|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 139/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 139/02 |
||
|
2018/C 139/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8838 — Kerry Group/Korys Investments/Proparent) ( 1 ) |
|
|
2018/C 139/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ Nru M.8330 — Maersk Line/HSDG) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2018/C 139/05 |
||
|
2018/C 139/06 |
||
|
2018/C 139/07 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 139/08 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2018/C 139/09 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 139/10 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ April 2018
dwar il-pjan ta’ modifika għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-Faċilità tal-Ħżin Temporanju permezz ta’ Kaxxa Awtoprotetta f’Sellafield, fir-Renju Unit
(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(2018/C 139/01)
Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li trid titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).
Fil-5 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet Dejta Ġenerali mingħand il-Gvern tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom, dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li joriġina mill-Faċilità tal-Ħżin Temporanju permezz ta’ Kaxxa Awtoprotetta f’Sellafield.
Abbażi ta’ din id-dejta u tal-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni fl-14 ta’ Novembru 2017 u li ngħatat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fil-15 ta’ Jannar 2018, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
|
1. |
Id-distanza mis-sit għall-eqreb fruntiera ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ l-Irlanda, hija ta’ 180 km. |
|
2. |
Fil-kundizzjonijiet operazzjonali normali, l-iskariku ta’ effluwenti gassużi radjuattivi mhux qed jitqies li jista’ jikkawża l-esponiment sinifikanti tal-popolazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tal-limiti tad-doża stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (3). Fil-kundizzjonijiet operazzjonali normali, il-faċilità ma tirrilaxxax effluwenti likwidi radjuattivi. |
|
3. |
L-iskart radjuattiv solidu sekondarju se jiġi ttrasferit lejn il-faċilitajiet ta’ trattament u kundizzjonament fuq il-post. L-iskart kundizzjonat ta’ livell baxx se jintbagħat lejn il-faċilità liċenzjata tar-rimi ta’ Drigg, li tinsab fil-viċin. |
|
4. |
F’każ li jkun hemm rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza. |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li joriġina mill-Faċilità tal-Ħżin Temporanju permezz ta’ Kaxxa Awtoprotetta f’Sellafield, fir-Renju Unit, kemm waqt l-operat normali kif ukoll fil-każ ta’ aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x’aktarx li ma tirriżultax f’kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2018.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
(1) Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni lejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; lejn id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll lejn id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u lejn id-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.
(2) Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzantiu li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/3 |
Avviż tal-Kummissjoni li jemenda l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-Għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020
(2018/C 139/02)
Il-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-Għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (1) huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fil-punt (75), jiżdied il-punt (s) li ġej:
|
|
(2) |
fil-punt (93), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Istati Membri jistgħu jiffissaw l-ammont ta’ għajnuna għall-miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet imsemmijin fit-Taqsimiet 1.1.5, 1.1.6, 1.1.7, 1.1.8, 2.1.1, 2.1.2, 2.2, 2.3, 3.4 u 3.5 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet standard ta’ spejjeż addizzjonali u dħul mitluf.”; |
|
(3) |
il-punt (503) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
l-intestatura tat-Taqsima 2.1.2 tal-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(5) |
il-punt (513) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
il-punt (516) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
il-punt (518) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
wara l-punt (536), jiddaħħal il-punt (536a) li ġej:
|
|
(9) |
fil-punt (565), tiżdied it-tieni sentenza li ġejja: “L-infrastruttura installata b’riżultat ta’ dimostrazzjoni tista’ tintuża wara li titlesta l-operazzjoni.”; |
|
(10) |
wara l-punt (567), jiddaħħal il-punt li ġej:
|
|
(11) |
wara l-punt (569), jiddaħħal il-punt li ġej:
|
|
(12) |
fil-punt 635, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ħlief fil-każ fejn l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-ispejjeż eliġibbli għall-miżuri ta’ għajnuna għall-investiment fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 3 tal-Parti II ta’ dawn il-Linji Gwida jridu jkunu limitati għall-ispejjeż li ġejjin:”; |
|
(13) |
il-punt (636) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
wara l-punt (642), jiddaħħal il-punt (642 a) li ġej:
|
|
(15) |
wara l-punt (644), jiddaħħal il-punt (644 a) li ġej:
|
|
(16) |
fil-punt (645), tiżdied it-tieni sentenza li ġejja: “Pjanijiet bħal dawn mhumiex meħtieġa fir-rigward tal-investimenti li għalihom l-appoġġ jingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji.”; |
|
(17) |
fil-punt (654), tiżdied it-tielet sentenza li ġejja: “Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandu jkollu durata massima ta' ħames snin.”; |
|
(18) |
fil-punt (656), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “L-għajnuna trid titħallas f’żewġ ħlasijiet parzjali mill-inqas.”; |
|
(19) |
il-punt (663) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(20) |
wara l-punt (672), jiddaħħal il-punt (672 a) li ġej:
|
|
(21) |
fil-punt (673), tiżdied it-tielet sentenza li ġejja: “Madankollu, l-għajnuna għat-taħriġ tal-konsulenti tista’ titħallas lill-Awtorità ta’ Ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.”; |
|
(22) |
fil-punt (681), it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “L-għajnuna trid titħallas lill-fornitur tas-servizzi konsultattivi jew lill-Awtorità ta’ Ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.”; |
|
(23) |
It-titolu tat-Taqsima 3.8 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għajnuna għal parteċipazzjoni ta’ bdiewa attivi fi skemi tal-kwalità għall-qoton jew l-oġġetti tal-ikel”; |
|
(24) |
il-punt (685) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(25) |
fil-punt (688), tiżdied it-tieni sentenza li ġejja: “Jekk il-parteċipazzjoni inizjali fl-iskema tal-kwalità bdiet qabel l-applikazzjoni għall-appoġġ, il-perjodu massimu ta’ ħames snin għandu jonqos bl-għadd ta’ snin, li għaddew bejn dik il-parteċipazzjoni inizjali u l-mument tal-applikazzjoni għall-appoġġ.”; |
|
(26) |
il-punt (709) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(27) |
il-punt (716) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(28) |
il-punt (717) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(29) |
il-punt (718) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8838 — Kerry Group/Korys Investments/Proparent)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 139/03)
Fit-13 ta’ April 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8838. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8330 — Maersk Line/HSDG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 139/04)
Fl-10 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8330. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/7 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
(2018/C 139/05)
Niġbdu l-attenzjoni tal-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Javad DARVISH-VAND (nru 1), il-Brigadier Ġeneral Mohammad Reza NAQDI (nru 8), is-Sur Rostam QASEMI (nru 10) u l-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Amir Ali Haji ZADEH (nru 19), persuni li jidhru fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran għall-informazzjoni li ġejja.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel is-27 ta' April 2018, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Kull osservazzjoni li tasal qabel il-11 ta' Mejju 2018 ser titqies għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill.
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/8 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/611, u bir-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/602 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2018/C 139/06)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/611 (2), u fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/602 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fir-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-18 ta' Mejju 2018, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) 2017/1509.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) ĠU L 101, 20.4.2018, p. 70.
(3) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.
(4) ĠU L 101, 20.4.2018, p. 16.
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/9 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2018/C 139/07)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1509.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fil-lista kif stipulati f'dan ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu f'konformità mas-Sezzjoni 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(2) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.
(3) ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/10 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ April 2018
(2018/C 139/08)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2382 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,88 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4478 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86975 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3778 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1976 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
123,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5825 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,327 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
310,37 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1664 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6570 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,9838 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5892 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5606 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,7182 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6938 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6208 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 314,38 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,7813 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7717 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4120 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 070,75 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8085 |
|
PHP |
Peso Filippin |
64,432 |
|
RUB |
Rouble Russu |
75,2875 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,644 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,1925 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,4668 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,4580 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/11 |
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2)
Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)
(Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19))
(2018/C 139/09)
I.1) Isem, indirizz u punt ta’ kuntatt:
Isem reġistrat: Agrupamento Europeu de Cooperação Territorial do Rio Minho
Uffiċċju reġistrat:
o
Punt ta’ kuntatt: José Maria Costa, President tal-Kunsill Intermuniċipali
Indirizz elettroniku tar-Raggruppament:
I.2) It-tul taż-żmien tar-Raggruppament:
It-tul taż-żmien tar-Raggruppament: l-24 ta’ Frar 2038
Data tar-reġistrazzjoni: l-24 ta’ Frar 2018
Data tal-pubblikazzjoni:
II. OBJETTIVI
Ir-REKT Rio Minha għandu l-għan li jiffaċilita u jippromovi l-kooperazzjoni territorjali fost il-membri tiegħu permezz ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni territorjali, inklużi l-azzjonijiet kollha li, b’konformità mal-kompetenzi tagħhom u l-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea u dik Portugiża u Spanjola li hija applikabbli, jiġu delegati jew sottodelegati minn korpi nazzjonali jew Ewropej, bil-għan li jitwettqu programmi jew proġetti kkofinanzjati l-iżjed mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni. Bil-għan li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali tat-territorju tiegħu, ir-REKT Rio Minho għandu l-kompitu li jiddefinixxi spazju komuni u jinkoraġġixxi r-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni territorjali fit-territorju tiegħu, iżid il-koeżjoni istituzzjonali fi ħdan it-territorju kkonċernat, jippromovi l-wirt kulturali u naturali transkonfinali, jippromovi t-territorju tiegħu fuq barra bil-għan li jiżviluppa l-potenzjal tar-riżorsi endoġeni, u li joħloq u jikkonsolida l-marka turistika “Rio Minho” u marki oħra fil-livell nazzjonali u internazzjonali. Fost il-kompiti tar-REKT insibu wkoll l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ kuntratti jew ta’ arranġamenti li jippermettulu jibbenefika minn strumenti finanzjarji adottati jew previsti mir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża, preferibbilment b’finanzjament Ewropew; il-ġestjoni ta’ faċilitajiet u l-operat ta’ servizzi ta’ interess ġenerali fuq skala transkonfinali; u l-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ studji, pjani, programmi u forom ta’ relazzjonijiet bejn il-korpi pubbliċi assoċjati.
III. DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT
Isem bl-Ingliż:
Isem bil-Franċiż:
IV. MEMBRI
IV.1) Numru totali ta’ membri fir-Raggruppament: 2
IV.2) Nazzjonalitajiet tal-membri tar-Raggruppament: Spanjoli u Portugiżi
IV.3) Informazzjoni dwar il-membri (1)
Isem uffiċjali: Comunidade Intermunicipal do Alto Minho
Indirizz postali:
o
Indirizz tal-Internet: www.cim-altominho.pt
Tip ta’ membru: assoċjazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali
Isem uffiċjali: Diputación Provincial de Pontevedra
Indirizz postali:
Indirizz tal-internet: www.depo.es
Tip ta’ membru: awtorità lokali
(1) Jekk jogħġbok żid għal kull membru.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/13 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2018/C 139/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“RUCAVAS BALTAIS SVIESTS”
Nru tal-UE PGI-LV-02170 – 18.3.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem(ijiet)
“Rucavas baltais sviests”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Latvja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Il-Klassi 1.5 Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
Il-prodott “Rucavas baltais sviests” huwa butir li nofsu hu xaħam u għandu konsistenza uniformi, ratba u elastika.
Il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:
It-togħma tal-prodott: kemxejn aċiduża u ħafifa, b'benna u aroma ta' butir frisk li għadu kif ġie mmastellat.
L-aroma: nadifa, aroma tipika ta' xaħam tal-ħalib, mingħahr aromi jew benniet extranji.
Il-kulur: bejn abjad u isfar, tista' tiġi osservata xi inkonsistenza fil-kulur minħabba d-distribuzzjoni mhux konsistenti ta' qtar żgħar tal-plażma.
Is-sawra ratba, ħafifa qisha tajjar u jidhru fiha qtar żgħar ta' plażma ta' diversi daqsijiet li jispikkaw jekk il-prodott jiġi ppressat b'mod mekkaniku.
Il-kontenut ta' xaħam: 39-41 %
Id-data ta' skadenza: tlett ijiem wara d-data tat-tħejjija.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Ma ġew stipulati l-ebda regoli fir-rigward tal-għalf użat, jew il-kwalità tiegħu.
Tintuża l-materja prima li ġejja: krema densa mkessħa tajjeb (b'kontenut minimu ta' xaħam ta' 35-40 %), baqta jew ħalib, u melħ. Fil-produzzjoni tar-“Rucavas baltais sviests” għandhom jintużaw krema u ħalib xkumat imbaqqat, ipproċessati mill-ħalib, jew ħalib.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-fażijiet kollha ta' produzzjoni (il-produzzjoni, it-tkessiħ u s-separazzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni tal-krema u l-manifattura tal-butir) għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Tradizzjonalment, il-butir abjad kien jittiekel immedjatament wara l-immastellar tal-butir - mal-patata mgħollija jew imdellek fuq il-ħobż tas-segala. Huwa biss f'dan il-każ li l-butir ikollu l-konsistenza meħtieġa u jkun elstiku u artab. Meta l-butir jiġi biex jitqiegħed għall-bejgħ, jiġi ppakkjat immedjatament f'kaxxi żgħar u jitgeżwer fil-fojl (biex jinżammu t-temperatura u dawk il-karatteristiċi tal-butir miksubin eżattament hekk kif jitlesta, u biex tiġi żgurata l-kwalità konsistenti tal-prodott u l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott).
Biex jiġu ppreservati l-kwalità u l-karatteristiċi organolettiċi tal-butir, jeħtieġ li dan jiġi ppakkjat eżatt wara l-preparazzjoni u f'żona ġeografika speċifika. Hu f'dan il-mument biss li jista' jinħażen tale quale għal tlett ijiem.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-isem “Rucavas baltais sviests” jintuża fuq it-tikketta li titwaħħal fuq il-butir intenzjonat għall-bejgħ, għalhekk meta l-butir jinbiegħ bl-ingrossa jew bl-imnut, l-isem għandu jkun viżibbli fuq fil-pakkett tal-prodott jew qribu.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-muniċipalità ta' Rucava tinsab fil-Lbiċ ta' Kurzeme, il-Latvja Din taqsam il-fruntieri mal-muniċipalitajiet ta' Nīca, Grobiņa u Priekule, kif ukoll mad-distretti ta' Skoda u Klaipėda fil-kontea ta' Klaipėda, il-Litwanja.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-reputazzjoni tal-prodott hija l-bażi tal-konnessjoni tiegħu maż-żona ġeografika. Ir-reputazzjoni tiegħu hija msejsa fuq tradizzjoni storika li ilha għaddejja u fuq metodi speċjali ta' preparazzjoni.
Il-metodu ta' produzzjoni ma nbidilx sa minn tmiem is-seklu 19, u l-proċess kollu tal-produzzjoni għadu jsir bl-idejn u t-taħlit isir fi skutella b'mgħarfa tal-injam. Dak li jagħti lill-prodott it-togħma u l-kwalità speċifiċi tiegħu, huwa preċiżament il-fatt li x-xorrox tal-butir huwa inkorporat mill-ġdid fil-butir waqt li jissaħħnu u jitħalltu miegħu l-baqta tal-ħalib jew il-ħalib naturali.
Ir-“Rucavas baltais sviests” ilu jiġi prodott fid-djar sa minn tmiem is-seklu 19. Ir-riċetti ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-patata mgħollija u l-butir abjad kienu l-orħos u xi kultant anke s-sors ewlieni tal-ikel sa minn żminijiet antiki, billi kull dar kellha baqra u allura, kellha wkoll il-ħalib. Anki llum, kważi kull dar tagħmel ir-“Rucavas baltais sviests” tagħha stess. Qabel, il-produzzjoni tal-butir abjad kienet ta' importanza kbira fir-reġjun, u dan għadu l-każ illum, peress li l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem għadhom is-sostenn prinċipali tal-ekonomija u tal-produzzjoni u peress li l-konsum tal-prodotti tal-ħalib għadha b'mod partikolari sinifikanti f'Rucava.
Fl-istudju tagħha tat-trobbija tal-bhejjem tal-ħalib tradizzjonali Latvjan (Latviešu tradicionālā piensaimniecība), l-etnografa Dr habil. hist. Linda Dumpe tirrikonoxxi li l-“butir abjad” kien jitħejja b'metodu partikolari biss fiż-żona madwar Rucava (“F'Kurzeme, partikolarment fil-parti tal-Lbiċ”): “Il-krema msaħħna kienet titħallat bil-mod fi skutella b'mgħarfa jew saħansitra anke b'żewġ imgħaref. Xi kultant, waqt li qed jinħadem il-butir, l-iskutella kienet titpoġġa f'kontejner akbar mimli b'ilma sħun”; “fl-aħħar nett, il-baqta kienet titferra' u titħawwad fih.”“Il-butir abjad ma jiġix speċifikament prodott xi mkien ieħor fil-Latvja. Xi kultant kien isir b'kumbinazzjoni meta l-krema li ma titkessaħx biżżejjed kienet titħabbat meta kien ikun temp sħun.” Madankollu, f'Rucava, dan il-prodott minn dejjem kellu sinifikat partikolari u, flimkien mal-ħobż tas-segala, kien jiġi servut bħala delikatezza lokali kbira meta kienu jintlaqgħu id-dinjitarji u mistednin oħra distinti. Pereżempju, meta kienu qed iżuru il-kampijiet reġjonali tal-armata f'Ottubru 1935, il-President Alberts Kviesis, il-Prim Ministru Dr Kārlis Ulmanis, id-Deputat Prim Ministru Marģers Skujenieks, il-Ministru għall-Gwerra Jānis Balodis, il-Ministru tal-Agrikoltura Jānis Birznieks u l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, il-Ġeneral Krišjānis Berķis, għamlu waqfa fil-kamp ta' Kurzeme fejn, hekk kif daħlu fih, ġiet ippreżentata lilhom “ħobża tas-segala u buterira tal-injam bil-butir abjad ta' Kurzeme” (“Zemnieku veltes vadoņiem”) [“Il-frott tal-art lill-mexxejja tagħna”] (“Rīts”, Nru 282-a, 1935).
Fiċ-Ċentru ta' Rucava għall-Kultura Tradizzjonali, stabbilit fl-2004, in-nisa li jieħdu sehem fl-avvenimenti taċ-ċiklu annwali tat-tradizzjonijiet u fil-pogrammi varji kulturali ta' edukazzjoni, bħalma hu “l-ikla ta' Rucava” u “iċ-Ċena tradizzjonali”, juru ħilithom fit-tħejjija tal-“Rucavas baltais sviests” u jippreżentawh lill-viżitaturi biex iduquh.
Ix-xhieda tar-reputazzjoni tal-prodott ġejja wkoll fil-forma ta' pubblikazzjonijiet fil-gazzetti reġjonali, brochures għat-turisti, vidjows u fuljetti, inkluż il-fuljett promozzjonali għad-dar etnografika ta' Zvanītāji f'Rucava (2005). Skont il-kummenti li nkitbu fil-ktieb tal-viżitaturi ta' Zvanītāji mill-2006 'il quddiem, għal xi wħud “Rucavas baltais sviests” hu t-togħma mit-tfulija u għal oħrajn skoperta jew esperjenza marbuta mal-Muniċipalità ta' Rucava li ma kinux qed jistennew.
Wieħed jista' jiġġudika r-reputazzjoni tar-“Rucavas baltais sviests” mill-fatt li dan jiġi eżebit b'mod regolari fil-wirjiet, fiċ-ċelebrazzjonijiet u fil-festivals, ir-rikonoxximent li rċieva, l-artikli miktuba dwaru fil-gazzetti u l-informazzjoni mxerrda dwaru fil-mezzi tax-xandir: “Baltais sviests tiešām ir gards!” [“Il-butuir l-abjad hu tabilħaqq deliżjuż!”] (Is-suppliment “Padomnieks” ta' “Kursas laiks”, Nru 30 (50)); “Kurzemnieku maltīte” [“Il-kċina tan-nies ta' Kurzeme”](“Praktiskais latvietis”, il-11 ta' Awwissu 2008); “Tradicionālās gudrības Kurzemes sievu virtuvē” [“Għerf tradizzjonali fil-kċina tan-nisa ta' Kurzeme”] (“Kultūras pulss” suppliment għal “Kurzemes vārds”, it-22 ta' Jannar 2008); “Māca putru vārīt gultā” [“It-tagħlim dwar kif tagħmel il-poriġ fis-sodda”] “Kursas laiks”, is-16 ta' Frar 2009); “Īsts un patiess!” [“Veru u ġenwin!”] (OK!, Nru 44, it-18 ta' Lulju 2014); “Baltais sviests ar skunstīgo jušanu no Rucavas” [“Il-butir l-abjad minn Rucava b'togħma sofistikata”] (is-6 ta' Settembru 2014, il-portal tal-Internet http://apollo.tvnet.lv/); “Baltais sviests jeb leitis” [“Butir abjad jew Litwan”] (it-12 ta' Frar 2011, il-portal tal-Internet http://apollo.tvnet.lv/);
“Rucavas baltais sviests” huwa parti integrali tal-wirt kultuali u kulinari ta' Rucava. Ir-“Rucavas baltais sviests” iżejjen kull mejda tal-festi f'Rucava, u ġeneralment il-mistednin huma mistiedna wkoll iduqu l-butir, u b'hekk jiġu introdotti għat-tradizzjonijiet u “t-togħma” ta' Rucava.
L-assoċjazzjoni “Rucavas tradīciju klubs” (Il-Klabb tat-Tradizzjonijiet ta' Rucava) u “Rucavas sievas” (In-nisa ta' Rucava), impriża kolletiva ta' persuni li jżommu t-tradizzjoni u li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fid-Dar tat-Tradizzjonijiet ta' Zvanītāji, ixerrdu l-għarfien dwar ir-“Rucavas baltais sviests” permezz tal-“Ikla ta' Rucava”, programm li jippromwovi t-tradizzjonijiet kulturali lit-turisti. Bħala parti minn din l-ikla, il-mistednin jingħataw l-opportunità li jduqu varjetà ta' platti tal-ikel ta' Rucava, inklużi r-“Rucavas baltais sviests”. L-għadd ta' parteċipanti fil-programm f'Zvanītāji żdied bejn l-2006 u l-2015 (u jinkludi mistednin mill-Iżvezja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Bulgarija, il-Belarus, l-Estonja, l-Ukraina, ir-Renju Unit, ir-Russja, il-Ġappun, l-Iżlanda, in-Netherlands, il-Finlandja u l-Litwanja). Il-ktieb tal-mistednin ta' Zvanītāji fih ħafna kummenti ta' tifħir filwaqt li jirreferu kemm għall-ospitalità pjaċevoli kif ukoll għall-platti delizzjużi ta' Rucava, inkluż ir-“Rucavas baltais sviests”, li l-mistednin jistgħu jduqu t-togħmiet karatteristiċi superjuri tiegħu flimkien mal-patata mgħollija u mal-ħobż tas-segala magħmul id-dar.
Ir-“Rucavas baltais sviests” irrappreżenta lil Rucava – kif ukoll lil Kurzeme u lil-Latvja – u rebaħ unuri fl-avvenimenti l-akbar li ġejjin: f'Jum Rucava fil-Mużew Etnografiku għall-Apert Latvjan f'Riga (2005); f'Jum Sant'Anna fl-abitazzjoni ta' “Vītolnieki” f'Pape (2007-2016); bħala parti mill-avveniment fotografiku “Jum Wieħed fil-Latvja” (fid-dar Etnografika ta' Zvanītāji f'Rucava fl-2007); f'avveniment li ppromwova l-kultura tal-Latvja li sar fil-Mużew Etnografiku għall-Apert Latvjan bħala parti mis-Samit tan-NATO f'Awwissu 2008; f'Jum Rucava fl-Akkademja Pedgoġika ta' Liepāja waqt il-Kungress f'Letonica fl-2008; fil-Jum tal-Patrimonju Ewropew fl-abitazzjoni ta' “Mikjāņi” fir-Raħal tar-Rejiet ta' Kurzeme f'Pape (id-9 ta' Settembru 2011); fil-festival ta' Jum San Ġorġ f'Palanga (is-26 ta' April 2013); f'Jum l-Għaqda Baltika [l-Għaqda Latvjana u Litwana) f'Rucava (it-13 ta' Settembru 2014).
“In-nisa ta' Rucava”, l-impriża kollettiva ta' persuni li jżommu t-tradizzjoni, torganizza seminars u master-classes dwar kif jitħejja r-“Rucavas baltais sviests”, tgħallem il-ħila ta' kif jitħejja l-butir abjad u torganizza avvenimenti ta' tidwiq (fejn wieħed jista' jixtri l-butir), fi swieq annwali u f'festivals f'Riga, Liepāja u bnadi oħra. Fil-gazzetta “Kurzemes laiks” (2002) intweriet l-arti ta' kif jitħejja ir-“Rucavas baltais sviests”; fir-rivista “Ievas māja” (it-2 ta' Mejju 2007); fil-gazzetta “Kurzemes vārds” (2008); fir-rivista “Praktiskais latvietis” (2008); waqt il-programm “Panorāma”, imxandar fuq il-kanal televiżiv tal-Latvja LTV1 (2008); waqt il-programm “TE - Latvijas jaunatklāšanas raidījums” [“HAWN- L-iskoperta mill-ġdid tal-Latvja”], imxandar fuq il-kanal televiżiv tal-Latvja LTV7 (2012); waqt ix-xandira diretta fuq il-programm tar-radju “Nedēļas nogale” [“Il-Weekend”] minn “Zvanītāji” (il-11 ta' Ottubru 2014); u waqt ix-xandira fuq it-TV reġjonali ta' Aizpute TV “Rucavniece Mirdza Ārenta” [“Mirdza Ārenta minn Rucava”].
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
http://www.zm.gov.lv/partikas-un-veterinarais-dienests/statiskas-lapas/partikas-uzraudziba/lauksaimniecibas-un-partikas-produktu-norazu-registracija?nid=2247
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.