ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 187

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
1 ta' Ġunju 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 187/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8833 — Alps/Alpine) ( 1)

1

2018/C 187/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8895 — 3i Group/FSI/Hermes/Scandlines) ( 1)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 187/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 187/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti għall-operat tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1)

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 187/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8901 — HSBC/Global Payments) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

4

2018/C 187/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8889 — Teva/PGT OTC Assets) ( 1)

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 187/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

7

2018/C 187/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

13

2018/C 187/09

Avviż ta’ Informazzjoni — Konsultazzjoni Pubblika — Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Kolombja biex ikunu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8833 — Alps/Alpine)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 187/01)

Fl-24 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8833. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8895 — 3i Group/FSI/Hermes/Scandlines)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 187/02)

Fil-25 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8895. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Mejju 2018

(2018/C 187/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1699

JPY

Yen Ġappuniż

127,33

DKK

Krona Daniża

7,4436

GBP

Lira Sterlina

0,87680

SEK

Krona Żvediża

10,2683

CHF

Frank Żvizzeru

1,1526

ISK

Krona Iżlandiża

122,90

NOK

Krona Norveġiża

9,5375

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,797

HUF

Forint Ungeriż

318,89

PLN

Zloty Pollakk

4,3058

RON

Leu Rumen

4,6508

TRY

Lira Turka

5,2628

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5414

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5038

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1818

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6681

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5656

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 261,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7031

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4951

HRK

Kuna Kroata

7,3870

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 269,80

MYR

Ringgit Malażjan

4,6562

PHP

Peso Filippin

61,507

RUB

Rouble Russu

72,5759

THB

Baht Tajlandiż

37,472

BRL

Real Brażiljan

4,3626

MXN

Peso Messikan

23,2461

INR

Rupi Indjan

78,8020


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti għall-operat tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 187/04)

Stat Membru

L-Iżvezja

Rotot ikkonċernati

Arvidsjaur – Arlanda (Stokkolma)

Gällivare – Arlanda (Stokkolma)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Settembru 2018 – Ottubru 2019

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

L-Amministrazzjoni tat-Trasport Żvediża

SE-781 87 Borlänge

SVERIGE

http://www.trafikverket.se/Foretag/Upphandling/Aktuella-upphandlingar/

Ir-referenza RFT: Trademark tal-Unjoni Ewropea: 184689

Numru tat-telefown: +46 771921921

Kuntatti:

Håkan Jacobsson: hakan.jacobsson@trafikverket.se

Lisa Berglund: lisa.a.berglund@trafikverket.se


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8901 — HSBC/Global Payments)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 187/05)

1.   

Fit-28 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

HSBC Holdings plc. (“HSBC”, ir-Renju Unit),

Global Payments Inc. (“GP”, l-Istati Uniti),

Joint Venture (“JV”, il-Messiku).

HSBC u GP jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-joint venture (JV) kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwicci f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   HSBC: provvista ta’ servizzi bankarji għall-konsumatur, servizzi bankarji kummerċjali, assikurazzjoni, ġestjoni tal-assi u likwidità globali kif ukoll prodotti ta’ ġestjoni ta’ flus kontanti,

—   GP: provvista ta’ servizzi relatati mal-ipproċessar ta’ ħlasijiet bil-karta tal-kreditu, u

—   JV: provvista ta’ servizzi ta’ akkwist merkantili fil-Messiku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8901 — HSBC/Global Payments

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8889 — Teva/PGT OTC Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 187/06)

1.   

Fil-25 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Teva Pharmaceuticals Industries Ltd (“Teva”, l-Iżrael),

Parti min-negozju tal-konsumaturi (over-the-counter, “OTC”) li qabel Teva kienet ikkontribwixxiet għall-joint venture (“PGT”) ikkontrollata minn The Procter & Gamble Company (“P&G”, l-Istati Uniti) (“il-Mira”).

Teva takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt jew b’xi mezz ieħor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Teva: kumpanija dinjija tal-farmaċewtika involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi ġeneriċi u tad-ditta, kif ukoll biofarmaċewtiċi u ingredjenti farmaċewtiċi attivi,

—   il-Mira: għadd ta’ prodotti farmaċewtiċi li jinbiegħu lill-konsumatur li qabel Teva kienet tikkontribwixxi lill-PGT, inkluż bejgħ marġinali ta’ prodotti kożmetiċi, apparati mediċi, supplimenti tal-ikel u oġġetti ġenerali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8889 — Teva/PGT OTC Assets

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 187/07)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1)

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

COMTÉ

Nru tal-UE: PDO-FR-0116-AM02 – 5.10.2017

DOP ( X ) IĠP ( ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem:

Comité interprofessionnel de Gestion du Comté (CIGC)

Indirizz:

Avenue de la résistance

BP 20026

39801 Poligny Cedex

FRANCE

Tel.

+33 384372351

Posta elettronika:

cigc@comte.com

Is-CIGC huwa magħmul minn produtturi tal-ħalib, minn speċjalisti tal-ipproċessar u tal-maturazzjoni tal-katina ta’ produzzjoni tad-DOP “Comté”, u għalhekk huwa leġittimu biex iressaq din it-talba.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: [Emendi editorjali: Żona ġeografika, Referenzi dwar il-korp ta’ kontroll]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew dokument ekwivalenti).

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ STG irreġistrata li tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Kapitolu 5. “Deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott”

Subkapitolu 5.1.18 “Taħlib”:

Id-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ “It-taħlib irid isir darbtejn kuljum, filgħodu u filgħaxija, f’ħinijiet regolari u għalhekk il-ħlib self-service mhuwiex possibbli.” hija mibdula b’dan li ġej: “It-taħlib irid isir darbtejn kuljum, filgħodu u filgħaxija, f’ħinijiet regolari u għalhekk it-taħlib liberu mhuwiex possibbli. Il-magna tat-taħlib hija projbita.”.

Id-dispożizzjoni “Il-ħlib self-service mhuwiex possibbli”, li tidher fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ għandha l-għan li tippreserva l-għarfien espert u r-reputazzjoni tad-DOP “Comté”. Id-data ta’ meta tfasslet id-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ, li tikkorrispondi għal meta dehru l-ewwel prototipi tal-magni tat-taħlib, id-dispożizzjoni ma setgħetx tkun aktar preċiża. Illum huwa preferibbli li tiġi projbita b’mod espliċitu l-magna tat-taħlib.

Fil-fatt, fir-rigward tal-għarfien espert, f’kull stadju tal-metodu tal-kisba tal-“Comté” hemm azzjoni speċifika:

It-taħlib mill-bidwi,

It-tibqit tat-taħlita mill-produttur tal-ġobon,

L-għażla tal-ġobnijiet mill-ispeċjalist tal-maturazzjoni.

It-taħlib għall-manifattura ta’ ġobon magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat jeħtieġ għarfien espert speċifiku min-naħa ta’ min irabbi. Fil-fatt, matul din il-fażi kritika tal-proċess ta’ manifattura, huwa importanti li tinżamm il-flora tal-ħalib mhux ipproċessat. F’din il-perspettiva, min irabbi huwa l-uniku wieħed kapaċi li jiddetermina każ b’każ il-metodu tat-tindif tal-bżieżel biex jiggarantixxi ħalib li jesprimi l-potenzjal kollu tiegħu, li huwa s-sors tal-karatteristika tipika tal-ġobon. Barra minn hekk, it-taħlib huwa mument ipprivileġġat fejn il-bniedem, bil-preżenza tiegħu jkun jista’ jissorvelja l-istat tas-saħħa tal-merħla tiegħu, jinduna b’sinjali żgħar fl-imġiba tal-annimali u għalhekk jieħu miżuri qabel ma jseħħu l-problemi.

Għalhekk l-użu tal-magna tat-taħlib imur parzjalment kontra l-prinċipju ta’ produzzjoni tal-“Comté” ibbażata fuq l-għarfien espert tradizzjonali, li tiggarantixxi l-karatteristika tipika speċifika tal-“Comté”.

Barra minn hekk, dan l-abbozz jippermetti fehim aħjar tal-kundizzjoni tal-produzzjoni mill-operatur u jippermetti li jiġi ffaċilitat il-kontroll.

Oħrajn: abbozzi aġġornati

Fl-intestatura “Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika”, il-lista tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġeografika hija aġġornata wara l-fużjoni ta’ ċerti muniċipalitajiet, mingħajr bidla fil-perimetru.

L-intestatura “Referenzi dwar il-korp ta’ kontroll” hija aġġornata”:

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tas-servizz kompetenti tal-Istat Membru huma mfakkra.

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ ċertifikazzjoni jinbidlu b’dan li ġej: “F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tar-Regolament Nru 1151/2012, il-verifika tar-rispett tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, qabel it-tqegħid fis-suq, hija żgurata minn korp ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma aċċessibbli fuq is-sit web tal-INAO u fuq il-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni Ewropea.”

Dokument Uniku:

Fid-Dokument Uniku ppubblikat, l-abbozz tad-deskrizzjoni taż-żona ġeografika ġie aġġornat minħabba l-emenda tal-perimetru ta’ ċerti cantons, mingħajr emenda tal-perimetru taż-żona ġeografika.

6.   Speċifikazzjoni tal-prodott aġġornata (għal DOP u IĠP biss)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-d4e5a722-a6f6-4790-a181-94ea41f1a5dd

DOKUMENT UNIKU

COMTÉ

Nru tal-UE: PDO-FR-0116-AM02 – 5.10.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Comté”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Comté” huwa ġobon li huwa manifatturat mill-ħalib tal-baqra użat mingħajr ma jiġi pproċessat. Huwa ġobon imsajjar, ippressat u mmellaħ fil-wiċċ jew fis-salmura. Meta jiġi kkummerċjalizzat, wara maturazzjoni minima ta’ 120 jum, il-ġobon ikollu kulur mill-ivorju għall-isfar, u ġeneralment ikollu “toqba” li tista’ tilħaq id-daqs ta’ ċirasa żgħira.

Il-“Comté” għandu minimu ta’ 45 gramma u massimu ta’ 54 gramma xaħam għal kull 100 gramma ta’ ġobon wara d-dessikazzjoni totali, u l-kontenut tiegħu ta’ materja xotta ma jistax ikun inqas minn 62 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon. Il-kontenut tal-melħ ma għandux ikun inqas minn 0,6 gramma ta’ klorur tas-sodju għal kull 100 gramma ġobon. L-umdità fil-ġobon mingħajr xaħam ma għandhiex tkun aktar minn 54 %.

Il-“Comté” jiġi ppreżentat lill-konsumatur fil-forma ta’ ċilindru, b’piż ta’ 32 sa 45 kilogramma, b’dijametru ta’ 55 sa 75 ċentimetru, bin-naħat dritti jew kemxejn konvessi b’tul ta’ 8 sa 13-il ċentimetru, bil-qoxra mgħarka, solida u bil-granuli, b’kulur mill-isfar tad-deheb għal kannella. Il-ħxuna fiċ-ċentru taċ-ċilindru ma għandhiex tkun iktar minn 1,4 darbiet l-għoli tal-ġenb.

Il-“Comté” jista’ wkoll jiġi ppreżentat lill-konsumatur fil-forma ppakkjata f’porzjonijiet jew maħkuk.

It-togħma tal-“Comté” hija waħda kumplessa. Minkejja li l-fatturi sensorjali ġenerali huma l-istess għall-ġobnijiet kollha, ma hemmx żewġ ġobnijiet tal-“Comté” li huma identiċi. Ġew identifikati sitt kategoriji ta’ aromi fil-“Comté” (aroma tal-frott, tal-ħalib, ta’ inkaljar, veġetali, annimali u pikkanti) u dawn jinkludu aktar minn 90 tonalità.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ħalib ġej minn merħla tal-ħalib tal-baqar Montbéliardes (tip tar-razza 46) jew mill-baqar Simmental française (tip tar-razza 35) jew prodotti mill-inkroċjar taż-żewġ razez bid-dixxendenza ċertifikata.

Il-ħalib jinġabar fil-limitu ta’ ċirku ta’ dijametru massimu ta’ 25 kilometru. Din id-dispożizzjoni, minħabba li tillimita t-tul tal-vjaġġi, tipproteġi l-ħalib mid-deterjoramenti strutturali li huma kkawżati mit-trasport. Għalhekk tippermetti li l-ħalib jinħadem fil-kundizzjonijiet previsti mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (ħalib mhux ipproċessat) li huma maħsuba biex jiffavorixxu l-iżvilupp tal-flora lattika endoġena.

Għaż-żamma tal-kwalità u tal-ispeċifiċità tal-prodott, il-produttività tal-ħalib hija limitata għal kull ettaru ta’ żona li potenzjalment tista’ tintuża bħala għalf.

Dwar l-użu tal-ħalib, sabiex tiġi garantita l-kwalità tal-prodott, il-kapaċità massima tar-reċipjenti hija limitata għal massimu ta’ 12-il ġobna minn kull reċipjent. F’perjodu ta’ 24 siegħa il-produzzjoni ma tistax issir aktar minn tliet darbiet fl-istess reċipjent.

Sabiex tiġi żgurata rabta mill-qrib bejn it-territorju u l-prodott permezz ta’ għalf speċifiku taż-żona ġeografika, l-għalf supplimentari huwa limitat għal 1 800 kg għal kull baqra tal-ħalib fis-sena. Fl-azjenda, l-erja tal-mergħa li tintuża tabilħaqq hija mill-inqas ugwali għal ettaru għal kull baqra tal-ħalib minimu. Huwa obbligatorju li l-annimali jirgħu għaż-żmien li l-kundizzjonijiet tal-klima, is-sostenibbiltà tal-artijiet u l-preżenza tal-veġetazzjoni jippermettu. Dawn id-dispożizzjonijiet kollha jimplikaw li mill-inqas 70 % tal-ikel tal-merħla joriġina miż-żona ġeografika. Ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib jiġi totalment miż-żona ġeografika.

Biex tinżamm il-prattika tradizzjonali tal-mergħa, is-sistemi operattivi li bihom l-alimentazzjoni kollha tinġieb fil-ħawt matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni huma pprojbiti u l-mergħa tibqa’ l-prattika ewlenija.

L-ikel iffermentat, fil-forma ta’ foraġġ insilat jew le, huwa projbit għall-alimentazzjoni tal-merħla tal-ħalib matul is-sena kollha, minħabba r-riskji teknoloġiċi matul il-manifattura u l-maturazzjoni tal-ġobnijiet marbuta ma’ dawn il-prattiki.

Fl-alimentazzjoni tal-merħla tal-ħalib huma awtorizzati biss il-materja prima u l-ikel kumplimentari li jiġi minn prodotti mhux transġeniċi sabiex tinżamm in-natura tradizzjonali tal-ikel.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura u l-maturazzjoni tal-ġobnijiet isiru fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-operazzjoni li tikkonsisti fil-qtugħ u l-ippakkjar tal-porzjonijiet tal-“Comté” hija parti minn proċess estiż ta’ maturazzjoni. Hija teħtieġ kompetenza speċjali u għandha effett dirett u konkret fuq il-kwalità tal-prodott u l-ġobnijiet iridu jintgħażlu biex jiġu esklużi dawk li jistgħu ma jkunux tajbin biex jiġu ppakkjati minn qabel. Dawn il-kundizzjonijiet jippermettu li jiġu rispettati kemm jista’ jkun il-kundizzjonijiet ottimali għall-preservazzjoni tal-ġobon wara li jifforma u li tiġi garantita l-integrità fiżika u organolettika tal-“Comté” lill-konsumatur.

Fil-każ ta’ ppakkjar minn qabel, dawn ir-raġunijiet jiġġustifikaw il-qtugħ u/jew it-taħkik fiż-żona ġeografika.

Fil-każ ta’ ppakkjar minn qabel,

il-ġobnijiet jistgħu jinqatgħu fi żmien massimu ta’ 15-il jum sħaħ wara li joħorġu mill-kantina tal-maturazzjoni. F’dan il-perjodu, il-ġobnijiet jinżammu f’temperatura bejn 4 °C u 8 °C u f’umdità ta’ mill-inqas 85 %.

il-porzjonijiet ta’ piż unitarju ta’ inqas minn 40 gramma jew dawk maħsubin biex jiġu maħkuka jistgħu jkunu mingħajr qoxra. It-tneħħija tal-qoxra ssir minnufih wara l-qtugħ meta l-qoxra tkun umda wisq jew deterjorata. Fil-każ ta’ qoxra tajba, din issir fi żmien tmien sigħat wara l-ewwel qtugħ. Il-biċċiet mingħajr qoxra jistgħu jinżammu fl-arja għal 72 siegħa biss; wara dan jiġu ppakkjati f’vakwu. Iż-żmien li jibqgħu f’vakwu ma għandux jaqbeż 15-il jum.

l-ebda operazzjoni simultanja fuq prodott ieħor għajr id-denominazzjoni “Comté” ma tinterferixxi fil-linja ta’ qtugħ u ta’ ppakkjar.

Huwa possibbli li jsir qtugħ u taħkik barra miż-żona ġeografika jekk isiru quddiem il-konsumatur.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikkettar ta’ kull ġobon li jibbenefika mid-Denominazzjoni tal-Oriġini Kontrollata “Comté” għandu l-isem tad-denominazzjoni miktub f’tipa li tkun mill-inqas daqs żewġ terzi ta’ tal-ikbar tipa fuq it-tikketta.

It-tikketta għandha s-simbolu “DOP” tal-Unjoni Ewropea. Jista’ jkollha wkoll il-kliem “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”.

Il-manifattur jew l-ispeċjalista tal-maturazzjoni, jew dak li jippakkja l-ġobon minn qabel iniżżel b’mod ċar ismu u l-indirizz tiegħu, li għandu bilfors jkun fit-territorju.

L-użu ta’ kull karatteristika li tikkwalifika jew dikjarazzjoni oħra li takkumpanja din id-denominazzjoni huwa pprojbit fit-tikkettar, fir-reklamar, fil-fatturi jew fid-dokumenti kummerċjali bl-eċċezzjoni ta’ marki kummerċjali jew tal-fabbrika speċjali.

Il-ġobnijiet mibjugħin bid-denominazzjoni tal-oriġini “Comté” għandhom il-marki ta’ identifikazzjoni previsti. Fuq il-ġenb ta’ kull ġobna, qabel ma toħroġ mill-kantina tal-maturazzjoni, titqiegħed faxxa ħadra jew kannella fl-aħmar bħala marka. Kull porzjon ippakkjat għandu l-logo “Comté” clochettes vertes. Għall-porzjonijiet għall-konsumaturi huwa obbligatorju li fuq in-naħa ta’ wara jitpoġġew il-logo “Comté clochette verte” u l-isem “Comté” f’tipa ta’ mill-inqas żewġ terzi tal-ikbar tipa, bil-kodiċi tal-kulur aħdar Pantone 349C.

Meta l-ġobna tinbiegħ sħiħa, din ikollha, fil-ġenb taħt il-faxxa tal-marka, boll ta’ kaseina kkulurit aħdar f’forma ovali u jkollha stampat bl-iswed l-informazzjoni li ġejja: France, “Comté”, in-numru tal-post tal-manifattura u x-xahar tal-manifattura. Il-jum tal-manifattura huwa indikat permezz ta’ boll tal-kaseina mqiegħed ħdejn il-boll ta’ kaseina aħdar.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Fl-Ain:

Il-cantons Bellegarde-Sur-Valserine, Nantua, Oyonnax, Pont-d’Ain, Thoiry.

Il-cantons Ambérieu-En-Bugey għajr il-muniċipalitajiet Château-Gaillard u Saint-Maurice de Remens; Gex għajr il-muniċipalitajiet Sauverny u Versonnex; Hauteville-Lompnes għajr il-muniċipalità Armix; Saint-Etienne-Du-Bois għajr il-muniċipalitajiet Marboz, Cormoz et Beaupont.

Il-muniċipalitajiet Saint-Benoît, Ceyzeriat, Druillat, Journans, Revonnas, Saint-Martin-du-Mont, Tossiat, Bénonces, Briord, Groslée-Saint-Benoit (Groslée biss), Innimond, Lhuis, Lompnas, Marchamp, Montagnieu, Ordonnaz, Saint-Sorlin-en-Bugey, Sault-Brénaz, Seillonnaz, Serrières-De-Briord, Souclin, Villebois;

Fid-Doubs:

Il-cantons Besançon, Frasne, Morteau, Ornans, Pontarlier, Saint-Vit, Valdahon

Il-cantons Baume-Les-Dames sauf communes de Abbenans, Avilley, Bonnal, Cubrial, Cubry, Cuse-et-Adrisans, Fontenelle-Montby, Gondenans-Montby, Gondenans-les-Moulins, Gouhelans, Huanne-Montmartin, Mesandans, Mondon, Montagney-Servigney, Montussaint, Nans, Puessans, Rognon, Romain, Rougemont, Tallans, Tournans, Tressandans, Trouvans, Uzelle, Viethorey; Maîche għajr Bondeval, Thulay, Meslières, Abbevillers; Valentigney għajr il-muniċipalitajiet Bourguignon, Écot, Mandeure, Mathay.

Il-muniċipalitajiet Anteuil, Belvoir, Branne, Chaux-lès-Clerval, Chazot, Crosey-le-Grand, Crosey-le-Petit, Fontaine-lès-Clerval, (L’) Hôpital-Saint-Lieffroy, Hyémondans, Lanans, Lanthenans, Orve, Pays de Clerval, Pompierre-sur-Doubs, Rahon, Randevillers, Roche-lès-Clerval, Saint-Georges-Armont, Sancey, Servin, Surmont, Valonne, Vaudrivillers, Vellerot-lès-Belvoir, Vellevans, Vernois-lès-Belvoir, Vyt-lès-Belvoir;

Fil-Jura:

Id-département kollu għajr il-muniċipalitajiet Annoire, Aumur, Champdivers, Chemin, Longwy-sur-le-Doubs, Molay, Peseux, Petit-Noir, Saint-aubin, Saint-Loup, Tavaux.

F’Saône-et-Loire:

Il-muniċipalitajiet Beaurepaire-En-Bresse, Beauvernois, Bellevesvre, Fretterans, Mouthier-en-Bresse, Savigny-en-Revermont, Saillenard, Torpes, Flacey-en-Bresse, Joudes, Cuiseaux, Champagnat, Sagy.

F’Haute-Savoie:

Il-muniċipalità Challonges, għal żewġ biċċiet art biss.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija l-katina ta’ muntanji tal-Jura, il-pjanura kalkarja u l-estensjoni tagħha f’parti żgħira mill-pjanura ta’ maġenbha.

Ir-reġjuni agrikoli huma kkaratterizzati minn ħamrija fqira u l-għoljiet u mis-sottostrat ġeoloġiku kalkarju u molassiku.

Iż-żona kollha hija kkaratterizzata minn klima tat-tip kontinentali u tat-Tramuntana b’differenzi kbar fit-temperatura bejn l-istaġuni, u bi kwantità ta’ preċipitazzjoni li, għalkemm hija mqassma tul is-sena kollha, hija aktar ta’ spiss fis-sajf, temperatura medja annwali baxxa u numru kbir ta’ jiem bil-ġlata.

Huwa ambjent muntanjuż jew submuntanjuż b’ħafna xita b’ammont annwali li dejjem jaqbeż id-900 mm u ġeneralment aktar minn 1 000 mm. L-ammont ta’ xita diġà huwa kbir fl-altitudnijiet baxxi u jiżdied lejn il-parti interna tal-muntanji. Ix-xita tant hija mqassma tul is-sena kollha li ma hemmx staġun ta’ nixfa.

It-territorju huwa mqassam bejn il-foresti u l-mergħat. Il-kundizzjonijiet ġeoklimatiċi partikolari taż-żona (ħafna xita, nuqqas ta’ nixfa fis-sajf, …), huma favorevoli ħafna għall-produzzjoni ta’ veġetazzjoni ta’ kwalità. Huma jippermettu l-iżvilupp ta’ mergħat naturali b’varjetà kbira ta’ fjuri (b’mod partikolari d-dikotiledoni) u flora speċifika l-aktar ta’ pjanti li jikbru bil-ġir.

F’dan it-territorju favorevoli għall-mergħat, dan il-metodu ta’ ġestjoni tal-baqar tal-ħalib jingħata prijorità kemm-il darba l-kundizzjonijiet tal-klima, is-sostenibbiltà tal-art u l-preżenza ta’ veġetazzjoni jippermettu. Min irabbi għażel ir-razza Montbéliarde li hija adatta għall-kundizzjonijiet tal-ambjent u li tikkostitwixxi kważi l-ammont totali tal-merħliet ta’ baqar tal-ħalib taż-żona ġeografika. L-użu estensiv tal-mergħat huwa protett (limitu ta’ bhejjem, tan-nitroġenu, tal-għalf ikkonċentrat…). Barra minn hekk iż-żona ġeografika għandha “kultura tal-ġobon” partikolari. Din il-kultura, ibbażata fuq l-użu komuni tal-ħalib biex isir ġobon ta’ daqs kbir, wasslet għal solidarjetà kbira u regoli ta’ ħajja komuni.

Fil-fatt, mis-seklu XI, il-bdiewa ta’ dan ir-reġjun ingħaqdu biex jiġbru flimkien kuljum il-ħalib prodott mill-merħliet diversi sabiex jiġi manifatturat ġobon ta’ daqs kbir. Il-produtturi tal-ħalib għadhom sal-lum l-aktar organizzati f’kooperattivi u jiġbru flimkien il-ħalib tagħhom f’post għall-ipproċessar dak iż-żmien imsejjaħ “fruitière”.

Il-prattiki tradizzjonali fil-manifattura ta’ dan il-ġobon għadhom għaddejjin sal-lum fir-rigward tat-trobbija tal-annimali permezz tal-ġestjoni tal-mergħat u tat-tnixxif tal-ħaxix maqtugħ u fir-rigward tal-manifattura permezz tal-kontroll tal-mument tal-qtugħ tal-baqta, tat-taħlit u t-tisħin tagħha, kif ukoll tad-dikantar, l-ippressar u mbagħad it-tmelliħ, il-prematurazzjoni u l-maturazzjoni.

Il-“Comté” huwa ġobon magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqra, imsajjar u ppressat li għandu forma ta’ ċilindru kbir, b’dijametru ta’ 55 sa 75 ċentimetru, u jibbenefika minn żmien ta’ maturazzjoni twil u dan jagħmlu ġobon li jista’ jinħażen għal żmien twil.

Il-“Comté” għandu kontenut limitat ta’ xaħam u dan jagħmlu differenti mill-ġobnijiet imsajrin ippressati l-oħrajn.

It-togħma tal-“Comté” hija waħda kumplessa. Minkejja li l-fatturi sensorjali ġenerali huma l-istess għall-ġobnijiet kollha, ma hemmx żewġ ġobnijiet tal-“Comté” li huma identiċi. Ġew identifikati sitt kategoriji ta’ aromi (aroma tal-frott, tal-ħalib, tal-inkaljar, veġetali, annimali u pikkanti) u dawn jinkludu aktar minn 90 tonalità.

Huwa f’dawn l-ambjenti diffiċli, fejn il-pajsaġġ huwa magħmul mill-foresta u l-mergħat, fejn kien impossibbli li jiġu żviluppati riżorsi oħrajn, li l-ġobnijiet ibsin u kbar saru l-prodott ewlieni. Għan-nies tal-post, il-produzzjoni ta’ ġobon li jista’ jinħażen għal żmien twil kienet l-uniku mod biex jiżviluppaw ikel li jista’ jiġi ppreservat magħmul mill-ħalib abbundanti tas-sajf u li jista’ jiflaħ ix-xitwa twila. Dawk li jrabbu l-bhejjem fir-reġjun għalhekk għażlu razza ta’ baqar partikolarment adatta għall-kundizzjonijiet tal-ambjent u għall-produzzjoni ta’ ġobon partikolari. Il-ħalib tqiegħed fil-fruitières sabiex jiġi mmanifatturat ġobon ta’ daqs kbir u li jista’ jiġi preservat għal żmien twil, li jippermetti l-valorizzazzjoni tar-rikkezzi ta’ dan l-ambjent barra miż-żona. L-għażla ta’ ġobon imsajjar ġiet iffavorita mill-preżenza abbondanti ta’ injam għat-tisħin fil-viċin.

Il-karatteristiċi distintivi tal-mergħat joħorġu fit-togħma tal-ġobon bis-saħħa tal-kompetenza speċifika fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-prodott.

L-ewwel nett ir-rikkezza kbira tal-flora marbuta mal-ambjent naturali taż-żona ġeografika, hija favorevoli ħafna għall-iżvilupp tal-komposti aromatiċi fil-ġobnijiet. Din id-diversità hija ppreservata permezz tal-użu estensiv tal-mergħat minn dawk li jrabbu l-bhejjem. Żewġ studji xjentifiċi li twettqu fl-1994 urew din ir-relazzjoni mill-qrib bejn id-diversità tal-flora u r-rikkezza aromatika tal-“Comté”. Fil-livell tal-manifattura, il-limitazzjoni tal-proporzjon tax-xaħam tgħin biex ma jkunx hemm togħmiet ta’ lipolisi u biex jissaħħu l-aromi speċifiċi tal-“Comté”. L-estratt xott minimu u l-umdità massima fil-ġobon mingħajr xaħam jippermettu li jiġi limitat l-eċċess ta’ ilma fil-ġobon u biex joħorġu aktar l-aromi. Il-kontenut ta’ melħ minimu jippermetti wkoll titjib fl-aromi. L-obbligu ta’ reċipjenti miftuħin jippermetti li jinżammu l-kompetenzi tal-produzzjoni tal-ġobon, bħal pereżempju l-kontroll tal-mument tal-qtugħ tal-baqta jew il-mument tad-dikantar. Fl-aħħar nett, l-ispeċjalist tal-maturazzjoni juża l-għarfien espert tiegħu billi jadatta l-kundizzjonijiet ta’ maturazzjoni ta’ kull lott b’delikatezza. L-aroma tal-ġobon, li tiġi mill-fatturi naturali tal-ħaxix u tal-ekosistema tal-mikrobi, tkun kompluta biss wara maturazzjoni twila li t-twettiq tagħha huwa favorit mill-pjanċi tal-abiti, partikolarment adatti għall-maturazzjoni tal-“Comté”. Il-produzzjoni tal-“Comté” tippermetti li jinżammu l-attivitajiet agrikoli tradizzjonali u tikkontribwixxi ħafna fil-bilanċ tal-ekonomija lokali.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-d4e5a722-a6f6-4790-a181-94ea41f1a5dd


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/13


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 187/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“MAHÓN-MENORCA”

Nru tal-UE: PDO-ES-0083-AM02 – 15.6.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida ‘Mahón-Menorca’ [Kunsill Regolatorju għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Mahón-Menorca”]

Ctra. Des Grau, km. 0,5

07700-Mahón (Menorca)

Baleares

ESPAÑA

Tel. +34 971362295

Email: quesomahon@infotelecom.es

Korp li jirrappreżenta lill-produtturi u lill-proċessuri fi kwistjonijiet ta’ difiża, garanzija u promozzjoni ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Denominazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DPO jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DPO jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

5.1.   Emenda:

It-taqsima B. tal-Ispeċifikazzjoni — Deskrizzjoni tal-prodott — hi emendata kif ġej:

Emenda għall-medda tal-piż minn bejn 1 kg u 4 kg għal bejn 0,6 kg u 4 kg.

Il-piż tal-ġobniet koperti ġie emendat, bl-ogħla limitu jinżamm 4 kg iżda l-limitu l-baxx jinbidel minn 1 kg għal 0,6 kg.

Test preċedenti: “Piż bejn 1 kg u 4 kg.”

Test sostitut: “Piż bejn 0,6 kg u 4 kg.”

Raġunijiet:

Il-piż tal-prodott ġie emendat billi, fis-snin reċenti, kien hemm żieda fid-domanda għal ġobniet iżgħar minn settur sinifikanti tas-suq.

Ġobniet li jiżnu bejn 0,6 kg u 1 kg għandhom ikunu konformi mal-karatteristiċi l-oħrajn kollha stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni għall-“Mahón-Menorca” DOP.

Għal din ir-raġuni, biex jiġi kkontrollat li l-karatteristiċi organolettiċi (l-aroma, il-mod kif tinħass u t-togħma) jibqgħu mhux mibdula, sar studju mid-Dipartiment tal-Kimika fl-Università tal-Gżejjer Baleariċi fuq kampjuni ta’ ġobniet li jiżnu iktar minn 0,6 kg u inqas minn 1 kg u li huma magħmula minn negozji rreġistrati taħt il-“Mahón-Menorca” DOP, skont l-Ispeċifikazzjoni f’dak li jirrigwarda l-materja prima, il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u l-maturazzjoni.

L-objettivi tal-istudju kienu fuq naħa biex jiġi analizzat jekk il-ġobniet li jiżnu inqas minn 1 kg u li huma magħmula minn negozji rreġistrati taħt id-DOP “Mahón-Menorca” għandhomx karatteristiċi organolettiċi differenti minn dawk il-ġobniet koperti bid-DOP, u fuq in-naħa l-oħra biex jiġi analizzat il-grad ta’ maturità tal-ġobniet skont il-bażi tal-kontenut medju ta’ umdità, id-distribuzzjoni tal-umdità (profili tal-umdità) u l-mod kif jinħass. Saret ukoll evalwazzjoni taż-żmien meħtieġ biex jinkiseb l-istess grad ta’ maturità fil-ġobniet li jiżnu inqas minn 1 kg bħal f’ġobniet koperti mid-DOP “Mahón-Menorca”.

L-istudju kkonkluda li l-ġobniet li jiżnu bejn 0,6 kg u 1 kg ma jippreżentawx karatteristiċi organolettiċi differenti minn dawk il-ġobniet koperti bid-DOP. Sab ukoll li, bħal fil-kontenut medju ta’ umdità, il-grad ta’ maturità tal-ġobniet li jiżnu bejn 0,6 kg u 1 kg hu simili għal dak tal-ġobniet koperti mid-DOP “Mahón-Menorca”.

Għalhekk, ġie kkonfermat li t-tnaqqis tal-piż minimu tal-ġobniet għal 0,6 kg ma jaffettwax il-konformità mal-karatteristiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni.

5.2.   Emenda:

It-taqsima H. tal-Ispeċifikazzjoni — Tikkettar — hija emendata kif ġej:

Bidla fil-logo tad-DOP “Mahón-Menorca” u fit-tip ta’ tikkettar

Test preċedenti: Il-ġobon intenzjonat għall-konsum għandu jkollu tikketta sekondarja numerata maħruġa mill-Bord Regolatorju. Ġew stabbiliti żewġ tipi differenti ta’ tikketta sekondarja għall-ġobon “Mahón” u għall-ġobon “Mahón Artesano”.

Test sostitut: It-tikkettar tal-ġobon intenzjonat għall-konsum irid jinkludi l-logo tad-DOP u numru ta’ kontroll:

Image

Raġunijiet:

Il-logo tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ġie aġġornat biex ikun iktar faċli li jiġi identifikat il-prodott; ġie introdott disinn iktar ċar li jagħmlu iktar rikonoxxibbli għall-konsumaturi.

Fuq in-naħa l-oħra, ir-rekwiżit li jiġi inkluż il-logo fuq tikketta sekondarja maħruġa mill-Bord Regolatorju ġie sostitwit bl-għażla li jiġi inkluż il-logo fuq it-tikketta tal-prodott innifisha.

DOKUMENT UNIKU

“MAHÓN-MENORCA”

Nru tal-UE: PDO-ES-0083-AM02 — 15.6.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“MAHÓN-MENORCA”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ġobon ippressat magħmul minn ħalib sħiħ mir-razez ta’ baqar Friesian, Mahonesa/Menorquina u/jew Brown Alpine (Pardo-Alpina), possibbilment b’żieda ta’ ħalib mir-razza ta’ nagħaġ Menorquina fi proporzjon massimu ta’ 5 partijiet għal kull 100.

Żewġ tipi ta’ ġobon huma koperti: “Mahón-Menorca Artesano” hu magħmul f’azjendi tal-ġobon artiġjanali bl-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat, filwaqt li “Mahón-Menorca” hu magħmul f’azjendi tal-ġobon industrijali bl-użu ta’ ħalib li kien soġġett għal xi forma ta’ proċess u/jew metodu ta’ preservazzjoni.

Għaż-żewġ tipi, ġew stabbiliti żewġ denominazzjonijiet: “semicurado” [semimaturat] jekk ġie mmaturat għal inqas minn 150 ġurnata, u “curado” [maturat] jekk ġie mmaturat għal iktar żmien, meta wieħed iżomm f’moħħu li għall-“Mahón-Menorca Artesano”, il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni hu ta’ 60 jum.

Meta jkun matur, il-ġobon għandu l-karatteristiċi medji li ġejjin:

Forma: parallelepipedu b’qiegħ kwadru u b’kantunieri u truf ġejjin għat-tond.

Għoli: bejn 5 cm u 9 cm.

Piż: bejn 0,6 kg u 4 kg.

Il-qoxra għandha konsistenza kompatta u xaħmija u tvarja fil-kulur bejn isfar u kannella fl-isfar b’marki tat-tinjiet tad-drapp (“fogasser”) fuq il-wiċċ ta’ fuq tal-ġobniet artiġjanali.

Il-parti ewlenija tal-ġobon hija iebsa, tibqa’ intatta meta titqatta’ u għandha kulur isfar fl-avorju.

It-togħma fiha ħjiel ħafif ta’ aċidità, noti delikati ta’ ħalib u togħma pikkanti prevalenti fil-ġobniet “curado” li ssir iktar akuta hekk kif tiżdied il-maturità. Il-ġobon fih toqob li huma ftit jew wisq tondi, li huma mqassma b’mod irregolari u f’numri żgħar u huma ta’ daqs li jvarja mhux ikbar minn piżella.

Kontenut ta’ xaħam mhux inqas minn 38 % f’materja xotta; total ta’ materja xotta mhux inqas minn 50 %.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-bhejjem jiġu mitmugħin skont il-prattiki tradizzjonali, bl-użu tal-aħjar mergħat fiż-żona.

Il-bwar naturali ġeneralment jinsabu fuq art li qabel kienet iddedikata għall-agrikoltura, li ġiet sostitwita bit-trobbija tal-bhejjem. Dawn huma formazzjonijiet spontanji ta’ ħaxix twil dens, li fih jippredominaw il-ħxejjex u l-legumi b’valur għoli ta’ ragħa.

It-tipi ewlenin ta’ għalf imkabbar huma s-silla, ix-xgħir, il-ħafur, il-qamħirrum, ix-xnien u s-sikrana.

Normalment isir ragħa fuq il-mergħat minn Novembru sa Mejju. L-għalf żejjed jinbidel f’silla jew tiben fir-rebbiegħa (April-Mejju) biex isostni l-bhejjem matul ix-xhur meta l-ħaxix ikun skars. Dan l-għalf hu ssupplimentat b’konċentrati u bi prodotti sekondarji.

Il-varjazzjoni fl-ammont u, fuq kollox, id-distribuzzjoni tal-preċipitazzjoni matul is-sena, ikkombinati mal-qawwa tar-riħ, magħruf bħala “tramontana” (Tramuntana), jagħmluha diffiċli li tingħata garanzija li għal kull staġun agrikolu, l-għalf kollu kkunsmat ikun prodott fuq il-gżira. Fi kwalunkwe każ, 70 % tal-għalf użat għat-tmigħ tal-bhejjem jitkabbar fuq il-gżira ta’ Menorca.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib, u l-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon, għandhom isiru fiż-żona ġeografika li hija magħmula mill-gżira kollha ta’ Menorca.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketti għandu jkollhom il-kliem li ġejjin: Queso “Mahón-Menorca” [Ġobon “Mahón-Menorca”].

It-tikkettar tal-ġobon intenzjonat għall-konsum irid jinkludi l-logo tad-DOP u numru ta’ kontroll:

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona li fiha jrid ikun prodott il-ħalib u li fiha jrid isir u jiġi mmaturat il-ġobon hi l-gżira ta’ Menorca. Din tinsab 18-il mil nawtiku minn Mallorca u 130 mil nawtiku minn Barċellona, bil-koordinati li ġejjin: minn 39°48′N sa 40°05′N u minn 3°47′E sa 4°20′E.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Minħabba l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tat-temp, b’mod partikolari l-influwenza tar-riħ, f’Menorca, it-trobbija tal-bhejjem dejjem kienet ta’ importanza ikbar mill-agrikoltura.

Il-gżira ta’ Menorca għandha erja ta’ bejn wieħed u ieħor 689 km2 u tista’ tinqasam f’żewġ żoni distinti: it-“Tramontana” fit-tramuntana, li hi iktar imħarbta, u l-“Migjorn” fin-nofsinhar li għandha pajsaġġ aktar ċatt u omoġenju għalkemm għandha widien iktar fondi. L-ogħla ponta tal-gżira hi Monte Toro b’altitudni ta’ 358 m.

Il-klima hi moderata u t-temperaturi fis-sajf ma jaqbżux l-34 °C u fix-xitwa ma jinżlux taħt il-5 °C. It-temperatura medja fis-sajf hi 23 °C, u 10 °C fix-xitwa.

Il-medja ta’ xita annwali hi ftit iktar minn 600 mm. Dan, flimkien man-nida abbundanti kkawżata mill-umdità relattivament għolja minħabba l-viċinanza tal-baħar, jipprovdi biżżejjed mergħat fuq il-gżira biex jieklu kważi 20 000 bhima, li minnhom madwar 15 000 huma baqar tal-ħalib.

Isir ragħa fuq il-mergħat minn Novembru sa Mejju. L-għalf żejjed jinbidel f’silla jew tiben fir-rebbiegħa (April-Mejju) biex isostni l-bhejjem matul ix-xhur meta l-ħaxix ikun skars.

Il-flora tikkonsisti prinċipalment f’silla, sikrana, niġem, xgħir, ħafur u xnien.

Il-proprjetà rurali hi maqsuma f’“llocs”, azjendi agrikoli normalment immexxija minn familja waħda li tgħix fir-razzett, li tikkoltiva l-art u trabbi l-bhejjem skont il-prattiki tradizzjonali.

Id-dehra karatteristika tal-pajsaġġ ta’ Menorca għal parti kbira mis-sena hi kombinazzjoni ta’ sfumaturi differenti ta’ aħdar, skont l-għelejjel, il-mergħat u l-boski, maqtugħin b’netwerk dens ta’ ħitan tal-ġebel li jirrelataw mal-ispeċjalizzazzjoni tal-gżira fil-farms tal-bhejjem u huma konsegwenza tal-ħamrija baxxa u tal-abbundanza ta’ blat. Huwa stmat li hemm 15 000 km ta’ ħitan tal-ġebel li joħolqu kompartimenti tal-ħitan jew “tanques”, li jagħmluha iktar faċli biex ir-ragħa jintuża b’razzjonalità u jitnaqqas ix-xogħol meħtieġ biex jiġu indokrati l-bhejjem.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-ġobon “Mahón-Menorca” jiġi fil-forma ta’ parallelepipedu b’qiegħ kwadru b’kantunieri u bi truf ġejjin għat-tond. Il-qoxra tvarja fil-kulur bejn isfar u isfar fil-kannella. It-togħma fiha ħjiel ħafif ta’ aċidità, noti delikati ta’ ħalib u togħma pikkanti prevalenti fil-ġobniet “curado” li ssir iktar akuta hekk kif tiżdied il-maturità.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

L-ambjent fiżiku hu essenzjalment imsawwar mill-klima Mediterranja, b’medja ta’ xita annwali ta’ ftit iktar minn 600 mm. Dan, flimkien man-nida abbundanti kkawżata mill-umdità relattivament għolja minħabba l-viċinanza tal-baħar, jippermetti l-produzzjoni ta’ għalf ta’ kwalità għolja, li jikkontribwixxi biex il-ħalib u l-ġobon miksubin mill-annimali li prinċipalment jieklu dan l-għalf jiksbu karatteristiċi fiżiko-kimiki u organolettiċi distinti u tipiċi ta’ dan it-tip ta’ ġobon.

Il-forma partikolari tal-ġobon hi dovuta għall-metodu tradizzjonali ta’ kif tiġi ffurmata l-baqta, jiġifieri li titpoġġa f’biċċa drapp tal-qoton kwadra msejħa “fogasser” u din tiġi mdendla mill-erba’ rkejjen tagħha.

Prattika partikolari oħra fil-produzzjoni tal-ġobon “Mahón-Menorca Artesano” hi li l-wiċċ tal-qoxra jingħata trattament waqt il-maturazzjoni billi jindilek bil-butir u biż-żejt taż-żebbuġa jew b’taħlita ta’ żejt taż-żebbuġa u paprika. Din l-operazzjoni, li ssir diversi drabi matul il-proċess ta’ maturazzjoni, timpedixxi li l-qoxra tal-ġobon tinxef f’daqqa, u tagħti kulur u dehra esterna karatteristika.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)

http://www.caib.es/sites/qualitatagroalimentaria/es/formatge_mahon-menorca-46241


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


1.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/18


AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Kolombja biex ikunu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea

(2018/C 187/09)

Fil-qafas tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Kolombja, il-Perù (1) u l-Ekwador (2), l-awtoritajiet Kolombjani ppreżentaw il-lista mehmuża ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fil-Kolombja, għall-protezzjoni skont il-Ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qiegħda tikkunsidra jekk dawn l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhomx jiġu protetti wkoll fl-UE.

Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif dovut.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku: AGRI-A3@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost:

(a)

toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk x’aktarx tkun tqarraql bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

tkun kompletament jew parzjalment omonima mal-protezzjoni ta’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (3), jew tkun tinsab fil-ftehimiet li l-Unjoni kkonkludiet mal-pajjiżi li ġejjin:

L-Istati tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (EPA) tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) (li huma l-Botswana, il-Lesoto, il-Mozambique, in-Namibja, is-Swaziland u l-Afrika t’Isfel) (4)

L-Iżvizzera (5)

Ir-Repubblika tal-Korea (6)

L-Amerika Ċentrali (7)

Il-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador (8)

Il-Kanada (9)

Il-Georgia (10)

(c)

fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama tal-marka kummerċjali u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ marka kummerċjali kompletament jew parzjalment identika, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(e)

jew jekk jistgħu jingħataw dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa kkunsidrat ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija soġġetta għall-konklużjoni b’suċċess ta’ din il-proċedura, kif ukoll għall-att legali sussegwenti li jżid dawn l-ismijiet tal-Ftehim imsemmi hawn fuq.

Lista ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Kolombja biex ikunu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (11)

Isem

Deskrizzjoni qasira

“CAFÉ DE SANTANDER”

Kafè

“ARROZ DE LA MESETA DE IBAGUÉ”

Ross


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 356, 24.12.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 tal-1 ta’ Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni 2002/309/KE għal dak li jirrigwarda l-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1), u b’mod partikulari l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-negozju fi prodotti agrikoli – l-Anness 7.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2369 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (ĠU L 356, 24.12.2016, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta’ Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).

(11)  Lista pprovduta mill-awtoritajiet Kolombjani.