ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 148

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
27 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 148/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco

1

2018/C 148/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8735 — Geely/Saxo Bank) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 148/03

Rata tal-kambju tal-euro

5

2018/C 148/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fit-23 ta’ Novembru 2017 dwar abbozz preliminarju ta’ deċiżjoni marbut mal-Kawża AT.40208 — Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-Unjoni tal-Iskejzjar Internazzjonali — Relatur: In-Netherlands

6

2018/C 148/05

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Kawża AT.40208 — Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-Unjoni tal-Iskejzjar Internazzjonali

7

2018/C 148/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Kawża At.40208 — Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-Unjoni tal-Iskejzjar Internazzjonali) (notifikat bid-dokument C(2017) 8240)

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 148/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

13

2018/C 148/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

13

2018/C 148/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

14


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 148/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8878 — SEB/ALI) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco

(2018/C 148/01)

Il-Kumitat Konġunt, magħmul minn rappreżentanti tal-Prinċipat ta’ Monaco u tal-Unjoni Ewropea, immodifika l-lista li tinsab fl-Anness B tal-Ftehim Monetarju skont l-Artikolu 11(5), tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco (1).


(1)  ĠU C 23, 28.1.2012, p. 13.


ANNESS

ANNESS B

 

Id-dispożizzjonijiet ġuridiċi li għandhom jiġu implimentati

Skadenza għall-implementazzjoni

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

1

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15)

 

 

Emendata bis-segwenti:

 

2

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, fejn jidħlu d-dispożizzjonijiet tat-Titoli I u II tad-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)

 

3

Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46)

 

4

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7)

 

5

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120).

 

 

Issupplimentata u implimentata permezz ta’:

 

6

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9)

 

7

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29)

 

8

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1)

 

9

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

It-30 ta’ Ġunju 2017 (2)

10

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

It-30 ta’ Ġunju 2017 (2)

 

Issupplimentata u implimentata permezz ta’:

 

11

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1)

L-1 ta’ Diċembru 2017 (3)

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

12

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Nru 2001/413/ĠAI tat-28 ta’ Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

 

13

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

 

 

Emendat bis-segwenti:

14

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

15

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1)

 

16

Ir-Regolament (KE) Nru 2182/2004 tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

 

 

Emendat bis-segwenti:

17

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

18

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37)

 

19

Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014 p. 1.)

It-30 ta’ Ġunju 2016 (1)

Il-leġiżlazzjoni fl-oqsma bankarji u finanzjarji

20

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22)

 


(1)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2014 skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.

(2)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2015 skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.

(3)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2017 skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco.


27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8735 — Geely/Saxo Bank)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 148/02)

Fl-24 ta’ April 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8735. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ April 2018

(2018/C 148/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2168

JPY

Yen Ġappuniż

132,87

DKK

Krona Daniża

7,4509

GBP

Lira Sterlina

0,87100

SEK

Krona Żvediża

10,4478

CHF

Frank Żvizzeru

1,1976

ISK

Krona Iżlandiża

123,00

NOK

Krona Norveġiża

9,6735

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,472

HUF

Forint Ungeriż

312,80

PLN

Zloty Pollakk

4,2360

RON

Leu Rumen

4,6538

TRY

Lira Turka

4,9531

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6070

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5618

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5493

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7194

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6141

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 310,55

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0737

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6962

HRK

Kuna Kroata

7,4226

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 886,75

MYR

Ringgit Malażjan

4,7652

PHP

Peso Filippin

63,269

RUB

Rouble Russu

76,5029

THB

Baht Tajlandiż

38,396

BRL

Real Brażiljan

4,2322

MXN

Peso Messikan

22,8454

INR

Rupi Indjan

81,2240


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fit-23 ta’ Novembru 2017 dwar abbozz preliminarju ta’ deċiżjoni marbut mal-Kawża AT.40208 — Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-Unjoni tal-Iskejzjar Internazzjonali

Relatur: In-Netherlands

(2018/C 148/04)

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar s-suq relevanti tal-prodott u s-suq rilevanti ġeografiku.

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni taqa’ fil-kamp tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE peress li ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-Qorti fl-hekk imsejjaħ test “Meca-Medina”.

(3)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi restrizzjoni ta’ kompetizzjoni bl-iskop skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi restrizzjoni ta’ kompetizzjoni bl-effett skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni ma tistax tiġi eżentata skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

(7)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni għandha effett apprezzabbli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u bejn il-partijiet kontraenti taż-ŻEE.

(8)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li r-regoli tal-ISU ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ isaħħu l-kondotta antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni.

(9)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-durata tal-ksur.

(10)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarju tad-deċiżjoni.

(11)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma għandhiex tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

(12)

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/7


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Kawża AT.40208 — Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-Unjoni tal-Iskejzjar Internazzjonali

(2018/C 148/05)

1.

L-abbozz ta’ deċiżjoni jikkonċerna ċerti regoli adottati mill-Unjoni tal-Iskejzjar Internazzjonali (“ISU”) (2) li jimponu sanzjonijiet fuq atleti li jipparteċipaw f’avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja li mhumiex awtorizzati mill-ISU (ir-“Regoli tal-Eliġibbiltà”) (3). Skont l-abbozz ta’ deċiżjoni, ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà jikkostitwixxu restrizzjoni pprojbita ta’ kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE minħabba li jillimitaw il-libertà kummerċjali tal-atleti li jipprattikaw l-iskejzjar, f’avvenimenti mhux awtorizzati u b’hekk jeskludu kompetituri potenzjali li jixtiequ jorganizzaw u jisfruttaw kummerċjalment avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja. Fl-abbozz ta’ deċiżjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li r-Regoli ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ tal-ISU (4) jerġgħu jsaħħu r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mir-Regoli ta’ Eliġibbiltà.

2.

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni segwiet ilment imressaq fit-23 ta’ Ġunju 2014 minn żewġ atleti professjonali Olandiżi li jipprattikaw l-iskejzjar b’veloċità għolja kontra ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà.

3.

Fil-5 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni nediet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (5) u skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (6) (“Deċiżjoni ta’ Ftuħ”),

4.

Fid-29 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni nnotifikat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lill-ISU (id-“DO”) fejn stabbilixxiet l-opinjoni preliminari tagħha li r-Regoli ta’ Eliġibbiltà jikkostitwixxu restrizzjoni pprojbita tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u li r-Regoli ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ isaħħu r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni.

5.

Fil-11 ta’ Ottubru 2016, l-ISU għall-ewwel ingħatat aċċess għall-fajl permezz ta’ CD-ROM. Żewġ dokumenti oħra, b’mod partikolari noti ta’ laqgħat bejn l-ISU u l-Kummissjoni fis-16 ta’ Ottubru 2014 u fis-16 ta’ Diċembru 2015 rispettivament, saru aċċessibbli għall-ISU mid-DĠ Kompetizzjoni fl-14 ta’ Novembru 2016 wara t-talba tal-ISU fid-9 ta’ Novembru 2016 għal iktar dokumenti. L-ebda kwistjoni dwar l-aċċess għall-fajl ma nġabet għall-attenzjoni tiegħi.

6.

Fuq it-talba tagħhom, jien ippermettejt lill-Assoċjazzjoni tal-Atleti Ewropej (“Atleti tal-UE”) u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (“KOI”) jinstemgħu bħala persuni terzi interessati fil-proċedimenti. Jien irrifjutajt talba minn organizzazzjoni oħra li ma dehritx li kienet direttament affettwata mill-imġiba soġġetta għall-proċedimenti u li għalhekk naqset milli turi interess suffiċjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 u l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE (7).

7.

L-ISU wieġbet għad-DO fit-16 ta’ Jannar 2017 u ħadet sehem f’seduta ta’ smigħ orali fl-1 ta’ Frar 2017, flimkien mal-ilmentaturi, l-Atleti tal-UE u l-KOI.

8.

Fit-tweġiba tagħha għad-DO u waqt is-seduta ta’ smigħ orali, l-ISU qajmet żewġ kwistjonijiet proċedurali. L-ewwel nett, l-ISU sostniet li d-drittijiet tad-difiża tagħha ġew miksura peress li l-allegazzjonijiet fid-DO dwar ir-Regoli ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ tal-ISU ma kienux inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. It-tieni nett, L-ISU allegat li, qabel id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni kienet ħolqot impressjoni qarrieqa li l-każ inkwistjoni “ma kienx prijorità” u li kien se jingħalaq wara l-miżuri li ħadet l-ISU biex tindirizza t-tħassib li l-Kummissjoni kienet qajmet dak iż-żmien. Bil-ftuħ ta’ investigazzjoni formali fil-5 ta’ Ottubru 2015 mingħajr ma tat l-ISU l-opportunità biex tindirizza tħassib ġdid jew addizzjonali, il-Kummissjoni kienet tikser id-drittijiet proċedurali tal-ISU, b’mod partikolari d-dritt li tinstema’.

9.

Jien ma nqisx li l-allegazzjonijiet ta’ hawn fuq jammontaw għal ksur tad-drittijiet proċedurali mill-ISU. Fir-rigward tal-ewwel allegazzjoni proċedurali, wieħed għandu jinnota li t-tqegħid tal-kliem tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ jippermetti għal ambitu ta’ interpretazzjoni li jinkludi wkoll ir-Regoli ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ tal-ISU. Barra minn hekk, deċiżjoni biex jibdew proċedimenti ma tippreġudikax l-eżitu tal-investigazzjoni (8) u għalhekk ma għandhiex effett determinanti fuq ir-responsabbiltà potenzjali tal-impriżi kkonċernati tali li d-drittijiet ta’ difiża tagħhom jistgħu jkunu kompromessi b’mod irrimedjabbli (9). Fir-rigward tat-tieni kwistjoni proċedurali msemmija fil-punt 8 hawn fuq, l-abbozz ta’ deċiżjoni jiċħad, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kienet ipprovdiet xi assigurazzjoni li l-każ ma kienx prijorità. Fi kwalunkwe każ, deċiżjoni dwar l-istatus ta’ prijorità tal-każ hija deċiżjoni interna li l-Kummissjoni tista’ tbiddel mingħajr ma tagħti l-impriżi kkonċernati l-opportunità li jikkummentaw dwar ir-raġunijiet għal tali bidla. L-impriżi għandhom jinstemgħu fuq il-kwistjonijiet li dwarhom il-Kummissjoni tkun għamlet oġġezzjoni wara n-notifika tad-DO biss (10).

10.

Fis-6 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni indirizzat Ittra tal-Fatti lill-ISU, u magħha inkludiet xhieda addizzjonali li fuqha ġiet prevista dipendenza mill-Kummissjoni. Aċċess ulterjuri għall-fajl f’dak li għandu x’jaqsam mal-evidenza miżjuda fil-fajl mid-29 ta’ Settembru 2016 ġie pprovdut lill-ISU fid-9 ta’ Ottubru 2017 permezz ta’ DVD. Fil-25 ta’ Ottubru 2017, l-ISU ppreżentat it-tweġiba tagħha għall-Ittra tal-Fatti.

11.

F’ittra indirizzata lili, l-ISU ddikjarat li l-Ittra tal-Fatti tikser id-drittijiet proċedurali tal-ISU billi (i) tippreżenta evidenza addizzjonali li diġà kienet identifikabbli qabel il-ħruġ tad-DO; (ii) iżżid argumenti ġodda għad-DO; u (iii) tonqos milli tispjega b’mod ċar kif ċertu evidenza addizzjonali tappoġġa s-sejbiet proviżorji tal-Kummissjoni.

12.

Fit-tweġiba tiegħi għall-ittra tal-ISU, jien kont tal-fehma li l-Ittra tal-Fatti tal-Kummissjoni tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet proċedurali tal-ISU, kif iċċarat mill-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja (11). L-ewwel nett ma hemmx bażi biex wieħed jargumenta li l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tibbaża fuq ittra tal-fatti biex tinforma lill-partijiet involuti fil-proċedimenti ta’ evidenza addizzjonali li diġà kienet disponibbli fil-ħin tad-DO iżda li ma kinitx inkluża fid-DO. It-tieni nett, fil-fehma tiegħi, l-Ittra tal-Fatti ma introduċietx oġġezzjonijiet addizzjonali jew immodifikat in-natura intrinsika tal-ksur li biha kienet akkużata l-ISU fid-DO. Id-dokumenti li l-Ittra tal-Fatti irreferiet għalihom huma marbuta ma’ sejbiet preliminarji speċifiċi fid-DO u dawn is-sejbiet mhumiex modifikati imma enfasizzati iktar b’iżjed evidenza. Fl-aħħar nett, fl-Ittra tal-Fatti, il-Kummissjoni indikat it-taqsima tad-DO, b’mod partikolari, in-numri tal-paragrafi li magħhom huma marbutin kull wieħed mid-dokumenti addizzjonali u b’mod suffiċjenti, spjegat ir-rilevanza tad-dokumenti mal-oġġezzjonijiet li saru diġà. L-Ittra tal-Fatti nħarġet bl-iskop preċiż li tippermetti lill-ISU biex tistqarr il-fehmiet tagħha fuq il-valur u r-rilevanza tal-evidenza addizzjonali li l-Kummissjoni kienet identifikat f’appoġġ tal-konklużjonijiet preliminarji tagħha fid-DO.

13.

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz tad-Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-ISU ngħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Nikkonkludi li jagħmel dan.

14.

Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali, f’dan il-każ, ġie rrispettat.

Brussell, it-30 ta’ Novembru 2017.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29 (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  L-ISU hija federazzjoni tal-isport internazzjonali li għandha l-uffiċċji prinċipali tagħha f’Lausanne u hija rikonoxxuta mill-Kumitat Olimpiku bħala l-korp li jamministra l-isport globali tal-iskejzjar fuq is-silġ u l-iskejzjar b’veloċità għolja fuq is-silġ.

(3)  Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà huma inklużi fir-Regolament Ġenerali tal-ISU. Skont ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà, dawk li jipprattikaw l-iskejzjar jistgħu jsiru ineliġibbli għal xi tul ta’ żmien sa perjodu tul il-ħajja milli jipparteċipaw fl-avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja jekk ikunu pparteċipaw f’avvenimenti mhux awtorizzati tal-iskejzjar b’veloċità għolja.

(4)  Ir-Regoli ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ tal-ISU jinsabu fil-Kostituzzjoni tal-ISU. Jagħtu ġurisdizzjoni esklussiva fir-rigward ta’ ċerti deċiżjonijiet tal-ISU lill-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS), inklużi dawk li jikkonċernaw ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) (ir-“Regolament (KE) Nru 1/2003”).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18) (“ir-Regolament (KE) Nru 773/2004”).

(7)  B’mod partikolari, jien ikkunsidrajt li l-interess ġenerali fl-għażliet ta’ politika u r-raġunament legali li l-Kummissjoni tista’ tiżviluppa f’deċiżjoni potenzjali jew f’interessi iktar speċifiċi li iżda mhumiex relatati mal-imġiba li hija s-suġġett tal-proċedimenti ma jistax jagħti dritt li jinstema’.

(8)  Id-deċiżjoni li jinfetħu proċedimenti turi impenn fuq il-parti tal-Kummissjoni biex tkompli tinvestiga l-każ u għalhekk, biex talloka r-riżorsi għall-każ (ara l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki għat-tmexxija tal-proċedimenti rigward l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (ĠU C 308, 20.10.2011, p. 6).

(9)  Qabbel mas-Sentenza f’Nexans vs Il-Kummissjoni, T-135/09, EU:T:2012:596, pereż., il-paragrafu 41.

(10)  Ara wkoll l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u s-Sentenzi f’ Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied vs Il-Kummissjoni, C-105/04 P, EU:C:2006:592, il-paragrafu 47, u f’Dalmine vs Il-Kummissjoni, C-407/04 P, EU:C:2007:53, il-paragrafu 59.

(11)  Ara pereżempju s-Sentenza f’LR af vs il-Kummissjoni, T-23/99, EU:T:2002:75, il-paragrafi 188-195.


27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/9


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Diċembru 2017

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(Il-Kawża At.40208 — Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-Unjoni tal-Iskejzjar Internazzjonali)

(notifikat bid-dokument C(2017) 8240)

(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2018/C 148/06)

Fit-8 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-Deċiżjoni, wara li qieset l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Introduzzjoni

(1)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Unjoni tal-Iskejzjar Internazzjonali (“ISU”) tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE bl-adozzjoni u l-infurzar tar- Regoli ta’ Eliġibbiltà tagħha. Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-ISU jillimitaw il-possibilitajiet biex l-atleti jieħdu sehem f’avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja organizzati minn partijiet terzi u b’hekk jeskludu l-aċċess għas-suq għall-organizzazzjoni u l-isfruttament kummerċjali ta’ avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja billi jċaħħdu l-organizzaturi potenzjali ta’ avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja mis-servizzi neċessarji pprovduti minn atleti.

Proċedura

(2)

Id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 toriġina minn ilment ta’ żewġ professjonisti li jipprattikaw l-iskejzjar b’veloċità għolja (l-“Ilmentaturi”) tat-23 ta’ Ġunju 2014 fejn allegaw li r-regoli ta’ Eliġibbiltà tal-ISU mhumiex kumpatibbli mal-Artikoli 101 u 102 TFUE.

(3)

Fil-5 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni ddeċediet li tibda proċedimenti kontra l-ISU bil-ħsieb li tieħu deċiżjoni skont il-Kapitlu III tar-Regolament 1/2003, u fis-27 ta’ Settembru 2016 adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”).

(4)

L-ISU wieġbet id-DO fis-16 ta’ Jannar 2017. Fl-1 ta’ Frar 2017, saret Seduta Orali. Fis-27 ta’ April 2017 u fit-30 ta’ Ottubru 2017, l-ISU għamlet tentattiv biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni billi toffri impenji. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proposti ta’ impenn tal-ISU ma kienux biżżejjed biex isolvu t-tħassib tal-kompetizzjoni identifikati b’mod f’waqtu. Fis-6 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni bagħtet Ittra tal-Fatti lill-ISU, li wieġbet lura fil-25 ta’ Ottubru 2017.

(5)

Fit-23 ta’ Novembru 2017, ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrinġenti u Pożizzjonijiet Dominanti.

Il-fatti tal-każ

(6)

L-ISU hija federazzjoni internazzjonali tal-isport li tamministra l-iskejzjar dinji u l-iskejzjar b’veloċità għolja fuq is-silġ; hija tikkonsisti minn assoċjazzjonijiet nazzjonali individwali (“il-Membri”) li jamministraw dawk l-isports fuq livell nazzjonali. Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-ISU jiffurmaw parti mill-Istatuti u r-Regolamenti Ġenerali, adotatti mill-Kungress tal-ISU. Dawn ir-regoli huma vinkolanti fuq il-Membri, il-klabbs affiljati tagħhom u l-membri individwali.

(7)

Skont ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-2014 tal-ISU, li ilhom fis-seħħ minn meta l-Kummissjoni rċeviet ilment u fis-sustanza, diġà kienu fis-seħħ mill-1998, atleta tal-iskejzjar b'veloċità għolja ssir ineliġibbli għal ħajjitha kollha milli tipparteċipa fl-avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja tal-ISU (inkluż fil-Kampjonati tad-Dinja u fil-Kampjonati Ewropej u fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa) jekk hu/hi jipparteċipa/tipparteċipa fi kwalunkwe avveniment tal-iskejzjar li mhuwiex awtorizzat mill-ISU jew minn wieħed mill-Membri tagħha. Skont ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-2016 (fis-seħħ bħalissa) professjonisti li jipprattikaw l-iskejzjar f’avvenimenti mhux awtorizzati huma soġġetti għal sanzjonijiet li jvarjaw minn twissija għal perjodi ta’ ineliġibbiltà li jvarjaw minn minimu mhux speċifikat għal massimu ta’ tul tal-ħajja. Sa Ottubru 2015, meta l-ISU adottat il-Komunikazzjoni Nru 1974 li tistabbilixxi l-proċedura għal organizzaturi indipendenti ta’ avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja biex jirċievu awtorizzazzjoni mill-Kunsill tal-ISU, ma kien hemm l-ebda proċedura formali ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ.

(8)

Fil-passat saru tentattivi minn kompetituri potenzjali biex jistabbilixxu avvenimenti alternattivi ta’ skejzjar b’veloċità għolja. Id-Deċiżjoni tiddeskrivi dħul tentattiv li sar minn Icederby li ma kienx irnexxa. Icederby ipprova jorganizza serje ta’ avvenimenti (“Icederby Grand Prix”) għal sitt snin konsekuttivi mill-2014-2020. F’Diċembru 2011, huwa kkuntattja lill-ISU biex jidħol fi ftehim ta’ sħubija u biex jippreżenta l-pjan ta’ azzjoni tiegħu. Għall-ewwel, Icederby kellu l-intenzjoni li jippermetti l-imħatri b’rabta mal-Grand Prix li kien ippjana fil-pajjiżi ospitanti fejn l-imħatri huma legali. F’Jannar 2012, l-ISU aġġornat il-Kodiċi ta’ Etika tagħha li inkludiet l-obbligu li joqogħdu lura milli jipparteċipaw f’kull tip ta’ mħatri. Sentejn wara, Icederby informa lill-ISU li l-ebda mħatri ma kienu se jiġu organizzati b’rabta mad-Dubai Icederby Grand Prix minħabba li l-logħob tal-imħatri huwa illegali fid-Dubai. Minkejja dan, l-ISU ma awtorizzatx lil Dubai Icederby Grand Prix 2014 u infurmat lill-Membri tagħha u l-atleti kollha tal-iskejzjar li kienu se jkunu soġġetti għal projbizzjoni tul il-ħajja stabbilita mir-Regoli ta’ Eliġibbiltà jekk ikunu ħadu sehem f’dan l-avveniment.

(9)

L-Ilmentaturi kellhom l-intenzjoni li jikkompetu fid-Dubai Icederby Grand Prix 2014. Madankollu, peress li ma riedux jirriskjaw l-imponiment ta’ projbizzjoni tul il-ħajja skont ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà, huma qagħdu lura milli jipparteċipaw f’dak l-avveniment. Fl-aħħar mill-aħħar, Icederby iddeċieda li ma jorganizzax id-Dubai Icederby Grand Prix 2014 minħabba d-diffikultà li sab biex jiżgura l-parteċipazzjoni tal-atleti li jipprattikaw l-iskejzjar b’veloċità għolja.

Valutazzjoni legali

(10)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-ISU jammontaw għal deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi li mhijiex kumpatibbli mal-Artikolu 101(1) tat-TFUE u li ma tissodisfax l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 101(3) tat-TFUE.

a.   Is-suq rilevanti

(11)

Id-Deċiżjoni ssib li r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni sseħħ fis-suq globali għall-organizzazzjoni u l-isfruttament kummerċjali tal-avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja, irrispettivament minn jekk l-organizzazzjoni jew l-isfruttament kummerċjali jagħmlu parti mill-istess suq tal-prodott rilevanti u irrispettivament minn jekk jeżistu aktar distinzjonijiet bejn (i) avvenimenti individwali tal-iskejzjar b’veloċità għolja u serje ta’ avvenimenti ta’ skejzjar b’veloċità għolja; (ii) avvenimenti long-track u short-track tal-iskejzjar b’veloċità għolja; u (iii) avvenimenti rikurrenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja (bħall-Kampjonati tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej tal-Iskejzjar b’Veloċità Għolja) u avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja li jsiru darba biss kull għadd ta’ snin (bħal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa). L-ISU tista’ tinfluwenza l-kompetizzjoni fuq is-suq rilevanti minħabba li hija l-korp governattiv u r-regolatur uniku tal-isport tal-iskejzjar b’veloċità għolja u tiddeċiedi esklussivament fuq l-awtorizzazzjoni tal-avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja. Is-setgħa sostanzjali tagħha fis-suq tidher mill-fatt li apparti l-ISU u l-Membri tagħha, l-ebda impriża oħra ma kienet kapaċi tidħol b’suċċess fis-suq rilevanti.

b.   Deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi

(12)

Il-Kummissjoni tqis li l-ISU hija assoċjazzjoni ta’ impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE. Hija timpenja ruħha f’attività ekonomika sakemm hija twettaq attivitajiet kummerċjali relatati mal-organizzazzjoni u l-isfruttament kummerċjali ta’ avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja. B’mod speċifiku, l-ISU hija assoċjazzjoni li hija magħmula minn assoċjazzjonijiet nazzjonali individwali li jamministraw l-iskejzjar b’veloċità għolja u li jwettqu attività ekonomika fil-livell nazzjonali. Peress li l-Membri nnifishom jikkwalifikaw bħala impriżi, l-ISU hija assoċjazzjoni ta’ impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

(13)

Skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-ISU, ir-regoli ta’ Eliġibbiltà huma vinkolanti fuq il-Membri kollha u l-klabbs affiljati sa fejn huma kkonċernati kwistjonijiet internazzjonali. Għalhekk, ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà jikkoordinaw l-imġiba tal-Membri tal-ISU u jikkostitwixxu deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE.

c.   Restrizzjoni bl-iskop

(14)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-Regoli ta’ Eliġibbiltà għandhom bħala l-għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE, fir-rigward tal-kontenut, l-objettivi u l-kuntest legali u ekonomiku.

(15)

Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-2014 stabbilixxew li atleta jsir ineliġibbli biex jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet tal-ISU jekk jipparteċipa f’avveniment tal-iskejzjar li mhuwiex awtorizzat mill-ISU. B’mod partikolari, jekk atleta jsir ineliġibbli bħala konsegwenza ta’ parteċipazzjoni f’avveniment mhux awtorizzat, l-atleta ma jistax japplika biex jerġa’ jidħol. Għalhekk, ksur tar-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-2014 irriżulta fi projbizzjoni tul il-ħajja. Is-sanzjoni kienet tapplika irrispettivament minn jekk l-avveniment mhux awtorizzat ipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-atleta jew l-integrità tal-isport. Il-Kostituzzjoni nnifisha tal-ISU żvelat li r-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-2014 jimmiraw li jħarsu “l-interessi ekonomiċi u l-interessi oħrajn tal-ISU”. Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-2014 illimitaw il-possibbiltajiet għall-atleti professjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja f’avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja organizzati minn partijiet terzi, u b’hekk waqqfu lill-organizzaturi kompetituri (potenzjali) ta’ avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja milli jużaw is-servizzi tal-atleti li huma meħtieġa biex jiġu organizzati dawn l-avvenimenti.

(16)

L-ISU rrevediet ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tagħha fl-2016, imma r-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-2016 ma jbiddlux il-konklużjoni tal-Kummissjoni li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont l-iskop. Filwaqt li tneħħa l-imponiment awtomatiku ta’ projbizzjoni tul il-ħajja fir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-2016, il-projbizzjonijiet riveduti xorta huma punittivi b’mod sproporzjonat fid-dawl ta’ karriera relattivament qasira tal-atleti li jipprattikaw l-iskejzjar b’veloċità għolja u għalhekk mhumiex differenti ħafna fl-iskop tagħhom li jipprevjenu lill-atleti milli jipparteċipaw f’avvenimenti alternattivi ta’ skejzjar b’veloċità għolja, u milli jwaqqfu lill-organizzaturi ta’ avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja.

d.   Restrizzjoni minħabba l-effett

(17)

Minkejja li mhuwiex neċessarju li jiġu analizzati l-effetti tar-Regoli ta’ Eliġibbiltà, il-Kummissjoni madankollu tqis li dawn għandhom ukoll effett restrittiv fuq il-kompetizzjoni. Fl-assenza tar-Regoli ta’ Eliġibbiltà, l-atleti jkunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom lill-organizzaturi tal-avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja u mhux biss lill-ISU jew lill-Membri tagħha, u ma jkun hemm l-ebda ostakolu insormontabbli ieħor, u fil-fatt, possibbilitajiet konkreti għal kompetituri potenzjali biex isiru attivi fl-organizzazzjoni u fl-isfruttament kummerċjali ta’ avvenimenti internazzjonali ta’ skejzjar b’veloċità għolja.

(18)

Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà jservu biex iżommu s-setgħa tas-suq tal-ISU u tal-Membri tagħha. Effettivament, l-ebda parti terza ma hija attiva fl-organizzazzjoni u fl-isfruttament kummerċjali ta’ avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja. Id-dħul ta’ Icederby x’aktarx kien jirnexxi li kieku ma kienx għall-effett deterrenti tar-Regoli ta’ Eliġibbiltà u minħabba f’hekk, l-inabbiltà tiegħu biex jassigura l-atleti. Icederby kieku, kien se jorganizza l-avvenimenti tiegħu tul l-istaġun kwiet tal-ISU billi joffri avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja addizzjonali lill-konsumaturi u flussi addizzjonali ta’ dħul lill-atleti.

(19)

Dan juri li r-Regoli ta’ Eliġibbiltà għandhom impatt negattiv fuq bosta parametri ta’ kompetizzjoni, b’mod partikolari: (i) l-output, u (ii) l-għażla tal-konsumatur u l-innovazzjoni. L-ewwel nett, l-output hu ristrett peress li parteċipanti ġodda potenzjali huma mxekkla milli jakkwistaw is-servizzi tal-atleti u mhumiex kapaċi jorganizzaw avvenimenti addizzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-ISU. It-tieni nett, ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà jaffettwaw l-għażla tal-konsumatur u l-innovazzjoni b’mod negattiv minħabba li kompetituri potenzjali jistgħu joffru formats differenti u innovattivi ta’ avvenimenti tal-iskejzjar b’veloċità għolja. Pereżempju, Icederby kellhom l-għan li jintroduċu format ġdid ta’ skejzjar b’veloċità għolja, fejn l-atleti tal-iskejzjar b’veloċità għolja short track u long track jikkompetu ma 'ġenb xulxin.

e.   Ma jintlaħqux il-kriterji tal-“Meca-Medina”

(20)

Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà jirrigwardjaw l-organizzazzjoni tal-isport kompetittiv. Fir-rigward tal-Meca-Medina, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tali regoli ġeneralment huma soġġetti għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE. F’ċerti ċirkostanzi, dawn jistgħu jaqgħu barra mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE, u jqisu (i) il-kuntest globali meta ttieħdu r-regoli jew jipproduċu l-effetti tagħhom u b’mod partikolari l-għanijiet tagħhom, (ii) jekk l-effetti li jirrestrinġu l-kompetizzjoni li jirriżultaw minnha humiex inerenti għat-tfittxija tal-imsemmija għanijiet u (iii) jekk humiex proporzjonati għalihom.

(21)

Il-Kummissjoni tqis li r-Regoli ta’ Eliġibbiltà ma jservux biss l-għanijiet leġittimi iżda wkoll interessi oħrajn tal-ISU inklużi l-interessi ekonomiċi tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li r-Regoli ta’ Eliġibbiltà la huma inerenti fit-tfittxija tal-objettivi leġittimi u lanqas ma huma proporzjonati sabiex jintlaħqu għanijiet leġittimi, b’mod partikolari fid-dawl tan-natura sproporzjonata tas-sanzjonijiet tal-ineliġibbiltà (sa projbizzjoni tul il-ħajja) u l-fatt li l-atleti huma pprojbiti milli jipparteċipaw f’avvenimenti mhux awtorizzati mingħajr ma l-awtorizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ partijiet terzi tkun ibbażata fuq kriterji ċari, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. Ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà għalhekk ma jaqgħux barra mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

f.   L-ebda eżenzjoni taħt l-Artikolu 101(3) tat-TFUE

(22)

L-ISU ma kinitx kapaċi turi li ntlaħqu il-kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 101(3) tat-TFUE. B’mod partikolari, ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà la huma indispensabbli u lanqas ma huma proporzjonati. Hemm modi inqas restrittivi kif wieħed jakkwista l-effiċjenzi mbassra. Barra minn hekk, ir-regoli jeliminaw il-kompetizzjoni għal kollox billi joħolqu ostaklu insurmontabbli tad-dħul għal partijiet terzi li jixtiequ jorganizzaw u jisfruttaw kummerċjalment l-avvenimenti internazzjonali tal-iskejzjar b’veloċità għolja.

g.   Ir-Regoli ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ tal-ISU jsaħħu r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni

(23)

Skont ir-Regoli ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ, appelli kontra l-implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Eliġibbiltà huma soġġetti għall-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) li hija bbażata f’Lausanne, fl-Iżvizzera. Il-Kummissjoni ma tikkonkludix illi ir-Regoli ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ jikkostitwixxu ksur tad-dritt ta' l-atleti għal smiegħ ġust. Imma, il-Kummissjoni tqis fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta' ineliġibbiltà potenzjalment antikompetittivi tal-ISU, ir-Regoli ta’ Appell u ta’ Arbitraġġ jsaħħu r-restrizzjoni tal-libertà kummerċjali tagħhom u l-esklużjoni ta’ kompetituri potenzjali.

Multi

(24)

Fil-kuntest speċifiku tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ma timponix multa fuq l-ISU għar-raġunijiet kumulattivi li ġejjin: (i) din hija l-ewwel deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 adottata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli stipulati minn korpi governattivi tal-isports, filwaqt li n-natura speċifika tal-isport hija rikonoxxuta fl-Artikolu 165 tat-TFUE; (ii) ir-Regoli ta’ Eliġibbiltà tal-ISU ilhom fis-seħħ mill-adozzjoni tagħhom fl-1998 u ilhom magħrufa pubblikament minn dak iż-żmien; u (iii) l-ISU hija federazzjoni internazzjonali tal-isports li, apparti li hija involuta f’attivitajiet kummerċjali, taġixxi biex tippromwovi l-isport tal-iskejzjar b’veloċità għolja madwar id-dinja, inkluż billi tagħti parti mid-dħul tagħha għall-iżvilupp tal-isport.

(25)

Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu imposti fuq l-ISU f’każ li ma ttemmx il-ksur fi żmien 90 jum mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/13


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2018/C 148/07)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

14.3.2018

Tul ta’ żmien tal-għeluq

14.3.2018–31.12.2018

Stat Membru

Franza

Stokk jew grupp ta’ stokkijiet

SBR/678-

Speċi

Paġella (Pagellus bogaraveo)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali V, VII u VIII

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

05/TQ2285


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/13


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2018/C 148/08)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

14.3.2018

Durata

14.3.2018–31.12.2018

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

ANF/8C3411

Speċi

Petriċa (Lophiidae)

Żona

8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

06/TQ120


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/14


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2018/C 148/09)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

22.3.2018

Durata

22.3.2018–30.6.2018

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha)

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

RED/N3M.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

NAFO 3M

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

07/TQ120


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8878 — SEB/ALI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 148/10)

1.

Fid-19 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Skandinaviska Enskilda Banken AB (l-Iżvezja, “SEB”),

Aura Light International AB (in-Netherlands, “ABI”), bħalissa kkontrollata minn FSN Capital Holding Jersey Limited.

SEB takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ ALI.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz provvedimenti kuntrattwali.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   SEB: toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi finanzjarji lil klijenti bl-imnut u dawk korporattivi;

—   ALI: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ soluzzjonijiet tad-dawl lil klijenti tan-negozju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8878 — SEB/ALI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.