ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 132

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
13 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 132/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8830 — Strategic Value Partners/Vita Group) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 132/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/568 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/565 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

2

2018/C 132/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

3

2018/C 132/04

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 132/05

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2018/C 132/06

Rapport Speċjali Nru 8/2018 — Appoġġ mill-UE għal investimenti produttivi fin-negozji — jeħtieġ li jkun hemm fokus akbar fuq id-durabbiltà

6


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 132/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8830 — Strategic Value Partners/Vita Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 132/01)

Fit-3 ta’ April 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8830. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

13.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/568 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/565 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

(2018/C 132/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/568 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/565 (4) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 359/2011.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 359/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel il-31 ta’ Diċembru 2018, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn li d-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq jenħtieġ li terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

DG C 1C — Unità għal Kwistjonijiet Orizzontali

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brusse

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263 ir-raba’ u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.

(2)  ĠU L 95, 13.4.2018, p. 14.

(3)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 95, 13.4.2018, p. 1.


13.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

(2018/C 132/03)

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (2).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C — Unità għal Kwistjonijiet Orizzontali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 359/2011.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit f'dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 249.


13.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/4


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2018/C 132/04)

L-informazzjoni li ġejja hi miġjuba għall-attenzjoni tas-Sur Abd Al-Fatah Qudsiyah (nru 9), is-Sur. Zoulhima Chaliche (nru 23), il-Maġġur Ġeneral Rafiq Shahadah (nru 37), il-Maġġur Ġeneral Talal Makhluf (nru 79), il-Maġġur Ġeneral Nazih Hassun (nru 80), is-Sur Emad Abdul-Ghani Sabouni (nru 114), is-Sur Tayseer Qala Awwad (nru 116), il-Ġeneral Amer al-Achi (nru 147) u l-Maġġur Ġeneral Muhamad Mahalla (nru 206), persuni li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1) u fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill beħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel id-19 ta’ April 2018, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

13.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ April 2018

(2018/C 132/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2323

JPY

Yen Ġappuniż

132,04

DKK

Krona Daniża

7,4451

GBP

Lira Sterlina

0,86745

SEK

Krona Żvediża

10,3723

CHF

Frank Żvizzeru

1,1876

ISK

Krona Iżlandiża

122,00

NOK

Krona Norveġiża

9,5973

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,316

HUF

Forint Ungeriż

311,40

PLN

Zloty Pollakk

4,1844

RON

Leu Rumen

4,6615

TRY

Lira Turka

5,0473

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5893

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5517

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6734

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6700

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6155

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 319,86

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7838

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7452

HRK

Kuna Kroata

7,4213

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 968,15

MYR

Ringgit Malażjan

4,7770

PHP

Peso Filippin

64,102

RUB

Rouble Russu

75,8954

THB

Baht Tajlandiż

38,448

BRL

Real Brażiljan

4,1482

MXN

Peso Messikan

22,3815

INR

Rupi Indjan

80,4170


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

13.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/6


Rapport Speċjali Nru 8/2018

“Appoġġ mill-UE għal investimenti produttivi fin-negozji — jeħtieġ li jkun hemm fokus akbar fuq id-durabbiltà”

(2018/C 132/06)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 8/2018 “Appoġġ mill-UE għal investimenti produttivi fin-negozji — jeħtieġ li jkun hemm fokus akbar fuq id-durabbiltà” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

13.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 132/07)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

“PARMIGIANO REGGIANO”

Nru tal-UE: PDO-IT-02202 — 14.11.2016

DOP ( X ) IĠP ( ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio del Formaggio Parmigiano-Reggiano (Konsorzju tal-Ġobon Parmigiano Reggiano)

Uffiċċju prinċipali: Via J. F. Kennedy 18

42124 Reggio Emilia RE

ITALIA

Tel. +39 0522307741

Fax +39 0522307748

Email: staff@parmigianoreggiano.it

Il-Konsorzju tal-Ġobon Parmigiano Reggiano huwa magħmul minn produtturi tal-ġobon “Parmigiano Reggiano”. Huwa awtorizzat biex jippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija.

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda(i)

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [imballaġġ, aġġornament tal-leġiżlazzjoni, regoli dwar l-għalf tal-baqar]

4.   Tip ta’ emenda(i)

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP reġistrata li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma tirrikjedi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP reġistrata li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li tirrikjedi emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP reġistrata li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma jkunx ġie ppubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti).

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ STG reġistrata li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Emendi għall-“Prova tal-oriġini”

“Standards tal-Produzzjoni tal-Ġobon”

Żdiedu dispożizzjonijiet ġodda biex titjieb it-traċċabilità tal-“Parmigiano Reggiano” maħkuk u f’porzjonijiet u sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Il-paġna 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwalment tgħid li ‘il-ġobon maħkuk u dak maqtugħ f’porzjonijiet (bil-qoxra jew mingħajrha) irid jiġi ppakkjat fiż-żona tal-oriġini sabiex tiġi garantita l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-kontroll”. It-test li ġej issa se jitqiegħed immedjatament wara:

“Kull meta l-“Parmigiano Reggiano” ikun se jiġi maħkuk jew imqatta’ f’porzjonijiet trid dejjem tkun garantita t-traċċabbiltà tal-forma oriġinali tal-ġobon (in-numru ta’ reġistrazzjoni, ix-xahar/is-sena ta’ produzzjoni u l-piż).”

Sabiex titjieb it-traċċabbiltà tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” li jkun ġie maqtugħ jew maħkuk u ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita, l-operaturi issa huma meħtieġa jiżguraw li huma f’pożizzjoni jiggarantixxu t-traċċabbiltà tal-forma oriġinali tal-“Parmigiano Reggiano” minn fejn ikun qiegħed joriġina l-ġobon maħkuk jew imqatta’ f’porzjonijiet (in-numru ta’ reġistrazzjoni, ix-xahar/is-sena ta’ produzzjoni u l-piż).

Din jenħtieġ li tiġi kklassifikata bħala emenda minuri minħabba li ma taffettwa ebda ċirkostanza elenkata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. B’mod partikolari, ma tirrappreżenta ebda żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott.

It-test li ġej iddaħħal fil-paġna 4:

“L-operaturi (bdiewa tal-imħaleb, imħaleb, postijiet tal-maturazzjoni tal-ġobon, ħakkieka u dawk li jqattgħu l-ġobon f’porzjonijiet) huma reġistrati fis-sistema ta’ kontroll u elenkati fir-reġistri miżmuma mill-korp ta’ spezzjoni. Permezz taż-żamma ta’ reġistri taħt sistema ta’ awtoregolamentazzjoni, soġġetti għal kontrolli mill-korp ta’ spezzjoni, l-operaturi jiżguraw li jistgħu juru l-oriġini tal-għalf, tal-materja prima u tal-prodotti miż-żona tal-oriġini, kif ukoll il-fornitur u r-riċevitur. Il-kunsinni li jidħlu, il-kunsinni li joħorġu u l-korrelazzjoni bejniethom iridu jiġu rreġistrati f’kull stadju.”

Din l-emenda qed issir għall-konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014. Din għandha tiġi kklassifikata bħala emenda minuri minħabba li ma taffettwa ebda ċirkostanza elenkata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emendi għall-“Metodu ta’ produzzjoni”

“Standards tal-Produzzjoni tal-Ġobon”

Sar tibdil f’għadd ta’ regoli li jittrattaw il-proċess tat-taħlib kif ukoll it-trasport u l-immaniġġjar tal-ħalib fl-imħaleb. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni u assigurazzjoni aħjar għall-konsumatur, hemm ukoll dispożizzjonijiet ġodda dwar il-proporzjon ta’ xaħam-kaseina tal-ħalib u dwar ċerti valuri analitiċi speċifiċi għall-ġobon “Parmigiano Reggiano”.

Is-silta li ġejja fil-paġna 1:

“Iż-żmien massimu disponibbli sabiex l-azjenda agrikola kollha ttemm kull sessjoni ta’ taħlib mit-tnejn permessi ta’ kuljum huwa ta’ erba’ sigħat.”

ġiet emendata kif ġej:

“Fil-każ ta’ ħalib li se jintuża għad-DOP, iż-żmien massimu disponibbli sabiex l-azjenda agrikola kollha ttemm kull sessjoni ta’ taħlib mit-tnejn permessi ta’ kuljum, inkluż it-trasport lejn il-maħleb huwa ta’ seba’ sigħat.”

Il-frażi “fil-każ ta’ ħalib li se jintuża għad-DOP” ġiet miżjuda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex tagħmilha ċara li l-limitu ta’ żmien ma japplikax għall-ħalib li ma jintużax għall-produzzjoni tal-“Parmigiano Reggiano”. Peress li din hija sempliċement kjarifika u ma taffettwax il-produzzjoni tal-“Parmigiano Reggiano”, hija emenda minuri.

Il-ħin massimu tat-taħlib żdied ukoll mil-limitu attwali ta’ erba’ sigħat għal seba’ sigħat (inkluż il-ħin tat-trasport, li, kif diġà ssemma fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ma jistax jaqbeż is-sagħtejn) sabiex jippermetti aktar flessibbiltà fil-ħinijiet attwali ta’ taħlib, jippermetti l-użu ta’ teknoloġija ġdida ta’ taħlib, u jippermetti razzjonalizzazzjoni aħjar tal-użu tal-faċilità u standards tal-iġjene tal-ħalib.

Iż-żieda tal-ħin massimu tat-taħlib minn erba’ sa seba’ sigħat għandha tiġi kwalifikata bħala emenda minuri minħabba li ma għandha ebda impatt fuq kif il-ħalib jiġi pproċessat jew fuq il-maturazzjoni tal-ġobon — u għalhekk ma taffettwax il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott — peress li llum il-ġurnata hemm it-tendenza li l-ħalib jkollu tagħbija batterika baxxa ħafna u għalhekk jista’ jinħażen għal tul itwal ta’ ħin f’temperatura ta’ 18 °C (matul l-aħħar ħames snin it-tagħbija batterika naqset drastikament, b’għadd medju ta’ madwar 30 000 kolonja għal kull millilitru, ferm inqas mil-limitu legali ta’ 100 000 għal kull millilitru), tant li mill-2014 il-“Parmigiano Reggiano” ma kellux għalfejn juża d-deroga dwar tagħbijiet mikrobiċi prevista fil-leġiżlazzjoni Taljana dwar is-saħħa (l-Artikolu 9 tad-Digriet Presidenzjali Nru 54/97 [li jimplimenta d-Direttivi tal-Kunsill 92/46/KEE (4) u 92/47/KEE (5) dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ħalib u ta’ prodotti b’bażi tal-ħalib]).

Is-silta li ġejja ġiet miżjuda mal-paġna 1 (l-istess test ġie miżjud ukoll mad-Dokument Uniku taħt il-punt 3.4):

“Il-proporzjon ta’ xaħam-kaseina tal-ħalib fil-btieti tat-tisħin, ikkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-lottijiet kollha fi produzzjoni ta’ ġurnata partikolari, ma jistax jaqbeż 1,1 + 12 %.”

Ir-raġuni għall-ispeċifikazzjoni tal-proporzjon ta’ xaħam-kaseina tal-ħalib fil-btieti hija li din ir-referenza espliċita hija l-uniku mod informattiv u affidabbli għall-kejl tal-kontenut tax-xaħam tal-prodott finali. Dan il-proporzjon ma jistax jaqbeż 1,1 + 12 %. Dan il-valur ta’ 1,1 huwa ċifra medja li ġiet stabbilita maż-żmien fil-produzzjoni tal-ġobon tradizzjonali “Parmigiano Reggiano”, filwaqt li l-marġni ta’ tolleranza ta’ 12 % jirrifletti l-fatt li l-valuri fil-“Parmigiano Reggiano” jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti minħabba l-użu ta’ metodi tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ġobon u differenzi fil-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, influwenzat minn varjazzjonijiet staġjonali u metodi ta’ biedja. Dan it-tibdil ġej mill-ħtieġa li jiġu evitati prattiki ta’ produzzjoni tal-ġobon li jistgħu jipperikolaw il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott — proporzjonijiet aktar estremi (ta’ aktar minn 1,23) jikkompromettu s-sawra distintiva tal-ġobon (imrammla fina u msaffa).

Għalhekk l-inklużjoni ta’ dan il-valur għandha titqies bħala emenda minuri minħabba li ma tinvolvi ebda tibdil fil-karatteristiċi essenzjali tal-“Parmigiano Reggiano”, iżda pjuttost — bħala valur oġġettiv li jista’ jiġi ttestjat xjentifikament — tipprovdi mezz kif tiġi garantita s-sawra karatteristika tal-ġobon.

Is-silta li ġejja fil-paġna 1:

“Sa 15 % tal-ħalib ta’ filgħodu jista’ jitwarrab għall-produzzjoni tal-ġobon tal-għada. Dan il-ħalib irid jinżamm fil-maħleb f’kontenituri xierqa tal-azzar; jekk jiġi mkessaħ, it-temperatura ma tistax tkun ta’ inqas minn 10 °C.”

ġiet emendata kif ġej:

“Sa 15 % tal-ħalib ta’ filgħodu jista’ jitwarrab għall-produzzjoni tal-ġobon tal-għada. Dan il-ħalib, li jrid jinżamm fil-maħleb f’kontenituri xierqa tal-azzar f’temperatura ta’ mhux inqas minn 10 °C, irid jitħalla joqgħod fit-tankijiet tal-ixkumar, flimkien mal-ħalib ta’ filgħaxija, sabiex il-krema tkun tista’ titla’ fil-wiċċ.”

Din l-istruzzjoni fuq il-porzjon tal-ħalib ta’ filgħodu li jiġi mwarrab għall-għada — jiġifieri r-rekwiżit li jitħalla joqgħod fit-tankijiet tal-ixkumar dakinhar stess filgħaxija — qiegħda hemm sabiex tiġi evitata l-possibbiltà li l-ħalib jinżamm kif ikun (mhux xkumat) sal-għada filgħodu.

Din għandha titqies bħala emenda minuri minħabba li ma taffettwax il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott. L-għan tagħha huwa sempliċement li tingħata deskrizzjoni aħjar ta’ stadju fil-metodu ta’ produzzjoni.

Dan li ġej ġie miżjud mal-lista fil-paġna 2 li hija introdotta mit-test “Il-‘Parmigiano Reggiano’ għandu l-karatteristiċi li ġejjin”:

“—

l-ebda addittiv”

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, din il-karatteristika hija elenkata biss għall-ġobon maħkuk, filwaqt fil-fatt tapplika għall-“Parmigiano Reggiano” kollu, irrispettivament mill-forma. Għalhekk in-nuqqas ta’ addittivi ġie miżjud mal-lista tal-karatteristiċi ġenerali tal-“Parmigiano Reggiano”.

Il-fatt li l-prodott ma fih ebda addittiv diġà kien issemma fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku (“Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)”), skont liema “l-użu ta’ addittivi mhuwiex permess”. Madankollu, minħabba li, kif issemma hawn fuq, din hija karatteristika li tapplika għall-ġobon “Parmigiano Reggiano” kollu, din il-karatteristika (in-nuqqas ta’ addittivi) issa ġiet miżjuda mal-punt 3.2 tad-Dokument Uniku (“Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)”). Għalhekk, sabiex tiġi evitata duplikazzjoni, ir-referenza tneħħiet mill-punt 3.3.

Din għandha titqies bħala emenda minuri, minħabba li l-għan tagħha huwa sempliċement li l-karatteristiċi ta’ “Parmigiano Reggiano” jitqiegħdu f’ordni aktar loġika u ma taffettwax il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott.

Ir-referenza għall-profil amminoaċidiku (“Il-profil amminoaċidiku tipiku tal-“Parmigiano Reggiano”), imniżżla taħt l-introduzzjoni “Il-‘Parmigiano Reggiano’ għandu l-karatteristiċi li ġejjin:” fil-paġna 2:

ġiet emendata kif ġej:

“—

amminoaċidi liberi totali ta’ aktar minn 15 % tal-proteini totali (ikkalkulati permezz ta’ kromatografija HPLC u ta’ skambju joniku)”

Il-profil amminoaċidiku ġie miżjud mal-lista tal-karatteristiċi tal-“Parmigiano Reggiano” għaliex attwalment dan il-valur huwa elenkat biss għall-ġobon maħkuk, filwaqt li fil-fatt din hija karatteristika li tapplika għall-ġobon “Parmigiano Reggiano” kollu, irrispettivament mill-forma.

Issa ġie speċifikat livell limitu minimu għall-amminoaċidi liberi totali bħala perċentwal tal-proteini totali (it-test il-ġdid huwa “amminoaċidi liberi totali ta’ aktar minn 15 % tal-proteini totali”). Bħala l-prodott finali tat-tkissir tal-proteini mill-enzimi hekk kif il-ġobon jimmatura, l-amminoaċidi huma marbuta mill-qrib mal-età tal-ġobon innifsu, u l-maturazzjoni hija rekwiżit minimu li jrid jintlaħaq sabiex ġobon jiġi kklassifikat bħala “Parmigiano Reggiano”. Perċentwal aktar baxx mill-valur stabbilit jista’ jiġi intraċċat lura għal perjodu ta’ maturazzjoni ta’ inqas minn 12-il xahar.

Din għandha titqies bħala emenda minuri minħabba li ma taffettwax il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott. Pjuttost, l-għan tagħha huwa li tagħti definizzjoni aħjar ta’ rekwiżit li diġà kien inkluż fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Ir-rekwiżiti li ġejjin ġew miżjuda mal-lista introdotta mit-test “Il-‘Parmigiano Reggiano’ għandu l-karatteristiċi li ġejjin:” fil-paġna 2 (l-istess test ġie miżjud ukoll mad-Dokument Uniku taħt il-punt 3.2):

“—

Il-profili isotopiċi u minerali tipiċi tal-“Parmigiano Reggiano”, kif ippreżentati lill-Konsorzju tal-Ġobon Parmigiano Reggiano, lill-korp ta’ spezzjoni u lill-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija, u kkalkulati bl-użu ta’ tekniki ta’ spettrometrija tal-massa tal-proporzjon ta’ isotopi (IRMS)

proporzjon ta’ aċidu xaħmi ċiklopropan ta’ inqas minn 22 mg għal kull 100 g ta’ xaħam (li diġà jqis l-inċertezza tal-kejl, bil-metodu ta’ kromatografija b’fażi gassuża-spettrometrija ta’ massa [CG-MS])”

Biex titjieb l-effikaċja tal-verifiki dwar l-awtentiċità fuq il-“Parmigiano Reggiano” — b’mod partikolari fuq porzjonijiet mingħajr qoxra u ġobon maħkuk — kemm mill-korp ta’ spezzjoni nnifsu kif ukoll mill-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-ispezzjonijiet infushom, iddaħħlu parametri analitiċi speċifiċi. Dawn il-parametri ġew determinati wara riċerka, esperimentazzjoni u dokumentazzjoni tal-metodi lokali awtentiċi u konsistenti li jintużaw fil-produzzjoni tal-ġobon “Parmigiano Reggiano”. B’mod partikolari, minħabba l-preżenza dejjem tikber ta’ ġobon “ġeneriku” iebes fis-swieq fid-dinja kollha, kien hemm bżonn li jiġu introdotti valuri analitiċi ġodda li jindikaw karatteristiċi li huma uniċi għall-“Parmigiano Reggiano”.

Wara analiżi tal-proporzjonijiet ta’ isotopi stabbli u tal-makro u tal-mikronutrijenti, twaqqfet bażi tad-data li tiddefinixxi u tikkaratterizza l-ġobon “Parmigiano Reggiano” u tagħmilha possibbli li wieħed jgħid jekk prodott huwiex ġej miż-żona tal-oriġini ddefinita jew le. Dan huwa dovut għall-fatt li ħafna min-nutrijenti inġestiti fid-dieta tal-baqar tal-ħalib (għalf, foraġġ, ilma, eċċ) imbagħad jiġu sekretati fil-ħalib permezz tal-mekkaniżmi bijokimiċi u fiżjoloġiċi speċifiċi involuti fil-produzzjoni tal-ħalib. Kull ingredjent fid-dieta ta’ baqra għandu l-kompożizzjoni minerali propju u sett ta’ isotopi stabbli, li huma determinati mill-karatteristiċi speċifiċi u mill-oriġini ġeografika tal-ispeċi u/jew tal-varjetà tal-pjanti (il-qamħirrun, pereżempju, għandu preżenza ħafna ogħla tal-isotopu Karbonju-13 mil-livell medju li jinsab fi speċi ta’ pjanti oħra li jintużaw għall-għalf ta’ annimali domestiċi). Bl-istess mod, speċi ta’ pjanta unika tista’ tippreżenta livelli differenti ta’ ċerti minerali skont iż-żona ġeografika. Dan huwa dovut għall-fatt li kull pjanta hija riflessjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tal-art li fuqha titkabbar jew tinħasad, kif ukoll tal-ilma li tieħu (l-ilma jassorbi elementi mill-blat, u għalhekk il-kompożizzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tiegħu tvarja skont il-post tas-sors).

Madankollu, permezz ta’ ttestjar għal aċidi xaħmin taċ-ċiklopropan, huwa possibbli li jiġi ċċekkjat jekk il-ġobon ikunx sar bl-użu ta’ ħalib minn baqar li jkunu ngħataw silaġġ, li huwa pprojbit mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Aċidi xaħmin taċ-ċiklopropan huma aċidi xaħmin ta’ oriġini mikrobika li jiġu rilaxxati fl-għalf matul il-fermentazzjoni batterika li sseħħ matul il-proċess ta’ ħżin f’silos. Peress li jiġu assorbiti bħala tali u jintużaw għas-sinteżi tax-xaħam tal-ħalib, ġew skoperti fil-ħalib ta’ baqar li ngħataw is-silaġġ (b’mod partikolari s-silaġġ tal-qamħirrun) u fi prodotti derivati minn dak il-ħalib (krema, butir, ġobon), filwaqt li l-assenza tagħhom minn prodotti oħra li jintużaw għall-għalf tal-baqar ifisser li qatt ma jinstabu fil-ħalib tal-baqar li d-dieta tagħhom ma tinkludix is-silaġġ. Għalhekk, issa ġie speċifikat limitu massimu ta’ aċidi xaħmin taċ-ċiklopropan għall-ġobon “Parmigiano Reggiano”, jiġifieri ta’ 22 mg għal kull 100 g. Din iċ-ċifra, li tqis l-inċertezza tal-kejl, ġiet determinata permezz tal-metodu ta’ kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija ta’ massa (GC-MS).

L-inklużjoni ta’ dawn il-valuri bl-ebda mod ma tbiddel il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, iżda pjuttost tippermetti l-verifika tal-awtentiċità tal-prodott. Għalhekk it-tibdil ta’ hawn fuq huwa meqjus bħala emendi minuri.

Is-silta li ġejja fil-paġna 3:

“Din id-denominazzjoni tista’ tintuża biss għal ġobon maħkuk li jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi u xjentifiċi li ġejjin:”

ġiet emendata kif ġej:

“Din id-denominazzjoni tista’ tintuża biss għal ġobon maħkuk li jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tekniċi u xjentifiċi li ġejjin:”

L-avverbju “wkoll” ġie miżjud biex jiġi enfasizzat il-fatt li, minbarra r-rekwiżiti li huma komuni għall-ġobon “Parmigiano Reggiano” kollu u li huma elenkati f’taqsimiet preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, anke l-ġobon maħkuk irid jissodisfa ċerti kundizzjonijiet speċifiċi — kontenut minimu ta’ ndewwa, id-dehra u l-ammont massimu ta’ qoxra — li diġà huma preżenti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali.

Din għandha tiġi klassifikata bħala emenda minuri minħabba li ma taffettwax il-karatteristiċi essenzjali tal-ġobon “Parmigiano Reggiano”.

Il-valuri li ġejjin tneħħew mil-lista fil-paġna 3 introdotta minn “Din id-denominazzjoni tista’ tintuża biss għal ġobon maħkuk li jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tekniċi u xjentifiċi li ġejjin”:

“—

l-ebda addittiv

il-profil amminoaċidiku tipiku tal-“Parmigiano Reggiano””

Dawn il-kundizzjonijiet tħassru minn din it-taqsima minħabba li, kif intqal hawn fuq, mhumiex biss karatteristiċi tal-ġobon maħkuk, iżda fil-fatt huma karatteristiċi li japplikaw għall-ġobon “Parmigiano Reggiano” kollu, irrispettivament mill-forma. Għalhekk ġew inklużi fil-parti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li tittratta l-karatteristiċi ġeneriċi tal-“Parmigiano Reggiano”.

Emendi għat-“Tikkettar”

“Standards tal-Produzzjoni tal-Ġobon”

Ġew introdotti għadd ta’ regoli dwar it-tikkettar sabiex ikunu aktar trasparenti għall-konsumaturi.

Is-silta li ġejja żdiedet mal-paġna 3 (l-istess test ġie inkluż ukoll fid-Dokument Uniku taħt il-punt 3.6):

“Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod korrett l-età tiegħu, il-porzjonijiet kollha tal-“Parmigiano Reggiano” li jitqiegħdu fis-suq ippakkjati minn qabel ta’ aktar minn 15 g irid ikollhom tikketta li turi l-maturazzjoni minima.”

Għal aktar protezzjoni u għal trasparenza aħjar għall-konsumaturi, il-maturità minima trid tkun iddikjarata fuq it-tikketti tal-porzjonijiet kollha tal-“Parmigiano Reggiano” li jitqiegħdu fis-suq ippakkjati minn qabel ta’ aktar minn 15 g. Peress li l-perjodu ta’ maturazzjoni tal-“Parmigiano Reggiano” — li jvarja bejn perjodu minimu ta’ 12-il xahar sa aktar minn 36 xahar — huwa varjabbli li għandu impatt kbir fuq il-karatteristiċi strutturali u organolettiċi tiegħu, huwa meqjus rakkomandabbli u meħtieġ li l-konsumaturi jiġu mgħarrfa dwar il-maturità tal-ġobon li se jixtru.

Din jenħtieġ li tiġi kklassifikata bħala emenda minuri minħabba li ma taffettwa ebda ċirkostanza elenkata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

It-test li ġej iddaħħal fil-paġna 4:

“Id-dikjarazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni jew l-isem tal-maħleb fuq it-tikketta hija obbligatorja biss fil-każ ta’ ġobon maħkuk jew f’porzjonijiet li joriġina minn ġobnijiet immarkati bħala “Premium” skont l-Artikolu 15 tar-‘Regoli dwar il-Marki tal-Identità’.”

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott issa tgħid li l-ġobon “Parmigiano Reggiano” ippakkjat minn qabel, maħkuk jew maqtugħ f’porzjonijiet li juża l-immarkar volontarju “Premium” irid ikollu t-tikketta bin-numru tar-reġistrazzjoni jew l-isem tal-maħleb sabiex il-konsumaturi jkollhom l-informazzjoni tal-produttur għal dan it-tip ta’ prodott.

Din hija b’mod ċar emenda minuri minħabba li ma taffettwa ebda ċirkostanza elenkata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

“Regoli dwar il-Marki tal-Identità”

Sar tibdil għad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura għall-kontestazzjoni tal-verdett ta’ spezzjoni tal-kwalità. Tqies ukoll li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandha tkun aktar ċara dwar meta ġobon jista’ jikseb status ta’ DOP u taħt liema kundizzjonijiet. Sar tibdil ukoll fir-regoli dwar marki volontarji u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.

Is-silta li ġejja mill-Artikolu 11 (intitolata Kontestazzjoni ta’ verdett ta’ spezzjoni):

“1.

L-imħaleb jistgħu jikkontestaw il-verdett ta’ spezzjoni tal-kwalità permezz ta’ ittra reġistrata lill-Konsorzju mhux aktar tard minn erbat ijiem wara t-tmiem tal-ispezzjoni.”

ġiet emendata kif ġej:

“1.

L-imħaleb jistgħu jikkontestaw il-verdett ta’ spezzjoni tal-kwalità permezz ta’ ittra reġistrata lill-Konsorzju mhux aktar tard minn erbat ijiem wara t-tmiem ta’ kull sessjoni individwali ta’ spezzjoni tal-kwalità.”

Minħabba li ġew osservati problemi prattiċi fil-modi għall-kontestazzjoni tal-verdett ta’ spezzjoni tal-kwalità, issa ġie speċifikat li kwalunkwe kontestazzjoni bħal din trid tiġi ppreżentata fl-aħħar ta’ kull sessjoni individwali ta’ spezzjoni tal-kwalità, u mhux fl-aħħar tal-lott kollu. Fl-imħaleb kbar u ta’ daqs medju fejn il-kompiti ta’ spezzjoni tal-kwalità jieħdu aktar minn ġurnata waħda, il-marki tal-kwalità iridu jitwaħħlu jew jitneħħew fl-aħħar ta’ kull sessjoni individwali ta’ spezzjoni tal-kwalità sabiex jiġi evitat l-imblukkar ta’ lott sħiħ.

Din jenħtieġ li tiġi kklassifikata bħala emenda minuri minħabba li ma taffettwa ebda ċirkostanza elenkata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Sempliċement tittratta l-proċedura għall-kontestazzjoni tal-verdett ta’ spezzjoni tal-kwalità.

Iddaħħal paragrafu 1 ġdid fl-Artikolu 14 (“It-trasferiment tal-ġobon qabel it-tnax-il xahar”):

“1.

Il-ġobon jista’ jitqiegħed fis-suq taħt l-isem protett “Parmigiano Reggiano” sakemm ikollu t-timbru ovali ta’ kwalità u jkun ġie mmaturat għal tal-anqas il-perjodu minimu ta’ tnax-il xahar.”

Għall-fini ta’ ċarezza, issa qed jiġi speċifikat li, sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tad-DOP u biex jitqiegħed fis-suq bħala “Parmigiano Reggiano”, il-ġobon irid ikollu t-timbru ovali ta’ kwalità u jkun ġie mmaturat għal tal-anqas il-perjodu minimu ta’ tnax-il xahar.

Din għandha tikkwalifika bħala emenda minuri għax sempliċement tiċċara aspetti li diġà kienu impliċiti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

It-test preċedenti tal-Artikolu 14 issa huwa l-Artikolu 14(2).

“Artikolu 15

Il-marki “Export” u “Extra”

Ladarba l-ġobon “Parmigiano-Reggiano” jilħaq it-18-il xahar ta’ maturazzjoni tiegħu, tista’ ssir applikazzjoni lill-Konsorzju biex tintuża l-marka “Parmigiano Reggiano Export” (ara l-immaġni 3) jew il-marka “Parmigiano Reggiano Extra” (ara l-immaġni 4). Sabiex ikollu dawn il-marki, il-ġobon irid jissodisfa r-rekwiżiti sabiex jingħata t-tikketta ta’ “Parmigiano Reggiano scelto sperlato” [li tfisser “kwalità għolja ċertifikata”] skont l-Artikolu 7. Forom ċertifikati ta’ ġobon li jkunu mmaturaw għal 18-il xahar jistgħu jiksbu d-dritt li jużaw dawn il-marki anke jekk ikunu ttieħdu barra miż-żona tal-produzzjoni biex ikomplu jimmaturaw, f’liema każ irid jintlaħaq il-ftehim meħtieġ mal-Konsorzju sabiex ikun jista’ jwettaq l-attivitajiet superviżorji tiegħu. Kwalunkwe spejjeż imġarrba fl-operazzjonijiet ta’ mmarkar għandhom jitħallsu mill-applikant.”

ġiet emendata kif ġej:

“Artikolu 15

Il-marki “Export” u “Premium”

1.   Ladarba l-ġobon “Parmigiano-Reggiano” jilħaq it-18-il xahar ta’ maturazzjoni tiegħu, tista’ ssir applikazzjoni lill-Konsorzju biex tintuża l-marka “Export”. Sabiex ikollu din il-marka, il-ġobon irid jissodisfa r-rekwiżiti sabiex jingħata t-tikketta ta’ “Parmigiano Reggiano scelto sperlato” skont l-Anness imsemmi fl-Artikolu 7.

2.   Ladarba l-ġobon “Parmigiano-Reggiano” jilħaq l-24 xahar ta’ maturazzjoni tiegħu, tista’ ssir applikazzjoni lill-Konsorzju biex tintuża l-marka “Premium”. Sabiex ikollu din il-marka, il-ġobon irid jissodisfa r-rekwiżiti sabiex jingħata t-tikketta ta’ “Parmigiano Reggiano scelto sperlato” skont l-Anness imsemmi fl-Artikolu 7. Kull lott ta’ ġobon immaturat irid ikun soġġett għal ittestjar sensorju, u d-dritt li tintuża din il-marka jingħata biss lill-ġobon li jikseb riżultati aħjar f’dan il-proċess ta’ ttestjar mill-“Parmigiano Reggiano” ta’ livell medju, skont arranġamenti operattivi stabbiliti mill-Konsorzju.

3.   Forom ċertifikati ta’ ġobon li jkunu mmaturaw għal 18-il xahar jistgħu jiksbu d-dritt li jużaw dawn il-marki anke jekk ikunu ttieħdu barra miż-żona tal-produzzjoni biex ikomplu jimmaturaw.

4.   Kwalunkwe spejjeż imġarrba fl-operazzjonijiet ta’ mmarkar għandhom jitħallsu mill-applikant.”

It-titolu ta’ dan l-Artikolu nbidel, hekk kif il-kelma “Extra” ġiet sostitwita bil-kelma “Premium”. Minħabba n-nuqqas ta’ użu tneħħa l-immarkar volontarju “Extra”, minħabba li, f’termini ta’ funzjonijiet u karatteristiċi, huwa interkambjabbli mal-immarkar volontarju “Export” li jintuża l-aktar. Minflok il-marka “Extra”, ġiet introdotta marka volontarja ġdida, “Premium”, bħala inċentiv għall-produtturi kemm biex itejbu l-kwalità kif ukoll biex iżidu l-perjodi ta’ maturazzjoni tal-ġobon “Parmigiano Reggiano”. Peress li t-tikketta “Premium” inħolqot biex tkun kategorija ta’ kwalità superjuri, tiġi applikata lill-ġobnijiet li, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex jissejħu “Parmigiano Reggiano scelto sperlato” (li tfisser “kwalità għolja ċertifikata”), ikunu għaddew minn proċess ta’ maturazzjoni ta’ mill-inqas 24 xahar. Barra minn hekk, kull lott ta’ ġobon immaturat irid jiġi ttestjat ukoll biex jiġi żgurat li l-attributi sensorji tiegħu huma adattati għal din it-tikketta, meta mqabbla mal-ġobon “Parmigiano Reggiano” ta’ livell medju. Peress li l-marki volontarji jitwaħħlu fuq il-ġobon “Parmigiano Reggiano”, tqies superfluwu li jiżdied il-kliem “Parmigiano Reggiano” fuq dawk il-marki volontarji u għalhekk issa tneħħew. Barra minn hekk, biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet grafiċi, fir-“Regoli dwar il-Marki tal-Identità” ma għadx hemm provvediment għal-logos għall-marki volontarji. Ma għadux aktar speċifikat li għandu jintlaħaq ftehim mal-Konsorzju sabiex ikun jista’ jwettaq l-attivitajiet superviżorji tiegħu għaliex fil-fatt din mhijiex attività superviżorja iżda pjuttost l-għoti ta’ permess għall-użu ta’ marka volontarja taħt ċerti kundizzjonijiet.

Din għandha titqies bħala emenda minuri minħabba li tikkonċerna marki li jistgħu jintużaw għat-tikkettar volontarju tal-prodott ladarba l-prodott ikun diġà ġie ċċertifikat.

Anness “Klassifikazzjoni tal-prodott”

Żdiedet dispożizzjoni biex jiġi ċċarat il-punt fil-“ħajja” tal-ġobon li fih tapplika l-“Klassifikazzjoni tal-prodott”.

Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Din il-klassifikazzjoni tapplika għall-ġobon fil-ħin tal-ispezzjoni tal-kwalità.”

Skont l-Artikolu 6 (“Klassifikazzjoni tal-ġobon”) tar-“Regoli dwar il-Marki tal-Identità”, il-klassifikazzjoni stabbilita fl-Anness “Klassifikazzjoni tal-Prodott” trid tiġi applikata waqt spezzjonijiet tal-kwalità.

Ġiet iċċarata l-klassifikazzjoni tal-prodott stabbilita f’dak l-Anness. Issa ġie speċifikat li din il-klassifikazzjoni tirreferi esklussivament għall-kundizzjoni tal-ġobon waqt l-ispezzjoni tal-kwalità. Il-klassifikazzjoni ma tistax effettivament tiżgura li l-ġobon huwa kompletament mingħajr difetti moħbija jew li mhux se jiżviluppaw difetti ladarba jiġu applikati l-marki. Dan jista’ jseħħ għal diversi raġunijiet, u b’mod partikolari inkluż il-ħżin f’kundizzjonijiet li mhumiex adattati għall-maturazzjoni u għall-preservazzjoni tal-ġobon, li jista’ jintensifika jew jikkawża deterjorament fil-karatteristiċi tal-ġobon u tal-qoxra jew difetti minuri li jkunu nstabu fl-ispezzjoni tal-kwalità. Fi snin reċenti kien hemm ilmenti mill-awtoritajiet ta’ spezzjoni dwar il-fatt li, f’verifiki li jkunu saru ftit xhur wara l-ispezzjoni tal-kwalità, xi ġobnijiet kellhom karatteristiċi strutturali li ma kinux għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Kif diġà ssemma, l-attività ta’ spezzjoni tal-kwalità tirreferi għall-ħin meta l-ġobon jiġi ċċekkjat. Mhuwiex possibbli li jiġi garantit li l-ġobon se jżomm il-karatteristiċi tul il-ħajja kollha tiegħu.

Din għandha titqies bħala emenda minuri minħabba li ma taffettwax il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott iżda hija biss kjarifika dwar il-klassifikazzjoni tal-prodott.

Emendi “oħrajn”

Emendi għall-imballaġġ

“Standards tal-Produzzjoni tal-Ġobon”

Saret emenda sabiex it-terminoloġija Taljana użata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tinġieb konformi mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Is-silta li ġejja fil-paġna 3:

“Il-ġobon maħkuk u dak maqtugħ f’porzjonijiet (bil-qoxra jew mingħajrha) irid jiġi ppakkjat [nota: it-terminu Taljan użat huwa condizionamento] fiż-żona tal-oriġini sabiex tiġi garantita l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-kontroll.”

ġiet emendata kif ġej:

“Il-ġobon maħkuk u dak maqtugħ f’porzjonijiet (bil-qoxra jew mingħajrha) irid jiġi ppakkjat [nota: it-terminu Taljan użat huwa confezionamento] fiż-żona tal-oriġini sabiex tiġi garantita l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-kontroll.”

Biex taqbel mat-terminoloġija użata fl-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, issa qed tintuża l-kelma confezionamento għal “imballaġġ”, minflok condizionamento.

Din jenħtieġ li titqies bħala emenda minuri għaliex tikkonsisti biss f’tibdil fit-terminoloġija biex taqbel mat-terminu użat fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Emendi għall-aġġornament tal-leġiżlazzjoni

“Regoli dwar il-Marki tal-Identità”

Is-segwenti, li kienet it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(1) (Dmirijiet tal-Konsorzju tal-Ġobon “Parmigiano Reggiano”):

“Jekk korp responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippreżentata skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (kif emendat) josserva l-użu ħażin ta’ marki tal-oriġini jew xi ksur ieħor tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-Konsorzju jista’ jikkonfiska stensils tal-immarkar u pjanċi tal-isem u/jew jimponi penali kif stabbilit fir-regolamenti applikabbli.”

ġiet emendata kif ġej:

“Jekk korp responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippreżentata skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (kif emendat) josserva l-użu ħażin ta’ marki tal-oriġini jew xi ksur ieħor tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-Konsorzju jista’ jikkonfiska stensils tal-immarkar u pjanċi tal-isem u/jew jimponi penali kif stabbilit fir-regolamenti applikabbli.”

Peress li issa r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 huwa fis-seħħ, kien hemm bżonn li jiġu aġġornati r-referenzi għal-leġiżlazzjoni, u b’hekk ir-referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ġiet sostitwita b’referenza għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emendi għar-regoli dwar l-alimentazzjoni tal-baqar

“Regoli dwar l-Alimentazzjoni tal-Baqar”

Sar tibdil fir-regoli dwar it-twettiq ta’ attivitajiet agrikoli minbarra t-trobbija tal-baqar tal-ħalib fl-istess azjenda agrikola, it-tekniki ta’ alimentazzjoni f’“ikla unika” u l-mod kif il-materja prima tingħata fid-dieti tal-baqar tal-ħalib.

Is-silta li ġejja mill-Artikolu 5 (“Għalf u prodotti sekondarji pprojbiti”):

“Jekk il-bhejjem jinżammu għal-laħam, jenħtieġ li jitrabbew f’postijiet differenti u jinżammu separati mill-baqar tal-ħalib.

Madankollu, l-azjendi agrikoli ma jistgħux iżommu ħaxix insilat jew prodotti sekondarji (bħal polpa tal-pitravi, qxur tat-tadam, eċċ.) ippreservati f’balal imgeżwrin, f’sajlos imħaffrin fl-art, f’sajlos mibnija ’l fuq mill-art jew jużaw xi teknika oħra.”

ġiet emendata kif ġej:

“L-azjendi agrikoli li fuqhom jitrabbew il-baqar tal-ħalib iridu jiżguraw l-użu ta’ bini kompletament separat għal kwalunkwe attività agrikola oħra (attivitajiet mhux marbuta mal-ħalib, bħat-trobbija tal-bhejjem għaċ-ċanga, it-tħaddim ta’ diġesturi, eċċ.). Iċ-ċereali insilati u l-prodotti sekondarji jistgħu jinżammu u jintużaw għal dawn l-attivitajiet agrikoli oħra.

Madankollu, l-azjendi agrikoli ma jistgħux iżommu ħaxix insilat ippreservat f’balal imgeżwrin, f’sajlos imħaffrin fl-art, f’sajlos mibnija ’l fuq mill-art jew jużaw xi teknika oħra.”

Issa ġie speċifikat li l-azjendi agrikoli li fuqhom jitrabbew il-bhejjem tal-ħalib iridu jiżguraw li l-bini kompletament separat ma jintużax biss għall-bhejjem li jrabbu għaċ-ċanga, iżda wkoll għal kwalunkwe attività agrikola oħra li jistgħu jwettqu (pereżempju attivitajiet agrikoli żviluppati f’dawn l-aħħar snin bħall-użu ta’ diġesturi). Huwa speċifikat ukoll li dawn l-azjendi agrikoli jistgħu jippossjedu u jużaw ċereali insilati u prodotti sekondarji, peress li ż-żamma ta’ attivitajiet f’postijiet kompletament separati tfisser li ma hemm l-ebda riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ħalib u, konsegwentement, tal-ġobon li se jinbiegħ bħala “Parmigiano Reggiano”. Għall-istess raġuni, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma għadhiex tgħid li l-azjendi agrikoli ma jistgħux iżommu silaġġ minn prodotti sekondarji (bħal polpa tal-pitravi, qxur tat-tadam, eċċ.) ippreservati f’balal imgeżwrin, f’sajlos imħaffrin fl-art, f’sajlos mibnija ‘l fuq mill-art jew jużaw xi teknika oħra. L-istess bħal fil-każ ta’ ċereali insilati u prodotti sekondarji, dan is-silaġġ huwa permess sakemm fil-fatt jiġi mmaniġġjat f’postijiet kompletament separati għall-użu f’attivitajiet agrikoli (mhux tal-ħalib) oħra. Madankollu, xorta tibqa’ l-projbizzjoni fuq is-sempliċi pussess ta’ silaġġ ippreservat f’balal imgeżwrin, f’sajlos imħaffrin fl-art, f’sajlos mibnija ’l fuq mill-art jew l-użu ta’ xi teknika oħra, anki jekk jinżammu maħżuna kompletament separati.

Dan it-tibdil ma għandu ebda impatt fuq il-materja prima (ħalib) li tintuża għall-produzzjoni tal-“Parmigiano Reggiano” u għalhekk ma jaffettwax il-ġobon innifsu. Għalhekk huwa emendi minuri.

Is-silta li ġejja mill-Artikolu 6 (“Materja prima għall-għalf”):

“Il-materja prima li ġejja tista’ tintuża fid-dieta tal-baqar tal-ħalib skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness:”

ġiet emendata kif ġej:

“Il-materja prima li ġejja tista’ tintuża fid-dieta tal-baqar tal-ħalib:”

L-Artikolu 11 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (“Prodotti ġodda u żviluppi teknoloġiċi”) ma għadux segwit minn Anness dwar “Materja prima għall-għalf u dożi massimi permessi”, li jelenka l-materja prima permessa u l-limiti massimi. Dan it-tibdil ġej mill-ħtieġa li, minn naħa waħda jiġu simplifikati l-metodi għall-kalkolu tar-razzjon tal-għalf għall-baqar tal-ħalib, u min-naħa l-oħra, biex jiġu ffaċilitati l-ispezzjonijiet. Madankollu, il-filosofija sottostanti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ibbażata fuq l-ispeċifikazzjoni tal-għalf ipprojbit u dak permess u li tistabbilixxi limiti f’ċerti każijiet, tibqa’ kif inhi. Ir-raġuni għall-introduzzjoni oriġinali tal-Anness kienet il-ħtieġa li “jiġu mħarrġa” l-operaturi kif ukoll jiġu standardizzati l-metodi ta’ ħidma tagħhom fir-rigward tal-materja prima permessa għall-għalf u d-dożi massimi. Issa ma għadx hemm bżonn ta’ tali struzzjonijiet kategoriċi — li jirrikjedu kontrolli kumplessi u għaljin mill-korp ta’ spezzjoni — peress li minn dakinhar ġew stabbiliti l-aħjar prattiki, issa l-bdiewa huma mħarrġa aħjar, u l-professjonisti jipprovdu aktar għajnuna, li kollha jiżguraw il-kwalità tad-dieti tal-baqar tal-ħalib. Madankollu, l-Anness se jiġi inkluż f’manwal tal-aħjar prattika li se jkun disponibbli għall-bdiewa biex jikkonsultawh.

Dan it-tibdil ma għandu ebda impatt fuq il-materja prima (ħalib) li tintuża għall-produzzjoni tal-“Parmigiano Reggiano” u għalhekk ma jaffettwax il-ġobon innifsu. Għaldaqstant huwa emenda minuri.

Dan li ġej għandu jitħassar mill-Artikolu 7 (“Użu ta’ għalf supplimentari sempliċi/kompost integrat u mhux integrat”):

“L-għalf irid jingħata kif indikat fl-Anness.”

Din l-emenda hija meħtieġa għaliex, kif ġie diskuss hawn fuq, dan l-Anness tħassar.

Din is-silta mill-Artikolu 10 (“It-teknika ta’ alimentazzjoni f’“ikla unika”):

“Jekk it-taħlita tal-għalf tiġi mniddija, it-taħlit irid isir mill-inqas darbtejn kuljum u l-għalf irid jingħata minnufih wara li jitħejja.”

ġiet emendata kif ġej:

“Jekk it-taħlita tal-għalf tiġi mniddija (kontenut ta’ ndewwa ta’ 20 % jew aktar), it-taħlit irid isir mill-inqas darbtejn kuljum u l-għalf irid jingħata malli jitħejja.”

Issa ġie speċifikat li, jekk jiġi miżjud l-ilma mat-taħlita biex iniddi l-għalf (dan huwa permess sabiex it-taħlita ma tibqax daqshekk f’forma ta’ trab u jiġi evitat li l-ingredjenti jisseparaw), il-kontenut ta’ ndewwa jrid ikun ta’ mill-inqas 20 %.

Il-kontenut ta’ ndewwa li kif jinqabeż jista’ jiġi konkluż li l-ilma jkun żdied bħala ingredjent ġie stabbilit għal 20 % għar-raġunijiet li ġejjin:

1)

L-użu esklussiv ta’ dak li jista’ jiġi definit bħala “ikel niexef” (ħuxlief u għalf) iwassal għal kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ bejn 13-16 % fit-taħlita finali, jiġifieri l-kontenut ta’ ndewwa ta’ tali għalf;

2)

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tippermetti l-użu (sa total ta’ 800 g għal kull annimal kuljum) ta’ “preparazzjonijiet taz-zokkor — inklużi preparazzjonijiet likwidi — ibbażati fuq il-melassa (zokkor tal-pitravi u tal-kannamiela), estratti tax-xgħir, glikol propileniku u gliċerol”, b’kontenut medju ta’ ilma ta’ madwar 50 %, li jżid 1,5-2 punti perċentwali addizzjonali mal-kontenut ta’ ndewwa;

3)

Kemm it-teħid ta’ kampjuni u l-proċess ta’ ttestjar innifsu huma soġġetti għal ċertu livell ta’ żball.

Bħala riżultat ta’ dawn it-tliet fatturi flimkien, huwa possibbli li jiġi affermat b’ċertezza li taħlita li tkun ġiet imniddija (jekk wieħed iżomm f’moħħu li “t-taħlit irid isir mill-inqas darbtejn kuljum u l-għalf irid jingħata minnufih wara t-tħejjija”) b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 20 % jew aktar.

Ir-raġuni għal din ir-regola hija li livelli għoljin ta’ ndewwa jistgħu jikkawżaw u jsostnu l-fermentazzjoni tal-komponent taz-zokkor, u dan il-proċess ta’ fermentazzjoni jista’ jbiddel l-għalf kemm f’termini kimiċi kif ukoll dawk mikrobijoloġiċi. It-tħejjija u l-għoti tat-taħlita tal-għalf darbtejn kuljum inaqqsu l-ħin tal-ħżin, u b’hekk inaqqsu dan ir-riskju ta’ fermentazzjoni.

Fl-istess silta, biex jiġi ċċarat il-mument eżatt li fih l-għalf ippreparat jenħtieġ li jingħata, minflok “l-għalf irid jingħata minnufih wara li jitħejja”, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott issa tgħid li “l-għalf irid jingħata malli jitħejja”. Dan it-tibdil ma għandu ebda impatt fuq il-materja prima (ħalib) li tintuża għall-produzzjoni tal-“Parmigiano Reggiano” u għalhekk ma jaffettwax il-ġobon innifsu. Għaldaqstant huwa emenda minuri.

6.   Speċifikazzjoni tal-prodott aġġornata (għal DOP u IĠP biss)

DOKUMENT UNIKU

“PARMIGIANO REGGIANO”

Nru tal-UE: PDO-IT-02202 — 14.11.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Parmigiano Reggiano”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Parmigiano Reggiano” huwa ġobon iebes magħmul minn ħalib tal-baqar li ma jkunx pasturizzat, li jiġi parzjalment xkumat billi l-krema titħalla titla’ fil-wiċċ. Il-ġobon jiġi mismut u jitħalla jimmatura bil-mod. Il-ħalib ma jrid jiġi sottopost għal ebda trattament termiku u għandu jkun ġej minn baqar li l-ikel tagħhom ikun ibbażat primarjament fuq għalf li ġej miż-żona tal-oriġini. Il-proċess ta’ maturazzjoni tal-ġobon irid jieħu tal-anqas 12-il xahar. Il-“Parmigiano Reggiano” jista’ jinbiegħ f’forma sħiħa, maqtugħ f’porzjonijiet jew maħkuk.

Il-“Parmigiano Reggiano” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Il-ġobnijiet huma ċilindriċi b’qoxra kemxejn konvessa jew kważi dritta u b’uċuħ ċatti bi trufijiet kemxejn mgħollija.

L-uċuħ ċatti għandhom dijametru ta’ bejn 35 cm u 45 cm u b’għoli inkluża l-qoxra ta’ bejn 20 cm u 26 cm.

Il-piż minimu ta’ kull ġobna huwa ta’ 30 kg.

Il-qoxra ta’ barra hija ta’ lewn naturali tat-tiben.

Il-ħxuna tal-qoxra hija ta’ madwar 6 mm.

Il-massa tal-ġobon tvarja bejn lewn it-tiben ċar u lewn it-tiben.

L-aroma u t-togħma karatteristiċi tal-ġobon huma fragranti, delikati u togħma bnina iżda mhux punġenti.

L-istruttura tal-ġobon hija mrammla fina u msaffa.

Il-kontenut minimu ta’ xaħam fil-materja niexfa huwa ta’ 32 %.

Il-ġobon ma fihx addittivi.

Għandu proporzjon ta’ aċidu xaħmi ċiklopropan ta’ inqas minn 22 mg għal kull 100 g ta’ xaħam (li diġà jqis l-inċertezza tal-kejl, bil-metodu ta’ kromatografija b’fażi gassuża-spettrometrija ta’ massa [CG-MS]).

3.3.   Għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-għalf tal-baqar għandu jkun ibbażat fuq għalf miż-żona ġeografika ddefinita, u speċifikat kemm bil-kwantità kif ukoll bil-kwalità.

Tal-anqas 75 % tal-għalf niexef irid ikun ġie prodott fiż-żona ġeografika.

L-għalf ma jistax jikkostitwixxi aktar minn 50 % tal-materja niexfa tar-razzjon tal-għalf.

L-użu ta’ kwalunkwe tip ta’ silaġġ huwa pprojbit.

Ħalib tal-baqar, melħ, kimożina tal-għoġol.

Il-ħalib jiġi minn baqar imrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-azjendi agrikoli li fuqhom jitrabbew il-baqar tal-ħalib li l-ħalib tagħhom se jiġi pproċessat f’“Parmigiano Reggiano” iridu jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-ħalib irid jiġi prodott u pproċessat fiż-żona ġeografika ddefinita. Il-ħalib mit-taħlib ta’ filgħaxija u ta’ filgħodu jintbagħat lill-maħleb mhux pasturizzat u mhux xkumat, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni. Il-ħalib mit-taħlib ta’ filgħodu jitqiegħed fi btieti tar-ram u jitħallat mal-ħalib tal-lejl ta’ qabel, parzjalment xkumat billi l-krema titħalla titla’ fil-wiċċ. Il-proporzjon ta’ xaħam-kaseina tal-ħalib fil-btieti tat-tisħin, ikkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-lottijiet kollha fi produzzjoni ta’ ġurnata partikolari, ma jistax jaqbeż 1,1 + 12 %. Ix-xorrox mill-produzzjoni tal-ġobon tal-ġurnata ta’ qabel jiġi miżjud mal-ħalib; l-użu ta’ fermenti lattiċi mhuwiex permess. Wara l-koagulazzjoni, li għaliha tista’ tintuża biss kimożina tal-għoġol, il-baqta tinqasam u tinstamat. Wara s-sedimentazzjoni tal-massa tal-ġobon din tiġi ttrasferita f’forom. Imbagħad jibda l-proċess tal-ittrimbrar tal-marki fuq il-ġobnijiet. Wara ftit jiem, jibda l-proċess tal-preservazzjoni fis-salmura u mbagħad tal-maturazzjoni li għandha ddum tal-anqas 12-il-xahar.

Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 12-il xahar irid iseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.

Wara l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, issir spezzjoni tal-kwalità biex tiġi ċċekkjata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Parmigiano Reggiano” jista’ jinbiegħ f’forma sħiħa, maqtugħ f’porzjonijiet jew maħkuk.

Fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-“Parmigiano Reggiano” li jitqiegħed fis-suq ippakkjat minn qabel, maħkuk jew f’porzjonijiet, it-taħkik, it-tqattigħ f’porzjonijiet u l-imballaġġ suċċessiv iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita. Dan huwa meħtieġ minħabba li l-marki li jidentifikaw ġobna sħiħa bħala “Parmigiano Reggiano” jintilfu jew ma jkunux viżibbli fuq il-ġobon maħkuk jew maqtugħ f’porzjonijiet, u għalhekk hemm bżonn li tkun garantita l-oriġini tal-prodott ippakkjat minn qabel. Dan huwa meħtieġ ukoll minħabba li l-ġobon jeħtieġ li jiġi ppakkjat malajr wara li jinqata’ f’biċċiet u bl-użu ta’ proċeduri li ma jħalluhx jinxef jew jiġi ossidizzat, jew milli jitlef il-karatteristiċi organolettiċi oriġinali tiegħu tal-“Parmigiano Reggiano”. Il-ftuħ u t-tqattigħ ta’ forma ta’ ġobon iċaħħdu l-ġobon mill-protezzjoni naturali mogħtija mill-qoxra, li — minħabba li hija stess tkun deidratata sew — taġixxi bħala iżolant tajjeb għall-ġobon kontra l-ambjent tal-madwar.

It-taħkik jista’ jsir biss fuq ġobna sħiħa li jkollha d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Parmigiano Reggiano”. Irid jiġi ppakkjat minnufih wara t-taħkik u ma għandu jiġi sottopost għal ebda proċessar jew iż-żieda ta’ sustanzi li jistgħu jaffettwaw il-preservazzjoni jew il-karatteristiċi organolettiċi oriġinali tal-ġobon.

L-ippakkjar tal-porzjonijiet tal-“Parmigiano Reggiano” jista’ jsir biss fl-istess post tan-negozju fejn jinqatgħu.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-marki tal-identità li jinsabu fuq kull ġobna “Parmigiano Reggiano” huma rappreżentati bil-kliem bit-tikek “Parmigiano-Reggiano”, flimkien man-numru ta’ reġistrazzjoni tal-maħleb li jkun ipproduċiha u s-sena u x-xahar tal-produzzjoni, li jiġu applikati fuq il-wiċċ tal-qoxra permezz ta’ stensils (strixxi li jimmarkaw). Il-ġobnijiet għandhom ukoll timbru ovali bil-kliem “Parmigiano Reggiano Consorzio Tutela”, pjanċa tal-kaseina bil-kodiċi li jidentifikaw il-ġobon, u skont il-każ, il-marki li jidentifikaw ġobon tat-tieni kategorija.

Il-ġobon “Parmigiano Reggiano” li jitqiegħed fis-suq ippakkjat minn qabel, maħkuk u maqtugħ f’porzjonijiet jiġi identifikat minn logo li juri porzjoni u forma tal-ġobna “Parmigiano Reggiano” ħdejn sikkina, bil-kliem “PARMIGIANO REGGIANO” taħtu. Din il-marka, li hija komponent obbligatorju tat-tikketta, trid tintwera skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti mill-Konsorzju fil-ftehim rilevanti.

Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod korrett l-età tiegħu, il-porzjonijiet kollha tal-“Parmigiano Reggiano” li jitqiegħdu fis-suq ippakkjati minn qabel ta’ aktar minn 15 g irid ikollhom tikketta li turi l-maturazzjoni minima.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ddefinita tinkludi l-parti tal-provinċja ta’ Bologna fuq in-naħa tax-xellug tax-xmara Reno, il-parti tal-provinċja ta’ Mantua fuq il-lemin tax-xmara Po, u l-provinċji ta’ Modena, Parma u Reggio Emilia.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Fost l-aktar fatturi naturali importanti hemm il-karatteristiċi tal-ħamrija li tinsab fiż-żona ġeografika ddefinita — li testendi mill-katina tal-muntanji tal-Appennini sax-xmara Po — flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi li jinfluwenzaw direttament kemm il-kompożizzjoni tal-flora naturali kif ukoll il-fermentazzjoni tal-ġobon innifsu. Fir-rigward tal-fatturi umani, kif ukoll l-importanza storika tal-ġobon għall-ekonomija lokali, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-operazzjonijiet kumplessi li jsiru fuq il-ġobon “Parmigiano Reggiano” ġew żviluppati tul sekli ta’ prattiki tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ġobon fi ħdan iż-żona tal-produzzjoni, li għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra b’rispett lejn id-drawwiet lokali awtentiċi u kostanti.

Il-karatteristiċi distintivi tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” huma struttura mrammla fina u msaffa, aroma fragranti, togħma delikata — togħma bnina iżda mhux punġenti — b’solubbilità u diġestibbiltà għoljin.

Dawn il-karatteristiċi jirriflettu l-kwalitajiet uniċi tal-ħalib li jintuża għall-produzzjoni tal-ġobon — il-ħalib mhux pasturizzat jiġi pproċessat kuljum fi btieti tar-ram u jiġi koagulat bl-użu ta’ kimożina tal-għoġol b’kontenut għoli ta’ rennin — u l-kriterji li jintużaw biex jintagħżel, kif ukoll il-prattika ta’ preservazzjoni tal-ġobnijiet f’salmura saturata u l-perjodu estiż ta’ maturazzjoni.

Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi speċifiċi tal-ħalib li jiggarantixxu l-karatteristiċi speċifiċi u l-kwalità tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” huma bażikament ir-riżultat tad-dieta tal-baqar tal-ħalib, ibbażata fuq għalf miż-żona tal-oriġini u bi projbizzjoni stretta fuq l-użu ta’ ebda tip ta’ silaġġ. Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ tnax-il xahar, li — minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi preżenti — irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita, huwa stadju neċessarju sabiex il-prodott li jinkiseb mill-ipproċessar tal-ħalib jista’ jakkwista, permezz tal-proċessi enzimatiċi speċifiċi, il-karatteristiċi uniċi tal-“Parmigiano Reggiano”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)

It-test ta’ speċifikazzjoni konsolidat jista’ jinstab fuq:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Inkella:

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq fill-lemin tal-iskrin), imbagħad fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (fin-naħa tax-xellug tal-iskrin), u finalment billi jikklikkja fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36.

(4)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 1.

(5)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 33.