|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku |
|
|
2018/C 153 A/01 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku
|
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 153/1 |
Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess minn esperti esterni biex jinħatru bħala membri tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)
(2018/C 153 A/01)
Introduzzjoni
Skont l-Artikolu 4(1) u (5) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) għandu jkollu Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (KXK), li għandu jipprovdi pariri u assistenza dwar kwistjonijiet rilevanti għall-ħidma tal-BERS. F’dan ir-rigward, u skont l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), il-BERS qiegħed b’dan iniedi proċess għall-għażla tal-membri tal-KXK.
Il-BERS għalhekk qiegħed isejjaħ għal espressjonijiet ta’ interess minn esperti esterni bil-ħsieb li jinħatru bħala membri tal-KXK għal mandat ta’ erba’ snin li jiġġedded. Impjegati ta’ istituzzjonijiet li minnhom il-Bord Ġenerali tal-BERS jieħu l-membri tiegħu (3) mhumiex, madankollu, eliġibbli biex japplikaw (4). L-esperti ser jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom kif ukoll l-esperjenza varjata tagħhom f’oqsma akkademiċi jew setturi oħra, partikolarment fl-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju jew trade unions, jew bħala fornituri jew konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji (5).
Biex tissaħħaħ aktar id-diversità tal-membri tal-KXK, l-applikazzjonijiet minn kandidati nisa huma partikolarment imħeġġa.
1. Il-BERS u l-KXK
Il-BERS huwa korp fil-livell tal-Unjoni responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-missjoni tiegħu hija li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja. Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, wara proposta magħmula mill-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BERS, il-Bord Ġenerali tal-BERS għandu japprova esperti esterni bħala membri tal-KXK u jistabbilixxi lista ta’ riżerva.
2. Ir-rwol tal-KXK
|
2.1 |
L-KXK huwa parti integrali tal-BERS u jipprovdilu pariri u assistenza fuq talba tal-President tal-BERS (6). Il-membri tal-KXK huma mistennija jagħtu kontribut sostanzjali għat-twettiq tal-mandat tal-KXK. Fost kompiti oħra, il-kontribuzzjonijiet li l-membri tal-KXK huma meħtieġa jipprovdu jinkludu:
|
|
2.2 |
Id-dokumenti u r-rapporti kollha tal-KXK huma abbozzati bl-Ingliż, li hija l-lingwa tax-xogħol tal-BERS. Ir-rapporti tal-KXK jistgħu, fejn awtorizzat mill-Bord Ġenerali, jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-BERS (7). |
|
2.3 |
Barra minn hekk, fejn xieraq, il-KXK għandu jorganizza konsultazzjonijiet fi stadju bikri flimkien mal-partijiet interessati bħall-parteċipanti fis-swieq, korpi tal-konsumaturi u esperti akkademiċi, b’mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li titqies il-ħtieġa tal-kunfidenzjalità (8). |
|
2.4 |
Il-laqgħat tal-KXK ġeneralment isiru kull tliet xhur fil-bini tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fi Frankfurt am Main. |
3. Kompożizzjoni tal-KXK
Il-KXK huwa magħmul minn 15-il espert li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ ħiliet u esperjenzi. Barra minn hekk, il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv (KTK) huwa ukoll membru tal-KXK (9). Bl-eċċezzjoni tal-President tal-KTK, il-membri tal-KXK ma jistgħux ikunu impjegati tal-istituzzjonijiet li minnhom il-Bord Ġenerali jieħu l-membri tiegħu (10).
4. Il-President u l-Viċi Presidenti
Il-President u ż-żewġ Viċi-Presidenti tal-KXK jinħatru mill-Bord Ġenerali wara proposta mill-President tal-BERS (11). Il-presidenza tal-KXK għandha tkun f’rotazzjoni li ssir ta’ kull 16-il xahar bejn il-President u l-Viċi-Presidenti (12). Il-President u ż-żewġ Viċi Presidenti huma membri tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot (13). Il-President tal-KXK huwa wkoll membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija (14). Il-Bord Ġenerali jiltaqa’ mill-inqas erba’ darbiet fis-sena (15) u l-Kumitat ta’ Tmexxija jiltaqa’ mill-inqas kull tliet xhur qabel kull laqgħa tal-Bord Ġenerali (16).
5. Kriterji ta’ għażla
|
5.1 |
Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, membri tal-KXK għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali u l-esperjenza differenti tagħhom f’oqsma akkademiċi jew setturi oħra, b’mod partikolari f’impriżi żgħar u ta’ daqs medju jew trade unions, jew bħala fornituri jew konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji (17). |
|
5.2 |
L-applikazzjonijiet jiġu sottomessi għal evalwazzjoni komparattiva mwettqa mill-BERS b’mod partikolari abbażi tal-kriterji ta’ għażla li ġejjin (18):
|
6. Kriterji tal-għażla addizzjonali għall-President u l-Viċi Presidenti tal-KXK
Il-President u l-Viċi-Presidenti tal-KXK għandu jkollhom livell għoli ta’ esperjenza u għarfien rilevanti kull wieħed, pereżempju bis-saħħa tal-preparazzjoni akkademika tagħhom fis-setturi tal-attività bankarja, is-swieq tat-titoli, jew l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Madankollu, il-President u l-Viċi Presidenti, bħala membri tal-Bord Ġenerali, ma jistgħu jwettqu ebda funzjoni fl-industrija finanzjarja (20). Il-President u l-Viċi Presidenti għandhom ikunu ċittadini ta’ Stat Membru (21).
7. Proċedura għall-għażla u l-ħatra tal-membri tal-KXK
|
7.1 |
Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jevalwa l-applikazzjonijiet irċevuti skont il-kriterji tal-għażla fil-paragrafu 5.2 hawn fuq, u jagħżel il-kandidati li għandhom jiġu proposti lill-Bord Ġenerali bħala membri tal-KXK kif ukoll kandidati adattati għal inklużjoni f’lista ta’ riżerva (22). Fil-valutazzjonijiet tal-applikazzjonijiet u l-għażla tal-kandidati, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jimla formola ta’ valutazzjoni individwali għal kull kandidat, li tinkludi sommarju li jenfasizza l-merti u n-nuqqasijiet speċifiċi tagħhom u konklużjoni li tirrigwarda kemm huma adattati sabiex jinħatru bħala membru tal-KXK jew biex jiġu inklużi fil-lista ta’ riżerva (23). Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu mbagħad jippreżenta r-riżultati tal-proċess ta’ għażla lill-Bord Ġenerali għall-approvazzjoni (24). |
|
7.2 |
Il-Bord Ġenerali jista’ japprova l-proposti tal-Kumitat ta’ Tmexxija jew jitlob lill-Kumitat ta’ Tmexxija biex jipproponi kandidati oħrajn bħala membri tal-KXK minn fost dawk li ma jkunux skartati minnu (25). |
|
7.3 |
Il-President u l-Viċi-Presidenti tal-KXK għandhom jinħatru mill-Bord Ġenerali wara proposta mingħand il-President tal-BERS (26). |
8. Ħatra, terminu u lista ta’ riżerva
|
8.1 |
Il-ħatra tal-membri tal-KXK għandha tkun għal mandat ta’ erba’ snin li jiġġedded (27). Barra minn dan, fuq proposta tal-Kumitat għat-Tmexxija, il-Bord Ġenerali jista’ jiddeċiedi illi jġedded il-mandat ta’ membru tal-KXK għal erba’ snin oħra wara l-iskadenza tiegħu (28). Barra minn hekk, il-Bord Ġenerali jista’ wkoll itemm il-mandat ta’ membru tal-KXK skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni BERS/2011/2. |
|
8.2 |
Il-membri tal-KXK għandhom jinħatru f’kapaċità personali, u għalhekk m’għandhomx, ħlief għall-President u l-Viċi Presidenti fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni BERS/2011/1, jiddelegaw ir-responsabbiltajiet tagħhom lil membru ieħor jew parti terza (29). Kull wieħed mill-membri tal-KXK għandu jkun meħtieġ ukoll li jikkontrofirma l-ittra tal-ħatra mill-President tal-BERS, jiffirma kuntratt mal-BĊE u jipprovdi d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni BERS / 2011/2 (30). |
|
8.3 |
Il-kandidati li ma jinħatrux bħala membri tal-KXK jew ma jiġux skartati fil-proċess tal-għażla għandhom jinżammu fuq lista ta’ riżerva (31). Fil-każ ta’ post vakanti, il-kandidati fuq din il-lista ta’ riżerva jistgħu jiġu mistiedna jimlewh (32). Madankollu, l-inklużjoni fil-lista ta’ riżerva ma tiggarantixxix il-ħatra. Il-lista ta’ riżerva għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn minn meta tiġi approvata; il-validità tagħha tista’ tiġi estiża sakemm tiġi ppubblikata sejħa ġdida għal espressjonijiet ta’ interess (33). |
9. Indennizzi u rimborż tal-ispejjeż
|
9.1 |
Il-membri tal-KXK għandhom ikunu intitolati għall-indennizzi u għar-rimbors ta’ spejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-KXK. Dawn l-indennizzi u r-rimborż għandhom jitħallsu mill-BĊE skont il-paragrafi 9.2 sa 9.5 ta’ din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess u t-termini ta’ referenza għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn esperti maħtura bħala membri tal-KXK (mehmuża bħala Anness ma’ din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 11(4) tad-Deċiżjoni BERS/2011/1 il-Bord Ġenerali tal-BERS għandu jkun ikkonsultat dwar it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-BĊE għar-remunerazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż skont il-baġit allokat mill-BĊE għal dak il-għan. |
|
9.2 |
L-indennizzi għal membru tal-KXK li ma jservix bħala President jew Viċi President tal-KXK għandhom ikunu:
|
|
9.3 |
L-indennizzi għal membru tal-KXK li jservi bħala President jew Viċi President tal-KXK għandhom ikunu:
|
|
9.4 |
L-ammont massimu ta’ indennizzi għal kull sena kalendarja għal xogħol preparatorju u attendenza f’laqgħat (esklużi l-ivvjaġġar, spejjeż ta’ akkomodazzjoni f’lukandi u spejjeż ta’ sussistenza) għandu jkun limitat għal EUR 15 000 għal kull membru tal-KXK li ma jservix bħala President jew Viċi President tal-KXK, jew għal EUR 35 000 għal membri tal-KXK li jservu bħala President jew Viċi President tal-KXK. |
|
9.5 |
Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni f’lukandi, u, fejn xieraq, spejjeż ta’ sussistenza mġarrba mill-membri tal-KXK b’konnessjoni ma’ laqgħat relatati mal-mandat tagħhom għandhom jiġu rimborżati skont it-termini ta’ referenza għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba minn esperti maħtura bħala membri tal- KXK. |
10. Indipendenza u dikjarazzjonijiet ta’ impenn u interess, u segretezza professjonali
|
10.1 |
Il-ħatra ta’ membri tal-KXK għandha tkun soġġetta għall-għoti ta’ dikjarazzjonijiet fejn membri jagħtu impenn li jaġixxu indipendentement minn kwalunwe influwenza esterna u li jkunu ggwidati mill-interess pubbliku tal-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, il-kandidati magħżula għandhom jagħmlu dikjarazzjoni pubblika ta’ impenn u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw kull interess dirett jew indirett li jista’ jitqies bħala ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom, jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess ta’ dan it-tip (34). |
|
10.2 |
Il-kandidati magħżula bħala membri tal-KXK għandhom ukoll jiffirmaw dikjarazzjoni bil-miktub li huma jikkonformaw mar-regoli ta’ kunfidenzjalità (35). |
|
10.3 |
Il-membri tal-KXK għandhom jimpenjaw ruħhom ukoll li jirrispettaw il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-BERS (36), stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni BERS/2011/3 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (37). |
|
10.4 |
Barra minn dan, il-membri tal-KXK maħtura bħala President jew Viċi-President għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni bil-miktub li tikkonferma illi huma ma għandhom l-ebda funzjoni fl-industrija finanzjarja (38). |
|
10.5 |
Il-membri tal-KXK għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi ta’ segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. |
11. Proċessar ta’ dejta personali fil-kuntest ta’ din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess
|
11.1 |
Id-dejta personali kollha irċevuta fil-kuntest ta’ din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għandha tiġi pproċessata mill-BERS skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39) u atti legali li jemendaw jew jissostitwixxu dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
11.2 |
Il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-Bord Ġenerali jirċievu d-dejta personali tal-applikanti. |
|
11.3 |
Il-BERS huwa l-kontrollur ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar tad-dejta u l-Kap tas-Segretarjat tal-BERS huwa inkarigat mill-unità fdata bl-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali. Għal kwalunkwe mistoqsija dwar dejta personali, is-suġġetti tad-dejta jistgħu jindirizzaw lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-BĊE fuq dpo@europa.eu. |
|
11.4 |
L-iskop tal-ipproċessar tad-dejta huwa li tiġi organizzata selezzjoni tal-membri tal-KXK u li tiġi stabbilita lista ta’ riżerva. Id-dejta personali kollha tkun ipproċessata esklussivament għal dan l-iskop. |
|
11.5 |
Bl-għoti tad-dejta personali mitluba, l-applikanti jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ġbir u l-ipproċessar mill-BERS. L-applikanti jistgħu jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin billi jikkuntattjaw lill-Kap tas-Segretarjat tal-BERS fuq francesco.mazzaferro@ecb.europa.eu jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-BĊE fuq dpo@ecb.europa.eu. L-ipproċessar futur tad-dejta personali tal-applikanti jieqaf wara l-irtirar tal-kunsens imma l-ipproċessar qabel l-irtirar jibqa’ legali. L-irtirar tal-kunsens iwassal għall-irtirar ta’ applikant mis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. |
|
11.6 |
Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għad-dejta personali tagħhom u li jitolbu r-rettifika ta’ kwalunkwe dejta personali li mhix eżatta jew mhix kompluta. Madankollu, skont il-prinċipji ta’ aċċess ugwali, kompetizzjoni ġusta, trasparenza u nondiskriminazzjoni, u biex jiġi żgurat li l-proċedura tal-għażla tkun trasparenti u ġusta għall-kandidati kollha, dejta li turi konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u għażla ma tistax tiġi aġġornata jew ikkoreġuta wara d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. |
|
11.7 |
L-applikanti għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għal informazzjoni relatata mal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom matul il-proċedura. Sabiex tiġi mħarsa l-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija u l-Bord Ġenerali u sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-kandidati l-oħrajn, l-aċċess tal-applikanti għandu jkun ristrett għas-sottomissjonijiet tagħhom stess u għall-partijiet tal-evalwazzjoni li jkunu relatati magħhom. |
|
11.8 |
Id-dejta personali kollha tal-applikanti għandha tinżamm mis-Segretarjat tal-BERS għall-perijodi ta’ żmien hawn taħt:
|
|
11.9 |
Is-suġġetti tad-dejta huma intitolati li jirrikorru f’kull ħin għand il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta. |
|
11.10 |
L-ismijiet tal-membri tal-KXK u l-affiljazzjonijiet tagħhom, flimkien mad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-taqsima 10, għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-BERS (40). |
12. Proċedura tal-applikazzjoni
|
12.1 |
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi biss bl-Ingliż billi timtela l-formola ta’ applikazzjoni disponibbli fuq il-websajt tal-BERS (www.esrb.europa.eu) u billi jiġi sottomess curriculum vitae fil-format Europass (disponibbli fuq: https://europass.cedefop.europa.eu/). |
|
12.2 |
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ssottomessi sa mhux iktar tard mill-23:59 CET tat-23 ta’ Mejju 2018. |
|
12.3 |
L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bl-email lill-indirizz: ascapplications@esrb.europa.eu. |
|
12.4 |
L-applikazzjonijiet jiġu esklużi fil-każijiet li ġejjin:
|
|
12.5 |
L-applikanti għandhom jinfurmaw lis-Segretarjat tal-BERS bil-miktub dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni jew l-indirizz tagħhom mingħajr dewmien. |
|
12.6 |
Kull applikazzjoni tiġi eżaminata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti hawn fuq. L-applikanti kollha għandhom ikunu infurmati dwar l-eżitu tal-proċess ta’ għażla u ħatra. |
13. Ġurisdizzjoni
F’każijiet ta’ litigazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni.
(1) Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 dwar proċeduri u rekwiżiti għall-għażla, il-ħatra u s-sostituzzjoni tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/2011/2) (ĠU C 39, 8.2 .2011, p. 10).
(3) Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, l-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza (l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.
(4) Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(5) Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(6) Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(7) Artikolu 12(5) tad-Deċiżjoni BERS/2011/1.
(8) Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(9) Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(10) Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(11) Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(12) Artikolu 5(5) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(13) Artikolu 6(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(14) Artikolu 11(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(15) Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(16) Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(17) Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(18) L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(19) Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(20) Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(21) L-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(22) L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(23) L-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(24) L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(25) L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(26) L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(27) Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
(28) L-Artikolu 8(4) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(29) L-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(30) L-Artikolu 6(4) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(31) L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(32) L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(33) L-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(34) L-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(35) L-Artikolu 7(2) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(36) L-Artikolu 7(4) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(37) Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-25 ta’ Marzu 2011, li tadotta l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/2011/3) (ĠU C 140, 11.5.2011, p. 18).
(38) L-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni BERS/2011/2.
(39) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).
(40) L-Artikolu 11(5) tad-Deċiżjoni BERS/2011/1.
ANNESS
Termini ta’ referenza għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba minn esperti maħtura bħala membri tal-KXK
1. Regola ġenerali
Il-BĊE jirrimborża l-ispejjeż elenkati hawn taħt relatati mal-laqgħat tal-KXK sakemm dawn ma jkunux koperti minn parti terza. Jekk l-espert huwa intitolat għal rimborż minn parti terza ta’ spejjeż li kieku jkunu koperti mill-BĊE b’konnessjoni mal-parteċipazzjoni tal-espert fil-laqgħa tal-KXK (eż., ir-rimborż ta’ titjira bir-ritorn minn avveniment ieħor li jkun fl-istess ħin ta’ titjira li tkun ġejja għal-laqgħa tal-KXK), l-espert għandu jinnotifika lill-BĊE b’dan u l-BĊE għandu jieħu deċiżjoni dwar jekk ikoprix dawn l-ispejjeż.
2. Spejjeż tal-ivvjaġġar
2.1 Ġenerali
Il-BĊE jirrimborża l-ivvjaġġar bir-ritorn bejn il-post tar-residenza tal-espert u l-post tal-laqgħa skont ir-regoli li ġejjin. Fil-każijiet fejn ir-rimborż huwa mitlub għall-ivjaġġar bejn post differenti mill-post tar-residenza tal-espert u l-post tal-laqgħa, l-espert għandu jinnotifika bil-quddiem lill-BĊE sabiex jiġi stabbilit l-ambitu possibbli tar-rimborż mill-BĊE.
2.2 Ivvjaġġar bil-ferrovija
Il-BĊE jirrimborża l-ivvjaġġar ferrovjarju tal-ewwel klassi, inkluż, fejn meħtieġ, kwalunkwe ħlas addizzjonali għall-użu ta’ ferroviji speċjali (ICE, IC, EC, eċċ.) abbażi tal-iktar rotta konvenjenti u mgħaġġla iżda għandhom jiġu ssottomessi l-biljetti tal-ferrovija attwali. L-espert għandu jagħmel ħiltu biex jieħu vantaġġ minn nollijiet ta’ prenotazzjoni bikrija.
2.3 Ivvjaġġar bl-ajru
L-ivvjaġġar bl-ajru fil-prinċipju huwa rimborżat biss fuq il-bażi tar-rotta l-iktar konvenjenti u l-iktar mgħaġġla u jekk il-vjaġġ alternattiv disponibbli bil-ferrovija jaqbeż erba’ sigħat kuljum. Il-BĊE jirrimborża l-biljetti bir-ritorn għal titjira diretta, iżda għandhom jiġu ssottomessi l-karti tal-imbark attwali (li jistgħu jkunu kopji stampati ta’ karti ta’ imbark ibbażati fuq biljetti elettroniċi). Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor f’każ speċifiku, il-biljetti tal-klassi ekonomika jiġu rimborżati għal titjiriet fl-UE u biljetti tal-klassi business jew ta’ ekonomija jiġu rrimborżati għal titjiriet fuq rotot oħra. L-espert għandu jagħmel ħiltu biex jieħu vantaġġ minn nollijiet ta’ prenotazzjoni bikrija.
2.4 Ivvjaġġar bil-karozza
Jekk l-espert jivvjaġġa b’karozza privata, il-BĊE għandu jirrimborża l-ekwivalenti ta’ biljett ferrovjarju tal-ewwel klassi bir-ritorn bejn l-istazzjon tal-ferrovija l-eqreb għall-post ta’ residenza tal-espert u l-post tal-laqgħa. Dan il-ħlas għandu jkopri l-ispejjeż kollha relatati mal-użu tal-karozza. L-espert għandu jehmeż prova tal-prezz tal-biljett tal-ferrovija mat-talba. Il-BĊE mhu responsabbli għal ebda ħsara, korriment jew telf li jirriżulta mill-vjaġġ. Barra minn hekk, il-BĊE jiċħad ir-responsabbiltà għal kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw minn reati allegati jew attwali mwettqa bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tat-traffiku tat-triq. Il-BĊE ma jirrimborżax l-ispejjeż tal-kiri tal-karozzi.
2.5 Taxis u trasport pubbliku
Il-BĊE jħallas lura n-nollijiet għall-ivvjaġġar permezz ta’ taxi jew trasport pubbliku lejn/mill-ajruport/stazzjon tal-ferrovija u bejn il-lukanda/post ta’ residenza u l-post tal-laqgħa, sakemm jiġu ppreżentati kontijiet tat-taxi jew il-biljetti tat-trasport pubbliku. L-espert għandu jagħmel ħiltu biex juża t-trasport pubbliku aktar milli t-taxis meta jkun disponibbli servizz adegwat u b’mod partikolari f’każijiet fejn il-kont tat-taxi jaqbeż EUR 50.
2.6 Konnessjonijiet mitlufa
Jekk l-espert jonqos milli jitla’ abbord il-ferrovija jew it-titjira mingħajr ebda tort tal-operatur ferrovjarju jew tal-linja tal-ajru u konsegwentement jitlef il-laqgħa, l-espert m’għandux ikun intitolat għal rimborżi relatati ma’ din il-laqgħa.
3. Spejjeż tal-akkomodazzjoni tal-lukanda
Il-BĊE jirrimborża spejjeż raġjonevoli għal kamra ta’ lukanda (okkupanza waħda b’kamra tal-banju en suite u kolazzjon) għan-numru minimu ta’ ljieli meħtieġa għall-attendenza fil-laqgħa. Spejjeż addizzjonali varji, pereżempju, mini-bar, telefonati, użu tal-internet, laundry, jew kwalunkwe servizz ieħor offrut mill-lukanda, mhumiex rimborżati. Jekk il-BĊE jinnegozja rati skontati ma’ lukandi, tiġi pprovduta lista ta’ lukandi li joffru rati speċjali lill-klijenti tal-BĊE u l-espert ikun mistenni li juża lukanda mil-lista jew lukanda oħra fl-istess medda ta’ prezzijiet. L-espert għandu jħallas għall-kamra ta’ lukanda tiegħu jew tagħha u jinkludi l-irċevuta fit-talba għar-rimborż. L-espert għandu jikkuntattja lill-BĊE jekk tkun meħtieġa assistenza fl-arranġament tal-akkomodazzjoni.
4. Ikliet
Normalment matul il-laqgħa jingħataw xorb u l-ikel. F’każijiet fejn l-ikel jew il-pranzu ma jiġux ipprovduti mill-BĊE, l-espert jista’ jitlob sa EUR 50 għal kull ikla u pranzu matul iż-żmien li l-espert ikun meħtieġ jattendi l-laqgħa, iżda għandhom jiġu ppreżentati l-irċevuti.
5. Proċedura ta’ rimborż
5.1 Ħlas tal-ispejjeż
L-espert għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, u jiġi rimborżat sussegwentement mill-BĊE. L-espert għandu jippreżenta talba għar-rimborż fil-forma meħtieġa mill-BĊE, jehmeż il-fatturi/irċevuti oriġinali (eż. karti tal-imbark, biljetti tal-ferrovija jew evidenza ta’ spiża tal-biljett ferrovjarju f’każ ta’ vvjaġġar bil-karozza, fatturi tal-lukanda) u jirritornahom lill-BĊE — Diviżjoni tal-Kontabilità fi żmien 6 xhur wara l-laqgħa. It-talba u l-annessi għandhom juru b’mod ċar in-natura tal-ispejjeż, id-data tal-ħruġ u l-ammont mitlub. L-islipps tal-karti ta’ kreditu mhumiex aċċettati. L-ispejjeż li mhumiex sostnuti minn fattura jew irċevuta huma, fil-prinċipju, mhux rimborżati. L-espert għandu jindika l-mezz preferut ta’ rimborż, jiġifieri trasferiment bankarju jew ċekk, kif ukoll in-numru rilevanti tal-ordni tax-xiri (numru PO), jekk dan ikun ġie kkomunikat lill-espert.
5.2 Fatturi maqsumin
Fejn il-fatturi/irċevuti ppreżentati għar-rimborż ikopru persuni li jakkumpanjaw l-espert, l-ammont irrimborżat għal kull persuna huwa l-ammont totali tal-fattura diviż bin-numru ta’ persuni li jaqsmu l-fattura. Bħala eċċezzjoni, f’dan il-każ, il-BĊE jista’ jaċċetta kopji ta’ fattura/irċevuta maqsuma.
5.3 Rati tal-kambju
Talbiet f’muniti li mhumiex tal-euro jitħallsu bl-ekwivalenti tal-ammont tal-euro. Meta jikkonverti ammonti f’munita barranija f’euro, il-BĊE japplika r-rata tal-kambju fis-seħħ fl-ewwel jum tal-laqgħa relevanti tal-BERS jew kwalunkwe avveniment ieħor tal-BERS.
5.4 Fatturi neqsin
Jekk, eċċezzjonalment, ma jkunx possibbli li tinkiseb fattura, jew jekk il-fattura oriġinali tkun intilfet, l-espert għandu jibgħat dikjarazzjoni personali iffirmata għal dak il-għan. Malli jirċievi din id-dikjarazzjoni, il-BĊE jiddeċiedi jekk jirrimborżax dawn l-ispejjeż jew le.