|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 143/01 |
||
|
2018/C 143/02 |
||
|
2018/C 143/03 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Is-Sistemi tal-Brejkijiet (AT.39920) |
|
|
2018/C 143/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 143/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8885 — Carlyle/Accolade Wines Holdings Awstralja/Accolade Wines Holdings Europe) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 143/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8856 — Archer Daniels Midland/Cargill/JV Eġittu) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta’ April 2018
(2018/C 143/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2238 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,38 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4477 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87640 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3763 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1941 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
123,20 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6258 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,408 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
311,38 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1893 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6577 |
|
TRY |
Lira Turka |
5,0079 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6010 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5649 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,5974 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7052 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6188 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 318,33 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,9600 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7208 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4153 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 059,77 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7636 |
|
PHP |
Peso Filippin |
64,073 |
|
RUB |
Rouble Russu |
75,6527 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,537 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,1981 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,9000 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,2845 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
24.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/2 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fid-19 ta’ Frar 2018 rigward l-abbozz tad-deċiżjoni dwar il-Każ AT.39920 — is-Sistemi tal-Brejkijiet
Relatur: IL-FINLANDJA
(2018/C 143/02)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz tad-deċiżjoni tikkostitwixxi f’żewġ ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi rilevanti li jammontaw għal żewġ każijiet ta’ ksur fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prodott u tal-ambitu ġeografiku għal kull wieħed miż-żewġ każijiet ta’ ksur li jinsabu fl-abbozz tad-deċiżjoni. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz tad-deċiżjoni pparteċipaw f’wieħed jew fit-tnejn taż-żewġ każijiet singoli u kontinwi tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, kif speċifikat fl-abbozz tad-deċiżjoni. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan taż-żewġ ftehimiet kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ż-żewġ każijiet ta’ ksur kienu kapaċi jaffettwaw b’mod konsiderevoli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kemm damu ż-żewġ każijiet ta’ ksur. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji ta’ kull wieħed miż-żewġ każijiet ta’ ksur. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni għal kull wieħed miż-żewġ każijiet ta’ ksur li kienu involuti fihom. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003. |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi. |
|
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni tat-tul taż-żmien għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi. |
|
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġ li għandha tkun applikata żieda għal reċidiviżmu lil waħda mill-impriżi kkonċernati mill-abbozz tad-deċiżjoni. |
|
13. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġ li jiġi impost multiplikatur għad-deterrenza fuq iż-żewġ impriżi kkonċernati mill-abbozz tad-deċiżjoni. |
|
14. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi fuq il-bażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006. |
|
15. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi fuq il-bażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008. |
|
16. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi. |
|
17. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
24.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/3 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Is-Sistemi tal-Brejkijiet
(AT.39920)
(2018/C 143/03)
Fit-22 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni nediet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3) kontra tliet impriżi. TRW (4), Bosch (5) u Continental (6) (kollettivament “il-partijiet”).
Wara diskussjonijiet dwar saldu u sottomissjonijiet dwar saldu skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) fl-4 ta’ Diċembru 2017 u nnotifikatha lill-partijiet fil-5 ta’ Diċembru 2017. Skont id-DO, il-partijiet pparteċipaw f’wieħed jew it-tnejn minn żewġ okkorrenzi ta’ ksur uniċi u kontinwi tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) fir-rigward il-bejgħ tagħhom ta’ komponenti tas-sistemi tal-brejkijiet bil-hydraulic u sistemi elettroniċi tal-brejkijiet għall-karozzi tal-passiġġieri lil għadd ta’ manifatturi tal-karozzi fiż-ŻEE.
Fir-risposti rispettivi tagħhom għad-DO, il-partijiet ikkonfermaw skont l-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 li d-DO rriflettiet il-kontenut tas-sottomissjonijiet dwar riżolviment tagħhom.
L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni jikkonstata li l-partijiet kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE billi pparteċipaw f’wieħed jew it-tnejn minn żewġ okkorrenzi ta’ ksur uniċi u kontinwi li jikkonsisti fl-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva bil-għan li titnaqqas l-inċertezza kompetittiva għall-bejgħ ta’ komponenti ta’ sistemi tal-brejkijiet bil-hydraulic u sistemi elettroniċi tal-brejkijiet għall-karozzi tal-passiġġieri lil għadd ta’ manifatturi tal-karozzi fiż-ŻEE. L-abbozz tad-deċiżjoni jikkonstata li l-ewwel ksur li jikkonċerna l-bejgħ ta’ komponenti ta’ sistemi tal-brejkijiet bil-hydraulic beda fit-13 ta’ Frar 2007 u dam sat-18 ta’ Marzu 2011 filwaqt li t-tieni ksur li jikkonċerna l-bejgħ ta’ sistemi elettroniċi tal-brejkijiet dam mid-29 ta’ Settembru 2010 sas-7 ta’ Lulju 2011.
Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jiena eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom. Jiena nikkonkludi li dan hu minnu.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u wara li tqies li l-partijiet ma bagħtuli l-ebda talba jew ilment (7), inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha fil-proċedimenti f’dan il-każ ġie rrispettat.
Brussell, l-20 ta’ Frar 2018.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
(4) ZF TRW Automotive Holdings Corp., TRW KFZ Ausrüstung GmbH u Lucas Automotive GmbH (flimkien, “TRW”).
(5) Robert Bosch GmbH (“Bosch”).
(6) Continental AG, Continental Teves AG & Co. oHG u Continental Automotive GmbH (flimkien “Continental”).
(7) Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta f’kull stadju tal-proċedura ta’ riżolviment biex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar kif jitmexxew il-proċedimenti ta’ riżolviment fid-dawl tal-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 f’każijiet ta’ kartell (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).
|
24.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/4 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-21 ta’ Frar 2018
li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39920 — Sistemi tal-ibbrejkjar)
(notifikata bid-dokument C(2018) 925)
(It-test bl-ingliż biss huwa awtentiku)
(2018/C 143/04)
Fil-21 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali impost, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Fil-21 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda żewġ każijiet ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-ksur jikkonċerna l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva dwar in-negozju bl-iskop li titnaqqas l-inċertezza kompetittiva fil-qasam tal-bejgħ ta’ komponenti ta’ sistema tal-ibbrejkjar idrawlika u sistemi elettroniċi tal-ibbrejkjar tal-karozzi tal-passiġġieri għal għadd ta’ manifatturi tal-karozzi fiż-ŻEE. |
|
(2) |
Is-sistemi tal-ibbrejkjar huma input essenzjali għall-manifatturi tal-karozzi. Is-sistemi tal-ibbrejkjar idrawliċi jikkonsistu minn sistema ta’ attwazzjoni (busters tal-brejkijiet/ċilindru tal-brejk prinċipali) u sistema ta’ fondazzjoni (sistema ta’ brejk diska b’sedil jew brejk tanbur ċilindru tal-brejk tar-rota). Sistemi ta’ bbrejkjar elettronika jipprevjenu li l-karozzi jiskiddjaw billi jipprovdu stabbiltà elettronika meta wieħed jibbrejkja (ABS) jew fil-kundizzjonijiet kollha tas-sewqan (ESC). |
|
(3) |
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lil TRW (2), BOSCH (3) u CONTINENTAL (4) (il-“Partijiet”). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(4) |
F’Lulju 2011, TRW applikat għall-immunità skont l-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fir-rigward ta’ kuntatti bilaterali ma’ BOSCH dwar il-bejgħ ta’ sistemi ta’ bbrejkjar għall-karozzi tal-passiġġieri lil klijent Daimler. F’Novembru 2011, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet fil-bini ta’ BOSCH. Barra minn hekk, f’Novembru 2011, BOSCH ressqet talba għal klemenza fir-rigward ta’ bejgħ ta’ sistemi tal-ibbrejkjar idrawliċi għal karozzi tal-passiġġieri lill-klijent Daimler u rrapurtat il-kuntatti bilaterali tagħha ma’ TRW u CONTINENTAL f’dak ir-rigward. F’Settembru 2014, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet fil-bini ta’ CONTINENTAL. F’Diċembru 2014, CONTINENTAL ressqet talba għal klemenza fir-rigward ta’ bejgħ ta’ sistemi tal-ibbrejkjar idrawliċi għal karozzi tal-passiġġieri lill-klijent Daimler u BMW u rrapurtat il-kuntatti bilaterali tagħha kemm ma’ TRW u kif ukoll ma’ BOSCH f’dak ir-rigward. CONTINENTAL irrappurtat ukoll il-kuntatti bilaterali tagħha ma’ BOSCH fir-rigward tal-bejgħ ta’ sistemi tal-ibbrejkjar elettroniku għall-karozzi tal-passiġġieri lill-klijent VW. |
|
(5) |
Fit-22 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti bil-għan li tidħol f’diskussjonijiet dwar ir-riżolviment mal-partijiet. Fil-kuntest ta’ dawn id-diskussjonijiet, li saru bejn Ottubru 2016 u Settembru 2017, il-partijiet kollha rreaġixxew għall-oġġezzjonijiet previsti u l-evidenza żvelata lilhom. Sussegwentement, il-Partijiet ippreżentaw it-talbiet formali tagħhom għar-riżolviment lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a (2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (5). |
|
(6) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni adottat id-Dikjarazzjoni tal-’ Oġġezzjonijiet. Il-Partijiet kkonfermaw mingħajr ekwivoku li d-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet kienet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li għalhekk huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment. |
|
(7) |
Fid-19 ta’ Frar 2018, ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrinġenti u Pożizzjonijiet Dominanti. Fl-20 ta’ Frar 2018, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. |
2.2. Sommarju tal-Ksur
|
(8) |
Żewġ każijiet ta’ ksur separati jirrigwardaw il-provvista ta’ komponenti ta’ sistema tal-ibbrejkjar jew sistemi tal-ibbrejkjar għall-karozzi tal-passiġġieri fiż-ŻEE. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ksur huwa kif ġej:
|
2.2.1. Ksur I
|
(9) |
Ksur I kien jikkonsisti f’kuntatti bejn it-tliet fornituri tal-karozzi TRW, BOSCH u CONTINENTAL dwar bejgħ fiż-ŻEE ta’ komponenti ta’ sistema tal-ibbrejkjar idrawliċi (busters tal-brejkijiet/ċilindru tal-brejk prinċipali, brejk diska b’sedil jew brejk tanbur jew ċilindru tal-brejk tar-rota) minbarra diski tal-brejkijiet (“HBS”) għal karozzi tal-passiġġieri lill-klijenti Daimler (il-marka Mercedes-Benz) u BMW (il-marka BMW). |
|
(10) |
L-aġir kollużiv kien jikkonsisti minn skambji bilaterali ta’ informazzjoni kompetittivament sensittiva dwar in-negozju bejn it-tliet fornituri. Bil-għan li jikkoordinaw il-kondotta tas-suq tagħhom relatata ma’ Daimler u BMW, il-parteċipanti skambjaw informazzjoni dwar ir-rieda tagħhom li jaċċettaw il-klawsola ta’ garanzija ta’ tliet snin ta’ Daimler u dik ta’ erba’ snin ta’ BMW (6), rispettivament, u ddiskutew it-termini u l-kundizzjonijiet tax-xiri ta’ Daimler u BMW. L-iskambji dwar Daimler kienu jirrigwardaw ukoll il-kumpens għall-kost tal-materja prima, it-trasparenza fil-kost u t-tnaqqis fil-volum. |
2.2.2. Ksur II
|
(11) |
Ksur II kien jikkonsisti fi skambji kollużivi bilaterali bejn CONTINENTAL u BOSCH dwar bejgħ fiż-ŻEE ta’ sistemi ta’ bbrejkjar elettroniċi (EBS) għall-pjattaforma MLB evo għall-karozzi tal-passiġġieri (7) għall-klijent VW. |
|
(12) |
Wara RFQs għall-pjattaforma MLB evo, il-partijiet iddiskutew l-interess tagħhom fil-kuntratt, żvelaw l-intenzjonijiet tagħhom lil xulxin u skambjaw informazzjoni dwar l-offerti rispettivi tagħhom. |
2.3. Durata
|
(13) |
Id-durata tal-parteċipazzjoni ta’ kull waħda mill-partijiet fil-ksur kien kif ġej: Tabella 1
|
3. DESTINATARJI
3.1.1. TRW
|
(14) |
TRW qed tinżamm responsabbli għall-ksur kif ġej:
|
3.1.2. Bosch
|
(15) |
BOSCH qed tinżamm responsabbli għall-ksur kif ġej:
|
3.1.3. Continental
|
(16) |
CONTINENTAL qed tinżamm responsabbli għall-ksur kif ġej:
|
4. RIMEDJI
|
(17) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-multi (8). |
4.1. L-ammont bażiku tal-multa
|
(18) |
Fil-Ksur I, il-valur tal-bejgħ ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ medji ta’ bejgħ ta’ HBS fiż-ŻEE lil Daimler u BMW matul is-snin (sħaħ) ta’ parteċipazzjoni fil-ksur. |
|
(19) |
Fil-Ksur II, il-valur tal-bejgħ ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ medji ta’ bejgħ ta’ EBS fiż-ŻEE lil VW matul is-snin ta’ parteċipazzjoni fil-ksur. Minħabba li CONTINENTAL ma kellha l-ebda bejgħ rilevanti reali f’dan il-perjodu, valur fittizju ta’ bejgħ ġie kkalkolat għaliha, bħala proxy tad-daqs relattiv tagħha u r-responsabbiltà fil-ksur, abbażi tal-proporzjon tal-fatturat dinji tal-parteċipanti applikat għall-bejgħ rilevanti ta’ BOSCH. |
|
(20) |
Meta titqies in-natura tal-ksur u l-firxa ġeografika tiegħu, il-perċentwal tal-ammont varjabbli tal-multi kif ukoll l-ammont addizzjonali (“il-ħlas tad-dħul”) kien stabbilit għal 16 % tal-valur tal-bejgħ għall-ksur. |
|
(21) |
L-ammont varjabbli kien immultiplikat bin-numru ta’ snin jew bi frazzjonijiet tas-sena rispettivament għall-parteċipazzjoni individwali tal-Partijiet fil-ksur. Iż-żieda għall-perjodu kienet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ jiem. |
4.1.1. Aġġustamenti tal-ammont bażiku.
|
(22) |
Ma kien hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ, minbarra fattur aggravanti ta’ 50 % għal CONTINENTAL minħabba reċidiviżmu (preċedentament destinatarja tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 fil-Każ AT.39406 Manek Marittimi). |
|
(23) |
Qed jiġi applikat koeffiċjent multiplikatur ta’ deterrenza ta’ 1,2 fir-rigward ta’ BOSCH u ieħor ta’ 1,1 fir-rigward ta’ CONTINENTAL biex jagħmel tajjeb għad-daqs relattivament kbir ta’ dawn l-impriżi. |
4.2. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
|
(24) |
L-ebda waħda mill-multi kkalkolati ma qabżet l-10 % tal-fatturat totali tal-impriża fl-2017. |
4.3. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza
4.3.1. Immunità mill-multi
|
(25) |
TRW kienet l-ewwel impriża li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 8(a) tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fil-Ksur I. Għalhekk, TRW ingħatat immunità mill-multi għall-Ksur I. |
|
(26) |
CONTINENTAL kienet l-ewwel parti li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 8(b) tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fil-Ksur II. Għalhekk, CONTINENTAL ingħatat immunità mill-multi għall-Ksur II. CONTINENTAL kienet ukoll l-ewwel li ppreżentat evidenza ċara fis-sens tal-punt 25 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 li ppermettiet lill-Kummissjoni li tinkludi l-bejgħ lill-klijent fil-Ksur I. Skont il-punt 26 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006, il-valur tal-bejgħ lil dan il-klijent ma kienx ikkunsidrat meta kienet stabbilita l-multa għal CONTINENTAL għall-Ksur I. |
|
(27) |
CONTINENTAL kienet it-tieni impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punti 24 u 25 tal-Avviż ta’ Klemenza fir-rigward tal-Ksur I u ingħatat tnaqqis ta’ 20 % tal-multa. |
|
(28) |
BOSCH kienet l-ewwel impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punti 24 u 25 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fir-rigward tal-Ksur I u II u għalhekk, ingħatat tnaqqis ta’ 35 % tal-multa għall-Ksur I u 30 % għall-Ksur II. |
4.4. Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment
|
(29) |
Minħabba l-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi li jridu jiġu imposti fuq kull Parti tnaqqas b’10 %. It-tnaqqis ġie miżjud mal-kumpens mogħti bħala benefiċċju tat-trattament favorevoli. |
5. MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI
|
(30) |
Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003: għall-Ksur I wieħed u kontinwu li dam mit-13 ta’ Frar 2007 sat-18 ta’ Marzu 2011,
għall-Ksur II wieħed u kontinwu li dam mid-29 ta’ Settembru 2010 sas-7 ta’ Lulju 2011:
|
(2) L-entitajiet ġuridiċi rilevanti għal TRW huma: ZF TRW Automotive Holdings Corp., TRW KFZ Ausrüstung’ GmbH u Lucas Automotive GmbH.
(3) L-entità ġuridika rilevanti għal BOSCH huwa: Robert Bosch GmbH.
(4) L-entitajiet ġuridiċi rilevanti għal CONTINENTAL huma: Continental AG, Continental Teves AG & Co. oHG u Continental Automotive GmbH.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
(6) Fl-2008, Daimler talbet impenji fuq il-prezz għall-komponenti ta’ wara s-serje. Il-fornituri kienu mitluba jipprovdu komponenti għal tliet snin wara tmiem il-produzzjoni bl-istess prezz bħal matul il-fażi tal-produzzjoni ta’ serje attiva ta’ vettura partikolari, għalhekk “garanzija ta’ tliet snin” jew “3YP” (3 year policy). “BMW 4YP” wasslet għal livell simili ta’ talba mill-klijent.
(7) Din il-pjattaforma hija użata biex tipproduċi ċerti mudelli Audi, u l-Porsche Macan.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8885 — Carlyle/Accolade Wines Holdings Awstralja/Accolade Wines Holdings Europe)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 143/05)
|
1. |
Fit-13 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Il-grupp Carlyle, jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Accolade Wines Holdings Awstralja Pty Ltd u Accolade Wines Holdings Europe Limited kollha kemm huma (flimkien - l-Accolade Group). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — il-Carlyle Group: ġestjoni tal-assi alternattiva dinjija, — Accolade: il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u fil-biċċa l-kbira fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa tal-inbid u tal-prodotti tal-inbid. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8885 — Carlyle/Accolade Wines Holdings Awstralja/Accolade Wines Holdings Europe Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
24.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8856 — Archer Daniels Midland/Cargill/JV Eġittu)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 143/06)
|
1. |
Fis-17 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
ADM u Cargill jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1) (b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NVOC kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8856 — Archer Daniels Midland/Cargill/JV Eġittu Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.