ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 125

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
10 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 125/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8843 — Macquarie Group/TDC) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 125/02

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 125/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8846 — Black Diamond Capital Management/GST AutoLeather) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

2018/C 125/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7000 — Liberty Global/Ziggo) ( 1 )

5


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 125/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8843 — Macquarie Group/TDC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 125/01)

Fit-28 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8843. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 125/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ April 2018

(2018/C 125/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2304

JPY

Yen Ġappuniż

131,66

DKK

Krona Daniża

7,4469

GBP

Lira Sterlina

0,87088

SEK

Krona Żvediża

10,2960

CHF

Frank Żvizzeru

1,1790

ISK

Krona Iżlandiża

121,30

NOK

Krona Norveġiża

9,5883

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,357

HUF

Forint Ungeriż

312,10

PLN

Zloty Pollakk

4,1952

RON

Leu Rumen

4,6634

TRY

Lira Turka

5,0018

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6050

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5726

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6576

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6871

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6158

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 316,69

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9162

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7686

HRK

Kuna Kroata

7,4320

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 958,23

MYR

Ringgit Malażjan

4,7641

PHP

Peso Filippin

63,999

RUB

Rouble Russu

74,1130

THB

Baht Tajlandiż

38,475

BRL

Real Brażiljan

4,1490

MXN

Peso Messikan

22,5884

INR

Rupi Indjan

79,9545


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 125/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8846 — Black Diamond Capital Management/GST AutoLeather)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 125/03)

1.

Fit-28 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Black Diamond Capital Management, LLC (“Black Diamond”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Black Diamond Capital Holdings, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka),

GST Auto Leather, Inc. (“GST”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Advantage Partners (il-Ġappun).

Black Diamond Capital Management takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ GST Auto Leather.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Black Diamond hija ditta ta’ konsulenza tal-investiment speċjalizzata fil-ġestjoni tal-assi,

GST hija fornitur dinji tal-ġilda li tintuża fil-karozzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8846 — Black Diamond Capital Management/GST AutoLeather

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


10.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 125/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7000 — Liberty Global/Ziggo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 125/04)

1.

Fl-14 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Liberty Global plc (ir-Renju Unit),

Ziggo NV (in-Netherlands)

Liberty Global takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Ziggo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-14 ta’ Marzu 2014.

2.

Fl-10 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni ddikjarat li l-konċentrazzjoni hi kompatibbli mas-suq komuni, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet. Fis-26 ta’ Ottubru 2017, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kundizzjonali tal-Kummissjoni. Fl-4 ta’ April 2018 kien ippreżentat lill-Kummissjoni suppliment għall-avviż oriġinali.

3.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Liberty Global hija s-sid u tħaddem networks tal-cable u xi networks tal-mobile madwar id-dinja u toffri servizzi tat-televiżjoni, ta’ broadband Internet, servizzi ta’ tal-mobile u t-telefonija kif ukoll servizzi tal-mobile. Fin-Netherlands, Liberty Global hija attiva permezz tal-parteċipazzjoni tagħha f’VodafoneZiggo,

Ziggo hija proprjetarja u tħaddem network tal-cable li jkopri aktar minn nofs in-Netherlands, inkluż it-tielet u r-raba’ l-akbar bliet, Den Haag u Utrecht. Fl-2013, Ziggo pprovdiet servizzi ta’ vidjow tal-cable diġitali u analogu, broadband Internet, servizzi ta’ telefonija tal-mobile u ta’ telefonija diġitali (VoIP) lil 2,8 miljun konsumatur. Ziggo hija issa parti min-negozju ta’ VodafoneZiggo.

4.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

5.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.7000 — Liberty Global/Ziggo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).