ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 144

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
25 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 144/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2018/C 144/02

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid (Însurăţei (DOP))

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 144/03

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

8

2018/C 144/04

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni — Deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-għeluq bikri tal-proċedura tal-amministrazzjoni straordinarja ta’ ARISCOM Compagnia di Assicurazioni SpA (Pubblikazzjoni magħmula b’konformità mal-Artikolu 271 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

13

2018/C 144/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — L-istabbiliment ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

14

2018/C 144/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

15


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 144/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8886 — Avenue Capital/Pemberton/Permira/Delsey) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

16

2018/C 144/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8873 — Carlyle/TA Associates/DiscoverOrg) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ April 2018

(2018/C 144/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2213

JPY

Yen Ġappuniż

132,92

DKK

Krona Daniża

7,4478

GBP

Lira Sterlina

0,87468

SEK

Krona Żvediża

10,3775

CHF

Frank Żvizzeru

1,1944

ISK

Krona Iżlandiża

123,25

NOK

Krona Norveġiża

9,6290

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,437

HUF

Forint Ungeriż

312,83

PLN

Zloty Pollakk

4,1996

RON

Leu Rumen

4,6530

TRY

Lira Turka

4,9985

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6038

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5662

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5829

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7134

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6154

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 314,66

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0663

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7012

HRK

Kuna Kroata

7,4194

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 941,10

MYR

Ringgit Malażjan

4,7698

PHP

Peso Filippin

63,747

RUB

Rouble Russu

75,2566

THB

Baht Tajlandiż

38,410

BRL

Real Brażiljan

4,2085

MXN

Peso Messikan

22,9992

INR

Rupi Indjan

81,0765


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/2


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ April 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(Însurăţei (DOP))

(2018/C 144/02)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rumanija ressqet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Însurăţei” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat din l-applikazzjoni u sabet li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1), kif ukoll fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huma ssodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu d-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni li saret fil-proċedura nazzjonali għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Însurăţei” jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-dokument uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-isem “Însurăţei” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għal xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347 du 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“ÎNSURĂŢEI”

PDO-RO-N1588

Data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni: 29.12.2011

1.   Isem/ismijiet li jrid(u) jiġi/u rreġistrat(i)

Însurăţei

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Karatteristiċi organolettiċi — l-inbejjed bojod

L-inbejjed bojod għandhom dehra ċara, ileqqu bħall-kristall, għandhom kulurhom minn isfar fl-aħdar għal isfar dehbi, jinxtammu fihom il-karatteristiċi tal-varjetà, u għandhom togħma morbida u bellusija. Dawn l-inbejjed jistgħu jvarjaw minn xotti għal ħelwin.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f’% ta’ volum)

15

Il-qawwa minima alkoħolika reali (f’% ta’ volum)

11

L-aċidità minima totali

4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità massima volatili (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,08

It-total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

220

Karatteristiċi organolettiċi — rożè

L-inbejjed rożé li jirriżultaw huma ċari, ileqqu, u ssibhom f’diversi sfumaturi ta’ roża (roża mitfi, roża, salamun, jew bi ħjiel ta’ oranġjo). Dawn huma friski, bbilanċjati, b’togħma aċiduża u kumplessa, karatterizzati minn aromi ta’ frott jew ta’ fjuri.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f’% ta’ volum)

15

Il-qawwa minima alkoħolika reali (f’% ta’ volum)

11

L-aċidità minima totali

4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċiditàmassima volatili (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,08

It-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

220

Karatteristiċi organolettiċi — inbejjed ħomor

L-inbejjed ħomor għandhom dehra ċara, ileqqu, kulurhom huwa minn aħmar rubin għal vjola skur u għandhom togħma kemxejn tannika iżda qawwija.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f’% ta’ volum)

15

Il-qawwa minima alkoħolika reali (f’% ta’ volum)

11

L-aċidità minima totali

4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

L-aċidità massima volatili (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,20

It-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

170

5.   Prattiki enoloġiċi

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Il-karatteristiċi u l-prattiki tal-pjantaġġuni

Prattika kulturali

Densità tal-pjantaġġun: minimu ta’ 4 100 pjanta għal kull ettaru;

ħsad ekoloġiku — jitnaqqas l-għadd tal-għenieqed tal-għeneb fl-istadju tal-maturazzjoni bikrija (il-bidu tal-maturazzjoni), meta l-produzzjoni potenzjali taqbeż il-limiti massimi ammessi skont l-ispeċifikazzjonijiet għal inbejjed li għandhom denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata. L-irrigazzjoni hija permessa biss matul is-snin ta’ nixfa u b’notifika mill-ONVPV (Uffiċċju Nazzjonali tad-Dielja u tal-Inbid), meta l-kontenut ta’ ilma fil-ħamrija f’fond ta’ 0 — 100 cm jonqos għal 50 % tal-AHI (intervall attiv tal-umdità), billi jiġu applikati standards raġonevoli ta’ irrigazzjoni (400 — 600 m3/ha).

b.    Rendimenti massimi

 

Băbească gri, Aligoté, Riesling de Rhin, Chardonnay

78 ettolitru għal kull ettaru

 

Cabernet Sauvignon, Fetească neagră, Băbească neagră, Syrah

78 ettolitru għal kull ettaru

 

Fetească albă, Fetească regală, Riesling italian, Pinot gris

91 ettolitru għal kull ettaru

 

Băbească gri, Aligote, Riesling de Rhin, Chardonnay

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

 

Cabernet Sauvignon, Fetească neagră, Băbească neagră, Syrah

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

 

Fetească albă, Fetească regală, Riesling italian, Pinot gris

14 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona definita

Iż-żona ddemarkata għall-produzzjoni tal-għeneb, il-materja prima, u għall-produzzjoni tal-inbejjed li jkollhom id-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata “ÎNSURĂȚEI” tinkludi l-lokalitajiet li ġejjin fil-Kontea ta’ Brăila:

Il-muniċipalità ta’ Însurăței: l-irħula ta’ Lacu Rezii, Măru Roșu, Valea Călmățuiului;

Il-muniċipalità ta’ Berteștii de Jos: l-irħula ta’ Berteștii de Jos u l-irħula Spiru Haret;

Il-muniċipalità ta’ Victoria: ir-raħal ta’ Victoria;

Il-muniċipalità ta’ Bărăganul: ir-raħal ta’ Bărăganul.

Permezz ta’ deroga, il-produzzjoni ta’ nbejjed magħmulin minn għeneb prodotti fiż-żona ddemarkata għad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata “Însurăței” u eliġibbli li jkollhom fuqhom din id-denominazzjoni tista’ sseħħ:

fl-istess qasam tal-vitikultura;

fiż-żoni tal-vitikultura tal-viċinat;

fiż-żona li tinsab fl-istess unità amministrattiva; jew

fl-unità amministrattiva tal-viċinat.

7.   Għeneb tal-inbid ewlieni

Băbească gri G Pinot gris G Fetească neagră N Băbească neagră N Cabernet Sauvignon N Aligote B Fetească regală B Fetească albă B Chardonnay B Syrah N Riesling italian B Riesling de Rhin B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/tar-rabtiet

Rabta maż-żona ġeografika

Interazzjonijiet kawżali

L-influwenza tad-Danubju, flimkien mal-fatturi klimatiċi tipiċi taż-żona (b’mod partikolari l-mases ta’ arja xotta li jiġu f’kuntatt mal-forom tal-art, li jżommu kuntrast għoli ta’ temperatura għolja bejn xitwa u sajf), u t-tip ta’ ħamrija li tiddefinixxi l-pajsaġġ b’mod partikolari, kollha jħallu l-marka tagħhom fuq il-kompożizzjoni u l-istruttura tal-inbejjed, filwaqt li jagħtu togħma friska tal-frott minħabba l-aċidità għolja u l-livell għoli ta’ sustanzi aromatiċi u tal-antoċjanini.

Il-ħamrija ramlija tgħin biex tipproduċi nbejjed bilanċjati, armonjużi, b’kulur sabiħ, u b’riħa li tibqa’ tinxtamm għal żmien twil, li jistgħu jiġu kkunsmati żgħażagħ jew maturi.

Il-qrubija tal-foresta maż-żona għandha rwol ewlieni fil-kisba tal-kulur aħmar skur tal-inbejjed, peress li toħloq mikroklima speċifika partikolarment favorevoli għall-akkumulazzjoni tal-antoċjanini u tal-aromi tal-frott aħmar misjur, li l-enologi jafu joħorġu minn dawn l-inbejjed u li l-konsumaturi jsibu f’kull tazza inbid li jduqu.

Dettalji tal-prodott

Il-fatturi klimatiċi u pedoloġiċi huma l-fatturi ewlenin li jiddeterminaw iż-żona tal-vitikultura, peress li l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tal-inbid miksub huwa deċiżiv. L-inbejjed li joriġinaw mill-vinja Însurăței jkollhom l-marka tal-varjetà, tal-ħamrija, tal-mikroklima, tal-kultivatur u tal-produttur tal-inbid, u huma kkaratterizzati minn togħma friska ta’ frott u aċidità kemxejn ogħla. Normalment dawn huma nbejjed ta’ kwalità b’rikkezza liema bħalha tal-aromi tipiċi li huma speċifiċi għall-varjetà.

Minħabba l-karatteristiċi pedoklimatiċi taż-żona Însurăței, l-inbejjed bojod għandhom dehra ċara, ileqqu bħall-kristall, għandhom kulurhom minn isfar fl-aħdar għal isfar dehbi, jinxtammu fihom il-karatteristiċi tal-varjetà, u għandhom togħma morbida u bellusija. Dawn l-inbejjed jistgħu jvarjaw minn xotti għal ħelwin.

L-inbejjed ħomor għandhom dehra ċara, ileqqu, kulurhom huwa minn aħmar rubin għal vjola skur u għandhom togħma kemxejn tannika iżda qawwija.

L-inbejjed rożè li jirriżultaw huma ċari, ileqqu, u ssibhom f’diversi sfumaturi ta’ roża (roża mitfi, roża, salamun, jew bi ħjiel ta’ oranġjo). Dawn huma friski, bbilanċjati, b’togħma aċiduża u kumplessa u karatterizzati minn aromi ta’ frott jew ta’ fjuri.

F’dawn l-aħħar snin, il-produtturi tal-inbid adattaw tekniki b’tali mod li jinżammu kemm jista’ jkun il-karatteristiċi taż-żona tal-vitikultura Însurăței b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-varjetajiet bħal Babească neagra li nstab li jakkumula kontenut sodisfaċenti ta’ antoċijanin f’din iż-żona.

It-tkabbir tad-dwieli fil-vinja Însurăței jmur lura għal żminijiet antiki. It-tħaddim tal-vinji, il-varjetajiet ikkultivati, u l-prattiki tal-vitikultura dejjem kienu l-preokkupazzjonijiet prinċipali tal-produtturi tal-inbid. In-nies tal-lokal u l-abitanti tal-lokalitajiet tal-viċinat ħadmu u għexu flimkien fir-reġjun tal-vinji Însurăței. Spiss kien hemm rivalità kontinwa bejn dawn il-gruppi biex jiksbu l-isbaħ pjantaġġuni, jikkultivaw il-varjetajiet l-aktar magħrufa, u jagħmlu l-aqwa nbejjed.

Rabta maż-żona ġeografika

L-użu ta’ tekniki tal-biedja organika ekoloġiċi speċifiċi jgħin biex iżomm il-flora u l-fawna tar-reġjun f’bilanċ. Dawn għandhom l-effett li jżidu l-għadd ta’ insetti predatorji li jieklu l-larvi tal-insetti qerrieda (il-kamla tad-dwieli Ewropej), u b’hekk ikunu qegħdin jillimitaw l-iżvilupp tagħhom u għalhekk il-livell ta’ ħsara li jikkawżaw fuq il-pjanti.

Sabiex tintlaħaq l-ogħla kwalità, it-tekniki tal-vitikultura u tal-produzzjoni tal-inbid ġew irfinuti bil-modi li ġejjin:

l-istabbiliment tal-aħjar żmien għall-ħsad tal-għeneb li jikkoinċidi mal-akkumulazzjoni massima tas-sustanzi (zokkor, togħmiet, antoċijanini) sabiex jinkisbu nbejjed ta’ kwalità li jkollhom il-karatteristiċi taż-żona;

jintuża s-silġ niexef matul il-ħsad tal-għeneb li jippreżerva u jżomm it-togħmiet naturali li akkumulaw fil-qoxra;

il-most jinżamm f’kuntatt prolungat mal-biċċiet solidi (residwu tal-għasra) sabiex jiġu estratti b’mod aktar effiċjenti is-sustanzi koloranti, partikolarment għall-varjetajiet iktar ċari bħal Băbeasca neagra;

l-użu ta’ btieti tal-ballut għall-fermentazzjoni, partikolarment għall-inbejjed varjetali bħal Chardonnay, u jitħallew jimmaturaw fil-fliexken;

matul l-ipproċessar ta’ għeneb, l-użu ta’ materjali li huma approvati għall-produzzjoni tal-inbejjed organiċi.

Il-ħamrija mħawla ġeneralment tkun mgħottija bil-ħaxix għall-istabilizzazzjoni tal-ħamrija. Il-ħamrija hija mogħnija b’materja organika billi l-biċċiet tal-pjanti li jinqatgħu jitħallew fuq il-ħamrija. Barra minn hekk, billi l-ħamrija hija ramlija, il-preżenza tal-veġetazzjoni għandha l-vantaġġ li tevita li t-trab itir fl-atmosfera u li jiġi depożitat fuq il-frott tal-għeneb. B’riżultat ta’ dan, it-telf matul il-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, li persentaġġ għoli minnu kien ikkawżat minn ramel li jegħreq fil-qiegħ ta’ kontenituri tnaqqas b’mod sinifikanti. Min-naħa l-oħra, it-togħma tal-“ħamrija” fl-inbid, minħabba l-preżenza tat-trab fuq il-wiċċ tal-qxur tal-għeneb, tneħħiet, u dan tejjeb ħafna l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodotti lesti.

Il-kontenut tal-antoċijanini fil-ġlud tal-għeneb huwa importanti ħafna għall-kolorazzjoni, u huwa fattur ewlieni b’mod partikolari fil-valutazzjoni viżwali tal-kwalità tal-inbid aħmar. L-antoċijanini jagħmlu parti mill-klassi tal-flavonojdi u jaġixxu bħala antiossidanti b’saħħithom f’ġisem il-bniedem, li jipprovdu protezzjoni kontra l-kanċer u l-mard kardjovaskulari billi jimblukkaw l-assorbiment tal-kolesterol u jnaqqsu l-ipertensjoni u l-mard assoċjat max-xjuħija.

L-inbejjed ta’ kwalità jinkisbu mill-mod li bih l-enologi jarmonizzaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-vinja u tal-varjetajiet tal-għeneb mat-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid u l-metodi speċifiċi tal-istabbilizzazzjoni u tal-kundizzjonament tal-inbid, li jirriżultaw f’inbejjed b’identità distinta.

Il-kwalità tal-inbejjed tirrifletti l-kwalità tal-materja prima (għeneb) u t-teknoloġija li tintuża; inbid ta’ kwalità jista’ jinkiseb biss permezz tal-użu tal-għeneb misjur kompletament kemm f’termini tal-kontenut taz-zokkor kif ukoll f’termini tal-kontenut fenoliku.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq — Kuntest ġuridiku

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni oħra

Dispożizzjonijiet oħra dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

Inbejjed li għandhom id-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Însurăței” jistgħu jinbigħu lill-konsumatur finali biss bħala “inbid organiku” jew bħala “inbid minn għeneb organiku”, b’konformità ma’ dawn l-Ispeċifikazzjonijiet u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (1) kif emendat.

10.   Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_sarcini_doc_insuratei_modif_conf_notificarii_com_din_05.12.2016_0.pdf


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/8


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)

(2018/C 144/03)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 343, 13.10.2017.

LISTA TA' PERMESSI TA' RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI

Permessi ta' residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:

I.   Permessi ta' residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002

Permess ta' residenza bi “prova ta' stabbiliment” fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2005).

Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005).

Permessi ta' residenza li jaqgħu taħt “l-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EG), “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) u “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2006).

Il-permess ta' “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ.

Il-permess ta' “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista' jinħareġ għall-finijiet li ġejjin: Trasferiment intrakorporattiv (ICT), ħaddiem stazzjonat u persuna li taħdem għal rasha, każijiet speċjali ta' impjieg, tifel tal-iskola, studenti, fornitur ta' servizzi soċjali, ir-riunifikazzjoni tal-familja. Permessi ta' “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) għar-raġuni ta' trasferimenti intrakorporattivi (ICT) ilhom jinħarġu mill-1 ta' Ottubru 2017.

Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista' jinħareġ mingħajr ma jingħataw iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Mill-1 ta' Ottubru 2017, il-permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jistgħu jinħarġu wkoll għal riċerkaturi, artisti, jew każijiet speċjali ta' impjieg.

Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) inħarġu fl-Awstrija sal-30 ta' Ġunju 2011 għall-kategoriji ta' ħaddiem ewlieni, mhux limitat u limitat.

Il-permessi “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Daueraufenthalt-EG) u “residenza permanenti” — membru ta' familja (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) nħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013.

Il-permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) nħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013.

Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) nħarġu wkoll għall-għan ta' “ħaddiem b'impjieg b'rotazzjoni”, “artist” u “riċerkatur” sat-30 ta' Settembru 2017.

Il-kard “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot — Karte), il-kard plus “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot — Karte plus) u l-kard blu tal-UE (Blaue Karte EU) fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Lulju 2011).

Permessi ta' “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EU) skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014).

Permessi ta' “dritt ta' residenza plus” (Aufenthaltsberechtigung plus) maħruġa skont it-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 56(1) tal-Att dwar l-Asil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 huma skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta' Jannar 2014.

Permess ta' “dritt ta' residenza” (Aufenthaltsberechtigung) maħruġa skont it-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att dwar l-Asil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jikkorrispondi skont “l-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” preċedenti tat-Taqsima 43(3) u (4) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta' Jannar 2014.

Il-permess ta' “dritt ta' residenza fuq raġunijiet ta' protezzjoni speċjali” (Aufenthaltsberechtigung aus besonderem Schutz) maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jittrasponi ulterjorment id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta' Jannar 2014.

II.   Permessi ta' residenza li, skont id-Direttiva 2004/38, ma jridux jinħarġu f'format uniformi

Il-permess ta' residenza skont dritt ta' residenza fl-Unjoni ta' iktar minn tliet xhur għal membri ta' familja ta' ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Il-kard ta' residenza permanenti biex juri d-dritt ta' residenza permanenti ta' iktar minn tliet xhur għal membru ta' familja ta' ċittadin taż-ŻEE, skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Dokumenti oħrajn li jippermettu lil detentur li jgħix fl-Awstrija jew biex jerġa' jidħol fl-Awstrija skont l-Artikolu 2(16)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:

Dokument ta' identità b'ritratt f'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar, blu, aħdar, kannella, griż u oranġjo maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin.

Dokument tal-identità b'ritratt f'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet ta' lewn griż ċar b'referenza għall-kategoriji Rot (aħmar), Orange (oranġjo), Gelb (isfar), Grün (aħdar), Blau (blu), Braun (kannella) u Grau (griż) maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin.

“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 7 tal-Att tal-1997 dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) - normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006).

“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 3 tal-Att tal-2005 dwar l-Asil (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew b'kard għal persuni mogħtija l-asil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att tal-2005 dwar l-Asil.

Persuna li għandha “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att tal-1997 dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 b'mikroċipp elettroniku integrat (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006).

Persuna li għandha “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att tal-2005 dwar l-Asil (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat permezz ta' passaport barrani f'format ta' ktieb ID 3 b'mikroċipp elettroniku integrat (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew b'kard għal persuni mogħtija status ta' protezzjoni sussidjarja skont it-Taqsima 52 tal-Att tal-2005 dwar l-Asil.

Lista ta' persuni li jipparteċipaw fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru.

“Permess għall-impjieg” skont l-Att dwar l-Impjieg tal-Barranin, validu għal perjodu sa sitt xhur, li jkun inħareġ qabel l-1 ta' Ottubru 2017, flimkien ma' dokument tal-ivvjaġġar validu.

“Konferma ta' residenza legali skont l-Art. 31(1)(5) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz — FPG)”/“Talba għal estensjoni skont it-Taqsima 2(4)(17 A) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz — FPG)” flimkien ma' dokument validu tal-ivvjaġġar.

Permess ta' residenza indefinit - maħruġ fil-forma ta' viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att tal-1992 dwar il-Barranin (FRG) (maħruġ sal-31 ta' Diċembru 1992 mill-awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u l-uffiċċji rappreżentattivi barranin fil-forma ta' timbru).

Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar sa Nru 790.000.

Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar u abjad sa Nru 790.001 'l hemm.

Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjal L 7 tal-10.1.1997, li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2004).

“Konferma tal-eliġibbiltà għad-dħul fl-Awstrija, skont it-Taqsima 24 tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG)” fil-forma ta' stiker aħdar u blu.

Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5.

 

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11.

 

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14.

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14.

 

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12.

 

ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15.

 

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9.

 

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15.

 

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20.

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5.

 

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26.

 

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8.

 

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6.

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5.

 

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1.

 

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26.

 

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7.

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5.

 

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7.

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6.

 

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8.

 

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.

 

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9.

 

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59.

 

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3.

 

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12.

 

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.

 

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.

 

ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4.

 

ĠU C 16, 18.1.2017, p. 5

 

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 6.

 

ĠU C 94, 25.3.2017, p. 3.

 

ĠU C 297, 8.9.2017, p. 3.

 

ĠU C 343, 13.10.2017, p. 12.

 

ĠU C 100, 16.3.2018, p. 25.


(1)  Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta' dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/13


Miżuri ta’ riorganizzazzjoni — Deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-għeluq bikri tal-proċedura tal-amministrazzjoni straordinarja ta’ ARISCOM Compagnia di Assicurazioni SpA

(Pubblikazzjoni magħmula b’konformità mal-Artikolu 271 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2018/C 144/04)

Impriża tal-assigurazzjoni

ARISCOM Compagnia di Assicurazioni S.p.A.

Via Guido d’Arezzo 14

00198 Roma RM

ITALIA

In-numru tal-identifikazzjoni fiskali, in-numru tal-VAT u r-Reġistru tal-Impriżi f’Ruma, Nru 09549901008

Identifikatur tal-entità ġuridika (LEI) 8156002DC13E8B674053

Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

Digriet tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tal-5 ta’ Marzu 2018 — Għeluq bikri tal-amministrazzjoni straordinarja ta’ ARISCOM

Miżura IVASS Nru ta’ ref. 0071168/18 tat-2 ta’ Marzu 2018 — Awtorizzazzjoni, skont l-Artikolu 231(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005, għall-għeluq bikri tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja ta’ ARISCOM — Compagnia di Assicurazioni S.p.A.

Awtoritajiet kompetenti

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

IVASS

Via del Quirinale 21

00187 Roma RM

ITALIA

Awtorità superviżorja

IVASS

Via del Quirinale 21

00187 Roma

ITALIA

Liġi applikabbli

Il-liġi Taljana

L-Artikolu 231(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/14


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

L-istabbiliment ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 144/05)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Rotot ikkonċernati

Newquay - l-Ajruport ta’ Heathrow

Newquay - l-Ajruport ta’ Gatwick

Newquay - l-Ajruport ta’ Stansted

Newquay - l-Ajruport ta’ Luton

Newquay - l-Ajruport ta’ London City

Newquay - l-Ajruport ta’ Southend

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

fit-28 ta’ Ottubru 2018.

L-indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u l-informazzjoni u/jew id-dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku mmodifikat

Cornwall Council

New County Hall

Treyew Road

Truro, TR1 3AY

IR-RENJU UNIT

For the attention of: Corporate Procurement Services

Posta elettronika: awaterman-jones@cornwall.gov.uk


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/15


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 144/06)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Rotot ikkonċernati

Newquay — l-Ajruport ta’ Heathrow

Newquay — l-Ajruport ta’ Gatwick

Newquay — l-Ajruport ta’ Stansted

Newquay — l-Ajruport ta’ Luton

Newquay — l-Ajruport ta’ London City

Newquay — l-Ajruport ta’ Southend

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Erba’ snin wara l-bidu tal-operat

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

61 jum mill-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Cornwall Council

New County Hall

Treyew Road

Truro, TR1 3AY

UNITED KINGDOM

For the attention of: Corporate Procurement Services.

Posta elettronika: awaterman-jones@cornwall.gov.uk


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8886 — Avenue Capital/Pemberton/Permira/Delsey)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 144/07)

1.

Fis-17 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Luggs S.à r.l. (il-Lussemburgu), jappartjenu għall-Avenue Capital (l-Istati Unit tal-Amerka) (“Avenue Capital”),

Pemberton EMMDF I (A) Holdings S.à r.l. u Pemberton Debt Holdings 1 (A) S.à r.l. (il-Lussemburgu), li tappartjeni għall-grupp Pemberton (il-Lussemburgu) (“Pemberton”),

Permira Credit Solutions II Ristructuring SCSp (il-Lussemburgu), proprjetà tal-grupp Permira (ir-Renju Unit) (“Permira”),

DHI Company u s-sussidjarji tagħha (Franza) (“Delsey”).

Avenue Capital, Pemberton u Permira jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Delsey.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   l-impriża Avenue Capital: ditta ta’ investiment li hija ffukata fuq l-investiment fid-distressed debt u fuq investimenti ta’ sitwazzjonijiet speċjali oħra,

—   l-impriża Pemberton: ditta ta’ ġestjoni ta’ assi ffukata fuq dejn privat u self dirett,

—   l-impriża Permira: negozju ta’ ekwità privata involut fil-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment. Permira tikkontrolla għadd ta’ kumpani ta’ portafoll li huma attivi f’varjetà ta’ setturi f’firxa ta’ ġurisdizzjonijiet. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-impriżi Allegro u Schustermann & Borenstein, li t-tnejn li huma jħaddmu siti ta’ bejgħ bl-imnut online. Barra minn hekk, Permira qed twettaq attività ta’ ġestjoni tad-dejn, billi tipprovdi soluzzjonijiet ta’ kreditu lin-negozji, lil negozji terzi persuni,

—   l-impriża Delsey: attiva fil-forniment ta’ bagalji u aċċessorji relatati tal-ivvjaġġar li huma tad-ditta.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8886 — Avenue Capital/Pemberton/Permira/Delsey

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8873 — Carlyle/TA Associates/DiscoverOrg)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 144/08)

1.

Fit-18 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Carlyle Group (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

TA Associates L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

DiscoverOrg Holdings, LLC (“DiscoverOrg”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn AT Associates.

Carlyle u TA Associates jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ DiscoverOrg.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Carlyle huwa maniġer dinji tal-assi alternattivi, li jiġġestixxi fondi li jinvestu madwar id-dinja f’erba’ dixxiplini ta’ investiment: (i) Ekwità Privata Korporattiva; (ii) Assi Reali; (iii) Strateġiji tas-Suq Dinjija; u (iv) Soluzzjonijiet.

TA Associates hija attiva fl-oqsma ta’ investimenti ta’ ekwità privata permezz ta’ diversi fondi f’ċerti industriji, inklużi s-servizzi tan-negozju, tal-konsumatur, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa u teknoloġiji.

DiscoverOrg hija fornitur ta’ għodod ta’ bejgħ u marketing intelligence u ta’ servizzi lil kumpaniji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8873 — Carlyle/TA Associates/DiscoverOrg

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.