ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 183

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
29 ta' Mejju 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 183/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8856 — Archer Daniels Midland/Cargill/JV Egypt) ( 1 )

1

2018/C 183/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8764 — Sedgwick/Cunningham Lindsey) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 183/03

Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

2

2018/C 183/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 183/05

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali

2018/C 183/06

Rakkomandazzjoni Nru A1 tat-18 ta’ Ottubru 2017 dwar il-ħruġ tal-attestazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 )

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 183/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8919 — Permira/Exclusive Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

2018/C 183/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8496 — Strabag/Max Bögl International/SMB) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17


 

Rettifika

2018/C 183/09

Rettifika għan-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ fittings fonduti għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja ( ĠU C 162, 8.5.2018 )

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8856 — Archer Daniels Midland/Cargill/JV Egypt)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 183/01)

Fit-18 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8856. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8764 — Sedgwick/Cunningham Lindsey)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 183/02)

Fit-12 ta’ April 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8764. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/2


Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2018/C 183/03)

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2018/774 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IIa tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Marzu 2019, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fuq il-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

e-mail: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, tal-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 131, 29.5.2018, p. 16.

(3)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 131, 29.5.2018, p. 1.


29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2018/C 183/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ proċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ proċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

posta-e: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tinqasam skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-Taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Mejju 2018

(2018/C 183/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1644

JPY

Yen Ġappuniż

127,33

DKK

Krona Daniża

7,4474

GBP

Lira Sterlina

0,87465

SEK

Krona Żvediża

10,2373

CHF

Frank Żvizzeru

1,1577

ISK

Krona Iżlandiża

123,20

NOK

Krona Norveġiża

9,5113

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,731

HUF

Forint Ungeriż

319,42

PLN

Zloty Pollakk

4,3053

RON

Leu Rumen

4,6360

TRY

Lira Turka

5,3482

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5410

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5114

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1354

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6756

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5615

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 250,83

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4979

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4508

HRK

Kuna Kroata

7,3950

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 324,88

MYR

Ringgit Malażjan

4,6316

PHP

Peso Filippin

61,112

RUB

Rouble Russu

72,6316

THB

Baht Tajlandiż

37,272

BRL

Real Brażiljan

4,2953

MXN

Peso Messikan

22,7650

INR

Rupi Indjan

78,5280


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/5


RAKKOMANDAZZJONI Nru A1

tat-18 ta’ Ottubru 2017

dwar il-ħruġ tal-attestazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

(2018/C 183/06)

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu, il-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli sabiex tindirizza l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew mistoqsijiet relatati ma’ interpretazzjoni li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 dwar il-valur legali tad-dokumenti u l-evidenza ta’ appoġġ li turi l-pożizzjoni ta’ persuna,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 dwar l-attestazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Li jaġixxi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jipprevedi li fuq talba tal-persuna kkonċernata jew ta’ min iħaddem, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli skont it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandha tipprovdi attestazzjoni li tali leġiżlazzjoni hija applikabbli u għandha tindika, fejn xieraq, sa liema data u taħt liema kundizzjonijiet.

(2)

Il-Kummissjoni Amministrattiva tiddetermina l-istruttura u l-kontenut tad-Dokument Portabbli A1 fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli li tapplika għad-detentur.

(3)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jipprevedi li dan id-dokument għandu jiġi aċċettat mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn diment li ma jkunx ġie rtirat jew iddikjarat invalidu mill-Istat Membru li fih ikun inħareġ.

(4)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, kif stabbilit ukoll fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u speċifikat fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu valutazzjoni xierqa tal-fatti relevanti għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali u konsegwentament li jikkonfermaw il-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab f’Dokument Portabbli A1.

(5)

Dawn id-dokumenti jistabbilixxu suppożizzjoni li d-detentur ikun affiljat bix-xieraq fis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li l-istituzzjoni tiegħu tkun ħarġithom,

BIL-PREŻENTI TIRRAKKOMANDA LIS-SERVIZZI KOMPETENTI U LILL-ISTITUZZJONIJIET LI:

1.

Sabiex tiġi iprevenuta l-falsifikazzjoni tad-Dokument Portabbli A1, pereżempju bl-iskambju ta’ paġni bejn dokumenti differenti, huwa rrakkomandat li l-karatteristiċi ta’ awtentifikazzjoni għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikati maħruġin, jiġifieri:

(a)

fejn id-dokumenti huma maħruġin elettronikament, dawn għandu jkollhom numru serjali jew numru ta’ identifikazzjoni fuq kull paġna. F’dan il-każ, firma manwali jew stampar bl-inka ma jkunux meħtieġa aktar;

(b)

fejn id-dokumenti jinħarġu manwalment, għandhom jiġu stampati fuq iż-żewġ naħat tal-folja u l-folji għandhom ikunu mehmużin ma’ xulxin b’tali mod li ma jkunux jistgħu jiġu sseparati faċilment. Dan jista’ jinkiseb, pereżempju, billi tintlewa l-kantuniera ta’ fuq tax-xellug, din il-kantuniera tiġi stejpiljata u jitpoġġa timbru fuq in-naħa ta’ wara.

2.

Barra minn hekk, huwa irrakkomandat li kull Dokument Portabbli A1 ikun irreġistrat b’tali mod li l-awtentiċità tiegħu tkun tista’ tiġi ivverifikata faċilment u malajr.

3.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Amministrattiva dwar il-modi differenti li bihom jinħarġu d-Dokumenti Portabbli A1 mill-istituzzjonijiet tagħhom. Id-delegazzjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva għandhom jikkondividu din l-informazzjoni mal-ispettorati rispettivi tagħhom.

4.

Huwa irrakkomandat illi, qabel il-ħruġ tad-Dokument Portabbli A1, l-istituzzjonijiet jivvalutaw il-fatti relevanti kollha, jew permezz ta’ data li tkun f’sorsi uffiċjali, jew billi l-applikant jintalab jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Bħala gwida għall-istituzzjonijiet, lista standardizzata mhux eżawrjenti ta’ mistoqsijiet komuni u mistoqsijiet speċifiċi għall-artikoli relevanti differenti tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tista’ tinstab fl-Anness. Dawn jistgħu jiġu adattati skont kif jidher xieraq fil-każ involut.

5.

Għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà fil-formoli tal-applikazzjoni li permezz tagħha, l-applikant jiddikjara li huwa wieġeb il-mistoqsijiet kollha tajjeb bl-aħjar għarfien tiegħu u li huwa konxju tal-possibilità li jsiru kontrolli bil-konsegwenza li d-dokument jista’ jiġi rtirat retroattivament.

6.

Huwa irrakkomandat li l-istituzzjonijiet kompetenti jkollhom l-informazzjoni dwar id-Dokumenti Portabbli A1 maħruġin disponibbli, preferibbilment f’bażi ta’ data elettronika. Għandhom jinnotifikaw lil xulxin, permezz tas-Sistema ta’ Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI, Electronic Exchange of Social Security Information), bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-każ ta’ attività segwita fl-Istat Membru l-ieħor skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

7.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Agne NETTAN-SEPP


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


ANNESS

Settijiet standardizzati ta’ mistoqsijiet għall-applikazzjoni għal Dokument Portabbli A1

A.   MISTOQSIJIET KOMUNI DWAR IL-PERSUNA KKONĊERNATA TAD-DOKUMENT PORTABBLI A1 (PD A1)

Il-mistoqsijiet li ġejjin jeħtieġu jintużaw f’kull formola tal-applikazzjoni u jeħtieġu jiġu ivverifikati mill-istituzzjoni mittenti:

Kunjom

Isem

Data tat-twelid

Sess: raġel/mara/mhux magħruf

Numru ta’ identifikazzjoni personali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Il-persuna għandha r-residenza tagħha legalment fi Stat Membru (għal ċittadini ta’ pajjiż terz)

Indirizz fl-Istat tar-residenza (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Indirizz fl-Istat tas-soġġorn (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Indirizz ta’ kuntatt tal-persuna

Titlu tal-impjieg/Professjoni/Negozju

B.   MISTOQSIJIET SPEĊIFIĊI LI JIDDEPENDU FUQ IĊ-ĊIRKOSTANZI DIFFERENTI LI FIHOM IKUN MITLUB PD A1

Barra minn hekk, mistoqsijiet speċifiċi li jiddependu fuq iċ-ċirkustanzi varji li fihom jista’ jintalab PD A1 abbażi ta’ Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) huma stabbiliti hawn taħt.

1.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (attività bħala impjegat jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru wieħed)

Min iħaddem

Isem

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Attività ta’ impjieg indipendenti

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Data tal-bidu/tat-tmiem tax-xogħol

2.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 11(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjegati taċ-ċivil)

Min iħaddem(l-amministrazzjoni li timpjega)

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Post(ijiet) tax-xogħol barra mill-pajjiż (irrepeti għal kemm drabi jkun hemm bżonn)

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Data tal-bidu tax-xogħol barra minn pajjiżek

Data tat-tmiem tax-xogħol barra minn pajjiżek

3.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (attività ekonomika abbord bastiment fuq il-baħar)

Min iħaddem

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

L-isem tal-bastiment

L-Istat li l-bastitment qed itajjar il-bandiera tiegħu

Ir-remunerazzjoni titħallas mill-impriża li l-uffiċċju jew il-post tan-negozju reġistrat tagħha huwa fi Stat ieħor: iva/le

Data tal-bidu tax-xogħol

Data tat-tmiem tax-xogħol

4.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina)

Min iħaddem

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Post fejn tinsab il-bażi domestika

Data tal-bidu tax-xogħol

Data tat-tmiem tax-xogħol

5.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (kollokament ta’ ħaddiema)

Min iħaddem fl-Istat tal-kollokament

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Il-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea skont NACE

Impriża(i) fl-Istat riċeventi/post(ijiet) tal-kollokament

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Data tal-bidu tal-kollokament

Data tat-tmiem tal-kollokament

L-impjegat huwa soġġett għall-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-kollokament fi ħdan xahar qabel il-kollokament: iva/le

Dettalji tal-attività mwettqa xahar immedjatament qabel il-kollokament

Natura tal-attività fl-Istat ta’ kollokament

Natura tal-attività fl-Istat riċevitur

L-impjegat qiegħed jiġi ikkollokat biex jissostitwixxi ħaddiem ikkollokat ieħor: iva/le

Jekk iva, jekk jogħġbok indika għala din is-sostituzzjoni hija meqjusa bħala neċessarja

L-impjegat diġà ħadem fl-Istat Membru riċevitur konċernat: iva/le

Jekk iva, indika l-perjodi preċedenti tal-kollokament (data minn, data sa)

Numru ta’ impjegati ta’ min iħaddem fl-Istat tal-kollokament (għajr ħaddiema amministrattivi)

Numru ta’ ħaddiema amministrattivi fl-Istat tal-kollokament

Għadd ta’ impjegati f’kollokament

Numru ta’ kuntratti eżerċitati fl-Istat tal-kollokament

Numru ta’ kuntratti eżerċitati fl-Istat riċevitur

Fatturat fl-Istat tal-kollokament (f’%)

Fatturat fl-Istat Membru riċevitur (f’%)

Min iħaddem fl-Istat tal-kollokament jista’ jiddeċiedi li jtemm il-kuntratt mal-impjegati matul il-kollokament tagħhom: iva/le

Min iħaddem fl-Istat tal-kollokament huwa kapaċi jiddeċiedi fuq l-aspetti ewlenin tal-attività mwettqa fl-Istat riċevitur: iva/le

Il-kuntratt tal-impjieg jiġi konkluż ma’: min iħaddem fl-Istat tal-kollokament/l-impriża fl-Istat riċevitur

L-impjegat sejjer jitħallas minn: min iħaddem fl-Istat tal-kollokament/l-impriża fl-Istat riċevitur

Ir-relazzjoni tal-impjieg sejra tkompli matul il-perjodu tal-kollokament: iva/le

L-impriża li fiha jiġi ikkollokat l-impjegat se tpoġġi lill-impjegat għad-dispożizzjoni ta’ impriża oħra: iva/le

6.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (kollokament ta’ nies jaħdmu għal rashom)

Impjieg indipendenti fl-Istat tal-kollokament

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Impjieg indipendenti fl-Istat riċeventi/Post tal-kollokament

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Data tal-bidu tal-kollokament

Data tat-tmiem tal-kollokament

Il-persuna b’impjieg indipendenti diġà ħadmet fl-Istat Membru riċevitur: iva/le

Jekk iva, indika l-perjodi preċedenti tal-kollokament (data minn, data sa)

Matul il-kollokament, struttura kummerċjali sejra tinżamm fl-Istat tal-kollokament, sabiex l-attività kummerċjali tkun tista’ tissokta mar-ritorn minn barra: iva/le

L-attività kummerċjali sejra tissokta malli tiġi lura mill-Istat Membru riċevitur

Natura tal-attività fl-Istat ta’ kollokament

Natura tal-attività fl-Istat riċevitur

7.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjieg f’żewġ Stati Membri jew aktar meta min iħaddem jinsab(u) fl-Istat ta’ residenza tal-persuna)

Min iħaddem

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Stati fejn sar ix-xogħol

Dettalji dwar il-post(ijiet) tax-xogħol (irrepeti kemm-il darba hemm bżonn)

L-isem tal-kumpanija

Numru(i) tal-Identità

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal inqas minn 5 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew inqas minn 5 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Data tal-bidu tax-xogħol f’kull impriża

Data tat-tmiem tax-xogħol f’kull impriża

8.   Applikazzjoni skont Art. 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjieg f’żewġ Stati Membri jew iktar – sitwazzjonijiet oħrajn)

Min iħaddem (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Il-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea ta’ min iħaddemskont NACE

Stati fejn sar ix-xogħol

Dettalji dwar il-post(ijiet) tax-xogħol (irrepeti kemm-il darba hemm bżonn)

L-isem tal-kumpanija

Numru(i) tal-Identità

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal inqas minn 5 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew inqas minn 5 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal mill-inqas 25 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew għal mill-inqas 25 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Data tal-bidu tax-xogħol f’kull impriża

Data tat-tmiem tax-xogħol f’kull impriża

9.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjieg indipendenti f’żewġ Stati Membri jew aktar)

Attività ta’ impjieg indipendenti

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Il-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea tal-impjieg indipendenti skont NACE

Stati fejn sar ix-xogħol

Dettalji dwar il-post(ijiet) ta’ attività ta’ impjieg indipendenti (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Isem tal-kumpanija (jekk applikabbli)

Numru(i) tal-Identità (jekk applikabbli)

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Fatturat u/jew dħul f’kull Stat fejn issir l-attività

Ħin tax-xogħol f’kull Stat fejn issir l-attività

Numru ta’ servizzi mwettqa f’kull Stat fejn issir l-attività

Data tal-bidu tal-attività

Data tat-tmiem tal-attività

10.   Applikazzjoni skont l-Art. 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjieg u impjieg indipendenti f’żewġ Stati Membri jew iktar)

Attività ta’ impjieg indipendenti (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Min iħaddem (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Il-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea ta’ min iħaddem skont NACE

Stati fejn sar ix-xogħol

Dettalji dwar il-postijiet tal-attività (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal inqas minn 5 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew inqas minn 5 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal mill-inqas 25 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew għal mill-inqas 25 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Data tal-bidu tal-attività

Data tat-tmiem tal-attività

11.   Applikazzjoni skont l-Art. 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjegat taċ-ċivil fi Stat wieħed u impjegat jew persuna taħdem għal rasha f’ieħor)

Min iħaddem (li jimpjiega amministrazzjoni)

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Attività ta’ impjieg indipendenti u/jew attività ta’ impjieg (irrepeti għal kemm drabi jkun hemm bżonn)

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Data tal-bidu tax-xogħol

Data tat-tmiem tax-xogħol

12.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (persunal tal-Unjoni Ewropea b’kuntratt)

Min iħaddem (li jimpjiega istituzzjoni jew korp tal-UE)

Isem

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Post tax-xogħol barra minn pajjiżek

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Data tal-bidu tax-xogħol bħala Personal b’kuntratt tal-Unjoni Ewropea

Il-leġiżlazzjoni li tkun għażlitha l-persuna ikkonċernata: il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih hu/hi tkun impjegat/il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih hu/hi kienet soġġetta l-aħħar/il-leġiżlazzjoni tal-Istat tan-nazzjonalità tiegħu/tagħha

C.   KAMPJUNI TA’ RINUNZJI LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIL-FORMOLI TAL-APPLIKAZZJONI

1.   Ġenerali:

“Jien niddikjara li l-informazzjoni fuq din il-formola hija vera u kompleta.”

“Weġibt għall-mistoqsijiet kollha b’mod korrett bl-aħjar għarfien tiegħi.”

2.   Kollokament ta’ persuni impjegati:

“Niddikjara li jiena naf bil-possibilità li jsiru kontrolli matul il-perjodu kollu tal-kollokament sabiex jiġi aċċertat li dan il-perjodu ma ntemmx. Kontrolli bħal dawn jista’ jkollhom x’jaqsmu, partikolarment, mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u mal-manteniment tar-relazzjoni diretta.”

“Bħala persuna li nħaddem persuni ikkollokati, jiena niddikjara li t-tagħrif huwa sħiħ u korrett. Jiena konxju tal-fatt, li l-informazzjoni pprovduta tista’ tiġi skrutinizzata fi <isem tal-Istat Membru tal-kollokament> kif ukoll fl-Istat riċevitur mill-istituzzjoni kompetenti. Jekk l-informazzjoni pprovduta ma tkunx skont is-sitwazzjoni fattwali, id-dokument dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli jista’ jiġi rtirat retroattivament. F’dan il-każ, sejra tkun applikabbli l-leġiżlazzjoni tal-Istat riċevitur fejn l-impjieg isir tabilħaqq. Nimpenja ruħi li ninforma lill-istituzzjoni kompetenti fi <isem tal-Istat Membru tal-kollokament> (i) jekk l-impjegat ma jkunx ġie kkollokat jew jekk il-perjodu tal-kollokament ikun ġie interrott għal aktar minn xahrejn jew (ii) jekk il-kollokament ikun intemm qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ kollokament preżunt.”

3.   Kollokament ta’ persuni b’impjieg indipendenti:

“Niddikjara li jiena naf bil-possibilità ta’ kontrolli matul il-perjodu kollu li matulu jien se nkun qed nagħmel attività temporanja fl-Istat li fih jien attiv, sabiex jiġi aċċertat li l-kundizzjonijiet li japplikaw għal dik l-attività ma nbidlux. Kontrolli bħal dawn jista’ jkollhom x’jaqsmu, mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u l-manteniment tal-infrastruttura meħtieġa sabiex titkompla l-attività fl-Istat li fih jiena stabbilit.”

4.   Attivitajiet għal min iħaddem wieħed f’żewġ Stati Membri jew aktar - rinunzja għal min iħaddem:

“Jiena niddikjara li t-tagħrif huwa sħiħ u korrett. Jiena konxju tal-fatt, li l-informazzjoni pprovduta tista’ tiġi skrutinizzata fi <isem tal-Istat Membru tal-kollokament> kif ukoll fl-Istat riċevitur tal-impjieg mill-istituzzjoni kompetenti. Jekk l-informazzjoni pprovduta ma tkunx skont is-sitwazzjoni fattwali, id-dokument dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli jista’ jiġi irtirat retroattivament. F’dan il-każ, il-kwistjoni dwar liema leġiżlazzjoni hija applikabbli trid tiġi determinata mill-ġdid abbażi taċ-ċirkostanzi attwali. Nimpenja ruħi li ninforma lill-istituzzjoni kompetenti ta’ <isem tal-Istat Membru tal-kollokament> bit-tibdiliet kollha dwar ir-relazzjoni ta’ impjieg (jiġifieri bidla ta’ min iħaddem, bidla taċ-ċentru tal-interessi, bidla fis-sigħat tax-xogħol, assunzjoni ta’ attivitajiet ġodda).”


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8919 — Permira/Exclusive Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 183/07)

1.   

Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Permira VI G.P. Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Permira Holdings Limited (ir-Renju Unit)

Exclusive France Holding u Exclusive Management SAS (Franza).

Permira VI G.P. Limitata takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Exclusive France Holding SAS u Exclusive Management SAS kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Permira VI G.P.: fond ta’ ekwità privata li fl-aħħar hu kkontrollat minn Permira Holdings Limited b’investimenti ta’ ekwità privata f’kumpaniji attivi f’varjetà ta’ setturi,

—   Exclusive Group France Holding u Exclusive Management SAS: kumpaniji attivi fid-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti tal-IT, speċifikament hardware, software, soluzzjonijiet tal-cloud u servizzi dedikati għall-intrapriża tas-sigurtà tal-IT u software definit f’ċentru tad-data.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8919 — Permira/Exclusive Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8496 — Strabag/Max Bögl International/SMB)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 183/08)

1.   

Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Strabag AG (“Strabag”, l-Awstrija),

Max Bögl International SE (“Bögl”, il-Ġermanja),

SMB Construction International GmbH (“SMB”, il-Ġermanja).

Strabag u Bögl jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SMB.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Strabag: iż-żoni kollha tal-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni, speċjalment il-bini ta’ toroq, inġinerija ċivili, ġestjoni ta’ proġetti u materjali tal-kostruzzjoni,

—   għal Bögl: diversi segmenti tal-industrija tal-bini, speċjalment il-kostruzzjoni ta’ bini pubbliku, inġinerija ċivili u l-infrastruttura,

—   għal SMB: il-kostruzzjoni ta’ kurvi inklinati għall-provi tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8496 — Strabag/Max Bögl International/SMB

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/18


Rettifika għan-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ fittings fonduti għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 162 tat-8 ta’ Mejju 2018 )

(2018/C 183/09)

F’paġna 16:

minflok:

“Indirizzi elettroniċi:

Għal aspetti ta’ dumping:

TRADE-R692-MALLEABLE FITTINGS-DUMPING-CHINA@ec.europa.eu,

TRADE-R692-MALLEABLE FITTINGS-DUMPING-THAILAND@ec.europa.eu,

Għal aspetti ta’ dannu:

TRADE-R692-MALLEABLE FITTINGS-INJURY@ec.europa.eu”,

aqra:

“Indirizzi elettroniċi:

Għal aspetti ta’ dumping:

TRADE-R692-MALLEABLE-FITTINGS-DUMPING-CHINA@ec.europa.eu,

TRADE-R692-MALLEABLE-FITTINGS-DUMPING-THAILAND@ec.europa.eu,

Għal aspetti ta’ dannu:

TRADE-R692-MALLEABLE-FITTINGS-INJURY@ec.europa.eu”.