l-obbligu tal-Kummissjoni li tirrispondi għall-kwistjonijiet kollha mir-rikorrenti skont il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ bona fide.

3.

Bit-tielet motiv, ir-rikorrenti tikkontesta l-fatt li taħt il-liġi Taljana s-sistema tas-saħħa hija kkaratterizzata bl-universalità tal-kura, jiġifieri li l-100 % tas-servizzi tas-saħħa jitħallsu mis-Dipartiment tas-Saħħa Nazzjonali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkontesta lill-Kummissjoni li ma għandhiex il-prova li l-Istat Taljan jiffinanzja u b’hekk ikopri l-100 % tal-kura taċ-ċittadini tiegħu, aspett li huwa nieqes minn kull konferma fattwali. Ir-rikorrenti kkontestat il-fatt li l-universalità ma hijiex kunċett astratt, imma għandha tiġi identifikata konkretament, trid tkun tista’ tiġi vverifikata, ipperċepita, u ma tistax tiġi preżunta li teżisti biss għaliex il-gvern Taljan qed jafferma dan.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/39


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2018 – Microsemi Europe u Microsemi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/18)

(2018/C 190/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Microsemi Europe Ltd (Reading, Ir-Renju Unit) u Microsemi Corp. (Aliso Viejo, California, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Aulfes u J. Lenz, Rechtsanwälte)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2018 (fir-rigward tal-Każ AT.40529 – TSMC) skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tnax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, għaliex id-destinatarju tad-deċiżjoni ma huwiex indikat u identifikabbli b’mod suffiċjentement ċar.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza sa fejn it-tieni rikorrenti għandha titqies bħala destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma hijiex kompetenti sabiex toħroġ atti b’effetti legali li jmorru lil hinn mit-territorju tal-Unjoni Ewropea u ma tistax tobbliga impriża bis-sede tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerika tagħti informazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati u tar-regoli applikati għall-implimentazzjoni tagħhom, sa fejn it-tieni rikorrenti għandha titqies bħala destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata.

Hawnhekk qed jiġi sostnut li l-Kummissjoni ma tistax tobbliga lil impriża bis-sede tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerika sabiex tagħti informazzjoni u ma tistax tagħti informazzjoni skorretta lil din tal-aħħar fir-rigward tal-possibbiltà tal-impożizzjoni ta’ multi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati u tar-regoli applikati għall-implimentazzjoni tagħhom.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-Kummissjoni ma tistax, skont il-premessa 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, teżiġi informazzjoni dwar l-impriżi kollha tal-grupp ta’ impriżi fuq il-livell dinji, iżda biss tali informazzjoni li tirrigwarda s-suq Ewropew.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati u tar-regoli applikati għall-implimentazzjoni tagħhom.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi talbet ukoll informazzjoni dwar swieq barra mill-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati u tar-regoli applikati għall-implimentazzjoni tagħhom, sa fejn l-ewwel rikorrenti għandha titqies bħala destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata.

Hawnhekk ir-rikorrenti jsostnu li jkun hemm ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità meta tintalab informazzjoni mingħand sussidjarja fl-Unjoni Ewropea dwar il-kumpannija omm fl-Istati Uniti tal-Amerika u kumpanniji oħra assoċjati magħha fl-Ewropa.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

Ir-rikorrenti jsostnu li jeżisti użu ħażin ta’ poter meta tintalab informazzjoni dwar impriżi assoċjati fl-Unjoni Ewropea, għaliex dawn l-impriżi jistgħu jiġu obbligati direttament jagħtu informazzjoni.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba informazzjoni insuffiċjenti dwar l-għan tat-talba għall-għoti ta’ informazzjoni.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali għaliex il-mistoqsijiet li saru bid-deċiżjoni kkontestata ma humiex ammissibbli.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati, u tar-regoli applikati għall-implimentazzjoni tagħhom, għaliex il-mistoqsijiet li saru bid-deċiżjoni kkontestata ma humiex preċiżi.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati, u ksur tar-regoli applikati għall-implimentazzjoni tagħhom.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 – Biolatte vs EUIPO (Biolatte)

(Kawża T-229/18)

(2018/C 190/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Biolatte Oy (Turku, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Ikonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Biolatte” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 759 319

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 351/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali skont l-applikazzjoni ta’ Biolatte Oy ippreżentata fis-17 ta’ Awwissu 2016 (kif emendata fit-28 ta’ Ottubru 2016).

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/1001.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/41


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 – Qualcomm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/18)

(2018/C 190/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Qualcomm, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Pinto de Lemos Fermiano Rato, M. Davilla u M. English, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla jew, sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment l-ammont tal-multa;

tordna miżuri ta’ organizzazzjoni jew istruttorji li għalihom isir riferiment fit-talba; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji proċedurali manifesti;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, tonqos milli tagħti motivazzjoni kif ukoll żnaturament tal-provi meta tiċħad id-difiża dwar l-effiċjenza ta’ Qualcomm;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta tikkonstata li l-ftehimiet ikkontestati setgħu jipproduċu effetti antikompetittivi potenzjali;

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni rigward id-definizzjoni ta’ suq ta’ prodott rilevanti u li tiġi stabbilita pożizzjoni dominanti;

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni kif ukoll tonqos milli tagħti motivazzjoni fir-rigward tat-tul tal-ksur allegat;

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta tapplika l-linji gwida dwar il-kalkolu ta’ multi u tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità; u

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri.


4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2018 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs FEI

(Kawża T-320/17) (1)

(2018/C 190/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.