|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 159/01 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq skont il-qafas regolatorju tal-UE għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ( 1 ) |
|
|
2018/C 159/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV) ( 1 ) |
|
|
2018/C 159/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8805 — Panalpina/DFG/PA NL Perishables) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 159/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 159/05 |
||
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 159/06 |
||
|
2018/C 159/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq skont il-qafas regolatorju tal-UE għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 159/01)
1. INTRODUZZJONI
1.1. Kamp ta’ applikazzjoni u għan
|
1. |
Il-Kummissjoni adottat il-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq (Linji Gwida SMP) skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), wara konsultazzjoni pubblika, li r-riżultati tagħha tqiesu kif xieraq. Il-Linji Gwida SMP huma akkumpanjati b’Nota ta’ Spjega (2), u għandhom jinqraw fid-dawl tal-informazzjoni addizzjonali li tinsab fihom. |
|
2. |
Il-Linji Gwida SMP huma indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (ARN) biex iwettqu l-kompiti tagħhom relatati mal-analiżi tas-swieq suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq skont il-Qafas Regolatorju tal-UE għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jikkonsisti fid-Direttiva 2002/21/KE, fi tliet Direttivi speċifiċi 2002/19/KE (3), 2002/20/KE (4), 2002/22/KE (5) u fir-Regolament (UE) Nru 531/2012 (6) (il-Qafas). F’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/21/KE, l-ARN għandhom iqisu bl-aħjar mod ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/710/UE (7) u dawn il-Linji Gwida SMP sabiex jiddefinixxu s-swieq rilevanti għal regolamentazzjoni ex ante. |
|
3. |
F’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Linji Gwida SMP għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi, fost l-oħrajn, jiżviluppaw prattika regolatorja konsistenti u applikazzjoni konsistenti tal-Qafas. |
|
4. |
Il-Linji Gwida SMP ma jirrestrinġu bl-ebda mod id-drittijiet mogħtija lill-individwi jew lill-impriżi mil-liġi tal-Unjoni. Dawn huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni b’mod ġenerali, u tar-regoli tal-kompetizzjoni b’mod aktar speċifiku, u għall-interpretazzjoni tagħhom mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-Linji Gwida SMP ma jippreġudikaw l-ebda azzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu jew kwalunkwe gwida li l-Kummissjoni tista’ toħroġ fil-ġejjieni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-UE. |
|
5. |
Il-Kummissjoni se tissostitwixxi l-Linji Gwida SMP, kull meta jkun xieraq, filwaqt li tqis il-ġurisprudenza li qed tevolvi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-ħsieb ekonomiku u l-esperjenza reali tas-suq bl-għan li tiżgura li dawn jibqgħu xierqa fi swieq li jiżviluppaw b’mod rapidu. |
|
6. |
Dawn il-Linji Gwida SMP jindirizzaw b’mod speċifiku l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-definizzjoni tas-suq kif ukoll SMP unika u kollettiva. |
|
7. |
Il-Linji Gwida SMP ma jittrattawx il-koordinazzjoni fil-kuntest ta’ prattiki miftiehma skont l-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat). Dawn lanqas ma jindirizzaw strutturi tas-suq b’għadd limitat ta’ atturi tas-suq meta l-kriterji ta’ dominanza konġunta, kif applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ma jiġux issodisfati. |
1.2. Rimarki preliminari
|
8. |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE, l-ARN għandhom jiżguraw li fit-twettiq tal-kompiti regolatorji skont il-Qafas, dawn jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha mmirati lejn l-ilħuq tal-objettivi regolatorji li huma inklużi fih, fost l-oħrajn, il-promozzjoni ta’ investiment effiċjenti f’infrastrutturi ġodda u mtejba u aċċess effiċjenti għalihom. |
|
9. |
Skont il-Qafas, id-definizzjoni ta’ swieq rilevanti u l-valutazzjoni ta’ saħħa sinifikanti fis-suq jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-istess metodoloġiji kif previst fil-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-UE. Dan jiżgura li tkun riflessa l-ġurisprudenza applikabbli tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta’ swieq rilevanti għall-finijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni Komunitarju (l-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq) (8) u li titqies, sal-punt rilevanti, il-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni fl-infurzar tal-Artikolu 102 tat-Trattat u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (9). Meta l-ARN japplikaw b’mod konsistenti metodoloġiji stabbiliti biex jiddefinixxu s-swieq u jivvalutaw is-saħħa sinifikanti fis-suq, dawn jikkontribwixxu sabiex tiġi żgurata l-prevedibbiltà regolatorja u jillimtaw intervent regolatorju għall-każijiet ta’ fallimenti tas-swieq identifikati b’għodod analitiċi. |
|
10. |
Meta jeżaminaw kwistjonijiet simili f’ċirkostanzi simili u bl-istess objettivi ġenerali, l-ARN u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jenħtieġ li, fil-prinċipju, jaslu għal konklużjonijiet simili. Madankollu, minħabba d-differenzi fil-kamp ta’ applikazzjoni u l-objettivi tal-intervent tagħhom, u b’mod partikolari l-fokus u ċ-ċirkostanzi distinti tal-valutazzjoni tal-ARN kif stipulat hawn taħt, is-swieq iddefiniti għall-finijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-UE u dawk iddefiniti għall-finijiet ta’ regolament speċifiku għas-settur jistgħu ma jkunux dejjem identiċi. |
|
11. |
B’mod simili, id-deżinjazzjoni ta’ impriża bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq identifikat għall-fini ta’ regolamentazzjoni ex ante ma timplikax awtomatikament li din l-impriża hija dominanti wkoll għall-fini tal-Artikolu 102 tat-Trattat jew għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (10) jew dispożizzjonijiet nazzjonali simili. Barra minn hekk, deżinjazzjoni ta’ saħħa sinifikanti fis-suq (SMP) ma għandha l-ebda effett dirett fuq jekk l-impriża abbużatx ukoll minn pożizzjoni dominanti skont l-Artikolu 102 tat-Trattat. Din sempliċiment timplika li, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/21/KE, minn perspettiva strutturali, u fit-terminu qasir għal medju, fis-suq rilevanti identifikat, l-operatur għandu jew se jkollu, saħħa suffiċjenti fis-suq biex iġib ruħu sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-kompetituri, mill-klijenti, u fl-aħħar mill-aħħar mill-konsumaturi tiegħu. |
|
12. |
Fil-prattika, ma jistax jiġi eskluż li proċeduri paralleli skont regolamentazzjoni ex ante u l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-UE jistgħu japplikaw fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ problema(i) tal-kompetizzjoni identifikata(i) fis-suq(swieq) tal-konsumaturi sottostanti. F’dan ir-rigward, l-obbligi ex ante imposti mill-ARN fuq l-impriżi nominati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jimmiraw li jirrimedjaw fallimenti tas-suq identifikati u jissodisfaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-Qafas. Min-naħa l-oħra, l-istrumenti tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-UE jservu biex jindirizzaw u jeliminaw it-tħassib fir-rigward ta’ ftehimiet illegali, prattiki miftiehma jew imġiba abbużiva unilaterali li jillimitaw jew iwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq rilevanti. |
1.3. L-approċċ regolatorju għall-analiżi tas-suq
|
13. |
Fit-twettiq ta’ analiżi tas-suq skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE, l-ARN se jwettqu evalwazzjoni li tħares ’il quddiem u strutturali tas-suq rilevanti matul il-perjodu rilevanti. |
|
14. |
It-tul tal-perjodu rilevanti (il-perjodu ta’ rieżami li jmiss) huwa dak ta’ bejn it-tmiem tar-rieżami kontinwu u t-tmiem tar-rieżami tas-suq li jmiss, (11) li matulu l-ARN jenħtieġ li tivvaluta karatteristiċi tas-suq u żviluppi tas-suq speċifiċi. |
|
15. |
Il-punt tat-tluq għall-identifikazzjoni ta’ swieq tal-operaturi suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante jenħtieġ li jkun dejjem l-analiżi ta’ suq(swieq) tal-konsumaturi korrispondenti. |
|
16. |
Jenħtieġ li l-ARN jiddeterminaw jekk is-suq(swieq) tal-operaturi sottostanti huwiex(humiex) prospettivament kompetittivi fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni tal-operaturi abbażi ta’ sejba ta’ saħħa unika jew kollettiva sinifikanti fis-suq, u b’hekk jekk kwalunkwe nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva huwiex durabbli (12). |
|
17. |
Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-ARN iqisu l-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti kif ukoll l-iżviluppi tas-suq mistennija jew previsti matul il-perjodu ta’ rieżami li jmiss fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni ibbażata fuq is-saħħa sinifikanti fis-suq; dan huwa magħruf bħala l-Approċċ Greenfield Modifikat (Modified Greenfield Approach) (13). Min-naħa l-oħra, l-analiżi jenħtieġ li tqis l-effetti ta’ tipi oħrajn ta’ regolamentazzjoni, deċiżjonijiet jew leġiżlazzjoni (speċifiċi għas-settur) applikabbli għas-suq(swieq) tal-konsumaturi rilevanti u għas-suq(swieq) tal-operaturi relatati matul il-perjodu rilevanti. |
|
18. |
Jekk is-suq(swieq) tal-konsumaturi sottostanti huwa(huma) prospettivament kompetittiv(i) skont l-Approċċ Greenfield Modifikat, jenħtieġ li l-ARN tikkonkludi li r-regolamentazzjoni ma għadhiex meħtieġa fil-livell tal-operaturi. |
|
19. |
Jenħtieġ li l-ARN iqisu d-dejta preċedenti u attwali fl-analiżi tagħhom meta tali dejta tkun rilevanti għall-iżviluppi f’dak is-suq matul il-perjodu tar-rieżami li jmiss. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi ssottolinjat li kwalunkwe evidenza disponibbli faċilment ta’ prattika preċedenti ma tissuġġerixxix awtomatikament li x’aktarx din il-prattika se tkompli matul il-perjodu ta’ rieżami li jmiss. Madankollu, il-prattika preċedenti hija rilevanti jekk il-karatteristiċi tas-suq ma jkunux inbidlu b’mod apprezzabbli jew huwa improbabbli li jagħmlu dan matul il-perjodu ta’ rieżami li jmiss. |
|
20. |
Minn dan li ssemma hawn fuq jirriżulta li fl-analiżi tas-suq, jenħtieġ li jiġu riflessi kemm kunsiderazzjonijiet statiċi kif ukoll dinamiċi mill-ARN, bl-għan li jiġi(u) indirizzat(i) falliment(i) tas-suq identifikat(i) fil-livell tal-konsumaturi billi jiġu imposti obbligi regolatorji tal-operaturi xierqa, li jenħtieġ li, fost l-oħrajn, jippromwovu l-kompetizzjoni u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern. Dawn l-obbligi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq prinċipji regolatorji stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE, bħall-promozzjoni tal-prevedibbiltà regolatorja, investiment u innovazzjoni effiċjenti u kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura. |
|
21. |
Jenħtieġ li l-analiżi tkun ibbażata fuq fehim funzjonali tar-rabtiet bejn is-suq(swieq) tal-operaturi rilevanti u s-suq(swieq) tal-konsumaturi sottostanti, kif ukoll fuq suq(swieq) oħrajn relatati, jekk dan jitqies xieraq mill-ARN. F’deċiżjonijiet preċedenti (14), il-Kummissjoni enfasizzat li l-kundizzjonijiet tas-suq tal-konsumaturi jistgħu jinfurmaw ARN dwar l-istruttura tas-suq tal-operaturi, iżda fihom infushom mhumiex konklużivi fir-rigward ta’ sejba ta’ saħħa sinifikanti fis-suq fil-livell tal-operaturi. Kif ġie stabbilit f’diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (15), ma hemmx bżonn li tiġi ppruvata saħħa unika jew kollettiva sinifikanti fis-suq fil-livell tal-konsumaturi, sabiex jiġi stabbilit li impriża(i) tgawdi(igawdu) minn saħħa unika jew kollettiva sinifikanti fis-suq fis-suq(swieq) tal-operaturi rilevanti. F’konformità mal-premessa 18 tar-Rakkomandazzjoni 2014/710/UE, regolamentazzjoni ex ante fil-livell tal-operaturi jenħtieġ li tkun biżżejjed sabiex jiġu indirizzati l-problemi dwar is-suq jew is-swieq downstream relatati. |
|
22. |
Meta jiġu analizzati l-konfini u s-saħħa fis-suq(swieq) tal-operaturi rilevanti korrispondenti biex jiġi ddeterminat jekk huwiex/humiex effettivament kompetittiv(i), jenħtieġ li jitqiesu r-restrizzjonijiet kompetittivi diretti u indiretti, irrispettivament minn jekk dawn ir-restrizzjonijiet jirriżultawx minn netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew tipi oħrajn ta’ servizzi jew applikazzjonijiet li huma komparabbli mill-perspettiva tal-utenti finali (16). |
|
23. |
Skont il-premessa 27 tad-Direttiva 2002/21/KE, jenħtieġ li s-swieq emerġenti, fejn de facto il-mexxej tas-suq x’aktarx ikollu sehem sostanzjali mis-suq, ma jkunux soġġetti għal regolamentazzjoni ex ante inadegwata. Dan għaliex l-impożizzjoni prematura ta’ regolamentazzjoni ex ante tista’ tinfluwenza b’mod mhux xieraq il-kundizzjonijiet kompetittivi li jkunu qegħdin jitfasslu fi ħdan suq ġdid u emerġenti. Fl-istess ħin, jenħtieġ li tiġi evitata l-esklużjoni ta’ tali swieq emerġenti mill-impriża ewlenija. |
2. DEFINIZZJONI TAS-SUQ
2.1. Kriterji ewlenin għad-definizzjoni tas-suq rilevanti
|
24. |
Fil-valutazzjoni ta’ jekk impriża għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq, jiġifieri jekk din “tgawdi pożizzjoni ekwivalenti ta’ dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta’ saħħa ekonomika li tagħtiha s-saħħa li ġġib ruħha sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-kompetituri, klijenti jew klijenti eventwali” (17), id-definizzjoni tas-suq rilevanti (18) hija ta’ importanza fundamentali peress li l-kompetizzjoni effettiva tista’ tiġi vvalutata biss skont din id-definizzjoni (19). |
|
25. |
Kif ġie spjegat fil-paragrafu 9, is-suq irid jiġi ddefinit f’konformità mal-metodoloġija deskritta fl-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq. Id-definizzjoni tas-suq mhijiex proċess mekkaniku jew astratt iżda tirrikjedi l-analiżi tal-evidenza kollha disponibbli tal-imġiba tas-suq preċedenti u fehim globali tal-mekkanika ta’ settur partikolari. B’mod partikolari, fit-twettiq ta’ analiżi tas-suq prospettiva, jew li tħares ’il quddiem, huwa meħtieġ approċċ dinamiku minflok statiku (20). |
|
26. |
Il-punt tat-tluq ta’ kwalunkwe analiżi jenħtieġ li jkun valutazzjoni tas-suq jew tas-swieq tal-konsumaturi rilevanti, filwaqt li titqies is-sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista matul il-perjodu ta’ rieżami li jmiss abbażi ta’ kundizzjonijiet tas-suq eżistenti u l-iżvilupp probabbli tagħhom. Wara li jkunu identifikaw is-suq jew is-swieq tal-konsumaturi rilevanti u stabbilixxew jekk nuqqas ta’ intervent regolatorju upstream, li huwa riskju ta’ ħsara lill-konsumatur, jippersistix minħabba n-nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq jew is-swieq tal-konsumaturi, jenħtieġ li mbagħad l-ARN jidentifikaw is-suq jew is-swieq tal-operaturi korrispondenti biex jivvalutaw jekk dawn humiex suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (21). Dawn jenħtieġ li jibdew billi jidentifikaw u janalizzaw is-suq tal-operaturi li huwa l-aktar upstream tas-suq tal-konsumaturi li fih instabu t-tali problemi ta’ kompetizzjoni, u jidentifikaw il-konfini tas-suq billi jqisu s-sostitwibbiltà tal-prodotti min-naħa tad-domanda u, sal-punt rilevanti, min-naħa tal-provvista. |
|
27. |
Il-punt sa fejn il-provvista ta’ prodott jew l-għoti ta’ servizz f’żona ġeografika partikolari jikkostitwixxu suq rilevanti jiddependi fuq l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet kompetittivi fuq l-imġiba tal-iffissar tal-prezzijiet tal-fornitur(i) tas-servizz ikkonċernat(i). Hemm żewġ restrizzjonijiet kompetittivi ewlenin li għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-imġiba tal-impriżi fis-suq; (i) is-sostituzzjoni min-naħa tad-domanda u (ii) is-sostituzzjoni min-naħa tal-provvista (22). It-tielet sors ta’ restrizzjoni kompetittiva fuq l-imġiba tal-operatur – li għandha tiġi kkunsidrata mhux fl-istadju tad-definizzjoni tas-suq iżda meta jiġi vvalutat jekk suq huwiex kompetittiv b’mod effettiv skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/21/KE – huwa l-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali (23). |
|
28. |
Is-sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda tintuża sabiex jitkejjel il-punt sa fejn il-klijenti huma lesti li jissostitwixxu servizzi jew prodotti oħra għas-servizz jew il-prodott inkwistjoni (24), filwaqt li s-sostitwibbiltà min-naħa tal-provvista tindika jekk fornituri, għajr dawk li joffru l-prodott jew is-servizz inkwistjoni, jibdlux il-linja tal-produzzjoni tagħhom fuq terminu ta’ żmien immedjat jew qasir (25) jew joffru l-prodotti jew is-servizzi rilevanti mingħajr ma jġarrbu kostijiet addizzjonali sinifikanti (26). Is-sostituzzjoni min-naħa tal-provvista hija rilevanti b’mod partikolari għall-industriji tan-netwerk, bħalma huma l-komunikazzjonijiet elettroniċi, peress li l-istess netwerk jista’ jintuża biex jipprovdi tipi ta’ servizzi differenti (27). Id-differenza bejn kompetizzjoni potenzjali u sostituzzjoni min-naħa tal-provvista tinsab fil-fatt li s-sostituzzjoni min-naħa tal-provvista tirrispondi b’mod rapidu għal żieda fil-prezz filwaqt li l-parteċipanti potenzjali jista’ jkollhom bżonn aktar żmien qabel ma jibdew ifornu lis-suq. Is-sostituzzjoni min-naħa tal-provvista ma tinvolvi l-ebda kost addizzjonali sinifikanti filwaqt li jista’ jseħħ dħul potenzjali b’kostijiet mitlufa sinifikanti (28) u għal din ir-raġuni, ma titqiesx fl-istadju tad-definizzjoni tas-suq (29). |
|
29. |
Mod possibbli ta’ kif tista’ tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ kwalunkwe sostituzzjoni min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista huwa billi jiġi applikat l-hekk imsejjaħ test “monopolistiku ipotetiku” jew it-test SSNIP (30). Skont dan it-test, jenħtieġ li ARN tistaqsi x’kien jiġri kieku kellha seħħ żieda żgħira iżda sinifikanti u żieda mhux tranżitorja fil-prezz ta’ prodott jew servizz partikolari, filwaqt li tassumi li l-prezzijiet tal-prodotti jew is-servizzi l-oħrajn kollha jibqgħu kostanti (“żieda relattiva fil-prezz”). Filwaqt li s-sinifikat ta’ żieda relattiva fil-prezz se jiddependi fuq kull każ individwali, jenħtieġ li l-ARN jikkunsidraw ir-reazzjonijiet tal-klijent (konsumatur jew impriża) għal żieda żgħira iżda mhux tranżitorja fil-prezz ta’ bejn 5 sa 10 %. Ir-reazzjonijiet tal-klijenti se jgħinu sabiex jiġi ddeterminat jekk jeżistux prodotti sostitwibbli u, jekk iva, fejn jenħtieġ li jiġu delinjati l-konfini tas-suq tal-prodott rilevanti (31). |
|
30. |
Bħala l-punt tat-tluq, jenħtieġ li l-ewwel l-ARN tidentifika servizz jew prodott tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huwa offrut f’żona ġeografika partikolari u li jista’ jkun soġġett għall-impożizzjoni ta’ obbligi regolatorji. Sussegwentement, l-ARN tista’ żżid prodotti jew oqsma addizzjonali skont jekk il-kompetizzjoni minn dawn tillimitax il-prezz tal-prodott jew is-servizz ewlieni inkwistjoni. Peress li żieda relattiva fil-prezz ta’ sett ta’ prodotti x’aktarx twassal lil xi konsumaturi biex jaqilbu għal servizzi jew prodotti alternattivi li jirriżultaw f’telf tal-bejgħ, il-kwistjoni ewlenija tirrigwarda d-determinazzjoni ta’ jekk il-bejgħ mitluf mill-operaturi jkunx biżżejjed biex jikkumpensa għaż-żieda fil-profitti tagħhom, li jirriżultaw wara ż-żieda fil-prezz. Il-valutazzjoni tas-sostituzzjoni min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista tipprovdi mod li bih jitkejjel it-“telf kritiku” tal-bejgħ (li jagħmel li żieda relattiva fil-prezz ma trendix profitt) u konsegwentement mod li bih jiġi ddeterminat il-kamp ta’ applikazzjoni tas-suq rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-ARN tapplika dan it-test sal-punt fejn jista’ jiġi stabbilit li żieda relattiva fil-prezz fi ħdan is-swieq ġeografiċi u tal-prodotti ddefiniti se trendi profitt, jiġifieri mhux se tikkawża aktar telf kritiku ta’ bejgħ għal sostituti disponibbli faċilment jew għal fornituri li jinsabu f’żoni oħra. |
|
31. |
Fil-liġi dwar il-kompetizzjoni, it-test monopolistiku ipotetiku huwa applikat fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi, li l-prezzijiet tagħhom huma ddeterminati liberament u mhumiex soġġetti għal regolament. Fil-qasam tar-regolamentazzjoni ex ante, jiġifieri fejn prodott jew servizz diġà jiġi offrut bi prezz regolat, ibbażat fuq il-kost, se jiġi preżunt li għandu jiġi stabbilit prezz regolat f’livelli kompetittivi (32) u jenħtieġ li jitqies bħala l-punt tat-tluq għat-test monopolistiku ipotetiku. |
|
32. |
Huwa probabbli li jkun diffiċli li t-test SSNIP jiġi applikat b’mod empiriku meta ma jkunx hemm prodotti u prezzijiet disponibbli faċilment. Jekk ma jkun jeżisti l-ebda prodott bħal dan, kummerċjali jew regolat, f’netwerk iżda (potenzjalment) jista’ jiġi offrut teknikament jew kummerċjalment, jenħtieġ li l-ARN iqisu l-awtoprovvista f’dak in-netwerk għad-delinjazzjoni tas-swieq u jibnu suq nazzjonali li jinkludi l-awtoprovvista, fejn ikun hemm ħsara lill-konsumatur fil-livell tal-konsumaturi u tkun teżisti domanda potenzjali għal tali prodott (33). |
2.2. Definizzjoni tas-suq tal-prodott
|
33. |
Skont ġurisprudenza stabbilita, is-suq tal-prodott rilevanti jinkludi l-prodotti jew is-servizzi kollha li huma interkambjabbli jew sostitwibbli b’mod suffiċjenti, mhux biss f’termini tal-karatterisitċi oġġettivi tagħhom, tal-prezzijiet tagħhom jew tal-użu maħsub tagħhom, iżda anke f’termini tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u/jew l-istruttura tal-provvista u d-domanda fis-suq inkiwstjoni. (34) Il-prodotti jew is-servizzi li huma interkambjabbli biss f’livell żgħir jew relattiv ma jiffurmawx parti mill-istess suq (35). Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ARN jibdew l-eżerċizzju tad-definizzjoni tas-suq tal-prodott jew tas-servizz rilevanti billi jiġbru flimkien prodotti jew servizzi li jintużaw mill-konsumaturi għall-istess skop (użu aħħari). |
|
34. |
Għalkemm l-użu aħħari ta’ prodott jew servizz huwa marbut mill-qrib mal-karatterisitiċi fiżiċi tiegħu, jistgħu jintużaw tipi differenti ta’ prodotti jew servizzi sabiex jintlaħaq l-istess għan. |
|
35. |
Jista’ jkun li s-sostitwibbiltà tal-prodott bejn servizzi differenti tirriżulta minn żieda fil-konverġenza ta’ diversi teknoloġiji, li ta’ spiss tippermetti lill-operaturi joffru pakketti ta’ prodotti tal-konsumaturi simili. L-użu ta’ sistemi ta’ trażmissjoni diġitali, pereżempju, jista’ jwassal għal similaritajiet fil-prestazzjoni u fil-karatteristiċi ta’ servizzi tan-netwerk ibbażati fuq teknoloġiji distinti. |
|
36. |
Barra minn hekk, l-hekk imsejħa servizzi “over-the-top” (OTT) jew mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn relatati mal-Internet irriżultaw bħala forza potenzjali li tikkompeti ma’ servizzi stabbiliti tal-komunikazzjonijiet tal-konsumaturi. Bħala riżultat, jenħtieġ li l-ARN jivvalutaw jekk tali servizzi jistgħux, fuq bażi li tħares ’il quddiem, jipprovdu sostituti parzjali jew sħaħ għal servizzi tat-telekomunikazzjonijiet tradizzjonali (36). |
|
37. |
Għalhekk, flimkien mal-kunsiderazzjoni tal-prodotti jew servizzi li l-karatteristiċi oġġettivi, il-prezzijiet u l-użu tagħhom jagħmilhom interkambjabbli b’mod suffiċjenti, jenħtieġ li l-ARN jeżaminaw ukoll, fejn meħtieġ, il-kundizzjonijiet prevalenti tad-domanda u, fejn xieraq, is-sostituzzjoni min-naħa tal-provvista billi japplikaw test monopolistiku ipotetiku jew SSNIP sabiex ilestu l-analiżi tagħhom tad-definizzjoni tas-suq. |
Sostituzzjoni min-naħa tad-domanda
|
38. |
Sostituzzjoni min-naħa tad-domanda tagħmilha possibbli għall-ARN biex jiddeterminaw il-prodotti jew il-firxa ta’ prodotti sostitwibbli li l-klijenti jistgħu faċilment jaqilbu għalihom b’rispons għal żieda żgħira iżda sinifikanti fil-prezz u għal żieda relattiva mhux tranżitorja fil-prezz. Fid-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda, jenħtieġ li l-ARN jużaw kwalunkwe evidenza ta’ imġiba preċedenti tal-konsumaturi kif ukoll jivvalutaw ir-rispons probabbli tal-klijenti u l-fornituri għal tali żieda fil-prezz tas-servizz inkiwstjoni. |
|
39. |
Il-possibbiltà għall-klijenti li jissostitwixxu prodott jew servizz ma’ ieħor minħabba żieda żgħira iżda sinifikanti u żieda relattiva mhux tranżitorja fil-prezz tista’, madankollu, tiġi mxekkla minn, fost l-oħrajn, kostijiet tal-bidla sinifikanti. Il-klijenti li investew f’teknoloġija speċifika jew għamlu kwalunkwe investiment ieħor meħtieġ sabiex jirċievu servizz jew jużaw prodott jistgħu ma jkunux lesti li jġarrbu kwalunkwe kost addizzjonali involut fil-bidla għal servizz jew prodott sostitwibbli b’mod ieħor jew jistgħu jqisu l-kostijiet tal-bidla għoljin wisq. Fuq l-istess linja, il-klijenti ta’ fornituri eżistenti jistgħu jinżammu permezz ta’ kuntratti fit-tul. Għaldaqstant, f’sitwazzjoni fejn il-klijenti jaffaċċjaw kostijiet tal-bidla sinifikanti sabiex jissostitwixxu l-prodott A għall-prodott B, dawn iż-żewġ prodotti jistgħu ma jappartjenux għall-istess suq rilevanti. |
|
40. |
Fil-livell tal-konsumaturi, b’mod ġenerali l-iżviluppi teknoloġiċi wasslu għal kompetizzjoni fi ħdan il-pjattaforma, peress li s-servizzi tal-konsumaturi nstabu li huma ekwivalenti u dejjem aktar interkambjabbli (37). Sabiex jiġi ddeterminat jekk pjattaformi differenti tal-operaturi bħar-ram, il-fibra u l-kejbil għandhomx jiġu inklużi f’suq uniku tal-operaturi, jenħtieġ li jiġi applikat it-test SSNIP. Minħabba l-karattru tal-analiżi li jħares ’il quddiem, jenħtieġ li tali valutazzjoni tqis li dawk li potenzjalment ikunu qegħdin ifittxu l-aċċess u li għadhom mhumiex qegħdin jipprovdu servizzi bbażati fuq l-aċċess, ma għandhomx iqisu l-kostijiet tal-bidla meta jagħżlu l-pjattaforma tal-aċċess tagħhom. Din il-valutazzjoni għandha tindirizza, fuq bażi ta’ każ b’każ, l-importanza ta’ dan id-dħul, filwaqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu li huwa diffiċli, b’mod inerenti, li l-iskala tad-dħul futur tiġi mbassra. Barra min hekk, jenħtieġ li tali analiżi tassumi reġim ta’ aċċess kompetittiv ipotetiku ffaċilitat b’regolamentazzjoni, filwaqt li tinjora l-impedimenti għall-bidla mhux ġustifikabbli b’mod oġġettiv li setgħu tkabbru artifiċjalment mill-operaturi tan-netwerk biex jevitaw il-bidla minn pjattaforma partikolari jew il-bidla għal pjattaforma partikolari. |
Sostituzzjoni min-naħa tal-provvista
|
41. |
Fil-valutazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għas-sostituzzjoni min-naħa tal-provvista, l-ARN jistgħu jqisu wkoll il-probabbiltà li l-impriżi li ma jkunux attivi attwalment fis-suq tal-prodott rilevanti jistgħu jiddeċiedu li jidħlu fis-suq, f’perjodu qasir ta’ żmien, wara żieda żgħira iżda sinifikanti u mhux tranżitorja relattiva fil-prezz. Il-perjodu ta’ żmien preċiż li għandu jintuża sabiex jiġu vvalutati r-reazzjonijiet probabbli ta’ fornituri oħrajn fir-rigward ta’ żieda relattiva fil-prezz se jiddependi b’mod inevitabbli fuq il-karatteristiċi ta’ kull suq u jenħtieġ li jiġi deċiż fuq bażi ta’ każ b’każ. F’ċirkostanzi fejn il-kostijiet globali tal-bidla tal-produzzjoni għall-prodott inkwistjoni jkunu relattivament negliġibbli, il-prodott jista’ jiġi inkluż fid-definizzjoni tas-suq tal-prodott. L-ARN se jkollhom bżonn jiddeterminaw jekk fornitur partikolari jużax jew jibdilx effettivament l-assi produttivi tiegħu biex jipproduċi l-prodott rilevanti jew joffri s-servizz rilevanti (pereżempju, jekk il-kapaċità tagħhom hijiex impenjata skont ftehimiet tal-provvista fit-tul, eċċ.). |
|
42. |
Jenħtieġ li jitqies ukoll kwalunkwe rekwiżit eżistenti legali jew rekwiżit regolatorju ieħor li jista’ jxekkel id-dħul effiċjenti fil-ħin fis-suq rilevanti u bħala riżultat jiskoraġġixxi sostituzzjoni min-naħa tal-provvista. |
Katina ta’ sostituzzjoni
|
43. |
Il-konfini tas-suq rilevanti jistgħu jiġu estiżi sabiex jitqiesu prodotti jew żoni ġeografiċi li, għalkemm ma jistgħux jiġu sostitwiti direttament, jenħtieġ li jiġu inklużi fid-definizzjoni tas-suq minħabba s-sostitwibbiltà tal-katina (38). Is-sostitwibbiltà tal-katina sseħħ meta jkun jista’ jintwera li, għalkemm il-prodotti A u C ma jistgħux jiġu sostitwiti direttament, il-prodott B ikun sostitut kemm għall-prodott A kif ukoll għall-prodott C u għalhekk il-prodotti A u C jistgħu jkunu fl-istess suq tal-prodott peress li l-ipprezzar tagħhom jista’ jkun limitat bis-sostitwibbiltà tal-prodott B. L-istess raġunament japplika wkoll għad-definizzjoni tas-suq ġeografiku. Minħabba r-riskju inerenti ta’ twessigħ mhux xieraq tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-suq rilevanti, is-sejbiet tas-sostitwibbiltà tal-katina jenħtieġ li jiġu sostanzjati b’mod xieraq. (39) |
|
44. |
Meta l-prezzijiet għal ġenerazzjonijiet preċedenti jew attwali ta’ teknoloġiji jkunu jistgħu jillimitaw il-prezzijiet għall-ġenerazzjonijiet futuri, x’aktarx tkun teżisti katina ta’ sostituzzjoni, li tiġġustifika r-raggruppament tal-ġenerazzjonijiet kollha ta’ teknoloġiji fl-istess suq tal-prodott rilevanti. Peress li normalment tali restrizzjonijiet tal-prezz se jkunu jistgħu jiġi osservati għal ġenerazzjonijiet differenti ta’ teknoloġiji, ġeneralment dawn jitqiesu li jkunu fl-istess suq. |
|
45. |
Wara li l-maġġoranza tal-klijenti jkunu qalbu għal infrastruttura b’livell ogħla ta’ prestazzjoni, jista’ jkun li t-teknoloġija l-antika tibqa’ tintuża minn grupp ta’ utenti. F’dan il-każ, jenħtieġ li l-ARN jieħdu approċċ regolatorju li ma jirrepetix iċ-ċiklu tal-kaptività billi jiddefinixxi swieq magħluqin limitati. |
2.3. Definizzjoni tas-suq ġeografiku
|
46. |
Ladarba jiġi identifikat is-suq tal-prodott rilevanti, il-pass li jmiss huwa li tiġi ddefinita d-dimensjoni ġeografika tiegħu. ARN tista’ tivvaluta kif xieraq il-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq biss meta tiġi identifikata d-dimensjoni ġeografika tas-suq tal-prodott jew tas-servizz. |
|
47. |
Il-proċess tad-delineazzjoni tas-swieq ġeografiċi jsegwi l-istess prinċipji bħal dawk diskussi fit-taqsima ta’ hawn fuq fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sostituzzjoni min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista b’rispons għal żieda relattiva fil-prezz. |
|
48. |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, is-suq ġeografiku relevanti jinvolvi żona li fiha l-impriżi kkonċernati huma involuti fil-provvista u d-domanda ta’ prodotti jew servizzi rilevanti, fejn il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed u jistgħu jiġu distinti minn żoni ġeografiċi ġirien, li fihom il-kundizzjonijiet prevalenti huma differenti b’mod sinifikanti (40). Żoni li fihom il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma eteroġeni ma jikkostitwixxux suq uniformi (41). |
|
49. |
Fir-rigward tal-għażla tal-unità ġeografika li minnha ARN jenħtieġ li tibda l-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ta’ spiss iddikjarat (42) li l-ARN jenħtieġ li jiżguraw li dawn l-unitajiet: (a) ikunu ta’ daqs adegwat, jiġifieri żgħar biżżejjed biex jevitaw varjazzjonijiet sinifikanti ta’ kundizzjonijiet kompetittivi fi ħdan kull unità iżda kbar biżżejjed biex jevitaw mikroanaliżi li tuża ħafna riżorsi u li tkun ta’ piż bla bżonn, (b) ikunu jistgħu jirriflettu l-istruttura tan-netwerk tal-operaturi kollha rilevanti, u (c) ikollhom konfini ċari u stabbli tul iż-żmien. |
|
50. |
Jekk jinstabu differenzi reġjonali, iżda ma jitqisux bħala suffiċjenti biex jiġu ġġustifikati swieq ġeografiċi differenti jew sejbiet SMP, l-ARN jistgħu jitolbu rimedji differenzjati ġeografikament (43). L-istabbiltà tad-differenzazzjoni – speċifikament il-livell sa fejn il-konfini taż-żona kompetittiva jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar u jibqgħu konsistenti maż-żmien – hija importanti ferm sabiex issir distinzjoni bejn segmentazzjoni ġeografika fil-livell tad-definizzjoni tas-suq u segmentazzjoni tar-rimedju. |
|
51. |
Fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tradizzjonalment il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tas-suq rilevanti ġie ddeterminat abbażi ta’ żewġ kriterji ewlenin (44):
|
3. IL-VALUTAZZJONI TAL-SMP
|
52. |
Skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2002/21/KE impriża titqies li għandha SMP jekk individwalment jew b’mod konġunt ma’ oħrajn tgawdi pożizzjoni ekwivalenti ta’ dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta’ saħħa ekonomika li tagħtiha s-setgħa li ġġib ruħha sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-kompetituri, mill-klijenti u mill-konsumaturi (47). |
3.1. SMP unika
|
53. |
SMP unika tinsab abbażi ta’ għadd ta’ kriterji, li l-valutazzjoni tagħhom, fid-dawl tar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE kif imsemmi fil-paragrafu 13 ta’ dawn il-Linji Gwida, hija stabbilita hawn taħt. |
|
54. |
Meta titqies is-saħħa fis-suq ta’ impriża, huwa importanti li jitqies is-sehem mis-suq tal-impriża (48), u l-kompetituri tagħha kif ukoll ir-restrizzjonijiet eżerċitati minn kompetituri potenzjali fit-terminu medju. L-ishma mis-suq jistgħu jipprovdu l-ewwel indikazzjoni utli għall-ARN dwar l-istruttura tas-suq u l-importanza relattiva tad-diversi operaturi attivi fis-suq. Madankollu, il-Kummissjoni se tinterpreta l-ishma mis-suq fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq rilevanti, u b’mod partikolari tad-dinamiċi tas-suq u tal-punt sa fejn il-prodotti huma differenzjati (49). |
|
55. |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, sehem kbir ħafna mis-suq miżmum minn impriża għal xi żmien - aktar minn 50 % - huwa fih innifsu, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, evidenza tal-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti (50). L-esperjenza tissuġġerixxi li aktar ma s-sehem mis-suq ikun għoli u aktar ma jkun twil il-perjodu ta’ żmien li matulu jinżamm, huwa aktar probabbli li dan jikkostitwixxi indikazzjoni preliminari importanti ta’ SMP. (51) |
|
56. |
Madankollu, anke impriża b’sehem għoli mis-suq tista’ ma tkunx kapaċi taġixxi sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-klijenti b’saħħa ta’ negozjar suffiċjenti (52). Barra minn hekk, il-fatt li impriża b’pożizzjoni qawwija fis-suq tkun qiegħda gradwalment titlef is-sehem mis-suq jista’ jkun indikazzjoni tajba li s-suq qiegħed isir aktar kompetittiv, iżda ma jipprekludix sejba ta’ SMP. Maż-żmien, fluttwazzjoni sinifikanti tas-sehem mis-suq tista’ tindika nuqqas ta’ saħħa fis-suq, fis-suq rilevanti. Il-kapaċità ta’ parteċipant ġdid li jżid is-sehem mis-suq tiegħu tista’ tirrifletti wkoll li s-suq rilevanti inkwistjoni huwa aktar kompetittiv u li l-ostakoli tad-dħul (53) jistgħu jingħelbu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli (54). |
|
57. |
Jekk is-sehem mis-suq ikun għoli (55) iżda inqas mil-livell limitu ta’ 50 %, l-ARN jenħtieġ li jiddependu fuq karatteristiċi tas-suq strutturali oħrajn fundamentali biex jivvalutaw l-SMP. Dawn jenħtieġ li jwettqu evalwazzjoni strutturali tal-karatteristiċi ekonomiċi tas-suq rilevanti qabel ma jisiltu kwalunkwe konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ SMP. |
|
58. |
Il-kriterji mhux eżawrjenti li ġejjin huma rilevanti sabiex titkejjel is-saħħa fis-suq ta’ impriża biex taġixxi sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-kompetituri, mill-klijenti u mill-konsumaturi tagħha (56):
Jekk jittieħdu separatament, il-kriterji ta’ hawn fuq mhux neċessarjament jistgħu jiddeterminaw sejba ta’ SMP. Sejba bħal din trid tkun ibbażata fuq kombinazzjoni ta’ fatturi. |
|
59. |
Sejba SMP tiddependi fuq valutazzjoni tal-iffaċilitar tad-dħul fis-suq. Fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-ostakoli għad-dħul ta’ spiss huma kbar. Dan, b’mod partikolari, iseħħ minħabba l-eżistenza ta’ ostakli għat-teknoloġija bħall-iskarsezza tal-ispettru, li jistgħu jillimitaw l-għadd tal-ispettru disponibbli, jew meta d-dħul fis-suq rilevanti jeħtieġ investimenti kbar fl-infrastruttura u programmazzjoni ta’ kapaċitajiet fuq perjodu ta’ żmien twil sabiex irendi l-profitt (59). |
|
60. |
Madankollu, l-ostakoli kbar għad-dħul jistgħu jsiru inqas rilevanti fi swieq ikkaratterizzati minn progress teknoloġiku kontinwu, b’mod partikolari, minħabba l-emerġenza ta’ teknoloġiji ġodda li jippermettu lil parteċipanti ġodda jipprovdu servizzi kwalitattivament differenti li jistgħu jkunu ta’ sfida għall-operatur SMP (60). Fi swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-restrizzjonijiet kompetittivi jistgħu jiġu minn theddid innovattiv minn kompetituri potenzjali li bħalissa mhumiex fis-suq. |
|
61. |
Għalhekk, jenħtieġ li l-ARN iqisu l-probabbiltà li l-impriżi li bħalissa mhumiex attivi fis-suq tal-prodotti rilevanti jistgħu fit-terminu medju jiddeċiedu li jidħlu fis-suq. L-impriżi li, f’każ ta’ żieda fil-prezz, ikunu f’pożizzjoni li jibdlu jew jespandu il-linja ta’ produzzjoni/servizzi tagħhom u jidħlu fis-suq jenħtieġ li jiġu ttrattati mill-ARN bħala parteċipanti potenzjali fis-suq anke jekk bħalissa dawn ma jipproduċux il-prodott rilevanti jew joffru is-servizz rilevanti. |
|
62. |
Id-dħul fis-suq ikun aktar probabbli meta parteċipanti ġodda potenzjali jkunu diġà preżenti fi swieq ġirien (61) jew jipprovdu servizzi li huma rilevanti sabiex jiġu fornuti jew ikkontestati s-servizzi għall-konsumatur rilevanti. (62) Il-kapaċità li jinkiseb il-grad minimu kosteffiċjenti ta’ operazzjonijiet tista’ tkun kritika sabiex jiġi ddeterminat jekk id-dħul huwiex probabbli u sostenibbli. (63) |
|
63. |
Jenħtieġ li l-ARN iqisu wkoll bir-reqqa l-ekonomiji ta’ skala u ta’ firxa, l-effetti tan-netwerk, l-importanza tal-aċċess għal riżorsi skarsi u l-kostijiet mitlufa marbuta mal-introduzzjoni tan-netwerk. |
|
64. |
Jenħtieġ li l-ARN iqisu wkoll jekk is-saħħa fis-suq ta’ operatur preeżistenti tistax tkun limitata (abbażi tal-prezz) minn prodotti jew servizzi minn barra s-suq rilevanti u s-suq(swieq) tal-konsumaturi sottostanti, bħall-atturi OTT li joperaw abbażi tal-provvediment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet online. Għalhekk, anke meta ARN tkun qieset li r-restrizzjonijiet minn dawn il-prodotti u s-servizzi fil-livell tal-konsumaturi mhumiex b’saħħithom biżżejjed għas-suq tal-konsumaturi biex ikun kompetittiv b’mod effettiv jew mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jaġixxu bħala restrizzjoni indiretta għall-għoti tas-servizzi tal-operaturi (għall-fini tad-definizzjoni tas-suq tal-operaturi), jenħtieġ li xorta jiġu vvalutati restrizzjonijiet potenzjali fl-istadju tal-valutazzjoni SMP. (64) Billi, bħalissa, il-fornituri ta’ servizzi OTT ma jipprovdux servizzi ta’ aċċess huma stess, dawn ġeneralment ma jeżerċitawx pressjoni kompetittiva fuq is-swieq tal-aċċess. |
3.2. SMP konġunta
|
65. |
Id-definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi pożizzjoni ta’ dominanza konġunta fil-liġi dwar il-kompetizzjoni hija prevista fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u evolviet maż-żmien. Il-kunċett ta’ SMP konġunta għandu jiġi derivat mill-istess bażi. Pożizzjoni dominanti tista’ tinżamm minn diversi impriżi, li huma legalment u ekonomikament indipendenti minn xulxin, diment li – mil-lat ekonomiku – dawn jippreżentaw lilhom infushom jew jaġixxu flimkien f’suq partikolari bħala entità kollettiva. (65) Fil-kawża Gencor (66), il-Qorti eżaminat kif karatteristiċi tas-suq xierqa jistgħu jwasslu għal relazzjoni ta’ interdipendenza bejn il-partijiet, filwaqt li jippermettulhom jantiċipaw l-imġiba ta’ xulxin. Kif ġie ddikjarat b’mod ċar f’Airtours (67), l-eżistenza ta’ ftehim jew ta’ konnessjonijiet oħrajn fil-liġi mhijiex indispensabbli għal sejba ta’ pożizzjoni dominanti kollettiva. Tali sejba tista’ tkun ibbażata fuq fatturi oħrajn ta’ konnessjoni u tiddependi fuq valutazzjoni ekonomika, u b’mod partikolari fuq valutazzjoni tal-istruttura tas-suq. (68) |
|
66. |
Pożizzjoni dominanti kollettiva teżisti meta, fid-dawl tal-karatteristiċi attwali tas-suq rilevanti, kull membru tal-oligopolju dominanti inkiwstjoni, hekk kif isir konxju tal-interessi komuni, iqis li huwa possibbli, ekonomikament razzjonali, u għalhekk preferibbli, li jadotta – fuq bażi dejjiema – politika komuni għall-imġiba tiegħu fis-suq bl-għan li jbigħ bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet kompetittivi, mingħajr ma jkollu jidħol fi ftehim jew jagħmel użu minn prattika miftiehma skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-Trattat mingħajr ma ebda kompetitur, klijent jew konsumatur reali jew potenzjali jkun jista’ jirreaġixxi b’mod effettiv (69). |
|
67. |
F’Airtours, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tliet kundizzjonijiet kumulattivi huma neċessarji għal sejba ta’ dominanza kollettiva kif iddefinita (70):
|
|
68. |
Fil-kawża Impala II (71), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li dawn il-kriterji jidentifikaw il-kundizzjonijiet li meta dawn ikunu preżenti jkun hemm probabbiltà akbar li tirriżulta koordinazzjoni taċita. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, tali kollużjoni taċita tkun aktar probabbli jekk il-kompetituri jkunu jistgħu faċilment jaslu għal perċezzjoni komuni dwar kif jenħtieġ li taħdem il-koordinazzjoni, u, b’mod partikolari tal-parametri li jkunu jistgħu jintużaw bħala l-punt fokali (72) tal-koordinazzjoni proposta. Fl-istess ħin, din indikat il-ħtieġa li jiġi evitat approċċ mekkaniku li jinvolvi l-verifika separata ta’ kull waħda minn dawk il-kriterji meqjusa b’mod iżolat, filwaqt li ma għandu jitqies bl-ebda mod il-mekkaniżmu ekonomiku globali ta’ koordinazzjoni taċita ipotetika (73). Il-karatteristiċi tas-suq iridu jiġu vvalutati b’referenza għal dak il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni ipotetika. |
|
69. |
F’dan l-isfond, meta jiddeterminaw jekk żewġ impriżi jew aktar f’suq rilevanti għandhomx SMP konġunta, għall-finijiet li jiddeterminaw jekk għandhomx jiġu imposti obbligi regolatorji ex ante fuqhom, l-ARN jeħtiġilhom iwettqu analiżi ta’ żviluppi probabbli matul il-perjodu ta’ rieżami li jmiss (74). Dawn jeħtiġilhom jikkunsidraw jekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha, il-kundizzjonijiet tas-suq iwasslux għal mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni taċita, abbażi tat-test ekonomiku stabbilit mill-Qorti. Kif stabbilit fil-premessa 26 tad-Direttiva 2002/21/KE, żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li jgawdu pożizzjoni dominanti mhux biss fejn jeżistu rabtiet strutturali jew oħrajn iżda anke fejn l-istruttura tas-suq rilevanti twassal għal effetti koordinati. |
|
70. |
Analiżi prospettiva trid tqis l-iżviluppi tas-suq mistennija jew prevedibbli matul il-perjodu ta’ rieżami li jmiss sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kollużjoni taċita hijiex ir-riżultat probabbli tas-suq. Il-probabbiltà tal-elementi tat-test ekonomiku stabbilit mill-Qorti trid tiġi stabbilita billi jitqiesu l-istrutturi tas-suq u kwalunkwe evidenza disponibbli tal-imġiba fis-suq, li jwasslu għall-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ipotetiku ta’ koordinazzjoni u għall-kisba ta’ ekwilibriju kollużiv b’mod taċitu. Mekkaniżmu postulat irid jiġi analizzat bħala li jifforma parti minn teorija plawżibbli ta’ koordinazzjoni taċita (75), inklużi kunsiderazzjonijiet fir-rigward ta’ evidenza u dejta disponibbli, kif ukoll kunsiderazzjonijiet ipotetiċi. Kif jista’ jiġi derivat mill-ġurisprudenza kkwotata hawn fuq, approċċ ta’ lista ta’ kontroll jenħtieġ li jiġi evitat. |
|
71. |
B’mod simili għall-gwida tal-Kummissjoni dwar fużjonijiet orizzontali (76), l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli dwar il-karatteristiċi tas-swieq ikkonċernati, inklużi kemm karatteristiċi strutturali kif ukoll l-imġiba preċedenti tal-parteċipanti fis-suq, trid titqies f’analiżi prospettiva. |
|
72. |
Fehim komuni dwar imġiba kkoordinata huwa ġeneralment aktar faċli f’ambjenti ekonomiċi inqas kumplessi u aktar stabbli. Peress li ġeneralment, il-koordinazzjoni hija aktar sempliċi fost inqas operaturi, jidher li jkun rilevanti b’mod partikolari li jiġi eżaminat l-għadd ta’ parteċipanti fis-suq. Barra minn hekk, jista’ jkun aktar faċli li jintlaħaq fehim komuni dwar it-termini tal-koordinazzjoni jekk tkun tista’ tiġi osservata simetrija relattiva, speċjalment f’termini ta’ strutturi tal-kostijiet, l-ishma mis-suq, il-livelli tal-kapaċità inklużi l-kopertura, il-livelli ta’ integrazzjoni vertikali u l-kapaċità li jiġu replikati l-pakketti. |
|
73. |
It-trasparenza tal-prezzijiet tista’ tiġi preżunta aktar faċilment għas-swieq tal-massa tal-konsumaturi, u l-omoġenità tal-prodotti tista’ żżid il-livell ta’ trasparenza, iżda anke l-kumplessità tal-prodott u tat-tariffa fil-livell tal-konsumaturi tista’ titnaqqas billi jiġu stabbiliti regoli tal-ipprezzar aktar faċli, bħall-identifikazzjoni ta’ għadd żgħir ta’ prodotti ewlenin ta’ referenza. Fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b’penetrazzjoni mobbli u fissa kważi kompluta, il-volatilità tad-domanda għandha t-tendenza li tkun baxxa u l-klijenti ġodda jistgħu jiġu akkwistati biss minn atturi oħrajn tas-suq, filwaqt li tiżdied it-trasparenza fir-rigward tal-ishma mis-suq (77). |
|
74. |
Meta jagħmlu tbassir tad-dejta attwali u tal-iżviluppi futuri l-aktar probabbli, jenħtieġ li l-ARN jagħmlu dan skont Approċċ Greenfield Modifikat, kif stabbilit fil-paragrafu 17, li jirrikjedi li l-effetti ta’ kwalunkwe regolamentazzjoni fis-seħħ ibbażat fuq is-saħħa sinifikanti fis-suq jiġu esklużi mill-valutazzjoni. (78) |
|
75. |
It-tip ta’ evidenza li hija disponibbli għall-ARN fi swieq li huma regolati fiż-żmien tal-analiżi se tkun sostanzjalment differenti mill-evidenza li hija disponibbli fi swieq li mhumiex regolati. Madankollu, l-ARN xorta jistgħu jkunu kapaċi jipprovdu evidenza dwar l-istruttura u l-imġiba fis-suq, pereżempju f’każijiet fejn ir-regolamentazzjoni fis-seħħ tista’ ma tkunx irrimedjat bis-sħiħ il-fallimenti tas-swieq osservati. Dan ma jfissirx li l-istandard tal-prova jenħtieġ li jkun aktar baxx, jew li l-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni taċita li huwa ipotizzat jenħtieġ li jkun differenti. |
|
76. |
Wara li jikkunsidraw il-paragrafu 15, meta jivvalutaw il-preżenza ta’ SMP konġunta sabiex jiddeterminaw jekk għandhomx jimponu regolamentazzjoni ex ante, l-ARN jistgħu għalhekk iqisu ċ-ċirkostanzi kollha tas-suq biex jistabbilixxu li mġiba taċita kollużiva aktarx se tirriżulta bħala riżultat tas-suq, fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni ex ante, jekk (i) dawn iċ-ċirkostanzi jkunu konsistenti mal-ekonomija tat-teorija tal-kollużjoni taċita żviluppata mill-ARN u (ii) meta jiġu vvalutati, dawn jinstabu li huma rilevanti biex jiġi spjegat li s-suq iwassal għall-imġiba kollużiva taċita ipotetika deskritta, abbażi ta’ analiżi integrata u tal-kriterji stabbiliti fil-kawża Airtours u li wara ġew ikkonfermati u kkjarifikati ulterjorment fil-kawżi Impala. |
|
77. |
L-analiżi ta’ SMP konġunta għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari l-fatt li minħabba r-rabtiet li tipikament jeżistu bejn is-swieq tal-operaturi u tal-konsumaturi, il-mekkaniżmu ekonomiku ta’ kollużjoni taċita mhuwiex limitat għal-livell tal-operaturi iżda jenħtieġ li jiġi vvalutat billi titqies l-interazzjoni taż-żewġ livelli. F’dan ir-rigward, il-punt(i) fokali jista’(jistgħu) jiġi(u) identifikat(i) jew fil-livell tal-konsumaturi jew tal-operaturi u r-ritaljazzjoni tista’ sseħħ fi ħdan is-suq(swieq) tal-operaturi u s-suq(swieq) downstream tal-konsumaturi konnessi funzjonalment kif ukoll swieq tal-konsumaturi relatati, jew anke barra minn dawk is-swieq jekk l-oligopolisti jkunu preżenti hemmhekk u jinteraġixxu hemmhekk. |
|
78. |
Kif iddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Impala II, minbarra t-trasparenza fis-suq, struttura tas-suq li twassal għal kollużjoni taċita tista’ tkun ikkaratterizzata wkoll minn konċentrazzjoni tas-suq u omoġeneità tal-prodott. (79) Karatteristiċi oħrajn li jistgħu jwasslu għall-istess konklużjoni jistgħu jiġu estrapolati minn ġurisprudenza jew minn deċiżjonijiet regolatorji preċedenti. Lista mhux eżawrjenti ta’ karatteristiċi tas-suq li l-ARN jistgħu jqisu fil-każ tagħhom permezz ta’ valutazzjoni tal-każ huma, bħala eżempju, l-ishma mis-suq, l-elastiċità tad-domanda, l-integrazzjoni vertikali, il-kompatibbiltajiet tal-kost u l-output, il-kopertura tan-netwerk komprensiva, il-livelli tal-profittabbiltà u tad-Dħul Medju għal kull Utent (ARPU), is-simetrija relattiva tal-operatur u similarità relatata tal-operazzjonijiet tal-konsumaturi. Madankollu, mhija ssuġġerita l-ebda lista eżawrjenti. Barra minn hekk, ir-rilevanza ta’ dawn il-parametri jenħtieġ li tiġi stabbilita u vvalutata fuq bażi ta’ każ b’każ u jenħtieġ li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali. Jekk l-ARN jixtiequ jużaw parametri ispirati minn prattika ta’ kompetizzjoni jew rieżami tal-fużjoni ex post, dawn jenħtieġ li jagħmlu dan billi jqisu l-ispeċifiċitajiet ta’ regolamentazzjoni ex ante fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (80), bl-għan li jidentifikaw fiċ-ċirkostanzi speċifiċi, jekk il-karatteristiċi tas-suq rilevanti humiex tali li kull membru tal-oligopolju dominanti jqis li huwa possibbli, ekonomikament razzjonali, u għalhekk preferibbli, li jadotta – fuq bażi dejjiema – politika komuni għall-imġiba fis-suq tiegħu (81). |
It-trasparenza
|
79. |
Abbażi tal-gwida stabbilita fil-paragrafi 72, 73 u 77, punt ta’ tluq għas-sejba ta’ SMP konġunta huwa l-istabbiliment ta’ politika komuni skont liema għandha tiġi allinjata l-imġiba fil-ġejjieni. |
|
80. |
Meta jiġi eżaminat jekk suq huwiex trasparenti biżżejjed biex jippermetti koordinazzjoni taċita, jenħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-operaturi tas-suq għandhomx inċentiv b’saħħtu li jikkonverġu għal riżultat tas-suq koordinat, identifikabbli u jastjenu milli jiddependu fuq imġiba kompetittiva. Dan huwa l-każ fejn il-benefiċċji fit-tul ta’ imġiba antikompetittiva jisbqu kwalunkwe profitt fuq terminu qasir minn imġiba kompetittiva. Kif ġie spjegat fil-paragrafu 78, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ koordinazzjoni taċita huma faċilitati minn ċerti karatteristiċi tas-suq li jistgħu jwasslu biex suq partikolari jkun aktar suxxettibbli għal koordinazzjoni. |
|
81. |
Fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li għandhom ostakoli kbar għad-dħul u kostijiet mitlufa kbar, l-operaturi ġodda għandhom inċentiv biex iżidu s-sehem mis-suq tagħhom biex jiżguraw rkupru tal-kost. Min-naħa l-oħra, is-simetrija tas-sehem mis-suq mhijiex neċessarja biex issir kollużjoni taċita ta’ inċentiv, diment li tkun inkisbet skala minima (82) jew l-istrutturi tal-kostijiet ikunu komparabbli (83). |
|
82. |
Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ saħħa sinifikanti kollettiva fis-suq u mingħajr preġudizzju għall-kriterji deskritti fil-paragrafu 67 ta’ hawn fuq, allinjament mill-qrib tal-prezzijiet tul perjodu twil, speċjalment jekk dawn ikunu ‘l fuq mil-livell kompetittiv, flimkien ma’ fatturi oħrajn tipiċi ta’ pożizzjoni dominanti kollettiva, jista’, fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni raġonevoli alternattiva, ikun biżżejjed sabiex tintwera l-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti kollettiva, anke meta ma jkunx hemm evidenza diretta b’saħħitha ta’ trasparenza qawwija fis-suq, għaliex it-tali trasparenza tista’ tiġi preżunta fit-tali ċirkostanzi (84). L-investigazzjoni ta’ tali ċirkostanzi trid titwettaq bir-reqqa, u, fuq kollox, jenħtieġ li tadotta approċċ ibbażat fuq l-analiżi ta’ strateġiji ta’ koordinazzjoni plawżibbli li tista’ teżisti fiċ-ċirkostanzi (85). B’mod partikolari, għall-fini ta’ regolamentazzjoni ex ante fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, sejba ta’ koordinazzjoni eżistenti minn qabel kif deskritta hawn fuq mhijiex prerekwiżit iżda tista’ tkun rilevanti b’mod partikolari jekk il-karatteristiċi tas-suq ma jkunux inbidlu b’mod sinifikanti u/jew x’aktarx mhux se jagħmlu dan fil-perjodu ta’ rieżami li jmiss. |
|
83. |
Meta imġiba preċedenti tista’ tikkonferma l-valutazzjoni li tħares ’il quddiem tal-ARN ta’ dinamiċi tas-suq probabbli fil-perjodu ta’ rieżami li jmiss, jenħtieġ li l-ARN ikunu konxji tal-fatt li anke fil-preżenza ta’ regolamentazzjoni, is-sempliċi impożizzjoni ta’ prodotti ta’ aċċess għall-operaturi kkontrollati mill-prezzijiet tista’ ma tkunx spjegazzjoni suffiċjenti ta’ allinjament tal-prezzijiet osservat tul perjodu twil fil-livell tal-konsumaturi. Tali allinjament, fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni raġonevoli alternattiva, jista’ jkun sinjal ta’ imġiba kollużiva taċita, jekk ikunu preżenti fatturi oħrajn tipiċi għal pożizzjoni dominanti kollettiva. Spjegazzjonijiet raġonevoli alternattivi, minbarra l-obbligi regolatorji għall-iffissar tal-livelli tal-prezzijiet, jistgħu jkunu, pereżempju, ta’ natura ekonomika, jekk il-livelli tal-prezzijiet ikunu jistgħu jiġu ġġustifikati fid-dawl ta’ strutturi tal-kostijiet f’suq kompetittiv. |
|
84. |
Barra minn hekk, għall-finijiet li jiġi vvalutat il-kriterju tat-trasparenza, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ regolamentazzjoni ex ante ta’ swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn l-ostakoli għad-dħul għal operaturi ġodda jkunu tipikament kbar, ċaħda mis-sidien tan-netwerk li jipprovdu aċċess għall-operaturi fuq termini raġonevoli tista’ tkun punt fokali potenzjali ta’ politika komuni adottata mill-membri tal-oligopolju. Tali ċaħda mill-operaturi tan-netwerk tista’ għalhekk tindika l-eżistenza ta’ politika komuni, li titqies flimkien ma’ fatturi oħrajn meta titwettaq analiżi ta’ SMP konġunta. Punt fokali bbażat fuq iċ-ċaħda ta’ aċċess jista’ jiġi osservat fil-każ ta’ operaturi li mhumiex soġġetti għal obbligi ta’ aċċess ex ante, jew inkella jista’ jiġi previst fil-każ ta’ operaturi li mhumiex soġġetti għal tali obbligi fil-ħin tal-analiżi, diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Tali kundizzjonijiet jinkludu inċentiv kondiviż fiż-żamma ta’ kirjiet (profitti) sinifikanti jew għoljin b’mod anormali fi swieq downstream jew fi swieq tal-konsumaturi relatati, li l-ARN tqis li mhumiex proporzjonati mal-investimenti li saru u mar-riskji mġarrba, (86) jew tipi oħrajn ta’ politika komuni mhux marbuta mal-prezzijiet f’suq li jwassal għal koordinazzjoni taċita inkompatibbli ma’ suq tal-konsumaturi li jiffunzjona tajjeb kif stabbilit mill-Qorti fis-sentenza Impala II, (87) li jista’ jkun ukoll evidenza li ċ-ċaħda tal-aċċess hija punt fokali kredibbli. Għandu jkun rilevanti wkoll li jiġi vvalutat jekk l-operatur inkwistjoni għandux livell suffiċjenti biex jiġġustifika l-għoti ta’ servizz tal-operaturi lil partijiet terzi. |
Sostenibbiltà
|
85. |
Sabiex il-politika komuni ssir sostenibbli maż-żmien, irid ikun hemm inċentiv għal kull membru tal-oligopolju biex ma jmurx kontra t-termini ta’ koordinazzjoni. Dan jirriżulta mill-fatt li l-membri tal-oligopolju dominanti jistgħu jibbenefikaw biss jekk dawn kollha jżommu l-imġiba parallela. L-eżistenza ta’ theddida kredibbli ta’ ritaljazzjoni, li tiskoraġġixxi d-devjazzjoni, hija rekwiżit meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu tal-koordinazzjoni jibqa’ kredibbli maż-żmien. |
|
86. |
Fir-rigward tal-ħtieġa li wieħed jirrikorri għall-eżerċizzju ta’ sanzjoni, il-Qorti Ġenerali kkjarifikat li s-sempliċi eżistenza ta’ mekkaniżmu ta’ deterrent effettiv hija, fil-prinċipju, suffiċjenti għaliex jekk il-membri tal-oligopolju jikkonformaw mal-politika komuni, ma hemmx bżonn li wieħed jirrikorri għall-eżerċizzju ta’ sanzjoni. L-aktar mekkaniżmu ta’ deterrent effettiv huwa dak li ma ntużax. (88) |
|
87. |
Din il-kjarifika hija rilevanti b’mod partikolari, bħala eżempju, f’każijiet fejn ARN tqis li l-punt fokali ta’ kollużjoni taċita fil-livell tal-operaturi tikkonsisti f’ċaħda (kostruttiva) ta’ aċċess għall-operaturi (89), u fejn it-tranżazzjonijiet tal-operaturi jkunu tipikament skarsi. F’tali każijiet, l-ARN ma għandhomx bżonn jistabbilixxu li r-ritaljazzjoni tikkonsisti fil-konklużjoni ta’ ftehim ieħor ta’ aċċess mill-operatur(i) l-oħrajn li jkun(u) qiegħed/qegħdin jiftiehem/jiftiehmu b’mod taċitu, iżda jistgħu jidentifikaw mekkaniżmu ta’ ritaljazzjoni kredibbli differenti (90) fis-suq/swieq tal-konsumaturi sottostanti jew relatati (bħall-gwerer tal-prezzijiet tul żmien qasir) (91). Kunsiderazzjonijiet relatati mal-portabbiltà u l-attrizzjoni (92) fiċ-ċirkostanzi speċifiċi jistgħu jkomplu jissostanzjaw ir-rispons preżunt tal-konsumaturi għat-tibdiliet fil-prezz u jgħinu lill-ARN tbassar il-probabbiltà li tkun effettiva r-ritaljazzjoni fil-livell tal-konsumaturi (93). |
|
88. |
Il-kredibbiltà ta’ theddida ta’ sanzjoni (mekkaniżmu) u/jew l-eżerċizzju tagħha hija meqjusa mill-ARN fl-analiżi ta’ każ b’każ. |
Fatturi esterni
|
89. |
Il-valutazzjoni ta’ fatturi kompensatorji għat-teorija ta’ kollużjoni taċita tinkludi kunsiderazzjonijiet ekonomiċi fir-rigward ta’ jekk l-operaturi preżenti attwalment fis-suq barra mill-oligopolju li tiftiehem b’mod taċitu jaġixxux bħala kompetitur(i) marġinali jew għandhomx il-potenzjal li jsiru operatur(i) li jaġixxi(u) għal rasu(rashom), jew jekk il-klijenti għandhomx biżżejjed saħħa tax-xerrej kompensatorja biex jipperikolaw il-mekkaniżmu kollużiv. |
|
90. |
Fil-qafas ta’ regolamentazzjoni ex ante fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-pożizzjoni fis-suq u s-saħħa tar-rivali jistgħu jiġu vvalutati abbażi ta’ diversi fatturi, relatati mal-ostakoli għad-dħul għal kompetituri potenzjali u s-sitwazzjoni kompetittiva tal-espansjoni u l-ostakoli għaliha għall-atturi eżistenti fis-suq. Il-parametri rilevanti f’din il-valutazzjoni se jinkludu sehem mis-suq fis-suq li qiegħed jiġi vvalutat, ekonomiji ta’ firxa relatati, potenzjal li jiġi pprovdut input għall-prodotti kollha mitluba mill-klijenti fil-livell tal-konsumaturi, is-saħħa relattiva tiegħu fil-qasam ewlieni ta’ attività, l-eżistenza ta’ kompetituri marġinali jew kompetituri li jaġixxu għal rashom eċċ. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-ARN jinkludu fl-abbozz ta’ miżura tagħhom valutazzjoni fir-rigward ta’ jekk il-kompetituri marġinali għandhomx il-kapaċità li jisfidaw l-eżitu koordinat mhux kompetittiv (94). |
|
91. |
Kif issemma fil-paragrafu 59, is-swieq għall-għoti ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ostakoli kbar għad-dħul, b’mod partikolari ta’ natura ekonomika, peress li l-introduzzjoni tan-netwerk, fin-nuqqas ta’ ftehim ta’ aċċess għall-operaturi, hija għalija u tieħu ħafna ħin; iżda anke ostakoli ta’ natura legali, bħal, b’mod partikolari, il-politika tal-ispettru, jistgħu jillimitaw l-għadd ta’ operaturi ta’ netwerk mobbli (95). Għal din ir-raġuni, operatur ġdid ipotetiku li jista’ jxekkel ekwilibriju kollużiv taċitu x’aktarx ikollu jiddependi, mill-inqas parzjalment, fuq l-infrastruttura ta’ oħrajn. Fin-nuqqas ta’ intervent regolatorju jew ftehimiet kummerċjali sostenibbli jew innovazzjoni teknoloġika li tikkawża tfixkil, tipikament jista’ jiġi preżunt li l-probabbiltà ta’ dħul li jikkawża tfixkil hija ġeneralment baxxa fit-terminu qasir u medju. |
|
92. |
Fir-rigward tal-klijenti, il-konsumaturi fi swieq tal-massa x’aktarx ma jkunux jistgħu jeżerċitaw b’mod individwali saħħa tax-xerrej sinifikanti. Min-naħa l-oħra, xi utenti aħħarin tan-negozju li jixtru prodotti ta’ livell kummerċjali jew prodotti mfassla apposta jistgħu jeżerċitaw saħħa tax-xerrej kompensatorja u r-reazzjoni potenzjali tagħhom jenħtieġ li tiġi analizzata, jekk xieraq, fis-suq speċifiku. |
|
93. |
Din il-Komunikazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Għall-Kummissjoni,
Mariya GABRIEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(2) Nota ta’ Spjega li takkumpanja l-Linji Gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq skont il-qafas regolatorju tal-UE għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, SWD(2018)124.
(3) Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).
(4) Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).
(5) Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10, kif emendat mir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015, ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1 u mir-Regolament (UE) 2017/920 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 (ĠU L 147, 9.6.2017, p. 1).
(7) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/710/UE tad-9 ta’ Ottubru 2014 dwar swieq rilevanti ta’ prodotti u servizzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibbli għar-regolamentazzjoni ex ante f’konformità mad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 79).
(8) Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5). (Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq). Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, l-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq jispjega li l-kunċett tas-suq rilevanti huwa marbut mill-qrib mal-objettivi segwiti minn politiki rilevanti, infurzar ex post skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat jew valutazzjoni ex ante skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
(10) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.
(11) L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva Qafas attwalment jiddikjara li l-ARN għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar abbozz ġdid ta’ miżuri fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ miżura preċedenti relatata ma’ dak is-suq.
(12) Il-Premessa 27 tad-Direttiva Qafas.
(13) Nota ta’ Spjega li takkumpanja r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/710/UE, SWD(2014) 298, p. 8.
(14) Il-Kawżi FI/2004/0082, ES/2005/0330 u NL/2015/1727. Ara wkoll CZ/2012/1322.
(15) Il-Kawżi IE/2004/0121, ES/2005/0330, SI/2009/0913 u NL/2015/1727.
(16) Ara l-punt 4 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/710/UE u n-Nota ta’ Spjega tagħha u l-Kawża FR/2014/1670.
(17) L-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2002/21/KE.
(18) L-użu tat-terminu “suq rilevanti” jimplika d-deskrizzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi li jiffurmaw is-suq u l-valutazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku ta’ dak is-suq u t-termini “prodotti” u “servizzi” jintużaw b’mod interkambjabbli tul it-test. Skont il-paragrafu 7 tal-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq, suq tal-prodotti rilevanti “hu magħmul minn dawk il-prodotti u/jew servizzi illi huma kkunsidrati bħala li kapaċi li jiġu mibdula jew jkunu sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-Prodotti, il-prezzijiet tagħhom u l-użu maħsub tagħhom”.
(19) Il-Kawża C-209/98, Entreprenørforeningens Affalds EU:C:2000:279, il-paragrafu 57 u l-Kawża C-242/95 GT-Link EU:C:1997:376, il-paragrafu 36. Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li l-objettiv tad-definizzjoni tas-suq mhux għan fih innifsu, iżda parti minn proċess, jiġifieri li jiġi vvalutat il-grad tas-saħħa fis-suq ta’ impriża.
(20) Il-Kawżi Magħquda C-68/94 u C-30/95, Franza u Oħrajn vs il-Kummissjoni EU:C:1998:148. Ara wkoll l-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq, fil-paragrafu 12.
(21) Is-swieq ewlenin tal-prodotti u s-servizzi li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jiġġustifikaw, fil-prinċipju, tal-impożizzjoni ta’ obbligi regolatorji ex ante, huma identifikati fir-Rakkomandazzjoni 2014/710/UE, li l-ARN huma meħtieġa jqisu bl-aħjar mod meta jiddefinixxu s-swieq rilevanti.
(22) Kif inhu ddikjarat ukoll fl-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq, mil-lat ekonomiku, għad-definizzjoni tas-suq rilevanti, is-sostituzzjoni min-naħa tad-domanda tikkostitwixxi l-aktar forza dixxiplinarja immedjata u effettiva fuq il-fornituri ta’ prodott partikolari, b’mod partikolari fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-ipprezzar.
(23) Ara wkoll l-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-suq, il-paragrafu 24.
(24) Mhuwiex neċessarju li l-konsumaturi kollha jaqilbu għal prodott li jikkompeti; huwa biżżejjed li ssir bidla suffiċjenti sabiex żieda relattiva fil-prezz ma trendix profitt. Dan ir-rekwiżit jikkorrispondi għall-prinċipju ta’ “interkambjabbiltà suffiċjenti” stabbilit fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; ara n-nota 27 f’qiegħ il-paġna.
(25) Il-kunċett ta’ “terminu qasir” jiddependi fuq il-karatteristiċi tas-suq u ċ-ċirkostanzi nazzjonali. Fil-COMP/39.525, Telekomunikacja Polska, il-Kummissjoni stabbilixxiet, fil-paragrafu 580 li “there is supply-side substitution where suppliers are able to switch production to the relevant products and market them in short term in response to small and permanent changes in relative prices.” (hemm sostituzzjoni min-naħa tal-provvista meta l-fornituri jkunu jistgħu jibdlu l-produzzjoni għall-prodotti rilevanti u jikkummerċjalizzawhom fit-terminu qasir b’rispons għal bidliet żgħar u permanenti fi prezzijiet relattivi). Skont in-nota 4 f’qiegħ il-paġna tal-paragrafu 20 tal-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq, il-perjodu rilevanti huwa “perjodu illi ma jinvolvix aġġustament sinjifikanti għal assi eżistenti tanġibbli u intanġibbli”.
(26) Ara wkoll l-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq, il-paragrafu 20.
(27) Ara COMP/39.525, Telekomunikacja Polska, il-paragrafu 580.
(28) Ara wkoll, l-Avviż tal-1997 dwar Definizzjoni tas-Suq, il-paragrafi 20-23, il-Kawża IV/M.1225 - Enso/Stora, ĠU L 254, 29.9.1999, il-paragrafu 39.
(29) Ara wkoll l-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq, il-paragrafu 24.
(30) Ara l-Kawża T-83/91, Tetra Pak vs il-Kummissjoni, EU:T:1994:246, il-paragrafu 68. It-test huwa magħruf ukoll bħala t- test SSNIP (żieda mhux tranżitorja żgħira iżda sinifikanti fil-prezz). Għalkemm it-test SSNIP huwa biss eżempju wieħed ta’ metodu li jintuża għad-definizzjoni tas-suq rilevanti u minkejja n-natura ekonometrika formali tiegħu jew il-marġni tiegħu għall-iżbalji (l-hekk imsejħa “cellophane fallacy”), l-importanza tiegħu tinsab primarjament fl-użu tiegħu bħala għodda kunċettwali għall-valutazzjoni tal-evidenza tal-kompetizzjoni bejn prodotti jew servizzi differenti.
(31) Fi kliem ieħor, meta l-elastiċità bejn prezz u ieħor tad-domanda bejn żewġ prodotti tkun għolja, wieħed jista’ jikkonkludi li l-konsumaturi jqisu dawn il-prodotti bħala sostituti mill-qrib. Meta l-għażla tal-konsumatur tkun influwenzata minn kunsiderazzjonijiet għajr iż-żidiet fil-prezz, it-test SSNIP jista’ ma jkunx miżura adegwata tas-sostitwibbiltà tal-prodott; ara l-Kawża T-25/99, Colin Arthur Roberts u Valérie Ann Roberts vs il-Kummissjoni, EU:T:2001:177. Ara wkoll l-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq, il-paragrafu 17.
(32) Din l-ipoteżi tista’ tiġi ribattuta jekk ikun hemm indikazzjonijiet qawwija li l-prezz regolat preċedentement ma ġiex stabbilit f’livelli kompetittivi. Fit-tali ċirkostanzi, jaf ikun xieraq li bħala punt tat-tluq jintuża prezz li jirriżulta minn mudell tal-kost jew valutazzjoni komparattiva aġġornati.
(33) Nota ta’ spjega għar-Rakkomandazzjoni 2014/710/UE, SWD(2014)298, paġna 18; Il-Kawża NL/2015/1727, C(2015)3078. Ara wkoll CZ/2017/1985.
(34) Il-Kawża C-333/94 P, Tetra Pak vs il-Kummissjoni EU:C:1996:436, il-paragrafu 13, il-Kawża 31/80 L’Oréal EU:C:1980:289, il-paragrafu 25, il-Kawża 322/81, Michelin vs il-Kummissjoni EU:C:1983:313, il-paragrafu 37, il-Kawża C-62/86, AkzoChemie vs il-Kummissjoni EU:C:1991:286, il-paragrafu 51, il-Kawża T-504/93, Tiercé Ladbroke vs il-Kummissjoni EU:T:1997:84, il-paragrafu 81, T-65/96, Kish Glass vs il-Kummissjoni EU:T:2000:93, il-paragrafu 62, il-Kawża C-475/99, Ambulanz Glöckner and Landkreis Südwestpfalz EU:C:2001:577, il-paragrafu 33. It-test ta’ sostitwibbiltà jew interkambjabbiltà suffiċjenti ġie stabbilit għall-ewwel darba mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża 6/72, Europemballage u Continental Can vs il-Kummissjoni EU:C:1973:22, il-paragrafu 32 u fil-Kawża 85/76, Hoffmann La-Roche vs il-Kummissjoni EU:C:1979:36, il-paragrafu 23.
(35) Il-Kawża C-333/94 P, Tetra Pak vs il-Kummissjoni EU:C:1996:436, il-paragrafu 13, il-Kawża 66/86, Ahmed Saeed EU:C:1989:140, il-paragrafi 39 u 40, il-Kawża 27/76, United Brands vs il-Kummissjoni EU:C:1978:22, il-paragrafi 22 u 29, u 12. Il-Kawża T-229/94 Deutsche Bahn vs Il-Kummissjoni EU:T:1997:155, il-paragrafu 54. F’Tetra Pak, il-Qorti kkonfermat li l-fatt li d-domanda għall-kaxxi tal-kartun użati għall-imballaġġ tal-meraq tal-frott kienet marġinali u stabbli maż-żmien meta mqabbla mad-domanda għall-kaxxi tal-kartun użati għall-imballaġġ tal-ħalib kien evidenza ta’ ftit li xejn interkambjabbiltà bejn is-settur tal-imballaġġ tal-ħalib u dak mhux tal-ħalib, idem, il-paragrafi 13 u 15.
(36) Meta ma jkun jista’ jiġi stabbilit l-ebda mudell ta’ sostitwibbiltà suffiċjenti sabiex jiġu ġġustifikati servizzi, inklużi servizzi bbażati fuq OTT fis-suq tal-prodott rilevanti, jenħtieġ li, madankollu, l-ARN iqisu r-restrizzjonijiet kompetittivi potenzjali eżerċitati minn dawn is-servizzi fl-istadju tal-valutazzjoni SMP (ara wkoll il-Kawża CZ/2017/1985 u l-Kawża CZ/2012/1322, u aktar ’l isfel).
(37) Filwaqt li b’mod ġenerali l-ARN sabu li s-servizzi tal-konsumaturi pprovduti permezz ta’ netwerks fissi kienu fl-istess suq tal-konsumaturi irrispettivament mill-pjattaforma tat-trażmissjoni sottostanti (jiġifieri, irrispettivament minn jekk is-servizz tal-konsumaturi ngħatax permezz ta’ kejbil koassjali, il-fibra jew ir-ram), dawn b’mod ġenerali sabu li s-servizzi tal-konsumaturi mogħtija permezz ta’ netwerks fissi jew mobbli kienu fi swieq separati.
(38) Ara l-Avviż tal-1997 dwar id-Definizzjoni tas-Suq, il-paragrafi 57 u 58. Pereżempju, is-sostitwibbiltà tal-katina tista’ sseħħ meta impriża li tipprovdi servizzi fil-livell nazzjonali tillimita l-prezzijiet mitluba mill-impriżi li jipprovdu servizzi fi swieq ġeografiċi separati. Dan jista’ jkun il-każ meta l-prezzijiet mitluba mill-impriżi li jipprovdu netwerks bil-kejbil f’żoni partikolari jkunu limitati minn impriża dominanti li topera nazzjonalment. Ara wkoll: Il-Kawża COMP/M.1628 - TotalFina/Elf, il-paragrafu 188.
(39) L-evidenza jenħtieġ li turi interdipendenza ċara tal-prezzijiet fl-estremitajiet tal-katina. Il-grad tas-sostitwibbiltà bejn il-prodotti jew iż-żoni ġeografiċi rilevanti jenħtieġ li jkun għoli biżżejjed.
(40) United Brands, op. cit., il-paragrafu 44, Michelin, op. cit., il-paragrafu 26, il-Kawża 247/86 Alsatel vs Novasam EU:C:1988:469, il-paragrafu 15; Tiercé Ladbroke vs il-Kummissjoni, op. cit., il-paragrafu 102.
(41) Deutsche Bahn vs il-Kummissjoni, op. cit., il-paragrafu 92. Il-Kawża T-139/98 AAMS vs il-Kummissjoni, EU:T:2001:272, il-paragrafu 39.
(42) Ara, pereżempju, it-taqsima 2.5 tan-Nota ta’ Spjega li takkumpanja r-Rakkomandazzjoni 2014/710/UE, SWD(2014) 298.
(43) Nota ta’ Spjega għar-Rakkomandazzjoni 2014/710/UE, SWD(2014)298, paġna 14; Ara wkoll CZ/2012/1322.
(44) Ara, pereżempju, il-Kawża IV/M.1025 - Mannesmann/Olivetti/Infostrada, il-paragrafu 17, u l-Kawża COMP/JV.23 - Telefónica/Portugal Telecom/Médi Telecom.
(45) Fil-prattika, din iż-żona se tikkorrispondi għal-limiti taż-żona li fiha operatur huwa awtorizzat li jopera. Fil-Kawża COMP/M.1650 - ACEA/Telefónica, il-Kummissjoni indikat li peress li l-impriża konġunta notifikata jkollha liċenzja limitata għaż-żona ta’ Ruma, is-suq ġeografiku jista’ jiġi ddefinit bħala lokali, il-paragrafu 16.
(46) Pereżempju, l-operaturi mobbli jistgħu jipprovdu servizzi mobbli biss fiż-żoni ġeografiċi li għalihom huma ngħataw awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ spettru tar-radju, b’hekk jikkontribwixxu għad-dimensjoni ġeografika tas-swieq rilevanti; Ara l-Kawża IV/M.1439 - Telia/Telenor, il-paragrafu 124, il-Kawża IV/M.1430 - Vodafone/Airtouch, il-paragrafi 13-17, il-Kawża COMP/JV.17 - Mannesmann/Bell Atlantic/Omnitel, il-paragrafu 15.
(47) Din id-definizzjoni tikkorrispondi għad-definizzjoni li l-ġurisprudenza assenjat lill-kunċett ta’ pożizzjoni dominanti fl-Artikolu 102 tat-Trattat. Ara United Brands, op. cit., il-paragrafu 65; Hoffmann-La Roche vs il-Kummissjoni, op. cit., il-paragrafu 38.
(48) F’termini ta’ valur, volum, linji ta’ konnessjoni, għadd ta’ abbonati, kif xieraq f’suq partikolari.
(49) Ara il-punt 13 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat KE għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti.
(50) AKZO Chemie vs il-Kummissjoni, op. cit., il-paragrafu 60; Il-Kawża T-228/97, Irish Sugar vs il-Kummissjoni, EU:T:1999:246, il-paragrafu 70, Hoffmann-La Roche vs il-Kummissjoni, op. cit, il-paragrafu 41, AAMS u Oħrajn vs il-Kummissjoni op. cit., il-paragrafu 51. Madankollu, sehem kbir mis-suq jista’ jiffunzjona bħala indikatur preċiż abbażi tal-preżunzjoni li l-kompetituri ma jistgħux jespandu l-output tagħhom b’volum suffiċjenti biex jissodisfaw il-bidla fid-domanda li tirriżulta minn żieda fil-prezz ta’ rivali. Irish Sugar vs il-Kummissjoni, op. cit., il-paragrafi 97 sa 104.
(51) Ara il-punt 15 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat KE għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti.
(52) Ara l-punt 18 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat KE għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti.
(53) L-ostakoli għad-dħul f’dan is-settur jistgħu jkunu strutturali, legali jew regolatorji. L-ostakoli strutturali għad-dħul jirriżultaw mill-kundizzjonijiet tal-kost jew tad-domanda oriġinali li joħolqu kundizzjonijiet asimmetriċi bejn operaturi stabbiliti u operaturi ġodda li jimpedixxu jew jipprevjenu d-dħul fis-suq ta’ dawn tal-aħħar. L-ostakoli legali jew regolatorji mhumiex ibbażati fuq kundizzjonijiet ekonomiċi, iżda jirriżultaw minn miżuri leġiżlattivi, amministrattivi jew oħrajn li għandhom effett dirett fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u/jew il-pożizzjonament tal-operaturi fis-suq rilevanti. Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/710/UE.
(54) Il-Kawża COMP/M.5532 – Carphone Warehouse/TiscaliUK.
(55) L-esperjenza tal-Kummissjoni tissuġġerixxi li mhuwiex probabbli li jkun hemm dominanza jekk is-sehem tal-impriża mis-suq ikun inqas minn 40 % fis-suq rilevanti. Madankollu, jista’ jkun hemm każijiet speċifiċi li jkunu taħt dak il-livell limitu, fejn il-kompetituri ma jkunux f’pożizzjoni li jillimitaw l-imġiba ta’ impriża dominanti b’mod effettiv. Ara United Brands, op. cit. u l-Kawża COMP/M.1741 – MCI WorldCom/Sprint.
(56) Il-Kawżi NL/2017/1958-59 u NL/2017/1960. Ara l-Kawża PT/2017/2023.
(57) Effetti tan-netwerk diretti jkunu preżenti meta l- valur li konsumatur jikseb minn prodott jew servizz jirriżulta mill-użu akbar ta’ dak il-prodott jew servizz minn persuni oħra. Effetti tan-netwerk indiretti jseħħu meta dak il-valur miżjud jirriżulta mill-użu akbar ta’ prodott jew servizz kumplimentari.
(58) B’mod partikolari, ftehimiet dwar ir-roaming, ftehimiet dwar il-qsim tan-netwerk kif ukoll ftehimiet ta’ koinvestiment mhux miftuħa għal partijiet terzi, li jistgħu, fost l-oħrajn, jeliminaw sieħeb kummerċjali indipendenti li miegħu jista’ jinnegozja l-operatur iżgħar. Ara l-Kawża COMP/M.7612 - Hutchinson 3G UK/Telefónica UK.
(59) Hoffmann-La Roche vs il-Kummissjoni, op. cit., at il-paragrafu 48. L-aktar tipi importanti ta’ ostakoli għad-dħul huma l-ekonomiji ta’ skala u l-kostijiet mitlufa. Dawn l-ostakli huma partikolarment rilevanti għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minħabba l-fatt li huma meħtieġa investimenti kbar sabiex jinħoloq, pereżempju, netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi effiċjenti għall-għoti ta’ servizzi ta’ aċċess u x’aktarx ftit ikun jista’ jiġi rkuprat jekk operatur ġdid jiddeċiedi li joħroġ mis-suq.
(60) Il-Kawża COMP/M.5532 - Carphone Warehouse/Tiscali UK, il-Kawża COMP/M.7018 – Telefónica Deutschland/E-Plus u l-Kawża COMP/M.7612 - Hutchinson 3G UK/Telefónica UK.
(61) Il-Kawża COMP/M.1564 - Astrolink JV.
(62) Il-Kawża COMP/M.1564 - Astrolink JV.
(63) Il-Kawża COMP/M.1741 - MCI WorldCom/Sprint.
(64) Il-Kawża FR/2014/1670.
(65) Il-Kawża C-395/96 P, Compagnie Maritime Belge, ECLI:UE:C:2000:132, il-paragrafi 35 sa 36.
(66) Il-Kawża T-102/96, Gencor Ltd vs il-Kummissjoni EU:T:1999:65, il-paragrafu 163.
(67) Il-Kawża T-342/99, Airtours plc vs il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2002:146.
(68) Compagnie Maritime Belge, il-paragrafu 45.
(69) Il-Kawża T-342/99, Airtours plc vs il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2002:146, il-paragrafu 61; Il-Kawża C-413/06 Impala II EU:C:2008:392, il-paragrafu 122.
(70) Ibid, il-paragrafu 62.
(71) Impala II, il-paragrafu 123.
(72) Din tinftiehem bħala l-fehim taċitu tat-terimini tal-koordinazzjoni bejn l-impriżi dominanti b’mod konġunt, soluzzjoni li l-operaturi li jiftiehmu flimkien b’mod taċitu se jkollhom it-tendenza li jadottaw fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq u li tirrikjedi li tiġi stabbilita t-trasparenza tas-suq. Ara l-paragrafu 123 tas-sentenza Impala II.
(73) Ibid, il-paragrafu 125.
(74) Ibid, il-paragrafu 123.
(75) Ibid, il-paragrafu 130.
(76) Linji gwida fuq l-istima jew kalkolu tal-għaqdiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi (ĠU C 31, 5.2.2004, p. 5).
(77) Fil-kuntest tal-fużjoni, dawn il-kunsiderazzjonijiet ġew diskussi fid-dettall fir-rigward tas-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi pereżempju, fil-Kawża COMP M.7758 — HUTCHISON 3G ITALY/WIND/JV.
(78) Ara l-Kawża SI/2009/0913, li fiha l-Kummissjoni kkjarifikat li dan l-approċċ huwa adatt sabiex tiġi vvalutata l-kapaċità ta’ suq għal kollużjoni taċita fil-preżenza ta’ regolamentazzjoni eżistenti bbażata fuq SMP uniku, filwaqt li ddikjarat li “what counts here is the situation which would prevail absent the regulatory obligations imposed on Mobitel in this specific market (modified greenfield approach)” (dak li jgħodd hawnhekk huwa s-sitwazzjoni li tipprevali fin-nuqqas ta’ obbligi regolatorji imposti fuq Mobitel f’dan is-suq speċifiku (approċċ greenfield modifikat).
(79) Impala II, il-paragrafu 121.
(80) Il-valutazzjoni għall-finijiet ta’ regolamentazzjoni ex ante tirrikjedi qafas speċifiku ta’ analiżi f’ċerti aspetti, bħall-ħtieġa li ssemmiet qabel li jiġi injorat ir-regolament li huwa fis-seħħ attwalment, il-ħtieġa li jitqies perjodu ta’ żmien speċifiku ta’ regolament, jew in-nuqqas ta’ kontrofattwali binarju speċifiku li huwa preżenti f’analiżi tal-fużjoni.
(81) Airtours plc vs il-Kummissjoni, op. cit., il-paragrafu 61; Il-Kawża C-413/06, Impala II EU:C:2008:392, il-paragrafu 122.
(82) Dan għandu jiġi vvalutat skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u s-suq rilevanti inkwistjoni, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi promoss dħul effiċjenti. Ara pereżempju l- Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/396/KE tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar it-Trattament Regolatorju tar-Rati ta’ Terminazzjoni ta’ Telefonati Fissi u Ċellulari fl-UE (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 67).
(83) Il-Kawża ES/2005/0330.
(84) Il-Kawża T-464/04, Impala I EU:C:2006:216, il-paragrafu 252.
(85) Impala II, il-paragrafu 129.
(86) Il-Kawża ES/2005/0330.
(87) Impala II, il-paragrafu 121. Ara wkoll din in-nota ta’ Spjega, taqsima “market failures at the retail level” (fallimenti tas-suq fil-livell tal-konsumaturi).
(88) Impala I, il-paragrafu 466.
(89) Aċċess li jippermetti lil dawk li jfittxu l-aċċess biex jikkompetu b’mod effettiv fil-livell tal-konsumaturi.
(90) Filwaqt li t-tieni kriterju tat-test Airtours jeħtieġ “azzjoni identika minn oħrajn”, dan għandu jinqara bħala azzjoni kompetittiva ħafna minn membru wieħed tal-oligopolju dominanti bħala reazzjoni għal azzjoni kompetittiva ħafna tal-membru l-ieħor tal-oligopolju dominanti, li madankollu tista’ tieħu forma differenti, ara Airtours, op. cit., il-paragrafu 62.
(91) Dan huwa importanti minħabba li sanzjoni kontra oligopolista 1 għall-għoti ta’ aċċess tiegħu lil kompetitur permezz ta’ għoti ta’ aċċess minn oligopolista 2 lil kompetituri oħrajn jista’ jkollha effetti fit-tul fuq is-suq, filwaqt li tkompli timmina l-profitti tal-parti li tirritalja, u b’hekk ma tkunx deterrent kredibbli ta’ imġiba opportunistika. Ara wkoll il-Kawża ES/2005/0330.
(92) Il-portabbiltà tan-numru hija l-possibbiltà għall-utenti aħħarin li jżommu numru mill-pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz, u l-attrizzjoni hija l-perċentwal ta’ abbonati għal servizz li jwaqqfu l-abbonamenti tagħhom għal dak is-servizz matul ċertu perjodu.
(93) Il-Kawża ES/2005/0330.
(94) Il-Kawża IE/2004/0121.
(95) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 52 u n-Nota ta’ spjega tar-Rakkomandazzjoni 2014/710/UE, SWD(2014)298, paġna 4.
|
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/16 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 159/02)
Fis-26 ta’ April 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8824. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/16 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8805 — Panalpina/DFG/PA NL Perishables)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 159/03)
Fis-26 ta’ April 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8805. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/17 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta’ Mejju 2018
(2018/C 159/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1969 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,37 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4492 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88235 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5715 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1950 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
122,20 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6440 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,503 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
313,87 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2543 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6620 |
|
TRY |
Lira Turka |
5,0963 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5915 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5410 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3952 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7067 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5962 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 288,32 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,1135 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6113 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4040 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 729,91 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7134 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,847 |
|
RUB |
Rouble Russu |
75,4816 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,008 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,2446 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,9276 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,0270 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/18 |
Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet mingħajr saldatura li joriġinaw, fost l-oħrajn, fl-Ukrajna
(2018/C 159/05)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba għal rieżami tressqet mill-Interpipe Group (“l-applikant”), grupp produttur esportatur mill-Ukrajna (“il-pajjiż ikkonċernat”).
Ir-rieżami interim parzjali għandu kamp ta’ applikazzjoni limitat għall-eżami tad-dumping sa fejn għandu x’jaqsam l-applikant.
2. Prodott taħt rieżami
Il-prodott li qed jiġi rieżaminat huma ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura tal-ħadid jew tal-azzar, b’qasma ċirkolari, b’dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b’Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (CEV - Carbon Equivalent Value) li ma jaqbiżx 0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW - International Institute of Welding) (2), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 (kodiċijiet TARIC 7304110010, 7304191020, 7304193020, 7304220020, 7304230020, 7304240020, 7304291020, 7304293020, 7304318030, 7304395830, 7304399230, 7304399320, 7304518930, 7304599230 u 7304599320) u li joriġinaw fl-Ukrajna (“il-prodott ikkonċernat”),
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 585/2012 (3), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 795/2012 (4) u (UE) Nru 1269/2012 (5).
4. Raġunijiet għar-rieżami
It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija bbażata fuq biżżejjed evidenza, ipprovduta mill-applikant, li, safejn għandu x’jaqsam l-applikant, iċ-ċirkustanzi li fuqhom ġew imposti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema.
L-applikant jallega li l-istruttura tal-produzzjoni tiegħu nbidlet. Interpipe waqqfet impjant ġdid li jipproduċi billetti tal-azzar, il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk l-applikant issa huwa grupp vertikalment integrat għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, b’ottimizzazzjonijiet sinifikanti tal-proċess ta’ manifattura u l-kostijiet tiegħu.
Dan l-impjant li għadu kemm inbena ppermetta wkoll it-twessigħ tal-portafoll ta’ gradi tal-azzar u l-firxa korrispondenti ta’ tipi ta’ prodotti. Huwa ppermetta lill-applikant sabiex jibda jipproduċi prodotti ta’ kwalità għolja bħal pajpijiet tal-linja u pajpijiet għall-industrija b’valur miżjud ogħla. It-tkabbir tal-firxa tal-prodott jimplika bidla importanti fil-kwalità ta’ tipi ta’ prodotti manifatturati u esportati mill-grupp meta mqabbla mal-aħħar stħarriġ.
L-applikant ipprovda evidenza biżżejjed evidenza li turi li, safejn għandu x’jaqsam il-grupp produttur esportatur, l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livell attwali tagħhom ma għadhiex meħtieġa biex tpatti għall-ħsara tad-dumping. B’mod partikolari l-applikant jallega li l-bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni u fil-firxa ta’ prodotti tiegħu kellhom impatt dirett kemm fis-suq intern kif ukoll fis-swieq tal-esportazzjoni. Tqabbil tal-valur normali tal-applikant u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni jindika li l-marġni ta’ dumping jidher li huwa aktar baxx mil-livell attwali tal-miżuri.
Għalhekk, l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livell eżistenti, li kienet ibbażata fuq il-livell ta’ dumping stabbilit qabel, tidher li ma għadhiex meħtieġa biex tibbilanċja d-dumping.
5. Proċedura
Wara li ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri li hemm biżżejjed evidenza sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ rieżami interim parzjali limitat għall-eżami tad-dumping, il-Kummissjoni b’dan qed tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni tivvaluta wkoll il-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri eżistenti fir-rigward tal-applikant.
5.1. Kwestjonarji
Biex tkun tista’ tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.2. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.3. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.4. Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-Avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristrett” (Limited). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Limited” huma mitluba li jagħtu sommarji mhux kunfidenzjali skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment.
Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni ġusta għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista’ tinjora din l-informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu mressqa fuq CD-R jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jridu jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni permezz ta’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal iktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
|
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIUM |
|
Posta elettronika: TRADE-R689-SPT@ec.europa.eu |
6. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.
7. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta’ smigħ trid tkun ippreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (bl-Ingliż): http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/ (bl-Ingliż)
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Proċessar ta’ dejta personali
Id-dejta personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (6).
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Is-CEV għandu jiġi stabbilit f’konformità ma’ Rapport Tekniku, 1967, dokument IIW IX-535-67, ippubblikat mill- Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).
(5) ĠU L 357, 28.12.2012, p. 1.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/22 |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2018/C 159/06)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013 (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
“CORDERO DE NAVARRA” jew “NAFARROAKO ARKUMEA”
Nru tal-UE: PGI-ES-0212-AM01 — 8.9.2017
DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Isem: |
Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida Cordero de Navarra o Nafarroako Arkumea [Bord ta’ Tmexxija tal-“Cordero de Navarra”/“Nafarroako Arkumea”] |
||||
|
Indirizz: |
|
||||
|
Tel. |
+34 948013040 |
||||
|
Fax |
+34 948013041 |
||||
|
Indirizz tal-email: |
info@intiasa.es |
Il-grupp applikant jirrappreżenta l-interessi kollettivi tal-produtturi tal-“Cordero de Navarra”/“Nafarroako Arkumea”. Għandu interess leġittimu f’din l-applikazzjoni għal emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u huwa wkoll l-istess grupp li oriġinarjament applika għall-istatus tal-IĠP għall-“Cordero de Navarra”/“Nafarroako Arkumea”.
Il-Bord ta’ Tmexxija għall-IĠP “Cordero de Navarra” huwa assoċjazzjoni li tinkludi produtturi li jaħdmu mal-“Cordero de Navarra”. L-għanijiet tal-Bord jinkludu t-titjib tal-valur tal-prodott u t-titjib tal-prestazzjoni tal-iskema tal-IĠP skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, il-Bord huwa inkarigat mill-kompitu li jippromwovi l-kwalità tal-“Cordero de Navarra” u li jissorvelja u jiddefendi r-reputazzjoni tal-prodott. Dawn l-aspetti huma riflessi fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord, li jiffurmaw parti mir-Regolamenti li jirregolaw l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cordero de Navarra”/“Nafarroako Arkumea” u l-Bord ta’ Tmexxija tagħha, li għaddew mill-Ministeru tal-Agrikoltura, Sajd u Ordni Alimentari APA/1413/2002 tat-23 ta’ Mejju 2002.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☐ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn [korp ta’ spezzjoni u liġi nazzjonali vinkolanti] |
4. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat |
|
— |
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat |
|
— |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) |
|
— |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
L-emenda minuri deskritta f’din il-proposta tikkoreġi żbalji u taġġorna ċerti referenzi għal ċirkostanzi li nbidlu sa mill-approvazzjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott. Saru tibdiliet fit-taqsimiet li ġejjin tal-Ispeċifikazzjoni:
— B) Deskrizzjoni tal-prodott — ir-referenzi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi ġew aġġornati biex jirriflettu l-leġiżlazzjoni attwalment fis-seħħ; dan l-aġġornament ma jinvolvi l-ebda bidla fid-deskrizzjoni tal-prodott iċċertifikat.
— D) Prova tal-oriġini — ir-referenza għal korp ta’ spezzjoni li m’għadux jeżisti tneħħiet; ir-referenza għall-korp ta’ spezzjoni tista’ tinstab fit-taqsima G.
— E) Metodu ta’ produzzjoni — tneħħa żball mir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-għalf użat għat-tismin tal-ħrief ħfief, u r-referenza għall-istandard nazzjonali Spanjol 45011 ġiet aġġornata b’referenza għal ISO/IEC 17065.
— G) Korp ta’ spezzjoni — ir-referenza għall-korp ta’ spezzjoni ġiet aġġustata biex tirrifletti bidla fl-isem.
— I) Liġi nazzjonali vinkolanti — din is-sezzjoni ġiet aġġornata biex tirrifletti l-leġiżlazzjoni li bħalissa hija fis-seħħ fi Spanja.
— Oħrajn— ir-referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, illum irrevokat, tneħħiet mill-paġna ta’ quddiem.
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u abbażi tar-raġunijiet iddettaljati f’din l-applikazzjoni, aħna nikkunsidraw li l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-IĠP “Cordero de Navarra”/“Nafarroako Arkumea” deskritti f’din l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda għandhom jiġu kkwalifikati bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 minħabba li:
|
— |
L-emenda għat-taqsima B) (Deskrizzjoni tal-prodott) ma taffettwax il-karatteristiki essenzjali tal-prodott. Huwa sempliċiment aġġornament tat-test biex jirreferi għal-leġiżlazzjoni tal-UE li bħalissa hija fis-seħħ. |
|
— |
Ir-rabta, kif deskritta fit-taqsima F tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott, tibqa’ l-istess. |
|
— |
M’hemmx bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem tal-prodott. |
|
— |
Iż-żona ġeografika ddefinita deskritta fis-sezzjoni C (Żona ġeografika) mhijiex affettwata. |
|
— |
M’hemmx żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu. |
5. Emenda/i
Emenda 1: deskrizzjoni u raġunijiet
Taqsima B: Deskrizzjoni tal-prodott
Fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, il-leġiżlazzjoni Spanjola dwar il-kwalità tal-karkassi tan-nagħaġ imsemmija fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott (Ordni tat-18 ta’ Settembru 1975 kif emendata b’Ordni tal-24 ta’ Settembru 1987) ġiet espressament revokata permezz tal-Ordni Ministerjali ARM/2279/2010 tal-20 ta’ Awwissu 2010. Ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni preċedenti b’hekk ġew imħassra.
It-test ġie aġġornat biex jirreferi għall-Iskala ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b’piż ta’ karkassa inqas minn 13-il kg, abbażi tal-qafas legali fis-seħħ fl-20 ta’ April 2017. Din ir-reviżjoni ma tinvolvi l-ebda bidla fid-deskrizzjoni tal-karatteristiki tal-prodott għax il-karkassi tal-ħaruf ikomplu jiġu kklassifikati bl-użu tal-mudell li kien fis-seħħ qabel kif deskritt fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott.
It-test attwali:
B. Deskrizzjoni tal-prodott
(a) Ħrief mitmugħin il-ħalib:
Ħrief mill-Kategoriji ta’ ħaruf Extra u Primera mitmugħin il-ħalib skont l-Istandard tal-Kwalità għall-Karkassi tan-Nagħaġ (Ordni tat-18 ta’ Settembru 1975 kif emendata b’Ordni tal-24 ta’ Settembru 1987). Il-kwalità “Primarja” tal-kategoriji “A” jew “B” tal-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief ħfief (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/92 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 461/93) huwa applikabbli wkoll għall-karkassi li oriġinaw bħala ħrief ħajjin tar-razez Navarra u Lacho.
Ħrief irġiel jew nisa tar-razez Lacho jew Navarra, imreddgħin min-nagħġa sal-mument tal-qatla, b’piż ta’ karkassa — inkluż ir-ras u l-ġewwieni — ta’ bejn 5 u 8 kg (razza Lacho) jew ta’ bejn 6 u 8 kg (razza Navarra), u ta’ età mhux aktar minn 45 ġurnata.
Limitu ta’ xaħam minn ftit sa ammont medju (klassi 2 jew 3 tal-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-ħrief ħfief stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/92 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 461/93).
Abjad lewn il-perli sa laħam roża ċar.
Laħam li huwa tari u sukkulenti ħafna, b’konsistenza fina u togħma distintiva.
(b) Ħrief ħfief
Ħrief mill-kategoriji ta’ ħrief ħfief Extra u Primera mitmugħin il-ħalib skont l-Istandard tal-Kwalità għall-Karkassi tan-Nagħaġ (Ordni tat-18 ta’ Settembru 1975 kif emendata b’Ordni tal-24 ta’ Settembru 1987). Il-kwalità “Primarja” tal-kategoriji “A” jew “B” tal-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief ħfief (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/92 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 461/93) hija applikabbli wkoll għall-karkassi li oriġinaw bħala ħrief ħajjin tar-razza Navarra.
Ħrief irġiel jew nisa tar-razza Navarra, imreddgħin min-nagħġa għal mill-inqas 45 ġurnata mit-twelid. Matul l-istadju tat-tismin, il-ħrief jiġu mitmugħun tiben abjad, konċentrati b’bażi taċ-ċereali, legumi, vitamini u minerali. Jekk il-ħaruf ma jkunx ġie miftum f’45 ġurnata, is-sustanzi msemmija hawn fuq huma ssupplimentati bil-ħalib ta’ ommu matul l-istadju tat-tismin. Il-ħrief ħfief għandhom piż ta’ karkassa — li ma jinkludux ir-ras jew il-ġewwieni — ta’ bejn 9 u 12-il kg u għandhom età ta’ mhux aktar minn 110 ijiem.
Limitu ta’ xaħam minn ftit sa ammont medju (klassi 2 jew 3 tal-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief ħfief stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/92 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 461/93).
Laħam roża ċar.
Il-laħam huwa kemxejn imraħħam b’xaħam ġol-muskolu, tari u sukkulenti ħafna, b’konsistenza fina u togħma distintiva.
It-test emendat:
(a) Ħrief mitmugħin il-ħalib:
Karkassi mill-kwalità “Primarja” tal-kategoriji “A” jew “B” tal-“Iskala ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b’piż ta’ karkassa inqas minn 13-il kg” (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182) li oriġinaw bħala ħrief ħajjin tar-razez Navarra u Lacho.
Ħrief irġiel jew nisa tar-razez Lacho jew Navarra, imreddgħin min-nagħġa sal-mument tal-qatla, b’piż ta’ karkassa — inkluż ir-ras u l-ġewwieni — ta’ bejn 5 u 8 kg (razza Lacho) jew ta’ bejn 6 u 8 kg (razza Navarra), u ta’ età mhux aktar minn 45 ġurnata.
Limitu ta’ xaħam minn ftit sa ammont medju (klassi 2 jew 3 tal-“Iskala ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b’piż ta’ karkassa inqas minn 13-il kg” stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182).
Laħam roża ċar.
Laħam li huwa tari u sukkulenti ħafna, b’konsistenza fina u togħma distintiva.
(b) Ħrief ħfief
Karkassi mill-kwalità “Primarja” tal-kategoriji “A” jew “B” tal-Iskala ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b’piż ta’ karkassa inqas minn 13-il kg (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182) li oriġinaw bħala ħrief ħajjin tar-razza Navarra.
Ħrief irġiel jew nisa tar-razza Navarra, imreddgħin min-nagħġa għal mill-inqas 45 ġurnata mit-twelid. Matul l-istadju tat-tismin, il-ħrief jiġu mitmugħun tiben abjad, konċentrati b’bażi taċ-ċereali, legumi, vitamini u minerali. Jekk il-ħaruf ma jkunx ġie miftum f’45 ġurnata, is-sustanzi msemmija hawn fuq jiġu ssupplimentati bil-ħalib ta’ ommu matul l-istadju tat-tismin. Il-ħrief ħfief għandhom piż ta’ karkassa — li ma jinkludux ir-ras jew il-ġewwieni — ta’ bejn 9 u 12-il kg, u għandhom età ta’ mhux aktar minn 110 ijiem.
Limitu ta’ xaħam minn ftit sa ammont medju (klassi 2 jew 3 tal-Iskala ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b’piż ta’ karkassa inqas minn 13-il kg stabbilita bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182).
Laħam roża ċar.
Il-laħam huwa kemxejn imraħħam b’xaħam ġol-muskolu, tari u sukkulenti ħafna, b’konsistenza fina u togħma distintiva.
Emenda 2: deskrizzjoni u raġunijiet
Taqsima D: Prova li l-prodott oriġina fiż-żona
Nipproponu li r-referenza għall-korp ta’ spezzjoni (li m’għadux jeżisti) titneħħa mill-ewwel paragrafu ta’ din it-taqsima. Dan ifisser li l-unika referenza għall-korp ta’ spezzjoni tinstab fit-taqsima G (Korp ta’ spezzjoni), u b’hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni.
It-test attwali:
D. Prova li l-prodott oriġina fiż-żona
L-Instituto de Calidad Agroalimentaria de Navarra (ICAN) huwa l-korp ta’ spezzjoni għal din l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
Huwa responsabbli għall-immaniġġjar tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-prodott u għalhekk biex iwettaq spezzjonijiet biex jivverifika żewġ aspetti: l-ewwel nett li l-prodott jiġi prodott u pproċessat jew ippreparat fiż-żona ġeografika ddefinita, u t-tieni li l-karatteristiċi tal-prodott jissodisfaw id-deskrizzjoni stabbilita fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott.
It-test emendat:
Il-korp ta’ spezzjoni għal din l-IĠP huwa responsabbli għall-immaniġġjar tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-prodott u għalhekk biex iwettaq spezzjonijiet biex jivverifika żewġ aspetti: l-ewwel nett li l-prodott jiġi prodott u pproċessat jew ippreparat fiż-żona ġeografika ddefinita, u t-tieni li l-karatteristiċi tal-prodott jissodisfaw id-deskrizzjoni stabbilita fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Emenda 3: deskrizzjoni u raġunijiet
Taqsima E: Metodu ta’ produzzjoni
(b) Stadju tat-tkabbir u tat-tismin:
It-tieni paragrafu ta’ din is-subtaqsima ġie mibdul biex jinftiehem aħjar. L-użu ta’ prodotti legalment permessi li joriġinaw mill-pjanti għajr dawk li joriġinaw miċ-ċereali u l-legumi ma kienx permess taħt it-test oriġinali minħabba żball, li issa ġie korreġut.
L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott għal din l-IĠP tfasslet bejn l-2002 u l-2006, meta l-użu ta’ prodotti sekondarji fl-għalf kien suġġett għal dibattitu b’riżultat tal-kriżi tal-BSE. L-UE għalhekk tpoġġi għadd ta’ miżuri preventivi fis-seħħ, inkluża projbizzjoni fuq it-tmigħ ta’ smida tal-laħam, smida tad-demm jew ġelatina lir-ruminanti (fost sustanzi oħra).
Peress li l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet abbozzata dak iż-żmien, u l-intenzjoni kienet li jiġu pprojbiti prodotti sekondarji mill-annimali, il-prudenza tagħna wasslitna biex inwettqu l-iżball deskritt hawn fuq.
Is-suġġett tal-għalf minn dak iż-żmien ġie żviluppat, irregolat u implimentat fil-liġi tal-UE. Issa hemm regoli stabbiliti dwar l-għalf għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, inkluża lista tal-materja prima permessa u pprojbita, it-trattamenti aċċettati, il-kundizzjonijiet tal-użu u limiti massimi għal sustanzi mhux mixtieqa.
Id-Dispożizzjoni ġenerali 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013, li tistabbilixxi l-Katalgu tal-Materjali tal-Għalf, tgħid li “il-kelma ‘prodott’ tintuża minflok il-kelma ‘prodott sekondarju’ biex tirrifletti s-sitwazzjoni tas-suq u l-lingwa użata fil-prattika minn […] operaturi”. Għalhekk m’għadux aktar meħtieġ li nkomplu nużaw it-terminu “prodott sekondarju” fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Minħabba li l-użu ta’ vitamini u minerali f’għalf tat-tismin huwa kopert fil-bidu tat-taqsima li nipproponu li nemendaw, din il-bidla li tiddikjara li l-użu ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali (kategoriji 9 u 10 tal-Katalgu tal-Materjali tal-Għalf) fil-kompożizzjoni tal-għalf huwa pprojbit taqbel mal-ispirtu li fih ġiet abbozzata l-Ispeċifikazzjoni.
L-użu ta’ materja prima ta’ oriġini mill-pjanti — inklużi dawk koperti mill-kategoriji 2 (Żrieragħ taż-żejt, frott taż-żejt, u prodotti derivati minnhom), 4 (Tuberi, għeruq u prodotti derivati minnhom), 5 (Żrieragħ u frott oħrajn, u prodotti derivati minnhom) — huwa komuni fl-għalf tar-ruminanti. L-inklużjoni tagħhom fl-għalf użat għat-tismin tal-ħrief hija neċessarja kemm minn perspettiva nutrizzjonali kif ukoll fl-interess li tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott finali.
Sabiex jitrabbu ħrief b’saħħithom u jipproduċu laħam ta’ kwalità għolja, l-għalf amministrat lill-annimali għandu jipprovdi doża bilanċjata tan-nutrijenti kollha li jeħtieġu, u jevita kwalunkwe eċċess jew nuqqas ta’ komposti nutrittivi.
L-użu ta’ proteini miż-żrieragħ taż-żejt — bħall-ismida tal-ġirasol, l-ismida taż-żerriegħa tal-kolza, eċċ. — huwa meħtieġ biex ikun żgurat li hemm biżżejjed proteina fl-għalf użat għat-tismin tal-ħrief.
L-ammont meħtieġ ta’ proteina jista’ ma jintlaħaqx biċ-ċereali u l-legumi biss. Anki bl-użu ta’ ammonti kbar ta’ legumi u billi jiġu supplimentati bi pjanti ta’ proteini bħall-fażola mhux dejjem jagħti l-livell ta’ proteina meħtieġ. Barra minn hekk, il-proteina pprovduta b’dan il-mod hija degradabbli ħafna u l-profil tal-aċidu amminiku tagħha mhuwiex partikolarment adattat.
Għalf li fih ammont kbir ta’ proteina li tiddegrada ħafna jista’ jwassal għal ammonja tad-demm għolja fiċ-ċirkulazzjoni, li kultant twassal biex il-ħrief jiżviluppaw problemi fil-fwied.
Id-dieta amministrata fl-istadju tat-tismin għandha għalhekk tiġi bbażata fuq prodotti li joriġinaw minn pjanti b’kompożizzjoni nutrittiva bilanċjata, wara r-rakkomandazzjonijiet u l-limiti stabbiliti fil-formulazzjonijiet tal-għalf elenkati fit-tabelli tal-għalf ippubblikati perjodikament minn korpi awtorevoli bħal:
|
— |
Kunsill Nazzjonali għar-Riċerka (NRC), Bord dwar l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali (USA); |
|
— |
Institut National de la Recherche Agronomique (INRA) (Franza); |
|
— |
Fundación Española para el Desarrollo de la Nutrición Animal (FEDNA) (Spanja). |
Sabiex jiġi żgurat l-użu ta’ oġġetti tal-għalf sikuri u tajbin għall-għanijiet tagħhom, it-tabella tal-ingredjenti tal-għalf tal-FEDNA tagħti deskrizzjoni ta’ kull prodott użat biex jagħmel għalf, rakkomandazzjonijiet ta’ użu, valuri nutrittivi u, fejn applikabbli, limiti massimi skont l-ispeċi. Bħala eżempju, l-iskrizzjonijiet taż-żerriegħa taż-żejt differenti huma kif ġejjin:
|
— |
Smida tal-ġirasol, 36 % proteina kruda |
|
— |
Smida tal-kittien |
|
— |
Smida taż-żerriegħa tal-qoton, 38 % proteina kruda |
Għadd ta’ pubblikazzjonijiet japprovaw l-użu ta’ materja prima għajr iċ-ċereali u l-legumi bħala mod kif jiġu pprovduti n-nutrijenti meħtieġa fl-istadju tat-tismin filwaqt li tinżamm il-kwalità tal-karkassi li jirriżultaw minnu:
|
— |
O. Urrutia, J.A. Mendizabal, K. Insausti, B. Soret, A. Purroy, A. Arana, “Effect of linseed dietary supplementation on adipose tissue development, fatty acid composition, and lipogenic gene expression in lambs”, fi Livestock Science, vol. 178, 2015, p. 345-356. |
|
— |
O. Urrutia, B. Soret, K. Insausti, J.A. Mendizabal, A. Purroy, A. Arana, “The effects of linseed or chia seed dietary supplementation on adipose tissue development, fatty acid composition, and lipogenic gene expression in lambs”, fi Small Ruminant Research, vol. 123, 2015, p. 204-211. |
|
— |
Juan Ignacio Gutiérrez Cabanillas, “Efecto de la adición de subproductos derivados del tomate y otras fuentes de antioxidantes durante el cebo de corderos de raza merina sobre la calidad de la canal y de la carne fresca y envasada en atmósferas protectoras” [“Żieda ta’ prodotti sekondarji derivati minn tadam u sorsi oħra ta’ antiossidanti matul it-tismin ta’ ħrief tar-razza Merina: effetti fuq il-kwalità tal-karkassa u l-kwalità ta’ laħam frisk f’imballaġġ f’atmosfera modifikata”], l-Università ta’ Extremadura, 2015. |
Fl-aħħar nett, ir-referenza għall-istandard nazzjonali Spanjol 45011 fl-aħħar paragrafu tas-subtaqsima dwar “is-saħħa u l-benessri” ġiet sostitwita b’referenza għall-istandard li bħalissa huwa applikabbli, ISO/IEC 17065: 2012.
It-test attwali:
(b) Stadju tat-tkabbir u tat-tismin:
Il-ħrief ħfief biss [ternascos] jgħaddu minn dan l-istadju. Jibda fil-ftim (li mhux obbligatorju) meta l-ħaruf ikollu madwar 45 ġurnata, u jispiċċa bil-qtil tiegħu.
Matul dan l-istadju, il-ħaruf għandu jiġi mitmugħ tiben abjad, konċentrati b’bażi ta’ ċereali, legumi, vitamini u minerali. Jekk il-ħaruf ma ġiex miftum, is-sustanzi msemmija hawn fuq għandhom jiġu supplimentati bil-ħalib t’ommu. Għalf ikkonċentrat ma jistax jinkludi urea jew xi prodotti sekondarji li mhumiex derivati minn ċereali jew legumi.
L-użu ta’ sustanzi li jistgħu b’xi mod jinterferixxu fir-rata normali ta’ tkabbir u żvilupp tal-ħaruf huwa espressament ipprojbit.
It-test emendat:
(b) Stadju tat-tkabbir u tat-tismin:
Il-ħrief ħfief biss [ternascos] jgħaddu minn dan l-istadju. Jibda fil-ftim (li mhux obbligatorju) meta l-ħaruf ikollu madwar 45 ġurnata, u jispiċċa bil-qtil tiegħu.
Matul dan l-istadju, il-ħaruf għandu jiġi mitmugħ tiben abjad, konċentrati b’bażi ta’ ċereali, legumi, vitamini u minerali. Jekk il-ħaruf ma ġiex miftum, is-sustanzi msemmija hawn fuq għandhom jiġu supplimentati bil-ħalib t’ommu. Għalf ikkonċentrat ma jistax jinkludi l-urea jew xi prodotti li joriġinaw mill-annimali.
L-użu ta’ sustanzi li jistgħu b’xi mod jinterferixxu fir-rata normali ta’ tkabbir u żvilupp tal-ħaruf huwa espressament ipprojbit.
It-test attwali:
Jekk il-Bord ta’ Tmexxija jqis li huwa meħtieġ li jagħmel dan, jista’ jipproduċi dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw li l-annimali jiġu mmaniġġjati b’mod korrett fl-irziezet, dejjem konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Istandard 45011.
It-test emendat:
Jekk il-Bord ta’ Tmexxija jqis li huwa meħtieġ li jagħmel dan, jista’ jipproduċi dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw li l-annimali jiġu mmaniġġjati b’mod korrett fl-irziezet, dejjem konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Istandard ISO/IEC 17065.
Emenda 4: deskrizzjoni u raġunijiet
Taqsima G: Korp ta’ spezzjoni
Ir-referenza għall-korp ta’ spezzjoni ġiet aġġornata biex tirrifletti l-isem il-ġdid tiegħu. In-negozji tal-istat Riegos del Canal de Navarra, S.A.U., Riegos de Navarra, S.A.U., Instituto de Calidad Agroalimentaria de Navarra, S.A.U. L-(ICAN), Instituto Técnico y de Gestión Ganadera, S.A.U. u Instituto Técnico y de Gestión Agrícola, S.A.U. ngħaqdu fl-1 ta’ Ottubru 2011 biex jiffurmaw entità waħda, Instituto Navarro de Tecnologías e Infraestructuras Agroalimentarias, S.A. (INTIA).
Din il-fużjoni ma kkawżat l-ebda bidla fir-relazzjonijiet mal-aġenzija tal-akkreditazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ċċertifikati, għaliex:
|
— |
il-ftehimiet u l-kuntratti ffirmati mal-ICAN jibqgħu fis-seħħ, u l-INTIA, S.A. assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-entitajiet ta’ hawn fuq; |
|
— |
iċ-ċertifikati maħruġa mid-diviżjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-ICAN għadhom validi; |
|
— |
id-diviżjoni sħiħa taċ-ċertifikazzjoni tal-ICAN ġiet ittrasferita lid-dipartiment agroalimentari tal-entità l-ġdida, u żżomm l-istess struttura u l-istess responsabbiltajiet u kompiti assenjati lill-istaff tagħha; |
|
— |
l-akkreditazzjoni 52/C-PR-120 li oriġinarjament ingħatat lill-ICAN taħt ISO/IEC 17065 għaċ-ċertifikazzjoni tal-IĠP “Cordero de Navarra” (fost affarijiet oħra) tibqa’ fis-seħħ, bl-INTIA bħala entità akkreditata. |
It-test attwali:
L-Instituto de Calidad Agroalimentaria de Navarra (ICAN) huwa l-korp ta’ spezzjoni għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cordero de Navarra”/“Nafarroako Arkumea”.
L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ spezzjoni huma kif ġej:
|
Isem: |
Instituto de Calidad Agroalimentaria de Navarra (ICAN) |
|||||
|
Indirizz: |
|
|||||
|
Tel. |
+34 948013045 |
|||||
|
Fax |
+34 948071549 |
It-test emendat:
L-Instituto Navarro de Tecnologías e Infraestructuras Agroalimentarias, S.A. (INTIA) huwa l-korp ta’ spezzjoni għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cordero de Navarra”/“Nafarroako Arkumea”.
L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ spezzjoni huma kif ġej:
|
Isem: |
Instituto Navarro de Tecnologías e Infraestructuras Agroalimentarias, S.A. (INTIA) |
|||||
|
Indirizz: |
|
|||||
|
Tel. |
+34 948013045 |
|||||
|
Fax |
+34 948071549 |
Emenda 5: deskrizzjoni u raġunijiet
Taqsima I: Liġi nazzjonali vinkolanti
Il-lista ta’ statuti nazzjonali vinkolanti ġiet aġġornata biex tirrifletti l-leġiżlazzjoni li issa hija fis-seħħ.
It-test attwali:
L-Istatut dwar l-Inbid, id-Dwieli u l-Alkoħol (Att 25/1970 tat-2 ta’ Diċembru 1970)
Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-Att 25/1970 (Digriet 835/1972 tat-23 ta’ Marzu 1972)
Ordni tal-25 ta’ Jannar 1994 li tispeċifika l-ekwivalenza bejn il-leġiżlazzjoni Spanjola u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Digriet Irjali 1643/99 tat-22 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi l-proċedura għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-elenkar fuq ir-Reġistru Komunitarju ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti
It-test emendat:
Digriet Irjali 1335/2011 tat-3 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-proċedura għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u oġġezzjonijiet għal dawn l-applikazzjonijiet
Digriet Irjali 149/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jemenda d-Digriet Irjali 1335/2011 tat-3 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-proċedura għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u oġġezzjonijiet għal dawn l-applikazzjonijiet
Emenda 6: deskrizzjoni u raġunijiet
Il-paġna ta’ quddiem tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
Ir-referenza għall-artikolu tal-leġiżlazzjoni Ewropea li jistabbilixxi l-informazzjoni minima li l-Ispeċifikazzjonijiet tal-prodott kellhom jinkludu (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92) tneħħiet mill-paġna ta’ quddiem. Minbarra l-fatt li minn dak iż-żmien dan ir-Regolament ġie mħassar, ġie deċiż li l-Ispeċifikazzjoni ma għandhiex tinkludi tali referenza.
It-test attwali:
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92
It-test emendat:
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
6. Speċifikazzjoni tal-prodott aġġornata (għal DOP u IĠP biss)
https://goo.gl/YqXXi6
DOKUMENT UNIKU
“CORDERO DE NAVARRA” jew “NAFARROAKO ARKUMEA”
Nru tal-UE: PGI-ES-0212-AM01 — 8.9.2017
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Ismijiet
“Cordero de Navarra”/“Nafarroako Arkumea”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.1 Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Din l-indikazzjoni ġeografika tipproteġi l-ħrief ta’ razza pura tar-razez Navarra u Lacho mibjugħa bħala laħam frisk.
Hemm żewġ kategoriji distinti: ħrief mitmugħin il-ħalib (lechal) u ħrief ħfief (ternasco).
Ħrief mitmugħin il-ħalib huma ħrief irġiel jew nisa tar-razez Lacho jew Navarra, imreddgħin min-nagħġa sal-mument tal-qatla, b’piż ta’ karkassa — inklużi r-ras u l-ġewwieni — ta’ bejn 5 u 8 kg (razza Lacho) jew ta’ bejn 6 u 8 kg (razza Navarra).
Ħrief ħfief huma ħrief irġiel jew nisa tar-razza Navarra, imreddgħa min-nagħġa għal mill-inqas 45 ġurnata mit-twelid, b’piż ta’ karkassa — li ma jinkludix ir-ras jew il-ġewwieni — ta’ bejn 9 u 12-il kg.
Ħrief mitmugħin il-ħalib għandhom ikunu mill-kwalità “Primarja” tal-“A” jew “B” tal-“Iskala ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b’piż ta’ karkassa inqas minn 13-il kg” (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182), waqt li ħrief ħfief għandhom jkunu mill-kwalità “Primarja” tal-kategoriji “B” jew “C” tal-istess skala.
Il-karkassi għandu jkollhom ukoll il-karatteristiki li ġejjin:
Ħaruf mitmugħ il-ħalib (lechal): limitu ta’ xaħam minn ftit sa ammont medju (klassi 2 jew 3 tal- Iskala ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b’piż ta’ karkassa inqas minn 13-il kg fl-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182), u laħam abjad lewn il-perli sa laħam roża ċar li huwa tari u sukkulenti ħafna, b’konsistenza fina u togħma distinta.
Ħaruf ħafif (ternasco): limitu ta’ xaħam minn ftit sa ammont medju (klassi 2 jew 3 tal-Iskala ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b’piż ta’ karkassa inqas minn 13-il kg fl-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182), u laħam roża ċar, kemxejn imraħħam b’xaħam ġol-muskolu, tari u sukkulenti ħafna, b’konsistenza fina u togħma distinta.
3.3. Għalf (għal prodotti li ġejjin mill-annimali biss) u materja prima (għal prodotti pproċessati biss)
Il-ħrief koperti minn din l-IĠP għandhom ikunu l-ulied ta’ nagħaġ li ċ-ċiklu ta’ riproduzzjoni tagħhom seħħ taħt sistemi ta’ trobbija estensivi jew semi-estensivi, mitmugħin b’mergħat u riżorsi naturali oħra tal-pjanti bl-applikazzjoni ta’ prattiki tradizzjonali fiż-żona ġeografika.
Il-ħrief mitmugħin il-ħalib jiġu mreddgħin minn nagħaġ sakemm jinqatlu, f’liema punt il-karkassi tagħhom se jiżnu bejn 5 u 8 kg.
Il-ħrief ħfief huma mreddgħin sakemm ikunu ta’ età ta’ mill-inqas 45 ġurnata. Matul l-istadju tat-tismin, il-ħrief jiġu mitmugħun tiben abjad, konċentrati (prinċipalment b’bażi taċ-ċereali), legumi, vitamini u minerali. Jekk il-ħaruf ma jkunx ġie miftum f’45 ġurnata, is-sustanzi msemmija hawn fuq huma ssupplimentati bil-ħalib ta’ ommu matul l-istadju tat-tismin. Il-piż tal-karkassa fil-qatla huwa bejn 9 u 12-il kg. Għalf ikkonċentrat ma jistax jinkludi l-urea jew xi prodotti li joriġinaw mill-annimali.
L-użu ta’ prodotti li jistgħu jinterferixxu mar-rata normali ta’ tkabbir u żvilupp tal-annimali huwa espressament ipprojbit.
3.4. Passi speċifiċi f’produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Iż-żona li fiha l-ħrief huma mkabbra, imrobbija u msemmna tkopri l-provinċja kollha ta’ Navarra. Ir-razza Lacho tinstab fin-nofs tat-Tramuntana tal-provinċja, filwaqt li r-razza Navarra tinstab fit-territorju kollu ta’ Navarra bl-eċċezzjoni tal-Majjistral. Il-muniċipalitajiet speċifiċi għal kull razza huma dawk elenkati fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Iż-żona li fiha l-laħam tal-ħaruf protett huwa prodott u pproċessat tkopri l-Komunità Awtonoma ta’ Navarra kollha.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-karkassi tal-ħaruf koperti minn din l-IĠP għandhom jiġu ttikkettati b’tikketta numerika ewlenija jew tikketta sekondarja maħruġa mill-Bord ta’ Tmexxija, li ġġib il-kliem “Indicación Geográfica Protegida Cordero de Navarra o Nafarroako Arkumea”.
Hemm tliet tipi ta’ tikketti għat-tliet tipi ta’ ħaruf koperti minn din l-iskema: 1) “raza Navarra ternasco” [“ħaruf ħafif, tar-razza Navarra”]; 2) “raza Navarra lechal” [“ħaruf mitmugħ il-ħalib, tar-razza Navarra”]; u 3) “raza Lacha lechal” [“ħaruf mitmugħ il-ħalib, tar-razza Lacho”]. Dawn it-tikketti huma mmarkati kollha b’numru ta’ serje u l-logo tal-IĠP. Jintuża sfond blu għat-tikketti “ħaruf ħafif, tar-razza Navarra”, sfond isfar għat-tikketti “ħaruf mitmugħ il-ħalib, tar-razza Navarra”, u sfond aħmar għat-tikketti “ħaruf mitmugħ il-ħalib, tar-razza Lacho”.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika ddefinita tkopri t-territorju kollu tal-Komunità Awtonoma ta’ Navarra, li tinsab fit-Tramuntana tal-Peniżola Iberika, fit-tarf tal-Punent tal-Pirinej. Tkopri ż-żona bejn 41°55′34″ N sa 43°, 18′36″ N u 1°11′33″ E sa 2°56′57″ E (fuq il-“Meridjan ta’ Madrid”), u għandha erja tal-wiċċ ta’ 10 421 km2. Navarra hija mdawra minn Franza lejn it-Tramuntana, La Rioja u Zaragoza lejn in-Nofsinhar, Zaragoza u Huesca lejn il-Lvant, u Araba/Álava u Gipuzkoa/Guipúzcoa lejn il-Punent.
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-importanza tal-ħaruf għan-nies ta’ Navarra hija inkontestabbli: il-laħam huwa wieħed mill-ingredjenti prinċipali tal-kċina popolari lokali. It-tifħir minn esperti kulinari u storiċi għall-vantaġġi tal-ħaruf ta’ Navarra jista’ jinstab f’sorsi dokumentarji li jmorru ħafna lura fiż-żmien.
Id-dokumenti storiċi jirreferu għall-popolarità tal-ħaruf fost in-nies ta’ Navarra medjevali, inkluż fil-monasteri u l-ikliet irjali.
It-tradizzjoni għadha ħajja sal-lum. Matul is-seklu għoxrin, l-esperti kulinari rreferew kemm-il darba għall-eċċellenza tal-ħaruf ta’ Navarra u l-benefiċċji tiegħu. Dawn jinkludu Cristino Álvarez (magħruf bil-psewdonimu “Caius Apicius”), li jgħid li “l-ħrief ta’ Navarra — speċifikament dawk tal-baċir ta’ Pamplona — igawdu fama ferm mistħoqqa. Il-ħaruf huwa probabbilment l-aktar platt tradizzjonali bbażat fuq il-laħam servut f’Navarra, u l-kwalità tal-laħam — rekwiżit essenzjali għal platt ta’ suċċess — hija iktar minn garantita”.
Fir-rigward tar-rabta bejn in-nagħaġ tar-razez Navarra u Lacho u ż-żona lokali, ġie ppruvat li dawn iż-żewġ razez ilhom jikkoeżistu f’Navarra minn żminijiet preistoriċi, xi drabi jaqsmu bejniethom l-istess artijiet u mergħat, u drabi oħra jinfirxu f’żoni differenti li huma aktar adattati għall-karatteristiċi differenti tagħhom.
Il-popolazzjoni ovina ta’ Navarra baqgħet titnissel matul iż-żminijiet Rumani, medjevali u moderni, u għelbet il-kriżijiet u l-bidliet drastiċi li laqtu d-dinja rurali f’dan is-seklu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://goo.gl/YqXXi6
(1) ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
|
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/32 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2018/C 159/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“CIOCCOLATO DI MODICA”
Nru tal-UE: PGI-IT-02314 — 12.6.2017
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Cioccolato di Modica”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.2. Ċikkulata u prodotti derivati minnhom
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Id-denominazzjoni “Cioccolato di Modica” tirreferi esklussivament għall-prodott miksub mill-ipproċessar ta’ għaġina morra tal-kawkaw biz-zokkor.
Meta jitqiegħed fis-suq għall-konsum, iċ-“Cioccolato di Modica” jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
Karatteristiċi fiżiċi Għamla: parallelepipedu rettangolari bi tnaqqis gradwali tal-ġnub li jiffurmaw il-bażi ta’ piramida. Piż: mhux aktar minn 100 gramma. Għaġina: ta’ lewn kannella bi granuli li jidhru minħabba l-preżenza tal-kristalli taz-zokkor fil-prodott. Fuq il-wiċċ ta’ barra huwa possibbli li jitfaċċa l-butir tal-kawkaw. |
|
— |
Karatteristiċi organolettiċi Togħma: ħelwa bi ħjiel ta’ mrar. B’sensazzjoni ta’ granulazzjoni jew imrammla. Fil-ħalq idub sew u għandu struttura tqarmeċ. |
|
— |
Karatteristiċi kimiċi Kontenut minimu ta’ materja niexfa tal-kawkaw: mhux anqas minn 50 %; Kontenut minimu tal-butir tal-kawkaw: mhux inqas minn 25 %. Indewwa: mhux iżjed minn 2,5 %. Iċ-“Cioccolato di Modica” jista’ jiġi ssupplimentat b’żieda ta’ ingredjent fakultattiv wieħed jew aktar stabbiliti fil-punt 3.3 hawn taħt. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Fiċ-“Cioccolato di Modica” jintużaw l-ingredjenti li ġejjin bil-persentaġġ tal-piż totali tal-prodott.
Obbligatorji:
— Għaġina morra tal-kawkaw: minn 50 sa 99 %;
— Zokkor anki dak raffinat tal-kannamieli jew zokkor sħiħ: minn 50 sa 1 %
Fakultattivi:
— Ħwawar: minimu ta’ 0,02 % kannella, minimu ta’ 0,02 % vanilja, minimu ta’ 0,02 % bżar aħmar, minimu ta’ 0,01 % noċemuskata;
— Aromi naturali: minimu ta’ 0,02 % frott taċ-ċitru, minimu ta’ 0,02 % bużbież salvaġġ, minimu ta’ 0,01 % ġiżimin, minimu ta’ 0,02 % ġinġer;
— Frott anki mnixxef jew deidrat: minimu ta’ 2 % frott taċ-ċitru, minimu ta’ 5 % pistaċċi, minimu ta’ 5 % ġellewż, minimu ta’ 5 % lewż;
— Melħ: minimu ta’ 0,02 %.
Minbarra dawn imsemmija hawn fuq, jistgħu jintużaw ħwawar oħrajn (minimu ta’ 0,02 %), aromi naturali (minimu ta’ 0,02 %) u frott anki mnixxef jew deidrat (minimu ta’ 2 %) skont kif jagħżel il-manifattur.
Ipprojbiti:
|
— |
Koloranti, preservattivi, emulsjonanti, xaħmijiet veġetali, vanillina, ħalib. |
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Kull fażi tal-produzzjoni taċ-“Cioccolato di Modica”, mill-ipproċessar tal-għaġina morra tal-kawkaw sakemm jinkiseb il-prodott finali, titwettaq fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Iċ-“Cioccolato di Modica” jinbiegħ f’pakketti individwali jew multipli.
L-ippakkjar għandu jsir fi żmien massimu ta’ tnax-il siegħa mit-tkessiħ, fil-bini tal-impjant tal-produzzjoni jew fi stabbilimenti annessi miegħu. Dan jgħin biex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni batterjoloġika, iż-żieda ta’ rwejjaħ li jistgħu jikkompromettu l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott u jiżgura li l-prodott ma jassorbix ndewwa mill-ambjent estern, ħaġa li toħloq ir-riskju li tifforma l-moffa waqt il-ħażna, u t-telf tal-kulur kannella karatteristiku tal-wiċċ ta’ barra tal-prodott.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-ippakkjar irid ikollu l-kliem “Cioccolato di Modica” u s-simbolu IĠP tal-Unjoni Ewropea. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun obbligatorja:
|
— |
l-isem, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz tal-intrapriża tal-produzzjoni u tal-ippakkjar; |
|
— |
il-logo tal-prodott li għandu jintuża flimkien u b’mod inseparabbli mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta. |
Il-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jew l-akronimu “IĠP” mhumiex abbligatorji.
Fuq it-tikketta tal-prodott, jista’ wkoll jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini tal-kawkaw minn fejn tkun ġejja l-għaġina morra tal-kawkaw użata.
Il-logo tal-prodott:
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni taċ-“Cioccolato di Modica” tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalità ta’ Modica, li tinsab fil-provinċja ta’ Ragusa.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iċ-“Cioccolato di Modica” joriġina fil-belt omonima u maż-żmien kiseb reputazzjoni kbira marbuta kemm mal-kwalitajiet distintivi tiegħu u kemm mal-partikolaritajiet tal-proċess tal-produzzjoni.
Iċ-“Cioccolato di Modica” għandu karatteristiċi organolettiċi partikolari, li huma r-riżultat ta’ metodu ta’ proċessar li la jinvolvi ż-żieda tal-butir tal-kawkaw jew ta’ xaħmijiet veġetali oħra u lanqas ma jinvolvi l-istadju tal-konkaġġ, jiġifieri t-tħawwid fit-tul u t-tisħin tal-massa b’temperaturi għoljin ħafna sabiex il-kompost isir fluwidu u l-frak isir ta’ daqs li ma jinħassx bl-ilsien.
Fl-ipproċessar taċ-“Cioccolato di Modica” in-nuqqas tal-fażi tal-konkaġġ flimkien mal-kontroll bir-reqqa tat-temperatura tal-ipproċessar tal-ingredjenti jevitaw li l-partiċelli taz-zokkor jinħallu u jagħtu lill-prodott il-karattru mrammel li jinħass fil-palat. B’din il-karatteristika iċ-“Cioccolato di Modica” huwa distint minn kull ċikkulata oħra fis-suq.
Hemm ħafna pubblikazzjonijiet u artikli ta’ rivisti barranin u nazzjonali li jsaħħu l-karatteristiċi speċjali taċ-“Cioccolato di Modica”. L-artiklu ppubblikat fir-rivista Panorama (fil-pġ 258 tal-ħarġa tal-31 ta’ Ottubru 1996), jiddeskrivi ċ-“Cioccolato di Modica” hekk: “Malli taqsam iċ-ċikkulata, il-partiċelli taz-zokkor jidhru sew. Infatti, iċ-ċikkulata ma tinħadimx fi stat likwidu kif isir fl-ipproċessar tradizzjonali…”; Fil-volum “Le denominazioni comunali: opportunità di sviluppo territoriale” hemm l-artiklu li ġie ppubblikat fuq gazzetta online li jiddeskrivi l-preparazzjoni taċ-“Cioccolato di Modica” hekk: “dan il-proċess huwa daqstant uniku għax l-għaġina tal-kawkaw tinħadem nejja u qatt ma tilħaq l-istat likwidu; għal din ir-raġuni l-partiċelli taz-zokkor ma jinħallux. It-togħma ta’ din iċ-ċikkulata hija meqjusa bħala unika u assoluta għax toħroġ kemm it-togħma taċ-ċikkulata u kemm taz-zokkor” (“Le denominazioni comunali: opportunità di sviluppo territoriale” - Ed. Giuffrè - Milano, 2005, p. 241-253); Fl-artiklu ppubblikat fir-rivista “The Times” (pġ 20 tal-5 ta’ Novembru 2011) “Iċ-ċikkulata ta’ Modica hija skura mhux tal-ħalib u għandha konsistenza li titfarrak iktar milli waħda li ddub […] u hija magħmula minn riċetta antika sekli sħaħ”; Fl-artiklu “Modica, barocca e granulosa” (ippubblikat fir-rivista “Italo – I viaggi del gusto” - p. 107 ta’ Diċembru 2014) naqraw: “Il-partiċelli taz-zokkor ma jinħallux, jibqgħu jqarmċu, u din hija waħda mill-iżjed karatteristiċi apprezzati tal-prodott tipiku ta’ din il-belt ta’ Sqallija, iċ-ċikkulata tagħha”; l-artiklu “Nasce a Modica il museo storico del cioccolato” ippubblikat fir-rivista EMOTIONS (pġ 93, tat-12 ta’ Lulju 2014) jitkellem dwar iċ-“Cioccolato di Modica” bħala “unika għall-ipproċessar fil-kiesaħ li jagħtiha konsistenza mrammla, kif ukoll konsistenza li titfarrak, li rebħet lil kull min iħobb żaqqu madwar id-dinja”.
Fil-ktieb tiegħu “DIE INSEL DER DOLCI” l-awtur xeneġġatur u studjuż tal-Ġermaniż Hanns-Josef Ortheil, waqt vjaġġ f’Modica ta xhieda reċenti tat-tjubija taċ-“Cioccolato di Modica”: “nistagħġeb bil-kbir hekk kif induq iċ-“Cioccolato di Modica” għax f’daqqa waħda ntiegħem fuq ilsieni l-partiċelli taz-zokkor: bħal buffura ta’ żrieragħ jiżolqu minn naħa għall-oħra fuq ilsieni […]”.
Il-partikolarità tal-metodu tal-produzzjoni taċ-“Cioccolato di Modica”, il-profil tal-konsistenza karatteristika u l-istruttura mrammla kienu wkoll is-suġġett ta’ studji xjentifiċi. F’dan ir-rigward insibu: l-istudju “Microstructural Characterization of Multiphase Chocolate Using X- Ray Microtomography” ippubblikat fir-rivista “Journal of Food Science” (Volum 75, nr.7, 2010 –E469-E476); l-istudju “Sensory profile of a speciality sicilian chocolate” ippubblikat fir-rivista “Italian Journal of Food Science” (Volum XXIII, numru 1-2011).
Il-produzzjoni taċ-“Cioccolato di Modica” tinvolvi fil-biċċa l-kbira xogħol bl-idejn u ħiliet speċifiċi, li jinvolvu l-użu ta’ persunal kapaċi u b’ħiliet esperti fl-użin tal-ingredjenti, fil-kontroll tat-temperatura waqt l-ipproċessar tal-għaġina, fit-taħlit rilevanti tal-ingredjenti u fl-iffurmar taċ-ċikkulata.
L-importanza taċ-“Cioccolato di Modica” fiż-żona ġeografika għandha tkun assoċjata, mhux biss mal-preżenza ta’ industrija lokali marbuta mal-produzzjoni tiegħu, iżda wkoll mal-adattament ta’ għodod tal-magni li jintużaw fl-ipproċessar, evidenza ċara u persistenti li l-prodott u l-ekonomija lokali jimxu id f’id.
Il-produzzjoni taċ-“Cioccolato di Modica” minn dejjem kienet opportunità importanti ta’ xogħol għall-popolazzjoni lokali u anke llum il-ġurnata hija attività ekonomika sinifikanti u wieħed mill-aktar sorsi importanti tal-impjiegi f’din il-muniċipalità ta’ Sqallija. F’dawn l-aħħar tletin sena t-tisħiħ ta’ għadd ta’ kumpaniji żgħar wassal għall-ħolqien ta’ “Distretto del Cioccolato di Modica” reali, li huwa kkaratterizzat mill-vitalità partikolari tal-operaturi tiegħu, li wħud minnhom taw bidu għal attività ta’ esportazzjoni sinifikanti tal-prodott. Matul is-snin, din il-konnotazzjoni tas-sistema tal-produzzjoni ippermettiet l-iżvilupp u ż-żamma tal-għarfien u tal-ħiliet li ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra u li ma jinstabux f’żoni oħra.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), ta’ dan ir-Regolament)
Il-Ministeru nieda l-proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tat-talba għar-reġistrazzjoni tal-IĠP “Cioccolato di Modica” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru. 103 tal-5.5.2017.
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jinsab fuq is-sit web li ġej:
http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
Jew
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Prodotti DOP IGP” (fin-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.