ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 170A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
17 ta' Mejju 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2018/C 170 A/01

Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa — EPSO/AD/358/18 — Ġuristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Ġermaniża (DE) — EPSO/AD/359/18 — Ġuristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Netherlandiża (NL)

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 170/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

EPSO/AD/358/18 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) TAL-LINGWA ĠERMANIŻA (DE)

EPSO/AD/359/18 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) TAL-LINGWA NETHERLANDIŻA (NL)

(2018/C 170 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: Id-19 ta’ Ġunju 2018 f’12:00 (nofsinhar), CET

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa, ibbażati fuq kwalifiki u testijiet, biex jinħolqu listi ta’ riżerva li minnhom il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu tkun tista’ tirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ġuristi lingwisti” (grupp ta’ funzjoni AD).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjonijiet u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri tas-selezzjoni.

Ara l-ANNESS III għar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:

EPSO/AD/358/18 – DE: 20

EPSO/AD/359/18 – NL: 16

Dan l-avviż jirrigwarda żewġ kompetizzjonijiet. Tista’ tapplika għal waħda biss. Din l-għażla trid tagħmilha waqt l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni elettronika tiegħek.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

Il-Qorti tal-Ġustizzja tirrekluta avukati bi kwalifiki għolja, li jridu jkunu kapaċi jittraduċu testi ġuridiċi / leġiżlattivi kumplessi fil-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas żewġ lingwi oħra. Xogħol il-ġuristi lingwisti jinvolvi l-użu ta’ għodod tal-informatika kif ukoll ta’ għodod oħrajn tal-uffiċċju.

Id-dmirijiet jinvolvu t-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, Opinjonijiet tal-Avukati Ġenerali, trattazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet, eċċ.) fil-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas (żewġ) 2 lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, u l-għoti ta’ analiżi ġuridika b’kooperazzjoni mar-Reġistri u d-dipartimenti l-oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja.

JIENA ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA dwar id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet onlajn:

1)    Kundizzjonijiet ġenerali:

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun issodisfajt ir-rekwiżiti ta’ karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti

2)    Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi:

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas 3 lingwi uffiċjali tal-UE . Irid ikollok għarfien tal- lingwa tal-kompetizzjoni fil-livell C2 (għarfien perfett), tal-Franċiż tal-inqas fil-livell C1 (għarfien profond) u ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE tal-inqas fil-livell C1 (għarfien profond).

Dawn il-kompetizzjonijiet huma maħsuba għall-kandidati li għandhom ħakma perfetta, kemm tal-kitba kif ukoll tal-mitkellem, tal-lingwa tal-kompetizzjoni (fil-livell ta’ lingwa materna jew ekwivalenti). Jekk ma għandekx dan il-livell, nagħtuk parir ma tapplikax.

Ara l-ANNESS I għall-kombinazzjonijiet lingwistiċi u l-kwalifiki meħtieġa

Il-livell meħtieġ imsemmija hawn fuq għal-Lingwa 1 irid japplika għal kull abbiltà lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn l-abbiltajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr.

F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

Lingwa 1: il-lingwa tal-kompetizzjoni magħżula ( in-Netherlandiż jew il-Ġermaniż ). Il-lingwa użata għall-formola tal-applikazzjoni, it-testijiet tat-traduzzjoni u t-testijiet tal-fażi tal-valutazzjoni.

Lingwa 2 ( il-Franċiż ): il-lingwa użata għal wieħed mit-testijiet ta’ traduzzjoni u għall-komunikazzjoni mill-EPSO lill-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida.

Lingwa 3: il-lingwa użata għal wieħed mit-testijiet tat-traduzzjoni. Waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, li ma tkunx waħda mil-lingwi 1 u 2.

Il-lingwa 2 trid tkun il-Franċiż.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija istituzzjoni multilingwistika li tiffunzjona skont ir-regoli lingwistiċi definiti mir-Regolament ta’ Proċedura tagħha. Ladarba jiġu reklutati, huwa essenzjali li l-ġuristi lingwisti jkunu jistgħu jibdew jaħdmu mill-ewwel.

Il-lingwa li l-kandidati jistgħu jagħżlu bħala l-lingwa 1, jiġifieri l-lingwa tal-istudji legali tagħhom, tikkorrispondi għal-lingwa fil-mira tal-unità tat-traduzzjoni kkonċernata u l-lingwa ta’ komunikazzjoni fl-unità. Tinħtieġ ħakma perfetta ta’ din il-lingwa għall-ġuristi lingwisti li jridu jittraduċu testi ġuridiċi kumplessi lejha. Hekk ukoll, fuq il-bażi ta’ kompetenza perfetta u attiva tal-lingwa 1, hemm bżonn li l-kandidati juru, pereżempju, li jkunu kapaċi jwettqu analiżi ġuridika u terminoloġika fil-lingwa 1 tar-rinviji għal deċiżjoni preliminari mibgħuta mill-qrati nazzjonali f’din il-lingwa. Minħabba dawn il-limitazzjonijiet speċifiċi fuq xogħol tal-ġuristi lingwisti fil-Qorti tal-Ġustizzja, huwa raġonevoli li l-kandidati jkunu meħtieġa jimlew il-formola tal-applikazzjoni u jagħmlu t-testijiet ta’ kompetenza ġenerali u speċifika fil-fażi tal-valutazzjoni fil-lingwa tal-kompetizzjoni. Dan joffri l-aqwa garanzija li l-kandidati reklutati jkunu tal-ogħla kalibru f’termini ta’ kapaċità u effikaċja.

L-għażla tal-lingwa 2 tirrifletti l-volum sinifikanti tat-testi li jridu jiġu tradotti minn din il-lingwa, partikolarment sentenzi u digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali. Biex jiġi żgurat li l-ġurisprudenza tkun tista’ tiġi ppubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, huwa essenzjali li kull ġurista lingwista f’kull waħda mill-unitajiet tat-traduzzjoni kkonċernati jkun jista’ jaħdem bil-lingwa 2. F’dawk il-każijiet fejn l-għażla tal-lingwa 3 hija ristretta, din ir-restrizzjoni tqis ir-rekwiżiti tal-kopertura lingwistika tal-unitajiet ikkonċernati, jiġifieri li jeħtieġ li l-ġuristi lingwisti li jiġu reklutati f’dawk l-unitajiet ikunu kapaċi jittraduċu testi ġuridiċi kumplessi minn waħda mil-lingwi speċifikati. Testi tali jinkludu Opinjonijiet tal-Avukati Ġenerali, tradotti biex jiġu ppubblikati, u trattazzjonijiet, tradotti għall-benefiċċju tal-partijiet fil-proċedimenti u tal-Qrati stess.

Kuntrarjament għal dak miktub fil-punti 4.2.1, 4.2.2, u 4.3.1 tar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa (fl-Anness III ta’ dan l-avviż), għall-fini ta’ dawn il-kompetizzjonijiet, il-kandidati jistgħu jippreżentaw talbiet u lmenti bil-Lingwa 1 jew bil-Lingwa 2 tagħhom filwaqt li l-EPSO jwieġeb bil-Lingwa 2 (il-Franċiż).

KIF NINTGĦAŻEL?

1)    Il-proċess ta’ applikazzjoni

Il-formola ta’ applikazzjoni onlajn tiegħek trid timliha biss bil-lingwa li tkun għażilt bħala lingwa 1 tiegħek (ara t-Taqsima “Kundizzjonijiet Speċifiċi — lingwi”).

Biex timla l-applikazzjoni tiegħek, tintalab tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni magħżula u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għal din il-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi għall-qasam (Talent Screener/ Evalwatur tal-Kapaċitajiet)). Trid tagħżel ukoll il-lingwa 1 tiegħek (il-lingwa tal-kompetizzjoni magħżula), il-lingwa 2 tiegħek (il-Franċiż) u l-lingwa 3 tiegħek (waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE minbarra l-lingwi 1 u 2).

Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tivvalida l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel bidliet oħra. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiżgura li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek qabel l-iskadenza .

2)    Verifiki tal-eliġibbiltà

Il-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet onlajn tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-bord tas-selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà.

3)    Preselezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener /Evalwatur tal-Kapaċitajiet)

Jekk l-għadd ta’ kandidati li jinstab li jissodisfaw il-verifiki ta’ eliġibbiltà jkun anqas minn 20 darba l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull kompetizzjoni, ma ssirx preselezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki u l-kandidati eliġibbli kollha jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet preliminari.

Jekk l-għadd ta’ kandidati li jinstab li jissodisfaw il-verifiki ta’ eliġibbiltà jkun daqs jew ogħla minn 20 darba l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull kompetizzjoni, il-bord tas-selezzjoni janalizza bir-reqqa l-applikazzjonijiet tal-kandidati eliġibbli kollha li vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sad-data ta’ skadenza.

F’dan il-każ, u sabiex il-bord tas-selezzjoni jkun jista’ jwettaq valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, kull kandidat f’dawn il-kompetizzjonijiet irid iwieġeb l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-Taqsima “Talent Screener” (Evalwatur tal-Kapaċitajiet) tal-formola tal-applikazzjoni. L-għażla bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 2, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima tal-“Talent Screener” (Evalwatur tal-Kapaċitajiet) biss . Għalhekk jinħtieġ li tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima “Talent Screener (Evalwatur tal-Kapaċitajiet), anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tal-għażla inklużi f’dan l-avviż.

Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.

Biex jagħmel l-għażla bbażata fuq il-kwalifiki, il-bord tas-selezzjoni l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tal-għażla li jkun jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mmultiplikati bil-piż ta’ kull kriterju u jingħaddu flimkien biex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom ikunu jissodisfaw l-aħjar id-dmirijiet li jridu jitwettqu.

Dawk il-kandidati biss li jkunu kisbu l-ogħla marki kumplessivi fl-għażla bbażata fuq il-kwalifiki jgħaddu għall-istadju li jmiss.

4)    Testijiet preliminari: traduzzjonijiet

Massimu ta’ 20 darba l-għadd ta’ kandidati ammessi mixtieqa għal kull kompetizzjoni jiġu mistiedna għal din il-fażi. Il-kandidati mistiedna għat-testijiet preliminari jagħmlu żewġ (2) testijiet ta’ traduzzjoni bil-kompjuter mingħajr l-għajnuna ta’ dizzjunarju:

(a)

It-traduzzjoni fil-lingwa tal-kompetizzjoni (lingwa 1) ta’ test ġuridiku mfassal fil-lingwa 2 tiegħek.

(b)

It-traduzzjoni fil-lingwa tal-kompetizzjoni (lingwa 1) ta’ test ġuridiku mfassal fil-lingwa 3 tiegħek.

Kull test idum 110 minuti u kull wieħed minnhom ikun immarkat b’massimu ta’ 80 marka (marka minima biex tgħaddi 40/80). Jekk ma tgħaddix mit-test (a), it-test (b) tiegħek ma jiġix immarkat.

Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet, flimkien mal-marki miksuba matul il-fażi ta’ valutazzjoni, jingħaddu flimkien biex tinkiseb il-marka finali globali tiegħek.

5)    Il-fażi tal-valutazzjoni

Massimu ta’ 4,5 darba l-għadd ta’ kandidati ammessi mixtieqa għal kull kompetizzjoni jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni onlajn tiegħek u jekk ġibt waħda mill- ogħla marki kumplessivi fit-testijiet preliminari, tiġi mistieden għall-fażi tal-valutazzjoni għal ġurnata u nofs, x’aktarx il- Lussemburgu , fejn tagħmel testijiet fil- lingwa 1 tiegħek.

Sakemm ma tkunx avżat mod ieħor, trid iġġib miegħek id-dokumenti ta’ sostenn (oriġinali jew kopji ċċertifikati) fil-fażi tal-valutazzjoni. L-EPSO jiskennjahom matul it-testijiet fil-fażi tal-valutazzjoni tiegħek u jagħtihomlok lura l-istess ġurnata.

Il-fażi tal-valutazzjoni hija magħmula minn sensiela ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla fuq il-kompjuter u testijiet ibbażati fuq il-kompetenza kif indikat hawn taħt:

Testijiet

Mistoqsijiet

Durata

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

20 mistoqsija

35 minuta

L-ebda marka minima meħtieġa biex tgħaddi

Raġunament numeriku

10 mistoqsijiet

20 minuta

Raġunament astratt

10 mistoqsijiet

10 minuti

Jingħata punt għal kull mistoqsija u l-punteġġ kumplessiv ikun b’massimu ta’ 40 marka. Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet jingħaddu mal-marka kumplessiva finali tiegħek.

Fl-istadju tal-Fażi tal-Valutazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal dawn il-kompetizzjonijiet permezz ta’ tliet (3) testijiet (eżerċizzju fi grupp u intervisti ġenerali u speċifiċi għall-kompetenza) kif deskritt, fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Eżerċizzju fi grupp

2.

Kommunikazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Eżerċizzju fi grupp

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Eżerċizzju fi grupp

Marki minimi meħtieġa: 3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox

Kompetenza

It-test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi speċifiċi

Intervista bbażata fuq kompetenzi speċifiċi biex tevalwa l-għarfien speċjalista tiegħek u l-kompetenza lingwistika tiegħek fil-qasam tad-dritt nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Waqt l-intervista, tintalab tagħmel preżentazzjoni orali.

10/20

Il-marki miksuba fit-testijiet tat-traduzzjoni jiżdiedu ma’ dawk miksuba waqt il-fażi tal-valutazzjoni biex iwasslu għall-punteġġ kumplessiv finali tal-kandidati.

6)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiċċekkja l-eliġibbiltà tal-kandidati mad-dokumenti ta’ sostenn tagħhom, il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull kompetizzjoni – sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew – minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara l-fażi ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha.

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.

Skopri aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-websajt tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-Regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).

META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

Sabiex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Innota li tista’ toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.

Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sas-:

Id-19 ta’ Ġunju 2018 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.


ANNESS I

KWALIFIKI U KOMBINAZZJONIJIET LINGWISTIĊI

EPSO/AD/358/18 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) FIL-LINGWA ĠERMANIŻA (DE)

1.   Kwalifiki

Irid ikollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi ċċertifikati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Awstrijakka jew Ġermaniża:

Juristische Ausbildung im deutschen oder im österreichischen Recht, die mit der deutschen Ersten juristischen Prüfung bzw. mit dem österreichischen Magister der Rechtswissenschaften abgeschlossen wurde.

Il-kandidati li jkunu kkonkludew kors ta’ lawrja wara tliet (3) snin iridu jkunu kisbu wkoll tal-inqas sena (1) esperjenza professjonali adatta.

Biex jiddetermina jekk il-kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra r-regoli fis-seħħ fil-mument meta tkun inkisbet il-lawrja.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

2.   Għarfien ta’ lingwi

Lingwa 1: Livell C2 (għarfien perfett) fil-Ġermaniż

Lingwa 2: Livell minimu C1 (profiċjenza operazzjonali effikaċi) fil-Franċiż għall-finijiet tat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi

Lingwa 3: Livell minimu C1 (profiċjenza operazzjonali effikaċi) f’waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE għall-finijiet tat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi; din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwi 1 u 2

Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għall-Ilsna ( https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

EPSO/AD/359/18 – ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) FIL-LINGWA NETHERLANDIŻA (NL)

1.   Kwalifiki

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ ċiklu ta’ studji universitarji konklużi ċċertifikat b’waħda mid-diplomi li ġejjin fil-liġi Belġjana jew Netherlandiża u fil-lingwa Netherlandiża:

Voltooide juridische studie, afgesloten met een diploma Nederlands recht (doctorandus of master) of Belgisch recht (licentiaat of master, afgegeven door een Nederlandstalige rechtenfaculteit). Ook een bachelor Nederlands of Belgisch recht, gevolgd door een master internationaal of Europees recht, zal worden aanvaard.

Il-kandidati li jkunu kkonkludew kors ta’ lawrja wara tliet (3) snin iridu jkunu kisbu wkoll tal-inqas sena (1) esperjenza professjonali adatta.

Biex jiddetermina jekk il-kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra r-regoli fis-seħħ fil-mument meta tkun inkisbet il-lawrja.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

2.   Għarfien ta’ lingwi

Lingwa 1: Livell C2 (għarfien perfett) fin-Netherlandiż

Lingwa 2: Livell minimu C1 (profiċjenza operazzjonali effikaċi) fil-Franċiż għall-finijiet tat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi

Lingwa 3: Livell minimu C1 (profiċjenza operazzjonali effikaċi) f’waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE għall-finijiet tat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi; din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwi 1 u 2

Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għall-Ilsna ( https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

Tmiem l-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:

1.

Esperjenza professjonali fil-qasam tat-traduzzjoni legali;

2.

Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ testi ġuridiċi;

3.

Esperjenza legali professjonali miksuba f’ditta ta’ avukati, bħala avukat li jaħdem għal rasu, bħala avukat ta’ kumpanija, f’amministrazzjoni nazzjonali, f’organizzazzjoni internazzjonali jew f’università;

4.

Diploma / ċertifikat / kwalifika fit-traduzzjoni jew studji lingwistiċi/tal-lingwa f’relazzjoni mal-lingwi meħtieġa għall-kompetizzjoni (il-lingwa 1, 2 jew 3);

5.

Għarfien bil-provi ta’ lingwi uffiċjali addizzjonali tal-Unjoni Ewropea apparti l-lingwi meħtieġa għall-kompetizzjoni.

Tmiem l-ANNESS II, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità / tal-paternità / tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ta’ sostenn

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:

posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

faks (+32 22998081); jew

posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza / l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati;

Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi / ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru / fil-fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors / l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS IV

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

 

minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

minn AST 1 sa AST 7

minn AST 3 sa AST 11

minn AD 5 sa AD 16

PAJJIŻ

Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/

Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel

Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature — Kandidaat

Graduat — Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení

bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA or BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss / Fachhochschulabschluss / Master

Magister Artium/ Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, i 5 ábhar

Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)

Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta

National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara

Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)

National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)

Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)

Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile

University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)

Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht

Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου,

πολυτεχνείου, ΤΕI)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης

(2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/ Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT),

diplôme d’études supérieures

spécialisées (DESS), diplôme

d’études approfondies (DEA),

master 1, master 2 professionnel,

master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο / Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi – képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést

igazoló bizonyítvány (Higher

Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree)

(Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs

(Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of “Ingenieur”

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/ Akademiediplom

Fachhochschuldiplom / Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom / Fachhochschuldiplom/

Magister / Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat / Inżynier

Magister / Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire

(Colegiu universitar)

învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academic

postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo

(spričevalo o poklicni maturi)

(spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma / magisterij / specializacija / doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus — Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto — Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto — Kandidatexamen / Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa — studieveckor)

Maisterin tutkinto — Magisterexamen / Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa — studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan

(3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/

Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem l-ANNESS IV, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali