ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 142

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
23 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 142/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 142/02

Kawża C-64/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 19(1) TUE — Rimedji ġudizzjarji — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Indipendenza ġudizzjarja — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali — Miżuri ta’ awsterità baġitarja)

2

2018/C 142/03

Kawża C-266/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: Western Sahara Campaign UK vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk fis-settur tas-sajd — Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd previsti minn dan il-ftehim — Atti li japprovaw il-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll — Regolamenti li jallokaw l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll bejn l-Istati Membri — Ġurisdizzjoni — Interpretazzjoni — Validità fid-dawl tal-Artikolu 3(5) TUE u tad-dritt internazzjonali — Applikabbiltà tal-imsemmi ftehim u tal-imsemmi protokoll għat-territorju tas-Saħara tal-Punent u għall-ibħra li jmissu magħha)

3

2018/C 142/04

Kawża C-297/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO) vs Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/123/KE — Servizzi fis-suq intern — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-prattikanti veterinarji biss id-dritt għall-bejgħ bl-imnut u għall-użu tal-prodotti organiċi, tal-prodotti kontra l-parassiti kif ukoll tal-prodotti mediċinali veterinarji — Libertà ta’ stabbiliment — Rekwiżit li l-kapital tal-istabbilimenti li jbigħu bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jkun miżmum biss minn prattikanti veterinarji — Protezzjoni tas-saħħa pubblika — Proporzjonalità)

4

2018/C 142/05

Kawża C-301/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 – Il-Kumissjoni Ewropea vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd (Appell — Politika kummerċjali — Dumping — Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 2(7)(b) u (ċ) — Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq — Kunċett ta’ distorsjoni sinjifikattiva miġrura mis-sistema ekonomika ta’ qabel li ma kinitx tas-suq, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) — Vantaġġi fiskali)

4

2018/C 142/06

Kawża C-307/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/112/KE — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Artikolu 131 — Artikolu 146(1)(b) — Artikolu 147 — Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni — Artikolu 273 — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-benefiċċju tal-eżenzjoni kemm għall-fatt li twettaq dħul mill-bejgħ għal ammont minimu, kemm għall-fatt li ġie konkluż kuntratt ma’ operatur awtorizzat li jwettaq ir-rimbors tal-VAT lill-vjaġġaturi)

5

2018/C 142/07

Kawża C-387/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs Nidera BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Artikolu 183 — Rimbors tal-eċċess tal-VAT — Rimbors tardiv — Ammont tal-interessi moratorji dovuti skont l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Tnaqqis ta’ dan l-ammont għal raġunijiet mhux imputabbli lill-persuna taxxabbli — Ammissibbiltà — Newtralità fiskali — Ċertezza legali)

6

2018/C 142/08

Kawżi magħquda C-412/16 u C-413/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 – Ice Mountain Ibiza, SL vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (“Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade marks figurattivi ocean beach club ibiza u ocean ibiza — Trade marks figurattivi preċedenti nazzjonali OC ocean club u OC ocean club Ibiza — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

6

2018/C 142/09

Kawża C-418/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 – mobile.de GmbH, li kienet mobile.international GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Rezon OOD (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 15(1) — Artikolu 57(2) u (3) — Artikolu 64 — Artikolu 76(2) — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 22(2) — Regola 40(6) — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażati fuq trade mark nazzjonali preċedenti — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Prova — Ċaħda tat-talbiet — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ta’ provi ġodda — Annullament tad-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO — Każ mibgħut lura — Konsegwenzi)

7

2018/C 142/10

Kawża C-518/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – ZPT AD vs Narodno sabranie na Republika Bulgaria, Varhoven administrativen sad, Natsionalna agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Regolament (KE) Nru 1998/2006 — Artikolu 35 TFUE — Għajnuna de minimis fil-forma ta’ vantaġġ fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-benefiċċju ta’ dan il-vantaġġ fiskali l-investimenti fil-manifattura ta’ prodotti intiżi għall-esportazzjoni)

7

2018/C 142/11

Kawżi Magħquda C-523/16 u C-536/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – MA.T.I. SUD SpA vs Centostazioni SpA (C-523/16), Duemme SGR SpA vs Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR) (C-536/16) Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 51 — Regolarizzazzjoni — Direttiva 2004/17/KE — Kjarifika tal-offerti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-regolarizzazzjoni mill-offerenti tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja — Prinċipji relatati mal-għoti tal-kuntratti pubbliċi — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ proporzjonalità

8

2018/C 142/12

Kawża C-558/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – kawża mressqa minn Doris Margret Lisette Mahnkopf (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 650/2012 — Suċċessjonijiet u ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni — Kamp ta’ applikazzjoni — Possibbiltà li jiġi indikat is-sehem tal-konjuġi superstiti fiċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni)

9

2018/C 142/13

Kawża C-577/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gass serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 2(1) — Anness I — Attivitajiet suġġetti għas-sistema ta’ skambju — Produzzjoni ta’ polimeri — Użu ta’ sħana fornuta minn installazzjoni terza — Talba għal allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas — Perijodu 2013-2020)

9

2018/C 142/14

Kawża C-672/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Imofloresmira – Investimentos Imobiliários SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva tal-VAT — Eżenzjoni tal-operazzjonijiet ta’ lokazzjoni u ta’ kiri ta’ proprjetajiet immobbli — Dritt ta’ għażla favur persuni taxxabbli — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Użu għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati tal-persuna taxxabbli — Aġġustament tat-tnaqqis magħmul inizjalment — Inammissibbiltà)

10

2018/C 142/15

Kawża C-3/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Sporting Odds Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítása Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu provduti servizzi — Artikolu 56 TFUE — Artikolu 4(3) TUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Sfruttament ta’ ċertu logħob tal-ażżard mill-Istat — Esklużività — Sistema ta’ konċessjoni għal forom oħra ta’ logħob — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni — Sanzjoni amministrattiva

11

2018/C 142/16

Kawża C-9/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – kawża mressqa minn Maria Tirkkonen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi ta’ konsulenza agrikola — Eżistenza jew le ta’ kuntratt pubbliku — Sistema ta’ xiri ta’ servizzi li tikkonsisti fl-ammissjoni ta’ kull operatur ekonomiku li jissodisfa kundizzjonijiet prestabbiliti bħala fornitur — Sistema mhux miftuħa sussegwentement għal operaturi ekonomiċi oħra)

12

2018/C 142/17

Kawża C-46/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Bremen – il-Ġermanja) – Hubertus John vs Freie Hansestadt Bremen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat — Il-punt 1 tal-klawżola 5 — Miżuri intiżi għall-prevenzjoni mill-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 6(1) — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni skont l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-posponiment tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol stabbilita fl-età normali tal-irtirar minħabba l-ksib, mill-ħaddiem, tad-dritt għall-pensjoni tal-irtirar)

13

2018/C 142/18

Kawża C-76/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SC Petrotel-Lukoil SA, Maria Magdalena Georgescu vs Ministerul Economiei, Ministerul Energiei, Ministerul Finanţelor Publice (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali — Artikolu 30 TFUE — Taxxa interna — Artikolu 110 TFUE — Taxxa applikata għall-prodotti petroliferi esportati — Nuqqas ta’ riperkussjoni tat-taxxa fuq il-konsumatur — Piż tat-taxxa sostnut mill-persuna taxxabbli — Rimbors tas-somom imħallsa mill-persuna taxxabbli)

13

2018/C 142/19

Kawża C-117/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Comune di Castelbellino vs Regione Marche et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Artikolu 4(2) u (3) u Annessi I sa III — Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ xogħlijiet f’impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn bijogass mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Annullament — Regolarizzazzjoni a posteriori tal-awtorizzazzjoni abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġodda tad-dritt nazzjonali mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent)

14

2018/C 142/20

Kawża C-289/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Maakohus – l-Estonja) – Collect Inkasso OÜ et vs Rain Aint et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati — Kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni — Standards minimi applikabbli għall-proċeduri relatati mad-debiti mhux ikkontestati — Drittijiet tad-debitur — Assenza ta’ riferiment għall-indirizz tal-istituzzjoni li lilha tista’ tiġi indirizzata kontestazzjoni tad-debitu jew li lilha jista’ jiġi ppreżentat appell mid-deċiżjoni)

15

2018/C 142/21

Kawża C-119/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Liviu Petru Lupean, Oana Andreea Lupean vs SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA, permezz ta’ Sucursala SIBIU, SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Artikolu 3(1), Artikolu 4(1) u (2), u Artikolu 5 — Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali — Kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija — Riskju tal-kambju jinġarr b’mod sħiħ mill-konsumatur — Żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt — Suġġett prinċipali tal-kuntratt ta’ self)

16

2018/C 142/22

Kawża C-126/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – ERSTE Bank Hungary Zrt vs Orsolya Czakó (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Artikolu 4(2), Artikolu 5 u Artikolu 6(1) — Klawżoli li jiddefinixxu s-suġġett prinċipali tal-kuntratt — Kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija — Portata tal-kunċett abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar — Invalidità parzjali jew totali tal-kuntratt)

17

2018/C 142/23

Kawżi magħquda C-142/17 u C-143/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Manuela Maturi et vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma, Fondazione Teatro dell’Opera di Roma vs Manuela Maturi et (C-142/17), Catia Passeri vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma (C-143/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2006/54/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà temporanja għall-ħaddiema fil-qasam tal-ispettaklu li jkunu laħqu l-età tal-irtirar li jibqgħu attivi sal-età preċedentement prevista għad-dritt għall-pensjoni, stabbilita bħala 47 sena għan-nisa u 52 sena għall-irġiel)

18

2018/C 142/24

Kawża C-233/17 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – GX vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura — Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva)

18

2018/C 142/25

Kawża C-336/17 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Frar 2018 – HB et vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea Ethics for Animals and Kids — Protezzjoni tal-annimali mitlufin — Effetti psikoloġiċi fuq l-adulti u t-tfal — Rifjut ta’ reġistrazzjoni tal-inizjattiva minħabba nuqqas manifest tas-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea f’dan il-qasam — Regolament (UE) Nru 211/2011 — Artikolu 4(2)(b) — Artikolu 4(3))

19

2018/C 142/26

Kawża C-529/17 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 minn Isabel Martín Osete mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-427/16, Martin Osete vs EUIPO

19

2018/C 142/27

Kawża C-693/17 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2017 minn BMB sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-695/15 – BMB sp. z o.o. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

20

2018/C 142/28

Kawża C-701/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2017 minn Vassil Monev Valkov mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-27 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-558/17, Valkov vs Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Bulgarija

21

2018/C 142/29

Kawża C-7/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-3 ta’ Jannar 2018 – Modesto Jardón Lama vs Instituto Nacional de la Seguridad Social, Tesorería General de la Seguridad Social

21

2018/C 142/30

Kawża C-10/18 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2018 minn Marine Harvest ASA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-704/14, Marine Harvest ASA vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

2018/C 142/31

Kawża C-13/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Jannar 2018 – Sole-Mizo vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

23

2018/C 142/32

Kawża C-29/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-17 ta’ Jannar 2018 – Cobra Servicios Auxiliares, S.A. vs FOGASA, José David Sánchez Iglesias e Incatema, S.L.

24

2018/C 142/33

Kawża C-30/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-17 ta’ Jannar 2018 – Cobra Servicios Auxiliares, S.A. vs José Ramón Fiuza Asorey e Incatema, S.L.

25

2018/C 142/34

Kawża C-38/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fid-19 ta’ Jannar 2018 – proċeduri kriminali kontra Massimo Gambino u Shpetim Hyka

25

2018/C 142/35

Kawża C-39/18 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 minn il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fl-10 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-180/15, Icap plc et vs Il-Kummissjoni Ewropea

26

2018/C 142/36

Kawża C-41/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania (l-Italja) fit-22 ta’ Jannar 2018 – Meca Srl vs Comune di Napoli

27

2018/C 142/37

Kawża C-44/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2018 – Cobra Servicios Auxiliares S.A. vs FOGASA, Jesús Valiño López e Incatema, S.L.

27

2018/C 142/38

Kawża C-46/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-25 ta’ Jannar 2018 – Caseificio Sociale San Rocco Soc. coop. arl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

28

2018/C 142/39

Kawża C-47/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ Jannar 2018 – Skarb Pánstwa Rzeczpospolitej Polskiej – Generalny Dyrektor Dróg Krajowych i Autostrad vs Stephan Riel, li jaġixxi bħala amministratur stralċjarju fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza kontra Alpine Bau GmbH

29

2018/C 142/40

Kawża C-53/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Antonio Pasquale Mastromartino vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

30

2018/C 142/41

Kawża C-54/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Cooperativa Animazione Valdocco S.C.S. Impresa Sociale Onlus vs Consorzio Intercomunale Servizi Sociali di Pinerolo, Azienda Sanitaria Locale To3 di Collegno e Pinerolo

31

2018/C 142/42

Kawża C-60/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (l-Estonja) fil-31 ta’ Jannar 2018 – AS Tallinna Vesi vs Keskkonnaamet

32

2018/C 142/43

Kawża C-74/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja) fil-5 ta’ Frar 2018 – A Ltd

32

2018/C 142/44

Kawża C-89/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-8 ta’ Frar 2018 – A vs Udlændinge- og Integrationsministeriet

33

2018/C 142/45

Kawża C-91/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

34

2018/C 142/46

Kawża C-102/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Klaus Manuel Maria Brisch

35

2018/C 142/47

Kawża C-116/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

36

2018/C 142/48

Kawża C-131/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Frar 2018 – Vanessa Gambietz vs Erika Ziegler

36

2018/C 142/49

Kawża C-144/18 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 mir-River Kwai International Food Industry Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-460/14, Association européenne des transformateurs de maïs doux (AETMD) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

37

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 142/50

Kawżi T-45/13 RENV u T-587/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Rose Vision vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) — Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM, sISI, 4NEM u SFERA — Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport finali ta’ awditu finanzjarju — Awditi finanzjarji li jikkonstataw irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-proġetti — Sospensjoni tal-ħlasijiet — Kunfidenzjalità tal-awditi finanzjarji — Eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rimbors tas-somom imħallsa — Dannu kkawżat permezz tal-inklużjoni fis-sistema ta’ twissija bikrija)

39

2018/C 142/51

Kawża T-292/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – Vakakis kai Synergates vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ammissibbiltà — Użu ħażin ta’ proċedura — Kunflitt ta’ interessi — Obbligu ta’ diliġenza — Telf ta’ opportunità)

40

2018/C 142/52

Kawża T-316/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Rifjut li tikkonferma għajnuna finanzjarja għal proġett maġġuri — L-ewwel paragrafu (g) tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Ġustifikazzjoni tal-parteċipazzjoni pubblika — Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 — Terminu li skada)

41

2018/C 142/53

Kawża T-402/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Rifjut li tiġi kkonfermata kontribuzzjoni finanzjarja għal proġett kbir — Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ proġett kbir għat-twettiq tal-għanijiet tal-programm operazzjonali — Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 — Skadenza tat-terminu)

41

2018/C 142/54

Kawża T-85/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbuna — Raġuni relattiva għal rifjut — Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)]

42

2018/C 142/55

Kawża T-140/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Le Pen vs Il-Parlament (“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru tas-somom imħallsa indebitament — Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Żball ta’ fatt — Ugwaljanza fit-trattament)

42

2018/C 142/56

Kawża T-438/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Altunis vs EUIPO – Hotel Cipriani (CIPRIANI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali CIPRIANI — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HOTEL CIPRIANI — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001))

43

2018/C 142/57

Kawża T-462/16: tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni [FAEG — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — L-għajnuna skont l-erja — Spejjeż imwettqa mill-Portugall — Aspettattivi leġittimi — Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 — Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Proporzjonalità]

44

2018/C 142/58

Kawża T-624/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Gollnisch vs il-Parlament (Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati fil-Parlament Ewropew — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru ta’ ammoni mħallsa indebitament — Kompetenza tas-segretarju ġenerali — Electa una via — Drittijiet tad-difiża — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Drittijiet politiċi — Ugwaljanza fit-trattament — Użu ħażin ta’ poter — Indipendenza tad-deputati — Żball fattwali — Proporzjonalità)

44

2018/C 142/59

Kawża T-629/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbun) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbun — Raġuni relattiva għal rifjut — Dannu għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

45

2018/C 142/60

Kawża T-665/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Cinkciarz.pl vs EUIPO (€$) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea €$ — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001))

46

2018/C 142/61

Kawża T-764/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – Paulini vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Remunerazzjoni — Proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances — Legalità tal-linji gwida — Metodu ta’kalkolu — Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard — Teħid inkunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ rappreżentant tal-persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

46

2018/C 142/62

Kawża T-843/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – dm-drogerie markt vs EUIPO – Digital Print Group O. Schimek (Foto Paradies) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Foto Paradies — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

47

2018/C 142/63

Kawża T-855/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Fertisac vs ECHA (REACH — Tariffa dovuta għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lill-SMEs — Verifika mill-ECHA tad-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża — Deċiżjoni li timponi dritt amministrattiv — Rakkommandazzjoni 2003/361/KE — Qbiż tal-limiti massimi finanzjarji — Kunċett ta’ impriża relatata)

48

2018/C 142/64

Kawża T-6/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Equivalenza Manufactory vs EUIPO – ITM Entreprises (BLACK LABEL BY EQUIVALENZA) (Trade mark tal-Unjon Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BLACK LABEL BY EQUIVALENZA — Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti LABELL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

48

2018/C 142/65

Kawża T-103/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Recordati Orphan Drugs vs EUIPO – Laboratorios Normon (NORMOSANG) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NORMOSANG — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NORMON — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Regola 19(2)(a)(ii) u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saru l-Artikolu 7(2)(a)(ii) u l-Artikolu 8(1) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430))

49

2018/C 142/66

Kawża T-159/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Marzu 2018 – Claro Sol Cleaning vs EUIPO – Solemo (Claro Sol Facility Services desde 1972) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Claro Sol Facility Services desde 1972 — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SOL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

50

2018/C 142/67

Kawża T-230/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Rstudio vs EUIPO – Embarcadero Technologies (RSTUDIO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali RSTUDIO — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ER/STUDIO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001)”)

50

2018/C 142/68

Kawża T-35/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – La Marchesiana vs EUIPO – Marchesi Angelo (MARCHESI)

51

2018/C 142/69

Kawża T-41/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Autoridad Portuaria de Vigo vs Il-Kummissjoni

52

2018/C 142/70

Kawża T-64/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Alfamicro vs Il-Kummissjoni

52

2018/C 142/71

Kawża T-81/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – Barata vs Il-Parlament

53

2018/C 142/72

Kawża T-93/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – International Skating Union vs Il-Kummissjoni

55

2018/C 142/73

Kawża T-95/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 – Gollnisch vs Il-Parlament

55

2018/C 142/74

Kawża T-104/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA

57

2018/C 142/75

Kawża T-106/18: Rikors ippreżentat fit-20 ta’ Frar 2018 – Laverana vs EUIPO – Agroecopark (VERA GREEN)

58

2018/C 142/76

Kawża T-117/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (200 PANORAMICZNYCH)

58

2018/C 142/77

Kawża T-118/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (300 PANORAMICZNYCH)

59

2018/C 142/78

Kawża T-119/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (400 PANORAMICZNYCH)

60

2018/C 142/79

Kawża T-120/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (500 PANORAMICZNYCH)

61

2018/C 142/80

Kawża T-121/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (1000 PANORAMICZNYCH)

62

2018/C 142/81

Kawża T-122/18: Rikors ippreżentat fi 27 ta Frar 2018 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Shimano Europe (PRO)

63

2018/C 142/82

Kawża T-123/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Bayer Intellectual Property vs EUIPO (rappreżentazzjoni ta’ qalb)

64

2018/C 142/83

Kawża T-126/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Van Haren Schoenen vs Il-Kummissjoni

65

2018/C 142/84

Kawża T-127/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Cortina u FLA Europe vs Il-Kummissjoni

66

2018/C 142/85

Kawża T-133/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – IQ Group Holdings Berhad vs EUIPO – Krinner Innovation (Lumiqs)

66

2018/C 142/86

Kawża T-134/18: Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Marzu 2018 – Monster Energy vs EUIPO – Nordbrand Nordhausen (BALLER’S PUNCH)

67

2018/C 142/87

Kawża T-139/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2018 – Avio vs Il-Kummissjoni

68

2018/C 142/88

Kawża T-157/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Caprice Schuhproduktion vs Il-Kummissjoni

69


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 142/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 134, 16.4.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 123, 9.4.2018

ĠU C 112, 26.3.2018

ĠU C 104, 19.3.2018

ĠU C 94, 12.3.2018

ĠU C 83, 5.3.2018

ĠU C 72, 26.2.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas

(Kawża C-64/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 19(1) TUE - Rimedji ġudizzjarji - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Indipendenza ġudizzjarja - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali - Miżuri ta’ awsterità baġitarja))

(2018/C 142/02)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Associação Sindical dos Juízes Portugueses

Konvenut: Tribunal de Contas

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju tal-indipendenza tal-imħallfin ma jipprekludix l-applikazzjoni fuq il-membri tat-Tribunal de Contas (il-Qorti tal-Awdituri, il-Portugall) miżuri ġenerali ta’ tnaqqis ta’ pagi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, marbuta ma’ restrizzjonijiet li jeliminaw defiċit baġitarju eċċessiv u programm ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 156, 02.05.2016


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: Western Sahara Campaign UK vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs

(Kawża C-266/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk fis-settur tas-sajd - Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd previsti minn dan il-ftehim - Atti li japprovaw il-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll - Regolamenti li jallokaw l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll bejn l-Istati Membri - Ġurisdizzjoni - Interpretazzjoni - Validità fid-dawl tal-Artikolu 3(5) TUE u tad-dritt internazzjonali - Applikabbiltà tal-imsemmi ftehim u tal-imsemmi protokoll għat-territorju tas-Saħara tal-Punent u għall-ibħra li jmissu magħha))

(2018/C 142/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: Western Sahara Campaign UK,

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs

Fil-preżenza ta’: Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural (Comader)

Dispożittiv

Peress li la l-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, u lanqas il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, ma japplikaw għall-ibħra li jmissu mat-territorju tas-Saħara tal-Punent, l-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma żvela l-ebda element ta’ natura tali li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta’ dan il-ftehim, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/785/UE tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni ta’ dan il-protokoll u tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1270/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt l-imsemmi protokoll, fid-dawl tal-Artikolu 3(5) TUE.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO) vs Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor

(Kawża C-297/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-prattikanti veterinarji biss id-dritt għall-bejgħ bl-imnut u għall-użu tal-prodotti organiċi, tal-prodotti kontra l-parassiti kif ukoll tal-prodotti mediċinali veterinarji - Libertà ta’ stabbiliment - Rekwiżit li l-kapital tal-istabbilimenti li jbigħu bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jkun miżmum biss minn prattikanti veterinarji - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Proporzjonalità))

(2018/C 142/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO)

Konvenuta: Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, favur prattikanti veterinarji, esklużività tal-kummerċ bl-imnut u tal-użu ta’ prodotti organiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju.

2)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi li l-kapital azzjonarju tal-istabbilimenti li jikkummerċjalizzaw bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jinżamm esklużivament minn prattikant veterinarju wieħed jew iktar.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 – Il-Kumissjoni Ewropea vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd

(Kawża C-301/16 P) (1)

((Appell - Politika kummerċjali - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(7)(b) u (ċ) - Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Kunċett ta’ “distorsjoni sinjifikattiva miġrura mis-sistema ekonomika ta’ qabel li ma kinitx tas-suq”, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) - Vantaġġi fiskali))

(2018/C 142/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd (rappreżentanti: Y. Melin u V. Akritidis, avocats)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (rappreżentanti: A. Bochon, avocat u R. MacLean, solicitor)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Marzu 2016, Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni (T-586/14, EU:T:2016:154), hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

(Kawża C-307/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 131 - Artikolu 146(1)(b) - Artikolu 147 - Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni - Artikolu 273 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-benefiċċju tal-eżenzjoni kemm għall-fatt li twettaq dħul mill-bejgħ għal ammont minimu, kemm għall-fatt li ġie konkluż kuntratt ma’ operatur awtorizzat li jwettaq ir-rimbors tal-VAT lill-vjaġġaturi))

(2018/C 142/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stanisław Pieńkowski

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

Dispożittiv

L-Artikolu 131, l-Artikolu 146(1)(b), kif ukoll l-Artikoli 147 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest ta’ kunsinna għall-esportazzjoni ta’ oġġetti li ser jinġarru fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi, il-bejjiegħ suġġett għat-taxxa għandu jkun għamel dħul mill-bejgħ għal ammont minimu matul is-sena fiskali preċedenti, jew dan tal-aħħar għandu jkun ikkonkluda kuntratt ma’ operatur awtorizzat sabiex jipproċedi għar-rimborsi ta’ taxxa fuq il-valur miżjud lill-vjaġġaturi, meta unikament in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandu bħala konsegwenza li jiġi miċħud definittivament mill-eżenzjoni ta’ din il-kunsinna.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs Nidera BV

(Kawża C-387/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Artikolu 183 - Rimbors tal-eċċess tal-VAT - Rimbors tardiv - Ammont tal-interessi moratorji dovuti skont l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali - Tnaqqis ta’ dan l-ammont għal raġunijiet mhux imputabbli lill-persuna taxxabbli - Ammissibbiltà - Newtralità fiskali - Ċertezza legali))

(2018/C 142/07)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Konvenuta: Nidera BV

fil-preżenza ta’: Vilniaus apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

Dispożittiv

L-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-tnaqqis tal-ammont tal-interessi normalment dovuti skont l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali dwar eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud li ma ġiex irrimborsat fit-termini, għal raġunijiet marbutin ma’ ċirkustanzi mhux imputabbli lill-persuna taxxabbli, bħall-importanza tal-ammont ta’ dawn l-interessi meta mqabbla mal-ammont tal-eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-perijodu li matulu l-ħlas żejjed ma ġiex irrimborsat u r-raġunijiet għal dan id-dewmien, kif ukoll it-telf effettivament imġarrab mill-persuna taxxabbli.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 – Ice Mountain Ibiza, SL vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawżi magħquda C-412/16 u C-413/16 P) (1)

((“Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade marks figurattivi ocean beach club ibiza u ocean ibiza - Trade marks figurattivi preċedenti nazzjonali OC ocean club u OC ocean club Ibiza - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni))

(2018/C 142/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ice Mountain Ibiza, SL (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u F. Miazzetto, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u D. Botis, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Ice Mountain Ibiza SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 13.02.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 – mobile.de GmbH, li kienet mobile.international GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Rezon OOD

(Kawża C-418/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 15(1) - Artikolu 57(2) u (3) - Artikolu 64 - Artikolu 76(2) - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 22(2) - Regola 40(6) - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażati fuq trade mark nazzjonali preċedenti - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Prova - Ċaħda tat-talbiet - Teħid inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ta’ provi ġodda - Annullament tad-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO - Każ mibgħut lura - Konsegwenzi))

(2018/C 142/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: mobile.de GmbH, li kienet mobile.international GmbH (rappreżentant: T. Lührig, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent), Rezon OOD (rappreżentant: P. Kanchev, advokat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

mobile.de GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ Rezon ODD.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – “ZPT” AD vs Narodno sabranie na Republika Bulgaria, Varhoven administrativen sad, Natsionalna agentsia za prihodite

(Kawża C-518/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Regolament (KE) Nru 1998/2006 - Artikolu 35 TFUE - Għajnuna de minimis fil-forma ta’ vantaġġ fiskali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-benefiċċju ta’ dan il-vantaġġ fiskali l-investimenti fil-manifattura ta’ prodotti intiżi għall-esportazzjoni))

(2018/C 142/10)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“ZPT” AD

Konvenuti: Narodno sabranie na Republika Bulgaria, Varhoven administrativen sad, Natsionalna agentsia za prihodite

Dispożittiv

1)

L-eżami tat-tielet parti tat-tielet domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli [107 u 108 TFUE] dwar l-għajnuna de minimis.

2)

L-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament Nru 1998/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jeskludu mill-benefiċċju ta’ vantaġġ fiskali li jikkostitwixxi għajnuna de minimis l-investimenti f’assi allokati għal attivitajiet marbuta mal-esportazzjoni.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – MA.T.I. SUD SpA vs Centostazioni SpA (C-523/16), Duemme SGR SpA vs Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR) (C-536/16)

(Kawżi Magħquda C-523/16 u C-536/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 51 - Regolarizzazzjoni - Direttiva 2004/17/KE - Kjarifika tal-offerti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-regolarizzazzjoni mill-offerenti tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja - Prinċipji relatati mal-għoti tal-kuntratti pubbliċi - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

(2018/C 142/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MA.T.I. SUD SpA (C-523/16), Duemme SGR SpA (C-536/16)

Fil-preżenza ta’: China Taiping Insurance Co. Ltd (C-523/16)

Konvenuti: Centostazioni SpA (C-523/16), Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR) (C-536/16)

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], il-prinċipji dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, li fosthom jinsabu l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala regola, leġiżlazzjoni nazzjonali milli tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preparazzjoni tal-fajl, li b’applikazzjoni tagħha l-awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, tistieden lil kull offerent li l-offerta tiegħu hija vvizzjata b’irregolaritajiet sostanzjali, fis-sens tal-imsemmija leġiżlazzjoni, jirregolarizza l-offerta tiegħu, taħt riżerva ta’ ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja, sakemm l-ammont ta’ din is-sanzjoni jibqa’ konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina.

Min-naħa l-oħra, dawn l-istess dispożizzjonijiet u prinċipji għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preprazzjoni tal-fajl li b’applikazzjoni tiegħu l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn offerent, permezz tal-ħlas minn dan tal-aħħar ta’ sanzjoni pekunjarja, li jirrimedja għall-assenza ta’ dokument li, skont id-dispożizzjonijiet espressi tad-dokumenti tal-kuntratt, għandhom iwasslu għall-esklużjoni tiegħu, jew li jelimina l-irregolaritajiet li jaffettwaw l-offerta tiegħu b’mod li l-korrezzjonijiet jew modifiki li jsiru jkunu jixbhu ħafna l-preżentazzjoni ta’ offerta ġdida.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – kawża mressqa minn Doris Margret Lisette Mahnkopf

(Kawża C-558/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Suċċessjonijiet u ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni - Kamp ta’ applikazzjoni - Possibbiltà li jiġi indikat is-sehem tal-konjuġi superstiti fiċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni))

(2018/C 142/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Doris Margret Lisette Mahnkopf

Konvenut: Sven Mahnkopf

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 650/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, meta jmut wieħed mill-konjuġi, diviżjoni fissa tal-akkwisti bl-inkrementazzjoni tas-sehem tas-suċċessjoni tal-konjuġi superstiti taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-577/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gass serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(1) - Anness I - Attivitajiet suġġetti għas-sistema ta’ skambju - Produzzjoni ta’ polimeri - Użu ta’ sħana fornuta minn installazzjoni terza - Talba għal allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas - Perijodu 2013-2020))

(2018/C 142/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 għandha tiġi interpretata fis-sens li installazzjoni tal-produzzjoni ta’ polimeri, b’mod partikolari ta’ polikarbonat, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tixtri s-sħana neċessarja għall-finijiet ta’ din il-produzzjoni mingħand installazzjoni terza, ma taqax taħt is-sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gass serra stabbilita minn din id-direttiva, peress li ma tiġġenerax emissjonijiet diretti ta’ CO2.


(1)  ĠU C 63, 27.02.2017


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Imofloresmira – Investimentos Imobiliários SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-672/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva tal-VAT - Eżenzjoni tal-operazzjonijiet ta’ lokazzjoni u ta’ kiri ta’ proprjetajiet immobbli - Dritt ta’ għażla favur persuni taxxabbli - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Użu għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati tal-persuna taxxabbli - Aġġustament tat-tnaqqis magħmul inizjalment - Inammissibbiltà))

(2018/C 142/14)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Imofloresmira – Investimentos Imobiliários SA

Konvenuti: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikoli 167, 168, 184, 185 u 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-aġġustament tat-taxxa fuq il-valur miżjud inizjalment imnaqqsa għar-raġuni li proprjetà immobbli, li għaliha ġie eżerċitat id-dritt ta’ għażla għat-tassazzjoni, hija meqjusa li ma għadhiex użata mill-persuna taxxabbli għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha stess, meta din il-proprjetà immobbli baqgħet vakanti għal iktar minn sentejn, anki jekk huwa ppruvat li l-persuna taxxabbli fittxet li tikriha matul dan il-perijodu.


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Sporting Odds Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítása

(Kawża C-3/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu provduti servizzi - Artikolu 56 TFUE - Artikolu 4(3) TUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Restrizzjonijiet - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Sfruttament ta’ ċertu logħob tal-ażżard mill-Istat - Esklużività - Sistema ta’ konċessjoni għal forom oħra ta’ logħob - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni - Sanzjoni amministrattiva)

(2018/C 142/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sporting Odds Limited

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítása

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, sistema doppja ta’ organizzazzjoni tas-suq tal-logħob tal-ażżard li fil-kuntest tagħha ċerti tipi ta’ dan il-logħob jaqgħu taħt is-sistema ta’ monopolju statali, filwaqt li oħrajn jaqgħu taħt is-sistema tal-konċessjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard, kemm il-darba l-qorti tar-rinviju tistabbilixxi li l-leġiżlazzjoni li tillimita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tfittex li tilħaq effettivament, b’mod koerenti u sistematiku, l-għanijiet invokati mill-Istat Membru kkonċernat.

2)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard onlajn huwa esklużivament irriżervat għall-operaturi ta’ logħob tal-ażżard li għandhom konċessjoni għal każino li jinsab fit-territorju nazzjonali, sa fejn din ir-regola ma tikkostitwixxix rekwiżit indispensabbli għall-ilħuq tal-għanijiet imfittxija u sa fejn jeżistu miżuri inqas restrittivi għall-ilħuq ta’ tali għanijiet.

3)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard onlajn, kemm il-darba din tinkludi regoli diskriminatorji fir-rigward tal-operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħra jew meta din tipprevedi regoli nondiskriminatorji, iżda li jiġu applikati b’mod mhux trasparenti jew implementati b’mod li jipprekludi jew li jagħmel iktar diffiċli l-kandidatura ta’ ċerti offerenti stabbiliti fi Stati Membri oħra.

4)

L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 4(3) TUE, moqrija flimkien mal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tipprevedix l-eżami ex officio tan-natura proporzjonali tal-miżuri li jillimitaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE, u li tqiegħed l-oneru tal-prova fuq il-partijiet fil-proċedura.

5)

L-Artikolu 56 TFUE, moqri flimkien mal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa Stat Membru li implementa leġiżlazzjoni restrittiva li għandu jipprovdi l-provi intiżi li juru l-eżistenza ta’ għanijiet li jistgħu jiġġustifikaw ostakolu għal libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat FUE u l-proporzjonalità ta’ dan l-ostakolu, fin-nuqqas ta’ dan, il-qorti nazzjonali għandha tkunu tista’ tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minn tali nuqqas.

6)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jistax jiġi kkonstatat li Stat Membru ma osservax l-obbligu tiegħu li jiġġustifika miżura restrittiva minħabba l-fatt li huwa ma pprovdiex analiżi tal-effetti tal-imsemmija miżura fid-data tal-introduzzjoni tagħha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew fid-data ta’ meta l-qorti nazzjonali eżaminat tali miżuri.

7)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sanzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imposta minħabba l-ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard, fil-każ fejn jirriżulta li tali leġiżlazzjoni nazzjonali tmur kontra dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 112, 10.04.2017


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – kawża mressqa minn Maria Tirkkonen

(Kawża C-9/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi ta’ konsulenza agrikola - Eżistenza jew le ta’ kuntratt pubbliku - Sistema ta’ xiri ta’ servizzi li tikkonsisti fl-ammissjoni ta’ kull operatur ekonomiku li jissodisfa kundizzjonijiet prestabbiliti bħala fornitur - Sistema mhux miftuħa sussegwentement għal operaturi ekonomiċi oħra))

(2018/C 142/16)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Maria Tirkkonen

Fil-preżenza ta’: Maaseutuvirasto

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema ta’ konsulenza agrikola, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha entità pubblika taċċetta lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kapaċità elenkati mis-sejħa għal offerti u li għaddew mill-eżami msemmi f’din is-sejħa għal offerti ma tikkostitwixxix kuntratt pubbliku, fis-sens ta’ din id-direttiva, anki jekk operatur ġdid ma jkunx jista’ jiġi aċċettat matul il-validità limitata ta’ din is-sistema.


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Bremen – il-Ġermanja) – Hubertus John vs Freie Hansestadt Bremen

(Kawża C-46/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-klawżola 5 - Miżuri intiżi għall-prevenzjoni mill-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 6(1) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni skont l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-posponiment tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol stabbilita fl-età normali tal-irtirar minħabba l-ksib, mill-ħaddiem, tad-dritt għall-pensjoni tal-irtirar))

(2018/C 142/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hubertus John

Konvenuta: Freie Hansestadt Bremen

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li tissuġġetta il-posponiment tad-data ta’ tmiem tal-attività tal-ħaddiema li jkunu laħqu l-età legali sabiex jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar ma’ ftehim tal-persuna li timpjega mogħti għal perijodu determinat.

2)

Il-punt 1 tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li tippermetti lill-partijiet f’kuntratt ta’ xogħol jipposponu, bi ftehim komuni matul ir-relazzjoni ta’ impjieg, mingħajr limitu fiż-żmien u mingħajr ebda kundizzjoni oħra, u possibbilment diversi drabi, id-data tat-tmiem miftiehma marbuta ma’ meta tintlaħaq l-età normali tal-irtirar, u dan għas-sempliċi raġuni li, malli jilħaq l-età normali tal-irtirar, il-ħaddiem ikollu dritt għall-pensjoni tal-irtirar.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SC Petrotel-Lukoil SA, Maria Magdalena Georgescu vs Ministerul Economiei, Ministerul Energiei, Ministerul Finanţelor Publice

(Kawża C-76/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali - Artikolu 30 TFUE - Taxxa interna - Artikolu 110 TFUE - Taxxa applikata għall-prodotti petroliferi esportati - Nuqqas ta’ riperkussjoni tat-taxxa fuq il-konsumatur - Piż tat-taxxa sostnut mill-persuna taxxabbli - Rimbors tas-somom imħallsa mill-persuna taxxabbli))

(2018/C 142/18)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Petrotel-Lukoil SA, Maria Magdalena Georgescu

Konvenuti: Ministerul Economiei, Ministerul Energiei, Ministerul Finanţelor Publice

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 30 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna taxxabbli, li effettivament ħallset it-taxxa li għandha effett ekwivalenti u li tmur kontra dan l-artikolu, għandha tkun tista’ tikseb ir-rimbors tas-somom imħallsa minnha f’dan is-sens anki f’sitwazzjoni fejn il-mekkaniżmu ta’ ħlas tat-taxxa kien ikkonċepit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’tali mod li t-taxxa tgħaddi fuq il-konsumatur.


(1)  ĠU C 151, 15.05.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Comune di Castelbellino vs Regione Marche et

(Kawża C-117/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2011/92/UE - Artikolu 4(2) u (3) u Annessi I sa III - Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ xogħlijiet f’impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn bijogass mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Annullament - Regolarizzazzjoni a posteriori tal-awtorizzazzjoni abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġodda tad-dritt nazzjonali mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent))

(2018/C 142/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comune di Castelbellino

Konvenuti: Regione Marche, Ministero per i beni e le attività culturali, Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Regione Marche Servizio Infrastrutture Trasporti Energia – P.F. Rete Elettrica Regionale, Provincia di Ancona

fil-preżenza ta’: Società Agricola 4 C S.S.

Dispożittiv

Meta proġett għal żieda fil-qawwa ta’ impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ġiex suġġett għal eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li sussegwentement ġew iddikjarati inkompatibbli fuq dan il-punt mad-Direttiva 2011/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, id-dritt tal-Unjoni jeżiġi li l-Istati Membri jneħħu l-konsegwenzi illegali ta’ dan il-ksur u ma jipprekludix li dan l-impjant ikun is-suġġett, wara r-realizzazzjoni ta’ dan il-proġett, ta’ proċedura ġdida ta’ eżami mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-verifika tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva u, eventwalment, li jiġi suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, bil-kundizzjoni li r-regoli nazzjonali li jippermettu din ir-regolarizzazzjoni ma joffrux lill-persuni kkonċernati l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jonqsu milli japplikawhom. Hemm ukoll lok li l-effetti ambjentali li seħħew wara r-realizzazzjoni tal-proġett jittieħdu inkunsiderazzjoni. Dawn l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu, abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fid-data ta’ meta huma jintalbu jiddeċiedu, li tali evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma hijiex meħtieġa, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 221, 10.07.2017


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Maakohus – l-Estonja) – Collect Inkasso OÜ et vs Rain Aint et

(Kawża C-289/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati - Kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni - Standards minimi applikabbli għall-proċeduri relatati mad-debiti mhux ikkontestati - Drittijiet tad-debitur - Assenza ta’ riferiment għall-indirizz tal-istituzzjoni li lilha tista’ tiġi indirizzata kontestazzjoni tad-debitu jew li lilha jista’ jiġi ppreżentat appell mid-deċiżjoni))

(2018/C 142/20)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Maakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Collect Inkasso OÜ, ITM Inkasso OÜ, Bigbank AS

Konvenuti: Rain Aint, Lauri Palm, Raiko Oikimus, Egle Noor, Artjom Konjarov

Dispożittiv

L-Artikolu 17(a) u l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet [debiti] mhux kontestati, għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija mingħajr ma d-debitur ikun ġie informat dwar l-indirizz tal-qorti li lilha għandha tiġi indirizzata r-risposta, li quddiemha għandu jidher jew, skont il-każ, li quddiemha jista’ jiġi ppreżentat appell minn din id-deċiżjoni, ma tistax tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Liviu Petru Lupean, Oana Andreea Lupean vs SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA, permezz ta’ Sucursala SIBIU, SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA

(Kawża C-119/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 3(1), Artikolu 4(1) u (2), u Artikolu 5 - Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali - Kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija - Riskju tal-kambju jinġarr b’mod sħiħ mill-konsumatur - Żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt - Suġġett prinċipali tal-kuntratt ta’ self))

(2018/C 142/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Liviu Petru Lupean, Oana Andreea Lupean

Konvenuti: SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA, permezz ta’ Sucursala SIBIU, SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għall-kunċett tas-“suġġett prinċipali tal-kuntratt”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, klawżola mdaħħla f’kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija bejn negozjant u konsumatur mingħajr ma kienet is-suġġett ta’ negozjati individwali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema klawżola s-self għandu jiġi rrimborsat f’dik il-munita, peress li dik il-klawżola tistabbilixxi benefiċċju essenzjali li jikkaratterizza dak il-kuntratt.

2)

L-Artikoli 3 sa 5 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-klawżola ta’ kuntratt ta’ self, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-konsegwenza li r-riskju tal-kambju kollu huwa ttrasferit lil min jissellef, li ma hijiex abbozzata b’mod trasparenti, b’tali mod li min jissellef ma jistax jevalwa, fuq il-bażi ta’ kriterji sempliċi u ċari, il-konsegwenzi ekonomiċi tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, tista’ tiġi kkunsidrata bħala inġusta mill-qorti nazzjonali meta din teżamina din il-klawżola meta jiġi kkonstatat li, minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide, din il-klawżola toħloq żbilanċ sinjifikattiv, għad-detriment tal-konsumatur, bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt. F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, u waqt li tieħu kont b’mod partikolari tat-tagħrif espert u tal-konoxxenzi tan-negozjant fir-rigward tal-varjazzjonijiet possibbli tar-rati tal-kambju u r-riskji inerenti fit-teħid ta’ self f’munita barranija, fl-ewwel lok, l-inosservanza possibbli tar-rekwiżit ta’ bona fide u, fit-tieni lok, l-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv possibbli, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13.


(1)  ĠU C 178, 6.6.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – ERSTE Bank Hungary Zrt vs Orsolya Czakó

(Kawża C-126/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 4(2), Artikolu 5 u Artikolu 6(1) - Klawżoli li jiddefinixxu s-suġġett prinċipali tal-kuntratt - Kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija - Portata tal-kunċett “abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar” - Invalidità parzjali jew totali tal-kuntratt))

(2018/C 142/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ERSTE Bank Hungary Zrt

Konvenuta: Orsolya Czakó

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13/KEE tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jissodisfaw ir-rekwiżit li l-klawżoli kuntrattwali għandhom jiġu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank, fi Stat Membru, fejn is-somma ta’ flus li ser issir disponibbli għal dan il-konsumatur, espressa f’munita barranija bħala l-valuta tal-kont, iddefinita fir-rigward tal-valuta tal-pagament, hija indikata b’mod ċar. Sa fejn id-determinazzjoni ta’ din is-somma tiddependi fuq ir-rata tal-kambju fis-seħħ fid-data tar-rilaxx tal-fondi, dan ir-rekwiżit jeħtieġ li l-metodi ta’ kalkolu tas-somma effettivament mislufa kif ukoll ir-rata tal-kambju applikabbli jkunu trasparenti, sabiex konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, jista’ jevalwa, fuq il-bażi ta’ kriterji preċiżi u intelliġibbli, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw minn dan il-kuntratt, inkluż, b’mod partikolari, l-ispiża totali tas-self tiegħu.

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li qorti nazzjonali tikkonstata n-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix lil din il-qorti milli tiddikjara l-invalidità ta’ dan il-kuntratt kollu jekk dan ma jistax jibqa’ applikabbli wara t-tneħħija ta’ dawn il-klawżoli.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Manuela Maturi et vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma, Fondazione Teatro dell’Opera di Roma vs Manuela Maturi et (C-142/17), Catia Passeri vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma (C-143/17)

(Kawżi magħquda C-142/17 u C-143/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2006/54/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà temporanja għall-ħaddiema fil-qasam tal-ispettaklu li jkunu laħqu l-età tal-irtirar li jibqgħu attivi sal-età preċedentement prevista għad-dritt għall-pensjoni, stabbilita bħala 47 sena għan-nisa u 52 sena għall-irġiel))

(2018/C 142/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Manuela Maturi, Laura Di Segni, Isabella Lo Balbo, Maria Badini, Loredana Barbanera, Fondazione Teatro dell’Opera di Roma (C-142/17), Catia Passeri (C-143/17)

Konvenuti: Fondazione Teatro dell’Opera di Roma, Manuela Maturi, Laura Di Segni, Isabella Lo Balbo, Maria Badini, Loredana Barbanera, Luca Troiano, Mauro Murri (C-142/17), Fondazione Teatro dell’Opera di Roma (C-143/17)

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 3(7) tad-Digriet-Liġi Nru 64, tat-30 ta’ April 2010, ikkonvertit fil-Liġi Nru 100, tat-29 ta’ Ġunju 2010, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha l-ħaddiema impjegati bħala żeffiena, li jkunu laħqu l-età tal-irtirar stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni bħala 45 sena kemm għan-nisa u kif ukoll għall-irġiel, ikollhom il-possibbiltà li, matul perijodu tranżitorju ta’ sentejn, jagħmlu għażla li tippermettilhom li jkomplu bl-attività professjonali tagħhom sa l-età limitu sa meta jistgħu jibqgħu attivi prevista mil-leġiżlazzjoni li kienet fis-seħħ preċedentement, stabbilita bħala 47 sena għan-nisa u 52 sena għall-irġiel, tistabbilixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess ipprojbita minn din id-direttiva.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – GX vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-233/17 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura - Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva))

(2018/C 142/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: GX (rappreżentant: G.-M. Enache, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u P. Mihaylova, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

GX huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Frar 2018 – HB et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-336/17 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea “Ethics for Animals and Kids” - Protezzjoni tal-annimali mitlufin - Effetti psikoloġiċi fuq l-adulti u t-tfal - Rifjut ta’ reġistrazzjoni tal-inizjattiva minħabba nuqqas manifest tas-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea f’dan il-qasam - Regolament (UE) Nru 211/2011 - Artikolu 4(2)(b) - Artikolu 4(3)))

(2018/C 142/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: HB, Robert Coates Smith, Hans Joachim Richter, Carmen Arsene, Magdalena Anna Kuropatwinska, Christos Yiapanis, Nathalie Louise Klinge (rappreżentant: P. Brockmann, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud.

2.

HB, Robert Coates Smith, Hans Joachim Richter, Carmen Arsene, Magdalena Anna Kuropatwinska, Christos Yiapanis u Nathalie Louise Klinge, minn naħa, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C ##, ##.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/19


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 minn Isabel Martín Osete mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-427/16, Martin Osete vs EUIPO

(Kawża C-529/17 P)

(2018/C 142/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Isabel Martin Osete (rappreżentant: V. Wellen, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet mogħti fit-22 ta’ Frar 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/20


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2017 minn BMB sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-695/15 – BMB sp. z o.o. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-693/17 P)

(2018/C 142/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: BMB sp. z o.o. (rappreżentant: K. Czubkowski, radca prawny)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Ferrero SpA

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġernali (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-695/15, li ġiet innotifikata lill-appellanti fil-11 ta’ Ottubru 2017; u

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża R 1150/2012-3;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali jekk il-kawża ma tkunx fi stat li tiġi deċiża.

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, konformement mal-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura:

tikkundanna lil Ferrero SpA u lill-EUIPO għall-ispejjeż marbuta mal-appell preżenti; u

tikkundanna lil Ferrero SpA u lill-EUIPO għall-ispejjeż imġarrba mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali, u

tikkundanna lil Ferrero SpA għall-ispejjeż imġarrba quddiem l-EUIPO relatati mad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (1) minħabba żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni:

i.

sa fejn ir-rappreżentazzjoni grafika tat-trade mark preċedenti hija inkluża fid-disinn ikkontestat;

ii.

sa fejn it-trade mark preċedenti u d-disinn ikkontestat huma ferm simili; u

iii.

sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u d-disinn ikkontestat.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji flimkien mal-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi minħabba żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta l-Qorti Ġenerali kkonstatat li r-referenza mill-Bord tal-Appell għall-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (2), fil-punt 33 tad-deċiżjoni tiegħu, tikkostitwixxi sempliċi żball formali li ma kellux influwenza determinanti fuq l-eżitu tal-kawża u li ma huwiex neċessarju li tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 27, p. 142

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/21


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2017 minn Vassil Monev Valkov mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-27 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-558/17, Valkov vs Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-701/17 P)

(2018/C 142/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Vassil Monev Valkov (rappreżentant: K. Mladenova, адвокат)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Bulgarija

B’digriet mogħti fit-22 ta’ Frar 2018 il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-3 ta’ Jannar 2018 – Modesto Jardón Lama vs Instituto Nacional de la Seguridad Social, Tesorería General de la Seguridad Social

(Kawża C-7/18)

(2018/C 142/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Modesto Jardón Lama

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social u Tesorería General de la Seguridad Social

Domanda preliminari

L-Artikolu 48 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għal pensjoni tal-irtirar antiċipat, li l-ammont tal-pensjoni li għandha tiġi riċevuta għandu jkun ogħla mill-ammont minimu ta’ pensjoni li l-persuna kkonċernata jkollha dritt li tirċievi skont din l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali, meta l-kunċett ta’ “pensjoni li għandha tiġi riċevuta” jinftiehem bħala l-pensjoni effettiva li titħallas unikament mill-Istat Membru kompetenti (f’dan il-każ, Spanja), mingħajr ma tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-pensjoni effettiva li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tirċievi abbażi ta’ benefiċċji oħra tal-istess natura li jitħallsu minn Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra?


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/22


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2018 minn Marine Harvest ASA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-704/14, Marine Harvest ASA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-10/18 P)

(2018/C 142/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Marine Harvest ASA (rappreżentant: R. Subiotto QC)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, totalment jew parzjalment;

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 jew, alternattivament, tannulla l-multi imposti fuq l-appellanti skont id-deċiżjoni jew, alternattivament ukoll, tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq l-appellanti skont id-deċiżjoni;

Tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u oħrajn, kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali;

Skont il-bżonn, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

Tieħu kull miżura oħra li din il-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha xierqa.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tibbaża fuq żewġ aggravji.

1.

Permess tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi naqset milli tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1) (ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet) f’dan il-każ.

a.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “konċentrazzjoni waħda”, b’mod partikolari billi tiċħad il-Premessa 20 tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet bħala bażi għall-interpretazzjoni tar-rieda tal-leġiżlatur tal-UE li jitratta t-tranżazzjoni kollha “li jkunu relattati b’kundizzjoni”.

b.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi fl-interpretazzjoni tar-ratio tal-Artikolu 7(2) tar- Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet.

2.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta imponiet żewġ multi għall-istess aġir.

a.

Is-sentenza kisret il-prinċipju ta’ ne bis in idem billi mmultat lil Marine Harvest darbtejn talli akkwistat it-titlu għall-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ Malek ta’ 48,5 %: 10 miljun euro darba fuq il-bażi tal-Artikolu 14(2)(a) tar- Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet talli allegatament implimentat il-konċentrazzjoni qabel in-notifika (ksur allegat tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet) u 10 miljun euro oħra fuq il-bażi tal-Artikolu 14(2)(b) tar- Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet talli allegatament implimentat il-konċentrazzjoni qabel ma tkun ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni (ksur allegat tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet).

b.

Sussidjarjament, is-sentenza kisret il-prinċipju ta’ kumpens għaliex naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ewwel penalità meta ddeterminat it-tieni penalità.

c.

B’mod iktar sussidjarju, is-sentenza żbaljat fil-liġi billi naqset tapplika l-prinċipju ta’ offiżi konkorrenti: il-ksur allegat tal-obbligu ta’ notifika fl-Artikolu 4(1) kien l-offiża iktar speċifika u għalhekk assorbiet il-ksur allegat tal-obbligu ta’ waqfien fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet, li kienet l-offiża iktar ġenerali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Jannar 2018 – Sole-Mizo vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-13/18)

(2018/C 142/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sole-Mizo Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Ir-regoli tad-dritt Komunitarju, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem “id-Direttiva VAT”) (fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Artikolu 183 tagħha), u l-prinċipji ta’ effettività, ta’ effett dirett u ta’ ekwivalenza jipprekludu prassi interna ta’ Stat Membru fl-applikazzjoni tar-regoli rilevanti fil-qasam ta’ interessi moratorji, li bis-saħħa tagħha l-awtorità fiskali nazzjonali ma wettqitx ksur (nuqqas), jiġifieri li ma kienx hemm min-naħa tagħha dewmien ta’ ħlas fir-rigward tal-parti li ma tistax tinġabar tal-VAT fuq l-akkwisti mhux irregolati tal-persuni taxxabbli, għaliex, fiż-żmien fejn l-awtorità fiskali nazzjonali ħadet deċiżjoni, il-kundizzjoni tad-dritt nazzjonali li tmur kontra d-dritt Komunitarju kienet regola fis-seħħ u l-inkompatibbiltà ta’ din il-kundizzjoni mad-dritt Komunitarju ġiet ikkonstatata biss iktar tard mill-Qorti tal-Ġustizzja?

2)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT (fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 183 tagħha), il-prinċipju ta’ ekwivalenza, kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, jipprekludu prassi interna ta’ Stat Membru li, fl-applikazzjoni tar-regoli rilevanti fil-qasam ta’ interessi moratorji, jagħmel distinzjoni li tipprovdi li n-nuqqas ta’ rimbors tat-taxxa mill-awtorità fiskali jseħħ fl-osservanza tar-regoli tad-dritt nazzjonali fis-seħħ li jirriżultaw li jkunu kuntrarji għad-dritt Komunitarju jew li jiksruh, billi jidentifika, fir-rigward tar-rata ta’ interessi fuq il-VAT li ma tistax tinġabar f’terminu raġonevoli minħabba kundizzjoni ta’ dritt nazzjonali ġġudikata li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, żewġ perijodi distinti kkaratterizzati minn dan li

għall-ewwel perijodu – peress li l-leġiżlazzjoni Ungeriża li tmur kontra d-dritt Komunitarju kienet għadha fis-seħħ fiż-żmien u li, għaldaqstant, l-awtoritajiet fiskali Ungeriżi ma wettqux ksur billi ma awtorizzawx ir-rimbors f’terminu raġonevoli tal-VAT imsemmija fil-fatturi –, il-persuni taxxabbli setgħu jitolbu biss, abbażi ta’ interessi moratorji, interessi bir-rata bażika tal-Bank Ċentrali, filwaqt li,

għat-tieni perijodu, hemm lok li jitħallsu interessi bid-doppju tar-rata bażika tal-Bank Ċentrali meħuda bħala riferiment mid-dritt Ungeriż f’każ ta’ dewmien, iżda biss għall-ħlas tard tal-interessi moratorji kif huma kkalkolati għall-ewwel perijodu?

3)

L-Artikolu 183 tad-Direttiva VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju ta’ ekwivalenza jipprekludi prassi nazzjonali li bis-saħħa tagħha n-nuqqas tar-rimbors tal-VAT jagħti lok għal ħlas ta’ interessi mill-awtorità fiskali bis-sempliċi rata bażika tal-Bank Ċentrali f’każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda bid-doppju ta’ dik ir-rata f’każ ta’ ksur tad-dritt intern?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-17 ta’ Jannar 2018 – Cobra Servicios Auxiliares, S.A. vs FOGASA, José David Sánchez Iglesias e Incatema, S.L.

(Kawża C-29/18)

(2018/C 142/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cobra Servicios Auxiliares, S.A.

Konvenuti: FOGASA, José David Sánchez Iglesias e Incatema, S.L.

Domandi preliminari

1)

Il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat, li tinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bis-saħħa tal-istess ċirkustanzi fattwali (it-terminazzjoni tal-kuntratt bejn il-persuna li timpjega u impriża terza fuq rieda ta’ din tal-aħħar), tipprevedi allowance minuri minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien determinat għat-twettiq ta’ xogħlijiet jew servizz relatata mat-tul tat-terminu tal-kuntratt, bħal dik għat-terminazzjoni tal-kuntratti indefiniti ta’ ħaddiema paragunabbli, minħabba tkeċċija kollettiva ġġustifikata għal raġunijiet produttivi tal-impriża li jirriżultaw minn tmiem l-imsemmi kuntratt?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, in-nuqqas ta’ trattament ugwali tal-allowance minħabba terminazzjoni kuntrattwali ġġustifikata għal ċirkustanzi fattwali identiċi anki jekk abbażi ta’ raġunijiet ġuridiċi differenti, bejn ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat u ħaddiema b’kuntratt għal żmien indeterminat paragunabbli, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita fl-Artikolu 21 tal-Karta li tirriżulta kuntrarja għall-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni msemmija fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, li jiffurmaw parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-17 ta’ Jannar 2018 – Cobra Servicios Auxiliares, S.A. vs José Ramón Fiuza Asorey e Incatema, S.L.

(Kawża C-30/18)

(2018/C 142/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cobra Servicios Auxiliares, S.A.

Konvenuti: José Ramón Fiuza Asorey e Incatema, S.L.

Domandi preliminari

1)

Il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat, li tinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bis-saħħa tal-istess ċirkustanzi fattwali (it-terminazzjoni tal-kuntratt bejn il-persuna li timpjega u impriża terza fuq rieda ta’ din tal-aħħar), tipprevedi allowance minuri minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien determinat għat-twettiq ta’ xogħlijiet jew servizz relatat mat-tul tat-terminu tal-kuntratt, bħal dik għat-terminazzjoni tal-kuntratti indefiniti ta’ ħaddiema paragunabbli, minħabba tkeċċija kollettiva ġġustifikata għal raġunijiet produttivi tal-impriża li jirriżultaw minn tmiem l-imsemmi kuntratt?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, in-nuqqas ta’ trattament ugwali tal-allowance minħabba terminazzjoni kuntrattwali ġġustifikata għal ċirkustanzi fattwali identiċi anki jekk abbażi ta’ raġunijiet ġuridiċi differenti, bejn ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat u ħaddiema b’kuntratt għal żmien indeterminat paragunabbli, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita fl-Artikolu 21 tal-Karta li tirriżulta kuntrarja għall-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni msemmija fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, li jiffurmaw parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fid-19 ta’ Jannar 2018 – proċeduri kriminali kontra Massimo Gambino u Shpetim Hyka

(Kawża C-38/18)

(2018/C 142/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Akkużati

Massimo Gambino, Shpetim Hyka

Domanda preliminari

L-Artikoli 16, 18 u 20(b) tad-Direttiva 2012/29/UE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-vittma jkollha terġa’ tixhed f’seduta quddiem qorti b’kompożizzjoni ġdida meta waħda mill-partijiet fil-proċeduri tirrifjuta, skont l-Artikoli 511(2) u 525(2) tal-codice di procedura penale (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali) (kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita f’dan il-qasam), li tagħti l-kunsens tagħha sabiex jinqara l-proċess verbal tal-istqarrijiet li saru qabel mill-istess vittma fl-osservanza tal-kontradittorju quddiem qorti b’kompożizzjoni differenti fl-istess proċeduri?


(1)  Direttiva 2012/29/UE tal-Partlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU 2012, L 315, p. 57).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/26


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 minn il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fl-10 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-180/15, Icap plc et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-39/18 P)

(2018/C 142/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, V. Bottka, M. Farley, B. Mongin, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Icap plc, Icap Management Services Ltd, Icap New Zealand Ltd (ICAP)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza (punti 281 sa 299 u d-dispożittiv) sa fejn tannulla l-multi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad il-ħames u s-sitt motivi fir-rikors ta’ ICAP quddiem il-Qorti Ġenerali, fir-rigward tal-multi, u tistabilixxi l-multi xierqa fir-rigward ta’ ICAP billi tapplikal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha;

tikkundanna lil ICAP tbati l-ispejjeż kollha sostnuti matul dawn il-proċeduri u tirriforma l-ordni fir-rigward tal-ispejjeż fis-sentenza tal-ewwel istanza sabiex tirrifletti l-eżitu ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tibbaża l-appell tagħha fuq l-aggravju uniku segwenti:

Il-Kummissjoni tissottmetti fis-sentenza fil-Kawża T-180/15 Icap plc et vs Il-Kummissjoni, EU:T:2017:795, il-Qorti Ġenerali b’mod inkorrett applikat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-motivazzjoni neċessarja meta jiġu imposti multi. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali ma jsegwix is-sentenza ewlenija fil-Kawża C-194/14 P, AC Treuhand vs Il-Kummissjoni, EU:C:2015:717, punti 66 sa 68 u timponi obbligu iktar strett fuq il-Kummissjoni sabiex timmotiva f’iktar dettall il-metodoloġija użata fl-ikkalkular tal-multi imposti għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE, speċjalment meta tapplika l-punt 37 tal-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Multi. L-appell tal-Kummissjoni huwa intiż li jikkoreġi l-iżbalji serji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali, liema, fl-eventwalità li jiġu aċċettati, ikunu ta’ detriment għall-kapaċità tal-Kummissjoni li tiddetrmina multi adegwati sabiex jinkiseb effett detterenti. Dmir ta’ raġunament li jkun interpretat b’mod xieraq, li jikkorrispondi għar-rekwiżiti tal-ġurisprudenza msemmija fil-Kawża C-194/14 P, AC Treuhand, punt 68, huwa essenzjali sabiex jinkiseb dak il-għan. B’kuntrast ma’ dan, obbligu iktar strett ta’ motivazzjoni fuq il-multi, li jinkludi d-deliberazzjonijiet u l-kalkoli interni ta’ passi intermedji, għandu effett fuq il-marġini ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni fl-istabbiliment tal-multi, inkluż meta jibbaża ruħu fuq il-punt 37 tal-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Multi. Dan tal-aħħar kien speċifikament redatt sabiex jippermetti lill-Kummissjoni li tiddevja mil-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Multi f’każijiet atipiċi, bħal meta timponi multi fuq faċilitaturi. Kif ġie rrikonoxxut mill-qrati tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tippreżerva s-setgħat tagħha ta’ evalwazzjoni u ta’ diskrezzjoni fl-iffissar ta’ multi adegwati.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania (l-Italja) fit-22 ta’ Jannar 2018 – Meca Srl vs Comune di Napoli

(Kawża C-41/18)

(2018/C 142/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Campania

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Meca Srl

Konvenut: Comune di Napoli

Domandi preliminari

Il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, stabbiliti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u l-prinċipji derivanti minnhom, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-non-diskriminazzjoni, il-proporzjonalità u l-effettività, stabbiliti fid-Direttiva 2014/24/UE (1), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57(4)(c) u (g) tad-direttiva msemmija, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 80(5)(c) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016, li tgħid li l-preżentata ta’ rikors ġudizzjarju fir-rigward ta’ nuqqasijiet kbar li seħħew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku preċedenti, li wasslu għax-xoljiment antiċipat ta’ kuntratt pubbliku preċedenti, tipprekludi kull evalwazzjoni min-naħa tal-awtorità kontraenti fir-rigward tal-affidabbiltà tal-offerent, sakemm tingħata d-deċiżjoni definittiva fil-kawża ċivili, minkejja li l-impriża inkwistjoni ma tkunx ipprovat li adottat il-miżuri ta’ tqegħid f’konformità intiżi biex jiġi rimedjat il-ksur imsemmi u biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, pag. 65).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2018 – Cobra Servicios Auxiliares S.A. vs FOGASA, Jesús Valiño López e Incatema, S.L.

(Kawża C-44/18)

(2018/C 142/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cobra Servicios Auxiliares, S.A.

Konvenuti: FOGASA, Jesús Valiño López e Incatema, S.L.

Domandi preliminari

1)

Il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat, li tinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bis-saħħa tal-istess ċirkustanzi fattwali (it-terminazzjoni tal-kuntratt bejn il-persuna li timpjega u impriża terza fuq rieda ta’ din tal-aħħar), tipprevedi allowance minuri minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien determinat għat-twettiq ta’ xogħlijiet jew servizz relatat mat-tul tat-terminu tal-kuntratt, bħal dik għat-terminazzjoni tal-kuntratti indefiniti ta’ ħaddiema paragunabbli, minħabba tkeċċija kollettiva ġġustifikata għal raġunijiet produttivi tal-impriża li jirriżultaw minn tmiem l-imsemmi kuntratt?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, in-nuqqas ta’ trattament ugwali tal-allowance minħabba terminazzjoni kuntrattwali ġġustifikata għal ċirkustanzi fattwali identiċi anki jekk abbażi ta’ raġunijiet ġuridiċi differenti, bejn ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat u ħaddiema b’kuntratt għal żmien indeterminat paragunabbli, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita fl-Artikolu 21 tal-Karta li tirriżulta kuntrarja għall-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni msemmija fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, li jiffurmaw parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-25 ta’ Jannar 2018 – Caseificio Sociale San Rocco Soc. coop. arl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-46/18)

(2018/C 142/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caseificio Sociale San Rocco Soc. coop. arl, S.s. Franco e Maurizio Artuso, Sebastiano Bolzon, Claudio Matteazzi, Roberto Tellatin

Konvenuti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-kawża fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nrul-ineżistenza tal-obbligu tal-produtturi li jħallsu taxxa addizzjonali, jekk il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament jiġu sodisfatti?

2)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-kawża fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali tal-aspettativi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aspettattvi ta’ persuni li jkunu osservaw obbligu impost minn Stat Membru, u li jkunu bbenefikaw mill-effetti relatati mal-osservanza ta’ dan l-obbligu, ma jgawdux minn din il-protezzjoni meta l-imsemmi obbligu jirriżulta li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni?

3)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-kawża fuq il-mertu, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 (1) u l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prijorità” fid-dritt tal-Unjoni jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li, għall-Artikolu 2(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 157/2004, adottat mir-Repubblika Taljana, jipprevedi modalitajiet iddiferenzjati ta’ rimbors tat-taxxa addizzjonali impost b’mod eċċessiv, billi jiddistingwi, għall-finijiet ta’ skaletta u ta’ modalitajiet ta’ rimbors, bejn il-produtturi li jkunu qiesu lilhom infushom vinkolati minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirriżulta kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u dawk il-produtturi li ma jkunux osservaw din id-dispożizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ Jannar 2018 – Skarb Pánstwa Rzeczpospolitej Polskiej – Generalny Dyrektor Dróg Krajowych i Autostrad vs Stephan Riel, li jaġixxi bħala amministratur stralċjarju fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza kontra Alpine Bau GmbH

(Kawża C-47/18)

(2018/C 142/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skarb Pánstwa Rzeczpospolitej Polskiej – Generalny Dyrektor Dróg Krajowych i Autostrad

Konvenut: Stephan Riel, bħala amministratur stralċjarju fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza kontra Alpine Bau GmbH

Domandi preliminari

Domanda 1

L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ir-Regolament Brussell I bis) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ kreditu skont id-dritt Awstrijaku tikkonċerna l-insolvenza fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Brussell I bis u li hija, konsegwentement, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ dan ir-regolament?

Domanda 2a (unikament fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-Domanda 1)

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ir-Regolament Brussell I bis) għandu jiġi applikat b’analoġija għal azzjonijiet relatati li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000?

Domanda 2b (unikament fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda jew fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-Domanda 2a):

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ir-Regolament Brussell I bis) għandu jiġi interpretat fis-sens li talba li għandha l-istess suġġett u l-istess kawża titressaq bejn l-istess partijiet meta kreditur – ir-rikorrenti– , li jkun invoka kreditu identiku (essenzjalment) fil-proċedura ta’ insolvenza prinċipali Awstrijaka u fil-proċedura ta’ insolvenza sekondarja Pollakka, liema kreditu ġie kkontestat (essenzjalment) mill-amministraturi stralċjarji kkonċernati, jippreżenta, l-ewwel fil-Polonja kontra l-amministratur stralċjarju tal-proċedura sekondarja Pollakka, sussegwentement fl-Awstrija kontra l-amministratur stralċjarju tal-proċedura prinċipali – il-konvenut – azzjonijiet għal dikjarazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ċertu ammont?

Domanda 3a:

L-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun issodisfa r-rekwiżit relatat mal-indikazzjoni tan-“natura tat-talba, id-data li fiha din tkun saret u l-ammont tagħha” – bħal f’dan il-każ – il-kreditur li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru għajr l-Istat ta’ ftuħ tal-proċeduri – ir-rikorrenti –

a)

li jillimita ruħu, fid-dikjarazzjoni ta’ kreditu tiegħu fil-proċedura ta’ involvenza prinċipali, li jiddeskrivi l-kreditu billi jindika ammont konkret, iżda mhux id-data li fiha tnissel (billi juża pereżempju t-termini “kreditu tas-subappaltatur JSV Slawomir Kubica fir-rigward tal-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet fit-toroq”)

b)

u li, għalkemm ebda data ta’ tnissil tal-kreditu ma hija indikata fid-dikjarazzjoni stess, data ta’ tnissil tista’ madankollu tiġi dedotta mill-annessi mehmuża mad-dikjarazzjoni ta’ kreditu (pereżempju, abbażi tad-data li tidher fil-fattura prodotta)?

Domanda 3b:

L-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali iktar favorevoli, in concreto, lill-kreditur li jiddikjara li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru għajr l-Istat ta’ ftuħ tal-proċeduri – fir-rigward, pereżempju, tar-rekwiżit tal-indikazzjoni tad-data ta’ tnissil tal-kreditu?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Antonio Pasquale Mastromartino vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-53/18)

(2018/C 142/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Antonio Pasquale Mastromartino

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domandi preliminari

1)

Il-funzjoni tal-aġent marbut (tied agent) tidħol fl- armonizzazzjoni pprovduta mid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 (1), u għal liema aspetti?

2)

Regola nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 55(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (Test uniku tad-dispożizzjonijiet dwar l-intermedjazzjoni finanzjarja, skont l-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), u mill-emendi suċċessivi, kif ukoll mill-Artikolu 111(2) tad-deliberazzjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru 16190 tad-29 ta’ Ottubru 2007 (Regolament li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 dwar l-intermedjarji) tipprekludi l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004, u b’mod partikolari tal-Artikoli 8, 23 u 51 tagħha, kif ukoll tal-prinċipji u tar-regoli tat-Trattati dwar in-nondiskriminazzjoni, il-proporzjonalità, il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi u d-dritt ta’ stabbiliment, liema regola:

a)

tippermetti li jiġi pprojbit “diskrezzjonalment” l-eżerċizzju tal-attività ta’ “aġent marbut” (konsulent awtorizzat sabiex joffri servizzi barra mill-uffiċċji tal-impriża – ex promotur finanzjarju) fir-rigward ta’ fatti li ma jimplikawx it-telf ta’ reputazzjoni tajba, kif iddefinita mid-dritt intern, u li fl-istess ħin ma jirrigwardawx l-osservanza tar-regoli li jimplimentaw tad-Direttiva;

b)

tippermetti li jiġi pprojbit “diskrezzjonalment” u sa sena l-eżerċizzju tal-attività ta’ “aġent marbut” (konsulent awtorizzat sabiex joffri servizzi barra mill-uffiċċji tal-impriża – ex promotur finanzjarju) fi proċeduri intiżi li jipprevjenu l-“istrepitus” li jirriżulta mill-akkuża fi proċess kriminali li t-tul tiegħu huwa normalment ħafna iktar minn sena.


(1)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol 7, p. 263).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Cooperativa Animazione Valdocco S.C.S. Impresa Sociale Onlus vs Consorzio Intercomunale Servizi Sociali di Pinerolo, Azienda Sanitaria Locale To3 di Collegno e Pinerolo

(Kawża C-54/18)

(2018/C 142/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cooperativa Animazione Valdocco S.C.S. Impresa Sociale Onlus

Konvenuti: Consorzio Intercomunale Servizi Sociali di Pinerolo, Azienda Sanitaria Locale To3 di Collegno e Pinerolo

Domandi preliminari

1)

Il-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tad-drittijiet tad-difiża, ta’ smigħ xieraq u ta’ effettività sostanzjali tal-protezzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll l-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 89/665/KEE (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 120(2a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva, sa fejn din timponi fuq l-operatur offerent fi proċedura ta’ sejħa għal offerti li jippreżenta kull kontestazzjoni dwar l-ammissjoni jew l-assenza ta’ esklużjoni ta’ offerent ieħor f’terminu ta’ tletin jum minn meta tiġi kkomunikata d-deċiżjoni ta’ ammissjoni jew ta’ esklużjoni?

2)

Il-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tad-drittijiet tad-difiża, ta’ smigħ xieraq u ta’ effettività sostanzjali tal-protezzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll l-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 89/665/KEE, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 120(2a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva, sa fejn din tipprevedi li l-assenza ta’ kontestazzjoni preliminari tad-deċiżjonijiet ta’ ammissjoni fit-terminu msemmi iktar ’il fuq tipprekludi lill-operatur ekonomiku milli jinvoka, għall-finijiet tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, anki permess ta’ rikors inċidentali, l-illegalità tad-deċiżjonijiet ta’ ammissjoni ta’ offerenti oħra, b’mod partikolari tal-kontraent jew tar-rikorrent prinċipali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (l-Estonja) fil-31 ta’ Jannar 2018 – AS Tallinna Vesi vs Keskkonnaamet

(Kawża C-60/18)

(2018/C 142/42)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Tallinna Vesi

Konvenut: Keskkonnaamet

Intervenjent: Keskkonnaministeerium

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2008/98/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti att legali nazzjonali li jipprevedi li, fil-każ li ebda kriterju ma jkun ġie stabbilit fil-livell tal-Unjoni għad-determinazzjoni tat-tmiem tal-istatus ta’ skart fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ skart, it-tmiem tal-istatus ta’ skart jiddependi mill-eżistenza ta’ kriterji ddefiniti permezz ta’ att nazzjonali ta’ portata ġenerali fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ skart?

2.

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi tippermetti lil detentur ta’ skart, fil-każ li ebda kriterju ma jkun ġie stabbilit fil-livell tal-Unjoni għad-determinazzjoni tat-tmiem tal-istatus ta’ skart fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ skart, li jeżiġi l-konstatazzjoni tat-tmiem tal-istatus ta’ skart minn awtorità kompetenti jew minn qorti tal-Istat Membru skont il-ġurisprudenza applikabbli tal-Qorti tal-Ġustizzja, indipendentement mill-eżistenza ta’ kriterji ddefiniti permezz ta’ att nazzjonali ta’ portata ġenerali fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ skart?


(1)  ĠU 2008 L 312, p. 3.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja) fil-5 ta’ Frar 2018 – A Ltd

(Kawża C-74/18)

(2018/C 142/43)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A Ltd

Konvenut: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

1)

Fl-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 157(1) tad-Direttiva 2009/138/KE (1), moqri flimkien mal-punti 13 u 14 tal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, l-Istat Membru li għandu d-dritt li jiġbor it-taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni huwa l-Istat li fih hija stabbilita l-kumpannija (persuna ġuridika) li tkun iffirmat il-polza ta’ assigurazzjoni, jew l-Istat li fih hija stabbilita il-kumpannija li hija s-suġġett tal-akkwist tal-impriża, meta kumpannija ta’ assigurazzjoni li għandha s-sede tagħha fil-Gran Brittanja, mhux stabbilita fil-Finlandja, toffri assigurazzjoni li tkopri riskji relatati ma’ akkwist ta’ impriża

lil kumpannija mhux stabbilita fil-Finlandja, li, fil-kuntest tal-akkwist ta’ impriża, taġixxi inkwantu xerrej, fejn il-kumpannija immirata ta’ dan l-akkwist hija stabbilita fil-Finlandja,

lil kumpannija stabbilita fil-Finlandja, li, fil-kuntest tal-akkwist ta’ impriża, taġixxi inkwantu xerrej, fejn il-kumpannija immirata ta’ dan l-akkwist ma hijiex stabbilita fil-Finlandja,

lil kumpannija mhux stabbilita fil-Finlandja, li, fil-kuntest tal-akkwist ta’ impriża, taġixxi inkwantu bejjiegħ, fejn il-kumpannija immirata ta’ dan l-akkwist hija stabbilita fil-Finlandja,

lil kumpannija stabbilita fil-Finlandja, li, fil-kuntest tal-akkwist ta’ impriża, taġixxi inkwantu bejjiegħ, fejn il-kumpannija immirata ta’ dan l-akkwist ma hijiex stabbilita fil-Finlandja?

2)

Il-fatt li l-assigurazzjoni tkopri biss l-obbligi fiskali tal-kumpannija li rriżultaw qabel it-twettiq tal-akkwist ta’ impriża huwa rilevanti f’dan il-każ?

3)

Il-kwistjoni dwar jekk l-akkwist ta’ impriża jikkonċernax azzjonijiet jew fergħa minn attività tal-kumpannija immirata hija rilevanti f’dan il-każ?

4)

Fil-każ li fih l-akkwist ta’ impriża jikkonċerna azzjonijiet tal-kumpannija immirata, il-kwistjoni dwar jekk id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-bejjiegħ lix-xerrej jikkonċernawx unikament il-fatt li l-bejjiegħ huwa proprjetarju tal-azzjonijiet mibjugħa u li dawn ma humiex is-suġġett ta’ talbiet minn terzi hija rilevanti f’dan il-każ?


(1)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU 2009, L 335, p. 1).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-8 ta’ Frar 2018 – A vs Udlændinge- og Integrationsministeriet

(Kawża C-89/18)

(2018/C 142/44)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Udlændinge- og Integrationsministeriet

Domandi preliminari

1)

Fil-każ fejn “restrizzjonijiet ġodda” jkunu ġew introdotti għar-riunifikazzjoni tal-familja bejn il-konjuġi li prima facie jiksru l-klawżola ta’ sospensjoni stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 (Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni li twaqqfet bil-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat, fit-12 ta’ Settembru 1963), u meta dawn ir-restrizzjonijiet ikunu ġġustifikati abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ “integrazzjoni b’suċċess” irrikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fis-sentenza tagħha tat-12 ta’ April 2016 fil-Kawża C-561/14 Genc  (1), ara wkoll is-sentenza tal-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża C-138/13, Dogan, EU:C:2014:2066 (2), regola bħal dik inkluża fil-paragrafu 9(7) tal-liġi Daniża dwar il-barranin (Udlændingeloven) — li jistabbilixxi inter alia li hija kundizzjoni ġenerali għar-riunifikazzjoni tal-familja bejn persuna li hija ċittadina ta’ pajjiż terz u li għandha permess ta’ residenza fid-Danimarka u l-konjuġi ta’ din il-persuna, li r-rabta tal-koppja mad-Danimarka tkun ikbar minn dik mat-Turkija — tista’ tiġi kkunsidrata li hija “ġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali xierqa sabiex jiġi ggarantit it-twettiq tal-għan leġittimu mfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex tilħqu”?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, u għalhekk ir-rekwiżit ta’ rabta għandu jitqies ġeneralment xieraq sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq l-għan tal-integrazzjoni, huwa għalhekk possibbli, mingħajr ksur tat-test tar-restrizzjoni u r-rekwiżit ta’ proporzjonalità:

(i)

li tiġi applikata prassi li abbażi tagħha, meta l-konjuġi li jkollu permess ta’ residenza fl-Istat Membru (il-persuna ta’ referenza) ikun wasal fid-Danimarka fl-età ta’ 12-13 jew wara, fl-evalwazzjoni tar-rabta tal-persuna ta’ referenza mal-Istat Membru tingħata importanza sinjifikattiva lill-elementi segwenti: jekk il-persuna kellhiex jew perijodu fit-tul ta’ residenza legali ta’ madwar 12-il sena fl-Istat Membru jew kellhiex perijodu ta’ residenza u impjieg stabbli fl-Istat Membru kkaratterizzat minn kuntatt u komunikazzjoni ta’ livell sinjifikattiv mal-kollegi u klijenti fil-lingwa tal-Istat Membru, tul perijodu ta’ mill-inqas erba’ sa’ ħames snin mingħajr interruzzjonijiet sinjifikattivi, jew li kellha perijodu ta’ residenza u impjieg stabbli fl-Istat Membru li ma kienx ikkaratterizzat minn kuntatt u komunikazzjoni ta’ livell sinjifikattiv mal-kollegi u klijenti fil-lingwa tal-Istat Membru, tul perijodu ta’ mill-inqas seba’ sa’ tmien snin mingħajr interruzzjonijiet sinjifikattivi;

(ii)

li tiġi applikata prassi li abbażi tagħha l-fatt li l-persuna ta’ referenza tkun żammet rabtiet qawwija mal-pajjiż tagħha permezz ta’ żjarat ta’ spiss jew fit-tul jiġi kkunsidrat li ma jippermettix li l-kundizzjoni tar-rabtiet tiġi ssodisfatta filwaqt li żjarat fil-qosor għall-vaganzi jew għall-istudju ma jikkostitwixxux fatturi li jipprekludu l-għoti ta’ permess;

(iii)

li tiġi applikata prassi li abbażi tagħha l-hekk imsejħa sitwazzjoni ta’ “miżżewweġ, iddivorzjat u miżżewweġ mill-ġdid” tikkostitwixxi element li jipprekludi bi kbir li r-rekwiżit ta’ rabta jkun issodisfatt?


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ April 2016, ECLI:EU:C:2016:247

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2014, ECLI: EU:C:2014:2066


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/34


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-91/18)

(2018/C 142/45)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kyratsou u F. Tomat)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tiddikjara li billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni

i.

li tissuġġetta t-tsiroupo/tsikoudia (akwavit) prodotta minn “distillaturi permanenti” għal rata ta’ taxxa tas-sisa ta’ inqas ta’ 50 % għal taxxa tas-sisa nazzjonali normali filwaqt li x-xorb alkoħoliku importat minn Stati Membri oħra huwa suġġett għal rata normali ta’ taxxa tas-sisa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 19 u 21 u tal-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 92/83/KEE (1) kif ukoll tal-Artikolu 110 TFUE, u

ii.

li tissuġġetta t-tsiroupo/tsikoudia (akwavit) prodotta minn “distillaturi okkażjonali” għal rata tat-taxxa tas-sisa imnaqqsa iktar filwaqt li x-xorb alkoħoliku importat minn Stati Membri oħra huma suġġetti għal rata normali ta’ taxx tas-sisa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 19 u 21 u tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 92/83/KEE u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/84/KEE (2) kif ukoll tal-Artikolu 110 TFUE.

tikkundanna lil Ir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-24 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika Ellenika opinjoni motivata fejn indikat li, l-ewwel nett, billi ssuġġettat it-tsiroupo/tsikoudia (akwavit) prodotta minn “distillaturi permanenti” b’rata ta’ taxxa tas-sisa ta’ inqas minn 50 % għal rata ta’ taxxa tas-sisa nazzjonali normali filwaqt li x-xorb alkoħoliku importat minn Stati Membri oħra huwa suġġett għal rata normali ta’ taxxa tas-sisa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 19 u 21 u tal-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 92/83/KEE kif ukoll tal-Artikolu 110 TFUE, u li, it-tieni nett, billi tissuġġetta t-tsiroupo/tsikoudia (akwavit) prodotta mid-“distillaturi okkażjonali” għal rata ta’ taxxa tas-sisa imnaqqsa iktar, filwaqt li x-xorb alkoħoliku importat minn Stati Membri oħra huwa suġġett għal rata normali ta’ taxxa tas-sisa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 19 u 21 u tal-Artikolu 22(1) de tad-Direttiva 92/83/KEE u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/84/KEE kif ukoll tal-Artikolu 110 TFUE.

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku ma jipprevedux l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa għat-tsiroupo/tsikoudia. Barra minn hekk, l-impożizzjoni ta’ rata imnaqqsa iktar ta’ taxxa tas-sisa fuq it-tsiroupo/tsikoudia prodotta mid-distillaturi “okkażjonali” żgħar ma hijiex f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tad-Direttiva 92/83/KEE moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/84/KEE. Għalhekk, fir-rigward ta’ dik il-miżura l-leġiżlazzjoni Ellenika fis-seħħ tikser dawn id-direttivi. Fl-istess ħin, hija tmur kontra l-Artikolu 110(1) TFUE billi timponi taxxa ogħla fuq prodotti alkoħoliċi importati simili għal tsiroupo/tsikoudia kif ukoll l-Artikolu 110(2) TFUE billi tipproteġi indirettament it-tsiroupo/tsikoudia fil-konfront tax-xorb alkoħoliku l-ieħor prinċipalment importat minn Stati Membri l-oħra u li huma f’kompetizzjoni ma’ dan il-prodott lokali.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 213).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Klaus Manuel Maria Brisch

(Kawża C-102/18)

(2018/C 142/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Klaus Manuel Maria Brisch

Domandi preliminari

Meta ssir applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew għas-Suċċessjoni, fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 (1), l-użu tal-Formola IV (Anness 4), prevista fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 u stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2) tar-Regolament Nru 650/2012 (2), huwa obbligatorju jew sempliċement fakultattiv?


(1)  Regolament (UE) Nru 50/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU 2012, L 201, p. 107).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU 2014, L 359, p. 30).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-116/18)

(2018/C 142/47)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnadda, L. Nicolae u G. von Rintelen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Rumanija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi ma adottatx, sal-10 ta’ April 2016, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari, u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali miżuri lill-Kummissjoni, ir-Rumanija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 43(1) ta’ tali direttiva;

tikkundanna lir-Rumanija, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ multa ekwivalenti għal EUR 42 377,60 għal kull jum ta’ dewmien dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża odjerna, peress li naqset mill-obbligu li tikkomunika l-miżuri ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/26/UE;

tikkundanna lir-Rumanija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2014/26/UE, l-Istati Memrbi huma obbligati jadottaw u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari, u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ tali direttiva bejn l-10 ta’ April 2016, kif ukoll li jikkomunikaw tali miżuri lill-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma obbligati jadottaw il-miżuri neċessarji ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva fid-dritt intern fit-terminu stabbilit minn din tal-aħħar u li jikkomunikaw tali miżuri lill-Kummissjoni.

Barra minn dan, il-Kummissjoni tipproponi l-impożizzjoni fuq ir-Rumanija ta’ multa ekwivalenti għal EUR 42 377,60 għal kull jum ta’ dewmien dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża odjerna, peress li naqset mill-obbligu li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/26/UE. Il-portata ta’ tali multa ġiet stabbilita billi ttieħdu inkunsiderazzjoni l-gravità tal-ksur, it-tul tiegħu kif ukoll in-neċessità li jiġi żgurat effett dissważiv tal-multa, fuq il-bażi tal-kapaċità kontributtiva ta’ tali Stat Membru.

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fid-dritt intern skada fl-10 ta’ April 2016.


(1)  GU 2014 L 84, p. 72.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Frar 2018 – Vanessa Gambietz vs Erika Ziegler

(Kawża C-131/18)

(2018/C 142/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vanessa Gambietz

Konvenuta: Erika Ziegler

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-somma fissa ta’ EUR 40 msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dik id-direttiva għandha titnaqqas mill-ispejjeż legali esterni mġarrba b’konnessjoni mal-istruzzjoni li ngħatat minn avukat fil-fażi prekontenzjuża wara d-dewmien fil-ħlas min-naħa tad-debitur, u għalhekk huma rimborsabbli skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva?


(1)  ĠU 2011, L 48, p. 1.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/37


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 mir-River Kwai International Food Industry Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-460/14, Association européenne des transformateurs de maïs doux (AETMD) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-144/18 P)

(2018/C 142/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: River Kwai International Food Industry Co. Ltd (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Association européenne des transformateurs de maïs doux (AETMD), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 mogħtija fil-Kawża T-460/14, Association européenne des transformateurs de maïs doux (AETMD) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; u

tikkundanna lill-AETMD għall-ispejjeż tal-appellanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-460/14.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma vvizzjati minn diversi żbalji ta’ liġi kif ukoll minn żnaturament tal-fatti u tal-provi. Konsegwentement, l-appellanti titlob li s-sentenza appellata tiġi annullata.

L-appellanti tibbaża ruħha fuq tliet aggravji għall-annullament.

L-ewwel nett, l-assenza ta’ risposta, fis-sentenza appellata, għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors imqajma minn Kwai International Food Industry – inkluż fir-rigward tar-raba’ motiv – ippreġudikat id-drittijiet tad-difiża ta’ River Kwai International Food Industry quddiem il-Qorti Ġenerali. Is-sentenza appellata injorat l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbilità mqajma mill-appellanti mingħajr ma mmotivat id-deċiżjoni tagħha dwar dan il-punt.

It-tieni nett, billi kklassifikat il-kwistjoni tal-allokazzjoni tal-ispejjeż bħala kwistjoni marbuta mad-determinazzjoni tal-valur normali u konsegwentement, mal-kalkolu tal-marġni ta’dumping, u mhux bħala kwistjoni marbuta mal-eżistenza ta’ bidla fit-tul taċ-ċirkustanzi, is-sentenza appellata żnaturat il-provi. Ebda waħda mill-osservazzjonijiet magħmula mill-AETDM matul il-proċedura amministrattiva ma rabtet il-problema tal-allokazzjoni tal-ispejjeż mal-kalkolu tal-marġni tad-dumping.

Fl-aħħar nett, is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku (1), kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retreattività peress li d-dazju anti-dumping impost fuq l-appellanti huwa effettivament miżjud b’mod retroattiv minn 3,6 % għal 12,8 %.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51).


Il-Qorti Ġenerali

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Rose Vision vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-45/13 RENV u T-587/15) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM, sISI, 4NEM u SFERA - Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport finali ta’ awditu finanzjarju - Awditi finanzjarji li jikkonstataw irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-proġetti - Sospensjoni tal-ħlasijiet - Kunfidenzjalità tal-awditi finanzjarji - Eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rimbors tas-somom imħallsa - Dannu kkawżat permezz tal-inklużjoni fis-sistema ta’ twissija bikrija”))

(2018/C 142/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rose Vision, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: J.J. Marín López, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-45/13 RENV R. Lyal u M. Siekierzyńska, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat u fil-Kawża T-587/15 J. Estrada de Solà, P. Rosa Plaza u S. Delaude, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)

Suġġett

Fil-Kawża T-45/13 RENV, l-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat il-ksur tal-istipulazzjonijiet kuntrattwali applikabbli għall-proġett FutureNEM, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sosniet wara l-ksur ta’ dawn l-istipulazzjonijiet kuntrattwali mill-Kummissjoni, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatmament sostniet wara l-inklużjoni ta’ isimha fis-sistema ta’ twissija bikrija (STB) u, ir-raba’ nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fis-STB u, fil-Kawża T-587/15, l-ewwel nett, essenzjalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat il-ksur tal-istipulazzjonijiet kuntrattttwali applikabbli għall-proġetti FIRST, FutureNEM, sISI, 4NEM u SFERA, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma għandhiex tagħti lill-Kummissjoni l-ammont mitlub mingħandha, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sosniet wara l-ksur tal-istipulazzjonijiet kuntrattwali mill-Kummissjoni kif ukoll sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tal-ammonti dovuti għall-parteċipazzjoni tagħha f’dawn il-proġetti, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu sostnut wara l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fis-STB u, ir-raba’ nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5449 finali, tat-28 ta’ Lulju 2015, dwar l-irkupru ta’ ammont totali ta’ EUR 535 613,20, flimkien mal-interessi, dovuti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-45/13 RENV u T-587/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Rose Vision, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż, fir-rigward tal-Kawża T-45/13 RENV, dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-45/13, tal-proċedura ta’ appell fil-Kawża C-224/15 P u tal-proċedura ta’ rinviju.


(1)  ĠU C 178, 22.6.2013.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – Vakakis kai Synergates vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/15) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ammissibbiltà - Użu ħażin ta’ proċedura - Kunflitt ta’ interessi - Obbligu ta’ diliġenza - Telf ta’ opportunità”))

(2018/C 142/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vakakis kai Synergates – Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE Meleton, li kienet Vakakis International – Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Erlbacher u E. Georgieva, sussegwentement minn E. Georgieva u L. Baumgart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jingħata kumpens għad-dannu li allegatament sofriet ir-rikorrenti minħabba l-irregolarijiet imwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sejħa għal offerti “Tisħiħ tas-sistema tas-sigurtà tal-ikel fl-Albanija” (EuropeAid/129820/C/SER/AL).

Dispożittiv

1)

L-Unjoni Ewropea hija obbligata tikkumpensa għad-dannu li sofriet Vakakis kai Synergates – Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE Meleton fir-rigward tat-telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt “Tisħiħ tas-sistema tas-sigurtà tal-ikel fl-Albanija” (EuropeAid/129820/C/SER/AL) u għall-imposti u l-ispejjeż sostnuti fil-parteċipazzjoni f’din is-sejħa għal offerti.

2)

Il-kumpens imsemmi fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv għandu jiġi miżjud bl-interessi moratorji, li jibdew minn meta tingħata din is-sentenza u sal-ħlas sħiħ, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) gћall-operazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

4)

Il-partijiet għandhom jibagħtu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ tliet xhur mid-data meta tingħata din is-sentenza, l-ammont ta’ kumpens ikkwantifikat, stabbilit bi ftehim bejniethom.

5)

Fin-nuqqas ta’ ftehim, il-partijiet għandhom jibagħtu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom ikkwantifikati.

6)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/15) (1)

((“FEŻR - Rifjut li tikkonferma għajnuna finanzjarja għal proġett maġġuri - L-ewwel paragrafu (g) tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Ġustifikazzjoni tal-parteċipazzjoni pubblika - Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 - Terminu li skada”))

(2018/C 142/52)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, D. Recchia u M. Siekierzyńska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2015) 2230, tal-31 ta’ Marzu 2015, li rrifjutat li tikkonferma lir-Repubblika tal-Polonja għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-proġett maġġuri “Ħolqien ta’ Servizzi Innovattivi fiċ-Ċentru ta’ Servizzi Maqsuma IBM fi Wrocław”, fil-kuntest tal-Assi Prioritarju Nru 4 tal-programm operazzjonali “Ekonomija Innovattiva”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/15) (1)

((FEŻR - Rifjut li tiġi kkonfermata kontribuzzjoni finanzjarja għal proġett kbir - Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ proġett kbir għat-twettiq tal-għanijiet tal-programm operazzjonali - Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 - Skadenza tat-terminu))

(2018/C 142/53)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u M. Siekierzyńska, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3228 finali, tal-11 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta l-konferma lir-Repubblika tal-Polonja ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew għal żvilupp reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir “Ċentru Ewropew ta’ servizzi komuni – Sistemi loġistiċi intelliġenti” fil-kuntest tal-assi prijoritarju Nru 4 tal-programm operazzjonali “Ekonomija innovanti”,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 21.09.2015.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna)

(Kawża T-85/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbuna - Raġuni relattiva għal rifjut - Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”])

(2018/C 142/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Fowler u I. Junkar, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każ R 3106/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas u Shoe Branding Europe.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Shoe Branding Europe BVBA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-140/16) (1)

((“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Żball ta’ fatt - Ugwaljanza fit-trattament))

(2018/C 142/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: inizjalment M. Ceccaldi u J. P. Le Moigne, sussegwentement M. Ceccaldi, fl-aħħar F. Wagner, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tad-29 ta’ Jannar 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 320 026,23 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relatata magħha tal-4 ta’ Frar 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Marie Le Pen huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Altunis vs EUIPO – Hotel Cipriani (CIPRIANI)

(Kawża T-438/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali CIPRIANI - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HOTEL CIPRIANI - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 142/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Altunis-Trading, Gestão e Serviços, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia u G. Sironi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hotel Cipriani Srl (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment P. Cantrill, solicitor, u B. Brandreth, barrister, sussegwentement B. Brandreth, A. Poulter u P. Brownlow, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1889/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hotel Cipriani u Altunis-Trading, Gestão e Serviços.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Altunis-Trading, Gestão e Serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/44


tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/16) (1)

([“FAEG - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - L-għajnuna skont l-erja - Spejjeż imwettqa mill-Portugall - Aspettattivi leġittimi - Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Proporzjonalità”])

(2018/C 142/57)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u P. Estêvão, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka, aġent, assistit minn M. Marques Mendes u A. Dias Henriques, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059 tal-20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 173, p. 59), sa fejn tikkonċerna r-Repubblika Portugiża.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Gollnisch vs il-Parlament

(Kawża T-624/16) (1)

((“Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati fil-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ ammoni mħallsa indebitament - Kompetenza tas-segretarju ġenerali - Electa una via - Drittijiet tad-difiża - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Drittijiet politiċi - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter - Indipendenza tad-deputati - Żball fattwali - Proporzjonalità”))

(2018/C 142/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Fakiroff, sussegwentement minn F. Wagner, avukati)

Konvenut: il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament tal-1 ta’ Lulju 2016 dwar l-irkupru mingħad ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 275 984,23 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu marbuta magħha tal-5 ta’ Lulju 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Bruno Gollnisch għandu jbati kemm l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbun)

(Kawża T-629/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbun - Raġuni relattiva għal rifjut - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 142/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u A. Söder, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Fowler u I. Junkar, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 597/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas u Shoe Branding Europe.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Shoe Branding Europe BVBA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Cinkciarz.pl vs EUIPO (€$)

(Kawża T-665/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea €$ - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 142/60)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2086/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal €$ bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2086/2015-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – Paulini vs BĊE

(Kawża T-764/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances - Legalità tal-linji gwida - Metodu ta’kalkolu - Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard - Teħid inkunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ rappreżentant tal-persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”))

(2018/C 142/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jörn Paulini (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u M. Vandenbussche, sussegwentement minn L. Levi u A. Tymen u finalment minn L. Levi, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. von Lindeiner u D. Camilleri Podestà, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE, ikkomunikata lir-rikorrent fil-15 ta’ Diċembru 2015 u emendata fl-10 ta’ Frar 2016, dwar ir-reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances għall-2015, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sostna insegwitu għal din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jörn Paulini għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – dm-drogerie markt vs EUIPO – Digital Print Group O. Schimek (Foto Paradies)

(Kawża T-843/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Foto Paradies - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 142/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Strack u O. Bludovsky, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, R. Manea u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Digital Print Group O. Schimek GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Petri u M. Gilch, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPI tal-15 ta’ Settembru 2016 (R 1194/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Digital Print Group O. Schimek u dm-drogerie markt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Fertisac vs ECHA

(Kawża T-855/16) (1)

((“REACH - Tariffa dovuta għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-SMEs - Verifika mill-ECHA tad-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Deċiżjoni li timponi dritt amministrattiv - Rakkommandazzjoni 2003/361/KE - Qbiż tal-limiti massimi finanzjarji - Kunċett ta’ ‘impriża relatata’”))

(2018/C 142/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fertisac, SL (Atarfe, Spanja) (rappreżentant: J. Gomez Rodriguez, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: E. Maurage, J.-P. Trnka u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux u L. Tosoni, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SME(2016) 5150 tal-ECHA, tal-15 ta’ Novembru 2016, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mit-tnaqqis ta’ tariffa previst għall-impriżi ta’ daqs medju u li timponi fuqha l-ħlas ta’ dritt amministrattiv, kif ukoll tal-fatturi Nru 10060160 u Nru 10060161 maħruġa mill-ECHA u annessi mad-Deċiżjoni SME(2016) 5150.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fertisac, SL hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Equivalenza Manufactory vs EUIPO – ITM Entreprises (BLACK LABEL BY EQUIVALENZA)

(Kawża T-6/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjon Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BLACK LABEL BY EQUIVALENZA - Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti LABELL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 142/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Equivalenza Manufactory, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u M. del Mar Baldares, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: ITM Entreprises SAS (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 690/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ITM Entreprises u Equivalenza Manufactory.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 690/2016-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Equivalenza Manufactory, SL matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Recordati Orphan Drugs vs EUIPO – Laboratorios Normon (NORMOSANG)

(Kawża T-103/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NORMOSANG - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NORMON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Regola 19(2)(a)(ii) u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saru l-Artikolu 7(2)(a)(ii) u l-Artikolu 8(1) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430)”))

(2018/C 142/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Recordati Orphan Drugs (Puteaux, Franza) (rappreżentant: J. Quirin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Normon, SA (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentant: I. Gonzalez-Mogena Gonzalez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2016 (Każ R 831/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Normon u Recordati Orphan Drugs.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Recordati Orphan Drugs hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Marzu 2018 – Claro Sol Cleaning vs EUIPO – Solemo (Claro Sol Facility Services desde 1972)

(Kawża T-159/17) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Claro Sol Facility Services desde 1972 - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 142/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Claro Sol Cleaning, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Solemo Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: M. Müller u A. Fottner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 478/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Solemo u Claro Sol Cleaning.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 478/2016-1) hija annullata.

2)

Solemo Oy għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Claro Sol Cleaning, SLU.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Rstudio vs EUIPO – Embarcadero Technologies (RSTUDIO)

(Kawża T-230/17) (1)

((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali RSTUDIO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ER/STUDIO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001)”))

(2018/C 142/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rstudio, Inc. (Boston, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, u G. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Embarcadero Technologies, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 (Każ R 493/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Embarcadero Technologies u Rstudio.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rstudio, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 6.6.2017.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/51


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – La Marchesiana vs EUIPO – Marchesi Angelo (MARCHESI)

(Kawża T-35/18)

(2018/C 142/68)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: La Marchesiana Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi, F. Santonocito, A. Sobol, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marchesi Angelo Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni MARCHESI kkostitwita minn seba’ daqqiet ta’ pinzell bil-kuluri oranġjo, blu, isfar, aħmar, aħdar, iswed u vjola – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 187 159

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1753/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad fl-intier tagħha t-talba ta’ Angelo Marchesi għall-kanċellazzjoni tat-trade mark EU’159 minħabba nuqqas ta’ użu;

tikkonstata u tiddikjara, b’riforma tad-deċiżjoni kkontestata, li t-trade mark EU’159 kienet suġġetta għal użu ġenwin matul il-perijodu ta’ riferiment fi ħdan l-Unjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 58(1) tar-Regolament dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, għall-prodotti jew servizzi fil-klassijiet 8 (utensili u strumenti mħaddma manwalment, b’mod partikolari utensili tal-kċina), 16 (karti, kartun, materjal stampat, kotba, magazins, materjal għall-artisti, kartolerija, materjal għat-tagħlim), 21 (utensili u kontenituri għall-użu fid-dar jew fil-kċina, borom, platti, tazzi, oġġetti tal-ħġieġ, porċellana u fuħħar), 29 (oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, frott u ħaxix ippriżervat, imnixxef u msajjar; ġèli, ġammijiet, komposti; bajd, ħalib u prodotti tal-ħalib; żjut u xaħmijiet li jittieklu), 30 (kafè u sostituti għall-kafè, tè, kawkaw, zokkor, ross, dqiq, ħobż, għaġin, pastry, ġelati, addittivi biex itejbu t-togħma tal-ikel), 33 (xorb alkoħoliku), kif ukoll għall-prodotti jew servizzi fil-klassijiet 30 (kafè), 41 (attivitajiet tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ, korsijiet ta’ taħriġ) u 43 (catering, servizzi offruti minn impriżi li jipprovdu ikel u xorb lest għall-konsum iddistribwit minn bars, ristoranti, self-service, canteens);

sussidjarjament, u b’riforma parzjali tad-deċiżjoni kkontestata, tiċħad it-talba avversarja ta’ kanċellazzjoni minħabba nuqqas ta’ użu tat-trade mark EU’159 fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet classes 30 (kafè), 41 (attivitajiet tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ, korsijiet ta’ taħriġ) u 43 (catering, servizzi offruti minn impriżi li jipprovdu ikel u xorb lest għall-konsum iddistribwit minn bars, ristoranti, self-service, canteens);

tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u taż-żewġ istanzi preċedenti.

Motivi invokati

Evalwazzjoni żbaljata tal-provi tal-użu fis-sens tal-Artikolu 58(1)(a) u tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 2017/1001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/52


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Autoridad Portuaria de Vigo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/18)

(2018/C 142/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Autoridad Portuaria de Vigo (Vigo, Spanja) (rappreżentant: J. Costas Alonso, avukat)9

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiżgura li l-Kummissjoni, bħala gwardjan tat-Trattati, tosserva l-obbligu tagħha li tiżgura l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni mill-Istati Membri kollha billi taġixxi sabiex tiġi ggarantita applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni marbuta mal-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali provenjenti minn pajjiżi terzi fl-Istati Membri kollha u billi tarmonizza r-regoli li jirregolaw dawn il-kontrolli;

b’mod partikolari, tordna lid-direttorat ġenerali “Saħħa u sigurtà tal-ikel” tal-Kummissjoni jwettaq analiżi komparattiv dwar l-applikazzjoni tal-korp leġiżlattiv tal-Unjoni li jirregola l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali provenjenti minn pajjiżi terzi fil-portijiet ta’ Vigo u ta’ Leixões (il-Portugall).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni diverġenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd iffriżati u mkessħin minn pajjiżi li jifformawx parti mill-Unjoni tmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni u ta’ kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, liema ksur iwassal finalment għal distorsjoni tas-suq intern.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-portijiet jaqdu funzjoni essenzjali fit-trasport tal-merkanzija u b’mod speċjali fir-rigward tal-importanzzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd, li 76 % minnhom jiġu żbarkati f’portijiet.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/52


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Alfamicro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/18)

(2018/C 142/70)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Alfamicro – Sistema de Computadores – Sociedade Unipessoal, Lda (Cascais, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio u D. Pirra Xarepe, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara n-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2017) 8839 finali tat-13 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ħlas ta’ dejn, sa fejn tirrigwarda n-nota ta’ debitu Nru 3241507078, minn naħa, u tannulla l-imsemmija deċiżjoni fir-rigward tal-kumplament, min-naħa l-oħra;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin tal-poter mill-Kummissjoni, fir-rigward tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità, sa fejn hija ssostitwixxiet id-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali, tal-14 ta’ Novembru 2017, fil-Kawża T-831/14, li fiha din tal-aħħar iffissat il-kreditu tal-Unjoni fir-rigward ta’ dejn speċifiku, ma’ deċiżjoni ta’ kontenut differenti, li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv, fir-rigward tal-istess dejn, bi ksur tal-Artikolu 19 TUE, u tal-Artikolu 272 TFUE;

2.

It-tieni motiv, fir-rigward tat-talba għal annullament, ibbażat fuq:

nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni llimitat ruħha sabiex tiddikjara li ġew ikkonstatati ċerti żbalji ta’ natura sistematika fil-verifiki finanzjarji mwettqa taħt il-ftehim li kien is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr, madankollu ma spjegat f’xiex jikkonsistu dawn l-iżbalji.

ksur tal-liġi, sa fejn billi applikat awtomatikament il-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja mwettqa fl-ambitu ta’ relazzjoni kuntrattwali għal relazzjonijiet kuntrattwali oħra, il-Kummissjoni kisret it-tieni paragrafu tal-Artikolu 135(5) tar-Regolament Nru 966/2012 (1), kif ukoll prinċipju fundamentali tal-kuntratti amministrattivi, b’mod ġenerali, u tal-kuntratti pubbliċi, b’mod partikolari, jiġifieri, tal-invjolabbiltà tal-klawżola ta’ remunerazzjoni.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/53


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – Barata vs Il-Parlament

(Kawża T-81/18)

(2018/C 142/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Joao Miguel Barata (Evere, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

bħala kwistjoni preliminari, fejn ikun xieraq, tiddikjara l-invalidità u l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal f’din il-proċedura taħt l-Artikolu 277 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2017 tal-Parlament Ewropew, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2017;

tannulla, it-tieni nett, id-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Marzu 2017 tad-Direttur tal-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani li ma jinkludux lir-rikorrent fl-abbozz tal-lista tal-uffiċjali magħżula għall-programm ta’ taħriġ taħt il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tal-2016, u li jiċħdu t-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid taħt l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla, it-tielet nett, id-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2016 tal-Parlament Ewropew li tinnotifika lir-rikorrent bir-riżultati tiegħu u li ma tinkludihx fil-lista tal-uffiċjali magħżula għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tal-2016;

tannulla, ir-raba’ nett, id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2017 li tinforma lir-rikorrent li huwa ġie kklassifikat bħala s-36 minn 87 applikazzjoni għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tal-2016, bir-riżultat li ismu ma jidhirx fl-abbozz tal-lista rilevanti;

tannulla, il-ħames nett, id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tiċħad li teżamina mill-ġdid l-evalwazzjoni u l-punteġġ tar-rikorrent u li teskludih mill-imsemmija proċedura ta’ ċertifikazzjoni;

tannulla, is-sitt nett, l-avviż ta’ kompetizzjoni interna 2016/014 tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2016;

tannulla, fl-aħħar nett, kollu kemm hu, l-abbozz tal-lista tal-Parlament Ewropew tal-uffiċjali magħżula biex jieħdu sehem fl-imsemmi programm ta’ taħriġ;

tagħti lir-rikorrenti d-danni fl-ammont ta’ EUR 50 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-ksur tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatti u dokumenti rilevanti, il-ksur tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, barra minn hekk, eċċezzjoni ta’ illegalità u inapplikabbiltà relatata mal-allegata illegalità u inapplikabbiltà tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-inkompetenza, il-ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni u tal-Artikolu 30 tar-Regolamenti tal-Persunal flimkien mal-Anness III ta’ dawn ir-regolamenti kif ukoll tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u l-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tar-Regolament Nru 1/58 (1), il-ksur tal-Artikoli 1d u 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, u l-ksur tal-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III ta’ dawn ir-regolamenti u ksur ieħor tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni.


(1)  Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/55


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – International Skating Union vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/18)

(2018/C 142/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Skating Union (Lausanne, l-Isvizzera) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ AT.40208 – International Skating Union’s Eligibility rules, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq raġunament ivvizzjat minn kontradizzjoni fundamentali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regoli ta’ eliġibbiltà tar-rikorrenti ma għandhomx l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regoli ta’ eliġibbiltà tar-rikorrenti ma għandhomx l-effett li jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tar-rikorrenti li ma tapprovax l-avveniment Icederby ta’ Dubai tal-2014 taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE minħabba li din id-deċiżjoni segwiet għan leġittimu skont il-kodiċi ta’ etika tar-rikorrenti li jipprojbixxi kull forma ta’ sostenn għal-logħob tal-ażżard.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li, fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni tar-rikorrenti li ma tapprovax l-avveniment Icederby ta’ Dubai tal-2014 taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Artikolu 101 TFUE.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bażi tal-affermazzjoni li r-regoli tal-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport isaħħu l-allegati restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni eċċediet il-poteri tagħha meta imponiet fuq ir-rikorrenti rimedji li ma għandhom l-ebda relazzjoni ma’ konstatazzjoni ta’ ksur.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bażi legali valida għall-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità perijodiċi.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/55


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 – Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-95/18)

(2018/C 142/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew bid-data tat-23 ta’ Ottubru 2017, bir-referenza PE 610.437/BUR/Decision, kif innotifikata bl-ittra tal-President tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Diċembru bir-referenza D 318700 u li tiċħad l-ilment ta’ B. Gollnisch fl-appell tal-Kwesturi kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni kollha tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew bid-data tal-1 ta’ Lulju 2016, innotifikata fis-6, li tirrigwarda “ammont ta’ EUR 275 984,23 li kien tħallas indebitament favur Bruno Gollnisch” u li tordna lill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti u lill-kontabilist tal-istituzzjoni biex jirkupraw din is-somma;

tannulla n-notifika u l-miżuri ta’ implimentazzjoni kollha tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq, inklużi fl-ittra tad-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tas-6 ta’ Lulju 2016, ref. D 201920;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-914 fl-intier tagħha ffirmata mill-istess direttur ġenerali tal-finanzi fid-data tal-5 ta’ Lulju 2016;

tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50 000 b’kumpens tad-dannu morali li jirriżulta kemm mill-akkużi infondati esposti qabel il-konklużjoni tal-inkjesta, kemm mill-ħsara li saret għar-reputazzjoni tiegħu, kif ukoll mill-problemi kbar ħafna fil-ħajja personali u politika tiegħu li kienu l-konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata, u mis-somma kunsiderevoli ta’ xogħol li ġie kostrett jiddedika lil dawn il-proċeduri;

tħallas lilu ukoll is-somma ta’ EUR 28 000 bħala spejjeż li ġew sostnuti għas-servizz tal-konsulenza legali, għall-preparazzjoni ta’ dan ir-rikors u għall-fotokopjar u għall-preżentata tal-imsemmi rikors u tad-dokumenti annessi;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi diretti speċifikament kontra d-deċiżjoni tal-Bureau.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq diversi ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali li l-konvenut wettaq matul l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Skont ir-rikorrent, il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt tar-rikorrent li jara l-kawża tiegħu mismugħa minn qorti imparzjali. Il-konvenut kiser ukoll id-drittijiet tiegħu tad-difiża. Sussegwentement id-deċiżjoni kkontestata tibbaża fuq dikjarazzjoni mhux eżatta tar-rappreżentat tal-Kwesturi u r-raġuni tiegħu ma hijiex suffiċjenti, sa fejn hija ma tirrispondix għal diversi lmenti mqajjma mir-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żnaturament tal-fatti li wassal għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrent iqajjem ukoll il-motivi li ressaq kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali argumentati quddiem il-Bureau tal-Parlament, sa fejn dan tal-aħħar żamm id-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni b’mod korrett l-argumenti imressqa mir-rikorrent.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw l-adozzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, relatati man-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tas-Segretarju Ġenerali, mal-ksur tad-drittijiet tad-difiża, mal-inverżjoni tal-oneru tal-prova, man-nuqqas ta’ suffiċjenza ta’ motivazzjoni, kif ukoll mal-preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq preġudizzju għad-drittijiet ċiviċi tal-assistenti parlamentarji, tat-trattament diskriminatorju implimentat kontra r-rikorrent, ta’ użu ħażin ta’ poter, ta’ preġudizzju għall-indipendenza tad-deputati u ta’ ksur tar-rwol tal-assistenti parlamentarji lokali, kif ukoll ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/57


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA

(Kawża T-104/18)

(2018/C 142/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fundación Tecnalia Research & Innovation (Donostia-San Sebastián, Spanja) (rappreżentanti: P. Palacios Pesquera u M. Rius Coma, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors flimkien mal-motivi li jinsabu fih;

tilqa’ l-motivi invokati f’dan ir-rikors u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li ma għandhomx jiħallsu lura l-ammonti li jikkorrispondu għall-kompiti eżegwiti minn TECNALIA;

tikkundanna lir-REA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni ta’ kontenzjuż dwar proċedura ta’ rkupru finanzjarju fir-rigward tal-proġett FP7-SME-2013-605879-FOODWATCH grant agreement. Id-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-ftehim ta’ sussidju tal-proġett FoodWatch hija dovuta għall-allegat nuqqas ta’ informazzjoni mogħtija lill-konvenuta dwar l-eżistenza ta’ proġett BreadGuard, li, fil-fehma tar-REA, kien simili ħafna għall-proġett FoodWatch fir-rigward tal-għanijiet, il-metodoloġija ta’ ħidma u r-riżultati mistennija.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi li jiskaġunaw evidenzjati minn TECNALIA waqt il-proċedura kontenzjuża ta’ investigazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-kontenut tal-Anness II tal-Grant Agreement tal-proġett FoodWatch, inkwantu l-konvenuta ma kkomunikatx l-identità tal-esperti indipendenti li ssottoskrivew ir-rapporti tal-esperti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, fejn b’hekk TECNICALIA ġiet prekluża milli toġġezzjona kontriha.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ tort inkwantu l-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-livell ta’ parteċipazzjoni ta’ TECNALIA fit-twettiq tal-fatti allegati.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ legalità, fid-dawl tal-eżekuzzjoni korretta tal-proġetti u l-assenza ta’ ksur jew nuqqas ta’ twettiq tal-impenji ssottoskritti min-naħa ta’ TECNALIA.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi ma ttiħidx inkunsiderazzjoni l-livell ta’ ħtija ta’ kull wieħed mill-parteċipanti fl-aġir allegat.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/58


Rikors ippreżentat fit-20 ta’ Frar 2018 – Laverana vs EUIPO – Agroecopark (VERA GREEN)

(Kawża T-106/18)

(2018/C 142/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co.KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u R. Drozdz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agroecopark (Majadahonda, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VERA GREEN” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 068 646

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 982/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/58


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (200 PANORAMICZNYCH)

(Kawża T-117/18)

(2018/C 142/76)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: C. Rogula, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “200 PANORAMICZNYCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 299 688

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 2194/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell billi tilqa’ l-appell tar-rikorrenti u tirreġistra t-trade mark “200 PANORAMICZNYCH” peress li s-sinjal verbali “200 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “200 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli;

sussidjarjament,

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell u timponi lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“EUIPO”) li jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewopea għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “200 PANORAMICZNYCH”, bl-applikazzjoni Nru 015299688, b’mod partikolari sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet eżistenti u jiddetermina li s-sinjal verbali “200 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni assoluta għar-rifjut tar-reġistrazzjoni;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “200 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli;.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 2017/1001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/59


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (300 PANORAMICZNYCH)

(Kawża T-118/18)

(2018/C 142/77)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: C. Rogula, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “300 PANORAMICZNYCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 299 696

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 2195/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell billi tilqa’ l-appell tar-rikorrenti u tirreġistra t-trade mark “300 PANORAMICZNYCH” peress li s-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli;

sussidjarjament,

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell u timponi lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“EUIPO”) li jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewopea għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH”, bl-applikazzjoni Nru 015299696, b’mod partikolari sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet eżistenti u jiddetermina li s-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni assoluta għar-rifjut tar-reġistrazzjoni;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 2017/1001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/60


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (400 PANORAMICZNYCH)

(Kawża T-119/18)

(2018/C 142/78)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: C. Rogula, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “400 PANORAMICZNYCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 299 704

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 2200/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell billi tilqa’ l-appell tar-rikorrenti u tirreġistra t-trade mark “400 PANORAMICZNYCH” peress li s-sinjal verbali “400 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “400 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli;

sussidjarjament,

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell u timponi lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“EUIPO”) li jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewopea għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “400 PANORAMICZNYCH”, bl-applikazzjoni Nru 015299704, b’mod partikolari sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet eżistenti u jiddetermina li s-sinjal verbali “400 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni assoluta għar-rifjut tar-reġistrazzjoni;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “400 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 2017/1001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/61


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (500 PANORAMICZNYCH)

(Kawża T-120/18)

(2018/C 142/79)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: C. Rogula, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “500 PANORAMICZNYCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 299 712

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 2201/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell billi tilqa’ l-appell tar-rikorrenti u tirreġistra t-trade mark “500 PANORAMICZNYCH” peress li s-sinjal verbali “500 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “500 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli;

sussidjarjament,

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell u timponi lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“EUIPO”) li jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewopea għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “500 PANORAMICZNYCH”, bl-applikazzjoni Nru 015299712, b’mod partikolari sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet eżistenti u jiddetermina li s-sinjal verbali “500 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni assoluta għar-rifjut tar-reġistrazzjoni;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “500 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 2017/1001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/62


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (1000 PANORAMICZNYCH)

(Kawża T-121/18)

(2018/C 142/80)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: C. Rogula, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “1000 PANORAMICZNYCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 299 671

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 2208/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell billi tilqa’ l-appell tar-rikorrenti u tirreġistra t-trade mark “1000 PANORAMICZNYCH” peress li s-sinjal verbali “1000 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “1000 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli;

sussidjarjament,

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell u timponi lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“EUIPO”) li jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewopea għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “1000 PANORAMICZNYCH”, bl-applikazzjoni Nru 015299671, b’mod partikolari sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet eżistenti u jiddetermina li s-sinjal verbali “1000 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni assoluta għar-rifjut tar-reġistrazzjoni;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “1000 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 2017/1001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/63


Rikors ippreżentat fi 27 ta Frar 2018 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Shimano Europe (PRO)

(Kawża T-122/18)

(2018/C 142/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Berger u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shimano Europe BV (Nunspeet, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “PRO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 468 904

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1332/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal oppożizzjoni Nru 002654773, imressqa kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 468 904;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, u

tikkundanna lil Shimano Europe BV għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/64


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Bayer Intellectual Property vs EUIPO (rappreżentazzjoni ta’ qalb)

(Kawża T-123/18)

(2018/C 142/82)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer Intellectual Property GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni (rappreżentazzjoni ta’ qalb) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 701 568

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 145/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/65


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Van Haren Schoenen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/18)

(2018/C 142/83)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: van Haren Schoenen BV (Waalwijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens, A. Willems u M. Meulenbelt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE minħabba l-assenza ta’ bażi legali tar-regolament ikkontestat u, sussidjarjament, fuq ksur tal-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali sanċit fl-Artikolu 13(2) TUE.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 226 TFUE, minħabba n-nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74).

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (1) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali fl-istabbiliment ta’ dazji antidumping fuq merkanzija li tiġi rilaxxata għal ċirkulazzjoni libera.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1036 sa fejn id-dazji antidumping ġew stabbiliti mingħajr evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tqis li, fi kwalunkwe każ, hija manifestament żbaljata d-deċiżjoni li l-istabbiliment ta’ dazji antidumping kien fl-interess tal-Unjoni.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, sa fejn ġie adottat att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq l-għan tiegħu.


(1)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (GU 2016, L 176, p. 21).


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/66


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Cortina u FLA Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-127/18)

(2018/C 142/84)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Cortina (Oudenaarde, il-Belġju) u FLA Europe (Oudenaarde) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens u A. Willems, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ir-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE minħabba l-assenza ta’ bażi legal tar-regolament ikkontestat u, sussidjarjament, fuq ksur tal-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali sanċit fl-Artikolu 13(2) TUE.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 226 TFUE, minħabba n-nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74).

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, sa fejn ġie adottat att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq l-għan tiegħu.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/66


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – IQ Group Holdings Berhad vs EUIPO – Krinner Innovation (Lumiqs)

(Kawża T-133/18)

(2018/C 142/85)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IQ Group Holdings Berhad (Heckmondwike, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Carter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Krinner Innovation GmbH (Straßkirchen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea Lumiqs – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 220 053 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 983/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza lir-rikorrenti tipproċedi bir-reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti kkontestati kif emendata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2017/1001


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/67


Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Marzu 2018 – Monster Energy vs EUIPO – Nordbrand Nordhausen (BALLER’S PUNCH)

(Kawża T-134/18)

(2018/C 142/86)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nordbrand Nordhausen GmbH (Nordhausen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “BALLER’S PUNCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 823 306

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 998/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-13 ta’ Marzu 2017 fl-Oppożizzjoni B002643172;

tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-oppożizzjoni għall-oġġetti kollha koperti bl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/2001.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/68


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2018 – Avio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-139/18)

(2018/C 142/87)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Avio SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

fil-mertu, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2016 C(2016) 4621 finali li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (Każ M.7724 – ASL/Arianespace)

bħala miżura istruttoria, tordna lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 88, 89 u 91(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tinkludi fil-proċess id-dokumenti msemmija fit-Taqsima III tar-rikors;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2016 C(2016) 4621 finali li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (Każ M.7724 – ASL/Arianespace) ppubblikata fil-verżjoni tagħha mhux kunfidenzjali fil-11 ta’ Diċembru 2017.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq nuqqas ta’ istruzzjoni u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni, li ma analizzatx debitament ir-riskju ta’ esklużjoni tal-kompetituri tas-suq tal-lanċaturi operati minn Arianespace, fir-rigward b’mod partikolari tal-kapaċità, tal-inċentivi u tal-effetti antikompetittivi;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni, li ma talbitx impenji fir-rigward tas-suq tal-lanċaturi operati minn Arianespace, fid-dawl b’mod partikolari tar-riskji ta’ kompetizzjoni marbutin mal-kunflitt ta’ interess fi Arianespace u tar-riskji ta’ tibdil ta’ informazzjoni sensittiva fi Arianespace u ASL.


23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/69


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Caprice Schuhproduktion vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-157/18)

(2018/C 142/88)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Caprice Schuhproduktion GmbH u Co. KG. (Pirmasens, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens u A. Willems, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ir-rikors ammissibbli;

tannulla ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi. Il-motivi invokati huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-127/18, Cortina u FLA Europe vs Il-Kummissjoni.