|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 173/01 |
Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8878 — SEB/ALI) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 173/02 |
||
|
2018/C 173/03 |
||
|
2018/C 173/04 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2018/C 173/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2018/C 173/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 173/07 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 173/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8738 — Rhône-Zodiac/Fluidra) ( 1 ) |
|
|
2018/C 173/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8921 — Onex/Vista/Severin Topco) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/1 |
Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8878 — SEB/ALI)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 173/01)
(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)
Fil-19 April 2018 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta bejn SEB u ALI. Fit-8 ta’ Mejju 2018, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-18 ta’ Mejju 2018
(2018/C 173/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1781 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,69 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4483 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87325 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3073 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1773 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
123,40 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5773 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,590 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
317,68 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2950 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6323 |
|
TRY |
Lira Turka |
5,2714 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5673 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5074 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2480 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7049 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5828 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 273,37 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,9430 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5147 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3840 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 666,58 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6794 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,742 |
|
RUB |
Rouble Russu |
73,2150 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,929 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3831 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,2982 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,1115 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta’ Mejju 2018
(2018/C 173/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1759 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,84 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4471 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87640 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2555 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1753 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
123,40 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5285 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,680 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
319,40 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3138 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6217 |
|
TRY |
Lira Turka |
5,4012 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5619 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5139 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2300 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7030 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5803 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 274,86 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,1352 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5097 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3815 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 670,14 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6801 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,604 |
|
RUB |
Rouble Russu |
73,3644 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,899 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3714 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,5220 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,1280 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/4 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2018/C 173/04)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Greċja
Suġġett tal-kommemorazzjoni : 70 sena mill-unjoni tad-Dodekaniż mal-Greċja
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn fih fil-parti ċentrali tiegħu warda, l-emblema ta’ Rodi, ispirata minn munita maħruġa mill-belt antika ta’ Rodi, waħda mill-aktar muniti karatteristiċi tad-Dodekaniż, b’mewġ stilizzat ħiereġ miċ-ċentru ’l barra. Imnaqqxin tul ix-xifer tan-naħa ta’ ġewwa, hemm il-kliem “1948-2018 L-UNJONI TAD-DODEKANIŻ MAL-GREĊJA” u “IR-REPUBBLIKA ELLENIKA” (bil-Grieg). Fuq ix-xellug tidher ukoll palmetta (il-marka taz-zekka taz-Zekka Griega) u, fuq il-lemin, il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : F’nofs l-2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/5 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2018/C 173/05)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Greċja
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Kostis Palamas – tifkira tal-75 sena minn mewtu
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-wiċċ tal-poeta Grieg Kostis Palamas (1859-1943). Imnaqqxin tul ix-xifer tan-naħa ta’ ġewwa fuq ix-xellug hemm il-kliem “IR-REPUBBLIKA ELLENIKA” u l-isem “KOSTIS PALAMAS” (bil-Grieg). Hija minquxa wkoll palmetta (il-marka taz-zekka taz-Zekka Griega) u s-sena tal-ħruġ “2018”. Viżibbli fin-naħa t’isfel fil-lemin hemm il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : F’nofs l-2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/6 |
Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2018/C 173/06)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
L-ESTONJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 390, 5.11.2014
LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI
1. Dokumenti f’format uniformi li jinħarġu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi bħala prova li huma għandhom permess ta’ residenza jew li għandhom id-dritt ta’ residenza, maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2011.
In-numru tad-dokument huwa magħmul minn żewġ ittri u seba’ figuri. L-ewwel ittra fin-numru tal-permess ta’ residenza tirreferi għat-tip ta’ permess ta’ residenza jew ta’ dritt ta’ residenza:
|
|
B – ċittadin ta’ pajjiż terz; |
|
|
P – resident għal żmien twil; |
|
|
F – karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE; |
It-titlu tad-dokument, “ELAMISLUBA”, ikun fuq quddiem tal-katra tal-permess ta’ residenza, lejn in-nofs fin-naħa ta’ fuq, u t-titlu Ingliż “Residence permit” jkun lejn it-tarf fin-naħa t’isfel tal-karta.
L-ispazju fuq quddiem tad-dokument “loa liik” (“it-tip ta’ permess”) jkun fih din id-dejta:
Il-permess tar-residenza temporanju
|
— |
Tähtajaline elamisluba– il-permess tar-residenza temporanju |
|
— |
Tähtajaline elamisluba töötamiseks– il-permess tar-residenza temporanju għall-impjieg |
|
— |
Tähtajaline elamisluba EL sinine kaar – il-permess tar-residenza temporanju għall-impjieg/il-karta Blu tal-UE |
|
— |
Tähtajaline elamisluba töötamiseks - ICT – il-permess tar-residenza għall-impjieg |
|
— |
Tähtajaline elamisluba ettevõtluseks– il-permess tar-residenza għan-negozju |
|
— |
Tähtajaline elamisluba õppimiseks – il-permess tar-residenza għall-istudju |
Resident għal żmien twil:
|
— |
Pikaajaline elanik – resident għal żmien twil |
Jekk id-detentur ta’ permess ta’ residenza huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE li ma jeżerċitax id-dritt tal-moviment liberu li jirriżulta mid-Direttiva taċ-Ċittadini u tinħariġlu karta ta’ residenza, it-tieni linja f’dan it-tip ta’ permess għandu jkollha l-annotazzjoni “pereliige/family member”.
It-titlu tad-dokument, “LIIDU KODANIKU PERELIIKME ELAMISLUBA”, ikun fuq quddiem tal-karta tal-permess ta’ residenza, lejn in-nofs fin-naħa ta’ fuq, u t-titlu Ingliż “Residence card of a family member of a Union citizen” jkun lejn it-tarf fin-naħa t’isfel tal-karta.
L-ispazju fuq quddiem tad-dokument “loa liik” (“it-tip ta’ permess”) jkun fih din id-dejta:
Dritt temporanju ta’ residenza:
|
— |
Tähtajaline elamisõigus/dritt temporanju ta’ residenza |
Dritt permanenti ta’ residenza:
|
— |
Alaline elamisõigus/dritt permanenti ta’ residenza |
Għal finijiet ta’ vvjaġġar, il-karti tal-permess ta’ residenza maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi jridu jiġu ppreżentati flimkien ma’ passaport validu.
2. Il-permessi li jindikaw id-dritt ta’ permanenza fir-Repubblika tal-Estonja u maħruġa skont l-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 (maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2012):
|
|
Kaitseministri luba kuni pp.kk.aaaa (ülalpeetav/dipendent (3)) |
|
|
(il-permess tal-Ministru għad-Difiża sa jj.xx.ssss) NB: Id-dokumenti li jkollhom dawn il-kummenti jinħarġu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi u lil membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz. |
3. Id-dokumenti l-oħra kollha jinħarġu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi u lil ċittadini tal-UE.
3.1. Karti tal-identità diplomatiċi u tas-servizz maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin:
3.1.1. Karta tal-identità diplomatika
|
|
Kategorija A — il-Kap tal-Missjoni u l-membri tal-familja tiegħu; kulur blu |
|
|
Kategorija B — Diplomatiku u l-membri tal-familja tiegħu; kulur blu |
3.1.2. Karta tas-servizz
|
|
Kategorija C — Impjegat amministrattiv u l-membri tal-familja tiegħu; kulur aħmar |
|
|
Kategorija D – Impjegat awżiljari; kulur aħdar |
|
|
Kategorija E – Ħaddiem domestiku privat; kulur aħdar |
|
|
Kategorija F — Ċittadin Estonjan u resident permanenti li jaħdem f’missjoni barranija; kulur aħdar |
|
|
Kategorija HC – Konslu onorarju; kulur griż |
|
|
Kategorija G — Membru tal-persunal ta’ organizzazzjoni jew istituzzjoni oħra internazzjonali u l-membri tal-familja tiegħu; kulur oranġjo |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
(3) Il-kelma “ülalpeetav” tiġi miżjuda meta l-persuna kkonċernata tkun membru tal-familja tal-persuna li tkun qed toqgħod l-Estonja abbażi tal-Att ta’ Kooperazzjoni Militari Internazzjonali.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/9 |
Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja
(2018/C 173/07)
Wara l-pubblikazzjoni ta' Notifika tal-iskadenza imminenti (1) tal-miżuri kompensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Kunsil tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2), kif emendat (3) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba tressqet fit-23 ta' Frar 2018 mill-Kumitat tal-Produtturi tal-PET fl-Ewropa (C.P.M.E. aisbl) (“l-applikant”) li jirrappreżenta iktar minn 80 % tal-produzzjoni totali fl-Unjoni ta' polietilentereftalat (PET).
2. Prodott taħt rieżami
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-polietilentereftalat (PET) li għandu numru ta' viskożità ta' 78 ml/g jew ogħla, skont l-Istandard ISO 1628-5, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 3907 61 00 u li joriġina fl-Indja (“il-prodott taħt rieżami”).
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 tal-21 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (4).
4. Raġunijiet għar-rieżami
It-talba hija bbażata fuq ir-raġunament li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li tirriżulta fi tkomplija jew okkorrenza mill-ġdid ta' sussidjar u dannu lill-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni ta' probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' sussidjar
L-applikant ta biżżejjed evidenza li turi li l-produtturi tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat gawdew u aktarx ikomplu jibbenefikaw minn għadd ta' sussidji mogħtija mill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat u gvernijiet reġjonali u lokali f'dan il-pajjiż.
Dawn il-prattiki jikkonsistu, fost oħrajn, fi (1) trasferiment dirett ta' fondi u trasferimenti diretti potenzjali ta' fondi jew obbligazzjonijiet, pereżempju għotjiet diversi, u (2) dħul tal-gvern rinunzjat jew mhux miġbur, pereżempju tnaqqis u eżenzjonijiet mit-taxxa fuq l-introjtu, rifużjonijiet fuq it-tariffa tal-importazzjoni. Xi wħud mill-prattiki allegati ta' sussidjar diġà ġew ikkumpensati fl-investigazzjoni msemmija fit-Taqsima 3 hawn fuq, filwaqt li oħrajn jidher li huma prattiki ġodda jew relatati.
L-applikant jallega li l-miżuri deskritti huma sussidji billi jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat jew minn gvernijiet reġjonali jew lokali f'dan il-pajjiż u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi tal-prodott taħt rieżami. Huwa allegat li dawn is-sussidji huma speċifiċi għal intrapriża jew industrija jew grupp ta' intrapriżi jew industriji, jew kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għaldaqstant huma kumpensatorji.
Fid-dawl tal-Artikoli 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza ta' evidenza, li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha u li abbażi tagħha l-Kummissjoni tibda din l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jinsab fil-fajl li jista' jiġi vverifikat mill-partijiet interessati.
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga prattiki oħrajn ta' sussidju rilevanti li jistgħu jiġu żvelati matul l-investigazzjoni.
4.2. Allegazzjoni ta' probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara
L-applikant jallega li l-industrija tal-Unjoni għadha ma rkupratx kompletament u għadha vulnerabbli. L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dannu li x'aktarx tkun ikkawżata minn żieda ta' importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat. F'dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni x'aktarx li jiżdiedu minħabba (i) l-eżistenza ta' kapaċità mhux użata f'dan il-pajjiż, (ii) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f'termini ta' volum u (iii) l-eżistenza ta' miżuri tad-difiża tal-kummerċ f'pajjiżi terzi oħrajn. Minbarra dan, fin-nuqqas ta' miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani jkunu f'livell baxx biżżejjed biex jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.
5. Proċedura
Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku, li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni b'dan qed tibda rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri hix probabbli li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar tal-prodott taħt rieżami li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħasra għall-industrija tal-Unjoni.
Il-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat ġie mistieden għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku.
5.1. Perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni
L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' sussidjar se tkopri l-perjodu mill-1 ta' April 2017 sal-31 ta' Marzu 2018 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' sussidjar
F'rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernati hijiex tali li jkun probabbli li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet issussidjati lejn l-Unjoni jkomplu jew jerġgħu jibdew jekk jiskadu l-miżuri.
Għaldaqstant, il-produtturi kollha tal-prodott taħt rieżami, irrispettivament minn jekk esportawx (5) il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni tul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami jew le, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta' kampjuni se jsir b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta' din in-Notifika.
Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' produtturi, se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista' tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista' raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi li ntgħażlu għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Il-produtturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu qed jikkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).
5.3. Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott rieżaminat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni
Fid-dawl tal-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun. Il-kampjunar isir f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta' produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.7 iktar 'l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li jkunu finalment ntgħażlu biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.4. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' sussidjar u ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri kumpensatorji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fi żmien il-15-il jum tal-iskadenza jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista' tingħata f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F'kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 31 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b'evidenza fattwali.
5.4.1. Investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati (6) (7)
Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi mhux relatati involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta' kampjuni se jsir b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta' din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta' kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta' importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.5. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn.
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.6. Possibbiltà ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.7. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta' terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b'mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta' dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati f'din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristrett”. Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Partijiet li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif imressaq b'mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment.
Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni ġusta għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista' tinjora din l-informazzjoni sakemm ma jkunx jista' jintwera b'mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skenjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta' ittra reġistrata. Permezz ta' ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jridu jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ġaladarba jingħataw id-dettalji ta' kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni permezz ta' mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Posta elettronika: |
|
Għal aspetti ta' sussidju: TRADE-R694-PET-SUBSIDY@ec.europa.eu |
|
Għal aspetti ta' dannu: TRADE-R694-PET-INJURY@ec.europa.eu |
6. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' skadenza stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.
7. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Possibbiltà ta' talba għal rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami ta' skadenza qed jingħata bidu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista' titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta' dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta' skadenza msemmi f'din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
10. Proċessar ta' dejta personali
Id-dejta personali kollha miġbura f'din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (8).
(1) ĠU C 279, 23.8.2017, p. 11.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1).
(4) ĠU L 137, 23.5.2013, p. 1.
(5) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott rieżaminat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta' parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott rieżaminat.
(6) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produttur esportatur. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta' parti relatata ara n-nota 15 f'qiegħ il-paġna fl-Anness II ta' din in-Notifika.
(7) Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti oħra ta' din l-investigazzjoni barra mid-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8738 — Rhône-Zodiac/Fluidra)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 173/08)
|
1. |
Fit-3 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Rhône u l-Familji Fundaturi ta’ Fluidra jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Zodiac u Fluidra. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Rhône-Zodiac: manifattura ta’ tagħmir tal-pixxini — Fluidra: manifattura ta’ tagħmir tal-pixxini. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8738 — Rhône-Zodiac/Fluidra Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
22.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8921 — Onex/Vista/Severin Topco)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 173/09)
|
1. |
Fl-14 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Onex u Vista jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Severin Topco. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Onex: korporazzjoni bbażata fil-Kanada kkwotata fil-Borża ta’ Toronto u li tinvesti f’kumpaniji permezz ta’ għadd ta’ fondi ta’ ekwità privata. — għal Vista: ditta tal-investiment ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika. — għal Severin Topco: fornitur ta’ software ta’ applikazzjoni u software ta’ ġestjoni ta’ talent għal sistemi tal-iskola bl-ismijiet ta’ PowerSchool u PeopleAdmin. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8921 — Onex/Vista/Severin Topco Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.